02018R0956 — MT — 14.08.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2018/956 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 2018

dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 173 9.7.2018, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/888 tat-13 ta' Marzu 2019

  L 142

43

29.5.2019

►M2

REGOLAMENT (UE) 2019/1242 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

202

25.7.2019




▼B

REGOLAMENT (UE) 2018/956 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 2018

dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati fl-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-monitoraġġ u r-rappurtar mill-Istati Membri u mill-manifatturi ta’ vetturi heavy-duty ta’ data dwar vetturi heavy-duty ġodda.

Huwa japplika fir-rigward tal-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin:

(a) il-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’massa ta’ referenza li teċċedi 2 610  kg u li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u l-vetturi kollha tal-kategoriji M3 u N3;

(b) il-vetturi tal-kategoriji O3 u O4.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawk il-vetturi huma msemmijin bħala vetturi heavy-duty.

▼M2

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u fir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

▼B

Artikolu 4

Monitoraġġ u rappurtar mill-Istati Membri

▼M2

1.  Mill-1 ta’ Jannar 2019, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I relatata ma’ vetturi tqal ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mill-2020 ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-data tal-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.

Fir-rigward tal-2019, id-data rrappurtata sat-30 ta’ Settembru 2020 għandha tinkludi d-data mmonitorjata mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Id-data relatata ma’ vetturi tqal ġodda li ġew irreġistrati preċedentement barra l-Unjoni ma għandhiex tiġi mmonitorjata u rrappurtata, sakemm dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni.

▼B

2.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data skont dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk nominati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Artikolu 5

Monitoraġġ u rappurtar mill-manifatturi

▼M2

1.  Mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi tal-vetturi tqal għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I, għal kull vettura tqila ġdida.

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi ta’ vetturi tqal għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dik id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju, b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.

Fir-rigward tal-2019, il-manifatturi għandhom jirrappurtaw id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Id-data ta’ simulazzjoni għandha tkun id-data rrappurtata b’konformità mal-entrata tad-data 71 fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I.

▼B

2.  Kull manifattur għandu jaħtar punt ta’ kuntatt għall-iskop tar-rappurtar tad-data skont dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Reġistru Ċentrali għal data dwar vetturi heavy-duty

1.  Il-Kummissjoni għandha żżomm Reġistru Ċentrali għad-data dwar vetturi heavy-duty (“ir- Reġistru”) li tiġi rappurtata f’konformità mal-Artikoli 4 u 5.

Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament bl-eċċezzjoni tal-entrata tad-data (a) speċifikata fil-Parti A tal-Anness I u l-entrati tad-data 1, 24, 25, 32, 33, 39 u 40 speċifikati fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I. Fir-rigward tal-entrata tad-data 23 speċifikata fil-punt 2 tal-parti B tal-Anness I, il-valur għandu jsir disponibbli pubblikament f’format ta’ firxa ta’ valuri kif stabbilit fil-Parti C tal-Anness I.

2.  Ir-Reġistru għandu jkun ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f’isem il-Kummissjoni.

Artikolu 7

Monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ, fejn disponibbli, tar-riżultati ta-testijiet fit-triq mwettqa fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 biex tivverifika l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi heavy-duty ġodda.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-data li għandha tiġi rappurtata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Il-kwalità tad-data

1.  L-awtoritajiet kompetenti u l-manifatturi għandhom ikunu responsabbli għall-eżattezza u l-kwalità tad-data li jirrapportaw taħt l-Artikoli 4 u 5. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe żball misjub fid-data rappurtata.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-verifiki tagħha stess tal-kwalità tad-data rappurtata taħt l-Artikoli 4 u 5.

3.  Fejn il-Kummissjoni tkun infurmata bl-iżbalji fid-data jew issib, bis-saħħa tal-verifika tagħha stess, diskrepanzi fis-sett tad-data, hi għandha, fejn xieraq, tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 6.

4.  Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-miżuri ta’ verifika u korrezzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12.

