02018R0274 — MT — 29.06.2021 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/274

tal-11 ta' Diċembru 2017

►C1  li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561  ◄

(ĠU L 058 28.2.2018, p. 60)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1547 tat-23 ta’ Ottubru 2020

  L 354

4

26.10.2020

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1007 tat-18 ta’ Ġunju 2021

  L 222

8

22.6.2021


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 310, 24.9.2020, p.  8 (2018/274)




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/274

tal-11 ta' Diċembru 2017

▼C1

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u n-notifiki, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561

▼B



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, fir-rigward ta':

(a) 

l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli;

(b) 

iċ-ċertifikazzjoni;

(c) 

ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ;

(d) 

id-dikjarazzjonijiet obbligatorji;

(e) 

il-kontrolli u l-bank tad-dejta analitika tad-dejta isotopika;

(f) 

in-notifiki.



KAPITOLU II

L-ISKEMA TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAT-TĦAWWIL TAD-DWIELI

Artikolu 2

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli

1.  
L-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli previsti fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ li jingħataw skont dan ir-Regolament.
2.  
L-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw it-tħawwil ġdid, it-tħawwil mill-ġdid u d-drittijiet tat-tħawwil li jridu jiġu konvertiti.
3.  
L-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda msemmija fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jingħataw kull sena.

Artikolu 3

Id-deċiżjonijiet preliminari dwar iż-żona li trid ssir disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda

1.  
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jillimitaw iż-żona totali disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda li hi allokata fil-forma tal-awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 63(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawn għandhom jippubblikaw dawn id-deċiżjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom sal-1 ta' Marzu tas-sena rispettiva.
2.  
Meta l-Istati Membri jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet professjonali jew tal-gruppi tal-produtturi interessati kif jissemma fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jingħataw żmien biżżejjed biex jiġu mistħarrġa qabel ma l-Istat Membru kkonċernat jieħu d-deċiżjoni li jillimita ż-żona totali disponibbli għat-tħawwil ġdid imsemmija fil-paragrafu 1. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati wkoll.

Artikolu 4

Il-kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda

1.  
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda kif previst fl-Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ppubblikati sal-1 ta' Marzu tas-sena rispettiva.
2.  

Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw:

(a) 

l-applikazzjoni ta' kriterju wieħed jew aktar minn dawk elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inkluż il-ġustifikazzjoni meħtieġa jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 64(1)(d) ta' dak ir-Regolament, kif ukoll il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;

(b) 

l-għadd ta' ettari disponibbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(i) 

fuq bażi prorata;

(ii) 

skont il-kriterji ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.

3.  
Meta l-Istati Membri jkun beħsiebhom japplikaw il-kriterji ta' prijorità msemmija fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2, dawn għandhom jiddefinixxu liema minn dawn il-kriterji ta' prijorità se jiġu applikati. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħtu importanza differenti lil kull kriterju ta' prijorità magħżul. B'dawn id-deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu klassifika ta' applikazzjonijiet individwali fil-livell nazzjonali għall-għoti tal-għadd ta' ettari msemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2, abbażi tal-konformità ta' dawk l-applikazzjonijiet mal-kriterji ta' prijorità magħżula.

Artikolu 5

Ir-regoli prestabbiliti għat-tħawwil tad-dwieli ġodda

1.  

Meta l-Istati Membri ma jippubblikawx id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 sal-1 ta' Marzu tas-sena rispettiva, għandhom jiġu applikati dawn ir-regoli li ġejjin għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda għas-sena partikolari:

(a) 

id-disponibbiltà tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda tkun tikkorrispondi għal 1 % taż-żona kollha effettivament imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, kif speċifikat fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u mingħajr limiti oħrajn;

(b) 

isir tqassim prorata tal-ettari lil kull applikant eliġibbli abbażi taż-żona li għaliha jkunu talbu l-awtorizzazzjoni, meta l-applikazzjonijiet jaqbżu ż-żona disponibbli.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata l-informazzjoni dwar ir-regoli applikabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet f'sena partikolari skont il-paragrafu 1.

Artikolu 6

Is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda

1.  
Ladarba d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 jew l-informazzjoni dwar ir-regoli applikabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet f'sena partikolari msemmija fl-Artikolu 5(2) jiġu ppubblikati, u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju, l-Istati Membri għandhom jiftħu l-perjodu ta' mill-anqas xahar biex jitressqu applikazzjonijiet individwali.
2.  
L-applikazzjonijiet għandhom jindikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żona fl-impriża tal-applikant li għaliha qed tintalab l-awtorizzazzjoni.

Meta l-ebda deċiżjoni dwar il-limiti jew dwar il-kriterji li għandhom jiġu applikati ma tkun ttieħdet skont l-Artikolu 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li fl-applikazzjoni tagħhom jindikaw il-post speċifiku taż-żona fl-impriża tal-applikant li għaliha qed tintalab l-awtorizzazzjoni. Meta jkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.

3.  

Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw ċerti kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda skont l-Artikolu 4, għandhom japplikaw dawn ir-regoli li ġejjin:

(a) 

il-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273: l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw il-prodotti tad-dwieli li l-applikant beħsiebu jipproduċi fiż-żoni mħawla mill-ġdid, u jispeċifikaw jekk l-applikant ikunx beħsiebu jipproduċi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) 

inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP);

(ii) 

inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP);

(iii) 

inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika, inkluż b'indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid;

(b) 

il-kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni ta' natura ekonomika li turi s-sostenibbiltà ekonomika tal-proġett rispettiv abbażi ta' metodoloġija standard waħda jew aktar ta' analiżi finanzjarja għall-proġetti agrikoli tal-investiment imsemmija fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;

(c) 

il-kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni ta' natura ekonomika li turi l-potenzjal għal żieda fil-kompetittività abbażi tal-kunsiderazzjonijiet stipulati fil-Parti F tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;

(d) 

il-kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni li turi l-potenzjal għat-titjib tal-prodotti b'indikazzjoni ġeografika abbażi ta' waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti G tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;

(e) 

il-kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni li turi li d-daqs tal-impriża tal-applikant waqt l-applikazzjoni hu konformi mal-limiti li jridu jistabbilixxu l-Istati Membri abbażi tad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Parti H tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273;

(f) 

meta l-Istati Membri jeżiġu li l-applikanti jieħdu l-impenji msemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I u l-Partijiet A, B, D, E, F u G u l-punt II tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, b'rabta mal-kriterji rispettivi, l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu dawk l-impenji.

Meta xi elementi minn dawk imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu jkunu jistgħu jinġabru direttament mill-Istati Membri, dawn jistgħu jeżentaw lill-applikanti milli jinkludu dawn l-elementi fl-applikazzjonijiet tagħhom.

4.  
Malli jiskadi l-perjodu tas-sottomissjoni msemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti li mhumiex eliġibbli dwar in-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet tagħhom skont id-deċiżjoni dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà adottata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jiġu esklużi mill-passi sussegwenti tal-proċedura.

Artikolu 7

L-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda

1.  
Meta ż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli mressqa ma tisboqx iż-żoni disponibbli skont l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet sal-massimu li l-produtturi kienu applikaw għalih.
2.  
Meta ż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli mressqa tisboq iż-żona disponibbli skont l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura tal-għażla stabbilita fl-Anness I.

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet lill-applikanti magħżula skont ir-riżultat tal-proċedura tal-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta l-applikazzjonijiet eliġibbli ma jkunux ġew issodisfati għalkollox, l-applikanti għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet ta' din id-deċiżjoni.

3.  
Meta l-awtorizzazzjoni mogħtija tkun tikkorrispondi għal inqas minn 50 % taż-żona mitluba fl-applikazzjoni rispettiva, l-applikant jista' jirrifjuta din l-awtorizzazzjoni fi żmien xahar mid-data meta tingħata l-awtorizzazzjoni.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-applikant ma għandux ikun soġġett għall-penali amministrattivi msemmija fl-Artikolu 62(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-għadd korrispondenti ta' ettari jsir disponibbli matul l-istess sena, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru, biex jingħataw awtorizzazzjonijiet lil dawk l-applikanti li ngħataw biss parti miż-żona mitluba skont ir-riżultat tal-proċedura tal-għażla msemmija fil-paragrafu 2 u li ma rrifjutawx l-awtorizzazzjonijiet korrispondenti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħmlu dawk l-ettari disponibbli fis-sena ta' wara, flimkien mal-1 % taż-żona totali mħawla bid-dwieli kif previst fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 8

Restrizzjonijiet tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli

1.  
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jillimitaw l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli fiż-żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'DOP jew b'IĠP skont l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, dawn għandhom jippubblikaw dawn id-deċiżjonijiet sal-1 ta' Marzu.

L-organizzazzjonijiet professjonali jew il-gruppi tal-produtturi interessati msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jagħtu r-rakkomandazzjonijiet li jrid iqis l-Istat Membru skont dak l-Artikolu 66(3) bi żmien twil biżżejjed biex jiġu mistħarrġa qabel ma tittieħed id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

2.  
Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal sena mid-data meta jiġu ppubblikati.

Meta rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni professjonali jew grupp ta' produtturi interessati ssir għal żmien itwal minn sena sa tliet snin, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dawn id-deċiżjonijiet jistgħu japplikaw ukoll għal perjodu sa tliet snin.

Meta dawn l-organizzazzjonijiet professjonali jew il-gruppi tal-produtturi interessati ma jressqux ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti bi żmien biżżejjed biex jiġu mistħarrġa kif previst fil-paragrafu 1, jew meta l-Istati Membri ma jippubblikawx id-deċiżjonijiet rilevanti sal-1 ta' Marzu, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw awtomatikament it-tħawwil mill-ġdid kif stipulat fl-Artikolu 9.

Artikolu 9

Il-proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid

1.  
L-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jitressqu f'kull żmien matul l-istess sena tal-inbid meta jsir il-qlugħ tad-dwieli. Iżda l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid jistgħu jitressqu sa tmiem it-tieni sena tal-inbid wara s-sena li fiha jkun sar il-qlugħ tad-dwieli. Meta ma jiġux rispettati dawn il-perjodi taż-żmien, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għat-tħawwil mill-ġdid.

L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żoni maqlugħa u taż-żoni mħawla mill-ġdid fl-istess impriża tal-applikant li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni. Meta ma jiġi deċiż l-ebda limitu skont l-Artikolu 8, u meta l-applikant ma jkun għamel l-ebda impenn minn dawk imsemmija fil-punt (2)(b) tal-Parti A u fil-punt (2)(b) tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u fil-punt (4) tal-Parti B u tal-Parti D tal-Anness II ta' dak ir-Regolament Delegat, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li fl-applikazzjoni jindikaw il-post speċifiku taż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid u li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni. Meta jkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.

L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet awtomatikament fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Iżda l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-perjodi taż-żmien imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda, rispettivament.

2.  
Meta ż-żona tat-tħawwil mill-ġdid tkun tikkorrispondi għall-istess żona maqlugħa, jew meta ma jiġi deċiż l-ebda limitu skont l-Artikolu 1(8), tista' titħaddem proċedura simplifikata fil-livell nazzjonali jew għal ċerti żoni fit-territorju tal-Istat Membru. F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni għat-tħawwil mill-ġdid tista' titqies li ngħatat fid-data meta ż-żona nqalgħet. Għal dan il-għan, sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena tal-inbid meta jkun sar il-qlugħ tad-dwieli, il-produttur ikkonċernat għandu jressaq komunikazzjoni ex post li tgħodd bħala applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni.
3.  
L-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonjiet għat-tħawwil mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jitressqu f'kull żmien matul is-sena.

