02019D0038 — MT — 17.12.2019 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2019/2158 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Diċembru 2019

dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta’ data dwar il-fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali (BĊE/2019/38)

(riformulazzjoni)

(ĠU L 327 17.12.2019, p. 99)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 330, 20.12.2019, p.  105 (2019/2158)




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2019/2158 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Diċembru 2019

dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta’ data dwar il-fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali (BĊE/2019/38)

(riformulazzjoni)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta’ data dwar il-fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fir-rigward ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) u s-sottomissjoni tal-fatturi tariffarji mid-debituri tariffarji msemmija fl-Artikolu 10(3)(bd) ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll proċeduri għas-sottomissjoni ta’ tali data mill-ANK lill-BĊE.

Din id-Deċizjoni tapplika għad-debituri tariffarji u għall-ANK.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx previst mod ieħor, flimkien mad-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“jum ta’ xogħol” tfisser jum li ma jkunx is-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika fl-Istat Membru fejn l-ANK rilevanti tkun stabbilita;

2. 

“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif iddefinit fil-punt 7 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

Artikolu 3

Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji

1.  Għal entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni li huma soġġetti għal rappurtar obbligatorju għal skopijiet prudenzjali u gruppi taħt superviżjoni li ma nnotifikawx lill-BĊE skont l-Artikolu 4 bid-deċiżjoni tagħhom li jeskludu assi u/jew l-ammont ta’ skopertura għar-riskju ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi, il-BĊE għandu jiddetermina l-fatturi tariffarji rispettivi skont dan li ġej.

(a) 

L-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju għad-data ta’ referenza rilevanti speċifikata fl-Artikolu 10(3)(ba) jew (bc) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandu jiġi ddeterminat b’referenza għall-mudell ta’ “rekwiżiti ta’ fondi proprji” tar-rappurtar komuni (COREP) stabbilit fl-Anness I għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (minn hawn ’il quddiem “il-mudell tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji”) kif sottomess mill-ANK lill-BĊE skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/29. Għal fergħa li tħallas tariffa u żewġ friegħi jew aktar li jħallsu tariffa li jitqiesu li huma fergħa waħda f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju għandu jkun żero.

(b) 

L-assi totali għad-data ta’ referenza rilevanti speċifikati fl-Artikolu 10(3)(ba), (bb) jew (bc) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikunu determinati b’referenza għall-mudelli tar-“Rapport tal-Karta tal-Bilanċ: assi” tar-rappurtar finanzjarju (FINREP) stabbiliti fl-Annessi III u IV għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014; u l-mudelli tar-“Rapport tal-Karta tal-Bilanċ: assi” stabbiliti fl-Annessi I, II, IV u V u l-punti tad-data ta’ rappurtar finanzjarju superviżorju stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) kif sottomessi mill-ANK lill-BĊE skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/29 u r-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13). Fil-każ ta’ fergħa li tħallas tariffa, il-maniġer ta’ dik il-fergħa jew, jekk il-maniġer ma jkunx disponibbli, il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu li jistabbilixxi l-fergħa li tħallas tariffa għandu jiċċertifika l-assi totali tal-fergħa li tħallas tariffa permezz ta’ ittra tal-maniġment sottomessa lill-ANK rilevanti.

2.  Għal gruppi taħt superviżjoni li jkunu soġġetti għal rappurtar obbligatorju għal finijiet prudenzjali u li jinnotifikaw lill-BĊE skont l-Artikolu 4 bid-deċiżjoni tagħhom li jeskludu assi u/jew l-ammont ta’ skopertura għar-riskju ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi, il-BĊE għandu jiddetermina l-fatturi tariffarji rispettivi fuq il-bażi tad-data kkalkulata minn dawk il-gruppi taħt superviżjoni skont il-punti (a) u (b) li ġejjin u sottomessi minnhom lill-ANK rilevanti skont l-Artikolu 5.

