02019D1119 — MT — 25.02.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1119 tat-28 ta' Ġunju 2019 dwar l-approvazzjoni ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta' dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f'vetturi b'magna ta' kombustjoni interna u f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176 1.7.2019, p. 67) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1714 tas-16 ta’ Novembru 2020 |
L 384 |
9 |
17.11.2020 |
|
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/136 tal-4 ta’ Frar 2021 |
L 42 |
13 |
5.2.2021 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1119
tat-28 ta' Ġunju 2019
dwar l-approvazzjoni ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta' dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f'vetturi b'magna ta' kombustjoni interna u f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Approvazzjoni
It-teknoloġija użata f'illuminazzjoni b'dijodi li jemettu d-dawl (LED) effiċjenti hija approvata bħala teknoloġija innovattiva fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, fejn din it-teknoloġija innovattiva tintuża għall-finijiet ta' illuminazzjoni esterna f'karozzi tal-passiġġieri b'magna tal-kombustjoni interna u f'karozzi tal-passiġġieri elettriċi ċċertifikati ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament.
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, illuminazzjoni LED effiċjenti tfisser teknoloġija li tikkonsisti minn modulu ta' illuminazzjoni li huwa mgħammar b'sorsi ta' dijodi li jemettu d-dawl (LED) li jintużaw għall-illuminazzjoni esterna ta' vettura u li għandha konsum tal-enerġija aktar baxx minn illuminazzjoni bl-aloġenu konvenzjonali.
Artikolu 3
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
Kull manifattur jista' japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn sistema ta' illuminazzjoni LED effiċjenti esterna waħda jew aktar fejn dawn jintużaw għall-illuminazzjoni esterna ta' vetturi M1 b'magna tal-kombustjoni interna u ta' vetturi M1 elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament. L-illuminazzjoni LED effiċjenti għandha tinkludi waħda jew kombinazzjoni tad-dwal LED li ġejjin:
fanal b'raġġ baxx (inkluża sistema ta' dawl ta' quddiem adattiva);
fanal b'raġġ qawwi;
fanal ta' pożizzjoni ta' quddiem;
fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar;
fanal ta' wara kontra ċ-ċpar;
lampa indikatur ta' quddiem;
lampa indikatur ta' wara;
id-dwal tal-pjanċi;
id-dwal tar-rivers;
fanal tad-dwal għall-kantunieri;
fanal ta' liwi statiku.
Id-dawl LED jew il-kombinazzjoni ta' dwal LED li jiffurmaw l-illuminazzjoni LED effiċjenti għandu, bħala minimu, jipprovdi t-tnaqqis ta' CO2 speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 kif muri permezz tal-metodoloġija ta' ttestjar stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 kif ġej:
għal vettura bifjuwil li tuża l-petrol u l-fjuwils gassużi, l-iffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-fjuwils LPG jew CNG;
għal vettura flex fjuwil li tuża l-petrol u l-E85, l-iffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-petrol.
Artikolu 5
Perjodu tranżitorju u kodiċijiet tal-ekoinnovazzjoni
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 ta' illuminazzjoni LED effiċjenti skont referenza għall-Proċedura ta' Ttestjar armonizzata fuq Livell Dinji għall-vetturi ħfief
1. INTRODUZZJONI
Sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jista' jiġi attribwit lil illuminazzjoni LED effiċjenti li tikkonsisti minn kombinazzjoni xierqa ta' dwal LED esterni ta' vettura għall-użu f'vetturi M1 b'magna tal-kombustjoni interna u f'vetturi M1 elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn li ġejjin:
il-kundizzjonijiet tat-test;
it-tagħmir tat-test;
il-proċedura biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-enerġija;
il-proċedura biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2;
il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2.
