02018L1972 — MT — 17.12.2018 — 000.005


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA (UE) 2018/1972 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2018

li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 321 17.12.2018, p. 36)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 334, 27.12.2019, p.  164 (2018/1972)

►C2

Rettifika, ĠU L 419, 11.12.2020, p.  36 (2018/1972)




▼B

DIRETTIVA (UE) 2018/1972 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2018

li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



PARTI I

QAFAS (REGOLI ĠENERALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAS-SETTUR)



TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, GĦAN U OBJETTIVI, DEFINIZZJONIJIET



KAPITOLU I

Suġġett, għan u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u għanijiet

1.  
Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolamentazzjoni tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tan-netwerks tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi assoċjati, u għal ċerti aspetti tat-tagħmir terminali. Din tistabbilixxi l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, ta’ awtoritajiet kompetenti oħra, u tistabbilixxi lista ta’ proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f’kull parti tal-Unjoni.
2.  

L-għanijiet ta’ din id-Direttiva huma li:

(a) 

timplimenta suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jwassal għall-introduzzjoni u l-adozzjoni ta’ netwerks b’kapaċità kbira ħafna, kompetizzjoni sostenibbli, interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, aċċessibbiltà, sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi u benefiċċji għall-utenti finali; u

(b) 

tiżgura l-forniment fl-Unjoni kollha ta’ servizzi affordabbli, ta’ kwalità tajba u disponibbli pubblikament permezz ta’ kompetizzjoni u għażla effettivi, li tittratta ċ-ċirkostanzi fejn il-ħtiġijiet tal-utenti finali, fosthom dawk b’diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jiksbu aċċess għas-servizzi fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, ma jiġux sodisfatti biżżejjed mis-suq, u tistabbilixxi d-drittijiet meħtieġa tal-utenti finali.

3.  

Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal:

(a) 

obbligi imposti mil-liġi nazzjonali b’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi provduti bl-użu ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b) 

miżuri li ttieħdu fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li jsegwu l-objettivi ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, mar-regolamentazzjoni tal-kontenut u mal-politika awdjoviżiva;

(c) 

azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri għal finijiet ta’ ordni pubbliku u sigurtà pubblika u għad-difiża;

(d) 

Regolamenti (UE) Nru 531/2012 u (UE) 2015/2120, u d-Direttiva 2014/53/UE.

4.  
Il-Kummissjoni, il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“BEREC”) u l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jiżguraw il-konformità tal-ipproċessar ta’ data personali mar-regoli tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser sistemi tat-trażmissjoni, ibbażati jew le fuq infrastruttura permanenti jew kapaċità tal-amministrazzjoni ċentralizzata, u, meta applikabbli, tagħmir għall-bdil jew għar-routing u riżorsi oħra, li jinkludi elementi tan-netwerk li mhumiex attivi, li jippermettu t-twassil tas-sinjali bil-wajer, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħrajn, inklużi netwerks tas-satellita, netwerks fissi (circuit-switched u packet-switched, inkluż l-internet) u netwerks mobbli, sistemi tal-kejbil tal-elettriku, sal-punt li dawn jintużaw għall-għan tat-trażmissjoni tas-sinjali, netwerks użati għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni, u netwerks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta’ informazzjoni mwassla;

(2) 

“netwerk b’kapaċità kbira ħafna” tfisser jew netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jikkonsisti għalkollox minn elementi tal-fibrottika mill-inqas sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post fejn qed iservi, jew netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jkun kapaċi jagħti, taħt kondizzjonijiet tas-soltu waqt il-peak-time, prestazzjoni tan-netwerk simili mil-lat ta’ meded tal-baned tad-downlink u tal-uplink disponibbli, reżiljenza, parametri relatati mal-iżbalji, u latenza u l-varjazzjoni tagħha; il-prestazzjoni tan-netwerk tista’ titqies simili irrispettivament minn jekk l-esperjenza tal-utent finali tvarjax minħabba l-karatteristiċi minnhom innifishom differenti tal-mezz li bih in-netwerk fl-aħħar jikkonnetta mal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(3) 

“swieq transnazzjonali” tfisser swieq identifikati skont l-Artikolu 65, li jkopru l-Unjoni jew parti sostanzjali minnha, li jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed;

(4) 

“servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser servizz li normalment jingħata bi ħlas permezz ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludi, esklużi s-servizzi li jipprovdu, jew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq, kontenut trażmess b’servizzi u netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, it-tipi ta’ servizzi li ġejjin:

(a) 

“servizz ta’ aċċess għall-internet” kif definit fil-punt (2) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/2120;

(b) 

servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali; u

(c) 

servizzi li jikkonsistu għalkollox jew parzjalment mit-twassil tas-sinjali bħas-servizzi ta’ trażmissjoni li jintużaw għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna u għax-xandir;

(5) 

“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali” tfisser servizz li normalment jingħata bi ħlas u li jippermetti l-iskambju interpersonali u interattiv dirett tal-informazzjoni b’netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn għadd definit ta’ persuni, fejn il-permezz li jibdew jew li qed jieħdu sehem fil-komunikazzjoni jiddeterminaw min jirċeviha u ma tinkludix is-servizzi li jippermettu komunikazzjoni interpersonali u interattiva sempliċement bħala karatteristika anċillari minuri li għandha rabta intrinsika ma’ servizz ieħor;

(6) 

“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri” tfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali li jaqbad ma’ riżorsi ta’ numerazzjoni assenjati pubblikament, jiġifieri numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jew li jippermetti komunikazzjoni ma’ numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali;

(7) 

“servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri” tfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali li ma jaqbadx ma’ riżorsi ta’ numerazzjoni assenjati pubblikament, jiġifieri numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jew li ma jippermettix komunikazzjoni ma’ numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali;

(8) 

“netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi użat kompletament jew parzjalment biex jipprovdi servizzi, disponibbli għall-pubbliku, ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jappoġġaw it-trasferiment tal-informazzjoni bejn il-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(9) 

“punt tat-terminazzjoni tan-netwerk” tfisser il-punt fiżiku fejn utent finali jingħata aċċess għal netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li fil-każ tan-netwerks li jinvolvu l-bdil jew ir-routing, jiġi identifikat b’indirizz speċifiku tan-netwerk, li jista’ jitqabbad ma’ numru jew isem ta’ utent finali;

(10) 

“faċilitajiet assoċjati” tfisser is-servizzi assoċjati, l-infrastrutturi fiżiċi u faċilitajiet jew elementi oħra assoċjati ma’ netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ma’ servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jagħmlu possibbli jew jappoġġaw il-forniment tas-servizzi permezz ta’ dak in-netwerk jew servizz jew li għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu l-bini jew l-entrati tal-bini, is-sistemi tal-wajers fil-bini, l-antenni, t-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ appoġġ, it-tubi, il-kondjuwits, it-toqob tal-ispezzjonar u l-kaxxi tat-triq;

(11) 

“servizz assoċjat” tfisser servizz assoċjat ma’ netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jagħmel possibbli jew jappoġġa l-forniment, l-awtoforniment jew il-forniment awtomatizzat tas-servizzi permezz ta’ dak in-netwerk jew is-servizz, jew li għandu l-potenzjal li jagħmel dan, u jinkludi traduzzjoni tan-numri jew sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti, sistemi ta’ aċċess kondizzjonali u gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs), kif ukoll servizzi oħra bħas-servizz tal-identità, il-lok u l-preżenza;

(12) 

“sistema ta’ aċċess kondizzjonali” tfisser kull mezz tekniku, sistema tal-awtentikazzjoni u/jew arranġament li bih l-aċċess għal servizz protett tax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni b’forma li tiftiehem ikun bil-kondizzjoni ta’ abbonament jew forma oħra ta’ awtorizzazzjoni individwali minn qabel;

(13) 

“utent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża jew titlob servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament;

(14) 

“utent finali” tfisser utent li ma jipprovdix netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament;

(15) 

“konsumatur” tfisser kull persuna fiżika li tuża jew titlob servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għall-finijiet lil hinn min-negozju, mill-kummerċ, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

(16) 

“forniment ta’ netwerk tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser l-istabbiliment, l-operazzjoni, il-kontroll jew id-disponibbiltà ta’ dak in-netwerk;

(17) 

“tagħmir diġitali mtejjeb tat-televiżjoni” tfisser kaxxi set-top maħsuba għall-konnessjoni mas-settijiet tat-televiżjoni jew mas-settijiet tat-televiżjoniet diġitali integrati, li kapaċi jirċievu servizzi diġitali interattivi tat-televiżjoni;

(18) 

“interfaċċa tal-programmazzjoni ta’ applikazzjoni” jew “API” tfisser interfaċċi bejn l-applikazzjonijiet disponibbli mix-xandara jew mill-fornituri tas-servizzi, u r-riżorsi tat-tagħmir diġitali mtejjeb tat-televiżjoni għas-servizzi diġitali tat-televiżjoni jew tar-radju;

(19) 

“allokazzjoni ta’ spektrum tar-radju” tfisser id-deżinjazzjoni ta’ banda partikolari tal-ispektrum tar-radju għall-użu minn tip wieħed jew aktar ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet bir-radju, meta xieraq, b’kondizzjonijiet speċifiċi;

(20) 

“interferenza dannuża” tfisser interferenza li tipperikola l-funzjonament ta’ servizz tan-navigazzjoni bir-radju jew ta’ servizzi oħra tas-sikurezza jew li inkella tiddegrada serjament, tfixkel jew tinterrompi ripetutament servizz tal-komunikazzjonijiet bir-radju li jopera skont ir-regolamenti internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli;

(21) 

“sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi” tfisser l-abbiltà tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jirreżistu, f’livell partikolari ta’ fiduċja, kull azzjoni li tikkomprometti d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità ta’ dawk in-netwerks u s-servizzi, ta’ data maħżuna, mibgħuta jew proċessata, jew tas-servizzi relatati offruti minn dawk in-netwerks jew is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew aċċessibbli permezz tagħhom;

(22) 

“awtorizzazzjoni ġenerali” tfisser il-qafas legali stabbilit minn Stat Membru li jiżgura d-drittijiet għall-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li jistabbilixxi obbligi speċifiċi għas-setturi li jkunu jistgħu japplikaw għat-tipi kollha, jew għal tipi speċifiċi, ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, skont din id-Direttiva;

(23) 

“punt tal-aċċess bla fili f’żona żgħira” tfisser tagħmir żgħir tal-aċċess għan-netwerk bla fili b’potenza baxxa li jopera f’medda qasira, li juża spektrum tar-radju liċenzjat jew spektrum tar-radju eżenti mil-liċenzja jew taħlita tagħhom, li jista jintuża bħala parti minn netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jista’ jkun mgħammar b’antenna waħda jew aktar b’impatt viżiv baxx u li tippermetti li l-utenti jkollhom aċċess bla fili għal netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi rrispettivament minn jekk it-topoloġija tan-netwerk sottostanti hix mobbli jew fissa;

(24) 

“netwerk ta’ żona lokali bir-radju” jew “RLAN” tfisser sistema tal-aċċess bla fili b’potenza baxxa, li topera f’medda żgħira, b’riskju baxx ta’ interferenza ma’ sistemi oħra bħal dawn użati fil-qrib minn utenti oħrajn, li tuża spektrum armonizzat tar-radju b’mod mhux esklussiv;

(25) 

“spektrum armonizzat tar-radju” tfisser spektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati relattivi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tiegħu permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;

(26) 

“użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju” tfisser aċċess minn żewġ utenti jew aktar biex jintużaw l-istess baned tal-ispektrum tar-radju taħt arranġament ta’ kondiviżjoni definit, awtorizzat abbażi ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju jew kombinazzjoni tagħhom, inklużi approċċi regolatorji bħall-aċċess kondiviż liċenzjat bil-għan li jiffaċilitaw l-użu kondiviż ta’ banda tal-ispektrum tar-radju, soġġetti għal ftehim vinkolanti tal-partijiet kollha involuti, b’konformità mar-regoli ta’ kondiviżjoni kif inklużi fid-drittijiet tagħhom ta’ użu għall-ispektrum tar-radju biex ikun żgurat li l-utenti kollha jkollhom arranġamenti tal-kondiviżjoni prevedibbli u affidabbli, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni;

(27) 

“aċċess” tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, b’kondizzjonijiet definiti, fuq bażi esklussiva jew mhux esklussiva, bl-iskop li jkunu provduti s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż meta jintużaw għall-forniment ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew servizzi tal-kontenut tax-xandir; din tkopri, fost l-oħrajn: l-aċċess għall-elementi ta’ netwerk u faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta’ tagħmir, b’mezzi fissi jew mhux fissi (b’mod partikolari dan jinkludi l-aċċess mal-linja lokali u għal faċilitajiet u servizzi meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi fuq il-linja lokali); l-aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi pajpijiet, arbli u bini; l-aċċess għal sistemi rilevanti tas-softwer, inklużi is-sistemi ta’ appoġġ operazzjonali; l-aċċess għal sistemi tal-informazzjoni jew bażijiet tad-dejta għall-ordnijiet minn qabel, forniment, ordnijiet, talbiet ta’ manutenzjoni u tiswija, u kontijiet; l-aċċess għat-traduzzjoni ta’ numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; l-aċċess għal netwerks fissi u mobbli, partikolarment għar-roaming; l-aċċess għal sistema tal-aċċess kondizzjonali għal servizzi diġitali tat-televiżjoni u l-aċċess għal servizzi tan-netwerk virtwali;

(28) 

“interkonnessjoni” tfisser tip speċifiku ta’ aċċess implimentat bejn operaturi ta’ netwerks pubbliċi permezz ta’ konnessjoni fiżika u loġika ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użati mill-istess impriża jew minn impriża differenti sabiex l-utenti ta’ impriża waħda jkunu jistgħu jikkomunikaw ma’ utenti tal-istess impriża jew ta’ impriża oħra, jew biex ikollhom aċċess għal servizzi pprovduti minn impriża oħra fejn tali servizzi huma fornuti mill-partijiet involuti jew minn partijiet oħra li jkollhom aċċess għan-netwerk; hija;

(29) 

“operatur” tfisser impriża li tipprovdi jew li hija awtorizzata tipprovdi netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew faċilità assoċjata;

(30) 

“linja lokali” tfisser il-mogħdija fiżika użata minn sinjali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jqabbbu l-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk ma’ qafas tad-distribuzzjoni jew ma’ faċilità ekwivalenti fin-netwerk pubbliku fiss tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(31) 

“sejħa” tfisser konnessjoni stabbilita b’servizz, disponibbli għall-pubbliku, ta’ komunikazzjonijiet interpersonali li tippermetti komunikazzjonijiet bil-vuċi fiż-żewġ direzzjonijiet;

(32) 

“servizz ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi” tfisser servizz, disponibbli għall-pubbliku, ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li joriġina u jirċievi, direttament jew indirettament, sejħiet nazzjonali jew nazzjonali u internazzjonali, permezz ta’ numru jew numri fi pjan ta’ numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali;

(33) 

“numru ġeografiku” tfisser numru mill-pjan ta’ numerazzjoni nazzjonali fejn parti mill-istruttura tan-numru tiegħu jkun fiha sinifikat ġeografiku wżat biex jittrasferixxi sejħiet għall-post fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(34) 

“numru mhux ġeografiku” tfisser numru minn pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni li ma jkunx numru ġeografiku, bħalma huma numri mobbli, numri bla ħlas u numri b’rati primjum;

(35) 

“servizzi tal-konverżazzjoni totali” tfisser servizz ta’ konverżazzjoni multimedjali fil-ħin reali li jipprovdi trasferiment simettriku bidirezzjonali fil-ħin reali ta’ vidjos, ta’ test u tal-vuċi fil-ħin reali bejn utenti f’żewġ postijiet jew aktar;

(36) 

“ċentru li jwieġeb is-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika” jew “PSAP” tfisser post fiżiku fejn tasal l-ewwel komunikazzjoni ta’ emerġenza u li tkun fir-responsabbiltà ta’ awtorità pubblika jew ta’ organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru;

(37) 

“l-aktar PSAP adatt” tfisser PSAP stabbilit mill-awtoritajiet responsabbli biex ikopri s-sejħiet ta’ emerġenza minn żona partikolari jew għal sejħiet ta’ emerġenza ta’ tip partikolari;

(38) 

“komunikazzjoni ta’ emerġenza” tfisser komunikazzjoni permezz tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bejn utent finali u l-PSAP biex tintalab u tasal għajnuna ta’ emerġenza mis-servizzi ta’ emerġenza;

(39) 

“servizz ta’ emerġenza” tfisser servizz, rikonoxxut bħala tali mill-Istat Membru, li jipprovdi għajnuna immedjata u malajr meta jkun hemm, b’mod partikolari, riskju dirett għall-ħajja jew ta’ ġrieħi gravi, għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-pubblika jew ta’ individwu, għall-proprjetà privata jew pubblika, jew għall-ambjent, b’konformità mal-liġi nazzjonali;

(40) 

“informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa” tfisser, f’netwerk pubbliku mobbli, id-data pproċessata, derivata mill-infrastruttura tan-netwerk jew mill-handsets, li tindika l-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali mobbli tal-utent finali, u, f’netwerk pubbliku fiss, id-data dwar l-indirizz fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk;

(41) 

“tagħmir terminali” tfisser tagħmir terminali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE ( 1 );

(42) 

“inċident tas-sigurtà” tfisser avveniment li jkollu, fil-fatt, effett ħażin fuq is-sigurtà ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.



KAPITOLU II

Objettivi

Artikolu 3

Objettivi ġenerali

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qed jitwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jieħdu miżuri kollha meħtieġa u proporzjonati biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2. L-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju (“RSPG”), u l-BEREC għandhom ukoll jikkontribwixxu biex jinkisbu dawk l-objettivi.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jikkontribwixxu skont il-kompetenzi tagħhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ politiki mmirati lejn il-promozzjoni tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, tad-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll tal-pluraliżmu tal-media.

2.  

Fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra kif ukoll il-BEREC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu għal kull wieħed minn dawn l-objettivi ġenerali li ġejjin, li mhumiex elenkati f’ordni ta’ prijorità:

(a) 

il-promozzjoni tal-konnettività u l-aċċess għal, u l-użu ta’, netwerks b’kapaċità kbira ħafna, inkluż netwerks fissi, mobbli u bla fili, miċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-Unjoni;

(b) 

il-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-faċilitajiet assoċjati, inkluża kompetizzjoni effiċjenti bbażata fuq l-infrastruttura, u fil-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi assoċjati;

(c) 

il-kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakli li fadal, u jeħfiefu l-kondizzjonijiet konverġenti għal, l-investiment fi, u l-forniment ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, mal-Unjoni kollha, billi jinħolqu regoli komuni u approċċi regolatorji prevedibbli, billi jiġi ffavorit l-użu effettiv, effiċjenti u kkoordinat tal-ispektrum tar-radju, l-innovazzjoni miftuħa, l-istabbiliment u l-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej, il-forniment, id-disponibbiltà u l-interoperabbiltà tas-servizzi trans-Ewropej, u l-konnettività minn tarf għall-ieħor;

(d) 

il-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, billi jiżguraw il-konnettività u d-disponibbiltà u l-adozzjoni mifruxa tan-netwerks ta’ kapaċità kbira ħafna, inkluż netwerks fissi, mobbli u bla fili, u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi jippermettu l-benefiċċji kollha mil-lat ta’ għażla, prezz u kwalità abbażi tal-kompetizzjoni effettiva, billi jżommu n-netwerks u s-servizzi siguri, billi jiżguraw livell għoli u komuni ta’ protezzjoni għall-utenti finali permezz tar-regoli speċifiċi għas-settur meħtieġa u billi jindirizzaw il-ħtiġijiet, bħal prezzijiet affordabbli, ta’ gruppi soċjali speċifiċi, b’mod partikolari utenti b’diżabbiltà, utenti finali anzjani u utenti finali bi bżonnijiet soċjali speċjali, u l-għażla u l-aċċess ekwivalenti għal utenti finali b’diżabbiltà.

3.  
Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi punti ta’ riferiment u rapporti dwar l-effettività tal-miżuri tal-Istat Membru biex jilħqu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tkun megħjuna mill-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-RSPG.
4.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, filwaqt li jippruvaw jilħqu l-għanijiet politiċi msemmija fil-paragrafu 2 u speċifikati f’dan il-paragrafu għandhom, fost l-oħrajn:

(a) 

jippromwovu l-prevedibbiltà regolatorja billi jiżguraw approċċ regolatorju konsistenti tul perijodi adegwati ta’ rieżami kif ukoll permezz ta’ kooperazzjoni bejniethom, mal-BEREC, mal-RSPG u, mal-Kummissjoni;

(b) 

jiżguraw li, f’ċirkostanzi simili, ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fit-trattament tal-fornituri tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(c) 

japplikaw il-liġi tal-UE b’mod teknoloġikament newtrali, sa fejn dan ikun konsistenti biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-paragrafu 1;

(d) 

jippromwovu l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti f’infrastrutturi ġodda u mtejba, inkluż billi jiżguraw li kull obbligu tal-aċċess jikkunsidra kif jixraq ir-riskju għall-impriżi li jinvestu u billi jippermettu diversi arranġamenti koperattivi bejn l-investituri u l-partijiet li jitolbu l-aċċess biex ikun diversifikat ir-riskju tal-investiment, filwaqt li jiżguraw li jitħarsu l-kompetizzjoni fis-suq u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;

(e) 

iqisu kif xieraq il-varjetà ta’ kondizzjonijiet dwar l-infrastruttura, il-kompetizzjoni, iċ-ċirkostanzi tal-utenti finali u, partikularment, tal-konsumaturi fid-diversi żoni ġeografiċi fi Stat Membru inkluża l-infrastruttura lokali ġestita minn persuni fiżiċi mingħajr skop ta’ qligħ;

(f) 

jimponu obbligi regolatorji ex ante biss sal-punt meħtieġ sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni effettiva u sostenibbli fl-interess tal-utenti finali u jtaffu jew ineħħu tali obbligi malli tintlaħaq dik il-kondizzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jaġixxu b’mod imparzjali, oġġettiv u trasparenti, u b’manjiera nondiskriminatorja u proporzjonata.

Artikolu 4

Ippjanar strateġiku u koordinazzjoni tal-politika tal-ispektrum tar-radju

1.  
L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, fl-ippjanar strateġiku, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju fl-Unjoni skont il-politiki tal-Unjoni għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern f’komunikazzjonijiet elettroniċi. Għal dan il-għan, dawn għandhom iqisu fost l-oħrajn l-aspetti ekonomiċi, tas-sikurezza, tas-saħħa, tal-interess pubbliku, tal-libertà tal-espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politiki tal-Unjoni kif ukoll l-interessi varji tal-komunitajiet tal-utenti tal-ispektrum tar-radju bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispektrum tar-radju u jkunu evitati interferenzi dannużi.
2.  
B’koperazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-koordinazzjoni tal-approċċi politiċi għall-ispektrum tar-radju fl-Unjoni u, meta xieraq, il-kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
3.  

L-Istati Membri, permezz tal-RSPG, għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1, u, fuq it-talba tagħhom, mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, b’appoġġ għall-ippjanar strateġiku u l-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika tal-ispektrum tar-radju fl-Unjoni, billi:

(a) 

jiżviluppaw l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-ispektrum tar-radju, bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b) 

jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni u bil-ħsieb li jsir kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern;

(c) 

jikkoordinaw l-approċċi tagħhom fir-rigward tal-għoti u l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju u jippubblikaw rapporti jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-ispektrum tar-radju.

Il-BEREC għandu jieħu sehem fi kwistjonijiet dwar l-oqsma ta’ kompetenzi tagħhom b’rabta mar-regolamentazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni relatata mal-ispektrum tar-radju.

4.  
Il-Kummissjoni, waqt li tagħti l-akbar attenzjoni lill-opinjoni tal-RSPG tista’ tippreżenta proposti leġislattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ programmi pluriennali ta’ politika dwar l-ispektrum tar-radju, li jindikaw l-orjentamenti u l-għanijiet ta’ politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju b’konformità ma’ din id-Direttiva, kif ukoll bil-għan li jitqiegħed għad-dispożizzjoni spektrum armonizzat tar-radju għall-użu kondiviż jew għal użu li ma jkunx soġġett għal drittijiet individwali.



TITOLU II

STRUTTURA ISTITUZZJONALI U GOVERNANZA



KAPITOLU I

Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra

Artikolu 5

Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kompitu stabbilit f’din id-Direttiva jitwettaq minn awtorità kompetenti.

Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli mill-anqas għal dawn il-kompiti li ġejjin:

(a) 

jimplimentaw ir-regolamentazzjoni tas-suq ex ante, inkluża l-impożizzjoni ta’ obbligi tal-aċċess u tal-interkonnessjoni;

(b) 

jiżguraw is-soluzzjoni ta’ tilwim bejn l-impriżi;

(c) 

iwettqu l-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju u deċiżjonijiet dwaru jew, fejn dawn il-kompiti huma assenjati lil awtoritajiet kompetenti oħra, jagħtu pariri rigward l-elementi tal-iffurmar tas-suq u l-kompetizzjoni ta’ proċessi nazzjonali relatati mad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi;

(d) 

jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-utenti finali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra;

(e) 

jivvalutaw u jimmonitorjaw mill-qrib kwistjonijiet ta’ ffurmar tas-suq u ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-aċċess miftuħ għall-internet;

(f) 

jivvalutaw il-piż inġust u jikkalkulaw l-ispiża netta tal-forniment ta’ servizz universali;

(g) 

jiżguraw il-portabbiltà tan-numru bejn il-fornituri;

(h) 

iwettqu kwalunkwe kompitu ieħor li din id-Direttiva tirriżerva għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jassenjaw kompiti oħra previsti f’din id-Direttiva u f’liġijiet oħra tal-Unjoni lil awtoritajiet regolatorji, b’mod partikolari dawk relatati mal-kompetizzjoni tas-suq jew ma’ dħul fis-suq, bħal awtorizzazzjoni ġenerali u dawk relatati ma kwalunkwe rwol ikkonferit lill-BEREC. Fejn dawk il-kompiti relatati mal-kompetizzjoni tas-suq jew id-dħul fis-suq jiġu assenjati lil awtoritajiet kompetenti oħra, huma għandhom ifittxu jikkonsultaw mal-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tittieħed deċiżjoni. Għall-finijiet li jikkontribwixxu fil-kompiti tal-BEREC, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu intitolati jiġbru d-data meħtieġa u informazzjoni oħra mill-parteċipanti tas-suq.

L-Istati Membri jistgħu jassenjaw ukoll kompiti oħra lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali abbażi ta’ liġi nazzjonali, inkluża liġi nazzjonali li timplimenta liġi tal-Unjoni.

B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-istabbiltà tal-kompetenzi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jittrasponu din id-Direttiva fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-qafas regolatorju tal-Unjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif emendat fl-2009.

2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra tal-istess Stat Membru jew ta’ Stati Membri differenti għandhom, fejn meħtieġ, jidħlu f’arranġamenti kooperattivi ma’ xulxin biex jippromwovu l-kooperazzjoni regolatorja.
3.  
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kompiti li jkunu meħtieġa jwettqu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra b’format aċċessibbli faċilment, b’mod partikolari meta dawk il-kompiti jkunu assenjati lil aktar minn korp wieħed. Meta xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jew tal-liġi dwar il-konsumaturi, fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ interess komuni. Meta aktar minn awtorità waħda jkollha l-kompetenza biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompiti rispettivi ta’ kull awtorità jiġu ppubblikati b’format aċċessibbli faċilment.
4.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull awtorità regolatorja nazzjonali u awtorità kompetenti oħra assenjati kompiti taħt din id-Direttiva, u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll dwar il-bidliet fihom.

Artikolu 6

L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra billi jiżguraw li dawn ikunu legalment distinti u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi netwerks, tagħmir jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri li jżommu s-sjieda jew il-kontroll ta’ impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew mal-kontroll.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u fil-ħin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikollhom ir-riżorsi tekniċi, umani u finanzjarji adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom.

Artikolu 7

Ħatra u tneħħija mill-kariga ta’ membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1.  
Il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni fl-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-supplenti tagħhom, għandhom jinħatru għal terminu ta’ mill-anqas tliet snin minn fost il-persuni bi statura rikonoxxuta u bl-esperjenza professjonali, abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza u wara proċedura miftuħa u trasparenti tal-għażla. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwità fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew meta applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni fl-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-supplenti tagħhom ikunu jistgħu jitneħħew mill-kariga matul it-terminu tagħhom biss jekk dawn ma jibqgħux jissodisfaw aktar il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti fil-liġi nazzjonali qabel il-ħatra tagħhom.
3.  
Id-deċiżjoni biex jitneħħa mill-kariga l-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn applikabbli biex jitneħħew mill-kariga l-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni, għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tneħħija. Il-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali li jiġi mneħħi mill-kariga jew, fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni ta’ raġunijiet. Fil-każ li d-dikjarazzjoni ta’ raġunijiet ma tiġix ippuklikata, għandha tiġi ppublikata fuq it-talba ta’ dik il-persuna. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-deċiżjoni tkun soġġetta għal rieżami ta’ qorti, fuq punt ta’ fatti u fuq punti ta’ liġi.

Artikolu 8

Indipendenza politika u responsabbiltà tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv, inkluż fl-iżvilupp ta’ proċeduri interni u tal-organizzazzjoni tal-persunal, għandhom joperaw b’mod trasparenti u responsabbli skont il-liġi tal-Unjoni, u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand xi korp ieħor b’rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom bil-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Unjoni. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni b’konformità mal-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Il-korpi tal-appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 31 għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew ibiddlu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw kull sena, fost l-oħrajn dwar il-qagħda tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dwar id-deċiżjonijiet li joħorġu, dwar ir-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom u dwar kif dawk ir-riżorsi jiġu attribwiti, kif ukoll dwar pjanijiet futuri. Ir-rapporti tagħhom għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 9

Kapaċità regolatorja tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom baġits annwali separati għandhom ikollhom awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat. Dawk il-baġits għandhom jiġu ppubblikati.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jkun żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adattati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom, l-awtonomija finanzjarja ma għandhiex twaqqaf is-superviżjoni jew il-kontroll skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Kwalunkwe kontroll fuq il-baġit tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkun eżerċitat b’mod trasparenti u jiġi ppubblikat.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom ir-riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex ikunu jistgħu jieħdu sehem u jikkontribwixxu b’mod attiv fil-BEREC.

Artikolu 10

Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-BEREC

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-BEREC ta’ promozzjoni ta’ aktar koordinazzjoni u konsistenza regolatorji jkunu appoġġati b’mod attiv mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rispettivi tagħhom.
2.  
Meta jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom għas-swieq nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali iqisu bis-sħiħ il-linji gwida, l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-pożizzjonijiet komuni, l-aħjar prattiki u l-metodoloġiji adottati mill-BEREC.

Artikolu 11

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra taħt din id-Direttiva u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fir-rigward tal-informazzjoni skambjata, għandhom japplikaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, u l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta’ kunfidenzjalità bħal dik tal-awtorità trasferenti.



KAPITOLU II

Awtorizzazzjoni ġenerali



Taqsima 1

Parti ġenerali

Artikolu 12

Awtorizzazzjoni ġenerali ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu lil xi impriża milli tipprovdi n-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief meta dan ikun meħtieġ minħabba r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tat-TFUE. Kull limitu bħal dan għal-libertà tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkun ġustifikat kif xieraq u għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni.
2.  
Il-forniment ta’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, minbarra l-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali u indipendenti min-numri biss, jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew għad-drittijiet tal-użu msemmija fl-Artikoli 46 u 94, ikunu soġġetti biss għall-awtorizzazzjoni ġenerali.
3.  

Fejn Stat Membru jidhirlu li xi rekwiżit ta’ notifika jkun ġustifikat għall-impriżi soġġetti għal awtorizzazzjonijiet ġenerali, dak l-Istat Membru jista’ jeżiġi li tali impriżi biss iressqu notifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra. L-Istat Membru ma għandux jeżiġi li tali impriżi jiksbu xi deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor minn tali awtorità jew xi awtorità oħra qabel jeżerċitaw id-drittijiet derivanti mill-awtorizzazzjoni ġenerali.

Man-notifika, meta tintalab, l-impriża tista’ tibda l-attività, fejn meħtieġ soġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu taħt din id-Direttiva.

4.  

In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni mingħand persuna fiżika jew ġuridika lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tal-intenzjoni li jinbdew il-fornimenti tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni tal-informazzjoni minima li hi meħtieġa ħalli l-BEREC u dik l-awtorità jkunu jistgħu jżommu reġistru jew lista tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dik l-informazzjoni għandha tkun limitata għal:

(a) 

isem il-fornitur;

(b) 

l-istatus legali, il-forma u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-fornitur, f’liema reġistru pubbliku tal-kummerċ jew reġistru pubbliku ieħor tal-Unjoni hu rreġistrat il-fornitur;

(c) 

l-indirizz ġeografiku tal-istabbiliment ewlieni tal-fornitur fl-Unjoni, meta jkollu, u, fejn applikabbli, kull fergħa sekondarja fi Stat Membru;

(d) 

l-indirizz tas-sit web tal-fornitur, fejn applikabbli, assoċjat mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(e) 

il-persuna ta’ kuntatt u d-dettalji ta’ kuntatt;

(f) 

deskrizzjoni fil-qosor tan-netwerks jew tas-servizzi maħsuba biex jiġu fornuti;

(g) 

l-Istati Membri kkonċernati; u

(h) 

id-data meta mistennija tinbeda l-attività.

L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit ta’ notifika separat jew addizzjonali.

Sabiex jiġu approssimati r-rekwiżiti ta’ notifika, il-BEREC għandu jippubblika linji gwida għall-mudell ta’ notifika u jżomm bażi tad-data tal-Unjoni għan-notifiki trażmessi lill-awtoritajiet kompetenti. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, permezz ta’ mezz elettroniku, jibagħtu kull notifika riċevuta lill-BEREC, bla dewmien. In-notifiki li jsiru lill-awtoritajiet kompetenti qabel il-21 ta’ Diċembru 2020 għandhom jintbagħtu lill-BEREC sal-21 ta’ Diċembru 2021.

Artikolu 13

Kondizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u mad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u għal riżorsi ta’ numerazzjoni, u obbligi speċifiċi

1.  
L-awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u d-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u d-drittijiet tal-użu għan-numri jistgħu jkunu soġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness I. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu nondiskriminatorji, proporzjonati u trasparenti. Fil-każ ta’ drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, tali kondizzjonijiet għandhom jiżguraw l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu u jkunu konformi mal-Artikoli 45 u 51, u, fil-każ tad-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni, għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 94.
2.  
L-obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu mposti fuq impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-Artikolu 61(1) u (5) u l-Artikoli 62, 68 u 83 jew fuq dawk deżinjati biex jipprovdu s-servizz universali taħt din id-Direttiva għandhom ikunu separati legalment mid-drittijiet u mill-obbligi tal-awtorizzazzjoni ġenerali. Sabiex tinkiseb it-trasparenza, il-kriterji u l-proċeduri għall-impożizzjoni ta’ dawk l-obbligi speċifiċi fuq impriżi individwali għandhom jissemmew fl-awtorizzazzjoni ġenerali.
3.  
L-awtorizzazzjoni ġenerali għandu jkun fiha biss il-kondizzjonijiet speċifiċi għal dak is-settur u stabbiliti fit-Taqsimiet A, B u C Anness I u ma għandhiex tidduplika l-kondizzjonijiet li huma applikabbli għall-impriżi bis-saħħa ta’ xi liġi nazzjonali oħra.
4.  
L-Istati Membri ma għandhomx jidduplikaw il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali meta jagħtu d-dritt ta’ użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni.

Artikolu 14

Dikjarazzjonijiet biex jeħfief l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ installazzjoni tal-faċilitajiet u tad-drittijiet ta’ interkonnessjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien ġimgħa mit-talba ta’ xi impriża, joħorġu dikjarazzjonijiet standardizzati li jkunu jikkonfermaw, fejn applikabbli, li l-impriża tkun ippreżentat notifika taħt l-Artikolu 12(3). Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom jagħtu d-dettalji dwar iċ-ċirkostanzi li taħthom kwalunkwe impriża li tipprovdi netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jkollha d-dritt li tapplika għal drittijiet biex tinstalla faċilitajiet, tinnegozja interkonnessjoni, u tikseb aċċess jew interkonnessjoni, sabiex ikun faċilitat l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet, pereżempju f’livelli oħra tal-gvern jew b’rabta ma’ impriżi oħrajn. Fejn xieraq, tali dikjarazzjonijiet jistgħu jinħarġu wkoll bħala risposta awtomatika wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 12(3).



Taqsima 2

Drittijiet u obbligi tal-awtorizzazzjoni ġenerali

Artikolu 15

Lista minima tad-drittijiet derivanti mill-awtorizzazzjoni ġenerali

1.  

L-impriżi taħt awtorizzazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 12, għandu jkollhom id-dritt li:

(a) 

jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b) 

ikollhom l-applikazzjoni tagħhom għad-drittijiet meħtieġa biex jinstallaw il-faċilitajiet ikkunsidrati f’konformità mal-Artikolu 43;

(c) 

jużaw, soġġett għall-Artikoli 13, 46 u 55, l-ispektrum tar-radju b’rabta mas-servizzi u n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(d) 

ikollhom l-applikazzjoni tagħhom għad-drittijiet meħtieġa tal-użu tar-riżorsi ta’ numerazzjoni kkunsidrati f’konformità mal-Artikolu 94.

2.  

Fejn tali impriżi jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, l-awtorizzazzjoni ġenerali għandha tagħtihom id-dritt li:

(a) 

jinnegozjaw l-interkonnessjoni ma’, u fejn applikabbli, jiksbu aċċess għal, jew interkonnessjoni minn, fornituri oħra ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku li jkunu koperti b’awtorizzazzjoni ġenerali fl-Unjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(b) 

jingħataw opportunità li jiġu deżinjati biex jipprovdu elementi differenti tas-servizz universali jew ikopru partijiet differenti tat-territorju nazzjonali skont l-Artikolu 86 jew 87.

Artikolu 16

Ħlasijiet amministrattivi

1.  

Kull ħlas amministrattiv impost fuq impriżi li jipprovdu netwerk jew servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ingħata dritt tal-użu, għandu:

(a) 

ikopri, fit-total, biss l-ispejjeż amministrattivi mġarrba bil-ġestjoni, bil-kontroll u bl-infurzar tas-sistema tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tad-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 13(2), li jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-kooperazzjoni internazzjonali, l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni, l-analiżi tas-suq, il-monitoraġġ tal-konformità u kontrolli oħra tas-suq, kif ukoll il-ħidma regolatorja li tinvolvi l-preparazzjoni u l-infurzar ta’ leġislazzjoni sekondarja u deċiżjonijiet amministrattivi, bħal deċiżjonijiet dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni; u

(b) 

jiġi mpost fuq l-impriżi individwali b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jnaqqas kemm jista’ jkun l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali u l-ħlasijiet assoċjati.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ħlasijiet amministrattivi lil impriżi li l-fatturat tagħhom ikun inqas minn ċertu limitu jew li l-attivitajiet tagħhom ma jilħqux ċertu sehem minimu mis-suq jew li għandhom ambitu territorjali limitat ħafna.

2.  
Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jimponu ħlasijiet amministrattivi, dawn għandhom jippubblikaw rapport annwali tal-ispejjeż amministrattivi tagħhom u tat-total tal-ħlasijiet miġbura. Fejn teżisti differenza bejn it-total tal-ħlasijiet u l-ispejjeż amministrattivi, għandhom isiru l-aġġustamenti xierqa.

Artikolu 17

Separazzjoni fil-kontabbiltà u rapporti finanzjarji

1.  

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku li jkollhom drittijiet speċjali jew esklussivi għall-forniment ta’ servizzi f’setturi oħra fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor:

(a) 

iżommu kontijiet separati għall-attivitajiet assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, sal-punt li kien ikun meħtieġ kieku dawk l-attivitajiet kienu mwettqa minn entitajiet legalment indipendenti, biex jiġu identifikati l-elementi kollha tal-ispiża u tad-dħul, bil-bażi tal-kalkolu tagħhom u l-metodi dettaljati tal-attribuzzjoni użati, relatati ma’ tali attivitajiet, inkluż tqassim dettaljat tal-assi fissi u tal-ispejjeż strutturali; jew

(b) 

ikollhom separazzjoni strutturali għall-attivitajiet assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-impriżi li jkollhom fatturat totali annwali ta’ anqas minn EUR 50 miljun f’attivitajiet assoċjati ma’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni.

2.  

Fejn impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-liġi tal-kumpaniji u ma jkunux jissodisfaw l-kriterji tal-impriżi żgħar u medji tar-regoli dwar il-kontabbiltà fil-liġi tal-Unjoni, ir-rapporti finanzjarji tagħhom għandhom jitħejjew, jintbagħtu għal awditi indipendenti u jiġu ppubblikati. Il-verifika għandha ssir skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-kontijiet separati meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1.



Taqsima 3

Emendar u irtirar

Artikolu 18

Emendar tad-drittijiet u l-obbligi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni jew id-drittijiet li jiġu installati l-faċilitajiet ikunu jistgħu jiġu emendati biss meta jkun ġustifikat oġġettivament u b’mod proporzjonat, filwaqt li jitqiesu kif xieraq, meta jkun adattat, il-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni.
2.  

Ħlief fejn l-emendi proposti jkunu minuri, u jkun intlaħaq qbil dwarhom mad-detentur tad-drittijiet jew tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 għandha ssir notifika kif xieraq bl-intenzjoni li jsiru dawn l-emendi. Il-partijiet konċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom biżżejjed żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti. Dak il-perijodu ma għandux ikun inqas minn erba’ ġimgħat ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

L-emendi għandhom jiġu ppubblikati, flimkien mar-raġunijiet għalihom.