L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żoni maqlugħa u taż-żoni mħawla mill-ġdid fl-istess impriża tal-applikant li għalihom qed tintalab l-awtorizzazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll l-impenn li tinqala' ż-żona bid-dwieli mħawla sa mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' sena mid-data ta' meta jkunu tħawlu d-dwieli ġodda. Meta jkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.

L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet awtomatikament fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Iżda l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-perjodi taż-żmien imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda, rispettivament.

Artikolu 10

Il-proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  
Meta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jtawlu l-perjodu taż-żmien għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-konverżjoni tad-drittijiet tat-tħawwil f'awtorizzazzjonijiet lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2015, u ppubblikaw din id-deċiżjoni sal-14 ta' Settembru 2015, it-talbiet għall-konverżjoni jistgħu jitressqu mill-produttur f'kull żmien sa tmiem il-perjodu stabbilit mill-Istati Membri f'dik id-deċiżjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żona fl-impriża tal-applikant li għaliha tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li fl-applikazzjoni jindikaw il-post speċifiku taż-żona fl-impriża tal-applikant li tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. Meta jkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.

2.  
Wara li jkunu vverifikaw li d-drittijiet tat-tħawwil li għalihom tkun intalbet il-konverżjoni skont il-paragrafu 1 għadhom validi, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet awtomatikament. Il-perjodu bejn is-sottomissjoni tat-talba għall-konverżjoni u l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet ma għandux jaqbeż it-tliet xhur.

Artikolu 11

Modifika fiż-żona speċifika li għaliha tingħata l-awtorizzazzjoni

F'każijiet ġustifikati kif xieraq u meta jintalbu mill-applikant, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jista' jsir it-tħawwil tad-dwieli fiż-żona tal-impriża li tkun differenti miż-żona speċifika li għaliha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, diment li ż-żona l-ġdida tkun tal-istess daqs f'ettari u diment li l-awtorizzazzjoni tkun għadha valida skont l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika meta l-awtorizzazzjonijiet jkunu ngħataw abbażi tal-konformità mal-kriterji speċifiċi tal-eliġibbiltà jew ta' prijorità marbutin mal-post indikat fl-applikazzjoni, u meta t-talba għal modifika tindika żona speċifika 'l barra minn dan il-post.



KAPITOLU III

IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI TAL-INBID

Artikolu 12

Il-proċedura u l-kriterji tekniċi applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni

1.  
Il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni, tal-approvazzjoni u tal-verifika tal-inbid mingħajr DOP jew IĠP skont l-Artikolu 120(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jeżiġu evidenza amministrattiva li tappoġġa l-veraċità tal-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid jew is-sena tal-qtugħ tal-għeneb indikata fuq it-tikketta jew murija fil-preżentazzjoni tal-inbejjed ikkonċernati.

Minbarra dan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar:

(a) 

test organolettiku tal-inbid relatat mar-riħa u t-togħma ħalli jivverifika li l-karatteristika essenzjali tal-inbid ġejja mill-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid użati u għandu jikkonċerna kampjuni anonimi;

(b) 

test analitiku fil-każ ta' nbid magħmul minn varjetà waħda tal-għeneb tal-inbid.

Il-proċedura għandha ssir fl-Istat Membru tal-produzzjoni tal-inbid. Jekk it-taħlit tal-inbejjed isir minn Stati Membri differenti kif imsemmi fl-Artikolu 120(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iċ-ċertifikazzjoni tista' ssir minn kull Stat Membru kkonċernat.

2.  
Iċ-ċertifikazzjoni għandha ssir b'kontrolli aleatorji u bbażati fuq ir-riskju, b'konformità mal-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u l-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament.

L-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni għandhom iġarrbuhom l-operaturi soġġetti għalihom, għajr meta l-Istati Membri jiddeċiedu mod ieħor.

3.  
L-operaturi involuti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-inbid magħmula, ipproċessati jew ibbottiljati minnhom għandhom jiġu rikonoxxuti u jiksbu l-permess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jiċċertifikaw l-oriġini jew il-provenjenza, il-karatteristiċi, is-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew il-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid b'konformità mal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 146 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.



KAPITOLU IV

IR-REĠISTRU TAD-DĦUL U L-ĦRUĠ

Artikolu 13

L-ambitu u l-għamla tar-reġistru

1.  

L-operaturi jeħtieġ iżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ li f'dan il-Kapitolu jissejjaħ “ir-reġistru” biex jirreġistraw:

(a) 

id-dħul u r-rifjut ta' kull lott ta' prodotti tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 lejn jew mill-istabbilimenti tagħhom;

(b) 

il-kategorija tal-prodott kif speċifikat fl-Artikolu 14;

(c) 

l-operazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 meta dawn isiru fl-istabbilimenti tagħhom.

Għal kull entrata fir-reġistru, l-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu jistgħu jressqu wieħed mid-dokumenti ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 jew xi dokument kummerċjali ieħor li jkun akkumpanja l-konsenja rilevanti.

2.  

Ir-reġistru għandu jkollu waħda minn dawn l-għamliet li ġejjin:

(a) 

għadd fiss ta' folji nnumerati wara xulxin;

(b) 

reġistru elettroniku ppreżentat skont ir-regoli dettaljati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

sistema moderna ta' kontijiet, xierqa u approvata mill-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

ġabra ta' dokumenti ta' akkumpanjament li jkun fihom id-data meta tfasslu jew waslu f'idejn in-negozjanti.

Iżda l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-reġistru miżmum mill-produtturi jista' jkollu l-għamla ta' noti fuq in-naħa ta' wara tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni, tal-ħażniet jew tal-ħsad previsti fil-Kapitolu VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.

Artikolu 14

Il-prodotti li jridu jitniżżlu fir-reġistru

1.  

Għall-prodotti li jridu jitniżżlu fir-reġistru, għandhom jinżammu kontijiet separati għal:

(a) 

kull waħda mill-kategoriji elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, billi ssir distinzjoni bejn:

(i) 

kull inbid b'DOP u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar f'dan l-inbid;

(ii) 

kull inbid b'IĠP u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar f'dan l-inbid;

(iii) 

kull inbid li mhux kopert b'DOP jew b'IĠP, magħmul minn varjetà waħda tal-għeneb tal-inbid u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar f'dan l-inbid, bir-referenza tal-klassifikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid adottata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u bl-indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb;

(iv) 

kull inbid li mhux kopert b'DOP jew b'IĠP, magħmul minn żewġ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid jew aktar, u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar f'dan l-inbid, bl-indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb;

(v) 

kull prodott li mhux konformi mal-prattiki enoloġiċi u mar-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jrid jinqered skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009;

(b) 

kull wieħed minn dawn il-prodotti miżmuma għal kwalunkwe skop:

(i) 

is-sukrożju;

(ii) 

il-most tal-għeneb ikkonċentrat;

(iii) 

il-most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat;

(iv) 

il-prodotti użati għall-aċidifikazzjoni;

(v) 

il-prodotti użati għad-diżaċidifikazzjoni;

(vi) 

l-ispirti distillati mill-inbid.

(vii) 

kull prodott sekondarju tal-prodotti tal-inbid li jrid jintrema skont it-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikoli 14a u 14b tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, b'indikazzjoni kemm jekk tikkonċerna t-twassil għad-distillazzjoni, il-produzzjoni tal-ħall jew xi użu speċifiku li ma jinvolvix il-produzzjoni tal-inbid.

2.  
B'deroga mill-paragrafu 1(a), l-inbejjed b'DOP jew b'IĠP differenti mqiegħda f'reċipjenti sa 60 litru ttikkettati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, miksuba mingħand parti terza u miżmuma bil-ħsieb li jinbiegħu, jistgħu jitniżżlu fl-istess kont, diment li d-dħul u r-rifjut ta' kull inbid b'DOP jew b'IĠP jidher b'mod separat.
3.  
It-telf tal-użu tad-DOP jew tal-IĠP għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru. Il-prodotti kkonċernati għandhom jimxu lejn wieħed mill-kontijiet tal-inbejjed mingħajr DOP jew IĠP.

Artikolu 15

Informazzjoni dwar il-prodotti tal-inbid li trid titniżżel fir-reġistru

1.  

Għal kull dħul jew rifjut tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 14(1)(a), ir-reġistru għandu jagħti:

(a) 

in-numru tal-lott tal-prodott [meta dan ikun] meħtieġ bil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b) 

id-data tal-operazzjoni;

(c) 

il-kwantità mdaħħla jew rifjutata;

(d) 

il-prodott ikkonċernat, deskritt skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli;

(e) 

referenza għad-dokument ta' akkumpanjament jew iċ-ċertifikat ta' akkumpanjament fil-ġarr ikkonċernat skont l-Artikoli 10, 11 u 20 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament.

2.  
Għall-inbejjed imsemmija fil-punti 1 sa 9, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dħul fir-reġistri miżmumin mill-operaturi għandu jkollu d-dettalji fakultattivi msemmija fl-Artikolu 120 ta' dak ir-Regolament, diment li jkunu jidhru fuq it-tikkettar jew ikun previst li jidhru fuq it-tikkettar.
3.  
Ir-reċipjenti li jaħżnu l-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu identifikati fir-reġistri flimkien mal-volum nominali tagħhom. Ir-reċipjenti għandu jkollhom id-dettalji rilevanti meħtieġa mill-Istati Membri biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw il-kontenut tagħhom mir-reġistru.

Iżda fil-każ ta' reċipjenti sa 600 litru, mimlija bl-istess prodott u maħżuna flimkien fl-istess lott, il-lott sħiħ jista' jiġi ttikkettat minflok ir-reċipjent individwali, diment li l-lott ikun separat b'mod ċar mill-oħrajn.

4.  
Fil-każ tal-konsenji preċedenti tal-prodott, fir-reġistru għandha titniżżel referenza għad-dokument li l-prodott ġie trasportat bil-kopertura tiegħu.

Artikolu 16

Informazzjoni dwar l-operazzjonijiet li trid titniżżel fir-reġistru

1.  

Għal kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, ir-reġistru għandu jinkludi:

(a) 

l-operazzjonijiet imwettqa;

(b) 

fil-każ tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:

(i) 

id-data tal-operazzjoni;

(ii) 

in-natura u l-kwantitajiet tal-prodotti użati;

(iii) 

il-kwantità tal-prodott miksub b'din l-operazzjoni inkluż l-alkoħol miksub bil-korrezzjoni tal-kontenut tal-alkoħol fl-inbejjed u l-kwantità taz-zokkor li hemm fis-soluzzjoni taz-zokkor imneħħi mill-most inizjali;

(iv) 

il-kwantità tal-prodott użat biex tiżdied il-qawwa alkoħolika, għall-aċidifikazzjoni, għad-diaċidifikazzjoni u biex tiżdied il-ħlewwa;

(v) 

id-deskrizzjoni tal-prodotti qabel u wara l-operazzjoni, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;

(c) 

l-immarkar fuq il-kontejners fejn ikunu qegħdin il-prodotti mniżżla fir-reġistri qabel l-operazzjoni u fejn jitqiegħdu wara l-operazzjoni;

(d) 

fil-każ tal-ibbottiljar, l-għadd ta' reċipjenti mimlija u l-kontenut tagħhom;

(e) 

fil-każ tal-ibbottiljar b'kuntratt, l-isem u l-indirizz tal-bottiljatur.