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
Simboli bil-Latin
AFS |
— |
Sistema Adattiva tad-Dawl ta' Quddiem |
B |
— |
Linja bażi |
CO2 |
— |
Diossidu tal-karbonju |
|
— |
Iffrankar tas-CO2 [g CO2/km] |
C |
— |
Numru ta' klassijiet tas-sistema ta' illuminazzjoni ta' quddiem adattiva |
CF |
— |
Fattur ta’ konverżjoni kif iddefinit fit-Tabella 5 |
EI |
— |
Ekoinnovattiv |
HEV |
— |
Vettura Elettrika Ibrida |
|
— |
Fattur ta' korrezzjoni tas-CO2, |
|
— |
Medja tal-valuri T ta'
|
m |
— |
Numru ta' dwal LED esterni effiċjenti li jiffurmaw il-pakkett |
MT |
— |
limitu minimu [g CO2/km] |
n |
— |
Numru ta' kejlijiet tal-kampjun |
NOVC |
— |
Iċċarġjar Fuq il-Vettura |
P |
— |
Konsum tal-enerġija mid-dwal tal-vettura [W] |
|
— |
Konsum tal-enerġija tad-dawl i korrispondenti f'vettura tal-linja bażi [W] |
|
— |
Konsum tal-enerġija tal-kampjun n korrispondenti għal kull vettura tal-klassi [W] |
|
— |
Konsum tal-enerġija għal kull klassi ta' vetturi (medja tal-kejlijiet n) [W] |
|
— |
Konsum tal-enerġija tal-AFS b'Raġġ baxx [W] |
|
— |
Medja tal-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vettura ekoinnovattiv korrispondenti [W] |
ΔPi |
— |
Iffrankar tal-enerġija ta' kull dawl LED estern effiċjenti [W] |
|
— |
Devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
|
— |
Devjazzjoni standard tal-
|
|
— |
Devjazzjoni standard tal-medja tal-valuri T ta'
|
|
— |
Devjazzjoni standard tal-medja tal-konsum tal-enerġija għal kull klassi ta' vetturi [W] |
|
— |
Devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija mid-dwal LED fil-vettura ekoinnovattiva [W] |
|
— |
Devjazzjoni standard tal-medja tal-konsum tal-enerġija mid-dwal LED fil-vettura ekoinnovattiva [W] |
|
— |
Inċertezza jew Devjazzjoni standard tal-medja tal-enerġija tal-AFS b'Raġġ baxx [W] |
T |
— |
Numru ta' kejlijiet mwettqa mill-manifattur għall-estrapolazzjoni tat-
|
t |
— |
Tul ta' sewqan tal-vetturi taċ-Ċiklu ta' Ttestjar għall-vetturi Ħfief fuq Livell Dinji (WLTC) [s], li huwa 1 800 s |
UF |
— |
Fattur tal-użu għad-dawl tal-vettura [-] kif definit fit-Tabella 6 |
v |
— |
Veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu ta' Ttestjar għall-vetturi Ħfief fuq Livell Dinji (WLTC) [km/h] |
Vpe |
— |
Konsum tal-enerġija effettiva kif iddefinit fit-Tabella 4 |
share c |
— |
Perċentwal ta' żmien għal kull medda ta' veloċità f'kull klassi ta' vetturi |
|
— |
Sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-konsum tal-enerġija mid-dwal LED |
|
— |
Sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-fattur tal-korrezzjoni tas-CO2 |
ηA |
— |
Effiċjenza tal-alternatur [-] |
ηDCDC |
— |
Effiċjenza tal-konvertitur DC-DC [-] |
Simboli miktubin taħt il-vers
L-indiċi (c) jirreferi għan-numru tal-klassi tal-kejl tas-sistema adattiva tad-dawl ta' quddiem tal-kampjun
L-indiċi (i) jirreferi għal kull dawl tal-vettura
L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun
L-indiċi (t) jirreferi għal kull numru ta' kejlijiet ta' T
3. KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti UN/ECE Nru 4 ( 1 ), 6 ( 2 ), 7 ( 3 ), 19 ( 4 ), 23 ( 5 ), 38 ( 6 ), 48 ( 7 ), 100 ( 8 ), 112 ( 9 ), 119 ( 10 ) u 123 ( 11 ). Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 6.1.4 tar-Regolament UN/ECE Nru 112 u l-punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tal-istess Regolament.