Artikolu 19

Limitazzjoni jew irtirar tad-drittijiet

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 (5) u (6), l-Istati Membri ma għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet ta’ intallazzjoni tal-faċilitajiet jew id-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni qabel l-iskadenza tal-perijodu li għalih ikunu ngħataw, ħlief fejn dan ikun ġustifikat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u, fejn applikabbli, b’konformità mal-Anness I, u ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar il-kumpens għall-irtirar ta’ drittijiet.
2.  
B’konformità mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, jew it-twettiq ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika adottati taħt l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-limitazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, inklużi d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 49 ta’ din id-Direttiva, abbażi ta’ proċeduri stabbiliti minn qabel u definiti b’mod ċar, b’konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni. F’tali każijiet, id-detenturi tad-drittijiet jistgħu, fejn xieraq u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti, jiġu kkumpensati b’mod adatt.
3.  
Modifika fl-użu tal-ispektrum tar-radju minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 45(4) jew (5) ma għandhiex, waħedha, tiġġustifika l-irtirar ta’ dritt ta’ użu għall-ispektrum tar-radju.
4.  
Kwalunkwe intenzjoni li jiġu limitati jew irtirati drittijiet taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 23.



KAPITOLU III

Għoti ta’ informazzjoni, stħarriġ u mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni

Artikolu 20

Rekwiżit ta’ informazzjoni lill-impriżi

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati, jew servizzi assoċjati, jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluż l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, minn awtoritajiet kompetenti oħra u mill-BEREC biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’, jew mad-deċiżjonijiet jew opinjonijiet adottati f’konformità ma’, din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). B’mod partikolari, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lil dawk l-impriżi jippreżentaw informazzjoni dwar l-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa u li jistgħu jkunu disponibbli għall-kompetituri, kif ukoll informazzjoni dwar netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, li tkun disaggregata fil-livell lokali u dettaljata b’mod suffiċjenti biex tippermetti l-istħarriġ ġeografiku u d-deżinjazzjoni ta’ żoni f’konformità mal-Artikolu 22.

Fejn l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-ewwel subparagrafu mhijiex suffiċjenti biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC iwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, tali informazzjoni tista’ tintalab minn impriżi rilevanti oħra li huma attivi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi jew setturi relatati mill-qrib.

L-impriżi deżinjati bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq fejn jidħlu s-swieq bl-ingrossa jistgħu jintalbu jippreżentaw data tal-kontabbiltà dwar is-swieq bl-imnut assoċjati mas-swieq bl-ingrossa.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jitolbu l-informazzjoni minn punt waħdieni tal-informazzjoni stabbilit skont id-Direttiva 2014/61/UE.

Kwalunkwe talba għall-informazzjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettiq tal-kompitu u magħha għandhom jingħataw ir-raġunijiet għaliha.

L-impriżi għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-pront u f’konformità mal-limiti taż-żmien u l-livell ta’ dettall mitlub.

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jipprovdu lill-Kummissjoni, wara talba raġunata, bl-informazzjoni meħtieġa għaliha biex twettaq il-kompiti tagħha taħt it-TFUE. L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun proporzjonata mat-twettiq ta’ dawk il-kompiti. Meta l-informazzjoni provduta tkun tirreferi għall-informazzjoni provduta qabel mill-impriżi meta kienet talbithom l-awtorità, dawk l-impriżi għandhom ikunu informati b’dan. Sal-punt meħtieġ, u sakemm l-awtorità li provdiet l-informazzjoni tkun għamlet talba espliċita u raġunata għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni provduta disponibbli lil awtorità oħra bħalha fi Stat Membru ieħor.

Soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mibgħuta lil awtorità waħda, tista’ ssir disponibbli għal awtorità oħra bħalha fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru differenti, u għall-BEREC, wara talba sostanzjata, meta meħtieġ biex xi awtorità, jew il-BEREC ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom skont il-liġi tal-Unjoni.

3.  
Fejn l-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1, inkluża informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ stħarriġ ġeografiku, titqies kunfidenzjali mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti l-oħra skont ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata għandhom jiżguraw tali kunfidenzjalità. Tali kunfidenzjalità m’għandhiex timpedixxi l-kondiviżjoni f’waqtha ta’ informazzjoni bejn l-awtorità kompetenti, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata għall-finijiet ta’ rieżami, monitoraġġ u superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, waqt li jaġixxu skont ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità -kummerċjali u l-protezzjoni tad-data personali, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra jippubblikaw l-informazzjoni li tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv.
5.  
L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw it-termini għall-aċċess pubbliku għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, inklużi l-proċeduri għall-kisba ta’ dak l-aċċess.

Artikolu 21

Informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi

1.  

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 20 u għall-obbligi tal-informazzjoni u tar-rappurtar skont il-liġi nazzjonali barra mill-awtorizzazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu biss jeżiġu lill-impriżi biex jipprovdu informazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu jew l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2), li tkun proporzjonata u ġustifikata oġġettivament b’mod partikolari għall-finijiet ta’:

(a) 

verifika, fuq bażi sistematika jew skont il-każ, tal-konformità mal-kondizzjoni 1 tal-Parti A, mal-kondizzjonijiet 2 u 6 tal-Parti D, u mal-kondizzjonijiet 2 u 7 tal-Parti E, tal-Anness I u tal-konformità mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 13(2);

(b) 

verifika, abbażi ta’ skont il-każ, tal-konformità mal-kondizzjonijiet kif stipulat fl-Anness I meta jasal ilment jew meta l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet oħra biex temmen li kondizzjoni ma tkunx qed titħares jew fil-każ ta’ xi investigazzjoni mill-awtorità kompetenti bl-inizjattiva tagħha stess;

(c) 

twettiq tal-proċeduri għal, u l-valutazzjoni ta’, talbiet għall-għoti tad-drittijiet tal-użu;

(d) 

il-pubblikazzjoni ta’ rapporti komparattivi tal-kwalità u tal-prezz tas-servizzi għall-benefiċċju tal-konsumaturi;

(e) 

tqabbil ta’ statistika, rapporti jew studji definiti b’mod ċar;

(f) 

twettiq ta’ analiżi tas-suq għall-finijiet ta’ din id-Direttiva inkluż data dwar is-swieq downstream jew is-swieq tal-imnut assoċjata mas-swieq jew relatata magħhom li huma s-suġġett tal-analiżi tas-suq;

(g) 

salvagwardja tal-użu effiċjenti u l-iżgurar tal-ġestjoni effettiva tal-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi tan-numerazzjoni;

(h) 

l-evalwazzjoni tal-iżviluppi futuri fin-netwerks jew fis-servizzi li jista’ jkollhom impatt fuq is-servizzi bl-ingrossa li jkunu disponibbli għall-kompetituri, dwar il-kopertura territorjali, dwar il-konnettività disponibbli għall-utenti finali jew dwar l-identifikazzjoni taż-żoni skont l-Artikolu 22;

(i) 

it-twettiq ta’ stħarriġ ġeografiku;

(j) 

rispons għal talbiet motivati għal informazzjoni mill-BEREC.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) u (d) sa (j) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tintalab qabel jingħata, jew bħala kondizzjoni għal, l-aċċess għas-suq.

Il-BEREC jista’ jiviluppa mudelli għal talbiet għal informazzjoni, fejn meħtieġ, biex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni u l-analiżi konsolidata tal-informazzjoni miksuba.

2.  
Fejn jidħlu d-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirreferi b’mod partikolari għall-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju kif ukoll għall-konformità ma’ kull obbligu tal-kopertura u tal-kwalità tas-servizz marbut mad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u l-verifika tagħhom.
3.  
Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jeżiġu li impriżi jipprovdu informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinfurmawhom bl-għan speċifiku għalfejn se tintuża din l-informazzjoni.
4.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra ma għandhomx jidduplikaw it-talbiet għal informazzjoni li diġà għamel il-BEREC taħt l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1971 fejn il-BEREC ikun għamel l-informazzjoni riċevuta disponibbli għal dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 22

Stħarriġ ġeografiku dwar l-introduzzjonijiet tan-netwerks

1.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jagħmlu stħarriġ ġeografiku dwar il-firxa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li kapaċi jwasslu l-broadband (“in-netwerks tal-broadband”) sal-21 ta’ Diċembru 2023 u għandhom jaġġornawh mill-anqas kull tliet snin sussegwentement.

Dan l-istħarriġ ġeografiku għandu jinkludi stħarriġ dwar il-firxa ġeografika ta’ tali netwerks tal-broadband fit-territorju tagħhom, kif meħtieġ għall-kompiti ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra taħt din id-Direttiva u għall-istħarriġ meħtieġ għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-istħarriġ ġeografiku jista’ jinkludi wkoll tbassir għal perijodu ddeterminat mill-awtorità rilevanti tal-firxa tan-netwerks tal-broadband, inkluż netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna fit-territorju tagħhom.

Tali tbassir għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar l-introduzzjonijiet ippjanati minn kwalunkwe impriża jew awtorità pubblika, ta’ netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna u aġġornamenti jew estensjonijiet sinifikanti ta’ netwerks ta’ mill-inqas veloċitajiet ta’ download ta’ 100 Mbps. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jeżiġu li impriżi u awtoritajiet pubbliċi jipprovdu tali informazzjoni sa fejn din tkun disponibbli u tista’ tingħata bi sforz raġonevoli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi, fir-rigward ta’ kompiti speċifikament attribwiti lilha taħt din id-Direttiva, il-grad safejn ikun xieraq li wieħed joqgħod fuq l-informazzjoni kollha miġbura jew parti minnha fil-kuntest ta’ tali tbassir.

Fejn ma jsirx stħarriġ ġeografiku mill-awtorità regolatorja nazzjonali, dan għandu jsir b’kooperazzjoni ma’ dik l-awtorità sa fejn dan ikun rilevanti għall-kompiti tagħha.

L-informazzjoni miġbura fl-istħarriġ ġeografiku għandha tkun f’livell adegwat ta’ dettall lokali u għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni fuq il-kwalità tas-servizz u l-parametri tiegħu u għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 20(3).

2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jiddeżinjaw żona b’konfini territorjali ċari fejn, abbażi tal-informazzjoni miġbura u kwalunkwe tbassir imħejji skont il-paragrafu 1, ikun ġie determinat li, tul il-perijodu tat-tbassir rilevanti, l-ebda impriża jew awtorità pubblika ma tkun introduċiet jew ippjanat li tintroduċi netwerk b’kapaċità kbira ħafna jew b’mod sinifikanti li taġġorna jew testendi n-netwerk tagħha għal prestazzjoni ta’ mill-anqas 100 Mbps bħala veloċitajiet tad-download. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw iż-żoni deżinjati.
3.  
Fi ħdan żona deżinjata, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jistiednu lill-impriżi u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jintroduċu netwerks ta’ kapaċità kbira ħafna tul id-durata tal-perijodu ta’ tbassir rilevanti. Fejn din l-istedina tirriżulta f’dikjarazzjoni minn impriża jew awtorità pubblika dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan, l-awtorità rilevanti tista’ teżiġi li impriżi u awtoritajiet pubbliċi oħra jiddikjaraw kull intenzjoni li jintroduċu netwerks ta’ kapaċità kbira ħafna, jew jaġġornaw jew jestendu b’mod sinifikanti n-netwerks tagħha għal prestazzjoni ta’ veloċitajiet ta’ download ta’ mill-inqas 100 Mbps f’din iż-żona. L-awtorità rilevanti għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’dawn is-sottomissjonijiet, biex mill-anqas tiżgura livell simili ta’ dettall bħal dak li tqies fi kwalunkwe tbassir skont il-paragrafu 1. Hija għandha tinforma wkoll lil kull impriża jew awtorità pubblika li tesprimi l-interess tagħha jekk iż-żona deżinjata hijiex koperta jew aktarx tkun koperta b’netwerk ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss, li toffri veloċitajiet tad-download inqas minn 100 Mbps abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1.
4.  
Il-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 3 għandhom jittieħdu f’konformità ma’ proċedura effiċjenti, oġġettiva, trasparenti u nondiskriminatorja, fejn l-ebda impriża ma tkun eskluża a priori.
5.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, kif ukoll l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali responsabbli biex jallokaw fondi pubbliċi għall-introduzzjoni tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex ifasslu pjanijiet nazzjonali tal-broadband, biex jiddefinixxu obbligi ta’ kopertura marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u biex jivverifikaw id-disponibbiltà tas-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligu tas-servizzi universali fit-territorju tagħhom, iqisu r-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku u ta’ kwalunkwe żona deżinjata skont il-paragrafi 1, 2, u 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li jwettqu l-istħarriġ ġeografiku jagħtu dawk ir-riżultati bil-kondizzjoni li l-awtorità riċeventi tiżgura l-istess livell ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali bħall-awtorità trasferenti u jinfurmaw lill-partijiet li pprovdew l-informazzjoni. Dawk ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli għall-BEREC u għall-Kummissjoni meta jitolbuhom, u bl-istess kondizzjonijiet.

6.  
Jekk l-informazzjoni rilevanti ma tkunx disponibbli fis-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu d-data li tirrizulta mill-istħarriġiet ġeografiċi li ma tkunx soġġetta għal kunfidenzjalità kummerċjali aċċessibbli direttament f’konformità mad-Direttiva 2003/98/KE biex jiġi permess l-użu mill-ġdid tagħha. Huma għandhom ukoll, fejn tali għodod mhumiex disponibbli fis-suq, jagħmlu disponibbli l-għodod tal-informazzjoni biex l-utenti finali jkunu jistgħu jiddeterminaw id-disponibbiltà tal-konnettività f’żoni differenti, b’livell ta’ dettall meħtieġ biex jappoġġa l-għażla tagħhom tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz.
7.  
Sal-21 ta’ Ġunju 2020 biex jagħti kontribut għall-applikazzjoni konsistenti tal-istħarriġiet ġeografiċi u t-tbassiriet, wara li jikkonsulta lill-partijiet konċernati u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u awtoritajiet nazzjonali rilevanti, il-BEREC għandu joħroġ linji gwida biex jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra dwar l-implimentazzjoni konsistenti tal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u trasparenza

1.  
Għajr f’każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 26 jew 27 jew l-Artikolu 32(10), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jkollhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri skont din id-Direttiva, jew meta jkollhom l-intenzjoni jipprevedu restrizzjonijiet skont l-Artikolu 45(4) u (5), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, dawn jagħtu l-opportunità lill-partijiet konċernati biex jikkummentaw fuq l-abbozz tal-miżura fi żmien raġonevoli, filwaqt li jkunu qiesu l-kumplessità tal-kwistjoni u, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn 30 jum.
2.  
Għall-finijiet tal-Artikolu 35, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-RSPG fil-mument tal-pubblikazzjoni bi kwalunkwe abbozz ta’ miżura li taqa’ fl-ambitu tal-proċedura ta’ għażla komparattiva jew kompetittiva skont l-Artikolu 55 (2) u tkun relatata mal-użu tal-ispektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex jippermetti l-użu tiegħu għal netwerks u servizzi broadband bla fili tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (“netwerks u servizzi ta’ broadband bla fili”).
3.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw il-proċeduri tal-konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta’ informazzjoni li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu aċċessati l-konsultazzjonijiet attwali kollha.

4.  
Ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ ta’ informazzjoni kunfidenzjali skont regoli tal-Unjoni u regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità -kummerċjali.

Artikolu 24

Konsultazzjoni mal-partijiet konċernati

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont kif xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-fehmiet ta’ utenti finali, partikolarment tal-konsumaturi, u ta’ utenti finali b’diżabbiltà, tal-manifatturi u tal-impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet kollha tal-utenti finali u tal-konsumaturi, inkluż aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà, li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, b’mod partikolari meta jkun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni, aċċessibbli għall-utenti finali b’diżabbiltà, li jiżgura li fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijet tal-utent finali u tal-konsumaturi li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-konsumaturi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.

2.  
Il-partijiet konċernati jistgħu jiżviluppaw mekkaniżi, bil-gwida tal-awtoritajiet kompetenti b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jinvolvu lill-konsumaturi, lill-gruppi tal-utenti jew lill-fornituri tas-servizzi, biex titjieb il-kwalità ġenerali tal-forniment tas-servizzi billi fost l-oħrajn, jiġu żviluppati u sorveljati kodiċi tal-kondotta u standards tal-operazzjoni.
3.  
Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali skont il-liġi tal-Unjoni li tippromwovi l-għanijiet tal-politika kulturali u dwar il-media, bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-media, l-awtoritajiet kompetenti b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu l-kooperazzjoni bejn impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-setturi interessati fil-promozzjoni tal-kontenut legali fin-netwerks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dik il-koperazzjoni tista’ tinkludi wkoll il-koordinazzjoni tal-informazzjoni ta’ interess pubbliku li trid tkun ssir disponibbli skont l-Artikolu 103(4).

Artikolu 25

Riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra responsabbli għal, jew mill-inqas korp indipendenti wieħed b’kompetenza esperta ppruvata fi, l-applikazzjoni tal-Artikoli 102 sa 107 u l-Artikolu 115 ta’ din id-Direttiva hija elenkata bħala entità alternattiva tar-riżoluzzjoni tat-tilwim f’konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2013/11/EU bil-ħsieb li tirrisolvi tilwim bejn fornituri u konsumaturi li jirriżulta taħt din id-Direttiva u li jkun relatat mal-adempiment ta’ kuntratti. L-Istati Membri jistgħu jestendu l-aċċess għal proċeduri alternattivi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim pprovduti minn dik l-awtorità jew dak il-korp lil utenti finali għajr konsumaturi, b’mod partikolari impriżi mikro u impriżi żgħar.
2.  
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2013/11/UE, fejn tali tilwim ikun jinvolvi partijiet fi Stati Membri differenti, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom bil-ħsieb li t-tilwim jiġi riżolt.

Artikolu 26

Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi

1.  
Fil-każ ta’ tilwim li jinqala’ b’rabta mal-obbligi eżistenti skont din id-Direttiva bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru, jew bejn dawn l-impriżi u impriżi oħra fl-Istat Membru li jibbenefika mill-obbligi tal-aċċess jew tal-interkonnessjoni jew bejn il-fornituri tan-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru u l-fornituri tal-faċilitajiet assoċjati, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, meta titlobha xi waħda mill-partijiet u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-iqsar żmien possibbli abbażi ta’ proċeduri ċari u effiċjenti, u f’kull każ fi żmien erba’ xhur għajr f’ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtorità regolatorja nazzjonali.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jirrifjutaw li jsolvu t-tilwim fejn mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, ikunu jeżistu u jkunu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fi żmien qasir u skont l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-partijiet dwar dan mingħajr dewmien. Jekk, wara erba’ xhur, it-tilwim ma jissolviex, u jekk it-tilwim ma jkunx tressaq quddiem il-qorti mill-parti li tkun qed tfittex rimedju, l-awtorità regolatorja nazzjonali, meta tintalab minn xi waħda mill-partijiet, għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim fl-inqas żmien possibbli u f’kull każ fi żmien erba’ xhur.
3.  
Għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu deċiżjonijiet immirati biex tikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Kull obbligu impost fuq impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandu jkun konformi ma’ din id-Direttiva.
4.  
Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha ssir aċċessibbli għall-pubbliku, b’kont meħud tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità -kummerċjali. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi lill-partijiet konċernati dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom tkun issejset id-deċiżjoni.
5.  
Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ma għandhiex twaqqaf lil xi waħda mill-partijiet milli tressaq l-azzjoni quddiem il-qrati.

Artikolu 27

Riżoluzzjoni ta’ tilwim transfruntier

1.  
Fil-każ ta’ tilwim li jinqala’ taħt din id-Direttiva bejn l-impriżi fi Stati Membri differenti, għandhom japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal tilwim relatat mal-koordinazzjoni tal-ispektrum tar-radju koperta bl-Artikolu 28.
2.  
Kull parti tista’ tirreferi t-tilwim lill-awtorità jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. Fejn it-tilwim jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw it-tilwim lill-BEREC sabiex tinstab soluzzjoni konsistenti għat-tilwim, skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
3.  
Fejn tkun saret tali notifika, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni biex jistieden lill-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati biex jieħdu azzjoni speċifika ħalli jissolva t-tilwim jew biex ma jieħdu l-ebda azzjoni, fl-iqsar żmien possibbli, u f’kull każ fi żmien erba’ xhur għajr f’ċirkostanzi eċċezzjonali.
4.  
L-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jistennew l-opinjoni tal-BEREC qabel ma jieħdu azzjoni biex jirriżolvu t-tilwim. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjoni, ħalli jitħarsu l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti finali, kull waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti tista’ tieħu l-inizjattiva hi stess jew titlob lill-partijiet biex jiġu adottati miżuri provviżorji.
5.  
Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala parti mir-riżoluzzjoni t-tilwim għandu jkun konformi ma’ din id-Direttiva, u jqis bis-sħiħ l-opinjoni adottata mill-BEREC, jiġi adottat fi żmien xahar minn tali opinjoni.
6.  
Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex twaqqaf lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.

Artikolu 28

Koordinazzjoni tal-Ispektrum tar-Radju bejn l-Istati Membri

1.  

L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jiżguraw li l-użu tal-ispektrum tar-radju jkun organizzat fit-territorju tagħhom b’tali mod li l-ebda Stat Membru ieħor ma jkun imfixkel milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju, skont il-liġi tal-Unjoni, speċjalment minħabba interferenza dannuża transfruntiera bejn l-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa għal dan il-għan mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom bil-liġi internazzjonali u l-ftehimiet internazzjonali rilevanti bħar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU u l-Ftehimiet Reġjonali tal-ITU dwar ir-Radju.

2.  

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u, fejn ikun xieraq, permezz tal-RSPG, fil-koordinazzjoni transfruntiera tal-użu tal-ispektrum tar-radju, biex:

(a) 

jiżguraw il-konformità mal-paragrafu 1;

(b) 

jirriżolvu kull problema jew tilwima b’rabta mal-koordinazzjoni transfruntiera jew mal-interferenza transfruntiera dannuża bejn Stati Membri, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi, li timpedixxi lill-Istati Membri milli jużaw l-ispektrum armonizzat tar-radju fit-territorju tagħhom.

3.  
Biex jiżgura l-konformità mal-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru affettwat jista’ jitlob lill-RSPG biex juża s-servizzi tiegħu, biex isolvi kwalunkwe problema jew tilwima marbuta mal-koordinazzjoni transfruntiera jew l-interferenza transfruntiera dannuża. Fejn ikun xieraq, l-RSPG jista’ joħroġ opinjoni li tipproponi riżoluzzjoni koordinata fir-rigward ta’ tali problema jew tilwima
4.  

Fejn l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunux irriżolvew il-problema jew it-tilwima, u fuq it-talba ta’ kwalunkwe Stat Membru affettwat, il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ ta’ kwalunkwe opinjoni tal-RSPG li tirrakkomanda soluzzjoni koordinata skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tadotta deċiżjonijiet indirizzati lill-Istati Membri kkonċernati mill-kwistjoni mhux riżolta ta’ interferenza dannuża permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni biex issolvi interferenzi transfruntiera dannużi bejn żewġ Stati Membri jew aktar li jżommuhom milli jużaw l-ispektrum armonizzat tar-radju fit-territorju tagħhom.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

5.  
L-Unjoni għandha, fuq it-talba ta’ kwalunkwe Stat Membru affettwat, tipprovdi appoġġ legali, politiku u tekniku sabiex jissolvew kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-ispektrum tar-radju ma’ pajjiżi ġirien tal-Unjoni, inkluż pajjiżi kandidati u pajjiżi li ser jissieħbu, b’tali mod li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu josservaw l-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Fil-forniment ta’ tali assistenza, l-Unjoni għandha tippromwovi l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.



TITOLU III

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 29

Penali

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali, inklużi, fejn meħtieġa, multi u penali predeterminati jew perjodiċi mhux kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew ta’ kull deċiżjoni vinkolanti adottata mill-Kummissjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Fil-limiti tal-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jimponu dawn il-penali. Il-penali previsti għandhom ikunu adatti, effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.  

L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3) f’każ biss li impriża jew awtorità pubblika konxjament jew b’negliġenza kbira tipprovdi informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta.

Meta jiġi determinat l-ammont tal-multi jew penali perjodiċi imposti fuq impriża jew awtorità pubblika talli konxjament jew b’negliġenza kbira pprovdew informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), għandu jitqies, fost oħrajn, jekk l-imġiba tal-impriża jew l-awtorità pubblika kellhiex impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, jekk, għall-kuntrarju tal-informazzjoni oriġinarjament ipprovduta jew kwalunkwe aġġornament tagħha, l-impriża jew awtorità pubblika applikatx, estendietx jew tejbitx netwerk, jew ma applikatx netwerk u naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva għal dik il-bidla fil-pjan.

Artikolu 30

Konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni u konformità ma’ obbligi speċifiċi

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) u mal-obbligu li jintuża l-ispektrum tar-radju b’mod effettiv u effiċjenti skont l-Artikolu 4, l-Artikolu 45 (1) u l-Artikolu 47.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-impriżi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47, skont l-Artikolu 21.

2.  
Fejn awtorità kompetenti tiskopri li impriża ma tkunx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2), din għandha tinnotifika lill-impriża b’dik is-sejba u tagħti l-opportunità lill-impriża biex tiddikjara l-fehmiet tagħha, f’limitu taż-żmien raġonevoli.
3.  

L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li teżiġi l-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 minnufih jew f’limitu taż-żmien raġonevoli u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bil-għan li tiżgura l-konformità.

F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu:

(a) 

fejn xieraq, penali finanzjarji dissważivi li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b’effett retroattiv; u

(b) 

ordnijiet ta’ waqfien jew ta’ dewmien tal-forniment ta’ servizz jew ta’ pakkett ta’ servizzi, li jekk jissoktaw, iwasslu għal dannu sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi tal-aċċess imposti wara l-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-miżuri u r-raġunijiet li fuqhom jiġu bbażati lill-impriża konċernata mingħajr dewmien u għandhom jistipulaw perijodu raġonevoli għall-impriżi biex dawn jiġu konformi mal-miżura.

4.  
Minkejja l-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa li timponi, fejn xieraq, penali finanzjarji fuq l-impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skont l-obbligi imposti fl-Artikolu 21(1)(a) jew (b) u fl-Artikolu 69, f’perijodu taż-żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità kompetenti.
5.  
F’każ ta’ ksur serju jew ripetut tal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u r-riżorsi ta’ numerazzjoni, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47(1) jew (2), meta jkunu fallew il-miżuri mmirati biex jiżguraw il-konformità kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex timpedixxi impriża milli tkompli tipprovdi n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew jissospendu jew jirtiraw dawk id-drittijet tal-użu. L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtorità kompetenti biex timponi penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn il-penali jistgħu jiġu applikati biex ikopru l-perijodu ta’ kull ksur, anki jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rettifikat.
6.  
Minkejja l-paragrafi 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżuri interim urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali, fejn ikollha evidenza ta’ ksur tal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali, tad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju u għal riżorsi ta’ numerazzjoni, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47(1) jew (2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għas-sikurezza pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika jew li jkun ser joħloq problemi ekonomiċi jew operazzjonali serji għal fornituri jew utenti oħra tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew utenti oħra tal-ispektrum tar-radju. L-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-impriża kkonċernata opportunità raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti tista’ tikkonferma l-miżuri proviżorji li għandhom ikunu validi għal massimu ta’ tliet xhur, iżda meta ma jkunux intemmu l-proċeduri ta’ infurzar, dawn jistgħu jiġu estiżi għal perijodu ieħor ta’ mhux aktar minn tliet xhur.
7.  
L-impriżi għandu jkollhom id-dritt għal appell kontra l-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31.

Artikolu 31

Dritt ta’ appell

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew faċilitajiet assoċjati li jkunu affettwati minn deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jkollhom id-dritt li jappellaw kontra dik id-deċiżjoni quddiem korp tal-appell li jkun indipendenti għalkollox mill-partijiet involuti u ta’ kull intervent estern jew pressjoni politika li tista’ tipperikola l-valutazzjoni indipendenti tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemha. Dan il-korp, li jista’ jkun qorti, għandu jkollu l-kompetenza xierqa biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ jitqiesu kif xieraq.

Sa meta jkun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tibqa’ tgħodd, sakemm ma jkunux ingħataw miżuri proviżorji skont il-liġi nazzjonali.

2.  

Fejn il-korp tal-appell imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jkunx ta’ natura ġudizzjarja, għandu xorta waħda jagħti raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjoni tiegħu. Barra minn hekk, skont il-każ, id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun soġġetta għar-rieżami minn qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 tat-TFUE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu għall-appell ikun effettiv.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġett ġenerali tal-appelli, in-numru tat-talbiet għall-appell, id-durata tal-proċedimenti tal-appell u n-numru tad-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jiġu konċeduti miżuri proviżorji. L-Istati Membri għandhom jipprovdu tali informazzjoni, kif ukoll id-deċiżjonijiet jew is-sentenzi, lill-Kummissjoni u lill-BEREC fuq talba motivata minnhom.



TITOLU IV

PROĊEDURI TAS-SUQ INTERN



KAPITOLU I

Artikolu 32

It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.  
Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni u mal-BEREC, b’mod trasparenti, biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, ta’ din id-Direttiva. Għal dan il-għan, dawn għandhom jaħdmu, b’mod partikolari, mal-Kummissjoni u mal-BEREC biex jidentifikaw l-aktar tipi ta’ strumenti u rimedji adattati biex jiġu trattati tipi partikolari ta’ sitwazzjonijiet fis-suq.
3.  

Għajr meta jkun previst mod ieħor fir-rakkomandazzjonijiet u/jew fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 34, meta titlesta l-konsultazzjoni pubblika, jekk ikun meħtieġ taħt l-Artikolu 23, fejn awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-intenzjoni li tieħu miżura li:

(a) 

taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 61, 64, 67, 68 jew 83; u

(b) 

tkun taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri,

din għandha tippubblika l-abbozz tal-miżura u tikkomunikah lill-Kummissjoni, lill-BEREC u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri l-oħra, fl-istess ħin, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għall-miżura, skont l-Artikolu 20(3). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom dwar dak l-abbozz tal-miżura fi żmien xahar. Dan il-perijodu ta’ xahar ma għandux jiġi estiż.

4.  

L-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jiġi adottat għal xahrejn oħra, fejn dik il-miżura jkollha l-għan li:

(a) 

tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk definiti fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1); jew

▼C1

(b) 

tiddeċiedi jekk impriża tiġix iddeżinjata bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma’ oħrajn, saħħa sinifikanti fis-suq, taħt l- Artikolu 67(3) jew (4);

▼B

u tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tqis li l-abbozz tal-miżura jkun joħloq ostaklu għas-suq intern jew għandha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-liġi tal-Unjoni u b’mod partikolari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Dak il-perijodu ta’ xahrejn ma għandux jiġi estiż. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-BEREC u lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra bir-riżervi tagħha f’tali każ u tippubblikahom fl-istess waqt.

5.  
Il-BEREC għandu jippubblika opinjoni dwar ir-riżervi tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4, li tkun tindika jekk dan jidhirlux li l-abbozz tal-miżura għandux jinżamm, jew emendat jew irtirat u, fejn xieraq, għandu jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan.
6.  

Fi żmien ix-xahrejn imsemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’ jew:

(a) 

tieħu deċiżjoni li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz tal-miżura; jew

(b) 

tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha msemmija fil-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC qabel ma tieħu deċiżjoni.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom ikunu akkumpanjati minn analiżi dettaljata u oġġettiva dwar x’wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-abbozz tal-miżura ma għandux ikun adottat flimkien ma’ proposti biex dan ikun emendat.

7.  
Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu li teżiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirtira l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fejn l-abbozz tal-miżura jiġi emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23, u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżura emendat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
8.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-kummenti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra, tal-BEREC u tal-Kummissjoni u, ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4 u l-punt (a) tal-paragrafu 6, tista’ tadotta l-abbozz tal-miżura li jirriżulta, u għandha, meta tagħmel dan, tikkomunikah lill-Kummissjoni.
9.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC il-miżuri finali kollha adottati li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.
10.  
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi ħalli jitħarsu l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti, permezz ta’ deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, din tista’ tadotta miżuri proporzjonati u provviżorji minnufih. Din għandha tikkomunika dawk il-miżuri mingħajr dewmien flimkien mar-raġunijiet sħaħ lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra, u lill-BEREC. Deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirrendi permanenti dawk il-miżuri jew biex testendi l-perijodu li għalih huma applikabbli, għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.
11.  
Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirtira abbozz ta’ miżura fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 33

Il-proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji

1.  

Fejn miżura maħsuba koperta mill-Artikolu 32(3) ikollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq impriża bl-applikazzjoni tal-Artikolu 61 jew 67 flimkien mal-Artikoli 69 sa 76 u l-Artikolu 83, il-Kummissjoni tista’, fil-perijodu ta’ xahar imsemmi mill-Artikolu 32(3), tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u lill-BEREC bir-raġunijiet tagħha għalfejn tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq intern jew bid-dubji serji tagħha dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-liġi tal-Unjoni. F’tali każ, l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat għal tliet xhur oħra wara n-notifika tal-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista’ tadotta l-abbozz tal-miżura, wara li tieħu kont bis-sħiħ ta’ kull kumment tal-Kummissjoni, tal-BEREC jew ta’ kull awtorità regolatorja nazzjonali oħra.

2.  
Fi żmien il-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jidentifikaw l-aktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, filwaqt li jqisu b’mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti.
3.  
Fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tal-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni dwar in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tkun tindika jekk dan jidhirlux li l-abbozz tal-miżura għandux jiġi emendat jew irtirat u, meta jkun xieraq, jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Dik l-opinjoni għandha tipprovdi raġunijiet u tiġi ppubblikata.
4.  

Jekk fl-opinjoni tiegħu, il-BEREC jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni, dan għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata bil-għan li tiġi identifikata l-aktar miżura xierqa u effettiva. Qabel jintemm il-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ jew:

(a) 

temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura tagħha billi tieħu kont bis-sħiħ tan-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll tal-opinjoni tal-BEREC; jew

(b) 

iżżomm l-abbozz tal-miżura tagħha.

5.  

Il-Kummissjoni tista’, fi żmien xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, jekk ikun il-każ:

(a) 

toħroġ rakkomandazzjoni li teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura, inklużi proposti speċifiċi għal dak il-għan, u tipprovdi raġunijiet għar-rakkomandazzjoni tagħha, b’mod partikolari meta l-BEREC ma jkunx jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni;

(b) 

tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha indikati skont il-paragrafu 1; jew

(c) 

għall-abbozz ta’ miżuri li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 61(3) jew taħt l-Artikolu 76(2), tieħu deċiżjoni li teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura, fejn il-BEREC jikkondividi d-dubji serji tal-Kummissjoni, akkumpanjata minn analiżi dettaljata u oġġettiva dwar x’wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-abbozz tal-miżura ma għandux ikun adottat flimkien ma’ proposti biex ikun emendat l-abbozz tal-miżura, soġġett għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(7), li għandha tapplika mutatis mutandis.

6.  

Fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni toħroġ ir-rakkomandazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 5 jew tneħħi r-riżervi tagħha skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tikkomunika l-miżura finali adottata lill-Kummissjoni u lill-BEREC.

Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ twettaq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23.

7.  
Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li ma temendax jew tirtira l-abbozz tal-miżura abbażi tar-rakkomandazzjoni maħruġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 5, din għandha tipprovdi raġunijiet.
8.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirtira l-abbozz tal-miżura proposta f’kull fażi tal-proċedura.

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Wara konsultazzjoni pubblika u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tkun ħadet kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjonijiet jew linji gwida fir-rigward tal-Artikolu 32 li jistabbilixxu l-forma, il-kontenut u l-livell ta’ dettalji li jridu jingħataw fin-notifiki meħtieġa skont l-Artikolu 32(3), iċ-ċirkostanzi meta n-notifiki ma jkunux meħtieġa, u l-kalkolu tal-limiti taż-żmien.



KAPITOLU II

Assenjazzjoni konsistenti tal-ispektrum tar-radju

Artikolu 35

Proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari

1.  

Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tkun biħsiebha twettaq proċedura ta’ għażla skont l-Artikolu 55(2) fir-rigward tal-ispektrum tar-radju li għalih ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex ikun possibbli l-użu tiegħu għal netwerks u servizzi ta’ broadband bla fili, hija għandha, skont l-Artikolu 23, tinforma lill-RSPG bi kwalunkwe abbozz ta’ miżura li jaqa’ fl-ambitu tal-proċedura tal-għażla komparattiva jew kompetittiva skont l-Artikolu 55(2), u tindika jekk u meta ser titlob lill-RSPG biex ilaqqa’ Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari.

Meta jintalab jagħmel dan, l-RSPG għandu jorganizza Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari biex jiddiskuti u jiskambja l-fehmiet dwar l-abbozzi tal-miżuri trażmessi u għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar dawk l-abbozzi ta’ miżuri.

Il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jkun magħmul mill-membri tal-RSPG u organizzat u ppresedut minn rappreżentant tal-RSPG.

2.  
Mhux aktar tard minn waqt il-konsultazzjoni pubblika mwettqa skont l-Artikolu 23, l-RSPG jista’ jieħu, b’mod eċċezzjonali, l-inizjattiva li jlaqqa’ Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari skont ir-regoli ta’ proċedura biex jorganizzah sabiex jiġu skambjati l-esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar l-abbozz tal-miżura relatat ma’ proċedura tal-għażla meta jqis li l-abbozz tal-miżura jkun jippreġudika b’mod sinifikanti l-ħila tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra li tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 3, 45, 46 u 47.
3.  
L-RSPG għandu jiddefinixxi minn qabel u jagħmel pubbliċi l-kriterji oġġettivi għat-tlaqqigħ eċċezzjonali tal-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari.
4.  

Waqt il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandha tipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-abbozz tal-miżura:

(a) 

jippromwovi l-iżvilupp tas-suq intern, inkluż il-forniment transfruntier tas-servizzi, kif ukoll il-kompetizzjoni, u jimmassimizza l-benefiċċji għall-konsumatur, u b’mod ġenerali jikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, 45, 46 u 47 ta’ din id-Direttiva, kif ukoll id-Deċiżjonijiet Nru 676/2002/KE u Nru 243/2012/UE;

(b) 

jiżgura l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju; u

(c) 

jiżgura kondizzjonijiet stabbli u prevedibbli ta’ investiment għall-utenti eżistenti u prospettivi tal-ispektrum tar-radju meta jiġu skjerati n-netwerks għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jiddependu fuq l-ispektrum tar-radju.

5.  
Il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni volontarja minn awtoritajiet kompetenti oħra u mill-BEREC.
6.  
Il-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari għandu jitlaqqa’ darba biss waqt il-proċess nazzjonali ta’ tħejjija u konsultazzjoni ġenerali ta’ proċedura tal-għażla unika li tikkonċerna banda waħda tal-ispektrum tar-radju jew aktar, ħlief jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra titlob li jitlaqqa’ mill-ġdid.
7.  
Fuq talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra li talbet il-laqgħa, l-RSPG jista’ jadotta rapport dwar kif l-abbozz tal-miżura jilħaq l-għanijiet previsti fil-paragrafu 4, filwaqt li jirrifletti l-fehmiet skambjati fil-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari.
8.  
Kull sena fi Frar l-RSPG għandu jippubblika rapport li jikkonċerna l-abbozzi tal-miżuri diskussi skont il-paragrafi 1 u 2. Ir-rapport għandu jindika l-esperjenzi u l-aħjar prattiki nnutati.
9.  
Wara l-Forum ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari, fuq talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta’ awtorità kompetenti oħra li talbet l-laqgħa, l-RSPG jista’ jadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-miżura.

Artikolu 36

Assenjazzjoni armonizzata ta’ spektrum tar-radju

Fejn l-użu ta’ spektrum tar-radju jkun ġie armonizzat, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri tal-aċċess jkunu ġew miftiehma, u l-impriżi li lilhom għandu jiġi assenjat l-ispektrum tar-radju ikunu ntgħażlu skont ftehimiet internazzjonali u r-regoli tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu d-dritt ta’ użu ta’ dan l-ispektrum tar-radju skont dan. Sakemm il-kondizzjonijiet nazzjonali kollha marbuta mad-dritt ta’ użu tal-ispektrum tar-radju konċernati jkunu ġew sodisfatti fil-każ ta’ proċedura ta’ għażla komuni, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu xi kondizzjonijiet, kriterji addizzjonali jew proċeduri oħra li jirrestrinġu, ibiddlu jew idewmu l-implimentazzjoni korretta tal-assenjazzjoni komuni ta’ dak l-ispektrum tar-radju.

Artikolu 37

Proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta biex jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

Żewġ Stati Membri jew iżjed jistgħu jikkooperaw ma’ xulxin u mal-RSPG filwaqt li jqisu kwalunkwe interess espress mill-parteċipanti tas-suq, billi b’mod konġunt jistabbilixxu l-aspetti komuni ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni u, fejn jixraq, b’mod konġunt ukoll imexxu l-proċedura tal-għażla biex jingħataw id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju.

Fit-tfassil tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-proċessi individwali ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali għandhom jinbdew u jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti skont skeda maqbula b’mod konġunt;

(b) 

għandu jipprevedi, fejn xieraq, kondizzjonijiet u proċeduri komuni għall-għażla u għall-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju fost l-Istati Membri kkonċernati;

(c) 

għandu jipprevedi, fejn xieraq, kondizzjonijiet komuni jew paragunabbli li jridu jinhemżu mad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju fost l-Istati Membri kkonċernati, fost l-oħrajn biex l-utenti jitħallew jiġu assenjati blokok simili tal-ispektrum tar-radju;

(d) 

għandu jkun miftuħ fi kwalunkwe żmien għal Stati Membri oħra sa meta l-proċess ta’ awtorizzazzjoni konġunta jkun sar.

