02019D0784 — MT — 30.04.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/784 tal-14 ta' Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2019) 3450) (ĠU L 127 16.5.2019, p. 13) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 138 |
19 |
30.4.2020 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/784
tal-14 ta' Mejju 2019
dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2019) 3450)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi essenzjali għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-banda ta' frekwenzi 24,25-27,5 GHz fl-Unjoni għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili.
Artikolu 2
Sat-30 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli fuq bażi mhux esklużiva l-banda ta’ frekwenzi ta’ bejn l-24,25 u s-27,5 GHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili, f’konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi essenzjali stabbiliti fl-Anness.
Skont ir-reġim ta' awtorizzazzjoni applikat f'din il-banda, l-Istati Membri għandhom janalizzaw jekk huwiex meħtieġ li jiġu imposti kundizzjonijiet tekniċi supplimentari sabiex tiġi żgurata koeżistenza xierqa ta' sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili flimkien ma' servizzi oħra fil-banda.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f'konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti fl-Anness, li s-sistemi terrestri msemmija fl-Artikolu 1 jipproteġu, kif xieraq:
sistemi f'baned maġenb xulxin, b'mod partikolari fis-Servizz Satellitari għall-Esplorazzjoni tad-Dinja (passiv) u fis-Servizz tar-Radjuastronomija fil-banda ta' frekwenzi ta' bejn it-23,6 u l-24,0 GHz;
stazzjonijiet terrestri fis-Servizz Satellitari għall-Esplorazzjoni tad-Dinja u fis-Servizz ta' Riċerka Spazjali għal komunikazzjonijiet mill-ispazju lejn id-dinja li joperaw fi ħdan il-banda ta' frekwenzi ta' bejn il-25,5 u s-27,0 GHz;
sistemi satellitari għal komunikazzjonijiet mid-dinja lejn l-ispazju fis-Servizz Satellitari Fiss li joperaw fi ħdan il-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,65 u l-25,25 GHz;
sistemi satellitari għal komunikazzjonijiet intersatellitari li joperaw fi ħdan il-baned ta' frekwenza ta' bejn l-24,45 u l-24,75 GHz u ta' bejn il-25,25 u s-27,5 GHz.
Artikolu 4
L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operat kontinwu ta' konnessjonijiet fissi fi ħdan il-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz, jekk is-sistemi terrestri msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jeżistu b'mod konġunt ma' tali konnessjonijiet fissi permezz ta' użu kondiviż tal-ispettru.
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-ħtieġa għat-tkomplija tal-funzjonament tal-konnessjonijiet fissi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Bil-kundizzjoni li l-għadd u l-postijiet ta' stazzjonijiet terrestri ġodda jiġu ddeterminati b'tali mod li ma jiġux imposti restrizzjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi msemmija fl-Artikolu 1, soġġett għad-domanda tas-suq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskjerament kontinwu tal-istazzjonijiet terrestri jsir possibbli:
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ftehimiet tal-koordinazzjoni transkonfinali sabiex jagħmlu possibbli l-operat tas-sistemi terrestri msemmija fl-Artikolu 1, filwaqt li jqisu l-proċeduri u d-drittijiet regolatorji eżistenti, kif ukoll il-ftehimiet internazzjonali rilevanti.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sat-30 ta’ Settembru 2020
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz, inkluż il-progress fil-koeżistenza bejn is-sistemi terrestri msemmija fl-Artikolu 1 u sistemi oħra li jużaw il-banda, u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni fuq talba jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess biex tkun tista' ssir reviżjoni f'waqtha ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 3
1. Definizzjonijiet
2. Parametri Ġenerali
1. Il-modalità dupleks tal-funzjonament fil-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz għandha tkun id-dupleks tad-diviżjoni tal-ħin.
2. Id-daqs tal-blokka allokata għandu jkun multiplu ta' 200 MHz. Daqs iżgħar tal-blokok ta' 50 MHz jew 100 MHz jew 150 MHz, kontigwu mal-blokka allokata ta' utent ta' spettru ieħor, huwa possibbli wkoll biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-banda ta' frekwenzi kollha.