Għas-sistema adattiva tad-dawl ta' quddiem (AFS) b'raġġ baxx li taqa' tal-inqas taħt tnejn mill-Klassijiet C, E, V jew W kif definit fir-Regolament UN/ECE Nru 123, sakemm ma jintlaħaqx ftehim mas-servizz tekniku li l-Klassi C hija l-intensità ta' LED rappreżentattiva/medja għall-applikazzjoni tal-vettura, il-kejlijiet tal-enerġija għandhom isiru fl-intensità ta' LED ta' kull klassi (Pc) kif definit fir-Regolament UN/ECE Nru 123. Jekk il-Klassi C hija l-intensità ta' LED rappreżentattiva/medja għall-applikazzjoni tal-vettura, il-kejlijiet tal-enerġija għandhom isiru bl-istess mod bħal għal kwalunkwe dawl LED estern ieħor inkluż fil-kombinazzjoni.
Tagħmir tat-test
Għandu jintuża t-tagħmir li ġej, kif muri fil-Figura hawn taħt:
Konfigurazzjoni tat-test
Kejlijiet u determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija
Għal kull dawl LED estern effiċjenti inkluż fil-kombinazzjoni, il-kejl tal-kurrent għandu jsir kif muri fil-Figura b'vultaġġ ta' 13,2 V. Il-modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b'ger tal-kontroll ta' sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant.
Il-manifattur jista' jitlob li jsiru kejlijiet oħra tal-kurrent f'vultaġġi addizzjonali oħra. F'dak il-każ, il-manifattur għandu jgħaddi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dokumentazzjoni verifikata dwar il-ħtieġa li jitwettaq dawn il-kejlijiet addizzjonali. Il-kejlijiet tal-kurrenti f'kull wieħed minn dawn il-vultaġġi addizzjonali għandhom isiru b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames darbiet. Il-vultaġġi installati eżatti u l-kurrent imkejjel iridu jitniżżlu f'erba' ċifri deċimali.
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat billi l-vultaġġ installat jiġi mmultiplikat bil-kurrent imkejjel. Il-medja tal-konsum tal-enerġija għal kull dawl LED estern effiċjenti (
) għandha tiġi kkalkulata. Kull valur għandu jitniżżel f'erba ċifri deċimali. Meta mutur ta' veloċità gradwali jew kontrollur elettroniku jintuża għall-provvista tal-elettriku fid-dwal LED, it-tagħbija elettrika ta' dik il-parti tal-komponent għandha tiġi eskluża mill-kejl.
Kejlijiet addizzjonali għal Sistema Adattiva tad-Dawl ta' Quddiem (AFS) b'Raġġ Baxx
Tabella 1
Klassijiet ta' AFS b'Raġġ baxx
Klassi |
Ara l-punt 1.3 u n-nota f'qiegħ il-paġna 2 tar-Regolament UN/ECE Nru 123 |
% Intensità tal-LED |
Modalità ta' Attivazzjoni (*1) |
C |
Mogħdija tar-Raġġi Bażi (Pajjiż) |
100 % |
50 km/h < veloċità < 100 km/h Jew meta ma tiġi attivata l-ebda klassi ta' mogħdija tar-raġġi oħra (V, W, E) |
V |
Belt |
85 % |
Veloċità < 50 km/h |
E |
Awtostrada |
110 % |
Veloċità > 100 km/h |
W |
Kundizzjonijiet Avversi |
90 % |
Wajper tal-windscreen attiv > 2 min |
(*1)
Veloċitajiet tal-attivazzjoni li għandhom jiġu ċċekkjati għal kull applikazzjoni ta' vettura skont ir-Regolament UN/ECE Nru 48 it-Taqsima 6, il-Kapitolu 6.22, il-paragrafi 6.22.7.4.1 (klassi C), 6.22.7.4.2 (klassi V), 6.22.7.4.3 (klassi E), 6.22.7.4.4 (klassi W). |
Meta jkunu meħtieġa l-kejlijiet tal-enerġija fl-intensità tal-LED ta' kull klassi, wara li jsiru l-kejlijiet ta' kull Pc, l-enerġija tal-AFS b'Raġġ baxx (
) għandha tiġi kkalkulata bħala medja ponderata tal-Enerġija tal-LED waqt il-meded tal-veloċità tad-WLTC, bil-Formula 1 li ġejja.