2.  
Meta prodott jibdel il-kategorija mingħajr ma jgħaddi minn xi waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, b'mod partikolari fil-każ ta' fermentazzjoni tal-most tal-għeneb, fir-reġistru għandhom jitniżżlu l-kwantitajiet u t-tip tal-prodott miksub wara l-bidla.

Artikolu 17

Informazzjoni dwar l-inbejjed frizzanti u l-inbejjed likurużi li trid titniżżel fir-reġistru

1.  

Għall-produzzjoni tal-inbid frizzanti, ir-reġistri għandhom juru, għal kull cuvée ppreparata:

(a) 

id-data tal-preparazzjoni;

(b) 

id-data tal-ibbottiljar għal kull kategorija tal-inbid frizzanti ta' kwalità;

(c) 

il-volum tal-cuvée, u d-deskrizzjoni, il-volum, il-qawwa alkoħolika potenzjali ta' kull kostitwent tagħha;

(d) 

l-ammont tal-likur ta' tirage użat;

(e) 

il-volum tal-likur ta' expedition;

(f) 

l-għadd ta' reċipjenti miksuba, u skont il-każ, it-tip speċifiku tal-inbid frizzanti, permezz ta' terminu relatat mal-kontenut taz-zokkor residwu, diment li t-terminu jidher fuq it-tikketta.

2.  

Għall-produzzjoni tal-inbid likuruż, għal kull lott imħejji, ir-reġistri għandhom juru:

(a) 

id-data taż-żieda ta' xi wieħed mill-prodotti mniżżla fil-punt 3(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b) 

it-tip u l-volum tal-prodott miżjud.

Artikolu 18

Informazzjoni dwar il-prodotti speċifiċi li trid titniżżel fir-reġistru

1.  

Għal kull prodott, il-kontijiet separati għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 14(1)(b) għandhom juru:

(a) 

fil-każ tad-dħul:

(i) 

l-isem u l-indirizz tal-fornitur b'referenza, skont il-każ, għad-dokument ta' akkumpanjament fil-ġarr tal-prodott;

(ii) 

il-kwantità kkonċernata;

(iii) 

id-data tad-dħul;

(b) 

fil-każ tar-rifjut:

(i) 

il-kwantità kkonċernata;

(ii) 

id-data tal-użu jew tar-rifjut;

(iii) 

meta xieraq, l-isem u l-indirizz tad-destinatarju.

2.  
Fir-rigward tal-prodotti sekondarji jew il-prodotti tal-inbid li jridu jiġu rrifjutati skont l-Artikoli 14a(2) u 14b tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, il-kwantitajiet li jridu jiġu rreġistrati fir-reġistru huma dawk stmati mill-operaturi kkonċernati skont l-Artikolu 14a ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 19

It-telf u l-konsum personali jew mill-familja

1.  
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-persentaġġi massimi aċċettabbli għat-telf minħabba l-evaporazzjoni matul il-ħżin, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar jew it-tibdil fil-kategorija tal-prodott.
2.  

Min iżomm ir-reġistru għandu jirrapporta t-telf bil-miktub lill-awtorità kompetenti responsabbli fit-territorju inkwistjoni, fi żmien stabbilit mill-Istati Membri, meta t-telf reali jaqbeż:

(a) 

waqt il-ġarr, it-tolleranzi msemmija fil-punt 2.1(d) tal-Parti B tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273; u

(b) 

fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-persentaġġi massimi stabbiliti mill-Istati Membri.

L-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tinvestiga t-telf.

3.  

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw kif id-dettalji jridu jiġu rreġistrati fir-reġistru b'rabta ma':

(a) 

il-konsum personali tal-produttur u tal-familja tiegħu;

(b) 

kull tibdil inċidentali fil-volum tal-prodotti.

Artikolu 20

L-iskadenzi għad-dettalji li jridu jitniżżlu fir-reġistru

1.  

Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikoli 15 u 19 għandhom jitniżżlu fir-reġistru:

(a) 

fil-każ tad-dħul, sal-jum tax-xogħol wara dak tal-wasla; u

(b) 

fil-każ tat-telf, il-konsum personali u l-konsum tal-familja jew ta' rifjut, sat-tielet jum tax-xogħol wara dak tar-rikonoxximent, tal-konsum jew tad-dispaċċ.

2.  

Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u fl-Artikoli 16 u 17 ta' dan ir-Regolament għandhom jitniżżlu fir-reġistru:

(a) 

sal-jum tax-xogħol wara dak tal-operazzjoni; u

(b) 

fil-każ tal-arrikkiment, dakinhar stess.

3.  

Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 14(1)(b) u fl-Artikoli 18 ta' dan ir-Regolament għandhom jitniżżlu fir-reġistru:

(a) 

fil-każ tad-dħul u tar-rifjut, sal-jum tax-xogħol wara dak tal-wasla jew tad-dispaċċ; u

(b) 

fil-każ tal-użu, dakinhar stess.

4.  
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skadenzi itwal sa 30 jum, l-aktar meta jintużaw reġistri kompjuterizzati, diment li xorta jkunu jistgħu jsiru kontrolli tad-dħul, tar-rifjut u tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 f'kull ħin abbażi ta' dokumenti oħra ta' sostenn, u diment li dawn id-dokumenti jitqiesu affidabbli mill-awtoritajiet kompetenti.

Fejn jidħlu l-operazzjonijiet ta' arrikkiment imsemmija fl-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li dawn jitniżżlu fir-reġistru qabel ma ssir l-operazzjoni tal-arrikkiment.

5.  
B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, ir-rifjuti tal-istess prodott jistgħu jitniżżlu fir-reġistru bħala total ta' kull xahar fejn il-prodott jitqiegħed biss f'reċipjenti ta' volum nominali ta' 10 litri jew inqas, magħluqa b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a)(i) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.

Artikolu 21

L-għeluq tar-reġistru

Ir-reġistru għandu jingħalaq billi kull sena jiġi stabbilit rendikont tal-bilanċ annwali, f'data li jridu jistabbilixxu l-Istati Membri. Fil-kuntest tar-rendikont tal-bilanċ annwali, għandu jitfassal inventarju tal-ħażniet. Il-ħażniet eżistenti għandhom jitmexxew lejn il-perjodu annwali ta' wara. Dawn għandhom jiġu rreġistrati bħala dħul fir-reġistru f'data wara d-data tar-rendikont tal-bilanċ annwali. Jekk ir-rendikont tal-bilanċ annwali juri differenzi bejn il-ħażniet li jirriżultaw mir-rendikont tal-bilanċ u l-ħażniet eżistenti, dan il-fatt għandu jitniżżel fil-kotba magħluqa.



KAPITOLU V

ID-DIKJARAZZJONIJIET

Artikolu 22

Id-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni

1.  
Il-produtturi għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 fir-rigward tal-produzzjoni tas-sena attwali tal-inbid sal-15 ta' Jannar ta' kull sena. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data aktar kmieni, jew fil-każ tal-ħsad tardiv u ta' produzzjonijiet speċifiċi tal-inbejjed, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu.
2.  

Id-dikjarazzjoni tal-produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-identità tal-produttur;

(b) 

il-post fejn jinżammu l-prodotti;

(c) 

il-kategorija tal-prodotti użati għall-produzzjoni tal-inbid: għeneb, most tal-għeneb (most ikkonċentrat, most ikkonċentrat rettifikat, most iffermentat parzjalment), jew inbejjed ġodda li għadhom qed jiffermentaw;

(d) 

l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

(e) 

iż-żoni mħawla bid-dwieli fil-produzzjoni, inkluż dawk għal finijiet esperimentali, li minnhom joriġina l-għeneb, indikati f'ettari u b'referenza għall-post tal-ħabel tal-vinji;

(f) 

il-volum, indikat f'ettolitri jew 100 kg, ta' prodotti tal-inbid miksuba mill-bidu tas-sena tal-inbid u miżmuma fid-data tad-dikjarazzjoni, imqassma skont il-kulur (aħmar/rożè jew abjad), il-kategorija tal-prodotti użati (għeneb, inbejjed ġodda li għadhom qed jiffermentaw, most, inkluż il-most iffermentat parzjalment għajr il-most ikkonċentrat u l-most ikkonċentrat rettifikat), u wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin:

(i) 

inbid b'DOP;

(ii) 

inbid b'IĠP;

(iii) 

inbid varjetali mingħajr DOP/IĠP;

(iv) 

inbid mingħajr DOP/IĠP;

(v) 

kull prodott ieħor tas-sena tal-inbid, inkluż il-most ikkonċentrat u l-most ikkonċentrat rettifikat.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sottomissjoni ta' dikjarazzjoni waħda għal kull stabbiliment tal-produzzjoni tal-inbid.

3.  
Il-kwantità tal-inbid li trid titniżżel fid-dikjarazzjoni tal-produzzjoni għandha tkun il-kwantità totali miksuba mat-tlestija tal-fermentazzjoni alkoħolika prinċipali, inkluż il-fond tal-inbid.

Biex il-kwantitajiet tal-prodotti l-oħra għajr l-inbid jiġu konvertiti f'ettolitri ta' nbid, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu koeffiċjenti skont kriterji oġġettivi rilevanti għall-konverżjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-koeffiċjenti lill-Kummissjoni flimkien man-notifiki msemmija fil-punt 8 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185.

4.  
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-ħassada u n-negozjanti tal-għeneb li jikkummerċjalizzaw il-prodotti maħsuba għall-produzzjoni tal-inbid, jagħtu d-dejta meħtieġa lill-produtturi biex jimlew id-dikjarazzjoni tal-produzzjoni.

Artikolu 23

Id-dikjarazzjonijiet tal-ħażniet

1.  
Il-produtturi, il-proċessuri, il-bottiljaturi u n-negozjanti għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 sal-10 ta' Settembru. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data aktar kmieni.
2.  

Din id-dikjarazzjoni għandu jkollha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-identità tal-produtturi, tal-proċessuri, tal-bottiljaturi jew tan-negozjanti;

(b) 

il-post fejn jinżammu l-prodotti;

(c) 

fir-rigward tal-inbejjed, il-ħażniet ġenerali mqassma skont il-kulur (aħmar/rożè jew abjad), it-tip tal-inbid (b'DOP, b'IĠP, varjetali mingħajr DOP/IĠP jew mingħajr DOP/IĠP), l-oriġini (mill-Unjoni jew minn pajjiżi terzi) u t-tip tad-detentur tal-ħażniet (il-produttur jew in-negozjant);

(d) 

fir-rigward tal-most, il-ħażniet totali mqassma skont il-kulur (aħmar/rożè jew abjad), it-tip tal-most tal-għeneb (ikkonċentrat, ikkonċentrat rettifikat jew ieħor), u t-tip tad-detentur tal-ħażniet (il-produttur jew in-negozjant).