Artikolu 9

Multi amministrattivi

1.  Il-Kummissjoni tista’ timponi multa amministrattiva f’kull wieħed minn dawn il-każijiet:

(a) fejn issib li d-data rappurtata mill-manifattur taħt l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament tiddevja mid-data li tirriżulta mill-fajl tar-rekords tal-manifattur jew iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għall-magna maħruġ fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, u d-devjazzjoni tkun intenzjonata jew minħabba traskuraġni serja;

(b) fejn id-data ma tkunx ppreżentata fi żmien id-data ta’ skadenza applikabbli skont l-Artikolu 5(1) u d-dewmien ma jistax ikun debitament ġustifikat.

Għall-iskopijiet tal-verifika tad-data msemmija fil-punt (a), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet ta’ approvazzjoni rilevanti.

Il-multi amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi u m’għandhomx jeċċedu EUR 30 000 għal kull vettura heavy-duty kkonċernata minn devjazzjoni jew dewmien ta’ data kif imsemmi fil-punti (a) u (b).

2.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-proċedura, il-metodi għall-kalkolu u l-ġbir tal-multi amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.  L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) il-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni għandha tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari d-dritt li wieħed jinstema’ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u ta’ sigrieti kummerċjali;

(b) fil-kalkolu tal-multa amministrattiva adatta, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-effettività, il-proporzjonalità u d-dissważività, b’kont meħud, fejn rilevanti, tas-serjetà u l-effetti tad-devjazzjoni jew tad-dewmien, l-għadd ta’ vetturi heavy-duty kkonċernati minn devjazzjoni jew dewmien ta’ data, il-bona fides tal-manifattur, il-grad ta’ diliġenza u kooperazzjoni tal-manifattur, ir-ripetizzjoni, il-frekwenza jew it-tul ta’ żmien tad-devjazzjoni jew id-dewmien kif ukoll sanzjonijiet preċedenti imposti fuq l-istess manifattur;

(c) il-multi amministrattivi għandhom jinġabru mingħajr dewmien żejjed billi jiġu ffissati skadenzi għall-ħlas u, skont il-każ, tiġi inkluża l-possibbiltà li l-ħlas jinqasam f’diversi pagamenti parzjali u fażijiet.

4.  L-ammonti tal-multi amministrattivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 10

Rapport

▼M2

1.  Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali bl-analiżi tagħha tad-data trażmessa mill-Istati Membri u l-manifatturi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti.

▼B

2.  L-analiżi għandha tindika, bħala minimu, ir-rendiment tal-flotta ta’ vetturi heavy-duty tal-Unjoni kif ukoll dik ta’ kull Stat Membru u kull manifattur f’termini tal-konsum medju ta’ fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal kull kategorija ta’ vetturi heavy-duty skont il-profil, tagħbija u l-kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni. Din għandha wkoll, fejn disponibbli, tqis id-data dwar it-teħid ta’ teknoloġiji ġodda u avvanzati ta’ tnaqqis tas-CO2, kif ukoll ta’ sistemi ta’ motopropulsjoni alternattivi. Barra minn hekk, din għandha tinkludi analiżi ta’, fejn ikunu disponibbli, ir-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq kif immonitorjati skont l-Artikolu 7.

3.  Il-Kummissjoni għandha tħejji l-analiżi bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Artikolu 11

L-emendar tal-Annessi

1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 13 bil-ħsieb li temenda l-Annessi għall-iskop ta’:

(a) l-aġġornament jew l-aġġustament tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-Parti A u l-Parti B tal-Anness I, fejn dan jitqies li hu neċessarju biex tiġi prevista analiżi bir-reqqa skont l-Artikolu 10;

(b) l-ikkompletar tas-snin tal-bidu fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I;

(c) l-aġġornament jew l-aġġustament tal-firxiet ta’ valuri stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I biex jitqiesu l-bidliet fit-tfassil ta’ vetturi heavy-duty u biex ikun żgurat li l-firxiet ta’ valuri jibqgħu rilevanti għal skopijiet ta’ informazzjoni u komparabbiltà;

(d) l-aġġustament tal-proċedura ta’ monitoraġġ u rappurtar speċifikata fl-Anness II biex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-atti delegati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati sat-30 ta’ Lulju 2025.