Formula 1
Fejn:
hija l-konsum tal-enerġija (medja tal-kejlijiet n) għal kull klassi;
hija l-perċentwal ta' żmien tad-WLTC għal kull medda ta' veloċità f'kull klassi (WLTC idum 1 800 s b'kollox):
Tabella 2
Medda tal-veloċità |
Żmien |
WLTC_sharec (%) |
< 50 km/h: |
1 058 s |
0,588 (58,8 %) |
50–100 km/h |
560 s |
0,311 (31,1 %) |
> 100 km/h |
182 s |
0,101 (10,1 %) |
Meta l-AFS b'Raġġ baxx ikollha biss 2 klassijiet li ma jkoprux il-veloċitajiet kollha tad-WLTC (eż. C u V), il-ponderazzjoni tal-enerġija tal-Klassi C għandha tinkludi wkoll iż-żmien tad-WLTC mhux kopert mit-tieni klassi (eż. ħin tal-Klassi C “t” = 0,588 + 0,101)
L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta ta' kull dawl LED estern effiċjenti (ΔPi) għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-Formula 2 li ġejja:
Formula 2
fejn il-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vettura tal-linja bażi korrispondenti huwa definit fit-Tabella 3:
Tabella 3
Konsum tal-enerġija għad-dwal differenti tal-vetturi fil-linja bażi
Dawl tal-vettura |
Enerġija elettrika totali (PB) [W] |
Fanal b'raġġ baxx |
137 |
Fanal b'raġġ qawwi |
150 |
Fanal ta' pożizzjoni ta' quddiem |
12 |
Pjanċa ta' reġistrazzjoni |
12 |
Fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar |
124 |
Fanal ta' wara kontra ċ-ċpar |
26 |
Lampa indikatur ta' quddiem |
13 |
Lampa indikatur ta' wara |
13 |
Fanal tad-dwal tar-rivers |
52 |
Fanal tad-dwal għall-kantunieri |
44 |
Fanal ta' Liwi Statiku |
44 |
4. KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAS-CO2 U L-MARĠNI TAL-ISTATISTIKA
4.1. Kalkolu tal-iffrankar tas-CO2
L-iffrankar totali tas-CO2 tal-pakkett tal-illuminazzjoni għandu jiġi kkalkulat skont is-sistema tal-motopropulsjoni speċifika tal-vettura (eż. Konvenzjonali, NOVC-HEV).
4.1.1. Karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u NOVC-HEVs tal-kategorija M1 li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla u mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Sub Anness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151
L-iffrankar tas-CO2 għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 3 li ġejja:
Formula 3
Fejn:
v : Veloċità medja tas-sewqan tad-WLTC [km/h], li hija 46,60 km/h
ηA : Effiċjenza tal-alternatur, li hija 0,67
V
Pe:
Konsum tal-enerġija effettiva kif speċifikat fit-Tabella 4
Tabella 4
Konsum tal-enerġija effettiva
Tip ta’ Magna |
Konsum tal-enerġija effettiva (Vpe) [l/kWh] |
Petrol/E85 |
0,264 |
Petrol/E85 Turbo |
0,280 |
Diżil |
0,220 |
L-LPG |
0,342 |
LPG Turbo |
0,363 |
|
Konsum tal-enerġija effettiva (Vpe) [m3/kWh] |
CNG (G20) |
0,259 |
CNG (G20) Turbo |
0,275 |
CF :
fattur ta’ konverżjoni kif definit fit-Tabella 5.