3. L-ogħla limitu ta' frekwenza ta' blokka allokata għandu jkun allinjat ma', jew spazjat b'multiplu ta', 200 MHz mit-tarf tal-banda ta' fuq ta' 27,5 GHz. Jekk blokka tkun iżgħar minn 200 MHz skont il-paragrafu 2 jew jekk ikun meħtieġ li din tiġi spustjata biex takkomoda utenti eżistenti, dan l-ispostament għandu jkun multiplu ta' 10 MHz.
4. Il-kundizzjonijiet tekniċi li jinsabu f'dan l-Anness huma essenzjali biex tiġi indirizzata l-koeżistenza reċiproka ta' sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili u l-koeżistenza ta' tali sistemi mas-sistemi fis-Servizz Satellitari għall-Esplorazzjoni tad-Dinja (passiv) fil-forma ta' limiti fuq emissjonijiet mhux mixtieqa fil-banda ta' frekwenzi ta' bejn it-23,6 u l-24 GHz kif ukoll ma' riċevituri tal-istazzjon spazjali fil-forma ta' restrizzjonijiet fuq l-elevazzjoni tar-raġġ ewlieni tal-AAS ta' stazzjon bażi fuq barra. Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-koeżistenza ma' servizzi u applikazzjonijiet oħra ( 1 ).
5. L-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz għall-komunikazzjonijiet b'vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ għandu jkun limitat għall-konnessjoni ta' komunikazzjoni mill-istazzjon terminali abbord il-vettura tal-ajru bla ekwipaġġ lejn stazzjon bażi tan-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili.
6. Trażmissjoni ta' stazzjon bażi u ta' stazzjon terminali b'banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz għandha tkun konformi mal-block edge mask f'dan l-Anness.
L-illustrazzjoni 1 tipprovdi eżempju ta' tqassim tal-kanali possibbli.
Illustrazzjoni 1
Eżempju ta' tqassim tal-kanali fi ħdan banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz
3. Kundizzjonijiet tekniċi għall-istazzjonijiet bażi — Block Edge Mask
Il-parametri tekniċi għall-istazzjonijiet bażi, imsejħin Block Edge Mask (BEM) stabbiliti f'din it-taqsima, huma element fundamentali tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-koeżistenza bejn netwerks ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband biswit xulxin mingħajr fili, jekk ma jkunx hemm ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn operaturi ta' tali netwerks biswit xulxin. L-operaturi tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili fil-banda ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz jistgħu jaqblu, fuq bażi bilaterali jew multilaterali, dwar parametri tekniċi inqas stretti dment li jkomplu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tekniċi li japplikaw għall-protezzjoni ta' servizzi, applikazzjonijiet jew netwerks oħra u mal-obbligi transkonfinali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-parametri tekniċi inqas stretti jkunu jistgħu jintużaw bi ftehim mill-partijiet affettwati kollha.
BEM hija maskra tal-emissjoni li tiddefinixxi l-livelli tal-potenza bħala funzjoni tal-frekwenza relattiva għat-tarf ta' blokka ta' spettru allokata lil operatur. Din hija magħmula minn diversi elementi kif muri fit-Tabella 1. Il-limitu tal-potenza tal-linja bażi jiżgura li jiġi protett l-ispettru ta' operaturi oħra. Il-limitu tal-potenza tal-linja bażi addizzjonali (il-limitu 'l barra mill-banda) jiżgura li jiġi protett l-ispettru għas-servizzi u l-applikazzjonijiet 'l barra mill-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz. Il-limitu tal-potenza reġjonali tranżizzjonali jippermetti li jsir roll-off tal-livelli tal-potenza minn ġewwa l-blokka lejn il-limitu tal-potenza tal-linja bażi u jiżgura koeżistenza ma' operaturi oħra fi blokok kontigwi.