(a) 

L-iskopertura totali għar-riskju għad-data ta’ referenza rilevanti speċifikata fl-Artikolu 10(3)(ba) jew (bc) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandha tiġi ddeterminata b’referenza għall-mudell tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, li minnhom għandu jitnaqqas dan li ġej:

(i) 

il-kontribuzzjoni għall-iskopertura totali għar-riskju tal-grupp ta’ dawk is-sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi kif irrapportat fil-mudell tas-“solvenza tal-grupp: informazzjoni dwar l-affiljati” tal-COREP stabbilit fl-Anness I għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (iktar ’il quddiem il-“mudell tas-solvenza tal-grupp: informazzjoni dwar l-affiljati”); u

(ii) 

il-kontribut tal-iskopertura totali għar-riskju tal-grupp ta’ dawk is-sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi mhux inklużi fil-mudell tas-solvenza tal-grupp: informazzjoni dwar l-affiljati u kif irrappurtat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

(b) 

L-assi totali għad-data ta’ referenza rilevanti speċifikati fl-Artikolu 10(3)(ba), (bb) jew (bc) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-aggregazzjoni tal-assi totali żvelati fir-rapporti finanzjarji statutorji tal-entitajiet kollha taħt superviżjoni stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti fi ħdan il-grupp taħt superviżjoni jekk disponibbli, jew inkella permezz tal-aggregazzjoni tal-assi totali ddikjarati fil-pakkett(i) ta’ rappurtar rilevanti użat(i) mill-entitajiet taħt superviżjoni jew grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jħallsu t-tariffi għat-tħejjija ta’ kontijiet ikkonsolidati fil-livell tal-grupp. Biex jiġi evitat l-għadd doppju, id-debitur tariffarju għandu l-opzjoni li jelimina l-pożizzjonijiet intragrupp fost l-entitajiet kollha taħt superviżjoni li huma stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti. Kwalunkwe avvjament inkluż fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-impriża omm ta’ grupp taħt superviżjoni għandu jiġi inkluż fl-aggregazzjoni; l-esklużjoni ta’ avvjament allokat lil sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi hija fakultattiva. Meta debitur tariffarju juża dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji, awditur għandu jiċċertifika li l-assi totali jikkorrispondu għall-assi totali żvelati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji awditjati tal-entitajiet taħt supeviżjoni individwali. Meta debitur tariffarju juża pakketti ta’ rappurtar, awditur għandu jiċċertifika l-assi totali użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali billi jwettaq verifika xierqa tal-pakketti ta’ rappurtar użati. Fi kwalunkwe każ, l-awditur għandu jikkonferma li l-proċess ta’ aggregazzjoni ma jiddevjax mill-proċedura stipulata f’din id-Deċiżjoni u li l-kalkolu mwettaq mid-debitur tariffarju huwa koerenti mal-metodu ta’ kontabilità użat għall-konsolidazzjoni tal-kontijiet tal-grupp ta’ entitajiet li jħallsu tariffa.

3.  Għal entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni li mhumiex soġġetti għal rappurtar obbligatorju għal finijiet prudenzjali, l-assi totali u l-iskopertura totali għar-riskju, kif iddefinit skont l-Artikolu 2, il-punti 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), għad-data ta’ referenza rilevanti speċifikata fl-Artikolu 10(3)(ba), 10(3)(bb) jew 10(3)(bc) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom jiġu ddeterminati minnhom u jiġu sottomessi lill-ANK rilevanti skont l-Artikolu 5. Fil-każ ta’ fergħa li tħallas tariffa, il-maniġer ta’ dik il-fergħa jew, jekk il-maniġer ma jkunx disponibbli, il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu li jistabbilixxi l-fergħa li tħallas tariffa għandu jiċċertifika l-assi totali tal-fergħa li tħallas tariffa permezz ta’ ittra tal-maniġment sottomessa lill-ANK rilevanti.

Artikolu 4

Notifika ta’ tnaqqis tal-assi u/jew l-ammont ta’ skopertura għar-riskju ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi

Debituri tariffarji li jkollhom l-intenzjoni li jeskludu assi u/jew l-ammont ta’ skopertura għar-riskju ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi skont l-Artikolu 10(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom jinnotifikaw lill-BĊE dwar id-deċiżjoni tagħhom sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tal-perjodu tariffarju li għalih tiġi kkalkulata t-tariffa. In-notifika għandha tindika jekk it-tnaqqis tal-kontribuzzjoni ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi għandux japplika għall-fattur tat-tariffa tal-iskopertura totali għar-riskju, il-fattur tat-tariffa tal-assi totali jew għat-tnejn. Jekk il-BĊE ma jkunx irċieva tali notifika sat-30 ta’ Settembru tal-perjodu tariffarju li għalih tiġi kkalkulata t-tariffa, l-iskopertura totali għar-riskju u l-assi totali għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 3(1). Jekk aktar minn notifika waħda tasal għand il-BĊE fil-ħin, l-aħħar notifika riċevuta mill-BĊE sat-30 ta’ Settembru tal-perjodu tariffarju li għalih tiġi kkalkulata t-tariffa għandha tipprevali.