Fejn, minkejja l-interess espress minn parteċipanti fis-suq, l-Istati Membri ma jaġixxux b’mod konġunt, huma għandhom jinformaw lil dawk il-parteċipanti fis-suq bir-raġunijiet li jispjegaw id-deċiżjoni tagħhom.



KAPITOLU III

Proċeduri ta’ armonizzazzjoni

Artikolu 38

Proċeduri ta’ armonizzazzjoni

1.  
Fejn il-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, il-Kummissjoni tista’, wara li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, jew tal-RSPG fejn rilevanti, tadotta rakkomandazzjonijiet jew, soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, deċiżjonijiet, permezz ta’ atti ta’ implementazzjoni, biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata ta’ din id-Direttiva u sabiex ikomplu jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jieħdu kont bis-sħiħ tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tagħżel li ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha.
3.  

Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu biss l-identifikazzjoni ta’ approċċ armonizzat jew ikkoordinat bl-iskop li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-implimentazzjoni inkonsistenti ta’ approċċi regolatorji ġenerali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-applikazzjoni tal-Artikoli 64 u 67, meta dan joħloq ostaklu għas-suq intern; tali deċiżjonijiet ma għandhomx jirreferu għal notifiki speċifiċi maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 32; f’tali każ, il-Kummissjoni ma għandhiex tipproponi abbozz ta’ deċiżjoni ħlief:

(i) 

wara li jkunu għaddew mill-inqas sentejn mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tkun titratta l-istess kwistjoni, u

(ii) 

wara li tkun ħadet kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC dwar il-każ għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, li għandha tkun pprovduta mill-BEREC fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Kummissjoni;

(b) 

in-numerazzjoni, inkluż il-firxiet tan-numri, il-portabilità tan-numri u tal-elementi ta’ identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”.

4.  
L-atti ta’ implementazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).
5.  
Il-BEREC jista’, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-miżura għandhiex tiġi adottata skont il-paragrafu 1.
6.  

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx adottat la rakkommandazzjoni u lanqas deċiżjoni fi żmien sena mid-data tal-adozzjoni ta’ opinjoni mill-BEREC li tindika l-eżistenza ta’ diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva li jistgħu joħolqu ostaklu għas-suq intern, hija għandha tinforma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill bir-raġunijiet talli m’għamlitx hekk, u tagħmel pubbliċi dawk ir-raġunijiet.

Fejn il-Kummissjoni tkun adottat rakkommandazzjoni skont il-paragrafu 1, iżda l-implimentazzjoni inkonsistenti li qed toħloq ostakli għas-suq intern tippersisti għal sentejn mill-adozzjoni, il-Kummissjoni għandha, soġġett għall-paragrafu 3, tadotta deċiżjoni permezz ta’ atti ta’ implementazzjoni skont il-paragrafu 4.

Fejn il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni fi żmien sena ulterjuri minn kwalunkwe rakkommandazzjoni adottata skont it-tieni subparagrafu, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bir-raġunijiet għalfejn m’għamlitx hekk, u tagħmel pubbliċi dawk ir-raġunijiet.

Artikolu 39

Standardizzazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet mhux obbligatorji biex iservu bħala bażi biex jinkoraġġixxu l-provvista armonizzata ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati jew servizzi. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ titlob, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva (UE) 2015/1535, li l-istandards imħejjija mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni (Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec), u l-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI)).
2.  

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-provvista ta’ servizzi, interfaċċi tekniċi jew funzjonijiet tan-netwerks, sa fejn strettament meħtieġ biex tiġi żgurata interoperabilità tas-servizzi, konnettività minn tarf sa tarf, faċilitazzjoni ta’ bdil ta’ fornituri u portabilità tan-numri u identifikaturi, u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.

Fejn ma jkunux ġew pubblikati standards jew speċifikazzjonijiet skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ standards jew speċifikazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni.

Fin-nuqqas ta’ tali standards jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC).

Fejn jeżistu standards internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni li jużawhom, jew il-partijiet rilevanti tagħhom, bħala bażi għall-istandards li jiżviluppaw, ħlief fejn dawk l-istandards internazzjonali jew partijiet rilevanti jkunu ineffettivi.

Kwalunkwe standard jew speċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew f’dan il-paragrafu ma għandhomx jimpedixxu l-aċċess kif ikun meħtieġ taħt din id-Direttiva, meta dan ikun fattibbli.

3.  
Jekk l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew adegwatament implimentati sabiex l-interoperabilità tas-servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar ma tkunx tista’ tiġi żgurata, l-implimentazzjoni ta’ dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet tista’ ssir obbligatorja taħt il-proċedura stipulata fil-paragrafu 4, sa fejn strettament meħtieġ biex tiġi żgurata dik l-interoperabilità u biex tittejjeb il-libertà tal-għażla għall-utenti.
4.  
Fejn il-Kummissjoni tkun biħsiebha tagħmel l-implimentazzjoni ta’ ċerti standards jew speċifikazzjonijiet obbligatorja, għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħmel l-implimentazzjoni tal-istandards rilevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji fil-lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.  
Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jikkontribwixxux aktar għall-provvista ta’ servizzi armonizzati ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha tneħħihom mil-lista ta’ standards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
6.  
Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 m’għadhomx jikkontribwixxu għall-provvista ta’ servizzi armonizzati ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma għadhomx aktar jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista tal-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
7.  
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).
8.  
Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward ta’ xi wieħed mir-rekwiżiti essenzjali, speċifikazzjonijiet ta’ interfaċċja jew standards armonizzati li għalihom tapplika d-Direttiva 2014/53/UE.



TITOLU V

SIGURTÀ

Artikolu 40

Is-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati u proporzjonati sabiex jimmaniġġaw adegwatament ir-riskji għas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi. Filwaqt li titqies it-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta’ sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B’mod partikolari, il-miżuri, inkluż il-kriptaġġ fejn ikun adatt, għandhom jittieħdu biex jevitaw u jimminimizzaw l-impatt tal-inċidenti ta’ sigurtà fuq l-utenti u fuq netwerks oħra u servizzi.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (“ENISA”) għandha tiffaċilita, skont ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), il-koordinazzjoni tal-Istati Membri sabiex jiġu evitati rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu riskji għas-sigurtà u ostakli għas-suq intern.

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw mingħajr dewmien mhux dovut lill-awtorità kompetenti l-inċident tas-sigurtà li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-netwerks u tas-servizzi.

Sabiex jiġi determinat id-daqs tal-impatt ta’ inċident ta’ sigurtà, fejn disponibbli għandhom jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-parametri li ġejjin:

(a) 

in-numru ta’ utenti affettwati mill-inċident ta’ sigurtà;

(b) 

it-tul tal-inċident ta’ sigurtà;

(c) 

il-firxa ġeografika taż-żona affettwata mill-inċident ta’ sigurtà;

(d) 

kemm ġie affettwat il-funzjonament tan-netwerk jew tas-servizz;

(e) 

kemm l-impatt jaffettwa l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà.

Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra u lill-ENISA. L-awtorità kompetenti konċernata tista’ tgħarraf lill-pubbliku jew titlob lill-fornituri kkonċernati biex jagħmlu dan, fejn tistabbilixxi li jkun fl-interess pubbliku li l-inċident ta’ sigurtà ikun żvelat.

Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti konċernata għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni u lill-ENISA dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skont dan il-paragrafu.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta’ theddida partikolari u sinifikanti ta’ inċident tas-sigurtà f’netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew f’servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, il-fornituri ta’ tali netwerks jew servizzi għandhom jinfurmaw lill-utenti potenzjalment affettwati minn tali theddida b’kull miżura protettiva possibbli jew rimedji li jistgħu jittieħdu mill-utenti. Fejn adatt, il-fornituri għandhom ukoll jinfurmaw lill-utenti tagħhom bit-theddida nfisha.
4.  
L-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.
5.  

Il-Kummissjoni, b’kont meħud bis-sħiħ tal-opinjoni tal-ENISA, tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddettaljaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll iċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika skont il-paragrafu 2. Huma għandhom ikunu bbażati kemm jista’ jkun fuq standards Ewropej u internazzjonali, u ma għandhomx jimpedixxu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali sabiex isegwu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Artikolu 41

Implimentazzjoni u infurzar

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sabiex jimplimentaw l-Artikolu 40, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet vinkolanti, inkluż dawk dwar il-miżuri meħtieġa biex jiġi rremedjat inċident tas-sigurtà jew għall-prevenzjoni li jseħħ inċident meta tkun ġiet identifikata theddida sinifikanti u l-limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni, lill-fornituri ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku.
2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-fornituri ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku biex:

(a) 

jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà tas-servizzi u n-netwerks tagħhom, inkluż id-dokumenti dwar il-politika ta’ sigurtà; u

(b) 

jikkontribwixxu għal verifika tas-sigurtà mwettqa minn korp indipendenti kwalifikat jew awtorità kompetenti u tagħmel ir-riżultati ta’ din disponibbli lill-awtorità kompetenti; l-ispiża tal-verifika għandha titħallas mill-fornitur.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta’ nuqqas ta’ konformità u l-effetti tagħhom fuq is-sigurtà u tan-netwerks u s-servizzi.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jimplimentaw l-Artikolu 40, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jiksbu l-assistenza ta’ Skwadra ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (“CSIRT”) deżinjata skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/1148 fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jkunu parti mill-kompiti tas-CSIRTs skont il-punt 2 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn ikun xieraq u skont il-liġi nazzjonali, jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-infurzar tal-liġi, mal-awtoritajiet kompetenti fis-sens tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 u mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data.



PARTI II

NETWERKS



TITOLU I

DĦUL U INTRODUZZJONI FIS-SUQ



KAPITOLU I

Tariffi

Artikolu 42

Tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet

1.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti timponi tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju jew drittijiet li jiġu installati faċilitajiet fi, minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata li jintużaw għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati li jiżguraw l-aqwa użu ta’ dawn ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi jkunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-għanijiet ġenerali ta’ din id-Direttiva.
2.  

Fir-rigward tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li t-tariffi applikabbli jkunu stabbiliti f’livell li jiżgura l-assenjazzjoni u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, inkluż billi:

(a) 

jistabbilixxu prezzijiet ta’ riżerva bħala tariffi minimi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju billi jqisu l-valur ta’ dawk id-drittijiet fl-użi alternattivi possibbli tagħhom;

(b) 

iqisu l-ispejjeż involuti bil-kondizzjonijiet mehmuża ma’ dawk id-drittijiet; u

(c) 

japplikaw, sa fejn hu l-aktar possibbli, arranġamenti tal-ħlas marbuta mad-disponibbiltà reali tal-użu tal-ispektrum tar-radju.



KAPITOLU II

Aċċess għall-art

Artikolu 43

Dritt ta’ aċċess

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità kompetenti tqis applikazzjoni għall-għoti ta’ drittijiet:

— 
biex jiġu installati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika jew privata lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew
— 
biex jiġu installati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief għall-pubbliku,

dik l-awtorità kompetenti:

(a) 

taġixxi abbażi ta’ proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni, ħlief fil-każ ta’ esproprjazzjoni, u

(b) 

issegwi l-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni fil-kondizzjonijiet li hija tehmeż ma’ dawk id-drittijiet.

Il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jvarjaw skont jekk l-applikant jipprovdix netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew le.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn awtoritajiet pubbliċi jew lokali jżommu l-proprjetà jew kontroll ta’ impriżi li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubbliċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, ikun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni responsabbli għall-għoti tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew kontroll.

Artikolu 44

Il-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati għall-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1.  

Fejn operatur ikun eżerċita d-dritt taħt il-liġi nazzjonali li jinstalla faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, jew inkella fuqha jew taħtha, jew ikun ħa vantaġġ minn proċedura għall-esproprjazzjoni jew għall-użu ta’ proprjetà, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-elementi tan-netwerk u tal-faċilitajiet assoċjati li jkunu installati fuq dik il-bażi, sabiex jipproteġu l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw l-għanijiet tal-ippjanar tal-ibliet u tal-irħula.

Il-kolokalizzazzjoni jew il-kondiviżjoni ta’ elementi tan-netwerk u ta’ faċilitajiet li jkunu installati u l-kondiviżjoni tal-proprjetà jistgħu jiġu imposti biss wara perijodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw opportunità jesprimu fehmiethom, u jistgħu jiġu imposti biss fiż-żoni speċifiċi li fihom din il-kondiviżjoni titqies neċessarja bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-ewwel subparagrafu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kondiviżjoni ta’ faċilitajiet jew ta’ proprjetà bħal dawn, inkluż art, bini, entrati tal-bini, wajers tal-bini, arbli, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet ta’ appoġġ, tubi, kondjuwits, tappieri, armadji jew miżuri li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi. Fejn neċessarju, Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità regolatorja nazzjonali jew kompetenti oħra għal xi wieħed jew aktar mill-kompiti li ġejjin:

(a) 

biex tikkoordina l-proċess previst f’dan l-Artikolu,

(b) 

biex taġixxi bħala punt uniku ta’ informazzjoni,

(c) 

biex tistabbilixxi regoli dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà u tal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi.

2.  
Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità kompetenti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati. Fejn ikun rilevanti, dawn il-miżuri għandhom jitwettqu b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.



KAPITOLU III

Aċċess għall-ispektrum tar-radju



Taqsima 1

Awtorizzazzjonijiet

Artikolu 45

Il-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju

1.  

B’kont debitu meħud tal-fatt li l-ispektrum tar-radju huwa beni pubbliku li għandu valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fit-territorju tagħhom skont l-Artikoli 3 u 4. Huma għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni, il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali, u l-għoti ta’ drittijiet individwali, ta’ użu għall-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi minn awtoritajiet kompetenti jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, li jiffavorixxu l-kompetittività, nondiskriminatorji u proporzjonati.

Bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali rilevanti, inkluż ir-Regolamenti tal-ITU tar-Radju u ftehimiet oħra adottati fil-qafas tal-ITU applikabbli għall-ispektrum tar-radju, bħall-ftehim milħuq fil-Konferenza Reġjonali dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2006, u jkunu jistgħu jqisu l-konsiderazzjonijiet tal-politika pubblika.

2.  

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju minn netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mal-Unjoni kollha, b’konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu fi tfittxija għal benefiċċji għall-konsumatur bħal kompetizzjoni, ekonomiji ta’ skala u interoperabbiltà ta’ netwerks u servizzi. Waqt li jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu skont l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, fost l-oħrajn billi:

(a) 

jippruvaw jiksbu kopertura broadband bla fili tat-territorju nazzjonali u tal-popolazzjoni tagħhom ta’ kwalità u ta’ veloċità għolja, kif ukoll kopertura tar-rotot tat-trasport nazzjonali u Ewropej ewlenin, inkluż in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(b) 

jiffaċilitaw l-iżvilupp rapidu fl-Unjoni ta’ teknoloġiji u ta’ applikazzjonijiet ġodda ta’ komunikazzjonijiet bla fil, inkluż meta jkun xieraq, f’approċċ transsettorjali;

(c) 

jiżguraw il-prevedibbiltà u l-konsistenza fl-għoti, it-tiġdid, l-emendar, il-limitazzjoni u l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju sabiex jiġu promossi investimenti fit-tul;

(d) 

jiżguraw, skont l-Artikoli 28 u 46 rispettivament, il-prevenzjoni ta’ interferenza transfruntiera jew nazzjonali li tkun dannuża, filwaqt li jieħdu miżuri xierqa u ta’ rimedju għal dak l-iskop;

(e) 

jippromwovu l-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju bejn użi simili jew differenti tal-ispektrum tar-radju skont id-dritt tal-kompetizzjoni;

(f) 

japplikaw l-iżjed sistema xierqa u l-inqas sistema oneruża ta’ awtorizzazzjoni possibbli skont l-Artikolu 46 b’tali mod li jiġu mmassimizzati l-flessibbiltà, il-kondiviżjoni u l-effiċjenza fl-użu tal-ispektrum tar-radju;

(g) 

japplikaw regoli għall-għoti, għat-trasferiment, għat-tiġdid, għall-modifikazzjoni u għall-irtirar tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju li jkunu stabbiliti b’mod ċar u trasparenti sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza, il-konsistenza u l-prevedibbiltà regolatorji;

(h) 

jippruvaw jiksbu konsistenza u prevedibbiltà fl-Unjoni kollha rigward il-mod kif l-użu tal-ispektrum tar-radju jiġi awtorizzat biex tiġi protetta s-saħħa pubblika b’kont meħud tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, u fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika għal banda tal-ispektrum tar-radju taħt id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-RSPG joħroġ opinjoni li tirrakkomanda l-aktar reġimi adatti ta’ awtorizzazzjoni għall-użu tal-ispektrum tar-radju f’dik il-banda jew f’partijiet minnha. Fejn xieraq u filwaqt li jieħu kont bis-sħiħ ta’ dik l-opinjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta rakkomandazzjoni bil-ħsieb li jiġi promoss approċċ konsistenti fl-Unjoni fir-rigward tar-reġimi ta’ awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dik il-banda.

Fejn il-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra l-adozzjoni ta’ miżuri skont l-Artikolu 39 (1), (4), (5) u (6), hija tista’ titlob l-opinjoni tal-RSPG fir-rigward tal-implikazzjonijiet ta’ kwalunkwe standard jew speċifikazzjoni bħal din għall-koordinazzjoni, għall-armonizzazzjoni u għad-disponibbiltà tal-ispektrum tar-radju. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-RSPG meta tieħu kwalunkwe pass sussegwenti.

3.  

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ domanda nazzjonali jew reġjonali tas-suq għall-użu ta’ banda fl-ispektrum armonizzat tar-radju, l-Istati Membri jistgħu jippermettu użu alternattiv ta’ dik il-banda kollha jew ta’ parti minnha, inkluż l-użu eżistenti, skont il-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, dment li:

(a) 

il-kostatazzjoni ta’ nuqqas ta’ domanda tas-suq għall-użu ta’ tali banda atkun ibbażata fuq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23, inkluża valutazzjoni li tħares ’il quddiem tad-domanda tas-suq;

(b) 

tali użu alternattiv ma jimpedixxix jew ixekkel id-disponibbiltà jew l-użu ta’ tali banda fi Stati Membri oħra; u

(c) 

l-Istat Membru kkonċernat iqis kif dovut id-disponibbiltà jew l-użu fit-tul ta’ tali banda fl-Unjoni u l-ekonomiji ta’ skala għat-tagħmir li jirriżultaw mill-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju fl-Unjoni.

Kwalunkwe deċiżjoni biex ikun permess l-użu alternattiv fuq bażi eċċezzjonali għandha tkun soġġetta għal rieżami regolari u għandha fi kwalunkwe każ tkun rieżaminata minnufih fuq talba debitament ġustifikata minn utent prospettiv lill-awtorità kompetenti għall-użu tal-banda skont il-miżura ta’ implimentazzjoni teknika. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni meħuda, flimkien mar-raġunijiet għaliha, kif ukoll bl-eżitu ta’ kwalunkwe rieżami.

4.  

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ teknoloġija użati għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu jistgħu jintużaw fl-ispektrum tar-radju ddikjarat disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan ta’ Allokazzjoni ta’ Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati u nondiskriminatorji fuq it-tipi ta’ teknoloġija tan-netwerk tar-radju jew tal-aċċess bla fili użati għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn dan ikun iġġustifikat biex:

(a) 

tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara;

(b) 

titħares is-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi, filwaqt li jittieħed kont bis-sħiħ tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE;

(c) 

tiġi żgurata kwalità teknika ta’ servizz;

(d) 

tiġi żgurata l-massimizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju;

(e) 

ikun issalvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju; jew

(f) 

jiġi żgurat li jinkiseb għan ta’ interess ġenerali taħt il-paragrafu 5.

5.  

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jkunu provduti fl-ispektrum tar-radju ddikjarat disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan ta’ Allokazzjoni ta’ Frekwenzi Nazzjonali tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu restrizzjonijiet proporzjonati u nondiskriminatorji fuq it-tipi ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li ser ikunu pprovduti, inkluż, fejn hu meħtieġ, biex jiġi sodisfatt rekwiżit skont ir-Regolamenti tal-ITU dwar ir-Radju.

Miżuri li jeħtieġu li jiġi provdut servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi f’banda speċifika disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikun ġustifikati sabiex jiġi żgurat l-adempiment ta’ objettiv ta’ interess ġenerali kif stabbilit mill-Istati Membri taħt il-liġi tal-Unjoni, inkluż iżda mhux limitat għal:

(a) 

sikurezza tal-ħajja;

(b) 

il-promozzjoni ta’ koeżjoni soċjali, reġjonali jew territorjali;

(c) 

l-evitar ta’ użu ineffiċjenti tal-ispektrum tar-radju; jew

(d) 

il-promozzjoni ta’ diversità kulturali u lingwistika u pluraliżmu tal-media, pereżempju il-forniment ta’ servizzi ta’ xandir bir-radju u t-televiżjoni.

Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta’ kull servizz ieħor ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi f’medda speċifika tista’ tiġi prevista biss fejn tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti s-servizzi tas-sikurezza tal-ħajja. L-Istati Membri jistgħu, b’mod eċċezzjonali, jestendu wkoll tali miżura sabiex jissodisfaw għanjiet ta’ interess ġenerali oħrajn kif stabbiliti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni.

6.  
L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, u għandhom jagħmlu pubbliċi r-riżultati ta’ dawk ir-rieżamijiet.
7.  
Ir-restrizzjonijiet stabbiliti qabel il-25 ta’ Mejju 2011 għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 4 u 5 sal-20 ta’ Diċembru 2018.

Artikolu 46

Awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju

1.  

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-użu ta’ spektrum, inkluż l-użu kondiviż, tar-radju taħt awtorizzazzjonijiet ġenerali u jillimitaw l-għoti tad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju għal sitwazzjonijiet fejn tali drittijiet huma neċessarji biex jimmassimizzaw l-użu effiċjenti fid-dawl tad-domanda u fil-waqt li jieħdu kont tal-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu. Fil-każijiet kollha l-oħra, dawn għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu tal-ispektrum tar-radju f’awtorizzazzjoni ġenerali.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq ir-reġim l-aktar xieraq għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju, filwaqt li jieħdu kont ta’:

(a) 

il-karatteristiċi speċifiċi tal-ispektrum tar-radju kkonċernat;

(b) 

il-bżonn ta’ protezzjoni kontra l-interferenza dannuża;

(c) 

l-iżvilupp ta’ kondizzjonijiet affidabbli għall-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju, fejn xieraq;

(d) 

il-ħtieġa li tkun żgurata l-kwalità teknika tal-komunikazzjonijiet jew tas-servizz;

(e) 

għanijiet ta’ interess ġenerali kif stabbiliti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;

(f) 

il-ħtieġa li jkun salvagwardat l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju.

Meta jkunu qed jikkunsidraw jekk joħorġux awtorizzazzjonijiet ġenerali jew jekk jagħtux drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju, filwaqt li jqisu l-miżuri ta’ implimentazzjoni teknika adottati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jimminimizzaw il-problemi ta’ interferenza dannuża, inkluż f’każijiet ta’ użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju abbażi ta’ taħlita ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u drittijiet individwali tal-użu.

Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li jawtorizzaw l-użu tal-ispektrum tar-radju abbażi ta’ taħlita ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u ta’ drittijiet individwali tal-użu, b’kont meħud tal-effetti probabbli ta’ taħlitiet differenti ta’ awtorizzazzjoni ġenerali u ta’ drittijiet individwali tal-użu u ta’ trasferimenti gradwali minn kategorija għall-oħra fuq il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u d-dħul fis-suq.

L-Istati Membri għandhom jippruvaw jimminimizzaw ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju billi jieħdu kont xieraq ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-ġestjoni ta’ interferenza dannuża sabiex jiġi impost l-inqas reġim ta’ awtorizzazzjoni oneruż possibbli.

2.  
Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet tal-użu kondiviż tal-ispektrum tar-radju jkunu stabbiliti b’mod ċar. Tali kondizzjonijiet għandhom jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni.

Artikolu 47

Kondizzjonijiet marbutin ma’ drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorbtu kondizzjonijiet mad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 13(1) b’tali mod li jiżguraw l-użu ottimali u l-aktar effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju. Dawn għandhom, qabel l-assenjazzjoni jew it-tiġdid ta’ tali drittijiet, jistabbilixxu b’mod ċar kwalunkwe tali kondizzjoni, inkluż il-livell ta’ użu meħtieġ u l-possibbiltà ta’ kummerċ jew ta’ leasing sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ dawk il-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 30. Il-kondizzjonijiet marbuta mat-tiġdid tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju ma għandhomx jipprovdu vantaġġi indebiti lid-detenturi eżistenti ta’ dawk id-drittijiet.

Tali kondizzjonijiet għandhom jispeċifikaw il-parametri applikabbli, inkluża kwalunkwe skadenza għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ użu, li f’każ li ma jiġux sodisfatti jagħtu d-dritt lill-awtorità kompetenti biex tirtira d-dritt ta’ użu jew timponi miżuri oħra.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-ħin u b’mod trasparenti, jikkonsultaw u jinfurmaw lill-partijiet interessati dwar il-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet individwali tal-użu qabel ma dawn jiġu imposti. Għandhom jiddeterminaw bil-quddiem il-kriterji għall-valutazzjoni tal-adempiment ta’ dawk il-kondizzjonijiet u għandhom jinfurmaw lill-partijiet interessati b’mod trasparenti.

2.  

Meta jorbtu kondizzjonijiet mad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju jew il-promozzjoni tal-kopertura, jipprevedu l-possibbiltajiet li ġejjin:

(a) 

il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva jew attiva li tiddependi fuq l-ispektrum tar-radju, jew il-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju,

(b) 

kif ukoll ftehimiet kummerċjali ta’ aċċess għal roaming, jew

(c) 

il-varar, b’mod konġunt, ta’ infrastrutturi għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimpedixxu l-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju fil-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju. L-implimentazzjoni mill-impriżi ta’ kondizzjonijiet marbuta skont dan il-paragrafu għandhom jibqgħu soġġetti għad-dritt tal-kompetizzjoni.



Taqsima 2

Drittijiet ta’ użu

Artikolu 48

L-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

1.  
Fejn ikun meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, meta mitluba, lil kull impriża għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 12, soġġett għall-Artikolu 13, għall-punt (c) tal-Artikolu 21(1) u għall-Artikolu 55, u għal kwalunkwe regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta’ dawk ir-riżorsi f’konformità ma’ din id-Direttiva.
2.  
Mingħajr preġudizzju għal kriterji u proċeduri speċifiċi adottati mill-Istati Membri għall-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju lil fornituri ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali skont il-liġi tal-Unjoni, id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju għandhom jingħataw permezz ta’ proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, uskont l-Artikolu 45.
3.  
Tista’ tapplika eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ proċeduri miftuħa fejn l-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju lill-fornituri ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ interess ġenerali kif definit mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw applikazzjonijiet għal drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju fil-kuntest tal-proċeduri tal-għażla skont kriterji ta’ eliġibbiltà oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji li jiġu stabbiliti minn qabel u li jirriflettu l-kondizzjonijiet li jridu jiġu marbuta ma’ dawn id-drittijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-informazzjoni neċessarja kollha mill-applikanti biex jivvalutaw, abbażi ta’ dawk il-kriterji, il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw ma’ dawk il-kondizzjonijiet. Fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li applikant ma għandux l-abilità meħtieġa, din għandha tagħti deċiżjoni motivata b’mod xieraq għal dan.
5.  
Meta jagħtu drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti jew leased mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kondizzjonijiet. L-Artikoli 45 u 51 għandhom japplikaw.
6.  
L-awtorità kompetenti għandha tieħu, tikkomunika u tagħmel pubbliċi d-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju malajr kemm jista’ jkun wara r-riċezzjoni tal-applikazzjoni kompluta u fi żmien sitt ġimgħat fil-każ ta’ spektrum tar-radju dikjarat disponibbli għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tal-Frekwenzi. Dak il-limitu ta’ żmien għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(7) u għal kwalunkwe ftehim internazzjonali applikabbli relatat mal-użu tal-ispektrum tar-radju jew ta’ pożizzjonijiet orbitali.

Artikolu 49

Id-durata tad-drittijiet

1.  
Fejn Stati Membri jawtorizzaw l-użu tal-ispektrum tar-radju permezz ta’ drittijiet individwali tal-użu għal perijodu limitat, dawn għandhom jiżguraw li d-dritt tal-użu jingħata għal perijodu li hu adatt fid-dawl tal-għanijiet segwiti skont l-Artikolu 55(2), b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kompetizzjoni, kif ukoll, b’mod partikolari, l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, u li jiġu promossi l-innovazzjoni u investimenti effiċjenti, inkluż billi jingħata lok għal perijodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta’ investiment.
2.  

Fejn l-Istati Membri jagħtu drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju li għalihom ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE biex ikun possibbli l-użu ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ broadband bla fili (“servizzi ta’ broadband bla fili”) għal perijodu limitat, huma għandhom jiżguraw prevedibbiltà regolatorja għad-detenturi tad-drittijiet għal mill-inqas 20 sena fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ investiment f’infrastruttura li tiddependi fuq l-użu ta’ tali spektrum tar-radju, b’kont meħud tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dan l-Artikolu huwa soġġett, fejn rilevanti, għal kwalunkwe modifika tal-kondizzjonijiet marbuta ma’ dawk id-drittijiet għall-użu skont l-Artikolu 18.

F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali drittijiet ikunu validi għal perijodu ta’ mill-inqas 15-il sena u jinkludu, fejn meħtieġ għall-konformità mal-ewwel subparagrafu, estensjoni adegwata tiegħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-kriterji ġenerali għal estensjoni tad-durata tad-drittijiet ta’ użu, b’mod trasparenti, għall-partijiet interessati kollha qabel ma jagħtu drittijiet ta’ użu, bħala parti mill-kondizzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 55(3) u (6). Tali kriterji ġenerali għandhom jikkonċernaw:

(a) 

il-ħtieġa li jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju kkonċernat, l-għanijiet segwiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 45(2), jew il-ħtieġa li jiġu sodisfatti għanijiet ta’ interess ġenerali relatati mas-sikurezza tal-ħajja, l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew id-difiża; u

(b) 

il-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni mingħajr distorsjoni.

Mhux aktar tard minn sentejn qabel jiskadi l-perijodu ta’ żmien inizjali ta’ dritt individwali ta’ użu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni oġġettiva u li tħares ’il quddiem tal-kriterji ġenerali stipulati għal estensjoni tad-durata ta’ dak id-dritt tal-użu fid-dawl tal-punt (c) tal-Artikolu 45(2). Dment li l-awtorità kompetenti ma bdietx azzjoni ta’ infurzar għan-nonkonformità mal-kondizzjonijiet tad-drittijiet ta’ użu skont l-Artikolu 30, hija għandha tagħti estensjoni tad-durata tad-dritt tal-użu ħlief jekk tikkonkludi li tali estensjoni ma tkunx tikkonforma mal-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-dritt dwar jekk għandhiex tingħata l-estensjoni tad-durata tad-dritt tal-użu jew le.

Jekk ma tistax tingħata tali estensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-Artikolu 48 għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għal dik il-banda speċifika tal-ispektrum tar-radju.

Kwalunkwe miżura taħt dan il-paragrafu għandha tkun proporzjonata, nondiskriminatorja, trasparenti u motivata.

B’deroga mill-Artikolu 23, il-partijiet interessati għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kwalunkwe abbozz ta’ miżura skont it-tielet u r-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għal perijodu ta’ mill-inqas tliet xhur.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 19 u 30.

Meta jistabbilixxu t-tariffi għad-dritt ta’ użu, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-mekkaniżmu previst taħt dan il-paragrafu.

3.  

Fejn ikun debitament iġġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

f’żoni ġeografikament limitati fejn l-aċċess għal netwerks b’veloċità għolja huwa skars ħafna jew nieqes u dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 45(2);

(b) 

għal proġetti speċifiċi ta’ terminu qasir;

(c) 

għal użu sperimentali;

(d) 

għal użi tal-ispektrum tar-radju li, skont l-Artikolu 45(4) u (5), li jistgħu jikkoeżistu ma’ servizzi ta’ broadband bla fili; jew

(e) 

għal użu alternattiv tal-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 45(3).

4.  
L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw id-durata tad-drittijiet ta’ użu stabbiliti f’dan l-Artikolu biex tiġi żgurata l-iskadenza simultanja tad-durata tad-drittijiet f’banda waħda jew aktar.

Artikolu 50

It-tiġdid ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju

1.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jieħdu deċiżjoni dwar it-tiġdid tad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju fil-ħin qabel l-iskadenza tad-durata ta’ dawk id-drittijiet, ħlief għal-liċenzji fejn, fil-mument tal-assenjazzjoni, il-possibbiltà ta’ tiġdid tkun ġiet espliċitament eskluża. Għal dak l-iskop, dawk l-awtoritajiet għandhom jivvalutaw il-ħtieġa ta’ tali tiġdid fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tad-detentur tad-dritt, u f’dan il-każ tal-aħħar mhux iżjed kmieni minn ħames snin qabel l-iskadenza tad-durata tad-drittijiet ikkonċernati. Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-klawsoli ta’ tiġdid applikabbli għad-drittijiet eżistenti.
2.  

Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fost l-oħrajn:

(a) 

it-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Artikolu 45(2) u l-Artikolu 48(2), kif ukoll tal-għanijiet ta’ politika pubblika skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b) 

l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ implimentazzjoni teknika adottata skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;

(c) 

ir-rieżami tal-implimentazzjoni xierqa tal-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt ikkonċernat;

(d) 

il-ħtieġa li tiġi promossa l-kompetizzjoni jew tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tiegħu skont l-Artikolu 52;

(e) 

il-ħtieġa li l-użu tal-ispektrum tar-radju jsir iktar effiċjenti fid-dawl tal-evoluzzjoni teknoloġika jew tas-suq;

(f) 

il-ħtieġa li jiġi evitat tfixkil gravi fis-servizz.

3.  

Meta jikkunsidraw it-tiġdid possibbli tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju li għalihom l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu jkun limitat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, u għandhom, fost l-oħrajn:

(a) 

jagħtu lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jesprimu fehmiethom permezz ta’ konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-Artikolu 23; u

(b) 

jiddikjaraw b’mod ċar ir-raġunijiet għal tali tiġdid possibbli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandhom iqisu kwalunkwe evidenza li tirriżulta mill-konsultazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tad-domanda tas-suq minn impriżi oħra apparti dawk li jkollhom id-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju fil-banda kkonċernata meta tiddeċiedi jekk iġġeddidx id-drittijiet ta’ użu jew torganizzax proċedura ta’ għażla ġdida sabiex tagħti d-drittijiet ta’ użu skont l-Artikolu 55.

4.  
Deċiżjoni li ġġedded id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju tista’ tiġi akkumpanjata minn rieżami tat-tariffi kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet l-oħrajn marbuta magħha. Meta jkun xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jaġġustaw it-tariffi tad-drittijiet ta’ użu skont l-Artikolu 42.

Artikolu 51

Trasferiment jew lease ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jistgħu jittrasferixxu jew jagħtu b’lease lil impriżi oħra drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li dan il-paragrafu ma japplikax fejn id-dritt individwali tal-impriża tal-użu għall-ispektrum tar-radju kien inizjalment mogħti bla ħlas jew assenjat għax-xandir.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni ta’ impriża li tittrasferixxi jew tagħti b’lease drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, kif ukoll it-trasferiment effettiv tagħhom tkun innotifikata skont proċeduri nazzjonali lill-awtorità kompetenti u tkun ippubblikata. Fil-każ ta’ spektrum armonizzat tar-radju, kwalunkwe tali trasferiment għandu jkun konformi ma’ talidużu armonizzat.
3.  

L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew il-lease ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju fejn jinżammu l-kondizzjonijiet oriġinali marbuta mad-drittijiet ta’ użu. Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat in-nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 52, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

jissottomettu t-trasferimenti u l-leases għall-proċedura li tkun l-inqas oneruża possibbli;

(b) 

ma jirrifjutawx il-lease ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju fejn il-lokatur jimpenja ruħu li jibqa’ responsabbli għall-adempiment tal-kondizzjonijiet oriġinali marbuta mad-drittijiet ta’ użu;

(c) 

ma jirrifjutawx it-trasferiment ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju sakemm ma jkunx hemm riskju ċar li d-detentur il-ġdid ma jkunx jista’ jissodisfa l-kondizzjonijiet oriġinali tad-dritt ta’ użu;

Kwalunkwe ħlas amministrattiv impost fuq l-impriżi b’konnessjoni mal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għat-trasferiment jew il-lease ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju għandu jikkonforma mal-Artikolu 16.

Il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu huma mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jinfurzaw il-konformità mal-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ta’ użu fi kwalunkwe żmien, kemm fir-rigward tal-lokatur kif ukoll tal-lokatarju, skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffaċilitaw it-trasferiment jew il-lease ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju billi jagħtu kunsiderazzjoni f’waqtha lil kwalunkwe talba biex jiġu adattati l-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt u billi jiġi żgurat li dawk id-drittijiet jew l-ispektrum tar-radju jkunu jistgħu jinqasmu jew jiġu diżaggregati bl-aqwa mod possibbli.

Fid-dawl ta’ kwalunkwe trasferiment jew lease ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu d-dettalji rilevanti relatati mad-drittijiet individwali kummerċjabbli f’format elettroniku standardizzat biex ikunu disponibbli għall-pubbliku u għandhom iżommu dawk id-dettalji sakemm jibqgħu jeżistu d-drittijiet.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati dawk id-dettalji rilevanti.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Artikolu 52

Kompetizzjoni

1.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippromwovu kompetizzjoni effettiva u jevitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern meta jiddeċiedu li jagħtu, jemendaw jew iġeddu drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità ma’ din id-Direttiva.
2.  

Meta l-Istati Membri jagħtu, jemendaw jew iġeddu d-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tagħhom, fuq parir ipprovdut minn awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jieħdu miżuri xierqa bħal:

(a) 

jillimitaw l-ammont ta’ baned tal-ispektrum tar-radju li għalih jingħataw drittijiet ta’ użu lil kwalunkwe impriża, jew f’ċirkustanzi ġustifikati, jorbtu kondizzjonijiet ma’ tali drittijiet ta’ użu, bħall-forniment ta’ aċċess għall-operaturi, ir-roaming nazzjonali jew reġjonali, f’ċerti baned jew f’ċerti gruppi ta’ baned b’karatteristiċi simili;

(b) 

jirriżervaw, jekk ikun adatt u ġustifikat fir-rigward ta’ sitwazzjoni speċifika fis-suq nazzjonali, ċerta parti minn banda jew grupp ta’ baned tal-ispektrum tar-radju għall-assenjazzjoni lil impriżi ġodda fis-suq;

(c) 

jirrifjutaw li jagħtu drittijiet ġodda tal-użu tal-ispektrum tar-radju jew jippermettu użi ġodda tal-ispektrum tar-radju f’ċerti baned, jew jorbtu kondizzjonijiet mal-għoti ta’ drittijiet tal-użi ġodda tal-ispektrum tar-radju jew mal-awtorizzazzjoni tal-użi ġodda tal-ispektrum tar-radju, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe assenjazzjoni, trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet ta’ użu;

(d) 

jinkludu kondizzjonijiet li jipprojbixxu jew jimponu kondizzjonijiet fuq trasferimenti ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, li ma jkunux soġġetti għall-kontroll tal-fużjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali, fejn dawn it-tipi tat-trasferimenti x’aktarx jirriżultaw fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni;

(e) 

jemendaw id-drittijiet eżistenti f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata ex-post distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, filwaqt li jqisu l-kondizzjonijiet tas-suq u l-parametri referenzjarji disponibbli, jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq valutazzjoni oġġettiva u li tħares ’il quddiem tal-kondizzjonijiet kompetittivi tas-suq, ta’ jekk tali miżuri humiex meħtieġa biex tinżamm jew tinkiseb kompetizzjoni effettiva, u tal-effetti probabbli ta’ tali miżuri fuq investimenti eżistenti u futuri minn parteċipanti tas-suq, b’mod partikolari għall-varar ta’ netwerks. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu kont tal-approċċ għall-analiżi tas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 67(2).

3.  
Meta japplikaw il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jaġixxu f’konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikoli 18, 19, 23 u 35.



Taqsima 3

Proċeduri

Artikolu 53

Koordinament ta’ meta jsiru assenjazzjonijiet

1.  
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jikkoordinaw l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni b’kont meħud tas-sitwazzjonijiet differenti tas-swieq nazzjonali. Din tista’ tinkludi l-identifikazzjoni ta’ data massima komuni waħda, jew, fejn ikun xieraq, ta’ diversi dati komuni li sal-wasla tagħhom l-użu ta’ ispektrum armonizzat speċifiku tar-radju għandu jiġi awtorizzat.
2.  
Fejn ikunu ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex jippermettu l-użu tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta’ broadband bla fili, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-ispektrum tar-radju, kemm jista’ jkun malajr u mill-inqas 30 xahar wara l-adozzjoni ta’ dik il-miżura, jew kemm jista’ jkun malajr wara t-tneħħija ta’ kwalunkwe deċiżjoni biex ikun permess l-użu alternattiv fuq bażi eċċezzjonali skont l-Artikolu 45(3) ta’ din id-Direttiva. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE) 2017/899 u għad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi atti leġislattivi.
3.  

Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal banda speċifika taħt iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

sa fejn iġġustifikat minn restrizzjoni fuq l-użu ta’ dik il-banda bbażata fuq l-għan ta’ interess ġenerali previst fil-punt (a) jew (d) tal-Artikolu 45(5);

(b) 

fil-każ ta’ kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni transfruntieri mhux solvuti li jirriżultaw f’interferenza dannuża ma’ pajjiżi terzi, dment li l-Istat Membru affettwat ikun, fejn xieraq, talab l-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(5);

(c) 

is-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali u d-difiża; jew

(d) 

force majeure.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrieżamina tali posponiment mill-inqas kull sentejn.

4.  

Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2 għal banda speċifika sa fejn neċessarju u sa 30 xahar fil-każ ta’:

(a) 

kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni transfruntieri mhux solvuti f’interferenza dannuża bejn l-Istati Membri, dment li l-Istat Membru affettwat ikun ħa l-miżuri meħtieġa kollha fil-ħin skont l-Artikolu 28(3) u (4);

(b) 

il-ħtieġa li tiġi żgurata, u l-kumplessità li tiġi żgurata, il-migrazzjoni teknika tal-utenti eżistenti ta’ dik il-banda.

5.  
F’każ ta’ posponiment taħt il-paragrafu 3 jew 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni fil-ħin, filwaqt li jagħti r-raġunijiet.

Artikolu 54

Għażla ta’ żmien kkoordinata tal-assenjazzjoni għal baned 5G speċifiċi

1.  

Sal-31 ta’ Diċembru 2020, għal sistemi terrestri kapaċi jipprovdu servizzi ta’ broadband bla fili, l-Istati Membri għandhom, fejn neċessarju biex jiġi ffaċilitat il-varar tal-5G, jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex:

(a) 

jirrikonoxxu u jippermettu l-użu ta’ blokok suffiċjentement kbar tal-banda 3.4 – 3.8 GHz;

(b) 

jippermettu l-użu ta’ mill-inqas 1 GHz tal-banda 24.25 – 27.5 Ghz, dment li hemm evidenza ċara ta’ domanda tas-suq u nuqqas ta’ restrizzjonijiet sinifikanti għall-migrazzjoni ta’ utenti eżistenti jew tqegħid għad-dispożizzjoni tal-banda.

2.  
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn ġustifikat, skont l-Artikolu 45(3) jew l-Artikolu 53(2), (3) jew (4).
3.  
Il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet armonizzati stabbiliti permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

Artikolu 55

Proċedura biex jiġi limitat l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu li għandhom jingħataw għall-ispektrum tar-radju

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53, fejn Stat Membru jikkonkludi li dritt ta’ użu għall-ispektrum tar-radju ma jistax ikun soġġett għal awtorizzazzjonijiet ġenerali u fejn jikkunsidra jekk jillimitax l-għadd tad-drittijiet ta’ użu li jridu jingħataw għall-ispektrum tar-radju, huwa għandu, fost l-oħrajn:

(a) 

b’mod ċar jiddikjara r-raġunijiet għal-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ użu, b’mod partikolari billi jieħu kont debitu tal-ħtieġa li jimmassimizza l-benefiċċji għall-utenti u li jiffaċilita l-iżvilupp tal-kompetizzjoni, u jirrieżamina, skont kif meħtieġ, il-limitazzjoni f’intervalli regulari jew fuq it-talba raġonevoli tal-impriżi affettwati;

(b) 

jagħti lill-partijiet kollha interessati, nklużi utenti u konsumaturi, l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kull limitazzjoni permezz ta’ konsultazzjoni pubblika skont Artikolu 23.

2.  

Meta Stat Membru jikkonkludi li l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu għandu jiġi limitat, dan għandu jistabbilixxi b’mod ċar, u jagħti r-raġunijiet għal, l-għanijiet segwiti permezz ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva taħt dan l-Artikolu, u fejn possibbli għandu jikkwantifikahom, filwaqt li jagħti l-importanza mistħoqqa għall-ħtieġa li jiġu sodisfatti l-għanijiet tas-suq nazzjonali u intern. L-għanijiet li l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi bil-ħsieb li titfassal proċedura speċifika tal-għażla għandhom, flimkien mal-promozzjoni tal-kompetizzjoni, ikunu limitati għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-promozzjoni tal-kopertura;

(b) 

l-iżgurar tal-kwalità meħtieġa tas-servizz;

(c) 

il-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, inkluż billi jittieħed kont tal-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt ta’ użu u tal-livell tat-tariffi;

(d) 

il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp tan-negozju.

L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandha tiddefinixxi u tiġġustifika b’mod ċar is-selezzjoni tal-proċedura tal-għażla, inkluż kwalunkwe fażi preliminari biex ikun hemm aċċess għall-proċedura tal-għażla. Din għandha wkoll tiddikjara b’mod ċar l-eżitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni relatata tas-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq u għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-użu u selezzjoni possibbli ta’ miżuri skont l-Artikolu 35.

3.  
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni dwar il-proċedura tal-għażla magħżula u r-regoli relatati, filwaqt li jiddikjaraw b’mod ċar ir-raġunijiet għaliha. Għandhom jippubblikaw ukoll il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu marbuta mad-drittijiet ta’ użu.
4.  
Wara li jkun stabbilixxa l-proċedura tal-għażla, l-Istat Membru għandu jistieden applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu.
5.  
Fejn Stat Membru jikkonkludi li jistgħu jingħataw drittijiet addizzjonali ta’ użu għall-ispektrum tar-radju jew kombinazzjoni tal-awtorizzazzjoni ġenerali u ta’ drittijiet individwali tal-użu, huwa għandu jippubblika dik il-konklużjoni u jibda l-proċess għall-għoti ta’ tali drittijiet.
6.  
Fejn l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju jeħtieġ li jkun limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet abbażi ta’ kriterji tal-għażla u proċedura tal-għażla li jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. Kwalunkwe tali kriterju tal-għażla għandu jagħti l-importanza dovuta lill-kisba tal-objettivi u lir-rekwiżiti fl-Artikoli 3, 4, 28 u 45.
7.  

Fejn għandhom jintużaw proċeduri ta’ għażla kompetittivi jew komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 48(6) sakemm ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li dawk il-proċeduri jkunu ġusti, raġonevoli, miftuħa u trasparenti għall-partijiet interessati kollha, iżda b’mhux aktar minn tmien xhur, soġġett għal kwalunkwe skeda ta’ żmien speċifika stabbilita skont l-Artikolu 53.

Dawk it-termini ta’ żmien għandhom ikunu bla preġudizzju għal kull ftehim internazzjonali applikabbli relatat mal-użu tal-ispektrum tar-radju u l-koordinazzjoni tas-satelliti.

8.  
Dan Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 51.



KAPITOLU IV

L-introduzzjoni u l-użu tat-tagħmir tan-netwerk bla fil

Artikolu 56

L-aċċess għan-netwerks taż-żona lokali bir-radju

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-forniment tal-aċċess permezz ta’ RLANs għal netwerk pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif ukoll l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju għal dak il-forniment, soġġett biss għall-kondizzjonijiet applikabbli tal-awtorizzazzjoni ġenerali relatata mal-użu tal-ispektrum tar-radju kif imsemmi fl-Artikolu 46(1).

Fejn dak il-forniment ma jkunx parti minn attività ekonomika jew ikun anċillari għal attività ekonomika jew għal servizz pubbliku li ma jiddependix fuq it-twassil tas-sinjali f’dawk in-netwerks, kwalunkwe impriża, awtorità pubblika jew utent finali li jipprovdi tali aċċess ma għandux ikun soġġett għal xi awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 12, għal xi obbligi fir-rigward tad-drittijiet tal-utenti finali skont it-Titolu II tal-Parti III, jew għal obbligi ta’ interkonnessjoni tan-netwerks tagħhom skont l-Artikolu 61(1).

2.  
Għandu japplika l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/31/KE.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimpedixxu lill-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew lis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament milli jippermettu lill-pubbliku l-aċċess għan-netwerks tagħhom permezz ta’ RLAN, li jistgħu jinsabu fi stabbiliment ta’ utent finali, soġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli tal-awtorizzazzjoni ġenerali u għall-ftehim infurmat minn qabel tal-utent finali.
4.  

F’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-fornituri tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament ma jirrestrinġux unilateralment jew jimpedixxu lill-utenti finali milli:

(a) 

jaċċessaw RLANs tal-għażla tagħhom provduti minn partijiet terzi; jew

(b) 

jippermettu b’mod reċiproku jew b’mod iktar ġenerali li utenti finali oħra jaċċessaw in-netwerks ta’ tali fornituri permezz ta’ RLANs, inkluż abbażi ta’ inizjattivi ta’ partijiet terzi li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-RLANs ta’ utenti finali differenti.

5.  
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jillimitaw jew jimpedixxu lill-utenti finali milli jippermettu l-aċċess, reċiproku jew b’xi mod ieħor, għall-RLANs tagħhom minn utenti finali oħra, inkluż abbażi ta’ inizjattivi ta’ partijiet terzi li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-RLANs ta’ utenti finali differenti.
6.  

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn l-forniment tal-aċċess lill-pubbliku għall-RLANs:

(a) 

minn korpi tas-settur pubbliku jew f’żoni pubbliċi qrib stabbilimenti okkupati minn tali korpi tas-settur pubbliku, meta dak il-forniment ikun anċillari għas-servizzi pubbliċi pprovduti f’dawk l-istabbilimenti;

(b) 

minn inizjattivi ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi jew korpi tas-settur pubbliku li jaggregaw u jagħmlu aċċessibbli b’mod reċiproku jew b’mod iktar ġenerali l-RLANs ta’ utenti finali differenti, inkluż, meta jkun applikabbli, l-RLANs li għalihom jiġi pprovdut l-aċċess pubbliku f’konformità mal-punt (a).

Artikolu 57

L-introduzzjoni u t-tħaddim tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira

1.  

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li kwalunkwe regola li tirregola l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira tkun konsistenti fuq livell nazzjonali. Tali regoli għandhom ikunu ppubblikati minn qabel l-applikazzjoni tagħhom.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jissoġġettaw l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti skont il-paragrafu 2 għal kwalunkwe permess ta’ ppjanar urban individwali jew għal permessi individwali oħra anterjuri.

B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu permessi għall-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira fuq bini jew siti ta’ valur arkitettoniku, storiku jew naturali protetti skont il-liġi nazzjonali jew, fejn meħtieġ, għal raġunijiet ta’ sikurezza pubblika. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/61/UE għandu japplika għall-għoti ta’ dawk il-permessi.

2.  

Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi bħad-daqs massimu, il-piż massimu u, fejn xieraq, il-potenza massima ta’ emissjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

L-ewwel tali att delegat għandu jiġi adottat sat-30 ta’ Ġunju 2020.

3.  
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE u għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni applikabbli għall-użu tal-ispektrum tar-radju rilevanti.
4.  
L-Istati Membri għandhom, billi japplikaw, fejn rilevanti, il-proċeduri adottati skont id-Direttiva 2014/61/UE, jiżguraw li l-operaturi jkollhom id-dritt li jaċċessaw kull infrastruttura fiżika kkontrollata minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali pubbliċi, li hija teknikament adattata biex tospita punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira jew li tkun meħtieġa biex jgħaqqdu tali punti ta’ aċċess ma’ netwerk ta’ bażi, inkluż tagħmir tat-toroq, bħal arbli tad-dawl, sinjali tat-toroq, dwal tat-traffiku, kartelluni, waqfiet tax-xarabank u tat-tramm, u stazzjonijiet tal-metro. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess skont termini u kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli, trasparenti u nondiskriminatorji, li għandhom isiru pubbliċi f’punt ta’ informazzjoni uniku.
5.  
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim kummerċjali, l-użu ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi tariffi jew imposti li jmorru lil hinn mill-imposti amministrattivi skont l-Artikolu 16.

Artikolu 58

Regolamenti tekniċi dwar il-kampijiet elettromanjetiċi

Il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/1535 għandhom japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe abbozz ta’ miżura minn Stat Membru li timponi rekwiżiti għall-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira fir-rigward ta’ kampijiet elettromanjetiċi differenti minn dawk previsti fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.



TITOLU II

AĊĊESS



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali, prinċipji ta’ aċċess

Artikolu 59

Qafas ġenerali għall-aċċess u l-interkonnessjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda restrizzjonijiet li jimpedixxu impriżi fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti milli jinnegozjaw bejniethom ftehim jew arranġamenti tekniċi u kummerċjali għall-aċċess jew interkonnessjoni, skont il-liġi tal-Unjoni. L-impriża li titlob aċċess jew interkonnessjoni ma għandhiex il-ħtieġa li tkun awtorizzata li topera fl-Istat Membru fejn jintalbu l-aċċess jew l-interkonnessjoni, jekk ma tkunx qed tipprovdi servizzi jew ma tkunx topera netwerk f’dak l-Istat Membru.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu fis-seħħ miżuri legali jew amministrattivi li jeżiġu li l-impriżi, meta jagħtu aċċess jew interkonnessjoni, joffru termini u kondizzjonijiet differenti lil impriżi differenti għal servizzi ekwivalenti jew miżuri li jimponu obbligi li mhumiex relatati mal-aċċess u servizzi ta’ interkonnessjoni attwalment fornuti mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 60

Drittijiet u obbligi ta’ impriżi

1.  
L-operaturi ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan skont l-Artikolu 15, l-obbligu li jinnegozjaw ma’ xulxin l-interkonnessjoni ta’ netwerk bl-iskop li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabilità tas-servizzi mal-Unjoni kollha. L-operaturi għandhom joffru aċċess u interkonnessjoni lill-impriżi oħra fuq termini u kondizzjonijiet konsistenti mal-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikoli 61, 62 u 68.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li impriżi li jakkwistaw informazzjoni minn impriża oħra qabel, matul jew wara l-proċess tan-negozjar tal-arranġamenti għall-aċċess jew interkonnessjoni jużaw dik l-informazzjoni unikament għall-għan li għalih kienet provduta u li jirrispettaw f’kull waqt il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna. Tali impriżi ma għandhomx jgħaddu l-informazzjoni riċevuta lil xi parti oħra, b’mod partikolari dipartimenti oħra, sussidjarji jew sħab, li għalihom dik l-informazzjoni tista’ tipprovdi vantaġġ kompetittiv.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li n-negozjati jitmexxew permezz ta’ intermedjarji newtrali meta l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu jirrikjedu dan.



KAPITOLU II

Aċċess u interkonnessjoni

Artikolu 61

Setgħat u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra fir-rigward ta’ aċċess u interkonnessjoni

▼C1

1.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, waqt li jaġixxu biex jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, iħeġġu u fejn xieraq jiżguraw, skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, aċċess u interkonnessjoni adegwati, u interoperabbiltà ta’ servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom b’mod li jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli l-introduzzjoni ta’ netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna, investiment u innovazzjoni effiċjenti, u jagħtu l-benefiċċju massimu lill-utenti finali.

▼B

Dawn għandhom jipprovdu gwida u jippubblikaw l-proċeduri applikabbli biex jinkisbu l-aċċess u l-interkonnessjoni biex jiġi żgurat li l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u operaturi b’firxa ġeografika limitata jistgħu jibbenefikaw mill-obbligi imposti.

▼C1

2.  

B’mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta’ impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 68, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-punti (b) u (c) ta’ dan is-subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom ikunu jistgħu jimponu:

▼B

(a) 

sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata konnettività tarf sa tarf, obbligi fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, inkluża, f’każijiet ġustifikati, l-obbligazzjoni li jagħmlu interkonnessjoni tan-netwerk tagħhom fejn dan ma jkunx diġà l-każ;

(b) 

f’każijiet iġġustifikati u sa fejn meħtieġ, obbligi, fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali, li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli;

(c) 

f’każijiet ġustifikati, fejn il-konnettività minn tarf sa tarf bejn utenti finali hija pperikolata minħabba nuqqas ta’ interoperabbiltà bejn servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, u sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-konnettività bejn utenti finali, obbligi fuq fornituri rilevanti ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri li jilħqu livell sinifikanti ta’ kopertura u użu mill-utenti, sabiex isiru interoperabbli s-servizzi tagħhom;

(d) 

sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għas-servizzi tar-radju diġitali u x-xandir televiżiv u servizzi komplementarji relatati speċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi li jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fil-Parti II tal-Anness II dwar termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji.

L-obbligi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu imposti biss:

(i) 

sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, u jistgħu jinkludu obbligi proporzjonati fuq fornituri ta’ dawk is-servizzi biex jippubblikaw u jippermettu l-użu, il-modifika u r-ridistribuzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet u fornituri oħra, jew biex jużaw u jimplimentaw standards jew speċifikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 39(1) jew ta’ kwalunkwe standard Ewropew jew internazzjonali rilevanti ieħor,

(ii) 

fejn il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-BEREC u billi tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tiegħu, tkun sabet li jkun hemm theddida konsiderevoli għall-konnettività minn tarf sa tarf fl-Unjoni Ewropea kollha jew mill-inqas fi tliet Stati Membri u tkun adottat miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jaf jiġi impost.

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (ii) tat-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

3.  

B’mod partikolari, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi, fuq talba raġonevoli, biex jingħata aċċess għall-wajers u għall-kejbils u l-faċilitajiet assoċjati fil-bini jew sal-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni kif determinat mill-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn dak il-punt ikun jinsab barra l-bini. Fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet li r-replikazzjoni ta’ tali elementi tan-netwerk ma tkunx effiċjenti ekonomikament jew prattikabbli fiżikament, tali obbligi jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew fuq il-proprjetarji ta’ tali wajers u kejbils u faċilitajiet assoċjati, fejn dawk il-proprjetarji ma jkunux fornituri ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-kondizzjonijiet imposti tal-aċċess jistgħu jinkludu regoli speċifiċi dwar l-aċċess għal tali elementi tan-netwerk u għall-faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, dwar it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-aċċess, li meta jkun xieraq, jiġu aġġustati biex jitqiesu l-fatturi ta’ riskju.

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi, filwaqt li tqis, fejn applikabbli, l-obbligi li jirriżultaw minn kwalunkwe analiżi tas-suq rilevanti, li l-obbligi imposti skont l-ewwel subparagrafu ma jindirizzawx suffiċjentement ostakli ekonomiċi jew fiżiċi kbar u mhux transitorji għar-replikazzjoni li fuqhom hija bbażata sitwazzjoni tas-suq eżistenti jew emerġenti li tillimita b’mod sinifikanti l-eżiti kompetittivi għal utenti finali, hija tista’ testendi l-impożizzjoni ta’ tali obbligi ta’ aċċess, b’termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew distribuzzjoni, sa punt li hija tiddetermina bħala l-eqreb għall-utenti finali kapaċi li jospitaw għadd suffiċjenti ta’ konnessjonijiet ta’ utenti finali li għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli għal dawk li jfittxu aċċess effiċjenti. Meta tiddetermina sa fejn tasal l-estensjoni lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-linji gwida rilevanti tal-BEREC. Jekk ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi tal-aċċess attivi jew virtwali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jimponu obbligi skont it-tieni subparagrafu fuq fornituri ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi meta jiddeterminaw li:

(a) 

il-fornitur ikollu l-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 80(1) u jagħmel disponibbli mezz alternattiv vijabbli u simili lil utenti finali billi jipprovdi aċċess għal netwerk b’kapaċità kbira ħafna lil kwalunkwe impriża, b’termini u kondizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli; l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu dik l-eżenzjoni għal fornituri oħra li joffru, b’termini u kondizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli, aċċess għal netwerk b’kapaċità kbira ħafna; jew

(b) 

l-impożizzjoni ta’ obbligi tikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika jew finanzjarja tal-introduzzjoni ta’ netwerk ġdid b’mod partikolari minn proġetti lokali iżgħar.

B’deroga mill-punt (a) tat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq fornituri ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak il-punt fejn in-netwerk ikkonċernat ikun iffinanzjat pubblikament.

Sal-21 ta’ Diċembru 2020, il-BEREC jista’ jippubblika linji gwida biex jippromwovi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, billi jistabbilixxi l-kriterji rilevanti biex jiġu determinati:

(a) 

l-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew distribuzzjoni;

(b) 

il-punt, lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, kapaċi li jospita għadd suffiċjenti ta’ konnessjonijiet ta’ utenti finali biex impriża effiċjenti tkun tista’ tegħleb l-ostakli sinifikanti għar-replikabbiltà identifikati;

(c) 

liema introduzzjonijiet ta’ netwerks jistgħu jitqiesu bħala ġodda;

(d) 

liema proġetti jistgħu jitqiesu bħala żgħar; u

(e) 

liema ostakli ekonomiċi jew fiżiċi għar-replikazzjoni huma kbar u mhux transitorji.

4.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq l-impriżi li jipprovdu jew li jkunu awtorizzati li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, obbligi rigward il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva jew obbligi biex jiġu konklużi ftehimiet ta’ aċċess għal roaming lokalizzat, fiż-żewġ każijiet jekk ikunu direttament neċessarji għall-forniment lokali ta’ servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dment li l-ebda mezz alternattiv vijabbli u simili ta’ aċċess għal utenti finali ma jsir disponibbli għal xi impriża b’termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu tali obbligi biss fejn din il-possibbiltà tkun ġiet prevista b’mod ċar mal-għoti tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet li, fiż-żona soġġetta għal tali obbligi, l-introduzzjoni ta’ infrastruttura xprunata mis-suq għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju tkun soġġetta għal ostakli ekonomiċi jew fiżiċi li ma jistgħux jiġu megħluba u għalhekk l-aċċess għan-netwerks jew is-servizzi mill-utenti finali ikun skars ħafna jew nieqes għal kollox. F’dawn iċ-ċirkustanzi fejn l-aċċess u l-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva waħedhom ma jkunux biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura attiva.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu:

(a) 

il-ħtieġa li tiġi massimizzata l-konnettività fl-Unjoni kollha, tul ir-rotot ewlenin tat-trasport u b’mod partikolari żoni territorjali, u l-possibbiltà li tiżdied b’mod sinifikanti l-għażla ta’ servizzi u servizzi ta’ kwalità ogħla għall-utenti finali;

(b) 

l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju;

(c) 

il-fattibbiltà teknika tal-kondiviżjoni u l-kondizzjonijiet assoċjati;

(d) 

l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura kif ukoll kompetizzjoni bbażata fuq is-servizz;

(e) 

l-innovazzjoni teknoloġika;

(f) 

il-ħtieġa essenzjali li jiġi appoġġat l-inċentiv għall-ospitant biex l-ewwel nett ivara l-infrastruttura.

F’każ ta’ soluzzjoni tat-tilwim, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu fuq il-benefiċjarju tal-obbligu ta’ kondiviżjoni jew ta’ aċċess, l-obbligu li jikkondividi l-ispektrum tar-radju mal-ospitant tal-infrastruttura fiż-żona rilevanti.

5.  
L-obbligi u l-kondizzjonijiet imposti skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, dawn għandhom ikunu implimentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra li imponew tali obbligi u kondizzjonijiet għandhom jivvalutaw ir-riżultati tagħhom sa ħames snin wara l-adozzjoni tal-miżura preċedenti adottata f’relazzjoni mal-istess impriżi u għandhom jivvalutaw jekk ikunx xieraq li jiġu rtirati jew emendati fid-dawl tal-kondizzjonijiet li jevolvu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jinnotifikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tagħhom skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.
6.  
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha s-setgħa li tintervjeni fuq l-inizjattiva tagħha stess fejn ġustifikat sabiex jiġu żgurati l-għanijiet ta’ politika tal-Artikolu 3, skont din id-Direttiva u, b’mod partikolari, mal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32.
7.  
Sal-21 ta’ Ġunju 2020, sabiex jingħata kontribut għal definizzjoni konsistenti ta’ fejn jinsabu l-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC għandu jadotta linji gwida dwar approċċi komuni għall-identifikazzjoni tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk f’topoloġiji differenti tan-netwerk, wara li jagħmel konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta’ dawk il-linji gwida meta jiddefinixxu l-lok tal-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk.

Artikolu 62

Sistemi ta’ aċċess kondizzjonali u faċilitajiet oħra

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li il-kondizzjonijiet stipulati fil-Parti I tal-Anness II japplikaw b’relazzjoni mal-aċċess kondizzjonali għas-servizzi ta’ televiżjoni u ta’ radju diġitali mxandra lit-telespettaturi u s-semmiegħa fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezz ta’ trażmissjoni.
2.  

Fejn, bħala riżultat ta’ analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67(1), awtorità regolatorja nazzjonali ssib li impriża waħda jew aktar ma jkollhomx saħħa sinifikanti tas-suq fis-suq rilevanti, hija tista’ temenda jew tirtira l-kondizzjonijiet fir-rigward ta’ dawk l-impriżi, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32, biss sa fejn:

(a) 

l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u l-kanali u s-servizzi tax-xandir speċifikati skont l-Artikolu 114 ma jintlaqtux ħażin b’dik l-emenda jew dak l-irtirar; u

(b) 

il-prospetti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq li ġejjin ma jintlaqtux ħażin b’tali emenda jew irtirar:

(i) 

servizzi bl-imnut ta’ xandir bit-televiżjoni u bir-radju diġitali; u

(ii) 

sistemi għall-aċċess kondizzjonali u faċilitajiet assoċjati oħra.

Għandu jingħata perijodu adatt ta’ avviż lill-partijiet affettwati b’tali emenda jew irtirar tal-kondizzjonijiet.

3.  
Il-kondizzjonijiet applikati skont dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi b’relazzjoni mal-aspett ta’ preżentazzjoni ta’ EPGs u faċilitajiet ta’ elenkar u ta’ navigazzjoni simili.
4.  
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom, kemm jista’ jkun malajr wara l-20 ta’ Diċembru 2018 u perjodikament wara, li jirrieżaminaw il-kondizzjonijiet applikati skont dan l-Artikolu, billi jwettqu analiżi tas-suq skont l-Artikolu 67(1) biex jiddeterminaw jekk iżommux, jemendawx jew jirtirawx il-kondizzjonijiet applikati.



KAPITOLU III

Analiżi tas-suq u saħħa sinifikanti fis-suq

Artikolu 63

Impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq

1.  
Fejn din id-Direttiva tirrikjedi li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jistabbilixxu jekk impriżi jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 67, il-paragrafu 2 ta’ dan Artikolu għandu japplika.
2.  

Impriża għandha titqies li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq jekk, jew individwalment jew konġuntement ma’ oħrajn tgawdi pożizzjoni ekwivalenti ta’ dominanza, jiġifieri pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika li tagħtiha s-saħħa li ġġib ruħha sa limitu apprezzabbli indipendentement mill-kompetituri, klijenti jew klijenti eventwali.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jaġixxu, meta jivvalutaw jekk żewġ impriżi jew aktar humiex f’pożizzjoni dominanti konġunta fis-suq, skont il-liġi tal-Unjoni u jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq ippubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 64.

3.  
Fejn impriża jkollha saħħa sinifikanti f’suq speċifiku, tista’ wkoll tiġi deżinjata bħala li għandha tali saħħa f’suq ieħor li jkun relatat mill-qrib, fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq jippermettu li s-saħħa fis-suq speċifiku tagħti l-effett ta’ leverage fis-suq relatat mill-qrib, biex b’hekk tissaħħaħ is-saħħa tal-impriża fis-suq. Konsegwentement, jistgħu jiġu applikati rimedji mmirati biex jimpedixxu tali leverage fis-suq relatat mill-qrib skont l-Artikoli 69, 70, 71 u 74.

Artikolu 64

Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq

1.  

Wara l-konsultazzjoni pubblika inkluż mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u wara li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni, għandha tadotta r-Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta’ Prodotti u Servizzi Rilevanti (’ir-Rakkomandazzjoni’). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta’ prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f’din id-Direttiva, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu definiti f’każijiet speċifiċi skont id-dritt tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi s-swieq tal-prodotti u tas-servizzi fir-Rakkomandazzjoni fejn, wara li tosserva x-xejriet globali fl-Unjoni, ssib li kull wieħed mit-tliet kriterji elenkati fl-Artikolu 67(1) ġie sodisfatt.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-rakkomandazzjoni sal-21 ta’ Diċembru 2020 u regolarment sussegwentementi.

2.  
Wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għall-analiżi tas-suq u l-valutazzjoni tas-saħħa sinifikanti fis-suq (“il-linji gwida SMP”) li għandhom ikunu skont il-prinċipji rilevanti tad-dritt tal-kompetizzjoni. Il-linji gwida SMPgħandhom jinkludu gwida għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ saħħa sinifikanti fis-suq għall-kuntest speċifiku ta’ regolamentazzjoni ex ante tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’kont meħud tat-tliet kriterji elenkati fl-Artikolu 67(1).
3.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddefinixxu, wara li jittieħed kont bis-sħiħ tar-Rakkomandazzjoni u tal-linji gwida SMP, is-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju tagħhom billi jittieħed kont, fost l-oħrajn, tal-livell ta’ kompetizzjoni fil-livell tal-infrastruttura f’dawk iż-żoni, skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fejn rilevanti, jieħdu kont ukoll tar-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq skont l-Artikolu 22(1). Huma għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.

Artikolu 65

Il-proċedura għall-identifikazzjoni tas-swieq transnazzjonali

1.  
Jekk il-Kummissjoni jew minn tal-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati jissottomettu talba motivata inkluż evidenza ta’ sostenn, il-BEREC għandu jwettaq analiżi ta’ suq transnazzjonali potenzjali. Wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u b’kont meħud bis-sħiħ tal-analiżi mwettqa mill-BEREC, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jidentifikaw is-swieq transnazzjonali skont il-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni u filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tar-Rakkomandazzjoni u l-linji gwida SMP adottati skont l-Artikolu 64.
2.  

Fil-każ tas-swieq transnazzjonali identifikati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ikkonċernati għandhom konġuntement iwettqu analiżi tas-suq, waqt li jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida SMP u jiddeċiedu b’mod miftiehem dwar kwalunkwe impożizzjoni, manutenzjoni, emenda jew irtirar tal-obbligi regolatorji msemmija fl-Artikolu 67(4). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’mod konġunt l-abbozz ta’ miżuri tagħhom rigward l-analiżi tas-suq u kwalunkwe obbligu regolatorju skont l-Artikoli 32 u 33.

Żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew iktar jistgħu wkoll jinnotifikaw b’mod konġunt l-abbozz ta’ miżuri tagħhom rigward l-analiżi tas-suq u kwalunkwe obbligu regolatorju fin-nuqqas ta’ swieq transnazzjonali, meta jqisu li l-kondizzjonijiet tas-suq fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom ikunu omoġenji biżżejjed.

Artikolu 66

Il-proċedura għall-identifikazzjoni tad-domanda transnazzjonali

1.  

Il-BEREC għandu jwettaq analiżi tad-domanda transnazzjonali tal-utenti finali għal prodotti u għal servizzi li jkunu pprovduti f’suq wieħed jew iktar tal-Unjoni elenkat/i fir-Rakkomandazzjoni, jekk jirċievi talba motivata li tipprovdi evidenza ta’ sostenn mill-Kummissjoni jew minn tal-inqas żewġ awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati u li tindika li jkun hemm problema serja fid-domanda li trid tiġi indirizzata. Il-BEREC jista’ wkoll iwettaq din l-analiżi jekk jirċievi talba motivata minn parteċipanti fis-suq li tipprovdi biżżejjed evidenza ta’ sostenn u jikkunsidra li jkun hemm problema serja fid-domanda li trid tiġi indirizzata. L-analiżi tal-BEREC hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe sejba tas-swieq transnazzjonali skont l-Artikolu 65(1) u għal kwalunkwe sejba tas-swieq ġeografiċi nazzjonali jew sottonazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 64(3).

Dik l-analiżi tad-domanda transnazzjonali tal-utenti finali tista’ tinkludi prodotti u servizzi li jkunu pprovduti fi swieq ta’ prodotti jew ta’ servizzi li jkunu ġew definiti b’modi differenti minn awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar meta jkunu tqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, diment li dawk il-prodotti u s-servizzi jkunu sostitwibbli b’dawk ipprovduti f’wieħed mis-swieq elenkati fir-Rakkomandazzjoni.

2.  
Jekk il-BEREC jikkonkludi li d-domanda transnazzjonali tal-utenti finali teżisti, hija sinifikanti u mhijiex sodisfatta biżżejjed bil-provvista fuq bażi kummerċjali jew regolata, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-BEREC għandu joħroġ linji gwida dwar approċċi komuni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jissodisfaw id-domanda transnazzjonali identifikata, inkluż meta jkun xieraq, meta jimponu rimedji skont l-Artikolu 68. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta’ dawk il-linji gwida meta jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dawk il-linji gwida jistgħu jipprovdu l-bażi għall-interoperabilità ta’ prodotti ta’ aċċess bl-ingrossa mal-Unjoni kollha u jistgħu jinkludu gwida għall-armonizzazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ prodotti ta’ aċċess bl-ingrossa li huma kapaċi jissodisfaw tali domanda transnazzjonali identifikata.

Artikolu 67

Proċedura ta’ analiżi tas-suq

1.  

L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jiddeterminaw jekk suq rilevanti definit skont l-Artikolu 64(3) ikunx tali li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbilit f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida SMP u għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32 meta jkunu qed iwettqu tali analiżi.

Suq jista’ jiġi kkunsidrat li jiġġustifika l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji stabbiliti f’din id-Direttiva jekk ikunu sodisfatti l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

ikunu preżenti ostakli strutturali, legali jew regolatorji kbar u mhux transitorji għad-dħul;

(b) 

ikun hemm struttura tas-suq li ma tkunx tidher inklinata lejn kompetizzjoni effettiva fil-medda taż-żmien rilevanti, wara li jkun tqies l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura u sorsi oħra ta’ kompetizzjoni wara l-ostakli għad-dħul;

(c) 

id-dritt tal-kompetizzjoni waħdu ma jkunx biżżejjed biex jindirizza b’mod adegwat il-falliment jew fallimenti tas-swieq identifikati.

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali twettaq analiżi ta’ suq li jkun inkluż fir-Rakkomandazzjoni, din għandha tikkunsidra li l-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ġew sodisfatti, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tistabbilixxix li kriterju jew iktar minn tali kriterji ma jkunx ġie sodisfatt fiċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi.

2.  

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali twettaq l-analiżi meħtieġa mill-paragrafu 1, din għandha tikkunsidra l-iżviluppi minn perspettiva li tħares ’il quddiem fin-nuqqas ta’ regolamentazzjoni imposta abbażi ta’ dan l-Artikolu f’dak is-suq rilevanti, u filwaqt li tqis dawn kollha li ġejjin:

(a) 

żviluppi tas-suq li jaffettwaw il-probabbiltà li s-suq rilevanti jkun inklinat lejn kompetizzjoni effettiva;

(b) 

ix-xkiel kollu rilevanti għall-kompetizzjoni, fil-livell bl-ingrossa u fil-livell bl-imnut tal-operaturi, irrispettivament minn jekk is-sorsi ta’ dan ix-xkiel ikunux netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew tipi oħra ta’ servizzi jew ta’ applikazzjonijiet li jkunu paragunabbli mill-perspettiva tal-utent finali, u irrispettivament minn jekk dan ix-xkiel ikunx parti mis-suq rilevanti;

(c) 

tipi oħra ta’ regolamentazzjoni jew ta’ miżuri li jkunu imposti u li jkun qed jaffettwaw is-suq rilevanti jew is-suq jew is-swieq bl-imnut relatati matul il-perijodu rilevanti, inkluż, mingħajr limitazzjoni, l-obbligi imposti skont l-Artikoli 44, 60 u 61;

(d) 

regolament impost fuq is-swieq rilevanti oħra abbażi ta’ dan l-Artikolu.

3.  

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li suq rilevanti ma jiġġustifikax l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji skont il-proċedura fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, jew fejn l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma ġewx sodisfatti, ma għandhiex timponi jew iżżomm xi obbligi regolatorji speċifiċi regolatorji f’konformità mal-Artikolu 68. Fejn ikun hemm diġà obbligi regolatorji speċifiċi għas-settur imposti skont l-Artikolu 68, għandha tirtira dawk l-obbligi mqiegħda fuq impriżi f’dak is-settur rilevanti.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-partijiet affettwati minn tali rtirar tal-obbligi jkollhom perijodu xieraq ta’ avviż, li jiġi definit billi jinkiseb bilanċ bejn il-ħtieġa li tiġi żgurata transizzjoni sostenibbli għall-benefiċjarji ta’ dawn l-obbligi u l-utenti finali, l-għażla tal-utenti finali, u li r-regolamentazzjoni ma tissoktax lil hinn minn dak li jkun neċessarju. Meta jistabbilixxu tali perijodu ta’ avviż, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi u perijodi ta’ avviż b’rabta mal-ftehimiet eżistenti ta’ aċċess.

4.  
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tistabbilixxi li f’suq rilevanti l-impożizzjoni tal-obbligi regolatorji skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu hija ġġustifikata, hija għandha tidentifika kwalunkwe impriża li individwalment jew flimkien ma’ impriżi oħra għandhom saħħa sinifikanti f’dak is-suq rilevanti skont l-Artikolu 63. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi fuq dawk l-impriżi l-obbligi regolatorji speċifiċi xierqa f’konformità mal-Artikolu 68 jew iżżomm jew temenda tali obbligi fejn diġà jeżistu jekk tqis li l-eżitu għall-utenti finali ma jkunx effettivament kompetittiv fl-assenza ta’ dawk l-obbligi.
5.  

Miżuri meħuda skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-suq rilevanti u jinnotifikaw l-abbozz ta’ miżura korrispondenti skont l-Artikolu 32:

(a) 

fi żmien ħames snin mill-adozzjoni tal-miżura preċedenti meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun iddefinixxiet is-suq rilevanti u ddeterminat liema impriżi għandhom saħħa sinifikanti fis-suq. B’mod eċċezzjonali, dak il-perijodu ta’ ħames snin jista’ jiġi estiż għal mhux aktar minn sena oħra, fejn l-awtorità nazzjonali regolatorja tkun innotifikat proposta motivata għal estensjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba’ xhur qabel l-iskadenza tal-ħames snin, u l-Kummissjoni ma tkunx oġġezzjonat fi żmien xahar mill-estensjoni notifikata;

(b) 

fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni riveduta dwar is-swieq rilevanti, għas-swieq li ma kinux notifikati qabel lill-Kummissjoni; jew

(c) 

fi żmien tliet snin mill-adeżjoni tagħhom, għall-Istati Membri li għadhom kif issieħbu mal-Unjoni.

6.  
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tqis li possibbilment ma tlestix jew ma tkunx lestiet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-BEREC għandu, fuq talba, jipprovdi assistenza lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata fit-tlestija tal-analiżi tas-suq speċifiku u l-obbligi speċifiċi li ser jiġu imposti. B’din l-assistenza, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha, fi żmien sitt xhur mil-limitu stipulat fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, tinnotifika l-abbozz ta’ miżura lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32.



KAPITOLU IV

Rimedji ta’ aċċess imposti fuq impriżi b’saħħa sinifikanti fis-suq

Artikolu 68

Impożizzjoni, emendar jew irtirar tal-obbligi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u l-Artikoli 76 sa 81.
2.  
Fejn impriża tkun deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti f’suq speċifiku bħala riżultat tal-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, skont kif xieraq, jimponu xi wieħed mill-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħżel l-inqas mod intrużiv biex tindirizza problemi identifikati fl-analiżi tas-suq.
3.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80 biss fuq impriżi li ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għal:

(a) 

l-Artikoli 61 u 62,

(b) 

l-Artikoli 44 u 17 ta’ din id-Direttiva, il-Kondizzjoni 7 fil-Parti D tal-Anness I kif applikata bis-saħħa tal-Artikolu 13(1) ta’ din id-Direttiva, l-Artikoli 97 u 106 ta’ din id-Direttiva u dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/58/KE li fihom obbligi fuq impriżi li ma jkunux dawk deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, jew

(c) 

il-ħtieġa ta’ konformità ma’ obbligi internazzjonali.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq obbligi oħra għall-aċċess jew interkonnessjoni barra minn dawk stipulati fl-Artikoli 69 sa 74 u fl-Artikoli 76 u 80, hija għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, tadotta deċiżjonijiet permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li jawtorizzaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali tieħu, jew jipprojbixxu lill-awtorità regolatorja nazzjonali milli tieħu, tali miżuri.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 118(3).

4.  

L-obbligi imposti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu:

(a) 

bbażati fuq in-natura tal-problema identifikata minn awtorità regolatorja nazzjonali fl-analiżi tagħha tas-suq, billi jittieħed kont, fejn xieraq, tal-identifikazzjoni tad-domanda transnazzjonali skont l-Artikolu 66;

(b) 

proporzjonati, li jagħtu kas, fejn possibbli, tal-ispejjeż u l-benefiċċji;

(c) 

ġustifikati fid-dawl tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3; u

(d) 

jiġu imposti biss wara li ssir konsultazzjoni f’konformità mal-Artikoli 23 u 32.

5.  
B’relazzjoni mal-ħtieġa ta’ konformità ma’ obbligi internazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw id-deċiżjonijiet li jimponu, jemendaw jew jirtiraw obbligi fuq impriżi lill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.
6.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw l-impatt ta’ żviluppi ġodda tas-suq, bħal fir-rigward ta’ ftehimiet kummerċjali, inkluż il-ftehimiet ta’ koinvestiment, li jinfluwenzaw id-dinamika kompetittiva.

Jekk dawk l-iżviluppi ma jkunux importanti biżżejjed biex jirrikjedu analiżi ġdida tas-suq skont l-Artikolu 67, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta mingħajr dewmien jekk ikunx neċessarju li jsir rieżami tal-obbligi imposti fuq impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq u tiġi emendata kwalunkwe deċiżjoni preċedenti, inkluż billi jiġu rtirati obbligi jew jiġu imposti obbligi ġodda, sabiex jiġi żgurat li dawn l-obbligi jibqgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Tali emendi għandhom jiġu imposti biss wara konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 23 u 32.