Artikolu 12

Il-proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 13

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2), 9(2) u 11(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mid-29 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ tul ta’ żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 7(2), 9(2) u 11(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel l-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 7(2), 9(2) u 11(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Regoli dwar data li għandha tiġi mmonitorjata u rappurtata

PARTI A:DATA LI GĦANDHA TIĠI MMONITORJATA U RAPPURTATA MILL-ISTATI MEMBRI:

(a) in-numri tal-identifikazzjoni tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 li huma rreġistrati fit-territorju ta’ Stat Membru;

(b) l-isem tal-manifattur;

(c) id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur);

▼M1

(d) għall-vetturi rreġistrati sal-31 ta' Diċembru 2019 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta' Jannar 2020 f'kull każ, il-kodiċi għall-karozzerija kif speċifikat fil-punt 38 taċ-ċertifikat ta' konformità, inkluż, fejn applikabbli, iċ-ċifri supplimentari msemmija fl-Appendiċi 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE;

▼B

(e) fil-każ tal-vetturi heavy-duty msemmija fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, l-informazzjoni fuq l-impjant tal-enerġija speċifikata fil-punti 23, 23.1 u 26 taċ-ċertifikat ta’ konformità;

▼M1

(f) għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta' Jannar 2020, il-veloċità massima tal-vettura kif speċifikata fl-entrata 29 taċ-ċertifikat tal-konformità.

▼B

PARTI B: DATA LI GĦANDHA TIĠI MMONITORJATA U RAPPURTATA MILL-MANIFATTURI TA’ VETTURI HEAVY-DUTY

1. Is-snin tal-bidu għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data għall-kategoriji ta’ vetturi heavy-duty stipulati fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2:



Kategorija ta’ vetturi heavy-duty

Grupp ta’ vetturi fil-kategorija tal-vetturi (kif imsemmi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/2400)

Sena tal-bidu

Monitoraġġ

Sena tal-bidu

Rappurtar

N1

N2

1 u 2

2020

2021

N3

3

2020

2021

4, 5, 9 u 10

2019

2020

11, 12 u 16

2020

2021

M1

M2

M3

O3

O4

2.  Data li għandha tiġi mmonitorjata u rappurtata:



Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Is-sors: Parti I tal- Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

1

Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN)

1.1.3

Identifikazzjoni tal-vettura u l-komponenti

2

Numru taċ-ċertifikazzjoni tal-magna

1.2.2

3

Numru taċ-ċertifikazzjoni CdxA (1) (jekk applikabbli)

1.8.3

4

Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-trażmissjoni

1.3.2

▼M1

5

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-fus

1.7.2

Speċifikazzjonijiet tal-fus

▼B

6

Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 1

1.9.2

Identifikazzjoni tal-vettura u l-komponenti

7

Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 2

1.9.6

8

Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 3

1.9.10

9

Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 4

1.9.14

10

Kategorija tal-vettura (N1, N2, N3, M1, M2, M3)

1.1.4

Klassifikazzjoni tal-vettura

11

Konfigurazzjoni tal-fus

1.1.5

12

Piż gross massimu tal-vettura (t)

1.1.6

13

Grupp tal-vettura

1.1.7

14

Isem u indirizz tal-manifattur

1.1.1

Speċifikazzjoni tal-vettura u tax-xażì

▼M1

15

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

Speċifikazzjonijiet tal-Vettura

▼B

16

Massa attwali kkoreġuta tal-vettura mingħajr okkupanti (kg)

1.1.8

 

17

Potenza nominali tal-magna (kW)

1.2.3

Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna

18

Veloċità tal-magna mhux ingranata (1/min)

1.2.4

19

Veloċità nominali tal-magna (1/min)

1.2.5

20

Kapaċità tal-magna (ltr)

1.2.6

▼M1

21

Tip ta' fjuwil (Diżil CI/CNG PI/LNG PI ...)