Il-prodotti tal-inbid tal-Unjoni magħmulin mill-għeneb maħsud matul l-istess sena kalendarja ma għandhomx jiġu inklużi f'din id-dikjarazzjoni.

Artikolu 24

Id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad

1.  
Meta l-Istati Membri jeżiġu d-dikjarazzjoni tal-ħsad imsemmija fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, il-ħassada għandhom iressqu dik id-dikjarazzjoni sal-15 ta' Jannar. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data aktar kmieni, jew fil-każ tal-ħsad tardiv, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu.
2.  

Dik id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja, imqassma skont il-kategoriji stabbiliti fil-punt 1.2(3) tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:

(a) 

l-identità tal-ħassada (skont l-informazzjoni mitluba fil-punt 1.1(1) tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273);

(b) 

iż-żona mħawla bid-dwieli fil-produzzjoni (f'ettari u b'referenza għall-post tal-ħabel tal-vinji);

(c) 

il-kwantità tal-għeneb maħsud (f'100 kg);

(d) 

id-destinazzjoni tal-għeneb (f'ettolitri jew 100 kg):

(i) 

ipproċessat fi nbid minn min jimla d-dikjarazzjoni, bħala produttur;

(ii) 

fornut lil koperattiva tal-inbid (bħala għeneb jew most);

(iii) 

mibjugħ lil produttur tal-inbid (bħala għeneb jew most);

(iv) 

destinazzjonijiet oħrajn (bħala għeneb jew most).

Artikolu 25

Notifiki u ċentralizzazzoni tal-informazzjoni

L-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni u tal-ħażniet skont l-Artikoli 22 u 23 u fid-dikjarazzjoni tal-ħsad skont l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament u fid-dikjarazzjonijiet tat-trattament jew tal-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, meta applikabbli, għandha tkun ċentralizzata fil-livell nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mod kif din l-informazzjoni għandha tiġi notifikata lilhom.



KAPITOLU VI

ID-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI



TAQSIMA I

REGOLI KOMUNI

Article 26

Il-kampjuni għal finijiet ta' kontrolli

1.  
Għall-finijiet tal-Kapitolu VII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, il-korp ta' kollegament ta' Stat Membru jista' jitlob lill-korp ta' kollegament ta' Stat Membru ieħor biex jiġbor kampjuni skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
2.  
Il-korp applikant għandu jżomm il-kampjuni miġbura u fost l-oħrajn għandu jiddetermina l-laboratorju fejn għandhom jiġu analizzati.



TAQSIMA II

IL-BANK TAD-DEJTA ANALITIKU TAD-DEJTA ISOTOPIKA

Artikolu 27

Il-kampjuni għall-bank tad-dejta analitiku

▼M2

1.  
Għall-istabbiliment tal-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjuni tal-għeneb frisk li jridu janalizzaw il-laboratorji maħtura tal-Istati Membri jittieħdu, jiġu ttrattati u pproċessati minn inbid skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

▼B

2.  
Il-kampjuni tal-għeneb frisk għandhom jittieħdu minn vinji fiż-żona tal-produzzjoni tal-inbid b'definizzjoni ċara tat-tip tal-ħamrija, is-sitwazzjoni, is-sistema tat-taħriġ tad-dwieli, il-varjetà, l-età u l-prattiki kulturali.

▼M2

3.  
L-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu kull sena għall-bank tad-dejta huwa stabbilit fil-Parti II tal-Anness III. L-għażla tal-kampjuni għandha tqis kemm is-sitwazzjoni ġeografika tal-vinji fl-Istati Membri elenkati fil-Parti II tal-Anness III kif ukoll il-proporzjon tal-inbejjed b’DOP jew b’IĠP għal kull Stat Membru jew reġjun. Kull sena, mill-inqas 25 % tal-kampjuni għandhom jittieħdu mill-istess plottijiet bħal fis-sena ta’ qabel.

▼M2

3a.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, meta xieraq, li l-kampjuni tal-għeneb ikkultivat għall-produzzjoni tal-inbejjed b’DOP jew b’IĠP jistgħu jittieħdu mill-entità li timmaniġġja d-DOP jew l-IĠP. F’dan il-każ, it-teħid tal-kampjuni għandu jiġi kkoordinat mil-laboratorji maħtura tal-Istati membri f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima A tal-Parti I tal-Anness.

▼B

4.  
Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati bil-metodi stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 mil-laboratorji maħtura mill-Istati Membri. Il-laboratorji maħtura għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-operazzjoni tal-laboratorji tal-ittestjar stabbiliti f'ISO/IEC 17025:2005, u b'mod partikulari għandhom jieħdu sehem f'sistema ta' testijiet tal-profiċjenza li tkopri l-metodi tal-analiżi isotopika. Il-laboratorji għandhom jipprovdu l-evidenza ta' konformità ma' dawn il-kriterji bil-miktub liċ-ċentru ta' referenza Ewropew għall-kontrolli fis-settur tal-inbid (“l-ERC-CWS”) għall-fini ta' kontrolli tal-kwalità u ta' validazzjoni tad-dejta mogħtija.
5.  
Il-laboratorji għandhom ifasslu rapport ta' analiżi b'konformità mal-Parti IV tal-Anness III, u folja ta' deskrizzjoni għal kull kampjun skont il-kwestjonarju fil-Parti III tal-Anness III.

▼M2

6.  
Il-laboratorji għandhom jibagħtu d-dejta miġbura, flimkien ma’ kopja tar-rapport ta’ analiżi bir-riżultati u bl-interpretazzjoni tal-analiżi flimkien ma’ kopja tal-folja ta’ deskrizzjoni, b’mod elettroniku, lill-ERC-CWS u sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Ottubru] tas-sena ta’ wara l-ħsad tal-għeneb.

▼B

7.  

L-Istati Membri u l-ERC-CWS għandhom:

(a) 

jerfgħu d-dejta fil-bank tad-dejta analitiku;

(b) 

iżommu kull kampjun għal mill-anqas tliet snin mid-data tat-teħid tal-kampjun;

(c) 

jużaw biss il-bank tad-dejta għal monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-inbid jew għall-finijiet statistiċi jew xjentifiċi;

(d) 

jieħdu miżuri li jħarsu d-dejta, b'mod partikolari kontra s-serq u l-interferenza;

(e) 

►M2  jagħmlu l-fajls disponibbli, mingħajr dewmien jew spejjeż żejda, għal dawk li ġġeneraw l-informazzjoni li tinsab fil-fajls biex tkun tista’ tiġi rettifikata kwalunkwe ineżattezzi. ◄

8.  
L-ERC-CWS għandu jfassal u jaġġorna kull sena l-lista tal-laboratorji tal-Istati Membri maħtura biex iħejju l-kampjuni u l-kejl għall-bank tad-dejta analitiku.

Artikolu 28

▼M2

Komunikazzjoni tal-informazzjoni li jkun hemm fil-bank tad-dejta analitiku f’każ ta’ suspett ta’ nonkonformità mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid

▼B

1.  
L-informazzjoni merfugħa fil-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika għandha tkun disponibbli meta tintalab lil-laboratorji maħtura mill-Istati Membri.

▼M2

2.  
Kull meta jkun meħtieġ, għal finijiet xjentifiċi, statistiċi, ta’ kontroll jew ġudizzjarji f’każijiet debitament sostanzjati, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta tkun rappreżentattiva, tista’ ssir disponibbli, meta tintalab, għall-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri biex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid u għall-qrati nazzjonali. Din l-informazzjoni għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun qed tintalab u għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali.

▼M2

2a.  

F’każ ta’ kontroll fi Stat Membru, li għalih tkun meħtieġa dejta ta’ referenza mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika relatata mal-inbid prodott fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha titlob lill-ERC-CWS biex jikkuntattja lil-laboratorju maħtur tal-Istat Membru li fih jiġi prodott l-inbid investigat, biex tivverifika s-suspett permezz tad-dejta rilevanti kollha disponibbli. Dak il-laboratorju maħtur għandu, fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba, jivverifika jekk l-inbid inkwistjoni hux konformi mar-regoli tal-Unjoni għas-settur tal-inbid. Meta din l-iskadenza ma tkunx tista’ tiġi rispettata għal raġunijiet debitament ġustifikati, il-laboratorju maħtur għandu jinforma lill-ERC-CWS kif xieraq u l-ERC-CWS għandu mbagħad:

(i) 

jislet id-dejta ta’ referenza rilevanti għall-kejl isotopiku relatata mal-inbid inkwistjoni mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika, u jipprovdiha lill-korp rikjedenti, jew

(ii) 

jekk id-dejta ta’ referenza rilevanti għall-kejl isotopiku ma tkunx tista’ tinsilet mill-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika, iżda l-kampjuni meħtieġa jsiru disponibbli fħall-ERC-CWS meta jintalbu, jipprovdi appoġġ analitiku, inkluż ir-riżultati tad-dejta rilevanti għall-kejl isotopiku relatata mal-inbid inkwistjoni, lill-korp rikjedenti,

fi żmien xahar minn meta jkun ċar li l-iskadenza inizjali ma tistax tiġi rispettata. Fiż-żewġ każijiet, id-dejta rilevanti għall-kejl isotopiku għandha tiġi interpretata u tingħata fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie prodott l-inbid suspettat.

▼B

3.  
L-informazzjoni disponibbli għandu jkollha x'taqsam biss mad-dejta analitika rilevanti meħtieġa biex tiġi interpretata l-analiżi mwettqa fuq kampjun b'karatteristiċi u oriġini komparabbli. Ma' kull notifika tal-informazzjoni disponibbli għandha tinhemeż tfakkira dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tal-bank tad-dejta kif imsemmi fl-Artikolu 27(7)(c).

▼M2

4.  
L-ERC-CWS għandu jippubblika rapport annwali, b’mod anonimu, dwar ir-riżultati ewlenin tat-talbiet riċevuti f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u dwar is-sejbiet ewlenin tal-verifiki mwettqa mill-Istati Membri fit-territorju tagħhom bl-użu tal-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika. L-ERC-CWS għandu jiżgura li dan ir-rapport ma jkun jinkludi l-ebda informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Dawk is-sejbiet għandhom jiġu rrappurtati lill-ERC-CWS qabel tmiem Marzu tas-sena ta’ wara l-perjodu tar-rapportar, u l-ERC-CWS għandu jippubblika r-rapport fi żmien xahrejn.

▼B

Artikolu 29

Il-banek tad-dejta nazzjonali tad-dejta isotopika

Ir-riżultati tal-analiżi isotopika merfugħa fil-banek tad-dejta tal-Istati Membri għandhom jinkisbu b'analiżi tal-kampjuni meħuda u trattati skont l-Artikolu 27.



TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-KONTROLLI

Artikolu 30

Il-kontrolli tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli

Għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kapitolu II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u l-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-reġistru tal-vinji msemmi fl-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 31

Verifika tal-informazzjoni fir-reġistru tal-vinji

1.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta fir-reġistru tal-vinji għall-finijiet ta' monitoraġġ u kontroll tal-miżuri ffinanzjati skont il-programm nazzjonali ta' appoġġ imsemmi fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandhom x'jaqsmu magħha.
2.  