Artikolu 5

Mudelli għar-rappurtar tal-fatturi tariffarji lill-ANK mid-debituri tariffarji

1.  Id-debituri tariffarji li l-fatturi tariffarji tagħhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 3(2) jew (3) għandhom jissottomettu l-fatturi tariffarji kull sena lill-ANK rilevanti sad-dati ta’ rimessa speċifikati fl-Artikolu 6. Il-fatturi tariffarji għandhom jiġu sottomessi billi jintużaw il-mudelli fl-Annessi I u II. Fil-każ ta’ grupp taħt superviżjoni b’sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi, id-debitur tariffarju għandu jipprovdi spjegazzjoni tal-metodu użat biex jikkonforma mal-Artikolu 3(2) jew (3) fil-kolonna tal-kummenti allokati għal dan il-għan fl-Anness rilevanti.

2.  Id-debituri tariffarji għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni tal-awditur jew l-ittra tal-maniġment skont l-Artikolu 3(2) u (3) lill-ANK rilevanti sad-dati ta’ rimessa speċifikati fl-Artikolu 6.

Artikolu 6

Dati ta’ rimessa

1.  Id-debituri tariffarji li l-fatturi tariffarji tagħhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 3(2) u (3) għandhom jipprovdu l-fatturi tariffarji lill-ANK rilevanti sa tmiem il-jum ta’ xogħol fid-data ta’ rimessa għar-rappurtar trimestrali għat-tielet trimestru speċifikat fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 tal-perjodu tariffarju li għalih tiġi kkalkulata t-tariffa jew fil-jum ta’ xogħol li jmiss jekk id-data ta’ rimessa ma tkunx jum ta’ xogħol.

2.  L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE il-fatturi tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn tmiem l-10 jum ta’ xogħol wara d-data ta’ rimessa speċifikata fil-paragrafu 1. Minn hemm’ il quddiem, il-BĊE għandu jivverifika d-data li jkun irċieva fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasal. L-ANK għandhom jispjegaw jew jikkjarifikaw id-data, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-BĊE.

3.  Il-BĊE għandu jagħti lil kull debitur tariffarju aċċess għall-fatturi tariffarji tiegħu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-perjodu tariffarju. Id-debituri tariffarji għandhom jingħataw perjodu ta’ ħmistax-il jum tax-xogħol li fih jistgħu jikkummentaw dwar il-fatturi tariffarji u jissottomettu data riveduta għall-kunsiderazzjoni, f’każ li jqisu li l-fatturi tariffarji ma jkunux korretti. Dan il-perjodu għandu jibda fil-jum li fih id-debituri tariffarji kellhom il-possibbiltà li jaċċessaw il-fatturi tariffarji. Wara dan, il-fatturi tariffarji għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali. Kwalunkwe bidla fid-data li tasal wara dak il-perjodu ma titqiesx u għalhekk ma tirriżultax f’bidla fil-fatturi tariffarji.

Artikolu 7

Kontrolli tal-kwalità tad-data

L-ANK għandhom jimmonitorjaw u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tal-fatturi tariffarji miġbura mingħand id-debituri tariffarji skont l-Artikolu 3(2) u (3) qabel ma jissottomettuhom lill-BĊE. L-ANK għandhom iwettqu kontroll tal-kwalità biex jivvalutaw jekk il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 3 ġietx segwita. Il-BĊE ma għandux jikkoreġi jew jimmodifika data dwar il-fatturi tariffarji pprovduti mid-debituri tariffarji. Kwalunkwe korrezzjoni jew modifika għad-data għandha ssir mid-debituri tariffarji u tiġi sottomessa minnhom lill-ANK. L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe data kkoreġuta jew immodifikata li huma jirċievu. Meta jissottomettu data dwar il-fatturi tariffarji, l-ANK għandhom: (a) jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe żvilupp sinifikanti implikat minn dik id-data; u (b) jikkomunikaw lill-BĊE ir-raġunijiet għal kwalunkwe korrezzjoni jew modifika sinifikanti għaliha. L-ANK għandhom jiżguraw li l-BĊE jikseb il-korrezzjonijiet jew il-modifiki meħtieġa għad-data.