Artikolu 69

Obbligu ta’ trasparenza

1.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu, skont l-Artikolu 68, obbligi ta’ trasparenza b’relazzjoni mal-interkonnessjoni jew aċċess, li jeħtieġu li l-impriżi jagħmlu pubblika informazzjoni speċifika, bħal informazzjoni dwar kontabilità, prezzijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi, il-karatteristiċi tan-netwerk u l-iżviluppi mistennija tiegħu, kif ukoll termini u kondizzjonijiet għall-forniment u l-użu, inkluża kwalunkwe kondizzjoni li tibdel l-aċċess għal, jew l-użu ta’, servizzi u applikazzjonijiet, partikolarment fir-rigward ta’ migrazzjoni minn infrastruttura antika, fejn tali kondizzjonijiet ikunu permessi minn Stati Membri f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
2.  
B’mod partikolari, fejn impriża jkollha obbligi ta’ nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li dik l-impriża tippubblika offerta ta’ referenza, li għandha tkun suffiċjentement diżassoċjata biex jiġi żgurat li l-impriżi ma jiġux mitluba li jħallsu għal faċilitajiet li mhumiex meħtieġa għas-servizz mitlub. Dik l-offerta għandha tinkludi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti imqassma f’komponenti skont il-ħtiġijiet tas-suq, u t-termini u kondizzjonijiet assoċjati inkluż il-prezzijiet. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, fost l-oħrajn, timponi bidliet għall-offerti ta’ referenza biex tagħti effett lill-obbligi imposti taħt din id-Direttiva.
3.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw l-informazzjoni preċiża li għandha tkun disponibbli, il-livell tad-dettal meħtieġ u l-mod ta’ pubblikazzjoni.
4.  

Sal-21 ta’ Diċembru 2019, sabiex jingħata kontribut għall-applikazzjoni konsistenti tal-obbligi ta’ trasparenza, il-BEREC għandu joħroġ, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, linji gwida dwar il-kriterji minimi għal offerta ta’ referenza u għandu jirrieżaminahom fejn neċessarju sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Meta jipprovdi dawn il-kriterji minimi, il-BEREC għandu jilħaq l-għanijiet tal-Artikolu 3, u għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet tal-benefiċjarji tal-obbligi ta’ aċċess u tal-utenti finali li jkunu attivi f’iżjed minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għandu jikkunsidra kwalunkwe linja gwida tal-BEREC li tidentifika d-domanda transnazzjonali skont l-Artikolu 66 u kwalunkwe deċiżjoni relatata tal-Kummissjoni.

Minkejja l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn impriża jkollha obbligi taħt l-Artikolu 72 jew 73 dwar aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura tan-netwerk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ta’ offerta ta’ referenza filwaqt li jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida tal-BEREC dwar il-kriterji minimi għal offerta ta’ referenza, għandhom jiżguraw li jkunu speċifikati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, fejn rilevanti, kif ukoll il-livelli ta’ servizz korrispondenti, u jimmonitorjaw mill-qrib u jiżguraw il-konformità magħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jiddeterminaw minn qabel, fejn neċessarju, il-penali finanzjarji assoċjati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.

Artikolu 70

Obbligu ta’ nondiskriminazzjoni

1.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, skont l-Artikolu 68, obbligi ta’ nondiskriminazzjoni, b’relazzjoni mal-interkonnessjoni jew l-aċċess.
2.  
L-obbligi ta’ nondiskriminazzjoni għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, li l-impriża tapplika kondizzjonijiet ekwivalenti f’ċirkostanzi ekwivalenti lil fornituri oħra ta’ servizzi ekwivalenti, u li tforni servizzi u informazzjoni lill-oħrajn taħt l-istess kondizzjonijiet u tal-istess kwalità bħal dawk li tforni għas-servizzi tagħha stess, jew dawk tas-sussidjarji tagħha jew fi sħab magħha. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq dik l-impriża biex tipprovdi prodotti u servizzi tal-aċċess lill-impriżi kollha, inkluż lilha stess, bl-istess perijodi taż-żmien, termini u kondizzjonijiet, inklużi dawk dwar il-livelli tal-prezz u tas-servizz, u permezz tal-istess sistemi u l-istess proċessi, ħalli tkun żgurata l-ekwivalenza tal-aċċess.

Artikolu 71

Obbligu tas-separazzjoni tal-kontabbiltà

1.  

Awtorità regolatorja nazzjonali tista’, skont l-Artikolu 68, timponi obbligi għas-separazzjoni tal-kontabbiltà b’relazzjoni ma’ attivitajiet speċifikati relatati mal-interkonnessjoni jew l-aċċess.

B’mod partikolari, awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirrikjedi li impriża integrata vertikalment tagħmel trasparenti l-prezzijiet bl-ingrossa tagħha u l-prezzijiet tat-trasferimenti interni tagħha fost l-oħrajn biex fost l-oħrajn tiżgura l-konformità fejn ikun hemm obbligu ta’ nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 70 jew, fejn meħtieġ, biex jiġi evitat sussidju reċiproku inġust. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-format u l-metodoloġija tal-kontabbiltà li għandhom jintużaw.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, biex tiġi faċilitata l-verifika tal-konformità mal-obbligi ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jirrikjedu li r-rekords tal-kontabbiltà, inkluż id-data dwar id-dħul riċevut mingħand partijiet terzi, jiġu provduti meta mitluba. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippublikaw informazzjoni li tkun tista’ tikkontribwixxi għal suq miftuħ u kompetittiv, waqt li jikkonformaw ma’ regoli tal-Unjoni u regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.

Artikolu 72

Aċċess għall-inġinerija ċivili

1.  
Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, skont l-Artikolu 68, obbligi fuq impriżi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għall-inġinerija ċivili u għall-użu tagħha, inkluż, iżda mhux biss, il-binjiet jew l-aċċess għall-binjiet, il-kejbils tal-binjiet inkluż il-wajers, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta’ appoġġ, arbli, kanali, kondjuwits, kmamar tal-ispezzjonar, toqob tal-ispezzjonar, u kabinetti, fejn, b’kont meħud tal-analiżi tas-suq, l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li ċaħda tal-aċċess jew għotja tal-aċċess b’termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli u b’effett simili, ikunu jfixklu li jfeġġ suq kompetittiv sostenibbli u dan ma jkunx fl-interess tal-utent finali.
2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq impriża biex tipprovdi aċċess skont dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk l-assi li huma affettwati mill-obbligu humiex parti mis-suq rilevanti skont l-analiżi tas-suq, dment li l-obbligu jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 3.

Artikolu 73

Obbligi ta’ aċċess għal, u użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati

1.  

Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 68, obbligi fuq impriżi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati, f’sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jkunu jfixklu li jfeġġ suq kompetittiv sostenibbli, u li ma jkunux fl-interess tal-utent finali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-impriżi, fost l-oħrajn:

(a) 

jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal, u l-użu ta’, elementi fiżiċi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati, skont kif xieraq, inkluż aċċess diżassoċjat għal-linja u s-sub-linja lokali;

(b) 

jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u servizzi tan-netwerks, attivi jew virtwali, speċifiċi;

(c) 

jinnegozjaw bona fide ma’ impriżi li jitolbu l-aċċess;

(d) 

ma jirtirawx aċċess diġà mogħti għal faċilitajiet;

(e) 

jipprovdu servizzi speċifiċi bl-ingrossa biex jinbiegħu mill-ġdid minn partijiet terzi;

(f) 

jagħtu aċċess miftuħ lill-interfaċċi tekniċi, protokolli jew teknoloġiji oħra prinċipali li huma indispensabbli għall-interoperabbiltà tas-servizzi jew għas-servizzi tan-netwerks virtwali;

(g) 

jipprovdu l-kolokalizzazzjoni jew forom oħra ta’ użu komuni tal-faċilitajiet assoċjati;

(h) 

jipprovdu s-servizzi speċifiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi minn tarf sa tarf lill-utenti, jew tar-roaming fuq netwerks mobbli;

(i) 

jipprovdu aċċess għal sistemi ta’ sostenn operazzjonali jew sistemi simili ta’ softwer li hu meħtieġ biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta fil-forniment tas-servizzi;

(j) 

jagħmlu interkonnessjoni ma’ netwerks jew faċilitajiet tan-netwerks;

(k) 

jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħalma huma servizzi tal-identità, il-lok u l-preżenza.

Ma’ dawk l-obbligi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu kondizzjonijiet li jkopru l-ekwità, r-raġonevolezza u l-puntwalità.

2.  

Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw l-adegwatezza tal-impożizzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi possibbli speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari, fejn huma jkunu jivvalutaw, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jekk għandhomx ikunu imposti tali obbligi u kif, għandhom janalizzaw jekk forom oħra tal-aċċess għall-inputs bl-ingrossa fl-istess suq bl-ingrossa jew ieħor relatat, humiex ser ikunu biżżejjed biex tiġi indirizzata l-problema identifikata fl-interessi tal-utenti finali. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi offerti ta’ aċċess kummerċjali, aċċess regolat skont l-Artikolu 61, jew aċċess regolat eżistenti jew ippjanat għal inputs bl-ingrossa oħra skont dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont b’ mod partikolari tal-fatturi li ġejjin:

(a) 

il-vijabbiltà teknika u ekonomika tal-użu jew tal-istallazzjoni ta’ faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata tal-iżvilupp tas-suq, b’kont meħud tan-natura u t-tip ta’ interkonnessjoni jew aċċess involuti, inkluż il-vijabbiltà ta’ prodotti oħra tal-aċċess upstream bħall-aċċess għall-kanali;

(b) 

l-evoluzzjoni teknoloġika mistennija li taffettwa t-tfassil u l-ġestjoni tan-netwerk;

(c) 

il-ħtieġa li tiġi żgurata n-newtralità tat-teknoloġija li tippermetti lill-partijiet ifasslu u jimmaniġġjaw in-netwerk tagħhom stess;

(d) 

il-fattibbiltà tal-forniment tal-aċċess propost, b’relazzjoni mal-kapaċità disponibbli;

(e) 

l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, b’kont meħud ta’ kwalunkwe investiment pubbliku li jkun sar u r-riskji involuti meta jsir dak l-investiment fir-rigward b’mod partikolari tal-investimenti fin-netwerks b’kapaċità kbira ħafna u l-livelli ta’ riskju assoċjati magħhom;

(f) 

il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni fuq terminu twil, b’attenzjoni partikolari lejn il-kompetizzjoni bbażata fuq infrastruttura li tkun ekonomikament effiċjenti u l-mudelli kummerċjali innovattivi li jappoġġaw il-kompetizzjoni sostenibbli, bħal dawk ibbażati fuq koinvestiment fin-netwerks;

(g) 

fejn xieraq, kull drittijiet rilevanti ta’ proprjetà intellettwali;

(h) 

il-forniment ta’ servizzi pan-Ewropej.

Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra, skont l-Artikolu 68, timponi obbligi abbażi tal-Artikolu 72 jew ta’ dan l-Artikolu, hija għandha teżamina jekk l-impożizzjoni waħedha ta’ obbligi skont l-Artikolu 72 tkunx mezz proporzjonat biex jiġu promossi l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utent finali.

3.  
Meta jimponu obbligi fuq impriża biex jipprovdi l-aċċess skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tekniċi jew operazzjonali li jridu jkunu sodisfatti mill-fornituri jew mill-benefiċjarji ta’ dan l-aċċess meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat it-tħaddim normali tan-netwerk. Meta jkun hemm obbligi li jridu jiġu segwiti xi standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi speċifiċi, dawn għandhom ikunu konformi mal-istandards u mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39.

Artikolu 74

Kontroll tal-prezzijiet u obbligi ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż

1.  

L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, skont l-Artikolu 68, obbligi rigward l-irkupru tal-ispejjeż u l-kontroll tal-prezzijiet, inkluż obbligi rigward l-orjentazzjoni tal-prezzijiet lejn l-ispejjeż u l-obbligi li jikkonċernaw is-sistemi tal-kontabbiltà tal-ispejjeż, għall-forniment ta’ tipi speċifiċi ta’ interkonnessjoni jew aċċess, f’sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq tindika li n-nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva jfisser li l-impriża kkonċernata tista’ ssostni prezzijiet f’livell eċċessivament għoli, jew tista’ tikkumpressa l-prezzijiet, għad-detriment tal-utenti finali.

Meta jiddeterminaw jekk ikunx xieraq li jkun hemm obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-ħtieġa li tiġi promossa l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utent finali fit-tul fir-rigward tal-introduzzjoni u l-adozzjoni tan-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, u b’mod partikolari n-netwerks b’kapaċità kbira ħafna. B’mod partikolari, sabiex jinkoraġġixxu l-investimenti mill-impriża, inkluż fin-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-investiment magħmul mill-impriża. Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jidhrilhom li jkun xieraq li jsiru kontrolli tal-prezzijiet, dawn għandhom jippermettu lill-impriża rata raġonevoli ta’ qligħ fuq il-kapital adegwat investit, b’kont meħud ta’ kwalunkwe riskju speċifiku għal proġett tan-netwerk tal-investiment ġdid partikolari.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw li ma jimponux jew iżommu l-obbligi skont dan l-Artikolu fejn jistabbilixxu li hemm ċertu limitu evidenti għall-prezz bl-imnut u li kwalunkwe obbligu impost b’konformità mal-Artikoli 69 sa 73, inkluż, b’mod partikolari, kwalunkwe test tar-replikabbiltà ekonomika impost skont l-Artikolu 70, jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju.

Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jikkunsidraw li huwa xieraq li jiġu imposti obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet għal aċċess għal elementi ta’ netwerk eżistenti, dawn għandhom iqisu wkoll li l-benefiċċji tal-prezzijiet bl-ingrossa prevedibbli u stabbli b’mod li jiżguraw dħul effiċjenti fis-suq u inċentivi biżżejjed għall-impriżi kollha biex jużaw netwerks ġodda u mtejba.

2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li kull mekkaniżmu ta’ rkupru tal-ispejjeż jew metodoloġija tal-iffissar tal-prezzijiet li jkunu obbligatorji, iservu biex jippromwovu l-introduzzjoni ta’ netwerks ġodda u mtejba, l-effiċjenza u l-kompetizzjoni sostenibbli u jimmassimizzaw il-benefiċċji sostenibbli għall-utent finali. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu wkoll jieħdu kont tal-prezzijiet disponibbli fi swieq kompetittivi komparabbli.
3.  
Fejn impriża jkollha obbligu li torjenta l-prezzijiet tagħha lejn l-ispejjeż, l-oneru tal-prova li l-prezzijiet huma bażati fuq l-ispejjeż, inkluża rata raġonevoli ta’ qligħ fuq l-investiment, għandu jkun fuq l-impriża konċernata. Għall-fini tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-forniment effiċjenti ta’ servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jużaw metodi ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż indipendenti minn dawk użati mill-impriża. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li impriża tipprovdi ġustifikazzjoni sħiħa għall-prezzijiet tagħha, u jistgħu, fejn xieraq, jirrikjedu li l-prezzijiet jiġu aġġustati.
4.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, meta l-implimentazzjoni tas-sistema tal-kontabilità tal-ispejjeż hija obbligatorja sabiex issostni l-kontrolli tal-prezzijiet, għandha ssir pubblikament disponibbli deskrizzjoni tas-sistema tal-kontabilità tal-ispejjeż, li tkun turi mill-inqas il-kategoriji prinċipali li skonthom l-ispejjeż huma raggruppati u r-regoli użati għall-allokazzjoni tal-ispejjeż. Korp kwalifikat indipendenti għandu jivverifika l-konformità mas-sistema ta’ kontabilità tal-ispejjeż u kull sena għandu jippubblika dikjarazzjoni li tikkonċerna l-konformità.

Artikolu 75

Ir-rati ta’ terminazzjoni

1.  

Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha, billi tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, tadotta att delegat skont l-Artikolu 117 li jissupplimenta din id-Direttiva billi jistabbilixxi rata massima unika ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja mobbli fl-Unjoni kollha u rata massima unika ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja fissa fl-Unjoni kollha (flimkien imsejħa ’rati ta’ terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha’), li jkunu imposti fuq kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja mobbli jew ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja fissa, rispettivament, fi kwalunkwe Stat Membru.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tikkonforma mal-prinċipji, il-kriterji u l-parametri previsti fl-Anness III;

(b) 

meta tistabbilixxi għall-ewwel darba r-rati ta’ terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha, għandha tqis il-medja ponderata tal-ispejjeż effiċjenti fin-netwerks fissi u mobbli stabbiliti f’konformità mal-prinċipji previsti fl-Anness III applikati fl-Unjoni kollha; ir-rati ta’ terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha fl-ewwel att delegat ma għandhomx ikunu ogħla mill-ogħla rata fost ir-rati li kienu fis-seħħ sitt xhur qabel l-adozzjoni ta’ dak l-att delegat fl-Istati Membri kollha, wara kwalunkwe aġġustament meħtieġ għal ċirkostanzi nazzjonali eċċezzjonali;

(c) 

tieħu kont tal-għadd totali ta’ utenti finali f’kull Stat Membru, biex tiżgura ponderazzjoni xierqa tar-rati massimi ta’ terminazzjoni, kif ukoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jwasslu għal differenzi sinifikanti bejn Stati Membri meta jiġu biex jiddeterminaw ir-rati massimi ta’ terminazzjoni fl-Unjoni;

(d) 

tieħu kont tal-informazzjoni dwar is-suq ipprovduta mill-BEREC, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew direttament, mill-impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; u

(e) 

tikkunsidra l-ħtieġa li jitħalla perijodu transizzjonali ta’ mhux aktar minn 12-il xahar sabiex jippermetti aġġustamenti fi Stati Membri fejn dan ikun meħtieġ abbażi tar-rati imposti preċedentement.

2.  
Filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu kull ħames snin u għandha tikkunsidra f’kull tali okkażjoni, bl-applikazzjoni tal-kriterji elenkati fl-Artikolu 67(1), jekk jibqax meħtieġ li jkunu stabbiliti r-rati ta’ terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha a. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi, wara r-rieżami tagħha skont dan il-paragrafu, li ma timponix rata massima ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja mobbli jew rata massima ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja fissa, jew li ma timponi ebda waħda minnhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jwettqu analiżi tas-swieq tat-terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi f’konformità mal-Artikolu 67, biex jivvalutaw jekk l-impożizzjoni ta’ obbligi regolatorji hijiex neċessarja. Jekk awtorità regolatorja nazzjonali timponi, bħala riżultat ta’ din l-analiżi, rati ta’ terminazzjoni orjentati lejn l-ispejjeż f’suq rilevanti, għandha ssegwi l-prinċipji, il-kriterji u l-parametri stabbiliti fl-Anness III u l-abbozz ta’ miżura tagħha għandu jkun soġġett għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.
3.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib, u jiżguraw konformità ma’, l-applikazzjoni tar-rati ta’ terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha mill-fornituri tas-servizzi ta’ terminazzjoni bil-vuċi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu lil fornitur tas-servizzi ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi biex jemenda r-rata imposta lil impriżi oħra jekk din ma tkunx konformi mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw annwalment lill-Kummissjoni u lill-BEREC rigward l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 76

It-trattament regolatorju ta’ elementi ġodda tan-netwerk b’kapaċità kbira ħafna

1.  

L-impriżi li ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti f’suq rilevanti wieħed jew diversi minnhom skont l-Artikolu 67 jistgħu joffru impenji skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 79 u soġġett għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biex jiftħu l-introduzzjoni ta’ netwerk ġdid b’kapaċità kbira ħafna li jikkonsisti f’elementi tal-fibra ottika sal-bini jew stazzjon bażi tal-utenti finali, għall-koinvestiment, pereżempju billi tiġi offruta l-koproprjetà jew il-kondiviżjoni tar-riskju fit-tul permezz tal-kofinanzjament jew permezz ta’ ftehimiet ta’ akkwist li jwasslu għal drittijiet speċifiċi ta’ natura strutturali minn fornituri oħra ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tivvaluta dawk l-impenji, hija għandha tiddetermina, b’mod partikolari, jekk l-offerta ta’ koinvestiment tikkonformax mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

hija miftuħa fi kwalunkwe moment matul il-ħajja tan-netwerk għal kwalunkwe fornitur ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi;

(b) 

tkun tippermetti lil koinvestituri oħra li jkunu fornituri ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jikkompetu b’mod effettiv u sostenibbli fit-tul fi swieq downstream fejn l-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tkun attiva, b’termini li jinkludu:

(i) 

kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji li jippermettu aċċess għall-kapaċità sħiħa tan-netwerk sa fejn tkun soġġetta għall-koinvestiment;

(ii) 

il-flessibbiltà mil-lat ta’ valur u żmien tal-parteċipazzjoni ta’ kull koinvestitur;

(iii) 

il-possibbiltà li tiżdied il-parteċipazzjoni bħal din fil-futur; u

(iv) 

drittijiet reċiproċi mogħtija mill-koinvestituri wara l-introduzzjoni tal-infrastruttura koinvestita;

(c) 

issir pubblika mill-impriża fil-ħin u, jekk l-impriża ma jkollhiex il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 80(1), mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-introduzzjoni tan-netwerk il-ġdid; dak il-perijodu jista’ jittawwal skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali;

(d) 

dawk li jfittxu l-aċċess li ma jkunux qed jieħdu sehem fil-koinvestiment jistgħu jibbenefikaw mill-bidu mill-istess kwalità, veloċità, kondizzjonijiet u lħuq tal-utenti finali bħal kif kienu disponibbli qabel l-introduzzjoni, akkumpanjati b’mekkaniżmu ta’ adattament maż-żmien, ikkonfermat fid-dawl ta’ żviluppi fis-swieq bl-imnut relatati, li jżomm l-inċentivi għall-parteċipazzjoni fil-koinvestiment; tali mekkaniżmu għandu jiżgura li dawk li jfittxu l-aċċess ikollhom aċċess għall-elementi b’kapaċità kbira ħafna tan-netwerk fi żmien u abbażi ta’ termini trasparenti u nondiskriminatorji li jirriflettu b’mod xieraq il-livelli ta’ riskju mġarrba mill-koinvestituri rispettivi fi stadji differenti tal-introduzzjoni u b’kont meħud tas-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq bl-imnut;

(e) 

tikkonforma mill-inqas mal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV u ssir bona fide.

2.  

Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi, b’kont meħud tar-riżultati tat-test tas-suq imwettaq b’konformità mal-Artikolu 79(2), li l-impenn ta’ koinvestiment offrut jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tagħmel dak l-impenn vinkolanti skont l-Artikolu 79(3), u ma għandha timponi l-ebda obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 68 fir-rigward tal-elementi tan-netwerk ġdid b’kapaċità kbira ħafna li huma soġġetti għall-impenji, jekk mill-inqas koinvestitur potenzjali wieħed ikun daħal fi ftehim ta’ koinvestiment mal-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq.

L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-trattament regolatorju taċ-ċirkostanzi li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’kont meħud tar-riżultati ta’ kwalunkwe test tas-suq imwettaq b’konformità mal-Artikolu 79(2), iżda li għandhom impatt fuq il-kompetizzjoni u jittieħed kont tagħhom għall-finijiet tal-Artikoli 67 u 68.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, awtorità regolatorja nazzjonali tista’, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, timponi, iżżomm jew tadatta rimedji b’konformità mal-Artikoli 68 sa 74 fir-rigward ta’ netwerks ġodda b’kapaċità kbira ħafna sabiex jiġu indirizzati problemi sinifikanti ta’ kompetizzjoni fi swieq speċifiċi meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tistabbilixxi li minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn is-swieq, dawn il-problemi ta’ kompetizzjoni ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati mod ieħor.

3.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom kontinwament jimmonitorjaw il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u jistgħu jirrikjedu li impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tipprovdilhom dikjarazzjonijiet annwali ta’ konformità.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ awtorità regolatorja nazzjonali li tieħu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 26(1), fil-każ li tinqala’ tilwima bejn impriżi fir-rigward ta’ ftehim ta’ koinvestiment meqjus minnha li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.  
Il-BEREC, wara li jikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jippubblika linji gwida biex jippromwovi l-applikazzjoni konsistenti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, u l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 77

Separazzjoni funzjonali

1.  

Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi adatti imposti skont l-Artikoli 69 sa 74 jkunu naqsu milli jiksbu kompetizzjoni effettiva u li hemm problemi ta’ kompetizzjoni jew fallimenti fis-suq li huma importanti u persistenti identifikati fir-rigward tal-provvista bl-ingrossa ta’ ċerti swieq ta’ prodotti ta’ aċċess, hija tista’ timponi, fuq bażi eċċezzjonali, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(3), obbligu fuq impriżi integrati vertikalment li jqiegħdu l-attivitajiet relatati mal-provvista bl-ingrossa ta’ dawn il-prodotti ta’ aċċess f’entità ta’ negozju li topera b’mod indipendenti.

Dik l-entità ta’ negozju għandha tipprovdi l-prodotti u s-servizzi ta’ aċċess lill-impriżi kollha, inkluż entitajiet ta’ negozju oħrajn fi ħdan il-kumpannija prinċipali (parent company), fl-istess perijodi ta’ żmien, bl-istess termini u kondizzjonijiet, inkluż dawk relatati mal-prezz u l-livelli ta’ servizz, u permezz tal-istess sistemi u proċessi.

2.  

Meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha timponi obbligu ta’ separazzjoni funzjonali, hija għandha tippreżenta talba lill-Kummissjoni li tkun tinkludi:

(a) 

provi li jiġġustifikaw il-konklużjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

valutazzjoni raġunata li tikkonkludi li f’perijodu raġonevoli, il-prospett ta’ kompetizzjoni ibbażata fuq l-infrastruttura huwa ineżistenti jew limitat;

(c) 

analiżi tal-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja nazzjonali, fuq l-impriża, b’mod partikolari fuq il-ħaddiema tal-impriża separata, u fuq is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollu kemm hu, u fuq inċentivi għall-investiment fih, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali u territorjali, u fuq partijiet ikkonċernati oħra, inkluż, b’mod partikolari, l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni u kwalunkwe effett riżultanti potenzjali fuq il-konsumaturi;

(d) 

analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li dan l-obbligu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurzati r-rimedji bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni jew fallimenti tas-swieq li jkunu identifikati.

3.  

L-abbozz ta’ miżura għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

in-natura preċiża u l-livell ta’ separazzjoni, waqt li jispeċifika b’mod partikolari l-istatus ġuridiku tal-entità ta’ negozju separata;

(b) 

identifikazzjoni tal-assi tal-entità ta’ negozju separata, u tal-prodotti jew tas-servizzi li għandhom jiġu fornuti minn din l-entità;

(c) 

l-arranġamenti ta’ governanza biex tkun żgurata l-indipendenza tal-impjegati tal-entità ta’ negozju separata, u l-istruttura ta’ inċentivi korrispondenti;

(d) 

ir-regoli biex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi;

(e) 

ir-regoli biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri operattivi, b’mod partikolari lejn partijiet involuti oħrajn;

(f) 

il-programm ta’ monitoraġġ biex tkun żgurata l-osservanza, inkluż il-pubblikazzjoni ta’ rapport annwali.

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 68(3) dwar dak l-abbozz ta’ miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi koordinata tas-swieq differenti marbutin man-netwerk tal-aċċess skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 67. Abbażi ta’ dik l-analiżi, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 23 u 32.

4.  
Impriża li fuqha kienet imposta s-separazzjoni funzjonali tista’ tkun soġġetta għal kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikoli 69 sa 74 fi kwalunkwe suq speċifiku fejn hija tkun ġiet deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 67, jew kwalunkwe obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(3).

Artikolu 78

Is-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment

1.  

Impriżi li kienu deżinjati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f’suq rilevanti wieħed jew diversi minnhom skont l-Artikolu 67 għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali mill-inqas tliet xhur qabel kwalunkwe trasferiment, li jkunu biħsiebhom jagħmlu, tal-assi tagħhom fin-netwerk għall-aċċess lokali jew ta’ parti sostanzjali minnhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta’ ħaddieħor, jew qabel jistabbilixxu entità ta’ negozju separata biex huma jipprovdu lill-fornituri bl-imnut kollha, inklużi d-diviżjonijiet bl-imnut tagħha stess, prodotti ta’ aċċess kompletament ekwivalenti.

Dawk l-impriżi għandhom ukoll jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar kwalunkwe bidla f’dak is-sens kif ukoll dwar l-eżitu finali tal-proċess ta’ separazzjoni.

Tali impriżi jistgħu wkoll joffru impenji li rigward il-kondizzjonijiet tal-aċċess li jkollhom japplikaw għan-netwerk tagħhom matul perijodu ta’ implimentazzjoni wara li tiġi implimentata l-għamla proposta ta’ separazzjoni, bil-ħsieb li jkun żgurat aċċess effettiv u nondiskriminatorju mill-partijiet terzi. L-offerta tal-impenji għandha tinkludi dettalji biżżejjed, inkluż mil-lat ta’ żmien għall-implimentazzjoni u durata, sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-impenji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodu massimu tar-rieżamijiet tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 67(5).

2.  

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba flimkien mal-impenji offruti, fejn applikabbli, fuq l-obbligi regolatorji eżistenti skont din id-Direttiva.

Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi tad-diversi swieq relatati man-netwerk għall-aċċess skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 67.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis kwalunkwe impenn offrut mill-impriża, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. B’hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta lill-partijiet terzi skont l-Artikolu 23, u għandha tindirizza, b’mod partikolari, lil dawk il-partijiet terzi li huma affettwati direttament mit-tranżazzjoni maħsuba.

Abbażi tal-analiżi tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 23 u 32, filwaqt li tapplika, jekk xieraq l-Artikolu 80. Fid-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħmel l-impenji, vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment. B’deroga mill-Artikolu 67(5), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħmel l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment, għall-perijodu kollu li għalih ikunu offruti.

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80, l-entità ta’ negozju li tkun separata b’mod legali jew b’mod operattiv li tkun ġiet deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 67 tista’ tkun soġġetta, skont kif ikun xieraq, għal kwalunkwe wieħed mill-obbligi msemmija fl-Artikoli 69 sa 74 fi kwalunkwe suq speċifiku, jew għal kwalunkwe obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(3), fejn kwalunkwe impenn offrut ma jkunx suffiċjenti biex jissodisfa l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.
4.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-impenji offruti mill-impriżi li tkun għamlet vinkolanti skont il-paragrafu 2 u għandha tikkunsidra l-estensjoni tagħhom meta jiskadi l-perijodu li għalih inizjalment ġew offruti.

Artikolu 79

Proċedura ta’ impenji

1.  

L-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jistgħu joffru lill-awtorità regolatorja nazzjonali impenji rigward kondizzjonijiet għalaċċess jew koinvestiment, jew għat-tnejn, li jkunu japplikaw għan-netwerks tagħhom, fir-rigward ta’, fost l-oħrajn:

(a) 

arranġamenti kooperattivi rilevanti għall-valutazzjoni ta’ obbligi xierqa u proporzjonati skont l-Artikolu 68;

(b) 

koinvestiment f’netwerks b’kapaċità kbira ħafna skont l-Artikolu 76; jew

(c) 

aċċess effettiv u nondiskriminatorju minn partijiet terzi skont l-Artikolu 78, kemm matul perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment kif ukoll wara li tkun implimentata l-għamla ta’ separazzjoni proposta.

L-offerta għal impenji għandha tkun suffiċjentement dettaljata inkluż rigward iż-żmien u l-ambitu tal-implimentazzjoni tagħhom u t-tul ta’ żmien tagħhom, sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ twettaq il-valutazzjoni tagħha skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Tali impenji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodi għat-twettiq tal-analiżi tas-suq prevista fl-Artikolu 67(5).

2.  

Sabiex jiġi vvalutat kwalunkwe impenn offrut minn impriża skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, ħlief meta tali impenji evidentement ma jissodisfawx kondizzjoni waħda jew kriterju wieħed jew aktar, twettaq test tas-suq, partikolarment dwar it-termini offruti, billi twettaq konsultazzjoni pubblika ma’ partijiet interessati, b’mod partikolari partijiet terzi li jkunu affettwati direttament. Il-koinvestituri potenzjali jew persuni li jfittxu l-aċċess jistgħu jipprovdu fehmiet dwar il-konformità tal-impenji offruti mal-kondizzjonijiet previsti, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78 u jistgħu jipproponu bidliet.

Fir-rigward tal-impenji offruti taħt dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, meta tivvaluta l-obbligi skont l-Artikolu 68(4), jkollha kunsiderazzjoni partikolari, ta’:

(a) 

evidenza fir-rigward tan-natura ġusta u raġonevoli tal-impenji offruti;

(b) 

l-apertura tal-impenji għall-parteċipanti kollha fis-suq,

(c) 

id-disponibbiltà ta’ aċċess f’waqtha skont kondizzjonijiet ta’ aċċess ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, inkluż lil netwerks b’kapaċità kbira ħafna, qabel il-varar ta’ servizzi bl-imnut relatati; u

(d) 

l-adegwatezza globali tal-impenji offruti biex jippermettu kompetizzjoni sostenibbli fi swieq downstream u biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni u l-adozzjoni kooperattivi ta’ netwerks b’kapaċità kbira ħafna fl-interess tal-utenti finali.

B’kont meħud tal-fehmiet kollha espressi fil-konsultazzjoni, u sa fejn tali fehmiet huma rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq il-konklużjonijiet preliminari tagħha dwar jekk l-impenji offruti jikkonformawx mal-objettivi, kriterji u proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78, u taħt liema kondizzjonijiet hija tista’ tikkunsidra tagħmel l-impenji vinkolanti. L-impriża tista’ tirrevedi l-offerta inizjali tagħha sabiex tieħu kont tal-konklużjonijiet preliminari tal-awtorità regolatorja nazzjonali u bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78.

3.  

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(2), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ toħroġ deċiżjoni sabiex tagħmel l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment.

B’deroga mill-Artikolu 67(5), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħmel vinkolanti xi impenji jew kollha kemm huma għal perijodu speċifiku li jista’ jkun il-perijodu kollu li matulu jiġu offruti, u fil-każ ta’ impenji ta’ koinvestiment li saru vinkolanti skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(2), hija għandha tagħmilhom vinkolanti għal perijodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin.

Soġġett għall-Artikolu 76, dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta’ analiżi tas-suq skont l-Artikolu 67 u l-impożizzjoni ta’ obbligi skont l-Artikolu 68.

Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tagħmel vinkolanti impenji skont dan l-Artikolu, hija għandha tivvaluta taħt l-Artikolu 68 il-konsegwenzi ta’ dik id-deċiżjoni għall-iżvilupp tas-suq u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe obbligu li hija imponiet jew li, fin-nuqqas ta’ dawk l-impenji, kienet tikkunsidra timponi skont dak l-Artikolu jew l-Artikoli 69 sa 74. Meta tinnotifika l-abbozz ta’ miżura rilevanti skont l-Artikolu 68 f’konformità mal-Artikolu 32, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha takkumpanja l-abbozz ta’ miżura nnotifikata b’deċiżjoni dwar l-impenji.

4.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timmonitorja, tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-impenji li tkun għamlet vinkolanti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bl-istess mod li timmonitorja, tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-obbligi imposti taħt l-Artikolu 68 u għandha tikkunsidra l-estensjoni tal-perijodu ta’ żmien li għalih kienu saru vinkolanti meta jiskadi l-perijodu inizjali. Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li impriża ma kkonformatx mal-impenji li saru vinkolanti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, hija tista’ timponi penali fuq tali impriża skont l-Artikolu 29. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura għall-iżgurar tal-konformità ta’ obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 30, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tivvaluta mill-ġdid l-obbligi imposti skont l-Artikolu 68(6).

Artikolu 80

Impriżi bl-ingrossa biss

1.  

Awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeżinja impriża nieqsa mis-swieq tal-bejgħ bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala waħda li għandha saħħa sinifikanti f’wieħed jew f’diversi swieq bl-ingrossa skont l-Artikolu 67, għandha tikkunsidra jekk dik l-impriża għandhiex il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

il-kumpaniji kollha u l-unitajiet tan-negozju kollha fi ħdan l-impriża, il-kumpaniji kollha li huma kkontrollati, iżda mhux neċessarjament jappartjenu kollha kemm huma għall-istess sid finali, u kwalunkwe azzjonist li kapaċi jeżerċita l-kontroll fuq l-impriża, li għandhom biss attivitajiet, bħalissa u ppjanati għall-futur, fis-swieq bl-ingrossa għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u għalhekk ma għandhomx attivitajiet fis-suq bl-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika provduti lill-utenti finali fl-Unjoni;

(b) 

l-impriża mhix marbuta tittratta ma’ impriża unika u separata li topera downstream u li tkun attiva f’xi suq tal-imnut għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika pprovduti lill-utenti finali privati jew kummerċjali, minħabba ftehim esklussiv, jew ftehim li de facto jammonta għal ftehim esklussiv.

2.  
Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma sodisfatti, din tista’ timponi biss fuq dik l-impriża obbligi li jkunu konformi mal-Artikoli 70 u 73 jew relattivi għal pprezzar ġust u raġonevoli jekk dan ikun ġustifikat abbażi ta’ analiżi tas-suq inkluża valutazzjoni prospettiva tal-imġiba probabbli tal-impriża deżinjata bħala waħda li għandha saħħa sinifikanti fis-suq.
3.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel rieżami tal-obbligi imposti fuq l-impriża skont dak l-Artikolu fi kwalunkwe ħin jekk tikkonkludi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għadhomx sodisfatti u għandha, skont kif ikun xieraq, tapplika l-Artikoli 67 sa 74. L-impriżi għandhom jinfurmaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkustanzi, li tkun rilevanti għall-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4.  
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha wkoll tagħmel rieżami tal-obbligi imposti fuq l-impriża skont dan l-Artikolu jekk, abbażi ta’ evidenza tat-termini u l-kondizzjonijiet offerti mill-impriża lill-klijenti downstream tagħha, l-awtorità tikkonkludi li nqalgħu, jew li x’aktarx jinqalgħu, problemi tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-utenti finali li jkunu jeħtieġu l-impożizzjoni ta’ obbligu wieħed jew aktar minn dawk previsti fl-Artikolu 69, 71, 72 jew 74, jew l-emendar tal-obbligi imposti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
5.  
L-impożizzjoni tal-obbligi u r-rieżami tagħhom skont dan l-Artikolu għandhom ikunu implimentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.

Artikolu 81

Il-migrazzjoni minn infrastruttura antika

1.  
L-impriżi li jkunu ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq fir-rigward ta’ wieħed jew diversi swieq rilevanti skont l-Artikolu 67 għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali minn qabel u fil-ħin meta jkunu qed jippjanaw li jiddikummissjonaw jew jissostitwixxu b’infrastruttura ġdida xi partijiet tan-netwerk, inkluża l-infrastruttura antika meħtieġa għall-operazzjoni tan-netwerk tar-ram, li jkunu soġġetti għall-obbligi skont l-Artikoli 68 sa 80.
2.  

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura li l-proċess tad-dikummissjonar jew ta’ sostituzzjoni ikun jinkludi skeda taż-żmien u kondizzjonijiet trasparenti, inkluż perijodu xieraq ta’ notifika u ta’ tranżizzjoni, u għandha tistabbilixxi d-disponibbiltà ta’ prodotti alternattivi li minn tal-inqas ikunu ta’ kwalità komparabbli li jipprovdu aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk aġġornata li tissostitwixxi l-elementi mibdula jekk dan ikun meħtieġ biex jitħarsu l-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-utenti finali.

Fir-rigward tal-assi li huma proposti għal dikummissjonar jew sostituzzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirtira l-obbligi wara li tkun żgurat li l-fornitur tal-aċċess:

(a) 

stabbilixxa il-kondizzjonijiet xierqa dwar il-migrazzjoni, inkluża d-disponibbiltà ta’ prodott ta’ aċċess alternattiv li minn tal-inqas ikun ta’ kwalità komparabbli li tippermetti lil dawk li jfittxu aċċess jilħqu l-istess utenti finali; u

(b) 

ikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-proċess notifikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali skont dan l-Artikolu.

Tali irtirar għandu jiġi implimentat skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.

3.  
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-disponibbiltà ta’ prodotti regolati imposta mill-awtorità regolatorja nazzjonali fuq l-infrastruttura tan-netwerk aġġornata f’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikoli 67 u 68.

Artikolu 82

Il-linji gwida tal-BEREC dwar netwerks b’kapaċità kbira ħafna

Sal-21 ta’ Diċembru 2020, il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ linji gwida dwar il-kriterji li jrid jissodisfa netwerk sabiex jitqies bħala netwerk b’kapaċità kbira ħafna, b’mod partikolari f’termini ta’ meded ta’ baned downlink u uplink, reżiljenza, parametri relatati mal-iżbalji, u latenza u l-varjazzjoni tagħha. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ dawk il-linji gwida. Il-BEREC għandu jaġġorna l-linji gwida sal-31 ta’ Diċembru 2025, u regolarment sussegwentement.



KAPITOLU V

Kontroll regolatorju fuq servizzi bl-imnut

Artikolu 83

Kontroll regolatorju fuq servizzi bl-imnut

1.  