1.2.7

Speċifikazzjonijiet tal-magna

▼B

22

Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta’ CdxA (valuri jew kejl standard)

1.8.2

Ajrudinamika

23

Valur CdxA (valur tar-reżistenza tal-arja)

1.8.4

24

Isem u indirizz tal-manifattur tat-trażmissjoni

Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-trażmissjoni

25

Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tat-trażmissjoni)

26

Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni tal-mapep tat-telf tal-għodda tas-simulazzjoni (Opzjoni 1/Opzjoni 2/Opzjoni 3/Valuri standard)

1.3.3

27

Tip ta’ trażmissjoni (SMT (2), AMT (3), APT (4) -S (5), APT-P (6))

1.3.4

28

Għadd ta’ gerijiet

1.3.5

29

Proporzjon tal-ger finali tat-trażmissjoni

1.3.6

30

Tip ta’ ritardant

1.3.7

31

Konnessjoni motorizzata (iva/le)

1.3.8

32

Isem u indirizz tal-manifattur tal-fus

Speċifikazzjonijiet tal-fus ewlieni

33

Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tal-fus)

34

Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta’ mappa tat-telf tal-għodda tas-simulazzjoni (valuri/kejl standard)

1.7.3

35

Tip ta’ fus (eż. fus wieħed standard operat)

1.7.4

36

Proporzjon tal-fus

1.7.5

37

Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta’ mappa tat-telf tal-għodda tas-simulazzjoni (valuri/kejl standard)

1.6.3

L-ispeċifikazzjonijiet tas-sewqan f’angolu

38

Proporzjon tas-sewqan f’angolu

1.6.4

39

Isem u indirizz tal-manifattur tat-tajer

Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-tajers

40

Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tat-tajer)

41

Daqs tat-tajer, fus 1

1.9.1

42

Koeffiċjent speċifiku tar-reżistenza għad-dawrien (RRC, rolling resistance coefficient) tat-tajers kollha fuq il-fus 1

1.9.3

43

Daqs tat-tajer, fus 2

1.9.4

44

Fus doppju (iva/le) fus 2

1.9.5

45

RRC speċifika tat-tajers kollha fuq il-fus 2

1.9.7

46

Daqs tat-tajer, fus 3

1.9.8

47

Fus doppju (iva/le), fus 3

1.9.9

48

RRC speċifika tat-tajers kollha fuq il-fus 3

1.9.11

49

Daqs tat-tajer fus 4

1.9.12

50

Fus doppju (iva/le) fus 4

1.9.13

51

RRC speċifika tat-tajers kollha fuq il-fus 4

1.9.15

52

Teknoloġija tal-fann tat-tkessiħ tal-magna

1.10.1

Speċifikazzjonijiet ewlenin awżiljarji

53

Teknoloġija tal-pompa tal-istering

1.10.2

54

Teknoloġija tas-sistema tal-elettriku

1.10.3

55

Teknoloġija tas-sistema pnewmatika

1.10.4

56

Profil tal-missjoni (trasport fit-tul, trasport fit-tul (EMS (7)), reġjonali, reġjonali (EMS), urban, muniċipali, kostruzzjoni)

2.1.1

Parametri ta’ simulazzjoni (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

57

Tagħbija (kif definita fl-għodda tas-simulazzjoni) (kg)

2.1.2

 

58

Tip ta’ fjuwil (diżil/petrol/LPG/CNG/...)

2.1.3

 

59

Massa totali tal-vettura taħt simulazzjoni (kg)

2.1.4

 

60

Veloċità medja (km/h)

2.2.1

Rendiment tas-sewqan tal-vettura (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

61

Veloċità minima istantanja (km/h)

2.2.2

62

Veloċità massima istantanja (km/h)

2.2.3

63

Deċellerazzjoni massima (m/s2)

2.2.4

64

Aċċellerazzjoni massima (m/s2)

2.2.5

65

Perċentwal tat-tagħbija sħiħa fuq il-ħin tas-sewqan

2.2.6

66

Għadd totali tat-tibdil tal-gerijiet

2.2.7

67

Distanza totali misjuqa (km)

2.2.8

68

Emissjonijiet CO2 (espressi fi g/km, g/t-km, g/p-km, g/m3-km)

2.3.13-2.3.16

emissjonijiet ta’ CO2 u konsum tal-fjuwil (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

69

Konsum tal-fjuwil (espress fi g/km, g/t-km, g/p-km, g/m3-km, l/100 km, l/t-km, l/p-km, l/m3-km, MJ/km, MJ/t-km, MJ/p-km, MJ/m3-km)