Artikolu 8

Id-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji mill-BĊE jekk il-fatturi tariffarji ma jkunux disponibbli jew jekk ma jiġux sottomessi korrezzjonijiet jew modifiki

Fil-każ li fattur tariffarju ma jkunx disponibbli għall-BĊE jew id-debitur tariffarju ma jkunx issottometta data riveduta jew modifiki jew korrezzjonijiet tad-data fil-ħin rigward il-fatturi tariffarji f’konformità mal-Artikoli 6(3) jew 7, il-BĊE għandu juża l-informazzjoni disponibbli biex jiddetermina l-fattur tariffarju nieqes.

Artikolu 9

Proċedura ta’ emenda simplifikata

Filwaqt li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun intitolat li jagħmel emendi tekniċi għall-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm dawk l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwaw il-piż ta’ rappurtar fuq id-debituri tariffarji. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv bi kwalunkwe emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 10

Revoka

1.  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/530 (BĊE/2015/7) qiegħda tiġi rrevokata.

2.  Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

▼C1

Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.

▼B




ANNESS I



 

KALKOLU TAT-TARIFFI

Data ta’ referenza

 

ISEM

 

 

SKOPERTURA TOTALI GĦAR-RISKJU

Data ta’ sottomissjoni

 

Kodiċi MFI

 

 

 

 

 

Kodiċi LEI

 

 

 

 

 

 

 



Partita

 

Tip ta’ istituzzjoni

Sors għall-ammont ta’ skopertura għar-riskju

Ammont ta’ skopertura għar-riskju

Kummenti

 

 

10

20

30

40

10

SKOPERTURA TOTALI GĦAR-RISKJU kif ikkalkulata skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(1), (2) jew (3)

COREP C 02.00, ringiela 010

 

 

20

KONTRIBUZZJONI TA’ SUSSIDJARJI fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi

 

COREP C 06.02, kol 250 (SUM)

 

 

1021

Entità 1

 

 

 

 

1022

Entità 2

 

 

 

 

1023

Entità 3

 

 

 

 

1024

Entità 4

 

 

 

 

.....

Entità...

 

 

 

 

N

Entità N

 

 

 

 

30

AMMONT TAL-ISKOPERTURA TOTALI GĦAR-RISKJU tal-grupp taħt superviżjoni bit-tnaqqis tal-KONTRIBUZZJONI TAS-SUSSIDJARJI fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi: Il-partita 030 hija ugwali għal 010 nieqes 020 nieqes it-total tal-partiti 1021 sa N

 

 

 

 

Kun ċert li dan il-mudell jimtela skont l-istruzzjonijiet ipprovduti separatament.




ANNESS II



 

KALKOLU TAT-TARIFFI

Data ta’ referenza

 

ISEM

 

 

ASSI TOTALI

Data ta’ sottomissjoni

 

Kodiċi MFI

 

 

 

 

 

Kodiċi LEI

 

 

 

 

 

 

 



Partita

 

Tip ta’ istituzzjoni

Konferma tal-verifika tal-awditur jew tal-ittra tal-maniġment għall-friegħi li jħallsu t-tariffi (Iva/Le)

Assi totali

Kummenti

 

 

010

020

030

040

010

ASSI TOTALI skont l-Artikolu 51(2) jew (4) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17)

(3)

 

 

 

020

ASSI TOTALI skont l-Artikolu 2, punt (12)(b) jew (c) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41)

(4)

(Iva)/(Le)

 

 

030

ASSI TOTALI skont l-Artikolu 3(2)(b) ta’ din id-Deċiżjoni: Il-partita 030 hija ugwali għal 031 nieqes 032 u 033 nieqes 034

(2) jew (5)

(Iva)/(Le)

 

 

031

Assi totali tal-entitajiet kollha tal-grupp stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti —obbligatorji

 

 

 

 

032

Pożizzjonijiet intragrupp fost entitajiet taħt superviżjoni stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti (minn pakketti ta’ rappurtar użati għall-eliminazzjoni ta’ bilanċi għal skopijiet ta’ rappurtar tal-grupp) —mhux obbligatorji

 

 

 

 

033

Avvjament inkluż fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-impriża omm ta’ grupp taħt superviżjoni —obbligatorji

 

 

 

 

034

Avvjament allokat lil sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi —mhux obbligatorji

 

 

 

 

Kun ċert li dan il-mudell jimtela skont l-istruzzjonijiet ipprovduti separatament.




ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Deċiżjoni (UE) 2015/530 (BĊE/2015/7)

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 3, l-ewwel sentenza

Artikolu 3, second sentenza

Artikolu 3, it-tielet sentenza

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 5(1), it-tieni sentenza

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(1), it-tielet sentenza

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 5(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 7

Artikolu 3

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Annessi I–II

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Annessi I–II

Anness III



( 1 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)