L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu obbligi regolatorji xierqa fuq impriżi li jkunu ġew deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti f’suq bl-imnut partikolari skont l-Artikolu 63, fejn:

(a) 

bħala riżultat ta’ analiżi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 67, awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina li suq bl-imnut partikolari identifikat f’konformità mal-Artikolu 64 mhuwiex effettivament kompetittiv; u

(b) 

l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi imposti taħt l-Artikoli 69 sa 74 ma jkunux ser jirriżultaw fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  
L-obbligi imposti taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq in-natura tal-problema identifikata u għandhom ikunu proporzjonati u ġustifikati fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-obbligi imposti jistgħu jinkludu rekwiżiti li l-impriżi deżinjati ma jimponux prezzijiet eċċessivi, ifixklu d-dħul fis-suq jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni billi jiffissaw prezzijiet predatorji, juri preferenza mhux dovuta għal utenti finali speċifiċi jew jirraggruppaw servizzi b’mod mhux raġonevoli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu japplikaw għal tali impriżi miżuri xierqa ta’ limitu għall-prezz bl-imnut, miżuri biex jikkontrollaw tariffi individwali, jew miżuri biex jorjentaw tariffi lejn l-ispejjeż jew prezzijiet fi swieq komparabbli, sabiex jipproteġu l-interessi tal-utent finali filwaqt li jippromwovu kompetizzjoni effettiva.
3.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, fejn impriża tkun soġġetta għar-regolazzjoni tat-tariffa bl-imnut jew kontrolli oħra rilevanti tal-imnut, jiġu implimentati s-sistemi meħtieġa u xierqa ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-format u l-metodoloġija tal-kontabbiltà li għandhom jintużaw. Il-konformità mas-sistema ta’ kontabilità tal-ispejjeż għandha tiġi verifikata minn korp kwalifikat indipendenti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li dikjarazzjoni li tikkonċerna l-konformità tiġi ppubblikata kull sena.
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 85 u 88, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx japplikaw mekkaniżmi ta’ kontroll tal-imnut taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil swieq ġeografiċi jew swieq tal-imnut fejn ikunu sodisfatti li jkun hemm kompetizzjoni effettiva.



PARTI III

SERVIZZI



TITOLU I

L-OBBLIGI TAS-SERVIZZ UNIVERSALI

Artikolu 84

Servizz universali affordabbli

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi kollha fit-territorji tagħhom ikollhom aċċess, bi prezz affordabbli, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, għal servizz disponibbli ta’ aċċess adegwat għall-internet broadband u għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi bil-kwalità speċifikata fit-territorji tagħhom, inkluża l-konnessjoni sottostanti, f’post fiss.
2.  
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw ukoll l-affordabbiltà tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 li ma jkunux ipprovduti f’post fiss, meta jqisu li dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa tal-konsumaturi fis-soċjetà.
3.  

Kull Stat Membru għandu, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali u l-bandwidth minima li tgawdi l-maġġoranza tal-konsumaturi fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u wara li jqis ir-rapport tal-BEREC dwar l-aħjar prattiki, jiddefinixxi s-servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet broadband għall-finijiet tal-paragrafu 1 bil-għan li jiżgura l-bandwidth meħtieġa għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika fis-soċjetà. Is-servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet broadband għandu jkun kapaċi jipprovdi l-bandwidth meħtieġa sabiex jappoġġa mill-inqas is-sett minimu ta’ servizzi stabbilit fl-Anness V.

Sal-21 ta’ Ġunju 2020, il-BEREC għandu, sabiex jikkontribwixxi lejn l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, b’kont meħud ta’ data (Eurostat) disponibbli tal-Kummissjoni, ifassal rapport dwar l-aħjar prattiki tal-Istati Membri sabiex jappoġġa d-definizzjoni ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet broadband skont l-ewwel paragrafu. Dak ir-rapport għandu jiġi aġġornat regolarment biex jirrifletti l-avvanzi u l-bidliet teknoloġiċi fix-xejriet ta’ użu mill-konsumatur.

4.  
Meta konsumatur jitlob hekk, il-konnessjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2, tista’ tiġi limitata biex tappoġġa s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi.
5.  
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għal utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Artikolu 85

Il-forniment ta’ servizz universali affordabbli

1.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti għandhom jissorveljaw l-evoluzzjoni u l-livell tal-prezzijiet bl-imnut tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 84(1) disponibbli fis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet nazzjonali u tad-dħul tal-konsumatur nazzjonali.
2.  

Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu li, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali, il-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 84(1) ma jkunux affordabbli, għaliex il-konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għal tali servizzi, huma għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw l-affordabbiltà għal tali konsumaturi ta’ servizz ta’ aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi minn tal-anqas f’post fiss.

Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li jingħata appoġġ lil tali konsumaturi għal finijiet ta’ komunikazzjoni jew jeżiġu li l-fornituri ta’ dawk is-servizzi joffru lil dawk il-konsumaturi għażliet alternattivi jew pakketti ta’ tariffi li jkunu differenti minn dawk ipprovduti taħt kondizzjonijiet kummerċjali normali, jew it-tnejn. Għal dak l-iskop, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li dawk il-fornituri japplikaw tariffi komuni, inkluż medjar ġeografiku fit-territorju kollu.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari fejn l-impożizzjoni ta’ obbligi taħt it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fuq il-fornituri kollha tirriżulta f’piż amministrattiv jew finanzjarju eċċessiv ippruvat għall-fornituri jew għall-Istat Membru, Stat Membru jista’, eċċezzjonalment, jiddeċiedi li jimponi l-obbligu li jiġu offruti dawk l-għażliet tariffarji jew pakketti speċifiċi fuq impriżi deżinjati biss. L-Artikolu 86 għandu japplika għal tali deżinjazzjonijiet mutatis mutandis. Fejn Stat Membru jiddeżinja impriżi, għandu jiżgura li l-konsumaturi kollha li jkollhom qligħ baxx jew bżonnijiet soċjali speċjali jgawdu minn għażla ta’ impriżi li joffru alternattivi tariffarji li jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom, ħlief jekk ikun impossibbli tali għażla tkun żgurata jew jekk dan ikun joħloq piż organizzattiv jew finanzjarju addizzjonali li jkun eċċessiv.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi intitolati għal tali għażliet -alternattivi jew pakketti ta’ tariffi jkollhom dritt li jikkonkludu kuntratt jew ma’ fornitur tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 84(1), jew ma’ impriża deżinjata f’konformità ma’ dan il-paragrafu, u li n-numru tagħhom jibqa’ disponibbli għalihom għal perijodu adegwat u li jkun evitat il-qtugħ mhux ġustifikat tas-servizz.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi li jipprovdu għażliet alternattivi jew pakketti ta’ tariffi lil konsumaturi bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali skont il-paragrafu 2, iżommu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħrajn infurmati bid-dettalji ta’ dawn l-offerti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet li taħthom l-impriżi jipprovdu għażliet alternattivi jew pakketti ta’ tariffi skont il-paragrafu 2 ikunu trasparenti għalkollox u jiġu ppublikati u applikati skont il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jeżiġu li tali għażliet alternattivi jew pakketti ta’ tariffi jiġu modifikati jew irtirati.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali, li jingħata appoġġ kif xieraq lill-konsumaturi b’diżabbiltà, u li jittieħdu miżuri speċifiċi oħrajn, fejn ikun adatt, biex jiġi żgurat li t-tagħmir terminali relatat, u tagħmir speċifiku u servizzi speċifiċi li jtejbu l-aċċess ekwivalenti, inklużi fejn meħtieġ servizzi ta’ konverżazzjoni totali u servizzi ta’ trażmissjoni, jkunu disponibbli u affordabbli.
5.  
Meta japplikaw dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jaraw li jnaqqsu kemm jista’ jkun id-distorsjonijiet fis-suq.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għal utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Artikolu 86

Id-disponibbiltà ta’ servizz universali

1.  
Fejn Stat Membru jkun stabbilixxa, wara li jqis ir-riżultati, fejn dawn ikunu disponibbli, tal-istħarriġ ġeografiku mwettaq skont l-Artikolu 22(1), u kwalunkwe evidenza addizzjonali fejn neċessarja, li d-disponibbiltà f’post fiss ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, ma jistgħux ikunu żgurati b’ċirkostanzi kummerċjali normali jew bi strumenti potenzjali oħrajn tal-politika pubblika fit-territorju nazzjonali tiegħu jew partijiet minnu, dan jista’ jimponi obbligi tas-servizz universali xierqa biex jintlaħqu t-talbiet raġonevoli kollha minn utenti finali għall-aċċess ta’ dawn is-servizzi fil-partijiet rilevanti tat-territorju tiegħu.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-aktar approċċ effiċjenti u adattat biex jiżguraw id-disponibbiltà f’post fiss ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband, kif definit skont l-Artikolu 84(3), u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tal-oġġettività, trasparenza, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom jaraw li jnaqqsu kemm jista’ jkun id-distorsjonijiet fis-suq, b’mod partikolari l-forniment tas-servizzi bi prezzijiet jew suġġetti għal termini u kondizzjonijiet oħra li jitilqu mill-kondizzjonijiet kummerċjali normali, filwaqt li jissalvagwardaw l-interess pubbliku.
3.  
B’mod partikolari, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu obbligi biex tkun żgurata għal utenti finali d-disponibbiltà f’post fiss ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband, kif definit fl-Artikolu 84(3), u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, huma jistgħu jiddeżinjaw impriża waħda jew aktar biex jiggarantixxu tali disponibbiltà fit-territorju nazzjonali kollu. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw impriżi differenti jew settijiet ta’ impriżi biex jipprovdu servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss jew biex ikopru partijiet differenti tat-territorju nazzjonali.
4.  
Meta l-Istati Membri jiddeżinjaw impriżi f’parti tat-territorju nazzjonali jew fit-territorju nazzjonali kollu biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jagħmlu dan billi jużaw mekkaniżmu ta’ deżinjazzjoni effiċjenti, oġġettiv, trasparenti u nondiskriminatorju, li bih ebda impriża ma tkun eskluża a priori milli tiġi deżinjata. Tali metodi ta’ deżinjazzjoni għandhom jiżguraw li jkunu provduti servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss b’mod kosteffettiv u jistgħu jintużaw bħala mezz biex tiġi stabbilita l-ispiża netta tal-obbligu tas-servizz universali skont l-Artikolu 89.
5.  
Meta impriża deżinjata b’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jkollha l-intenzjoni li tgħaddi l-assi tagħha, ta’ network ta’ aċċess lokali, kollha, jew parti sostanzjali minnhom, lil entità legali separata ta’ sidien differenti, hija għandha tinforma bil-quddiem lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra b’mod f’waqtu, biex dik l-awtorità tkun tista’ tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni intiża fuq il-forniment f’post fiss ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi. L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tista’ timponi, temenda jew tirtira obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 13(2).

Artikolu 87

L-istatus tas-servizz universali eżistenti

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jiżguraw id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta’ servizzi oħra għajr is-servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi f’post fiss li kienu fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2018, jekk jiġi stabbilit li hemm bżonn ta’ tali servizzi fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali. Meta l-Istati Membri jiddeżinjaw impriżi f’parti tat-territorju nazzjonali jew fit-territorju nazzjonali kollu għall-forniment ta’ dawk is-servizzi, għandu japplika l-Artikolu 86. Il-finanzjament ta’ dawk l-obbligi għandu jikkonforma mal-Artikolu 90.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami tal-obbligi imposti skont dan l-Artikolu sal-21 ta’ Diċembru 2021, u sussegwentement kull tliet snin.

Artikolu 88

Kontroll tal-infiq

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jipprovdu faċilitajiet u servizzi addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 84, il-fornituri ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi skont l-Artikoli 84 sa 87 jistabbilixxu termini u kondizzjonijiet b’tali mod li l-utent finali ma jkunx obbligat iħallas għal faċilitajiet jew servizzi li ma jkunux neċessarji jew li ma jkunux meħtieġa għas-servizz mitlub.
2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi msemmija fl-Artikolu 84 li jipprovdu servizzi skont l-Artikolu 85 joffru l-faċilitajiet speċifiċi u s-servizzi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VI kif applikabbli, sabiex il-konsumaturi jistgħu jissorveljaw u jikkontrollaw l-infiq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fornituri jistabbilixxu sistema biex jevitaw qtugħ mhux ġustifikat ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi jew ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband fir-rigward ta’ konsumaturi msemmija fl-Artikolu 85, inkluż mekkaniżmu adegwat li jiċċekkja l-interess kontinwu fl-użu tas-servizz.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għal utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

3.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tkun tista’ ma tapplikax il-ħtiġijiet tal-paragrafu 2 fit-territorju nazzjonali tagħha kollu jew f’parti minnu jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-faċilità tkun disponibbli b’mod wiesa’.

Artikolu 89

L-ispejjeż ta’ obbligi ta’ servizz universali

1.  

Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li forniment ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit fl-Artikolu 84(3) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi kif stabbilit fl-Artikoli 84, 85 u 86 jew il-kontinwazzjoni tas-servizz universali eżistenti kif stipulat fl-Artikolu 87 jista’ jfisser piż inġust fuq il-fornituri ta’ tali servizzi li jitolbu kumpens, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż netti ta’ tali forniment.

Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom:

(a) 

jikkalkulaw l-ispiża netta tal-obbligi tas-servizz universali, waqt li jqisu kull benefiċċju tas-suq li jakkrexxi għal fornitur ta’ servizz tal-aċċess adegwat għall-internet broadband kif definit skont l-Artikolu 84(3) u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi kif stabbilit fl-Artikoli 84, 85 u 86 jew il-kontinwazzjoni tas-servizz universali eżistenti kif stipulat fl-Artikolu 87, skont l-Anness VII; jew

(b) 

jagħmlu użu mill-ispejjeż netti għall-forniment tas-servizz universali identifikat mill-mekkaniżmu magħżul skont l-Artikolu 86(4).

2.  
Il-kontabilità u informazzjoni oħra li jservu bħala bażi għall-kalkolu tal-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu awditjati jew verifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew korp indipendenti mill-partijiet rilevanti u approvat mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Ir-riżultat tal-kalkolu tal-ispejjeż u l-konklużjonijiet tal-verifika għandhom jintgħamlu pubblikament disponibbli.

Artikolu 90

Il-finanzjament ta’ obbligi ta’ servizz universali

1.  

Fejn, fuq il-bażi tal-kalkolu tal-ispiża netta msemmija fl-Artikolu 89, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jsibu li l-fornitur huwa soġġetta għal piż inġust, l-Istati Membri għandhom, fuq talba mill-fornitur ikkonċernat, jiddeċiedu li jagħmlu xi waħda minn dawn, jew it-tnejn, li ġejjin:

(a) 

jintroduċu mekkaniżmu biex jikkumpensaw lil dak il-fornitur għall-ispejjeż netti stabbiliti taħt kondizzjonijiet trasparenti minn fondi pubbliċi;

(b) 

jikkondividu l-ispiża netta tal-obbligi tas-servizz universali bejn il-fornituri ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

2.  

Fejn l-ispiża netta tiġi kondiviża skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni amministrat mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew korp indipendenti mill-benefiċjarji taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali. Tista’ tiġi ffinanzjata biss l-ispiża netta, kif determinata skont l-Artikolu 89, tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 87.

Il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni għandu jirrispetta l-prinċipji ta’ trasparenza, l-anqas distorsjoni tas-suq, nondiskriminazzjoni u proporzjonalità, skont il-prinċipji stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VII. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jitolbux kontribuzzjonijiet mingħand impriżi li l-fatturat nazzjonali tagħhom ikun inqas minn limitu stabbilit.

Kwalunkwe imposta relatata mal-kondiviżjoni tal-ispiża ta’ obbligi ta’ servizz universali għandha tiġi diżaggregata u identifikata separatament għal kull impriża. Tali imposti ma għandhomx jiġu imposti jew jinġabru minn impriżi li ma jipprovdux servizzi fit-territorju tal-Istat Membru li jkun stabbilixxa l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni.

Artikolu 91

Trasparenza

1.  

Fejn l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizzi universali trid tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 89, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prinċipji għall-kalkolu tal-ispiża netta, inklużi d-dettalji tal-metodoloġija li trid tiġi użata jkunu pubblikament disponibbli.

Fejn jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-ispiża netta tal-obbligi tas-servizz universali kif imsemmija fl-Artikolu 90(2), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-prinċipji għall-kondiviżjoni tal-ispiża u l-kumpens tal-ispiża netta jkunu disponibbli għall-pubbliku.

2.  
Soġġett għar-regoli tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità -kummerċjali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw rapport ta’ kull sena li jipprovdi d-dettalji tal-ispiża kalkolata tal-obbligi tas-servizz universali, li jidentifikaw il-kontributi li saru mill-impriżi kollha involuti, inkluż kull benefiċċju tas-suq li seta’ akkrexxa għall-impriżi skont l-obbligi tas-servizz universali stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 87.

Artikolu 92

Servizzi obbligatorji addizzjonali

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu servizzi addizzjonali għal dawk inklużi fl-obbligi tas-servizz universali msemmija fl-Artikoli 84 sa 87, pubblikament disponibbli fit-territorji tagħhom stess. F’tali każijiet, ma għandu jiġi impost ebda mekkaniżmu ta’ kumpens li jinvolvi impriżi speċifiċi.



TITOLU II

RIŻORSI TA’ NUMERAZZJONI

Artikolu 93

Riżorsi ta’ numerazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jikkontrollaw l-għotja ta’ drittijiet ta’ użu tar-riżorsi kollha tan-numerazzjoni nazzjonali u l-amministrazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni u li jipprovdu riżorsi ta’ numerazzjoni adegwati għall-forniment ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-għotja ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni nazzjonali.
2.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jagħtu wkoll drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni mill-pjan nazzjonali tan-numerazzjoni għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi lil impriżi għajr il-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dment li riżorsi tan-numerazzjoni adegwati jkunu disponibbli biex jissodisfaw id-domanda attwali u prevedibbli għall-futur. Dawk l-impriżi għandhom juru l-kapaċità tagħhom li jamministraw ir-riżorsi tan-numerazzjoni u li jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit rilevanti stabbilit skont l-Artikolu 94. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jissospendu l-għoti ulterjuri ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni lil impriżi bħal dawn jekk jintwera li jkun hemm riskju ta’ eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni.

Sal-21 ta’ Ġunju 2020, biex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jadotta linji gwida, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, dwar kriterji komuni għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-amministrazzjoni tar-riżorsi tan-numerazzjoni u tar-riskju ta’ eżawriment tar-riżorsi tan-numerazzjoni.

3.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw li l-pjani u l-proċeduri nazzjonali għan-numerazzjoni jiġu applikati b’mod li jagħti trattament ugwali lill-fornituri kollha tas-servizzi pubblikament disponibbli tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u lill-impriżi eliġibbli skont il-paragrafu 2. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tingħatalha d-dritt ta’ użu għal riżorsi tan-numerazzjoni ma tiddiskriminax kontra oħrajn li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tar-riżorsi tan-numerazzjoni użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.
4.  

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħmlu disponibbli firxa ta’ numri mhux ġeografiċi li jistgħu jintużaw għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, fit-territorju kollu tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 531/2012 u għall-Artikolu 97(2) ta’ din id-Direttiva. Meta d-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni jkunu ngħataw skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lil impriżi għajr fornituri ta’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan il-paragrafu għandu japplika għas-servizzi speċifiċi li d-drittijiet tal-użu jkunu ngħataw għall-forniment tagħhom.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet, elenkati fil-Parti E tal-Anness I li jistgħu jintrabtu mad-drittijiet tal-użu għal riżorsi tan-numerazzjoni użati għall-forniment ta’ servizzi barra l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, u l-infurzar tagħhom, ikunu daqstant stretti bħal-kondizzjonijiet u mill-infurzar applikabbli għas-servizzi pprovduti ġewwa l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, f’konformità ma’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw ukoll f’konformità mal-Artikolu 94(6) li l-fornituri li jużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż tagħhom fi Stati Membri oħra jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli nazzjonali oħrajn relatati mal-użu ta’ riżorsi tan-numerazzjoni applikabbli f’dawk l-Istati Membri fejn ikunu qed jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni. Dan l-obbligu hu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri.

Il-BEREC għandu jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn fuq talba tagħhom, biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali fl-Unjoni.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jistabbilixxi bażi tad-data dwar ir-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali fl-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti lill-BEREC. Meta r-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali ma jingħatawx mill-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità kompetenti responsabbli mill-għoti jew il-ġestjoni tagħhom għandha tikkonsulta lill-awtorità regolatorja nazzjonali.

5.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċi “00” ikun il-kodiċi standard internazzjonali tal-aċċess. Jistgħu jsiru jew jissoktaw arranġamenti speċjali għall-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq in-numri bejn postijiet transfruntieri qrib xulxin bejn l-Istati Membri.

L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jkollhom pjan tan-numerazzjoni komuni għall-kategoriji kollha jew għal kategoriji speċifiċi tan-numri.

L-utenti finali affettwati minn tali arranġamenti jew ftehimiet għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa.

6.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 106, l-Istati Membri għandhom jippromwovu forniment fl-arja meta jkun fattibbli teknikament, biex jeħfief il-bdil tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-utenti finali, b’mod partikolari l-fornituri u l-utenti finali tas-servizzi bejn magna u oħra.
7.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjani nazzjonali tagħhom ta’ numerazzjoni, u ż-żidiet kollha sussegwenti jew emendi għalihom, jiġu ppubblikati, bla ħsara biss għall-limitazzjonijiet imposti fuq il-bażi ta’ sigurtà nazzjonali.
8.  

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-armonizzazzjoni ta’ numri speċifiċi jew firxiet ta’ numri fil- fl-Unjoni meta dik tippromwovi kemm il-funzjonament tas-suq intern kif ukoll tappoġġa l-iżvilupp ta’ servizzi pan-Ewropej. Fejn meħtieġ biex tindirizza d-domanda transfruntiera jew pan-Ewropea għar-riżorsi tan-numerazzjoni li ma tkun ġiet sodisfatta, il-Kummissjoni għandha tadotta, b’kont meħud bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, atti ta’ implimentazzjoni li jarmonizzaw numri speċifiċi jew firxiet ta’ numerazzjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Artikolu 94

Proċedura għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi ta’ numerazzjoni

1.  
Fejn ikun meħtieġ li jingħataw drittijiet individwali tal-użu ta’ riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jagħtu dawk id-drittijiet, fuq talba, lil kull impriża għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika koperti b’awtorizzazzjoni ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 12, soġġett għall-Artikolu 13 u għall-punt (c) tal-Artikolu 21(1) u għal kull regola oħra li tiżgura l-użu effiċjenti ta’ dawk ir-riżorsi tan-numerazzjoni skont din id-Direttiva.
2.  

Id-drittijiet ta’ użu ta’ riżorsi tan-numerazzjoni għandhom jingħataw permezz ta’ proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali.

Meta jagħtu d-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kondizzjonijiet.

Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħtu drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni għal perijodu limitat, id-durata ta’ dak il-perijodu għandha tkun adattata għas-servizz ikkonċernat fid-dawl tal-objettiv segwit, u jitqies b’mod xieraq il-bżonn li jkun hemm lok għal perijodu xieraq għall-amortizzazzjoni ta’ investiment.

3.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni malajr kemm jista’ jkun wara r-riċezzjoni tal-applikazzjoni kompluta u fi żmien tliet ġimgħat fil-każ tar-riżorsi tan-numerazzjoni li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi fil-pjan nazzjonali għan-numerazzjoni. Tali deċiżjonijiet għandhom isiru pubbliċi.
4.  
Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ikunu ddeterminaw, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati skont l-Artikolu 23, li d-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni ta’ valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta’ proċeduri ta’ għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jestendu l-perijodu ta’ tliet ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu b’mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra.
5.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn ma għandhomx jillimitaw l-għadd ta’ drittijiet individwali tal-użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-riżorsi tan-numerazzjoni.
6.  

Fejn id-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni jkunu jinkludi l-użu extraterritorjali tagħhom fi ħdan l-Unjoni skont l-Artikolu 93(4), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jehmżu ma’ dawk id-drittijiet ta’ użu kondizzjonijiet speċifiċi biex jiżguraw konformità mar-regoli nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tal-konsumaturi u mal-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-użu tar-riżorsi tan-numerazzjoni applikabbli fl-Istati Membri fejn jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni.

Fuq talba minn awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru fejn jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni, li turi li nkisru regoli rilevanti tal-protezzjoni tal-konsumatur jew liġijiet nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru relatati mal-użu tar-riżorsi tan-numerazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Istat Membru fejn ikunu ngħataw id-drittijiet ta’ użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni għandhom jinfurzaw il-kondizzjonijiet mehmuża taħt l-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 30, inkluż f’każijiet serji billi jirtiraw id-dritt tal-użu extraterritorjali għar-riżorsi tan-numerazzjoni mogħtija lill-impriża kkonċernata.

Il-BEREC għandu jiffaċilita u jikkoordina l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti involuti, u għandu jiżgura l-koordinazzjoni xierqa tal-ħidma bejniethom.

7.  
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħtu drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni lil impriżi għajr lill-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-Artikolu 93(2).

Artikolu 95

It-tariffi għad-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn li jimponu tariffi għad-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aħjar użu ta’ dawk ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi ikunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati b’relazzjoni mal-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-miri stipulati fl-Artikolu 3.

Artikolu 96

Hotlines għat-tfal neqsin u għall-għajnuna lit-tfal

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkollhom aċċess mingħajr ħlas għal servizz li jopera hotline biex jiġu rrappurtati każijiet ta’ tfal nieqsa. Il-hotline għandu jkun disponibbli fuq in-numru “116000”.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali b’diżabbiltà jkun jista’ jkollhom l-akbar aċċess possibbli għas-servizzi pprovduti bin-numru “116000”. Il-miżuri meħuda biex jiffaċilitaw l-aċċess minn utenti finali b’diżabbiltà għal dawk is-servizzi waqt li jkunu qed jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra għandhom ikunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti stabbiliti skont l-Artikolu 39.
3.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtorità jew l-impriża li lilha ġiet assenjat in-numru “116000” allokat ir-riżorsi meħtieġa biex tiġi operata l-hotline.
4.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti finali jiġu infurmati b’mod adegwat dwar l-eżistenza u l-użu tas-servizzi pprovduti permezz tan-numru “116000” u, fejn xieraq, tan-numru “116111”.

Artikolu 97

L-aċċess għan-numri u għas-servizzi

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ekonomikament fattibbli, ħlief meta utent finali msejjaħ ikun għażel, għal raġunijiet kummerċjali, li jillimita l-aċċess minn sejħiet li jinsabu f’żoni ġeografiċi speċifiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu:

(a) 

ikollhom aċċess u jużaw servizzi bl-użu ta’ numri nonġeografiċi fl-Unjoni; u

(b) 

ikollhom aċċess għan-numri kollha provduti fl-Unjoni, irrispettivament mit-teknoloġija u t-tagħmir użat mill-operatur, inklużi dawk fil-pjani ta’ numerazzjoni tal-Istati Membri u n-Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali (UIFN).

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet oħra kompetenti jkunu jistgħu jeżiġu li l-fornituri ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jimblukkaw fuq bażi każ b’każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ frodi jew użu ħażin, u li jeħtieġu li f’tali każijiet fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jżommu interkonnessjoni rilevanti jew dħul ieħor minn sevizzi.



TITOLU III

DRITTIJIET TAL-UTENT FINALI

Artikolu 98

Eżenzjoni ta’ ċerti impriżi mikro

Dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 99 u 100, ma japplikax għall-impriżi mikro li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm ma jipprovdux ukoll servizzi oħra tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu infurmati dwar eżenzjoni taħt l-ewwel paragrafu qabel ma jikkonkludu kuntratt ma’ impriża mikro li tibbenefika minn tali eżenzjoni.

Artikolu 99

Nondiskriminazzjoni

Il-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ma għandhomx japplikaw għall-utenti finali rekwiżiti differenti jew kondizzjonijiet ġenerali ta’ aċċess għal, jew użu ta’, netwerks jew servizzi lil utenti finali, għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew il-post ta’ stabbiliment tal-utent finali, ħlief jekk dak it-trattament differenti jkun oġġettivament ġustifikat.

Artikolu 100

Salvagwardja tad-drittijiet fundamentali

1.  
Il-miżuri nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess ta’ utenti finali jew l-użu ta’ servizzi u applikazzjonijiet permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.
2.  
Kwalunkwe miżura fir-rigward tal-aċċess ta’, jew użu minn, utenti finali ta’ servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom il-possibbiltà li jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet rikonoxxuti mill-Karta għandha tiġi imposta biss jekk tkun prevista mil-liġi u tirrispetta dawk id-drittijiet jew libertajiet, tkun proporzjonata, meħtieġa, u ġenwinament tissodisfa l-għanijiet tal-interess ġenerali rikonoxxuti mil-liġi tal-Unjoni jew il-bżonn li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn f’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, inkluż id-dritt għal rimedju effikaċi u għal proċess ġust. Konformement, tali miżuri għandhom jittieħdu biss jekk b’rispett kif dovut għall-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza u għad-dritt tal-privatezza. Għandha tiġi garantita proċedura minn qabel li tkun ġusta u imparzjali, inkluż id-dritt tas-smigħ tal-persuna jew persuni konċernati, suġġett għall-ħtieġa ta’ kondizzjonijiet xierqa u arranġamenti proċedurali xierqa f’każijiet ta’ urġenza sostanzjati kif dovut skont il-Karta.

Artikolu 101

Livell ta’ armonizzazzjoni

1.  
Fil-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew idaħħlu dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-utenti finali li jkunu diverġenti mill-Artikoli 102 sa 115, inkluż dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, sakemm dan it-Titolu ma jkunx jipprovdi mod ieħor.
2.  

Sal-21 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li jkunu diverġenti minn dawk stipulati fl-Artikoli 102 sa 115 dment li dawk id-dispożizzjonijiet kienu fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2018 u kwalunkwe restrizzjoni għall-funzjonament tas-suq intern li tirriżulta minnhom tkun proporzjonata għall-għan tal-protezzjoni tal-konsumatur.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2019 bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li għandha tiġi applikata abbażi ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 102

Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall- kuntratti

1.  

Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt jew b’xi offerta korrispondenti, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna, għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2011/83/UE, kif ukoll l-informazzjoni elenkata fl-Anness VIII ta’ din id-Direttiva sa fejn dik l-informazzjoni tkun relatata ma’ servizz li jipprovdu.

L-informazzjoni għandha tingħata b’mod ċar u li jinftiehem faċilment fuq mezz li jservi għal żmien twil kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE jew, meta ma jkunx fattibbli li jingħata fuq mezz li jservi għal żmien twil, fuq dokument li jista’ jitniżżel faċilment u magħmul disponibbli mill-fornitur. Il-fornitur għandu espressament jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għad-disponibbiltà ta’ dak id-dokument u l-importanza li jiġi downloaded għall-finijiet ta’ dokumentazzjoni, referenza futura u riproduzzjoni mhux mibdula.

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, fuq talba, b’format aċċessibbli għal utenti finali b’diżabbiltà skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi.

2.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandha wkoll tkun ipprovduta lill-utenti finali li huma impriżi mikro jew żgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw għal parti minn dawk id-dispożizzjonijiet jew għad-dispożizzjonijiet kollha.
3.  

Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku għajr is-servizzi tat-trażmissjoni li jintużaw għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna għandhom jipprovdu lill-konsumaturi sommarju tal-kuntratt konċiż u li jinqara faċilment. Dak is-sommarju għandu jidentifika l-elementi ewlenin tar-rekwiżiti tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1. Dawk l-elementi ewlenin għandhom jinkludu mill-inqas:

(a) 

l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-fornitur u, jekk ikunu differenti, l-informazzjoni ta’ kuntatt għal kwalunkwe lment;

(b) 

il-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz mogħti;

(c) 

il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġu attivati s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għal kwalunkwe ħlas rikorrenti jew relatat mal-konsum, fejn is-servizz huwa pprovdut għal ħlas dirett ta’ flus;

(d) 

it-tul tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet biex jiġġedded u jintemm;

(e) 

kemm il-prodotti u s-servizzi huma maħsuba għal utenti finali b’diżabbiltajiet;

(f) 

fejn jidħlu s-servizzi tal-aċċess għall-internet, sommarju tal-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120.

Sal-21 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw mudell fil-qosor tal-kuntratt li għandu jintuża mill-fornituri biex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-paragrafu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

Il-fornituri soġġetti għall-obbligi taħt il-paragrafu 1 għandhom debitament jimlew dak il-mudell fil-qosor tal-kuntratt bl-informazzjoni meħtieġa u jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt mingħajr ħlas lill-konsumaturi, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkluż kuntratti mill-bogħod. Fejn, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, ikun impossibbli li jipprovdu s-sommarju tal-kuntratt f’dak il-mument, dan għandu jiġi pprovdut mingħajr dewmien żejjed wara dan, u l-kuntratt għandu jsir effettiv meta l-konsumatur ikun ikkonferma l-qbil tiegħu wara li jkun irċieva s-sommarju tal-kuntratt.

4.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha ssir parti integrali mill-kuntratt u m’għandhiex tiġi mibdula għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kontraenti.
5.  
Fejn is-servizzi tal-aċċess għall-internet jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament jitħallsu abbażi tal-konsum bil-ħin jew bil-volum, il-fornituri tagħhom għandhom joffru l-faċilità lill-konsumaturi biex isegwu u jikkontrollaw l-użu ta’ kull wieħed minn dawk is-servizzi. Din il-faċilità għandha tinkludi aċċess għal informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum tas-servizzi inklużi fil-pjan tat-tariffa. B’mod partikolari, il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-konsumaturi qabel ma jintlaħaq kwalunkwe limitu ta’ konsum kif stabbilit minn awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, inkluż fil-pjan tariffarju tagħhom u meta servizz inkluż fil-pjan tariffarju tagħhom ikun totalment ikkunsmat.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jeżiġu li l-fornituri jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar il-livell ta’ konsum u li jimpedixxu temporanjament l-użu ulterjuri tas-servizz rilevanti li jeċċedi limitu finanzjarju jew ta’ volum determinat mill-awtorità kompetenti.
7.  
L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet relatati ma’ aspetti mhux regolati minn dan l-Artikolu, b’mod partikolari sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet emerġenti ġodda.

Artikolu 103

It-trasparenza, it-tqabbil tal-offerti u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li, meta fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament jagħmlu l-forniment ta’ dawk is-servizzi soġġett għal termini u kondizzjonijiet, l-informazzjoni msemmija fl-Anness IX tiġi ppubblikata b’mod ċar, li jinftiehem, u jista’ jinqara minn magna u f’format aċċessibbli għal utenti finali b’diżabbiltajiet skont il-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi, minn dawk il-fornituri kollha, jew mill-awtorità kompetenti stess f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità nazzjonali rilevanti. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment. L-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali rigward il-forma kif għandha tiġi ppubblikata din l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, meta tintalab, lill-awtorità kompetenti u, fejn rilevanti, lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tiġi pubblikata.
2.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jiżguraw li l-utenti finali jkollhom aċċess bla ħlas għal mill-inqas għodda għat-tqabbil indipendenti waħda li tippermettilhom iqabblu u jevalwaw servizzi differenti ta’ aċċess għall-internet u servizzi differenti ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament, u, fejn applikabbli, servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u disponibbli pubblikament, fir-rigward ta’:

(a) 

il-prezzijiet u t-tariffi tas-servizzi pprovduti bi ħlas dirett ta’ flus li jkun rikorrenti jew ibbażat fuq il-konsum, u

(b) 

il-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz, fejn ikun offrut livell minimu tal-kwalità tas-servizz jew fejn l-impriża tkun meħtieġa li tippubblika tali informazzjoni skont l-Artikolu 104.

3.  

L-għodda tat-tqabbil imsemmija fil-paragrafu 2 għandha:

(a) 

topera b’mod indipendenti mill-fornituri ta’ tali servizzi, u b’hekk tiżgura li dawk is-servizzi jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tfittxija;

(b) 

tiżvela b’mod ċar is-sidien u l-operaturi tal-għodda ta’ tqabbil;

(c) 

tistabbilixxi kriterji oġġettivi u ċari li fuqhom għandu jistrieħ it-tqabbil;

(d) 

tuża lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu;

(e) 

tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;

(f) 

tkun miftuħa għal kwalunkwe fornitur ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet jew ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti, u tinkludi firxa wiesgħa ta’ offerti li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tkunx ħarsa ġenerali sħiħa tas-suq, dikjarazzjoni ċara għal dan, qabel ma jintwerew ir-riżultati;

(g) 

tipprovdi proċedura effettiva għar-rapportar ta’ informazzjoni żbaljata;

(h) 

tinkludi l-possibbiltà li jitqabblu l-prezzijiet, it-tariffi u l-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz bejn l-offerti disponibbli għall-konsumaturi u, jekk ikun meħtieġ mill-Istati Membri, bejn dawk l-offerti u l-offerti standard disponibbli pubblikament għal utenti finali oħra.

Fuq talba tal-fornitur tal-għodda, l-għodod tat-tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punti (a) sa (h) għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

Partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw, mingħajr ħlas, u f’formati ta’ data miftuħa, l-informazzjoni ppubblikata mill-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet jew servizzi disponibbli għall-pubbliku ta’ komunikazzjonijiet interpersonali, għall-finijiet li dawn l-għodod tat-tqabbil indipendenti jsiru disponibbli.

4.  

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-fornituri ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, jew it-tnejn, iqassmu informazzjoni ta’ interess pubbliku bla ħlas lill-utenti finali eżistenti u ġodda, meta dan ikun xieraq, bil-mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-utenti finali. F’dak il-każ, din l-informazzjoni ta’ interess pubbliku għandha tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti b’format standardizzat u fost l-oħrajn għandha tkopri dawn is-suġġetti li ġejjin:

(a) 

l-aktar użi komuni tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament biex wieħed jidħol f’attivitajiet illegali jew biex wieħed ixerred kontenut dannuż, b’mod partikolari meta dan ikun jista’ jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż il-ksur tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data, tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom; u

(b) 

il-mezzi ta’ protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-dejta personali meta wieħed juża s-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u disponibbli pubblikament.

Artikolu 104

Kwalità tas-servizz relatata mas-servizzi ta’ aċċess għall-internet u servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali pubblikament disponibbli

1.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jobbligaw il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali pubblikament disponibbli biex jippubblikaw informazzjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli, faċli għall-utent u aġġornata għall-utenti finali dwar il-kwalità tas-servizzi tagħhom, sal-punt li jikkontrollaw mill-inqas xi elementi tan-netwerk jew direttament jew permezz ta’ ftehim fil-livell ta’ servizz f’dan is-sens, u dwar miżuri meħudin biex ikun żgurat aċċess indaqs għall-utenti finali b’diżabbiltà. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali disponibbli pubblikament jinfurmaw lill-konsumaturi jekk il-kwalità tas-servizzi li jipprovdu tiddependix minn xi fatturi esterni, bħall-kontroll tat-trażmissjoni tas-sinjal jew il-konnettività tan-netwerk.

Dik l-informazzjoni għandha tingħata, meta tintalab, lill-awtorità regolatorja nazzjonali u, fejn rilevanti, lil awtoritajiet kompetenti oħrajn qabel ma tiġi ppubblikata.

Il-miżuri sabiex tiġi żgurata l-kwalità tas-servizz għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2015/2120.

2.  

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jispeċifikaw, filwaqt li jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida tal-BEREC, il-parametri tal-kwalità tas-servizz li għandhom jiġu mkejla, il-metodi ta’ kejl applikabbli, u l-kontenut, forma u mod tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata, inkluż mekkaniżmi possibbli ta’ ċertifikazzjoni ta’ kwalità. Fejn ikun il-każ, għandhom jintużaw il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodu tal-kejl mogħtija fl-Anness X.

Sal-21 ta’ Ġunju 2020, biex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu u tal-Anness X, il-BEREC għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jadotta linji gwida li jiddeskrivu fid-dettall il-parametri rilevanti tal-kwalità tas-servizz, inkluż il-parametri rilevanti għall-utenti finali b’diżabbiltà, il-metodi tal-kejl applikabbli, il-kontenut u l-format tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, u l-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità.

Artikolu 105

It-tul u t-terminazzjoni tal-kuntratt

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għat-terminazzjoni ta’ kuntratt ma jkunux diżinċentiv għall-bdil tal-fornitur tas-servizz u li l-kuntratti konklużi bejn konsumaturi u fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għajr servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u, għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna, ma jagħtux mandat għal perijodu ta’ impenn li jkun itwal minn 24 xahar. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li jitolbu perijodi massimi iqsar ta’ impenn kuntrattwali.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-durata ta’ kuntratti li jitħallsu ratealment meta l-konsumatur ikun ftiehem b’kuntratt separat li jħallas ratealmentesklużivament għall-introduzzjoni ta’ konnessjoni fiżika, b’mod partikolari għal netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna. Kuntratti li jitħallsu ratealment għall-introduzzjoni ta’ konnessjoni fiżika ma għandhomx jinkludu tagħmir terminali, bħal router jew modem, u ma għandhomx iżommu lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dan l-Artikolu.

2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għall-utenti finali li jkunu impriżi mikro, żgħar jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw għal dawk id-dispożizzjonijiet.
3.  
Fejn kuntratt jew liġi nazzjonali jipprovdu għal prolungament awtomatiku ta’ durata fissa għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għajr servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara tali prolungament, l-utenti finali jkunu intitolati li jtemmu l-kuntratt fi kwalunkwe mument b’perijodu massimu ta’ notifika ta’ xahar, kif determinat mill-Istati Membri u bla ma jġarrbu l-ebda spiża ħlief il-ħlasijiet sabiex jiġi riċevut is-servizz matul il-perijodu ta’ notifika. Qabel ma l-kuntratt jiġi estiż awtomatikament, il-fornituri għandhom jinfurmaw lill-utenti finali, b’mod prominenti u f’waqtu u b’mezz li jservi għal żmien twil, dwar it-tmiem tal-impenn kuntrattwali u dwar il-mezz biex jiġi mitmum il-kuntratt. Barra minn hekk, u fl-istess ħin, il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti finali l-aħjar pariri dwar it-tariffi b’rabta mas-servizzi tagħhom. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti finali dawk l-aħjar informazzjoni dwar it-tariffi mill-inqas darba fis-sena.
4.  