2.3.1-2.3.12

70

Verżjoni (X.X.X.) tal-għodda ta’ simulazzjoni

3.1.1

Informazzjoni tas-softwer u l-utent

71

Data u ħin tas-simulazzjoni

3.1.2

72

Numru tal-liċenzja biex topera l-għodda tas-simulazzjoni

▼M1

73

Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur

3.1.4

Informazzjoni dwar is-softwer

▼B

74

Teknoloġiji avvanzati għat-tnaqqis tas-CO2

Teknoloġiji għat-tnaqqis tas-CO2 tal-vettura

75

Emissjonijiet ta’ massa ta’ CO2 għat-test WHTC (8) (g/kWh)

Il-punt 1.4.2 tal-addendum għall-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.2 tal-addendum għall-Appendiċi 7, għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

Emissjonijiet ta’ CO2 tal-magna u konsum ta’ fjuwil speċifiku

76

Konsum ta’ fjuwil tal-magna ’l fuq minn WHTC (g/kWh)

Il-punt 1.4.2 tal-addendum għall-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.2 tal-addendum għall-Appendiċi 7, għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

77

Emissjonijiet ta’ massa ta’ CO2 tal-magna ’l fuq minn WHSC (9) (g/kWh)

Il-punt 1.4.1 tal-addendum għall-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.1 tal-addendum għall-Appendiċi 7, għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

78

Konsum ta’ fjuwil tal-magna ’l fuq minn WHSC (g/kWh)

Il-punt 1.4.1 tal-addendum għall-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.1 tal-addendum għall-Appendiċi 7, għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

 

▼M1

79

Mudell tal-vettura

1.1.2

Speċifikazzjonijiet tal-Vettura

80

Vettura vokazzjonali (iva/le)

1.1.9

81

Vettura tqila b'emissjonijiet żero (iva/le)

1.1.10

82

Vettura tqila elettrika ibrida (iva/le)

1.1.11

83

Vettura li tuża żewġ tipi ta' fjuwil (iva/le)…

1.1.12

84

Kabina tal-irqad (iva/le)

1.11.13

85

Mudell tal-magna (10)

1.2.1

Speċifikazzjonijiet tal-magna

86

Mudell tat-trażmissjoni (10)

1.3.1

Speċifikazzjonijiet tat-trażmissjoni

87

Mudell tat-tardjatur (10)

1.4.1

Speċifikazzjonijiet tat-tardjatur

88

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tardjatur

1.4.2

89

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard)

1.4.3

90

Mudell tal-konvertitur tat-torque (10)

1.5.1

Speċifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque

91

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque

1.5.2

92

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard)

1.5.3

93

Mudell tal-angle drive (10)

1.6.1

Speċifikazzjonijiet tal-angle drive

94

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-angle drive

1.6.2

95

Mudell tal-fus (10)

1.7.1

Speċifikazzjonijiet tal-fus

96

Mudell tar-reżistenza tal-arja (10)

1.8.1

Ajrudinamika

97

Start-stop tal-magna matul il-waqfiet tal-vettura (iva/le)

1.12.1

Sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq (ADAS)

98

Eco-roll mingħajr start-stop tal-magna (iva/le)

1.12.2

99

Eco-roll b'start-stop tal-magna (iva/le)

1.12.3

100

Kontroll awtomatiku tal-veloċità predittiv (iva/le)

1.12.4

▼B

(1)   Reżistenza tal-arja.

(2)   Trażmissjoni Manwali Sinkronizzata.

(3)   Trażmissjoni Manwali Awtomatizzata jew Trażmissjoni Ingranata Mekkanikament Awtomatika.

(4)   Trażmissjoni b’Powershifting Awtomatiku.

(5)   “S” tindika l-arranġament serjali ta’ torque converter u l-partijiet mekkaniċi konnessi tat-trażmissjoni.

(6)   “P” tindika l-arranġament parallel ta’ torque converter u l-partijiet mekkaniċi konnessi tat-trażmissjoni (p.e. f’installazzjonijiet ta’ power split).

(7)   Sistema Modulari Ewropea (EMS, European Modular System) f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).

(8)   World Harmonized Transient Driving Cycle.