Tabella 5
Fattur ta’ konverżjoni tal-fjuwil
Tip ta’ fjuwil |
Fattur ta’ konverżjoni (CF) [gCO2/l] |
Petrol/E85 |
2 330 |
Diżil |
2 640 |
L-LPG |
1 629 |
|
Fattur ta’ konverżjoni (CF) [gCO2/m3] |
CNG (G20) |
1 795 |
UF
i:
Fattur tal-użu tad-dawl tal-vettura [-] kif definit fit-Tabella 6.
Tabella 6
Fattur tal-użu għal tipi differenti ta' dwal tal-vetturi
Dawl tal-vettura |
Fattur tal-użu (UF) [-] |
Fanal b'raġġ baxx |
0,33 |
Fanal b'raġġ qawwi |
0,03 |
Fanal ta' pożizzjoni ta' quddiem |
0,36 |
Pjanċa ta' reġistrazzjoni |
0,36 |
Fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar |
0,01 |
Fanal ta' wara kontra ċ-ċpar |
0,01 |
Lampa indikatur ta' quddiem |
0,15 |
Lampa indikatur ta' wara |
0,15 |
Fanal tad-dwal tar-rivers |
0,01 |
Fanal tad-dwal għall-kantunieri |
0,019 |
Fanal ta’ Liwi Statiku |
0,039 |
4.1.2. NOVC-HEVs li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 4.1.1
L-iffrankar tas-CO2 għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 4 li ġejja:
Formula 4
Fejn:
ηDCDC : Effiċjenza tal-konvertitur DC-DC
: fattur ta' korrezzjoni tas-CO2
, kif definit fil-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.
L-effiċjenza tal-konvertitur DC-DC (ηDCDC ) għandha tiġi evalwata skont l-arkitettura xierqa tal-vettura, kif speċifikat fit-Tabella 7:
Tabella 7
Effiċjenza tal-konvertitur DC-DC għal arkitetturi differenti tad-dawl tal-vetturi
# |
Arkitettura |
ηDCDC |
1 |
Dwal imqabbda b'mod parallel mad-dwal tal-batterija ta' vultaġġ baxx (alimentati direttament mill-batterija ta' vultaġġ għoli permezz tal-konvertitur DCDC) |
0,xx |
2 |
Dwal imqabbda f'serje wara l-batterija ta' vultaġġ baxx, u l-batterija ta' vultaġġ baxx imqabbda f'serje mal-Batterija ta' vultaġġ għoli |
1 |
3 |
Batteriji ta' Vultaġġ Għoli u vultaġġ baxx għandhom eżattament l-istess vultaġġ (12 V, 48 V,…) bħad-dwal |
1 |
Għall-arkitettura #1, l-effiċjenza tal-konvertitur DC-DC (ηDCDC ) għandha tkun l-ogħla valur li jirriżulta mit-testijiet ta' effiċjenza mwettqa fil-medda ta' kurrent elettriku operattiva. L-intervall tal-kejl għandu jkun daqs jew anqas minn 10 % tal-medda ta' kurrent elettriku operattiva.
4.2. Kalkolu tal-marġni tal-istatistika
Il-marġni tal-istatistika tal-pakkett tal-illuminazzjoni għandu jiġi kkalkulat skont is-sistema tal-motopropulsjoni speċifika tal-vettura (eż. Konvenzjonali, NOVC-HEV).
4.2.1. Karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna u NOVC-HEVs tal-kategorija M1 li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla u mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Sub Anness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151
Il-marġni tal-istatistika tar-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar li jirriżulta mill-kejlijiet għandu jiġi kkwantifikat. Għal kull dawl LED estern effiċjenti inkluż fil-pakkett, għandha tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard skont il-Formula 5:
Formula 5
Fejn:
n : Numru ta' kejlijiet tal-kampjun, li huwa mill-inqas 5
Meta d-devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija ta' kull dawl LED estern effiċjenti (
) twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (
), dan l-iżball għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 6:
Formula 6
4.2.2. NOVC-HEVs li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 4.2.1
Il-marġni tal-istatistika tar-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar li jirriżulta mill-kejlijiet għandu jiġi kkwantifikat. Għal kull dawl LED estern effiċjenti inkluż fil-pakkett, għandha tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard skont il-Formula 7:
Formula 7
Fejn:
n : Numru ta' kejlijiet tal-kampjun, li huwa mill-inqas 5
Il-fattur ta' korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2
għandu jiġi ddeterminat minn sett ta' kejlijiet T li jsir mill-manifattur, skont il-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151. Għal kull kejl, il-bilanċ elettriku matul it-test u l-emissjonijiet imkejla tas-CO2 għandhom jiġu rreġistrati.