Fejn jidħlu ż-żoni mħawla bid-dwieli, mill-anqas għandhom isiru dawn il-kontrolli biex ir-reġistru tal-vinji jibqa' aġġornat:

(a) 

kontrolli amministrattivi applikati għal kull produttur tal-inbid identifikat fir-reġistru tal-vinji li:

(i) 

attiva awtorizzazzjoni għat-tħawwil jew għat-tħawwil mill-ġdid jew għamel reġistrazzjoni jew modifika tad-dejta fir-reġistru tal-vinji wara applikazzjoni jew notifika mressqin rigward l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli;

(ii) 

iressaq applikazzjoni għall-miżuri ta' “ristrutturar u konverżjoni tal-vinji” jew “ħsad bikri” skont programm nazzjonali ta' appoġġ imsemmi fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(iii) 

iressaq xi waħda mid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 31, 32 u 33 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.

(b) 

kontrolli annwali fuq il-post fuq mill-inqas 5 % tal-vitikulturi kollha tad-dwieli identifikati fir-reġistru tal-vinji.

Meta l-vitikulturi magħżula għall-kampjun ikunu soġġetti fl-istess sena għal kontrolli fuq il-post fil-qafas tal-miżuri msemmija fil-punt (a)(i) u (ii), għandu jinżamm l-għadd ta' dawn il-kontrolli fuq il-post biex jintlaħaq il-limitu annwali ta' 5 %, mingħajr il-bżonn li jiġu ripetuti.

(c) 

kontrolli sistematiċi fuq il-post li jsiru fiż-żoni mħawla bid-dwieli u li ma jinsabu fl-ebda fajl tal-vitikultur kif stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.

Artikolu 32

Il-kontrolli għad-dikjarazzjonijiet

Fejn jidħlu d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 31 sa 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273, l-Istati Membri għandhom iwettqu kull kontroll u jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw il-preċiżjoni ta' dawk id-dikjarazzjonijiet.

▼M2

Artikolu 32a

Kontrolli fuq prodotti tal-inbid mhux ippakkjati

Fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti tal-inbid mhux ippakkjati li mhumiex koperti b’sistema kompjuterizzata jew b’sistema ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273, biex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-ħatt tista’ titlob lid-destinatarji tal-konsenji tal-prodotti tal-inbid mhux ippakkjati biex iżommu dawk il-konsenji fil-post tal-ħatt fl-istabbiliment tagħhom għal perjodu massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol. Id-destinatarji ma għandhomx jibagħtu, jittrasferixxu jew jimmanipulaw il-konsenja li jkun itteħdilha kampjun mill-awtorità kompetenti tul dak il-perjodu, sakemm jiġu infurmati bir-riżultat tal-verifiki.

Meta tintalab mid-destinatarji, l-awtorità kompetenti għandha, meta tiddeċiedi li ma twettaqx verifiki tal-konsenja inkwistjoni, tippermetti li l-konsenja tintbagħat qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.

▼B



KAPITOLU VII

IN-NOTIFIKI

Artikolu 33

In-notifiki dwar l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli

1.  

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu ta' kull sena dwar:

(a) 

il-komunikazzjoni dwar iż-żoni tal-produzzjoni tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 145(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dwar is-sitwazzjoni fil-31 ta' Lulju tas-sena tal-inbid preċedenti. Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-formola stabbilita fil-Parti I tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(b) 

in-notifiki msemmija fl-Artikoli 63(4) u 64(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola stabbilita fil-Parti II tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(c) 

notifika dwar ir-restrizzjonijiet deċiżi mill-Istati Membri b'rabta mat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli fl-istess impriża, kif imsemmi fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament. Din in-notifika għandha ssir bil-formola stabbilita fit-Tabella A taħt il-Parti V tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(d) 

lista nazzjonali aġġornata tal-organizzazzjonijiet professjonali jew tal-gruppi tal-produtturi interessati msemmija fl-Artikoli 3 u 8 ta' dan ir-Regolament;

(e) 

il-komunikazzjoni dwar id-daqs totali taż-żoni misjubin imħawla bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjoni, kif ukoll iż-żoni mhux awtorizzati fejn ikunu nqalgħu d-dwieli, kif imsemmi fl-Artikolu 71(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Din il-komunikazzjoni għandha tirreferi għas-sena tal-inbid preċedenti. Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-formola stabbilita fil-Parti III tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(f) 

meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-limiti deċiżi b'rabta mad-daqs minimu u massimu tal-impriżi kif imsemmi fil-punt H tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.

2.  

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena, dwar:

(a) 

l-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija effettivament matul is-sena tal-inbid preċedenti skont l-Artikolu 7(1) u (2) ta' dan ir-Regolament, u l-awtorizzazzjonijiet irrifjutati mill-applikanti u dawk mogħtija lil applikanti oħra qabel l-1 ta' Ottubru skont l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola stabbilita fil-Parti IV tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(b) 

l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli mogħtija matul is-sena tal-inbid preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola stabbilita fit-Tabella B taħt il-Parti V tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(c) 

l-awtorizzazzjonijiet mogħtija matul is-sena tal-inbid preċedenti abbażi tal-konverżjoni ta' drittijiet tat-tħawwil validi kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola mogħtija fil-Parti VI tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament u għandhom isiru biss sal-1 ta' Novembru tas-sena ta' wara tmiem l-iskadenza għall-konverżjoni msemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-iskadenza deċiża mill-Istat Membru skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament.

3.  
Jekk Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-paragrafi 1 jew 2, jew jekk l-informazzjoni rilevanti tidher skorretta, il-Kummissjoni tista' tissospendi parzjalment jew għalkollox il-pagamenti ta' kull xahar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tas-settur tal-inbid, sakemm in-notifika ssir b'mod korrett.
4.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

Artikolu 34

Regoli ġenerali dwar in-notifiki u d-disponibbiltà tal-informazzjoni

In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 u f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185.

Artikolu 35

Iż-żamma tad-dokumenti ta' akkumpanjament, tal-informazzjoni u tar-reġistri

1.  
Id-dokumenti ta' akkumpanjament u l-kopji tagħhom għandhom jinżammu għal mill-anqas ħames snin minn tmiem is-sena kalendarja meta jkunu tlestew.
2.  
L-informazzjoni dwar l-iskema tal-awtorizzazzjoni għat-tħawwil tad-dwieli mressqa skont l-Artikolu 33 għandha tinżamm għal mill-anqas għaxar snin tal-inbid wara s-sena tal-inbid meta tkun tressqet.
3.  
Ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ u d-dokumenti dwar l-operazzjonijiet irreġistrati fihom għandhom jinżammu għal mill-anqas ħames snin wara li jingħalqu l-kontijiet li jirreferu għalihom. Meta f'reġistru jkun għad hemm kont jew kontijiet mhux magħluqa li jkunu jikkorrispondu għal kwantitajiet insinifikanti ta' nbid, dawn il-kontijiet jistgħu jitmexxew lejn reġistru ieħor, diment li dan it-trasferiment jitniżżel fir-reġistru oriġinali. F'dan il-każ, il-perjodu ta' ħames snin għandu jibda mill-jum tat-trasferiment.
4.  
Id-dejta tar-reġistru tal-vinji kif previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 għandha tinżamm skont kemm ikun hemm bżonn għall-finijiet ta' monitoraġġ u kontroll tal-miżuri jew tal-iskema marbuta magħhom, u fi kwalunkwe każ għal, rispettivament, mill-inqas ħames snin tal-inbid fil-każ tad-dejta relatata mal-miżuri, jew mill-anqas għaxar snin tal-inbid fil-każ tad-dejta marbuta mal-iskema tal-awtorizzazzjoni għat-tħawwil tad-dwieli, wara s-sena tal-inbid li jkunu jirreferu għaliha.



KAPITOLU VIII

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

Tħassir

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 hu mħassar.

Artikolu 37

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

IL-PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2)

A.   ALLOKAZZJONI FUQ BAŻI PRORATA

Il-parti mill-ammont kollu ta' ettari disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda li l-Istati Membri ddeċidew li jallokaw fuq bażi prorata lill-applikanti kollha fil-livell nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b)(i), għandha tinqasam fost l-applikazzjonijiet individwali eliġibbli skont din il-formola li ġejja, filwaqt li jitħarsu l-limiti possibbli msemmija fl-Artikolu 3(1):

A1 = Ar × (%Pr × Tar/Tap)

A1

=

l-awtorizzazzjoni mogħtija lil applikant individwali fuq bażi prorata (f'ettari)

Ar

=

is-superfiċje mitluba mill-produttur fl-applikazzjoni tiegħu (f'ettari)

%Pr

=

il-proporzjon tad-disponibbiltà totali li trid tingħata fuq bażi prorata

Tar

=

is-superfiċje totali li saret disponibbli fl-awtorizzazzjonijiet (f'ettari)

Tap

=

it-total tal-applikazzjonijiet kollha mill-produtturi (f'ettari)

B.   ALLOKAZZJONI SKONT IL-KRITERJI TA' PRIJORITÀ

Il-parti mill-ammont ta' ettari disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda li l-Istati Membri ddeċidew li jallokaw fil-livell nazzjonali, skont il-kriterji ta' prijorità magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b), għandha tinqasam fost l-applikazzjonijiet individwali eliġibbli kif ġej:

(a) 

L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali, u jistgħu jagħtu l-istess importanza lill-kriterji kollha magħżula jew jistgħu jallokawlhom gradi differenti ta' importanza. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dawn il-gradi ta' importanza b'mod uniformi fil-livell nazzjonali jew jistgħu jibdlu l-gradi ta' importanza tal-kriterji skont iż-żona fit-territorju tal-Istat Membru.

Meta l-Istati Membri jagħtu l-istess importanza lill-kriterji kollha magħżula fil-livell nazzjonali, għandu jingħata l-valur (1) lil kull kriterju.

Meta l-Istati Membri jagħtu importanza differenti lill-kriterji magħżula fil-livell nazzjonali, għandu jingħata valur li jvarja bejn iż-żero (0) u l-wieħed (1) lil kull wieħed minn dawk il-kriterji, u t-total tal-valuri individwali kollha għandu jkun dejjem (1).

Meta l-grad ta' importanza ta' dawn il-kriterji jkun ivarja skont iż-żona fit-territorju tal-Istat Membru, għandu jiġi allokat valur individwali li jvarja bejn iż-żero (0) u l-wieħed (1) lil kull wieħed minn dawk il-kriterji għal kull żona. F'dan il-każ, it-total tal-gradi ta' importanza individwali kollha tal-kriterji magħżula għal kull żona għandu jibqa' dejjem (1).

(b) 

L-Istati Membri għandhom jevalwaw kull applikazzjoni individwali eliġibbli abbażi tal-konformità tagħha mal-kriterji ta' prijorità magħżula. Sabiex jiġi evalwat il-livell ta' din il-konformità ma' kull kriterju ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skala unika fil-livell nazzjonali, li abbażi tagħha jallokaw għadd ta' punti lil kull applikazzjoni b'rabta ma' kull wieħed minn dawk il-kriterji.

(c) 

L-iskala unika għandha tiddefinixxi minn qabel l-għadd ta' punti li jridu jiġu allokati b'rabta mal-livell tal-konformità ma' kull kriterju, u għandha wkoll tagħti d-dettalji tal-għadd ta' punti li jridu jiġu allokati b'rabta ma' kull element ta' kull kriterju speċifiku.

