02019D0961 — MT — 08.09.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/961

tas-7 ta' Ġunju 2019

li tawtorizza miżura proviżorja meħuda mir-Repubblika Franċiża f'konformità mal-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) biex tirrestrinġi l-użu u t-tqegħid fis-suq ta' ċertu injam trattat bil-kreożot u b'sustanzi oħra relatati mal-kreożot

(notifikata bid-dokument C(2019) 4122)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 154 12.6.2019, p. 44)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/326 tal-24 ta’ Frar 2022

  L 55

76

28.2.2022




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/961

tas-7 ta' Ġunju 2019

li tawtorizza miżura proviżorja meħuda mir-Repubblika Franċiża f'konformità mal-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) biex tirrestrinġi l-użu u t-tqegħid fis-suq ta' ċertu injam trattat bil-kreożot u b'sustanzi oħra relatati mal-kreożot

(notifikata bid-dokument C(2019) 4122)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

1.  
Soġġetta għall-paragrafu 2, il-miżura proviżorja nnotifikata lill-Kummissjoni minn Franza fil-25 ta' Frar 2019 dwar ir-restrizzjoni tal-użu u t-tqegħid fis-suq ta' ċertu injam trattat (“il-miżura proviżorja”), hija awtorizzata għal perjodu ta' ►M1  59 xahar ◄ mid-data effettiva ta' din id-Deċiżjoni.
2.  

L-awtorizzazzjoni għandha tiskadi skont liema mid-dati li ġejjin tiġi l-ewwel, jekk waħda minnhom isseħħ qabel ma jiskadi ż-żmien speċifikat fil-paragrafu 1:

(a) 

meta l-proċedura ta' restrizzjonijiet tal-Unjoni mibdija fir-rigward tal-miżura proviżorja tirriżulta f'emenda tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, id-data li fiha dik l-emenda ssir applikabbli;

(b) 

sitt xhur wara li l-proċedura ta' restrizzjonijiet tal-Unjoni mibdija fir-rigward tal-miżura proviżorja tiġi ffinalizzata mingħajr ma l-Kummissjoni tipproponi abbozz ta' restrizzjoni.

Artikolu 2

.Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.