L-illustrazzjoni 2 turi BEM ġenerali applikabbli għall-banda ta' frekwenzi ta' 26 GHz.
Illustrazzjoni 2
Illustrazzjoni ta' block edge mask
Mhuwa speċifikat l-ebda limitu armonizzat tal-potenza ġewwa l-blokka. It-Tabelli 2 u 3 jassumu funzjonament sinkronizzat. Funzjonament mhux sinkronizzat jew semisinkronizzat jeħtieġ ukoll is-separazzjoni ġeografika ta' netwerks biswit xulxin. It-Tabelli 4 u 6 jispeċifikaw limiti tal-potenza barra mill-banda għall-istazzjonijiet bażi u l-istazzjonijiet terminali rispettivament biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-Servizz Satellitari għall-Esplorazzjoni tad-Dinja (EESS) (passiv) fil-banda ta' frekwenzi ta' bejn it-23,6 u l-24,0 GHz. It-Tabella 5 tipprovdi kundizzjonijiet teknika addizzjonali għall-istazzjonijiet bażi biex tiġi ffaċilitata l-koeżistenza ma' sistemi satellitari fis-Servizz Satellitari Fiss (FSS) mid-dinja lejn l-ispazju u fis-Servizz Intersatellitari (ISS).
Tabella 1
Definizzjoni tal-elementi tal-BEM
Element tal-BEM |
Definizzjoni |
Ġewwa l-blokka |
Blokka tal-ispettru assenjat li għaliha tiġi derivata l-BEM. |
Linja Bażi |
Spettru fi ħdan il-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz li jintuża għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili, bl-esklużjoni tal-blokka tal-operatur li qed jiġi kkunsidrat u r-reġjuni tranżizzjonali korrispondenti. |
Reġjun tranżizzjonali |
Spettru kontigwu ma' blokka tal-operatur. |
Linja bażi addizzjonali |
Spettru fi ħdan baned kontigwi mal-banda ta' frekwenzi ta' bejn l-24,25 u s-27,5 GHz, fejn japplikaw limiti tal-potenza speċifiċi fir-rigward ta' servizzi jew applikazzjonijiet oħra. |
Tabella 2
Limitu tal-potenza tar-reġjun tranżizzjonali tal-istazzjon bażi għal funzjonament sinkronizzat
Medda tal-frekwenzi |
TRP massima |
Il-wisa' tal-banda tal-kejl |
Sa 50 MHz inqas jew aktar minn blokka ta' operatur |
12 dBm |
50 MHz |
Nota ta' spjegazzjoni
Il-limitu jiżgura koeżistenza bejn in-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili fi blokka kontigwa/blokok kontigwi fi ħdan il-banda ta' frekwenzi ta' 26 GHz u f'funzjonament sinkronizzat.
Tabella 3
Limitu tal-potenza tal-linja bażi tal-istazzjon bażi għal funzjonament sinkronizzat
Medda tal-frekwenzi |
TRP massima |
Il-wisa' tal-banda tal-kejl |
Linja Bażi |
4 dBm |
50 MHz |
Nota ta' spjegazzjoni
Il-limitu jiżgura koeżistenza bejn in-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili fi blokok mhux kontigwi fi ħdan il-banda ta' frekwenzi ta' 26 GHz u f'funzjonament sinkronizzat.