(d) 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu klassifika tal-applikazzjonijiet individwali fil-livell nazzjonali abbażi tat-total tal-punti mogħtija lil kull applikazzjoni individwali skont il-konformità jew il-livell tal-konformità msemmija, rispettivament, fil-punt (b), u meta applikabbli, il-grad ta' importanza tal-kriterju msemmi fil-punt (a). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw din il-formola li ġejja:

Pt = W1 × Pt1 + W2 × Pt2 + … + Wn × Ptn

Pt

=

it-total tal-punti mogħtija lil applikazzjoni individwali speċifika

W1, W2…, Wn

=

il-grad ta' importanza tal-kriterji 1, 2, …, n

Pt1, Pt2…, Ptn

=

il-livell tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kriterji 1, 2, … n

Fiż-żoni li l-grad ta' importanza tagħhom ikun żero għal kull kriterju ta' prijorità, l-applikazzjonijiet eliġibbli kollha għandhom jirċievu l-valur massimu fl-iskala fejn jidħol il-livell tal-konformità.

(e) 

L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet lill-applikanti individwali skont l-ordni stabbilita fil-klassifika msemmija fil-punt (d), u sakemm jiġu eżawriti l-ettari li jridu jiġu allokati skont il-kriterji ta' prijorità. It-total sħiħ tal-ettari mitluba minn applikant għandu jiġi ssodisfat fl-għamla ta' awtorizzazzjoni qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-applikant li jmiss fil-klassifika.

Jekk l-ettari disponibbli jiġu eżawriti f'pożizzjoni tal-klassifika fejn diversi applikazzjonijiet ikollhom l-istess għadd ta' punti, l-ettari li jkun fadal għandhom jiġu allokati lil dawn l-applikazzjonijiet fuq bażi prorata.

(f) 

Jekk il-limitu għal ċertu reġjun jew għal ċerta żona eliġibbli għal DOP jew IĠP, jew għal ċerta żona mingħajr indikazzjoni ġeografika, jintlaħaq meta jingħataw awtorizzazzjonijiet skont il-punt A u l-punti (a), (b), (c), (d) u (e) ta' dan il-punt B, ma għandha tiġi ssodisfata l-ebda applikazzjoni oħra li toriġina minn dak ir-reġjun jew minn dik iż-żona.




ANNESS II

IL-KAMPJUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26

PARTI I

Il-metodu u l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni

1. 

Meta l-kampjuni tal-inbid, tal-most tal-għeneb jew ta' prodott likwidu ieħor tal-inbid jitqiesu fil-kuntest ta' assistenza bejn il-korpi tal-kontroll, il-korp kompetenti għandu jiżgura li:

(a) 

fil-każ ta' prodotti f'reċipjenti sa 60 litru maħżunin f'lott wieħed, il-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-lott kollu,

(b) 

fil-każ ta' prodotti f'reċipjenti b'kapaċità nominali ta' iżjed minn 60 litru, il-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-kontenut tar-reċipjent imnejn jittieħdu l-kampjuni.

2. 

Il-kampjuni għandhom jittieħdu meta l-prodott inkwistjoni jkun qed jitferra' f'mill-anqas ħames reċipjenti nodfa li kull wieħed ikollu kapaċità nominali ta' 75 cl jew iżjed. Fil-każ tal-prodotti msemmija fil-punt 1(a), it-teħid tal-kampjuni jista' jsir bit-tneħħija ta' mill-anqas ħames reċipjenti li jkollhom kapaċità nominali ta' 75 cl jew iżjed mil-lott li jrid jiġi eżaminat.

Meta l-kampjuni tad-distillat tal-inbid iridu jiġu analizzati b'reżonanza manjetika nukleari tad-dewterju, il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f'reċipjenti b'kapaċità nominali ta' 25 cl, jew anki ta' 5 cl meta jkollhom jintbagħtu minn laboratorju uffiċjali għal ieħor.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu, magħluqa meta possibbli, u jiġu ssiġillati fil-preżenza ta' rappreżentant tal-istabbiliment fejn jittieħed il-kampjun jew ta' rappreżentant tat-trasportatur jekk il-kampjun jittieħed waqt il-ġarr. Jekk l-ebda rappreżentant ma jkun preżenti, ir-rapport imsemmi fil-punt 4 għandu jsemmi dan il-fatt.

Kull kampjun għandu jingħalaq b'għotjien inerti u li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.

3. 

Kull kampjun għandu jkollu tikketta konformi mal-punt A tal-Parti II.

Meta r-reċipjent ikun żgħir wisq biex tkun tista' titwaħħallu t-tikketta preskritta, ir-reċipjent għandu jiġi mmarkat b'numru li ma jitħassarx u l-informazzjoni meħtieġa għandha titniżżel fuq folja separata.

Ir-rappreżentant tal-istabbiliment fejn jittieħed il-kampjun jew ir-rappreżentant tat-trasportatur għandhom jintalbu jiffirmaw it-tikketta jew, skont kif applikabbli, jiffirmaw il-folja.

4. 

L-uffiċjal tal-korp kompetenti awtorizzat biex jieħu l-kampjuni għandu jħejji rapport bil-miktub u fih iniżżel kull osservazzjoni li jqis importanti għall-evalwazzjoni tal-kampjuni. Meta meħtieġ, fir-rapport għandu jniżżel kull dikjarazzjoni tar-rappreżentant tat-trasportatur jew tar-rappreżentant tal-istabbiliment fejn jittieħed il-kampjun, u għandu jitlob lil dak ir-rappreżentant biex iżid il-firma tiegħu. Dan għandu jniżżel l-ammont tal-prodott li minnu jittieħed il-kampjun. Jekk il-firem imsemmijin hawn fuq u fit-tielet subparagrafu tal-punt 3 jiġu rrifjutati, ir-rapport għandu jsemmi dan il-fatt.

5. 

Kull meta jittieħdu l-kampjuni, wieħed mill-kampjuni għandu jibqa' fl-istabbiliment fejn jittieħdu l-kampjuni bħala l-kampjun tal-kontroll, u kampjun ieħor għandu jieħdu l-korp kompetenti li l-uffiċjal tiegħu jkun ħa l-kampjun. Tliet kampjuni għandhom jintbagħtu lil-laboratorju uffiċjali li se jwettaq l-eżami analitiku jew organolettiku. Hemmhekk għandu jkun analizzat wieħed mill-kampjuni. Kampjun ieħor għandu jinżamm bħala kampjun tal-kontroll. Il-kampjuni tal-kontroll għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin wara li jittieħdu.

6. 

Il-konsenji tal-kampjuni għandu jkollhom tikketta ħamra fuq l-imballaġġ ta' barra li tkun konformi mal-mudell fil-punt B tal-Parti II. It-tikketta għandha tkun 50 mm b'25 mm.

Meta jsir dispaċċ tal-kampjuni, il-korp kompetenti tal-Istat Membru li minnu jintbagħtu l-kampjuni għandu jżid it-timbru tiegħu parzjalment fuq l-imballaġġ ta' barra tal-pakkett u parzjalment fuq it-tikketta ħamra.

PARTI II

A.    It-tikketta li tiddeskrivi l-kampjun skont il-punt 3 tal-Parti I

1. 

L-informazzjoni meħtieġa:

(a) 

l-isem, l-indirizz, inkluż l-Istat Membru, in-numru tat-telefown, il-fax u l-email tal-korp kompetenti li l-kampjun ittieħed skont l-istruzzjonijiet tiegħu;

(b) 

in-numru tas-serje tal-kampjun;

(c) 

id-data meta jittieħed il-kampjun;

(d) 

isem l-uffiċjal tal-korp kompetenti awtorizzat biex jieħu l-kampjun;

(e) 

l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, il-fax, l-email tal-impriża fejn jittieħed il-kampjun;

(f) 

l-identità tar-reċipjent imnejn jittieħed il-kampjun (eż. in-numru tar-reċipjent, in-numru tal-lott tal-fliexken, eċċ.);

(g) 

deskrizzjoni tal-prodott, inkluż iż-żona tal-produzzjoni, is-sena tal-ħsad, il-qawwa alkoħolika proprja jew potenzjali u, jekk jista' jkun, il-varjetà tal-għeneb tal-inbid;

(h) 

il-kliem: “Il-kampjun tal-kontroll riżervat jista' jiġi eżaminat biss minn laboratorju awtorizzat biex iwettaq analiżi tal-kontroll. Il-ksur tas-siġill hija offiża punibbli.”

2. 

Osservazzjonijiet:

3. 

Id-daqs minimu: 100 mm b'100 mm.

B.    Mudell tat-tikketta ħamra msemmija fil-punt 6 tal-Parti I

L-UNJONI EWROPEA

Prodotti għal testijiet analitiċi u organolettiċi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274




ANNESS III

IL-KAMPJUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 27

PARTI I

L-istruzzjonijet għat-teħid tal-kampjuni tal-għeneb frisk u għall-ipproċessar tiegħu fi nbid għall-analiżi bil-metodi isotopiċi msemmija fl-Artikolu 27

A.    It-teħid tal-kampjuni tal-għeneb

1. 

Kull kampjun għandu jkollu mill-anqas 10 kg ta' għeneb misjur tal-istess varjetà. Dan għandu jittieħed fil-kundizzjoni kif jinstab. It-teħid tal-kampjuni għandu jsir matul il-perjodu meta jsir il-ħsad inkwistjoni. L-għeneb miġbur għandu jkun rappreżentattiv tal-għalqa kollha. Il-kampjuni tal-għeneb frisk, jew tal-most ippressat derivat, jistgħu jiġu priżervati fil-friża għal użu ulterjuri. Hu biss meta jkun previst kejl tal-ossiġnu-18 tal-ilma tal-most li tista' tittieħed alikwota tal-most b'mod separat, u tiġi priżervata wara l-ippressar tal-kampjun kollu tal-għeneb.

2. 

Meta jitteħdu l-kampjuni, għandha titħejja karta deskrittiva. Din il-karta għandu jkollha l-ewwel parti dwar it-teħid tal-kampjuni tal-għeneb u t-tieni taqsima dwar il-vinifikazzjoni. Għandha tinżamm mal-kampjun u għandha tkun preżenti tul il-ġarr kollu. Għandha tkun aġġornata b'nota dwar kull xorta ta' trattament li jsir lill-kampjun. Il-karta deskrittiva dwar it-teħid tal-kampjuni għandha titħejja skont il-punt A tal-kwestjonarju fil-Parti III.

B.    Il-vinifikazzjoni

1. 

Il-vinifikazzjoni għandu jagħmilha l-korp kompetenti jew dipartiment awtorizzat minn dak il-korp għal dan il-għan, u meta possibbli skont kundizzjonijiet komparabbli mal-kundizzjonijiet normali fiż-żona tal-produzzjoni li l-kampjun ikun rappreżentattiv tagħha. Il-vinifikazzjoni jenħtieġ li twassal għal trasformazzjoni sħiħa taz-zokkor f'alkoħol, jiġifieri f'anqas minn 2 g/l ta' zokkor residwu. Iżda xi drabi, pereżempju meta tkun trid tiġi żgurata rappreżentattività akbar, jistgħu jkunu aċċettati ammonti akbar ta' zokkor residwu. Malli l-inbid ikun iċċara u stabbilizza bl-SO2, dan għandu jitqiegħed fi fliexken ta' 75 cl u jiġi ttikkettat.