L-utenti finali għandu jkollhom id-dritt itemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż ulterjuri meta jiġu avżati b’modifiki fil-kondizzjonijiet kuntrattwali li jipproponi l-fornitur tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali u indipendenti min-numri ħlief jekk il-modifiki proposti jkunu esklużivament għall-benefiċċju tal-utent finali, ikunu ta’ natura purament amministrattiva u ma jkollhom ebda effett negattiv fuq l-utent finali jew ikunu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali.

Il-fornituri għandhom javżaw lill-utenti finali bi kwalunkwe bidla fil-kondizzjonijiet kuntrattwali, mill-anqas xahar bil-quddiem, u għandhom simultanjament jinfurmawhom bid-dritt tagħhom li jistgħu jtemmu l-kuntratt tagħhom bla ma jġarrbu spejjeż ulterjuri jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet il-ġodda. Id-dritt li jiġi terminat il-kuntratt għandu jkun eżerċitabbli fi żmien xahar wara n-notifika. L-Istati Membri jistgħu jestendu dak il-perijodu b’mhux aktar minn tliet xhur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-notifika tkun saret b’mod ċar u li jinftiehem b’mezz li jservi għal żmien twil.

5.  
Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti, kontinwa jew li sseħħ frekwentement, bejn il-prestazzjoni attwali ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għajr servizz tal-aċċess għall-internet u għajr servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri u l-prestazzjoni indikata fil-kuntratt għandha titqies bħala bażi biex jiġu attivati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur skont il-liġi nazzjonali, inkluż id-dritt li jintemm il-kuntratt mingħajr ħlas.
6.  

Fejn utent finali jkollu d-dritt itemm kuntratt għal servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, għajr servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, qabel tmiem il-perijodu tal-kuntratt miftiehem skont din id-Direttiva jew dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali, ma għandu jkun dovut ebda kumpens mill-utent finali għajr għat-tagħmir terminali sussidjat li jibqa’ jżomm.

Fejn l-utent finali jagħżel li jżomm it-tagħmir terminali li jkun parti minn pakkett fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt, kull kumpens dovut ma għandux jaqbeż il-valur pro rata temporis tiegħu kif miftiehem fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt jew il-parti li jkun fadal mit-tariffa tas-servizz sa tmiem il-kuntratt, skont liema ammont ikun l-iżgħar.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw metodi oħra biex tiġi kkalkulata r-rata ta’ kumpens sakemm tali metodu ma jwassalx għal livell ta’ kumpens li jaqbeż dak ikkalkolat skont it-tieni subparagrafu.

Il-fornitur għandu jneħħi, bla ħlas, kull kondizzjoni fuq l-użu ta’ dak it-tagħmir terminali għal netwerks oħrajn, f’mument speċifikat mill-Istati Membri u sa mhux aktar tard minn meta jitħallas il-kumpens.

7.  
Sa fejn jikkonċerna servizzi ta’ trażmissjoni użati għal servizzi minn magna għal magna, id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6 għandhom jibbenefikaw minnhom biss utenti finali li jkunu konsumaturi, impriżi mikro jew żgħar jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Artikolu 106

Bdil tal-fornitur u portabbiltà tan-numru

1.  

Fil-każ ta’ bdil bejn il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-fornituri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-utent finali informazzjoni adegwata qabel u waqt il-proċess tal-bdil u jiżguraw il-kontinwità tas-servizz ta’ aċċess għall-internet, sakemm dan ikun teknikament fattibbli. Il-fornitur riċeventi għandu jiżgura li l-attivazzjoni tas-servizz ta’ aċċess għall-internet issir fl-iqsar żmien possibbli fid-data u fiż-żmien espressament miftiehma mal-utent finali. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu ta’ aċċess għall-internet bl-istess kondizzjonijiet sa meta l-fornitur riċeventi jattiva s-servizzi tiegħu ta’ aċċess għall-internet. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-bdil ma għandux ikun aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw l-effiċjenza u s-sempliċità tal-proċess tal-bdil għall-utent finali.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni jkollhom id-dritt li jżommu n-numri tagħhom, jekk jitolbu dan, indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz, skont il-Parti C tal-Anness VI.
3.  
Fejn utent finali jtemm kuntratt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utent finali jista’ jżomm id-dritt li jittrasferixxi n-numru mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni għal fornitur ieħor għal minimu ta’ xahar wara d-data ta’ terminazzjoni, sakemm dak id-dritt ma jiġix rinunzjat mill-utent finali.
4.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-ipprezzar fost il-fornituri relatat mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru jkun orjentat lejn l-ispejjeż u li l-ebda ħlasijiet diretti ma jiġu applikati lil utenti finali.
5.  
It-trasferiment tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli fid-dati maqbula espliċitament mal-utent finali. Fi kwalunkwe każ, l- utenti finali li jkunu kkonkludew ftehim dwar il-portabilità ta’ numru ma’ fornitur ġdid għandu jkollhom dak in-numru attivat fi żmien ġurnata tax-xogħol mid-data maqbula mal-utent finali. Fil-każ jekk ifalli l-proċess ta’ trasferiment, il-fornitur trasferenti għandu jerġa’ jattiva n-numru u s-servizzi relatati tal-utent finali sa meta t-trasferiment jirnexxi. Il-fornitur trasferenti għandu jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu bl-istess termini u kondizzjonijiet sakemm jiġu attivati s-servizzi tal-fornitur riċeventi. Fi kwalunkwe każ, il-waqfien tas-servizz waqt il-proċess tal-bdil tal-fornitur u tat-trasferiment tan-numri ma għandux idum aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol. L-operaturi li n-netwerks jew faċilitajiet tal-aċċess tagħhom jintużaw jew mill-fornitur trasferenti jew minn dak riċeventi, jew mit-tnejn li huma, għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda telf ta’ servizz li jdewwem il-proċess tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri.
6.  

Il-fornitur riċeventi għandu jmexxi l-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 u kemm il-fornituri riċeventi kif ukoll il-fornituri trasferenti għandhom jikkooperaw in bona fede. Huma la għandhom idewmu l-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri u lanqas jabbużaw minnhom u lanqas ma għandhom jittrasferixxu numri jew jjibdlu utenti finali mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom. Il-kuntratti tal-utenti finali mal-fornitur trasferenti għandhom jintemmu awtomatikament mal-konklużjoni tal-proċess tal-bdil.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu d-dettalji tal-proċessi globali tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti, il-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm il-kontinwità tas-servizz lill-utenti finali. Dan għandu jinkludi, fejn hu teknikament fattibbli, ir-rekwiżit għat-trasferiment tan-numri biex isir permezz tal-proviżjonament over-the-air, ħlief jekk utent finali jitlob mod ieħor. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali jkunu adegwatament informati u protetti matul il-proċessi tal-bdil u tat-trasferiment tan-numri u ma jinqalbux lejn fornitur ieħor mingħajr il-kunsens tagħhom.

Il-fornituri trasferenti għandhom iħallsu lura, fuq talba, kull kreditu pendenti lill-konsumaturi li jużaw is-servizzi mħallsa minn qabel. Ir-rifużjoni għandha tkun soġġetta għal tariffa biss jekk dan ikun previst fil-kuntratt. Kwalunkwe tali tariffa għandha tkun proporzjonata u korrispondenti mal-ispejjeż attwali mġarrba mill-fornitur trasferenti fl-għoti tar-rifużjoni.

7.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali fil-każ ta’ nuqqas minn fornitur milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, inklużi dewmien, jew abbużi, fit-trasferiment tan-numri minn, jew f’isem, ta’ fornitur.
8.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-kumpens lill-utenti finali mill-fornituri tagħhom b’mod faċli u f’waqtu fil-każ ta’ nuqqas minn fornitur milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, kif ukoll fil-każ ta’ dewmien, jew abbużi, fil-proċessi tat-trasferiment tan-numri u tal-bdil, u fil-każ ta’ servizz mitluf u appuntamenti ta’ installazzjoni mitlufa.
9.  
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Anness VIII, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu mgħarrfa kif xieraq dwar l-eżistenza tad-drittijiet għal kumpens imsemmija fil-paragrafi 7 u 8.

Artikolu 107

Offerti bħala pakkett

1.  
Jekk pakkett ta’ servizzi jew pakkett ta’ servizzi u tagħmir terminali offrut lil konsumatur ikunu jinkludu tal-inqas servizz ta’ aċċess għall-internet jew servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri pubblikament disponibbli, l-Artikolu 102(3), l-Artikolu 103(1), l-Artikolu 105 u l-Artikolu 106(1) għandhom japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett inklużi, mutatis mutandis, dawk mhux koperti mod ieħor minn dawk id-dispożizzjonijiet.
2.  
Fejn il-konsumatur ikollu dritt, taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi nazzjonali skont il-liġi tal-Unjoni, itemm kwalunkwe element tal-pakkett kif imsemmi fil-paragrafu 1 qabel tmiem iż-żmien miftiehem fil-kuntratt minħabba nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt jew nuqqas ta’ forniment, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-konsumatur ikollu d-dritt itemm il-kuntratt fir-rigward tal-elementi kollha tal-pakkett.
3.  
Abbonament għal servizzi addizzjonali jew tagħmir terminali pprovdut jew imqassam mill-istess fornitur ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri pubblikament disponibbli ma għandux jestendi id-durata oriġinali tal-kuntratt li miegħu jiżdiedu dawk is-servizzi jew it-tagħmir terminali, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx espliċitament mod ieħor meta jabbona għas-servizzi addizzjonali jew it-tagħmir terminali.
4.  
Il-paragrafi 1 u 3 japplikaw ukoll għal dawk l-utenti finali li jkunu impriżi mikro, impriżi żgħar, jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, sakemm ma jkunux qablu espliċitament li jirrinunzjaw parti minn dawk id-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha.
5.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet oħrajn stabbiliti f’dan it-Titolu.

Artikolu 108

Id-disponibbiltà tas-servizzi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà kollha possibbli ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi u ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet pprovduti fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-eventwalità ta’ ħsara katastrofika fin-netwerk jew f’każi ta’ force majeure. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet bil-vuċi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta’ emerġenza u trażmissjoni mingħajr interruzzjoni ta’ twissijiet pubbliċi.

Artikolu 109

Komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u n-numru ta’ emerġenza uniku Ewropew

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti finali kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-utenti ta’ telefons pubbliċi bi ħlas, ikollhom aċċess għas-servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollhom jużaw kwalunkwe mezz ta’ ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” u kwalunkwe numru nazzjonali ta’ emerġenza speċifikat mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” minn netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li mhumiex pubblikament disponibbli iżda li jiffaċilitaw sejħiet lil netwerks pubbliċi, b’mod partikolari meta l-impriża responsabbli għal dak in-netwerk ma jipprovdix aċċess alternattiv u faċli għal servizz ta’ emerġenza.

2.  
L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u s-servizzi ta’ emerġenza u l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, fejn dawk is-servizzi jippermettu lill-utenti finali joriġinaw sejħiet lejn numru fi pjan ta’ numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jipprovdu aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lejn l-aktar PSAP adatt.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lejn in-numru uniku Ewropew “112” ta’ emerġenza għandha titwieġeb b’mod xieraq u tiġi trattata bl-aktar mod adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza. Dawn komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq in-numru jew numri nazzjonali ta’ emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.
4.  
Sal-21 ta’ Diċembru 2020 u kull sentejn sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”.
5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess minn utenti finali b’diżabbiltajiet għal servizzi ta’ emerġenza jkun disponibbli permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u jkun ekwivalenti għal dak li minnu jgawdu utenti finali oħrajn f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali b’diżabbiltajiet, huma u jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor, ikollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza fuq bażi ekwivalenti bħal utenti finali oħrajn, fejn fattibbli, mingħajr ebda reġistrazzjoni minn qabel. Dawk il-miżuri għandhom ifittxu li jiżguraw l-interoperabbiltà fost l-Istati Membri u għandhom ikunu bbażati kemm jista’ jkun fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej stabbiliti skont l-Artikolu 39. Tali miżuri ma għandhomx jimpedixxu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali biex isegwu l-għanijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
6.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa ssir disponibbli lill-aktar PSAP adatt mingħajr dewmien wara li tiġi stabbilita l-komunikazzjoni ta’ emerġenza. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar mnejn qed issir is-sejħa li tkun ibbażata fuq in-netwerk kif ukoll, jekk disponibbli, dik li tkun toriġina minn handset. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbiliment u t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn qed issir is-sejħa jkunu bla ħlas għall-utent finali u għall-PSAP fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kollha ta’ emerġenza lejn in-numru uniku ta’ emerġenza Ewropew “112”. L-Istati Membri jistgħu jestendu dawk l-obbligi biex ikopru l-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lejn in-numri nazzjonali ta’ emerġenza. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti, jekk neċessarju wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandhom jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post minn fejn qed issir is-sejħa.
7.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”, kif ukoll il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tiegħu, inkluż permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri u l-utenti finali b’diżabbiltajiet. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f’formati aċċessibbli, li jindirizzaw tipi differenti ta’ diżabbiltà. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri.
8.  

Sabiex ikun żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lin-numru uniku ta’ emerġenza Ewropew “112” fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-BEREC, atti delegati f’konformità mal-Artikolu 117 li jissupplimentaw il-paragrafi 2, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu dwar il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità, l-affidabbiltà u l-kontinwità tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fl-Unjoni fir-rigward ta’ soluzzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-post mnejn qed issir is-sejħa, aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltajiet u tidwir lejn l-aktar PSAP adatt. L-ewwel tali att delegat għandu jiġi adottat sal-21 ta’ Diċembru 2022.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u ma għandu jkollhom ebda impatt fuqhom.

Il-BEREC għandu jżomm bażi ta’ data tan-numri E.164 tas-servizzi ta’ emerġenza tal-Istati Membri sabiex tiżgura li dawn ikunu kapaċi jikkuntattjaw lil xulxin minn Stat Membru għal ieħor, jekk ma tkunx miżmuma bażi ta’ data bħal dik minn organizzazzjoni oħra.

Artikolu 110

Sistema ta’ twissija pubblika

1.  
Sal-21 ta’ Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkunu stabbiliti sistemi ta’ twissija pubblika dwar emerġenzi maġġuri imminenti jew li qed jiżviluppaw, jintbagħtu twissijiet pubbliċi mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali mobbli bbażati fuq in-numri lill-utenti finali kkonċernati.
2.  

Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li twissijiet pubbliċi jintbagħtu permezz ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u mhumiex servizzi tax-xandir, jew permezz ta’ applikazzjoni mobbli li tiddependi minn servizz ta’ aċċess għall-internet, dment li l-effettività tas-sistema ta’ twissija pubblika tkun ekwivalenti f’termini ta’ kopertura u kapaċità li tilħaq l-utenti finali inkluż dawk preżenti biss temporanjament fiż-żona konċernata, waqt li jitqiesu b’mod assolut il-linji gwida tal-BEREC. It-twissijiet pubbliċi għandhom ikunu faċilment riċevibbli mill-utenti finali.

Sal-21 ta’ Ġunju 2020, u wara li jikkonsulta l-awtoritajiet inkarigati mill-PSAPs, il-BEREC għandu jippubblika linji gwida dwar kif jista’ jitqies jekk l-effettività tas-servizzi tat-twissijiet pubbliċi taħt dan il-paragrafu hijiex ekwivalenti għall-effettività ta’ dawk fil-paragrafu 1.

Artikolu 111

Aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jispeċifikaw ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament biex ikun żgurat li utenti finali b’diżabbiltà:

(a) 

ikollhom aċċess għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż l-informazzjoni kuntrattwali relatata pprovduta skont l-Artikolu 102, ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu l-maġġoranza tal-utenti finali; u

(b) 

jibbenefikaw mill-għażla tal-impriżi u s-servizzi disponibbli għall-maġġoranza tal-utenti finali.

2.  
Meta l-Istati Membri jkunu qed jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jinkoraġġixxu l-konformità mal-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 39.

Artikolu 112

Is-servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju tat-telefon

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li jattribwixxu numri minn pjan ta’ numerazzjoni jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha li jagħmlu disponibbli għall-iskopijiet tal-forniment ta’ konsultazzjoni tad- direttorji pubblikament disponibbli u direttorji, l-informazzjoni kollha rilevanti f’format miftiehem fuq termini li jkunu ġusti, oġġettivi, orjentati mal-ispejjeż u mhux diskriminatorji.
2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa li jimponu obbligi u kondizzjonijiet fuq l-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess lill-utenti finali għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju skont l-Artikolu 61. Tali obbligi u kondizzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi, ekwitabbli, nondiskrimatorji u trasparenti.
3.  
L-Istati Membri m’għandhomx iżommu xi restrizzjonijiet regolatorji li jimpedixxu lill-utenti finali fi Stat Membru wieħed milli jaċċessaw direttament is-servizz ta’ konsultazzjoni tad-direttorju fi Stat Membru ieħor, permezz ta’ sejħiet bil-vuċi jew SMS, u għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw tali aċċess f’konformità mal-Artikolu 97.
4.  
Dan l-Artikolu għandu japplika suġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza u, b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE.

Artikolu 113

Interoperabbiltà ta’ riċevituri tar-radju tal-karozza u tar-radju tal-konsumatur u ta’ tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumatur

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità ta’ riċevituri tar-radju tal-karozza u ta’ tagħmir tat-televiżjoni diġitali tal-konsumatur skont l-Anness XI.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri tekniċi biex tkun żgurata l-interoperabilità ta’ riċevituri oħrajn tar-radju tal-konsumatur, filwaqt li jillimitaw l-impatt fuq is-suq ta’ riċevituri tax-xandir bir-radju ta’ valur baxx u filwaqt li jiġi żgurat li tali miżuri ma jkunux applikati fuq prodotti fejn riċevitur tar-radju huwa purament anċillari bħal smartphones u għal tagħmir użat minn dilettanti tar-radju.
3.  

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-fornituri ta’ servizzi tat-televiżjoni diġitali biex jiżguraw li, fejn ikun adatt, it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali li jipprovdu lill-utenti finali tagħhom ikun interoperabbli sabiex, fejn ikun teknikament fattibbli, t-tagħmir tat-televiżjoni diġitali jista’ jerġa’ jintuża ma’ fornituri oħra ta’ servizzi tat-televiżjoni diġitali.

Bla ħsara għall-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mat-tmiem tal-kuntratt tagħhom l-utenti finali jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali bi proċess faċli u bla ħlas, ħlief jekk il-fornitur juri li dan huwa għalkollox interoperabbli mas-servizzi tat-televiżjoni diġitali ta’ fornituri oħra, inklużi dawk li l-utent finali jkun qaleb magħhom.

It-tagħmir tat-televiżjoni diġitali li jkun konformi ma’ standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ma’ partijiet minnhom għandu jitqies bħala li jikkonforma mar-rekwiżit ta’ interoperabbiltà stabbilit fit-tieni subparagrafu kopert minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 114

Obbligi ta’ trażmissjoni “must carry”

1.  
L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi raġonevoli ta’ trażmissjoni “must carry” għat-trażmissjoni ta’ servizzi speċifiċi ta’ radju u kanali ta’ trasmissjoni televiżiva u servizzi komplimentari relatati, b’mod partikolari servizzi ta’ aċċessibbiltà biex jippermettu aċċess xieraq għal utenti finali b’diżabbiltà u d-data li ssostni s-servizzi televiżivi konnessi u l-gwidi elettroniċi tal-programmi, fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi wżati għad-distribuzzjoni ta’ servizzi tar-radju jew ta’ kanali ta’ trażmissjoni televiżiva lill-pubbliku fejn numru sinifikanti ta’ utenti finali ta’ tali netwerks u servizzi jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu servizzi bir-radju u kanali ta’ trażmissjoni televiżiva. Tali obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali kif definiti b’mod ċar minn kull Stat Membru u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.
2.  
Sal-21 ta’ Diċembru 2019 u sussegwentement kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1, ħlief fejn l-Istati Membri jkunu wettqu tali rieżami matul l-erba’ snin preċedenti.
3.  
La l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u lanqas l-Artikolu 59(2) m’għandhom jippreġudikaw il-kapaċità ta’ Stat Membru li jistabbilixxi remunerazzjoni adatta, jekk ikun hemm, dwar miżuri meħuda skont dan l-Artikolu waqt li jiżguraw li, f’ċirkostanzi simili, ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta’ fornituri ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Meta tkun prevista remunerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu ta’ remunerazzjoni jkun stipulat b’mod ċar fil-leġislazzjoni nazzjonali, inkluż, fejn rilevanti, il-kriterji għall-kalkolu ta’ dik ir-remunerazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jiġi applikat b’mod proporzjonat u trasparenti.

Artikolu 115

Forniment ta’ faċilitajiet addizzjonali

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-fornituri kollha ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet u/jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament ibbażati fuq in-numri jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas il-faċilitajiet addizzjonali kollha, jew parti minnhom, elenkati fil-Parti B tal-Anness VI, soġġett għall-fattibbiltà teknika, kif ukoll il-faċilitajiet addizzjonali kollha, jew parti minnhom, elenkati fil-Parti A tal-Anness VI.
2.  
Meta japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu ulterjorment mill-lista ta’ faċilitajiet addizzjonali fil-Partijiet A u B tal-Anness VI biex jiżguraw livell ogħla tal-protezzjoni tal-konsumatur.
3.  
Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1 fit-territorju kollu tiegħu jew parti minnu jekk iqis, wara li jieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, li jkun hemm aċċess suffiċjenti għal dawk il-faċilitajiet.

Artikolu 116

Adattament tal-annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 li jemendaw l-Annessi V, VI, IX, X u XI sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u soċjali jew il-bidliet fid-domanda tas-suq.



PARTI IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 117

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 75, 109 u 116 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-20 ta’ Diċembru 2018 ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 75, 109 u 116 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti deżinjati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.
6.  
L-att delegat adottat skont l-Artikoli 75, 109 u 116 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 118

Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta’ kumitat (’il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet’). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Għall-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(4), il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza tal-Kumitat tal-Ispektrum tar-Radju stabbilit skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn tkun trid tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, matul il-perijodu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk membru tal-kumitat jitlob li jsir dan. F’każ bħal dan, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat fi żmien raġonevoli.

4.  

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li jitqies l-Artikolu 8 tiegħu.

Fejn tkun trid tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, matul il-perijodu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk membru tal-kumitat jitlob li jsir dan. F’każ bħal dan, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat fi żmien raġonevoli.

Artikolu 119

Skambju ta’ informazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet dwar ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet regolari mar-rappreżentanti tal-operaturi tan-netwerks, il-provdituri tas-servizzi, l-utenti, l-konsumaturi, il-manifatturi u t-trade unions, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
2.  
Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet għandu, waqt li jagħti kont tal-politika tal- Unjoni dwar komunikazzjonijiet elettroniċi, iħajjar il-bdil ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq is-sitwazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet regolatorji li jirrigwardaw netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi.

Artikolu 120

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha interessati jkollhom aċċess faċilment għal dik l-informazzjoni. Għandhom jippubblikaw avviż fil-gazzetta nazzjonali uffiċjali tagħhom waqt li jiddeskrivu kif u fejn l-informazzjoni hija ppubblikata. L-ewwel tali avviż għandu jiġi pubblikat qabel il-21 ta’ Diċembru 2020, u sussegwentement avviż għandu jiġi ppubblikat kull meta jkun hemm tibdil fl-informazzjoni li tinsab fih.
2.  
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kopja ta’ dawk l-avviżi kollha fil-waqt tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif xieraq.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kondizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta’ drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet ta’ użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b’mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.
4.  
Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tinżamm f’livelli differenti tal-gvern, b’mod partikolari informazzjoni dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet fuq drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli, waqt li tieħu kont tal-ispejjeż involuti, biex toħloq sinteżi faċli biex tiftiehem ta’ dik l-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’livelli differenti tal-gvern u l-awtoritajiet responsabbli, sabiex jiġu faċilitati l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-installazzjoni ta’ faċilitajiet.
5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi speċifiċi mposti fuq impriżi taħt din id-Direttiva jiġu ppubblikati u li l-prodott u s-servizz speċifiċi, u s-swieq ġeografiċi jiġu identifikati. Soġġett għall-ħtieġa li tkun protetta l-kunfidenzjalità kummerċjali, huma għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata ssir pubblikament disponibbli b’mod li jiggarantixxi li l-partijiet kollha nteressati jkollhom aċċess faċli għal dik l-informazzjoni.
6.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li huma jagħmlu pubblikament disponibbli skont il-paragrafu 5 Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli f’forma faċilment aċċessibbli, u għandha tqassam l-informazzjoni lill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet kif jixraq.

Artikolu 121

Notifika u monitoraġġ

1.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2020, u minnufih warakull bidla sussegwenti bl-ismijiet tal-impriżi deżinjati bħala li għandhom obbligi ta’ servizz universali taħt l-Artikolu 85(2), l-Artikolu 86 jew 87.
2.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-impriżi ddeżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, u l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Direttiva. Kull bidla li taffettwa l-obbligi imposti fuq impriżi jew tal-impriżi affettwati taħt din id-Direttiva għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 122

Proċeduri ta’ reviżjoni

1.  

Sal-21 ta’ Diċembru 2025 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dawk ir-reviżjonijiet għandhom jevalwaw b’mod partikolari l-implikazzjonijiet għas-suq tal-Artikolu 61(3) u l-Artikoli 76, 78 u 79 u jekk is-setgħat ta’ intervent ex ante u oħrajn bis-saħħa ta’ din id-Direttiva humiex suffiċjenti biex jippermettu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jindirizzaw strutturi tas-suq oligopolistiċi mhux kompetittivi, u biex jiżguraw li l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tkompli tirnexxi għall-benefiċċju tal-utenti finali.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni lill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed.

2.  

Sal-21 ta’ Diċembru 2025 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ambitu tas-servizz universali, b’mod partikolari bil-ħsieb li tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li l-ambitu jinbidel jew jiġi ridefinit.

Dik ir-reviżjoni għandha titwettaq fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, waqt li jittieħed kont, fost ħwejjeġ oħra, tar-rati tal-mobilità u d-data fid-dawl tat-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza tal-utenti finali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tar-riżultat tar-reviżjoni.

3.  

Il-BEREC għandu, sal-21 ta’ Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin, jippubblika opinjoni dwar l-implimentazzjoni nazzjonali u l-funzjonament tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u dwar l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern.

Il-Kummissjoni tista’ tippubblika, waqt li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, rapport dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti I u tal-Anness I, u tista’ tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet, fejn hija tqis li dan ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati ostakli għall-funzjonament korrett tas-suq intern.

Artikolu 123

Proċedura ta’ reviżjoni speċifika dwar id-drittijiet tal-utent finali

1.  

Il-BEREC għandu jissorvelja l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi rigward it-tipi differenti ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għandu, sal-21 ta’ Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin, jew fuq talba motivata mingħand mill-inqas tnejn mill-membri tiegħu minn Stat Membru, jippubblika opinjoni dwar dawn l-iżviluppi u dwar l-impatt tagħhom fuq l-applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III.

F’dik l-opinjoni, il-BEREC għandu jivvaluta sa fejn it-Titolu III tal-Parti III jissodisfa l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-opinjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III fir-rigward tat-tipi ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi koperti. Bħala bażi għall-opinjoni, il-BEREC għandu janalizza b’mod partikolari:

(a) 

sa fejn l-utenti finali tas-servizzi kollha ta’ komunikazzjonijiet elettronċi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ħielsa u infurmati, inkluż abbażi ta’ informazzjoni kuntrattwali sħiħa, u jkunu jistgħu jbiddlu faċilment il-fornitur tagħhom ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettronċi;

(b) 

sa fejn in-nuqqas tal-kapaċitajiet imsemmija fil-punt (a) irriżulta f’distorsjoni tas-suq jew f’dannu għall-utent finali;

(c) 

sa fejn huwa mhedded b’mod tanġibbli l-aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza, b’mod partikolari minħabba żieda fl-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri, minn nuqqas ta’ interoperabbiltà jew żviluppi teknoloġiċi;

(d) 

l-ispiża probabbli ta’ kwalunkwe riaġġustament tal-obbligi fit-Titolu III tal-Parti III jew l-impatt fuq l-innovazzjoni għal fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

2.  
Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti III u tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dak it-Titolu fejn tqis li dan ikun neċessarju biex jiġi żgurat li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 jibqgħu jiġu sodisfatti.

Artikolu 124

Traspożizzjoni

1.  

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-21 ta’ Diċembru 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-21 ta’ Diċembru 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu dikjarazzjoni li referenzi f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif dik id-dikjarazzjoni tiġi fformulata.

2.  

B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 53(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandu japplika mill-20 ta’ Diċembru 2018 fejn ikunu ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex ikun permissibbli l-użu tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi- ta’ broadband bla fili. Fir-rigward ta’ baned tal-ispektrum tar-radju li għalihom ma ġewx stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati sal-20 ta’ Diċembru 2018, l-Artikolu 53(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandu japplika mid-data tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni teknika f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 54 mill-31 ta’ Diċembru 2020.

3.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 125

Tħassir

Id-Direttivi 2002/19/KEE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE, kif elenkati fl-Anness XII, Parti A, huma mħassra b’effett mill-21 ta’ Diċembru 2020, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta’ applikazzjoni tad-Direttivi msemmija fl-Anness XII, Parti B.

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE huwa mħassar b’effett mill-21 ta’ Diċembru 2020.

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XIII.

Artikolu 126

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 127

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

LISTA TA’ KONDIZZJONIJIET LI JISTGĦU JIĠU STIPULATI MA’ AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI, ID-DRITTIJIET TA’ UŻU GĦALL-ISPEKTRUM TAR-RADJU U D-DRITTIJIET TA’ UŻU GĦAL RIŻORSI TA’ NUMERAZZJONI

Dan l-Anness jipprovdi għall-finijiet tal-lista massima ta’ kondizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu mal-awtorizzazzjonijiet ġenerali għal netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, ħlief għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (il-Parti A), netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (il-Parti B), servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (il-Parti C), id-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju (il-Parti D), u d-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni (il-Parti E).

A   Kondizzjonijiet ġenerali li jistgħu jiġi stipulati ma’ awtorizzazzjoni ġenerali

1. 

Ħlasijiet amministrattivi skont l-Artikolu 16.

2. 

Protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza speċifika għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE

3. 

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta taħt proċedura ta’ notifika skont l-Artikolu 12 u għal għanijiet oħra kif inklużi fl-Artikolu 21.

4. 

Awtorizzazzjoni tal-interċettazzjoni legali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva 2002/58/KE.

5. 

Il-termini għall-użu tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b’theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta’ katastrofi serja.

6. 

It-termini ta’ użu waqt diżastri kbar jew emerġenzi nazzjonali biex jiġu żgurati komunikazzjonijiet bejn is-servizzi ta’ emerġenza u l-awtoritajiet.

7. 

Obbligi għal aċċess barra minn dawk previsti fl-Artikolu 13 li japplikaw għal impriżi li jfornu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

8. 

Miżuri maħsuba biex jiżguraw konformità mal-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 39.

9. 

Obbligi ta’ trasparenza għall-fornituri ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli sabiex tiġi żgurata konnettività end-to-end, skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3, u fejn meħtieġ u proporzjonat, aċċess minn awtoritajiet kompetenti għal informazzjoni bħal din meħtieġa biex jiġi vverifikat dan l-iżvelar.

B.   Kondizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiżdiedu ma’ awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

1. 

Interkonnessjoni tan-netwerks f’konformità ma’ din id-Direttiva.

2. 

Obbligi ta’ trażmissjoni “must carry” f’konformità ma’ din id-Direttiva.

3. 

Miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra kampi elettromanjetiċi kawżati minn netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jittieħed l-akbar kont tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE.

4. 

Il-manutenzjoni tal-integrità ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont din id-Direttiva inkluż b’kondizzjonijiet li jimpedixxu l-interferenza elettromanjetika bejn netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont id-Direttiva 2014/30/UE.

5. 

Is-sigurtà ta’ netwerks pubbliċi kontra aċċess mhux awtorizzat skont id-Direttiva 2002/58/KE.

6. 

Kondizzjonijiet għall-użu ta’ spektrum tar-radju, skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2014/53/UE, fejn dak l-użu mhux magħmul soġġett għall-għoti ta’ drittijiet individwali tal-użu skont l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 48 ta’ din id-Direttiva.

C.   Kondizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiżdiedu ma’ awtorizzazzjoni ġenerali għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numru

1. 

Interoperabbiltà tas-servizzi skont din id-Direttiva.

2. 

L-aċċessibbiltà mill-utenti finali għan-numri mill-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri, numri mill-UIFN, u fejn, teknikament u ekonomikament fattibbli, minn pjani għall-għoti tan-numri ta’ Stati Membri oħrajn, u l-kondizzjonijiet skont din id-Direttiva.

3. 

Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika.

4. 

Restrizzjonijiet fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ kontenut illegali skont id-Direttiva 2000/31/KE u restrizzjonijiet fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ kontenut dannuż skont id-Direttiva 2010/13/UE.

D.   Kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati ma’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju

1. 

L-obbligu li jkun provdut servizz jew li tintuża tip ta’ teknoloġija fil-limiti tal-Artikolu 45 inkluż, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura u ta’ kwalità.

2. 

L-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju skont din id-Direttiva.

3. 

Il-kondizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex tiġi evitata interferenza ta’ ħsara u għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika kontra l-kampi elettromanjetiċi, filwaqt li jittieħed l-akbar kont tar-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE fejn dawk il-kondizzjonijiet huma differenti minn dawk inklużi fl-awtorizzazzjoni ġenerali.

4. 

Id-dewmien massimu skont l-Artikolu 49, soġġett għal kull bidla fil-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tal-Frekwenzi.

5. 

It-trasferiment jew il-kiri tad-drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur tad-drittijiet u l-kondizzjonijiet għal dak it-trasferiment skont din id-Direttiva.

6. 

It-tariffi għal drittijiet ta’ użu skont l-Artikolu 42.

7. 

Kull impenn li l-impriża li tikseb drittijiet ta’ użu tkun għamlet fil-qafas ta’ awtorizzazzjoni jew proċess ta’ tiġdid ta’ awtorizzazzjoni qabel ma l-awtorizzazzjoni tingħata jew, fejn japplika, qabel l-istedina għall-applikazzjoni għad-drittijiet tal-użu.

8. 

Obbligi biex jiġi ppuljat jew jinqasam l-ispektrum tar-radju jew jiġi permess aċċess għall-ispektrum tar-radju għal utenti oħrajn f’reġjuni speċifiċi jew fuq il-livell nazzjonali.

9. 

L-obbligi taħt xi ftehim internazzjonali rilevanti li jirrelataw mal-użu ta’ baned tal-ispektrum tar-radju.

10. 

L-obbligi speċifiċi għall-użu sperimentali ta’ baned tal-ispektrum tar-radju.

E.   Kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati mad-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni

1. 

L-identifikazzjoni tas-servizz li għalih in-numru għandu jintuża, inkluża kull ħtieġa marbuta mal-forniment ta’ dak is-servizz u, sabiex jiġi evitat kull dubju, prinċipji ta’ tariffi u prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw fis-serje ta’ numri speċifiċi bl-iskop li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur skont il-punt (d) tal-Artikolu 3(2).

2. 

L-użu effettiv u effiċjenti ta’ riżorsi ta’ numerazzjoni skont din id-Direttiva.

3. 

Rekwiżiti għall-portabbiltà tan-numri skont din id-Direttiva.

4. 

Obbligu li jiġi provdut għall-utenti finali ta’ direttorji pubbliċi t-tagħrif għall-għanijiet tal-Artikolu 112.

5. 

Id-dewmien massimu skont l-Artikolu 94, soġġett għal kull bidla fil-pjan nazzjonali tan-numerazzjoni.

6. 

Trasferiment ta’ drittijiet fuq l-inizjattiva tad-detentur ta’ drittijiet u l-kondizzjonijiet għal tali trasferiment skont din id-Direttiva, inkluża kwalunkwe kondizzjoni marbuta mad-dritt ta’ użu għal numru li tkun vinkolanti għall-impriżi kollha li lilhom ġew ittrasferiti d-drittijiet.

7. 

It-tariffi għad-drittijiet tal-użu skont l-Artikolu 95.

8. 

Kull impenn li l-intrapriża li tikseb drittijiet ta’ użu tkun għamlet fil-kors ta’ proċedura ta’ għażla kompetittiva jew komparattiva.

9. 

Obbligi taħt xi ftehim internazzjonali rilevanti li jirrelataw mal-użu tan-numri.

10. 

Obbligi li jikkonċernaw l-użu extraterritorjali tan-numri fi ħdan l-Unjoni biex tiġi żgurata konformità mal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli oħra marbutin man-numri fl-Istati Membri barra dawk tal-kodiċi tal-pajjiż.




ANNESS II

KONDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI U TAR-RADJU TRAŻMESSI LIT-TELESPETTATURI U S-SEMMIEGĦA FL-UNJONI

Parti I:

Kondizzjonijiet għas-sistemi ta’ aċċess kondizzjonali li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 62(1)

Fir-rigward tal-aċċess kondizzjonali għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju trażmessi lit-telespettaturi u s-semmiegħa fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skont l-Artikolu 62 li l-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a) 

l-impriżi kollha li jipprovdu servizzi ta’ aċċess kondizzjonali, irrispettivament mill-mezzi tat-trażmissjoni, li jfornu servizzi ta’ aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju u s-servizzi ta’ aċċess li x-xandara tagħhom jiddependu fuqhom biex jilħqu kull grupp ta’ telespettaturi u semmiegħa potenzjali għandhom:

— 
joffru lix-xandara kollha, fuq bażi ekwa, raġonevoli u nondiskriminatorju kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, servizzi tekniċi li jippermettu li s-servizzi trażmessi diġitalment mix-xandara jiġu riċevuti minn telespettaturi jew semmiegħa awtorizzati permezz ta’ decoders amministrati mill-operaturi tas-servizz, u jikkonformaw mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni,
— 
iżommu kontabilità finanzjarja separata fir-rigward tal-attività tagħhom bħala operaturi ta’ aċċess kondizzjonali.
(b) 

meta jagħtu liċenzji lill-manifatturi ta’ apparat tal-konsumatur, id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għall-prodotti u sistemi ta’ aċċess kondizzjonali għandhom jiżguraw li dan isir fuq termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji. Waqt li jittieħed kont tal-fatturi tekniċi u kummerċjali, id-detenturi tad-drittijiet ma għandhomx jissuġġettaw l-għoti tal-liċenzji għal kondizzjonijiet li jipprojbixxu, jiddiswadu jew jiskoraġġixxu l-inklużjoni fl-istess prodott ta’:

— 
interface komuni li jippermetti l-konnessjoni ma’ diversi sistemi oħra ta’ aċċess, jew
— 
mezzi li huma speċifiċi għal sistema oħra ta’ aċċess, basta li l-liċenzja tikkonforma mal-kondizzjonijiet rilevanti u raġonevoli li jiżguraw, sa fejn huwa konċernat, is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet ta’ operaturi ta’ sistema ta’ aċċess kondizzjonali.

Parti II:

Faċilitajiet oħra li għalihom jistgħu jiġu applikati kondizzjonijiet taħt il-punt (D) l-Artikolu 61(2)

(a) 

Aċċess għal APIs;

(b) 

Aċċess għal EPGs.




ANNESS III

KRITERJI GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ RATI BL-INGROSSA TA’ TERMINAZZJONI BIL-VUĊI

Prinċipji, kriterji u parametri għad-determinazzjoni tar-rati bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi fis-swieq tat-telefonija fissa u mobbli, imsemmija fl-Artikolu 75(1):

(a) 

ir-rati għandhom ikunu bbażati fuq l-irkupru tal-ispejjeż imġarrba minn operatur effiċjenti; l-evalwazzjoni tal-ispejjeż effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq valuri tal-ispejjeż attwali; il-metodoloġija tal-ispejjeż li tikkalkula l-ispejjeż effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq approċċ ta’ mmudellar axxendenti li juża spejjeż inkrimentali fit-tul relatati mat-traffiku talli jiġi provdut is-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi lil partijiet terzi;

(b) 

L-ispejjeż inkrimentali rilevanti tas-servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi għandhom jiġu determinati bid-differenza bejn l-ispejjeż totali fit-tul ta’ operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa tiegħu tas-servizzi u l-ispejjeż totali fit-tul ta’ dak l-operatur li ma jipprovdix servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi lill-partijiet terzi;

(c) 

għandhom jiġu allokati liż-żieda ta’ terminazzjoni rilevanti dawk l-ispejjeż biss marbutin mat-traffiku li jkunu evitati fl-assenza ta’ servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi;

(d) 

l-ispejjeż marbutin mal-kapaċità addizzjonali tan-netwerk għandhom jiġu inklużi sakemm dawn huma kkawżati mill-bżonn li tiżdied il-kapaċità għall-iskop li jiġi provdut traffiku addizzjonali marbut mat-terminazzjoni bil-vuċi bl-ingrossa;

(e) 

il-miżati tal-ispektrum tar-radju għandhom jiġu esklużi miż-żieda tat-terminazzjoni tas-sejħiet mobbli bil-vuċi;

(f) 

għandhom jiġu inklużi biss dawk l-ispejjeż kummerċjali bl-ingrossa li huma marbutin mal-forniment bl-ingrossa tas-servizz ta’ terminazzjoni bil-vuċi lill-partijiet terzi;

(g) 

l-operaturi kollha tan-netwerk tat-telefonija fissa għandhom jitqiesu li jipprovdu servizzi ta’ terminazzjoni bil-vuċi bl-istess spejjeż tal-unitajiet bħall-operatur effiċjenti, irrispettivament mid-daqs tagħhom;

(h) 

għall-operaturi tan-netwerk tat-telefon mobbli, l-iskala minima effiċjenti għandha tiġi ffissata f’sehem mis-suq li mhux anqas minn 20 %;

(i) 

l-approċċ rilevanti għad-deprezzament tal-assi għandu jkun deprezzament ekonomiku; u

(j) 

l-għażla tat-teknoloġija tan-netwerks immudellati għandhom ikunu progressivi, ibbażati fuq in-netwerk ewlieni tal-IP filwaqt li jitqiesu t-teknoloġiji varji li probabbli ser ikunu jintużaw matul il-perijodu tal-validità tar-rata massima; fil-każ tat-netwerk tat-telefonija fissa, is-sejħiet għandhom jitqiesu li jkunu esklużivament packet switched.