Tabella 4
Limitu tal-potenza tal-linja bażi addizzjonali tal-istazzjon bażi
Medda ta’ frekwenzi |
TRP massima |
Wisa’ tal-banda tal-kejl |
Dħul fis-seħħ |
23,6-24,0 GHz |
– 33 dBW |
200 MHz |
Dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni () |
– 39 dBW |
200 MHz |
L-1 ta’ Jannar 2024 () |
|
(1) L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li jsiru skjeramenti ġodda ta’ sistemi terrestri li jkunu kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili fil-medda ta’ frekwenzi 22-23,6 GHz, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni xierqa tas-Servizz (passiv) ta’ Esplorazzjoni tad-Dinja bis-Satellita u tas-Servizz tar-Radjuastronomija fil-banda ta’ frekwenzi ta’ bejn it-23,6 u l-24 GHz flimkien mal-limitu applikabbli wara l-1 ta’ Jannar 2024. (2) Dan il-limitu japplika għall-istazzjonijiet bażi li jibdew jintużaw wara l-1 ta’ Jannar 2024. Dan il-limitu ma japplikax għall-istazzjonijiet bażi li jibdew jintużaw qabel dik id-data. Għal dawk l-istazzjonijiet bażi, il-limitu ta’ – 33 dBW/200 MHz jibqa’ japplika wara l-1 ta’ Jannar 2024. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw miżuri addizzjonali biex jivvalutaw u jtaffu l-impatt aggregat ta’ dawk l-istazzjonijiet bażi b’rabta mal-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 3(a) rigward is-Servizz (passiv) ta’ Esplorazzjoni tad-Dinja bis-Satellita. Dawn il-miżuri jinkludu l-adattament tad-daqs tal-blokok allokati, il-konfigurazzjoni tal-antenni, il-potenza minn ġewwa l-blokka jew il-penetrazzjoni tat-tagħmir. |
Nota ta' spjegazzjoni
Il-limitu 'l barra mill-banda japplika għall-emissjonijiet massimi fil-banda ta' bejn it-23,6 u l-24,0 GHz għall-protezzjoni tal-EESS (passiv) fil-modalitajiet kollha stipulati tal-funzjonament tal-istazzjon bażi (jiġifieri potenza massima fil-banda, ippuntar elettriku, konfigurazzjonijiet tat-trasportatur).
Tabella 5
Kundizzjoni addizzjonali li tapplika għal stazzjonijiet bażi fuq barra tal-AAS
Rekwiżit dwar l-elevazzjoni tar-raġġ ewlieni tal-istazzjonijiet bażi fuq barra tal-AAS
Meta jintużaw tali stazzjonijiet bażi, għandu jiġi żgurat li normalment kull antenna tittrażmetti biss bir-raġġ ewlieni jippunta taħt l-orizzont u barra minn hekk, l-antenna għandu jkollha ppuntar mekkaniku taħt l-orizzont ħlief meta l-istazzjon bażi jkun qed jirċievi biss.
Nota ta' spjegazzjoni
Il-kundizzjoni tapplika għall-protezzjoni tar-riċevituri tal-istazzjon spazjali bħal fl-FSS (mid-dinja lejn l-ispazju) u fl-ISS.
4. Kundizzjonijiet tekniċi għal stazzjonijiet terminali
Tabella 6
Limitu tal-potenza tal-linja bażi addizzjonali tal-istazzjon terminali
Medda ta’ frekwenzi |
TRP massima |
Wisa’ tal-banda tal-kejl |
Dħul fis-seħħ |
23,6-24,0 GHz |
– 29 dBW |
200 MHz |
Dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni |
– 35 dBW |
200 MHz |
L-1 ta’ Jannar 2024 () |
|
(1) Dan il-limitu japplika għall-istazzjonijiet terminali li jibdew jintużaw wara l-1 ta’ Jannar 2024. Dan il-limitu ma japplikax għall-istazzjonijiet terminali li jibdew jintużaw qabel dik id-data. Għal dawk l-istazzjonijiet terminali, il-limitu ta’ – 29 dBW/200 MHz jibqa’ japplika wara l-1 ta’ Jannar 2024. |
Nota ta' spjegazzjoni
Il-limitu 'l barra mill-banda japplika għall-emissjonijiet massimi fil-banda ta' frekwenzi ta' bejn it-23,6 u l-24,0 GHz għall-protezzjoni tal-EESS (passiv) għall-modalitajiet kollha stipulati tal-funzjonament tal-istazzjon terminali (jiġifieri potenza massima fil-banda, ippuntar elettriku, konfigurazzjonijiet tat-trasportatur).
( 1 ) Bħal servizzi tar-radjuastronomija.