2. 

Il-karta deskrittiva tal-vinifikazzjoni għandha titħejja skont il-punt B tal-kwestjonarju fil-Parti III.

PARTI II

L-għadd ta' kampjuni li jridu jieħdu l-Istati Membri kull sena għall-bank tad-dejta analitiku kif imsemmi fl-Artikolu 27(3)

— 
30 kampjun fil-Bulgarija,
— 
20 kampjun fir-Repubblika Ċeka,
— 
200 kampjun fil-Ġermanja,
— 
50 kampjun fil-Greċja,
— 
200 kampjun fi Spanja,
— 
400 kampjun fi Franza,
— 
30 kampjun fil-Kroazja,
— 
400 kampjun fl-Italja,
— 
10 kampjuni f'Ċipru,
— 
4 kampjuni fil-Lussemburgu,
— 
50 kampjun fl-Ungerija,
— 
4 kampjuni f'Malta,
— 
50 kampjun fl-Awstrija,
— 
50 kampjun fil-Portugall,
— 
70 kampjun fir-Rumanija,
— 
20 kampjun fis-Slovenja,
— 
15-il kampjun fis-Slovakkja,
— 
4 kampjuni fir-Renju Unit.

PARTI III

Kwestjonarju dwar il-ġbir u l-vinifikazzjoni tal-kampjuni tal-għeneb maħsuba għall-analiżi bil-metodi isotopiċi kif imsemmi fl-Artikolu 27(5)

Il-metodi analitiċi u l-espressjoni tar-riżultati (l-unitajiet) li jridu jintużaw huma dawk li tirrakkomanda u tippubblika l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV).

A.

1.   Informazzjoni ġenerali

1.1. 

In-numru tal-kampjun:

1.2. 

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal jew tal-persuna awtorizzata li ħa l-kampjun:

1.3. 

L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli mit-teħid tal-kampjun:

1.4. 

L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli mill-vinifikazzjoni u d-dispaċċ tal-kampjun, jekk dan ikun korp ieħor għajr dak imsemmi fil-punt 1.3:

2.   Deskrizzjoni ġenerali tal-kampjuni

2.1. 

L-oriġini (il-pajjiż, ir-reġjun):

2.2. 

Is-sena tal-ħsad:

2.3. 

Il-varjetà tad-dielja:

2.4. 

Il-lewn tal-għeneb:

3.   Deskrizzjoni tal-vinja

3.1. 

L-isem u l-indirizz tal-persuna li jikkultiva l-għalqa:

3.2. 

Il-post ġeografiku tal-għalqa

— 
raħal tal-inbid:
— 
lokalità:
— 
referenza katastali:
— 
latitudni u lonġitudni:
3.3. 

It-tip tal-ħamrija (eż. bil-ġir, taflija, bil-ġir u taflija, ramlija):

3.4. 

Il-qagħda (eż. imżerżqa, watja, esposta għax-xemx):

3.5. 

L-għadd ta' vinji f'kull ettaru:

3.6. 

L-età approssimattiva tal-vinja (anqas minn 10 snin/bejn 10 u 25 sena/iżjed minn 25 sena):

3.7. 

L-altitudni:

3.8. 

Il-metodu tat-taħriġ u taż-żbir:

3.9. 

It-tip tal-inbid li minnu normalment isir l-għeneb (ara l-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013):

4.   Karatteristiċi tal-għalla u tal-most

4.1. 

Stima tar-rendiment għal kull ettaru tal-għalqa maħsuda: (kg/ha):

4.2. 

L-istat tas-saħħa tal-għeneb (eż. tajjeb, imħassar), li jispeċifika jekk l-għeneb kienx niexef jew imxarrab meta ttieħed il-kampjun:

4.3. 

Id-data meta jittieħed il-kampjun:

5.   Il-kundizzjonijiet tat-temp qabel il-ħsad

5.1. 

Niżlet xita fl-għaxart ijiem ta' qabel il-ħsad: iva/le

5.2. 

Jekk iva, informazzjoni addizzjonali jekk disponibbli:

6.   Il-vinji msoqqija:

Jekk l-għalla tissaqqa, id-data tal-aħħar tisqija:

(Timbru tal-korp kompetenti responsabbli mit-teħid tal-kampjun, u l-isem, il-kariga u l-firma tal-uffiċjal li jieħu l-kampjun)

B.

1.   Il-mikrovinifikazzjoni

1.1. 

Il-piż tal-kampjun tal-għeneb, f'kg:

1.2. 

Il-metodu tal-ippressar:

1.3. 

Il-volum tal-most miksub:

1.4. 

Karatteristiċi tal-most:

— 
il-konċentrazzjoni taz-zokkor espressa f'g/l b'rifrattometrija:
— 
l-aċidità totali espressa f'g/l ta' aċidu tartariku: (fakultattiva)
1.5. 

Il-metodu tat-trattament tal-most (eż. sedimentazzjoni, ċentrifugazzjoni):

1.6. 

Il-levatura (il-varjetà tal-ħmira użata). Indika jekk saritx fermentazzjoni spontanja jew le:

1.7. 

It-temperatura matul il-fermentazzjoni:

1.8. 

Il-metodu li jiddetermina t-tmiem tal-fermentazzjoni:

1.9. 

Il-metodu tat-trattament tal-inbid (eż. tiswib):

1.10. 

Iż-żieda tad-diossidu tal-kubrit f'mg/l:

1.11. 

Analiżi tal-inbid miksub

— 
il-qawwa alkoħolika proprja f'% vol:
— 
l-estratt niexef totali:
— 
iż-zokkor riduċenti espress bħala g/l ta' zokkor invertit:

2.   Tabella kronoloġika tal-vinifikazzjoni tal-kampjun

Id-data:

— 
tat-teħid tal-kampjun: (l-istess data bħad-data tal-ħsad, il-punt 4.3. tal-Parti I)
— 
tal-ippressar:
— 
tal-bidu tal-fermentazzjoni:
— 
tat-tmiem tal-fermentazzjoni:
— 
tal-ibbottiljar:

Id-data meta titlesta l-Parti II:

(Timbru tal-korp kompetenti li jkun wettaq il-vinifikazzjoni u firma tal-uffiċjal kompetenti ta' dak il-korp)

PARTI IV

Mudell għal rapport tal-analiżi tal-kampjuni tal-inbid u tal-prodotti tad-dwieli analizzati bil-metodi rakkomandati u ppubblikati mill-OIV msemmija fl-Artikolu 27(5)

A.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

1. 

Il-pajjiż:

2. 

In-numru tal-kampjun:

3. 

Is-sena:

4. 

Il-varjetà tad-dielja:

5. 

It-tip tal-inbid:

6. 

Ir-reġjun/distrett:

7. 

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, il-fax u l-email tal-laboratorju responsabbli mir-riżultati:

8. 

Il-kampjun hu għall-analiżi tal-kontroll mill-ERC-CWS: iva/le

B.   METODI U RIŻULTATI

1.

L-inbid (trasferit mill-Parti III tal-Anness III)

1.1. 

Il-qawwa alkoħolika skont il-volum: % vol

1.2. 

L-estratt niexef totali: g/l

1.3. 

Iz-zokkor riduċenti: g/l

1.4. 

L-aċidità totali espressa bħala aċidu tartariku: g/l

1.5. 

Id-diossidu tal-kubrit totali: mg/l

2.

Distillazzjoni tal-inbid għal SNIF-NMR

2.1. 

Deskrizzjoni tal-apparat tad-distillazzjoni:

2.2. 

Il-volum tal-inbid distillat/il-piż tad-distillat miksub:

3.

Analiżi tad-distillat

3.1. 

Il-qawwa alkoħolika ta' % tad-distillat (m/m):

4.

Ir-riżultat tal-proporzjonijiet isotopiċi tad-dewterju/idroġenu tal-etanol imkejjel b'NMR

4.1. 

(D/H)I = ppm

4.2. 

(D/H)II = ppm

4.3. 

“R” =

5.

Il-parametri NMR

Il-frekwenza osservata:

6.

Ir-riżultat tal-proporzjon isotopiku 18O/16O tal-inbid

δ 18O [‰] = ‰ V. SMOW — SLAP

7.

Ir-riżultat tal-proporzjon isotopiku 18O/16O tal-most (meta japplika)

δ 18O [‰] = ‰ V. SMOW — SLAP

8.

Ir-riżultat tal-proporzjon isotopiku 13C/12C tal-etanol tal-inbid

δ 13C [‰] = ‰ V-PDB.




ANNESS IV

IN-NOTIFIKI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 33

PARTI I

Il-formola għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1)(a)



Tabella

Inventarju taż-żoni tal-produzzjoni tal-inbid

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena tal-inbid:

 

Iż-żoni/reġjuni

Iż-żoni li effettivament tħawlu bid-dwieli (f'ettari) eliġibbli għall-produzzjoni ta' (*1):

l-inbid b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) (*2)

l-inbid b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) (*3)

l-inbid mingħajr DOP/IĠP f'żona ta' DOP/IĠP

l-inbid mingħajr DOP/IĠP barra minn żona ta' DOP/IĠP

Total

li minnu huma inklużi fil-kolonna (2)

li minnu mhumiex inklużi fil-kolonna (2)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

 

 

(*1)   

Id-data tirreferi għall-31 ta' Lulju tas-sena tal-inbid preċedenti

(*2)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika

(*3)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'DOP u l-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika (il-kolonna (3)), jew biss għall-inbid b'IĠP u l-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika (il-kolonna (4)). L-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonni (3) u (4) ma għandha tiddaħħal fil-kolonni (5) u (6)

Nota:  il-valuri li jridu jiddaħħlu fil-kolonna (7) = (2) + (4) + (5) + (6)

L-iskadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu.

PARTI II

Il-formola għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(1)(b)



Tabella A

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda – persentaġġ

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena:

 

Is-superfiċje totali (f'ettari) li effettivament tħawlet bid-dwieli (fl-aħħar 31 ta' Lulju):

 

Il-persentaġġ li jrid jiġi applikat fil-livell nazzjonali:

 

Is-superfiċje totali (f'ettari) għat-tħawwil tad-dwieli ġodda fil-livell nazzjonali, abbażi tal-% deċiż:

 

Ġustifikazzjonijiet dwar il-limitazzjoni tal-persentaġġ fil-livell nazzjonali (meta jkun inqas minn 1 %):

Is-superfiċje totali (f'ettari) trasferita mis-sena ta' qabel skont l-Artikolu 7(3):

 

Is-superfiċje totali (f'ettari) li trid tkun disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda fil-livell nazzjonali:

 

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu.



Tabella B

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda – limitazzjonijiet ġeografiċi

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena:

 

Meta xieraq, il-limitazzjonijiet deċiżi fil-livell ġeografiku rilevanti:

A.  għal kull reġjun,

meta xieraq

Żona limitata

reġjun 1

 

reġjun 2

 

 

B.  għal kull “subreġjun”,

meta xieraq

Żona limitata

subreġjun 1

 

subreġjun 2

 

 

C.  għal kull żona ta' DOP/IĠP,

meta xieraq

Żona limitata

żona ta' DOP/IĠP 1

 

żona ta' DOP/IĠP 2

 

 

D.  għal kull żona mingħajr DOP/IĠP,

meta xieraq

Żona limitata

żona mingħajr DOP/IĠP 1

 

żona mingħajr DOP/IĠP 2

 

 

Nota:  Ma' din it-tabella jridu jiżdiedu l-ġustifikazzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013.