Sabiex issir l-evalwazzjoni tal-iżball statistiku ta'
, il-kombinazzjonijiet T kollha mingħajr ripetizzjonijiet tal-kejlijiet T-1 għandhom jintużaw biex jiġu estrapolati l-valuri differenti T ta'
(jiġifieri
). L-estrapolazzjoni għandha ssir skont il-metodu definit fil-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.Id-devjazzjoni standard ta'
għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 8.
Formula 8
Fejn:
T : Numru ta' kejlijiet li jsir mill-manifattur għall-estrapolazzjoni tal-
kif definit fil-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.
: medja tal-valuri T ta'
Meta d-devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija ta' kull dawl LED estern effiċjenti (
) u d-devjazzjoni standard tal-
twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (
), dan l-iżball għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 9.
Formula 9
4.3. Marġni tal-istatistika għal AFS b'Raġġ baxx
Meta tkun preżenti AFS b'Raġġ baxx, il-formuli 9 għandhom jiġu adattati biex iqisu l-kejlijiet addizzjonali meħtieġa.
Il-valur tal-inċertezza (
) li għandu jintuża għall-AFS b'Raġġ baxx għandu jiġi kkalkulat bil-formuli 10 u 11 li ġejjin:
Formula 10
Formula 11
Fejn:
n : Numru ta' kejlijiet tal-kampjun, li huwa mill-inqas 5
: medja tal-valuri n ta' Pc
5. AĠĠUSTAMENT
Il-valur ikkalkulat tal-iffrankar tas-CO2 (
) u l-marġni tal-istatistika tal-iffrankar tas-CO2 (
) għandu jiġi aġġustat għal massimu ta' żewġ punti deċimali.
Kull valur użat fil-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2 jista' jiġi applikat mingħajr aġġustament jew għandu jiġi aġġustat sal-għadd minimu ta' punti deċimali li jippermetti li l-impatt ikkombinat tal-valuri aġġustati kollha fuq l-iffrankar ikun inqas minn 0,25 gCO2/km.
6. SINIFIKAT STATISTIKU
Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bid-dwal LED effiċjenti għandu jintwera li l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulata skont il-Formula 6 jew il-Formula 9 ma tkunx ikbar mid-differenza bejn l-iffrankar totali tas-CO2 u l-limitu minimu tal-iffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 12).
Formula 12
Fejn:
MT |
: |
limitu minimu [g CO2/km] |
|
: |
iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
|
: |
devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [gCO2/km] |
Meta t-total tal-iffrankar ta' emissjonijiet tas-CO2 tal-illuminazzjoni LED effiċjenti kif iddeterminat skont il-metodoloġija ta' ttestjar stabbilita f'dan l-Anness ikun taħt il-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.
( 1 ) ĠU L 4, 7.1.2012, p. 17.
( 2 ) ĠU L 213, 18.7.2014, p. 1.
( 3 ) ĠU L 285, 30.9.2014, p. 1.
( 4 ) ĠU L 250, 22.8.2014, p. 1.
( 5 ) ĠU L 237, 8.8.2014, p. 1.
( 6 ) ĠU L 148, 12.6.2010, p. 55.
( 7 ) ĠU L 323, 6.12.2011, p. 46.
( 8 ) ĠU L 302, 28.11.2018, p. 114.
( 9 ) ĠU L 250, 22.8.2014, p. 67.
( 10 ) ĠU L 89, 25.3.2014, p. 101.
( 11 ) ĠU L 222, 24.8.2010, p. 1.