(9)   World Harmonized Steady state Cycle.

(10)   L-entrati tad-data 85, 86, 87, 90, 93, 95 u 96 ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-Reġistru Ċentrali fuq vetturi heavy-duty.

PARTI C: VALUR TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA (CDXA) FIRXIET TA’ VALURI GĦALL-ISKOP TA’ PUBBLIKAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 6

Għall-fini li jkun pubblikament disponibbli l-valur CdxA speċifikat fl-entrata tad-data 23 skont l-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tuża l-firxiet ta’ valuri definiti fit-tabella li ġejja li fiha l-firxa korrispondenti għal kull valur CdxA:



Firxa

Valur CdxA [m2]

CdxA Min (CdxA ≥ min CdxA)

CdxA Mass (CdxA < MaxCdxA)

A1

0,00

3,00

A2

3,00

3,15

A3

3,15

3,31

A4

3,31

3,48

A5

3,48

3,65

A6

3,65

3,83

A7

3,83

4,02

A8

4,02

4,22

A9

4,22

4,43

A10

4,43

4,65

A11

4,65

4,88

A12

4,88

5,12

A13

5,12

5,38

A14

5,38

5,65

A15

5,65

5,93

A16

5,93

6,23

A17

6,23

6,54

A18

6,54

6,87

A19

6,87

7,21

A20

7,21

7,57

A21

7,57

7,95

A22

7,95

8,35

A23

8,35

8,77

A24

8,77

9,21




ANNESS II

Rappurtar u ġestjoni tad-data

1.   RAPPURTAR MILL-ISTATI MEMBRI

1.1. Id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I għandha tiġi trażmessa skont l-Artikolu 4 mill-punt tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti permezz tat-trasferiment ta’ data elettronika lir-Repożitorju tad-Data Ċentrali ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”).

Il-punt tal-kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika lill-indirizzi li ġejjin:

EC-CO2-HDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

u

HDV-monitoring@eea.europa.eu

2.   RAPPURTAR MILL-MANIFATTURI

2.1. Il-manifatturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018 l-informazzjoni li ġejja:

(a) isem il-manifattur indikat fiċ-ċertifikat ta’ konformità jew fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali;

(b) il-kodiċi tan-Numru ta’ Identifikazzjoni Dinji tal-Manifattur (il-kodiċi WMI) kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 ( 5 ) biex jintuża fin-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi ta’ vetturi heavy-duty ġodda li ser jitpoġġew fis-suq;

(c) il-punt tal-kuntatt responsabbli għat-tqegħid tad-data fir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju tal-Aġenzija.

Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni.

In-notifiki għandhom jintbagħtu lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.

2.2. Manifatturi ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1.

2.3. Id-data speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 5(1) mill-punt tal-kuntatt tal-manifattur permezz ta’ trasferiment elettroniku tad-data lir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju ġestit mill-Aġenzija.

Il-punt tal-kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.

3.   IPPROĊESSAR TA’ DATA

3.1. L-Aġenzija għandha tipproċessa d-data trażmessa skont il-punti 1.1 u 2.3 u għandha tirreġistra d-data pproċessata fir-Reġistru.

▼M2

3.2. Id-data relatata ma’ vetturi tqal irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti u rreġistrata fir-Reġistru għandha ssir pubblika sat-30 ta’ April ta’ kull sena, mill-2021, bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data speċifikati fl-Artikolu 6(1).

▼B

3.3. Fejn awtorità kompetenti jew il-manifatturi jidentifikaw żbalji fid-data sottomessa, dawn għandhom jinnotifikawhom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija billi jissottomettu rapport ta’ notifika ta’ żball lir-Repożitorju tad-Data Ċentrali jew lir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju u bil-posta elettronika mibgħuta lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.

3.4. Bl-appoġġ tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-iżbalji nnotifikati u, fejn xieraq, tikkoreġi d-data fir-Reġistru.

3.5. Bl-appoġġ tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli formati elettroniċi għat-trażmissjonijiet tad-data msemmija fil-punti 1.1 u 2.3 fiż-żmien dovut qabel id-dati tal-iskadenza tat-trażmissjoni.



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

( 2 ) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).