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu.



Tabella C

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda – Deċiżjonijiet dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà ppubblikati fil-livell ġeografiku rilevanti

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena:

 

Il-kriterji tal-eliġibbiltà, meta xieraq:

Il-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273

Magħżula mill-Istati Membri: iva/le

Jekk iva, indika l-livell ġeografiku rilevanti meta xieraq:

L-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

żona ta' DOP 1;

żona ta' DOP 2;

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273

 

żona ta' IĠP 1;

żona ta' IĠP 2;

L-Artikolu 64(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Magħżula mill-Istati Membri: iva/le

Jekk iva għall-Artikolu 64(1)(d),

indika l-livell ġeografiku speċifiku meta xieraq:

Il-kriterji ta' prijorità, l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

L-Artikolu 64(2)(a)

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(2)(b)

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(2)(c)

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(2)(d)

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(2)(e)

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(2)(f)

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(2)(g)

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

L-Artikolu 64(2)(h)

 

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2;

Nota:  Jekk iva għall-Artikolu 64(1)(d), ma' din it-tabella għandhom jiżdiedu l-ġustifikazzjonijiet relatati msemmija fl-Artikolu 64(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu



Tabella D

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda – Deċiżjonijiet dwar id-distribuzzjoni prorata u l-kriterji ta' prijorità ppubblikati fil-livell ġeografiku rilevanti

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena:

 

Is-superfiċje totali (f'ettari) li trid tkun disponibbli għat-tħawwil tad-dwieli ġodda fil-livell nazzjonali:

 

1.  Id-distribuzzjoni prorata, meta xieraq:

Il-persentaġġ taż-żona li trid tingħata fuq bażi prorata fil-livell nazzjonali:

 

L-għadd ta' ettari:

 

2.  Il-kriterji ta' prijorità, meta xieraq:

Il-persentaġġ taż-żona li trid tingħata skont il-kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali:

 

L-għadd ta' ettari:

 

Informazzjoni dwar l-iskala unika stabbilita fil-livell nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-livell tal-konformità tal-applikazzjonijiet individwali mal-kriterji ta' prijorità magħżula (il-firxa tal-valuri, minimi u massimi …):

2.1.  Jekk jiġu applikati kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali mingħajr differenzazzjoni skont iż-żona

Il-kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva:

Il-kriterji ta' prijorità: L-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:

L-Artikolu 64(2)(a) (*)

L-Artikolu 64(2)(a) (**)

L-Artikolu 64(2)(b)

L-Artikolu 64(2)(c)

L-Artikolu 64(2)(d)

L-Artikolu 64(2)(e)

L-Artikolu 64(2)(f)

L-Artikolu 64(2)(g)

L-Artikolu 64(2)(h)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (***)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (****)

L-importanza (minn 0 sa 1):

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(*)  Applikant ġdid (nota: il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintgħażlu f'daqqa, japplika biss wieħed minnhom)

(**)  Produttur żagħżugħ

(***)  L-imġiba preċedenti tal-produttur

(****)  Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità

2.2.  Jekk jiġu applikati kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali b'differenzazzjoni skont iż-żona

2.2.1.  Iż-żona 1: (iddeskrivi l-limiti territorjali taż-żona 1)

Il-kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva:

[Jekk ma jintgħażel l-ebda kriterju għal din iż-żona speċifika, indika żero fil-kolonni kollha t'hawn isfel]

Il-kriterji ta' prijorità: L-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:

L-Artikolu 64(2)(a) (*)

L-Artikolu 64(2)(a) (**)

L-Artikolu 64(2)(b)

L-Artikolu 64(2)(c)

L-Artikolu 64(2)(d)

L-Artikolu 64(2)(e)

L-Artikolu 64(2)(f)

L-Artikolu 64(2)(g)

L-Artikolu 64(2)(h)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (***)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (****)

L-importanza (minn 0 sa 1):

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(*)  Applikant ġdid (nota: il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintgħażlu f'daqqa, japplika biss wieħed minnhom)

(**)  Produttur żagħżugħ

(***)  L-imġiba preċedenti tal-produttur

(****)  Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità

2.2.n.  Iż-żona n: (iddeskrivi l-limiti territorjali taż-żona n)

Il-kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva:

[Jekk ma jintgħażel l-ebda kriterju għal din iż-żona speċifika, indika żero fil-kolonni kollha t'hawn isfel]

Il-kriterji ta' prijorità: L-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:

L-Artikolu 64(2)(a) (*)

L-Artikolu 64(2)(a) (**)

L-Artikolu 64(2)(b)

L-Artikolu 64(2)(c)

L-Artikolu 64(2)(d)

L-Artikolu 64(2)(e)

L-Artikolu 64(2)(f)

L-Artikolu 64(2)(g)

L-Artikolu 64(2)(h)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (***)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (****)

L-importanza (minn 0 sa 1):

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(*)  Applikant ġdid (nota: il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintgħażlu f'daqqa, japplika biss wieħed minnhom)

(**)  Produttur żagħżugħ

(***)  L-imġiba preċedenti tal-produttur

(****)  Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu.

PARTI III

Il-formola għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1)(e)



Tabella

Iż-żoni mħawla bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjonijiet korrispondenti wara l-31 ta' Diċembru 2015 u ż-żoni maqlugħa skont l-Artikolu 71(3) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena jew perjodu tal-inbid (1):

 

Iż-żoni/reġjuni

Is-superfiċje (f'ettari) li tħawlet bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjoni korrispondenti tat-tħawwil wara l-31 ta' Diċembru 2015:

Iż-żoni maqlugħa mill-produtturi matul is-sena tal-inbid

Iż-żoni maqlugħa mill-Istat Membru matul is-sena tal-inbid

Inventarju taż-żoni totali tat-tħawwil mhux awtorizzat li ma jkunx għadhom inqalgħu sa tmiem is-sena tal-inbid

(1)

(2)

(3)

(4)

1

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru:

 

 

 

(1)   

Id-data għandha tirreferi għas-sena tal-inbid ta' qabel il-komunikazzjoni.

L-iskadenza tal-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu.

PARTI IV

Il-formola għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(2)(a)



Tabella A

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda mitluba mill-applikanti

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena:

 

Iż-żoni/reġjuni

L-għadd ta' ettari mitluba għat-tħawwil tad-dwieli ġodda f'żona eliġibbli għall-produzzjoni ta':

l-inbid b'DOP (*1)

l-inbid b'IĠP (*2)

l-inbid mingħajr DOP/IĠP biss

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

Jekk japplikaw limitazzjonijiet fil-livell ġeografiku rilevanti (l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013):

għal kull żona ta'/mingħajr DOP/IĠP rilevanti:

Is-superfiċje mitluba (f'ettari)

(1)

(2)

żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1

 

żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2

 

 

(*1)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (3).

(*2)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda mhux tal-inbid b'DOP; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (4).

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru.



Tabella B

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli ġodda effettivament mogħtija u ż-żoni rrifjutati

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena kkonċernata:

 

Iż-żoni/reġjuni

L-għadd ta' ettari mitluba għat-tħawwil tad-dwieli ġodda f'żona eliġibbli għall-produzzjoni ta':

Iż-żona rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 7(3)) (f'ettari)

l-inbid b'DOP (*1)

l-inbid b'IĠP (*2)

l-inbid mingħajr DOP/IĠP biss

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

1

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

 

Iż-żona rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 7(3)):

 

 

 

 

 

Jekk japplikaw limitazzjonijiet fil-livell ġeografiku rilevanti (l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013):

għal kull żona ta'/mingħajr DOP/IĠP rilevanti:

Is-superfiċje mogħtija (f'ettari)

Iż-żona rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 7(3)) (f'ettari)

Is-superfiċje mitluba u mhux mogħtija mill-Istat Membru (f'ettari) għax:

taqbeż il-limiti stipulati

mhix konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 1

 

 

 

 

żona ta'/mingħajr DOP/IĠP 2

 

 

 

 

 

 

 

 

(*1)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (3).

(*2)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda mhux tal-inbid b'DOP; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (4).

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru.

PARTI V

Il-formola għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(1)(c) u 33(2)(b)



Tabella A

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli – ir-restrizzjonijiet applikati

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena:

 

meta xieraq, indika r-restrizzjonijiet fuq it-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli għaż-żoni ta' DOP/IĠO rilevanti deċiżi mill-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273:

Iż-żona ta' DOP, meta xieraq

Il-firxa tar-restrizzjoni (T (*1)/P (*2))

żona ta' DOP 1

 

żona ta' DOP 2

 

 

Iż-żona ta' IĠP, meta xieraq

Il-firxa tar-restrizzjoni (T (*1)/P (*2))

żona ta' IĠP 1

 

żona ta' IĠP 2

 

 

Aktar informazzjoni meqjusa siewja biex tiċċara l-applikazzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet:

(*1)   

Total (T): ir-restrizzjoni hi assoluta, it-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli li jmur kontra r-restrizzjonijiet deċiżi hu projbit għalkollox.

(*2)   

Parzjali (P): ir-restrizzjoni mhix assoluta, it-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli li jmur kontra r-restrizzjonijiet deċiżi hu parzjalment permess, sal-punt deċiż mill-Istat Membru.

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu.



Tabella B

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli effettivament mogħtija

L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena tal-inbid:

 

Iż-żoni/reġjuni

L-għadd ta' ettari mitluba għat-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli f'żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta':

l-inbid b'DOP (*1)

l-inbid b'IĠP (*2)

l-inbid mingħajr DOP/IĠP

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

(*1)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (3).

(*2)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda mhux tal-inbid b'DOP; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (4).

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru.

Nota:  Id-data għandha tirreferi għas-sena tal-inbid ta' qabel il-komunikazzjoni.

PARTI VI

Il-formola għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(2)(c)

Drittijiet tat-tħawwil mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2015 u kkonvertiti f'awtorizzazzjonijiet – L-awtorizzazzjonijiet effettivament mogħtija



L-Istat Membru:

Id-data tal-komunikazzjoni:

 

Is-sena tal-inbid:

 

Iż-żoni/reġjuni

L-għadd ta' ettari effettivament mogħtija għaż-żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta':

l-inbid b'DOP (*1)

l-inbid b'IĠP (*2)

l-inbid mingħajr DOP/IĠP

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

(*1)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid b'IĠP jew mingħajr indikazzjoni ġeografika; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (3).

(*2)   

Dawn iż-żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr indikazzjoni ġeografika, iżda mhux tal-inbid b'DOP; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiddaħħal fil-kolonna (4).

L-iskadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru.

Nota:  Din it-tabella għandha tintbagħat għal kull sena tal-inbid (mill-1 ta' Awwissu tas-sena n-1 sal-31 ta' Lulju tas-sena tal-komunikazzjoni) sal-1 ta' Novembru tas-sena wara tmiem l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-iskadenza deċiża mill-Istat Membru skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7).