ANNESS IV

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA’ OFFERTI TA’ KOINVESTIMENT

Meta tivvaluta offerta ta’ koinvestiment skont l-Artikolu 76(1), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivverifika jekk ġewx sodisfatti mill-inqas il-kriterji li ġejjin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jikkunsidraw kriterji addizzjonali sa fejn dawn ikunu meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess ta’ investituri potenzjali tal-koinvestiment, fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi lokali u l-istruttura tas-suq:

(a) 

L-offerta ta’ koinvestiment għandha tkun miftuħa għal kull impriża matul il-ħajja kollha tan-netwerk mibni taħt offerta ta’ koinvestiment fuq bażi mhux diskriminatorja. L-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq tista’ tinkludi fl-offerta kondizzjonijiet raġonevoli dwar l-kapaċità finanzjarja ta’ kwalunkwe impriża sabiex, pereżempju, koinvestituri potenzjali ikollhom juru li huma kapaċi jagħmlu l-ħlasijiet f’fażijiet li abbażi tagħhom l-introduzzjoni hija ppjanata, l-aċċettazzjoni ta’ pjan strateġiku li abbażi tiegħu jitħejjew il-pjanijiet ta’ introduzzjoni fuq terminu medju, u oħrajn.

(b) 

L-offerta ta’ koinvestiment għandha tkun trasparenti:

— 
l-offerta għandha tkun disponibbli u faċilment identifikata fil-websajt tal-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq;
— 
għal kwalunkwe offerent potenzjali li jkun esprima interess, għandhom isirudisponibbli, mingħajr dewmien żejjed, termini dettaljati b’mod sħiħ, inklużi l-formola legali tal-ftehim ta’ koinvestiment u, meta rilevanti, il-ftehimiet preliminari tar-regoli ta’ governanza tal-mezz ta’ koinvestiment; u
— 
il-proċess, li bħall-pjan direzzjonali għat-twaqqif u l-iżvilupp tal-proġett ta’ koinvestiment, għandu jkun jinbeda minn qabel, għandu jiġi spjegat bil-miktub lil kwalunkwe koinvestitur potenzjali, u l-istadji kollha sinifikanti għandhom jiġu kkomunikati b’mod ċar lill-impriżi kollha mingħajr kwalunkwe diskriminazzjoni.
(c) 

L-offerta tal-koinvestiment għandha tinkludi t-termini lill-koinvestituri potenzjali li jiffavorixxu kompetizzjoni sostenibbli fit-tul, b’mod partikolari:

— 
L-impriżi kollha għandhom jiġu offruti termini u kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji għall-parteċipazzjoni fil-ftehim ta’ koinvestiment relattiv għaż-żmien li jissieħbu, inklużi f’termini ta’ kunsiderazzjoni finanzjarja meħtieġa għall-akkwist ta’ drittijiet speċifiċi, f’termini tal-protezzjoni mogħtija lill-koinvesituri minn dawk id-drittijiet kemm fil-fażi ta’ kostruzzjoni kif ukoll fil-fażi ta’ sfruttament, pereżempju, billi jingħataw drittijiet inaljenabbli tal-użu (IRUs) għat-tul ta’ ħajja mistenni tan-netwerk koinvestit u f’termini tal-kondizzjonijiet għas-sħubija u t-terminazzjoni potenzjali tal-ftehim ta’ koinvestiment. Termini mhux diskriminatorji f’dan il-kuntest ma jimplikawx li l-koinvestituri kollha potenzjali għandhom jiġu offruti eżattament l-istess termini, inklużi t-termini finanzjarji, imma li l-varjazzjonijiet kollha tat-termini offruti għandhom ikunu ġġustifikati abbażi tal-istess kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u prevedibbli bħalma huwa n-numru ta’ linji tal-utenti finali li għalih hemm impenn.
— 
L-offerta għandha tippermetti flessibbiltà f’termini ta’ valur u żmien tal-impenn provdut minn kull koinvestitur, pereżempju permezz ta’ perċentaġġ maqbul u li potenzjalment jiżdied tal-linji tal-utenti finali f’żona partikolari, li għaliha l-koinvesituri għandhom il-possibbiltà li gradwalment jikkommettu ruħhom għaliha u li għandu jiġi stabbilit f’livell unitarju li jippermetti koinvestituri iżgħar b’riżorsi limitati jidħlu fil-koinvestiment fuq skala raġonevolment minima u jkabbru gradwalment il-parteċipazzjoni tagħhom filwaqt li jiżguraw livelli adegwati ta’ impenn inizjali. Id-determinazzjoni tal-kunsiderazzjoni finanzjarja li trid tiġi provduta minn kull koinvestitur għandha bżonn tirrifletti l-fatt li investituri bikrin jaċċettaw riskji akbar u jimpenjaw il-kapital qabel.
— 
Primjum li jiżdied maż-żmien għandu jiġi kkunsidrat bħala ġustifikat għal impenji li jsiru fi stadji aktar tard u għal koinvestituri ġodda li jidħlu għall-koinvestiment wara l-bidu tal-proġett, biex jirrifletti r-riskji diminuttivi u jwieżnu kull inċentiv biex jinżamm l-kapital fl-istadji bikrija.
— 
Il-ftehim ta’ koinvestiment għandu jippermetti l-għoti tad-drittijiet akkwistati mill-koinvesituri lil koinvestituri oħrajn jew lil partijiet terzi li lesti li jidħlu fi ftehim ta’ koinvestiment sakemm l-impriża li tittrasferixxi tiġi obbligata li tissodisfa l-obbligi oriġinali tat-trasferent skont il-ftehim ta’ koinvestiment.
— 
Il-koinvestituri għandhom jagħtu lil xulxin drittijiet reċiproċi fuq termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli biex jaċċessaw l-infrastruttura koinvestita bl-iskop li jipprovdu servizzi downstream, inklużi lill-utenti finali, skont kondizzjonijiet trasparenti li għandhom ikunu trasparenti fl-offerta ta’ koinvestiment u l-ftehim sussegwenti, b’mod partikolari fejn il-koinvestituri huma responsabbli b’mod individwali u b’mod separat għall-introduzzjoni ta’ partijiet speċifiċi tan-netwerk. Jekk jinħoloq mezz ta’ koinvestiment, dan għandu jipprovdi aċċess għan-netwerk lill-koinvestituri kollha, sew b’mod dirett kif ukoll b’mod indirett, fuq ekwivalenza ta’ bażi ta’ inputs u skont termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inklużi kondizzjonijiet finanzjarji li jirriflettu l-livelli differenti ta’ riskju aċċettat mill-koinvestituri individwali.
(d) 

L-offerta ta’ koinvestiment għandha tiżgura investiment sostenibbli li probabbli jissodisfa l-bżonnijiet tal-ġejjieni, bl-introduzzjoni ta’ elementi ġodda tan-netwerk li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-introduzzjoni ta’ netwerks b’kapaċità għolja ħafna.




ANNESS V

SETT MINIMU TA’ SERVIZZI LI S-SERVIZZ TA’ AĊĊESS ADEGWAT GĦALL-INTERNET BROADBAND SKONT L-ARTIKOLU 84(3) GĦANDU JKUN KAPAĊI LI JSOSTNI

(1) 

Indirizz elettroniku

(2) 

magni tat-tiftix li jippermettu tiftix u skoperta ta’ kull tip ta’ informazzjoni

(3) 

għodda bażiċi onlajn ta’ taħriġ u edukazzjoni

(4) 

gazzetti jew aħbarijiet online

(5) 

ix-xiri jew il-prenotazzjoni online ta’ oġġetti jew servizzi

(6) 

tiftix għall-impjiegi u għodda għat-tiftix għall-impjiegi

(7) 

netwerking professjonali

(8) 

servizzi bankarji fuq l-internet

(9) 

l-użu tas-servizzi online tal-gvern

(10) 

media soċjali u messaġġi istantanji

(11) 

sejħiet u sejħiet bil-video (kwalità standard)




ANNESS VI

DESKRIZZJONI TA’ FAĊILITAJIET U SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 88 (KONTROLL TAL-INFIQ), FL-ARTIKOLU 115 (FAĊILITAJIET ADDIZZJONALI) U FL-ARTIKOLU 106 (BDIL TAL-FORNITUR U PORTABBILTÀ TAN-NUMRU)

Parti A:

Il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikoli 88 u 115

Meta tiġi applikata abbażi tal-Artikolu 88, il-Parti A hija applikabbli għall-konsumaturi u kategoriji oħra ta’ utenti finali fejn l-Istati Membri estendew il-benefiċjarji tal-Artikolu 88(2).

Meta applikata abbażi tal-Artikolu 115, il-Parti A hija applikabbli għal dawk il-kategoriji ta’ utenti finali ddeterminati mill-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-punti (c), (d) u (g) ta’ din il-Parti li japplikaw biss għall-konsumaturi.

(a) 

Kontijiet dettaljati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, ikunu jistgħu jistabbilixxu l-livell bażiku ta’ kontijiet dettaljati li jridu jiġu offruti mill-fornituri lill-utenti finali mingħajr ħlas sabiex dawn ikunu jistgħu:

(i) 

jippermettu l-verifika u l-kontroll tat-tariffi mġarrba fl-użu tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet jew tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 115; u

(ii) 

jissorveljaw b’mod xieraq l-użu u l-ispejjeż li jagħmlu u b’hekk jeżerċitaw livell raġonevoli ta’ kontroll fuq il-kontijiet tagħhom.

Meta jkun xieraq, jistgħu jiġu offruti lill-utenti finali livelli addizzjonali ta’ dettall għal ħlas ta’ tariffi raġonevoli jew mingħajr ebda ħlas.

Dawn il-kontijiet dettaljati għandhom jinkludu referenza espliċita għall-identità tal-fornitur u għat-tul ta’ żmien tas-servizzi imposti minn kwalunkwe numru primjum ħlief jekk l-utent finali jkun talab li din l-informazzjoni ma tissemmiex.

Is-sejħiet li jkunu mingħajr ħlas mill-utenti finali li jagħmel is-sejħa, inkluż sejħiet lil linji ta’ għajnuna, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu identifikati fil-kont dettaljat tal-utent finali li jagħmel is-sejħa.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu lill-operaturi biex jipprovdu mingħajr ħlas identifikazzjoni ta’ min iċempel.

(b) 

Imblukkar selettiv ta’ sejħiet ’il barra, jew SMS primjum jew MMS, jew, fejn huwa teknikament fattibbli, tipi oħra ta’ applikazzjonijiet simili, mingħajr ħlas

jiġifieri, il-faċilità li permezz tagħha l-utenti finali jistgħu, wara li jitolbu lill-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 115 jimblokkaw, mingħajr ma jħallas, sejħiet ’il barra jew SMS primjum jew MMS jew tipi oħra ta’ applikazzjonijiet simili, ta’ tipi definiti jew lejn tipi definiti ta’ numri.

(c) 

Sistemi ta’ ħlas minn qabel

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-fornituri joffru mezzi kif il-konsumaturi jħallsu għall-aċċess għan-netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għall-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, jew ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet, jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 115, fuq bażi ta’ ħlas minn qabel.

(d) 

Pagament rateali mqassam fuq tul ta’ żmien tal-ħlasijiet għall-konnessjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-fornituri jippermettu lill-konsumaturi jħallsu għall-konnessjoni ma’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fuq bażi ta’ pagamenti rateali mqassma fuq tul ta’ żmien.

(e) 

Kontijiet li ma jitħallsux

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw miżuri speċifiċi, li jkunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ppubblikati, biex ikopru kontijiet mhux imħallsa maħruġa minn fornituri. Dawn il-miżuri jiżguraw li jingħata avviż debitu minn qabel lill-utenti finali dwar kwalunkwe interruzzjoni jew qtugħ tas-servizz konsegwenti. Ħlief fil-każijiet ta’ frodi, ħlas persistenti tard jew nuqqas ta’ ħlas, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw, sa fejn hu teknikament fattibbli li kwalunkwe interruzzjoni tas-servizz tiġi konfinata għas-servizz ikkonċernat. Il-qtugħ tal-konnessjoni għan-nuqqas ta’ ħlas ta’ kontijiet għandha sseħħ biss wara li tingħata t-twissija debita lill-utenti finali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu perijodu ta’ servizz limitat qabel il-qtugħ komplut tal-konnessjoni li matulu jkunu permessi biss sejħiet li ma jinvolvux ħlas mill-utenti finali (pereżempju sejħiet għan-numru “112”) u livell ta’ servizz minimu tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet, definit mill-Istati Membri fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali.

(f) 

Informazzjoni dwar it-tariffi

jiġifieri, il-faċilità li permezz tagħha utenti finali jistgħu jitolbu lill-fornitur joffri informazzjoni dwar tariffi alternattivi rħas, jekk disponibbli.

(g) 

Kontroll tal-ispiża

jiġifieri l-faċilità li permezz tagħha l-fornituri joffru mezzi oħra, jekk jiġi determinat li dawn huma xierqa mill-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jikkontrollaw l-ispejjeż ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi jew servizzi ta’ aċċess għall-internet, jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri fil-każ tal-Artikolu 115 inkluż allerti bla ħlas lill-konsumaturi f’każ ta’ tendenzi ta’ konsum mhux normali jew eċċessiv.

(h) 

faċilità ta’ diżattivazzjoni ta’ ħruġ ta’ kont minn parti terza

jiġifieri l-faċilità li utenti finali jiddiżaattivaw il-kapaċità ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ parti terza li jużaw il-kont ta’ fornitur ta’ servizz ta’ aċċess għall-internet jew fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali pubblikament disponibbli biex jitolbu l-ħlas għall-prodotti u s-servizzi tagħhom.

Parti B:

Faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 115

(a) 

Identifikazzjoni tal-linja ta’ mnejn dieħla s-sejħa

jiġifieri n-numru tal-parti li tagħmel is-sejħa jiġi ppreżentat lill-persuna msejħa qabel ma s-sejħa tiġi stabbilita.

Din il-faċilità għandha tiġi pprovduta skont il-liġi rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, b’mod partikolari d-Direttiva 2002/58/KE.

Sal-limitu teknikament possibbli, l-operaturi għandhom jipprovdu data u sinjali li jiffaċilitaw l-offerta tal-identità tal-linja li tagħmel is-sejħa u ton ta’ ddajljar minn naħa għall-oħra tal-konfini tal-Istati Membri.

(b) 

trażmissjoni f’indirizz ġdid jew aċċess għal posta elettronika wara tmiem ta’ kuntratt ma’ fornitur ta’ servizz ta’ aċċess għall-internet.

Din il-faċilità għandha, fuq talba u mingħajr ħlas, tippermetti lill-utenti finali li jtemmu l-kuntratt tagħhom ma’ fornitur ta’ servizz ta’ aċċess għall-internet biex jew ikollhom aċċess għall-posta elettronika li jirċievu fl-indirizzi elettroniċi tagħhom ibbażati fuq l-isem kummerċjali jew it-trademark tal-fornitur preċedenti, matul perijodu li l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis meħtieġ u proporzjonat, jew biex jittrasferixxu l-posta elettronika mibgħuta f’dak (jew dawk) l-indirizz(i) matul dak il-perijodu lejn indirizz elettroniku ġdid speċifikat mill-utent finali.

Parti C:

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-portabbiltà tan-numri msemmija fl-Artikolu 106

Ir-rekwiżit li l-utenti finali kollha b’numri mill-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni telefonika, li jitolbu dan, jistgħu jżommu n-numri tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz għandu japplika:

(a) 

fil-każ ta’ numri ġeografiċi, f’post speċifiku; u

(b) 

fil-każ ta’ numri mhux ġeografiċi, fi kwalunkwe post.

Din il-Parti ma tapplikax għall-portabbiltà ta’ numri bejn netwerks li jipprovdu servizzi f’post iffissat u netwerks mobbli.




ANNESS VII

KALKOLU TAL-ISPIŻA NETTA, JEKK IKUN HEMM, TA’ OBBLIGI TA’ SERVIZZ UNIVERSALI U STABBILIMENT TA’ KWALUNKWE MEKKANIŻMU TA’ KUMPENS JEW KONDIVIŻJONI SKONT L-ARTIKOLI 89 U 90

Parti A:

Kalkolu tal-ispiża netta

L-obbligi għal servizz universali jirreferu għall-obbligi imqiegħda fuq impriża minn Stat Membru li jikkonċernaw il-forniment ta’ servizzi universali stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 87.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkonsidraw il-mezzi kollha biex jiżguraw inċentivi adatti għall-impriżi (maħtura jew le) biex jipprovdu obbligi ta’ servizz universali b’effiċjenza fl-ispiża. Fit-twettiq ta’ eżerċizzju ta’ kalkolu, l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali għandha tiġi kalkolata bħala d-differenza bejn l-ispiża netta għal kwalunkwe impriża li topera bl-obbligi ta’ servizz universali imqabbla mal-operazzjoni mingħajr obbligi ta’ servizz universali. Attenzjoni debita għandha tingħata biex issir stima korretta tal-ispejjeż li x’impriża tkun għażlet li tevita li kieku ma kien hemm ebda obbligu ta’ servizz universali. Il-kalkolu tal-ispiża netta għandu jistma l-benefiċċji, inklużi benefiċċji intanġibbli, għall-fornitur ta’ servizz universali.

Il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq in-nefqiet attribwibbli għal:

(i) 

l-elementi tas-servizzi identifikati li jistgħu jiġu biss provduti b’telf jew provduti taħt kondizzjonijiet ta’ spiża li jaqgħu barra l-istandards normali kummerċjali.

Din il-kategorija tista’ tinkludi elementi ta’ servizz bħal aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza bit-telefon, il-forniment ta’ ċerti telefons pubbliċi bi ħlas, il-forniment ta’ ċerti servizzi jew tagħmir għal utenti finali b’diżabbiltajiet, u oħrajn;

(ii) 

utenti finali jew gruppi ta’ utenti finali speċifiċi li, waqt li jittieħed kont tal-ispiża għall-forniment tan-netwerk u servizz speċifiku, id-dħul ġenerat u kull medjar ġeografiku tal-prezzijiet imposti mill-Istat Membru, li s-servizz għalihom jista’ jsir biss b’telf jew taħt kondizzjonjiet tal-ispiża li jaqgħu barra li-standards normali tal-kummerċ.

Din il-kategorija tinkludi wkoll dawk l-utenti finali jew gruppi ta’ utenti finali li ma kinux jiġu servuti minn fornitur kummerċjali li ma kellux obbligu li jipprovdi servizz universali.

Il-kalkolu tal-ispiża netta ta’ aspetti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz universali għandu jsir separatament u sabiex jiġi evitat għadd doppju ta’ xi benefiċċji u nefqiet diretti jew indiretti. L-ispiża netta globali ta’ obbligi ta’ servizzi universali għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma tal-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-komponenti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz universali, waqt li jittieħed kont ta’ kull benefiċċju intanġibbli. Ir-responsabbiltà għall-verifikar tal-ispiża netta hija tal-awtorità regolatorja nazzjonali.

Parti B:

Kumpens għal spejjeż netti tal-obbligi ta’ servizz universali

L-irkupru jew l-iffinanzjar ta’ kull spiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali jista’ jirrikjedi li impriżi b’obbligi ta’ servizz universali jiġu kkumpensati għas-servizzi li jfornu taħt kondizzjonijiet mhux kummerċjali. Minħabba li dak il-kumpens jinvolvi trasferimenti finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk jitwettqu b’mod oġġettiv, trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Dan ifisser li t-trasferimenti jirriżultaw fl-anqas distorsjoni tal-kompetizzjoni u f’domanda tal-utent.

Skont l-Artikolu 90(3), mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni ibbażat fuq fond għandu juża mezzi trasparenti u newtrali għall-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet li jevitaw il-periklu ta’ impożizzjoni doppja ta’ kontribuzzjonijiet li jaqgħu kemm fuq l-outputs kif ukoll fuq l-inputs tal-impriżi.

Il-korp indipendenti li jamministra l-fond għandu jkun responsabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet minn impriżi li huma stmati bħala li għandhom l-obbligu li jikkontribwixxu għall-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali fl-Istat Membru u għandu jissorvelja it-trasferiment tas-somom dovuti jew ħlasijiet amministrattivi lill-impriżi intitolati li jirċievu l-ħlasijiet minn dak il-fond.




ANNESS VIII

REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA SKONT L-ARTIKOLU 102 (REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI GĦAL KUNTRATTI)

A. 

rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna

Fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għajr servizzi ta’ trażmissjoni użati għall-forniment ta’ servizzi minn magna għal magna għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz provdut, kwalunkwe livell minimu tal-kwalità tas-servizz sa fejn dawn qed jiġu offruti u, għal servizzi oħra għajr is-servizzi tal-aċċess għall-internet, il-parametri speċifiċi ta’ kwalità ggarantiti.

Jekk ma jiġi offrut l-ebda livell minimu tal-kwalità tas-servizz, għandha ssir dikjarazzjoni f’dan is-sens.

(2) 

bħala parti mill-informazzjoni dwar il-prezz, fejn u sal-punt li jkun applikabbli, il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġi attivat is-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għal kull spiża rikorrenti jew relatata mal-konsum,

(3) 

bħala parti mill-informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt, inkluż tariffi tat-terminazzjoni possibbli, sal-punt li dawk il-kondizzjonijiet japplikaw:

(i) 

kwalunkwe użu jew tul minimu meħtieġ biex wieħed jibbenefika minn termini promozzjonali,

(ii) 

kull tariffa relatata mal-bdil u l-arranġamenti għall-kumpens u r-rifużjoni minħabba dewmien jew abbuż fil-bdil, kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri rispettivi,

(iii) 

informazzjoni dwar id-dritt tal-konsumaturi li jużaw servizzi mħallsa minn qabel għal rifużjoni, fuq talba, ta’ kwalunkwe kreditu li jifdal fil-każ ta’ bdil, kif imfisser fl-Artikolu 106(6),

(iv) 

kull tariffa dovuta minħabba t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, inkluża informazzjoni dwar il-ftuħ tat-tagħmir terminali u kull irkupru tal-ispejjeż b’rabta mat-tagħmir terminali,

(4) 

kull arranġament ta’ kumpens u ta’ rifużjoni, inkluż, fejn applikabbli, referenza espliċita għad-drittijiet tal-konsumaturi, li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi b’kuntratt ma jintlaħqux jew jekk il-fornitur iwieġeb b’mod inadegwat għal inċident ta’ sigurtà, theddida jew vulnerabbiltà;

(5) 

it-tip ta’ azzjoni li tista’ tittieħed mill-fornitur b’reazzjoni għal inċidenti tas-sigurtà jew għal theddid jew vulnerabbiltajiet.

B. 

rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament

I. 

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A, il-fornituri tas-servizzi tal-aċċess għall-internet u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz provdut:

(i) 

kull livell minimu tal-kwalità tas-servizz sal-punt li dan qed jiġi offrut, u filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ il-linji gwida tal-BEREC adottati f’konformità mal-Artikolu 104(2) rigward:

— 
għas-servizzi tal-aċċess għall-internet: mill-inqas latenza, jitter, telfien ta’ pakketti;
— 
għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament, fejn huma jeżerċitaw kontroll fuq mill-inqas xi elementi tan-netwerk jew ikollhom ftehim fil-livell ta’ servizz għal dan il-għan ma’ impriżi li jipprovdu aċċess għan-netwerk: mill-inqas iż-żmien għall-konnessjoni inizjali, il-probabbiltà ta’ falliment, id-dewmien fis-sinjalar tas-sejħa skont l-Anness X; u
(ii) 

mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti finali li jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120, kull kondizzjoni, inkluż tariffi, imposti mill-fornitur dwar l-użu tat-tagħmir terminali pprovdut;

(2) 

bħala parti mill-informazzjoni dwar il-prezz, fejn u sal-punt li jkun applikabbli, il-prezzijiet rispettivi sabiex jiġi attivat is-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u għal kull spiża rikorrenti jew relatata mal-konsum:

(i) 

id-dettalji tal-pjan jew tal-pjanijiet tat-tariffi speċifiċi skont il-kuntratt u, għal kull tali pjan tat-tariffa t-tipi ta’ servizzi offruti, inkluż meta applikabbli, il-volumi tal-komunikazzjonijiet (pereżempju MB, minuti, messaġġi) inklużi għal kull perijodu tal-ħlas, u l-prezz għall-unitajiet tal-komunikazzjoni addizzjonali,

(ii) 

fil-każ ta’ pjan jew pjanijiet tat-tariffi b’volum ta’ komunikazzjonijiet stabbilit minn qabel, il-possibbiltà għall-konsumaturi li jiddifferixxu kwalunkwe volum mhux użat mill-perijodu tal-ħlas preċedenti għall-perijodu tal-ħlas li jmiss, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-kuntratt,

(iii) 

il-faċilitajiet għas-salvagwardja tat-trasparenza fil-kontijiet u għall-monitoraġġ tal-livell tal-konsum,

(iv) 

informazzjoni dwar it-tariffi rigward kull numru jew servizz soġġett għal kondizzjonijiet tal-ipprezzar partikolari; fejn jidħlu l-kategoriji individwali tas-servizzi, l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu barra minn hekk li din l-informazzjoni tiġi pprovduta minnufih qabel il-konnessjoni tas-sejħa jew il-konnessjoni mal-fornitur tas-servizz,

(v) 

għal servizzi f’pakkett u pakketti li jinkludu kemm is-servizzi u t-tagħmir terminali, il-prezz tal-elementi individwali tal-pakkett sal-punt li jiġu kummerċjalizzati wkoll separatament,

(vi) 

id-dettalji u l-kondizzjonijiet, inkluż il-ħlas, ta’ kull servizz ta’ wara l-bejgħ, il-manutenzjoni, u l-assistenza għall-konsumatur, u

(vii) 

il-mezzi li bihom tkun tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ispejjeż tal-manutenzjoni kollha applikabbli;

(3) 

bħala parti mill-informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-kuntratt għal servizzi f’pakkett u l-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet tat-terminazzjoni tal-pakkett jew ta’ elementi tiegħu;

(4) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-informazzjoni dwar liema data personali għandha tingħata qabel it-twettiq tas-servizz jew li tinġabar fil-kuntest tal-forniment tas-servizz;

(5) 

dettalji fuq il-prodotti u s-servizzi maħsuba għall-utenti finali b’diżabbiltà u kif jistgħu jinkisbu l-aġġornamenti ta’ din l-informazzjoni;

(6) 

il-mezz biex jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, inkluż tilwim nazzjonali u transfruntier skont l-Artikolu 25;

II. 

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A u taħt il-punt I, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numru disponibbli pubblikament għandhom jipprovdu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

kull limitazzjoni għall-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza jew għall-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina s-sejħa minħabba nuqqas ta’ fattibbiltà teknika sa fejn is-servizz jippermetti lill-utenti finali jagħmlu sejħiet lejn numru fi pjan nazzjonali jew internazzjonali ta’ numerazzjoni;

(2) 

id-dritt tal-utent finali li jaċċetta jew ma jaċċettax li jdaħħal id-data personali tiegħu fid-direttorju, u t-tipi ta’ data kkonċernata, skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE;

III. 

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A u taħt il-punt I, il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet għandhom jipprovdu ukoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2015/2120.




ANNESS IX

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKONT L-ARTIKOLU 103 (TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI)

L-awtorità kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-informazzjoni f’dan l-Anness tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 103. L-awtorità kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi liema informazzjoni hija rilevanti biex tiġi ppubblikata mill-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament, u liema informazzjoni għandha tkun ippubblikata mill-awtorità kompetenti nnifisha f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali kollha jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. Jekk jitqies xieraq, l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awtoregolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu.

1. Dettalji ta’ kuntatt tal-impriża

2. Servizzi pubblikament disponibbli tat-telefon offruti

2.1. Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi offruti u l-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz provdut, inkluż kwalunkwe livell minimu tal-kwalità tas-servizz fejn offruti u kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir terminali fornut.

2.2. Tariffi tas-servizzi offruti, inkluż l-informazzjoni dwar il-volumi tal-komunikazzjonijiet (bħal restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ data, numru ta’ minuti ta’ sejħiet bil-vuċi, numru ta’ messaġġi) ta’ pjani ta’ tariffi speċifiċi u dwar tariffi applikabbli għal unitajiet addizzjonali ta’ komunikazzjoni, numri jew servizzi soġġetti għal kondizzjonijiet ta’ ipprezzar partikolari, ħlasijiet għall-aċċess, u manutenzjoni, it-tipi kollha ta’ ħlasijiet għall-użu, skemi ta’ tariffi speċjali u mmirati u kwalunkwe imposta addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward tat-tagħmir tat-terminal.

2.3. Servizzi ta’ wara l-bejgħ, manutenzjoni u assistenza għall-klijent offruti u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom.

2.4. Kondizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inklużi, it-tul taż-żmien tal-kuntratt, tariffi li jridu jitħallsu qabel terminazzjoni ta’ kuntratt, drittijiet marbuta mat-terminazzjoni tal-offerti f’pakkett jew l-elementi tagħhom, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

2.5. Jekk l-impriża hija fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numru, informazzjoni dwar l-aċċess ta’ servizzi ta’ emerġenza u informazzjoni dwar il-post fejn ikun jinsab min qed jagħmel is-sejħa, jew kull limitazzjoni fuq dan tal-aħħar. Jekk l-impriża hija fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, informazzjoni dwar il-grad sa fejn l-aċċess ta’ servizzi ta’ emerġenza jista’ jiġi sostnut jew le.

2.6. Dettalji tal-prodotti u s-servizzi, inkluż kull funzjoni, prattika, politika u proċedura u bidla fl-operazzjoni tas-servizz, speċifikament maħsuba għall-utenti finali b’diżabbiltajiet, f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi.

3. Mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim inklużi dawk żviluppati mill-impriża.




ANNESS X

PARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Parametri tal-Kwalità tas-Servizz, Definizzjonijiet u Metodi ta’ Kejl imsemmija fl-Artikolu 104

Għal fornituri ta’ aċċess għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi



PARAMETRU

(Nota 1)

TIFSIRA

METODU TAL-KEJL

Tul ta’ żmien għall-konnessjoni inizjali

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Rata ta’ ħsara għal kull linja ta’ aċċess

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin tat-tiswija tal-ħsara

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Għall-fornituri ta’servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali li jeżerċitaw kontroll fuq mill-inqas xi elementi tan-netwerk jew ikollhom ftehim fil-livell ta’ servizz għal dan il-għan ma’ impriżi li jipprovdu aċċess għan-netwerk



PARAMETRU

(Nota 2)

TIFSIRA

METODU TAL-KEJL

Ħin tal-faċilitazzjoni tas-sejħa

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ilmenti dwar l-eżattezza tal-kontijiet

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Il-kwalità tal-konnessjoni tal-vuċi

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon ta’ sejħiet li jaqgħu

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon ta’ sejħiet mingħajr suċċess

(Nota 2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Probabbiltà ta’ insuċċess

 

 

Dewmien fis-sinjal tas-sejħa

 

 

Numru tal-verżjoni tal-ETSI EG 202 057-1 huwa 1.3.1. (Lulju 2008)

Għal fornituri ta’ servizzi tal-aċċess għall-internet



PARAMETRU

TIFSIRA

METODU TAL-KEJL

Latenza (dewmien)

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Jitter

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Telfien ta’ pakketti

ITU-T Y.2617

ITU-T Y.2617

Nota 1

Il-parametri għandhom jippermettu li l-prestazzjoni tkun tista’ tiġi analizzata f’livell reġjonali (jiġifieri mhux inqas mil-livell 2 fin-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali (NUTS) stabbilita mill-Eurostat).

Nota 2

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jeħtiġux li tinżamm informazzjoni aġġornata li tikkonċerna l-prestazzjoni għal dawk iż-żewġ parametri, jekk ikun hemm provi disponibbli li juru li l-prestazzjoni f’dawk iż-żewġ oqsma tkun sodisfaċenti.




ANNESS XI

INTEROPERABBILTÀ TA’ RIĊEVITURI TAR-RADJU TAL-KAROZZA U TA’ TAGĦMIR TAT-TELEVIŻJONI DIĠITALI TAL-KONSUMATUR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 113

1. Scrambling algorithm komuni u riċezzjoni free-to-air

It-tagħmir kollu tal-konsumatur maħsub għar-riċezzjoni ta’ sinjali diġitali tat-televiżjoni (jiġifieri xandir permezz ta’ trażmissjoni terrestri, bil-cable jew bis-satellita), għall-bejgħ jew kera jew xort’oħra magħmula disponibbli fl-Unjoni, kapaċi għal descrambling ta’ sinjali diġitali tat-televiżjoni, għandu jkollu l-kapaċità li:

(a) 

jippermetti descrambling ta’ tali sinjali skont scrambling algorithm komuni Ewropew kif amministrat mill-organizzazzjoni rikonoxxuta Ewropea tal-istandardizzazzjoni, attwalment l-ETSI,

(b) 

juri sinjali li jkunu ġew trażmessi sakemm, fil-każ li dak it-tagħmir jiġi mikri, il-kerrej ikun f’konformità mal-ftehim rilevanti tal-kiri.

▼C2

2. Interoperabilità għal settijiet tat-televiżjoni diġitali

Kwalunkwe sett diġitali tat-televiżjoni bi skrin integrali ta’ djagunal viżibbli ta’ aktar minn 30 cm li jiġi introdott fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni għandu jkun iffittjat b’tal-anqas konnessjoni waħda miftuħa (jew standardizzata minn, jew li tikkonforma ma’ standard adottat minn, organizzazzjoni Ewropej rikonoxxuti tal-istandardizzazzjoni, jew li tikkonforma ma’ speċifikazzjoni ta’ industrija kollha) li jippermetti konnessjoni sempliċi għall-periferali, u li jkun jista’ jgħaddi l-elementi rilevanti kollha ta’ sinjal diġitali televiżiv, inkluża informazzjoni li tirrelata ma’ servizzi interattivi u kondizzjonalment aċċessati.

3. Interoperabbiltà għal riċevituri tar-radju tal-karozza

Kwalunkwe riċevitur tar-radju integrat f’vettura ġdida tal-kategorija M li jiġi introdott fis-suq għall-bejgħ jew għall-kiri fl-Unjoni mill-21 ta’ Diċembru 2020 għandu jinkludi riċevitur li kapaċi jirċievi u jirriproduċi mill-inqas servizzi tar-radju pprovduti permezz ta’ xandir bir-radju terrestri. Ir-riċevituri li jkunu konformi ma’ standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ma’ partijiet minnhom għandhom jitqiesu bħala li jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit kopert minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

▼B




ANNESS XII

Parti A

Direttivi mħassra b’lista tal-emendi suċċessivi fihom

(imsemmija fl-Artikolu 125)



Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

Artikolu 1

 

Ir-Regolament (UE) 544/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12)

Artikolu 2

 

Ir-Regolament (UE) 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32)

Artikolu 10

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

Artikolu 3 u Anness

Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7)

 

 

Id-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37)

Artikolu 2

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51)

 

 

Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11)

Artikolu 1 u Anness I

 

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1)

Artikolu 8

Parti B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 125)



Direttiva

Il-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Id-data ta’ applikazzjoni

2002/19/KE

24 ta’ Lulju 2003

25 ta’ Lulju 2003

2002/20/KE

24 ta’ Lulju 2003

25 ta’ Lulju 2003

2002/21/KE

24 ta’ Lulju 2003

25 ta’ Lulju 2003

2002/22/KE

24 ta’ Lulju 2003

25 ta’ Lulju 2003




ANNESS XIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Id-Direttiva 2002/21/KE

Id-Direttiva 2002/20/KE

Id-Direttiva 2002/19/KE

Id-Direttiva 2002/22/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 1(1), (2) u (3)

Artikolu 1(3a)

 

 

 

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4) u (5)

 

 

 

Artikolu 1(5) u (6)

Il-punt (a) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (1) tal-Artikolu 2

Il-punt (2) tal-Artikolu 2

Il-punt (b) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (3) tal-Artikolu 2

Il-punt (c) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (4) tal-Artikolu 2

Il-punt (5) tal-Artikolu 2

Il-punt (6) tal-Artikolu 2

Il-punt (7) tal-Artikolu 2

Il-punt (d) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (8) tal-Artikolu 2

Il-punt (da) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (9) tal-Artikolu 2

Il-punt (e) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (10) tal-Artikolu 2

Il-punt (ea) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (11) tal-Artikolu 2

Il-punt (f) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (12) tal-Artikolu 2

Il-punt (g) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (h) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (13) tal-Artikolu 2

Il-punt (i) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (14) tal-Artikolu 2

Il-punt (j) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (k) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (l) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (m) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (15) tal-Artikolu 2

Il-punt (n) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (16) tal-Artikolu 2

Il-punt (o) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (17) tal-Artikolu 2

Il-punt (p) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (18) tal-Artikolu 2

Il-punt (q) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (19) tal-Artikolu 2

Il-punt (r) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (20) tal-Artikolu 2

Il-punt (s) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (21) tal-Artikolu 2

Il-punt (22) tal-Artikolu 2

Artikolu 3(1)

 

 

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(2)

 

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(3)

 

 

 

Artikolu 6(2)

Artikolu 3(3a), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 3(3a), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 7(2) u (3)

Artikolu 3(3a), it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 9(1) u (3)

Artikolu 9(2)

Artikolu 3(3b)

 

 

 

Artikolu 10(1)

Artikolu 3(3c)

 

 

 

Artikolu 10(2)

Artikolu 3(4)

 

 

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 3(5)

 

 

 

Artikolu 11

Artikolu 3(6)

 

 

 

Artikolu 5(4)

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 31

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 20

Artikolu 22

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 23

Artikolu 7

 

 

 

Artikolu 32

Artikolu 7a

 

 

 

Artikolu 33

Il-punt (c) tal-Artikolu 33(5)

Artikolu 8(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 8(5)

 

 

 

Artikolu 3(3)

Artikolu 8a(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 4(1) u (2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 8a(3)

 

 

 

Artikolu 4(4)

Artikolu 29

Artikolu 9(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 45(1) u (2)

Artikolu 45(3)

Artikolu 9(3)

 

 

 

Artikolu 45(4)

Artikolu 9(4) u (5)

 

 

 

Artikolu 45(5) u (6)

Artikolu 9(6) u (7)

 

 

 

Artikolu 9a

 

 

 

Artikolu 9b(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 51(1) u (2)

Artikolu 9b(3)

 

 

 

Artikolu 51(4)

Artikolu 51(3)

Artikolu 10(1)

 

 

 

Artikolu 95(1)

Artikolu 10(2)

 

 

 

Artikolu 95(3)

Artikolu 95(2)

Artikolu 95(4)

Artikolu 95(5)

Artikolu 95(6)

Artikolu 10(3)

 

 

 

Artikolu 95(7)

Artikolu 10(4)

 

 

 

Artikolu 95(8)

Artikolu 10(5)

 

 

 

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 43

Artikolu 12(1)

 

 

 

Artikolu 44(1)

Artikolu 12(2)

 

 

 

Artikolu 12(3)

 

 

 

Artikolu 61(2)

Artikolu 12(4)

 

 

 

Artikolu 12(5)

 

 

 

Artikolu 44(2)

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 17

Artikolu 13a(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 40(1), (2) u (3)

Artikolu 13a(4)

 

 

 

 

 

 

Artikolu 40(5)

Artikolu 40(4)

Artikolu 13b(1), (2) u (3)

 

 

 

Artikolu 41(1), (2) u (3)

Artikolu 41(4)

Artikolu 13b(4)

 

 

 

Artikolu 41(7)

Artikolu 41(5)

Artikolu 41(6)

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 63

Artikolu 15(1),(2),(3)

 

 

 

Artikolu 64(1),(2),(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 66

Artikolu 16

 

 

 

Artikolu 67

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 39

Artikolu 18

 

 

 

Artikolu 19

 

 

 

Artikolu 38

Artikolu 20

 

 

 

Artikolu 26

Artikolu 21(1)

 

 

 

Artikolu 27(1)

Artikolu 21(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

 

 

 

Artikolu 27(2)

Artikolu 21(2), it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 27(3)

Artikolu 21(2), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi

 

 

 

Artikolu 27(4)

 

 

 

Artikolu 27(5)

Artikolu 21(3)

 

 

 

Artikolu 21(4)

 

 

 

Artikolu 27(6)

Artikolu 21a

 

 

 

Artikolu 29

Artikolu 22(1)

 

 

 

Artikolu 118(1)

Artikolu 22(2)

 

 

 

Artikolu 118(3)

Artikolu 22(3)

 

 

 

Artikolu 118(4)

Artikolu 11(2)

Artikolu 118(5)

Artikolu 117

Artikolu 23

 

 

 

Artikolu 119

Artikolu 24

 

 

 

Artikolu 120(1) u (2)

Artikolu 25

 

 

 

Artikolu 122(1)

Artikolu 26

 

 

 

Artikolu 125

Artikolu 28

 

 

 

Artikolu 124

Artikolu 29

 

 

 

Artikolu 127

Artikolu 30

 

 

 

Artikolu 128

Anness II

 

 

 

 

Artikolu 1

 

 

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 2(1)

 

 

 

Artikolu 2(2)

 

 

Il-punt (22) tal-Artikolu 2

Il-punt (23) tal-Artikolu 2

Il-punt (24) tal-Artikolu 2

Il-punt (25) tal-Artikolu 2

Il-punt (26) tal-Artikolu 2

 

Artikolu 3(1)

 

 

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 3(2), l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 3(2), it-tieni, it-tielet u r-raba’ sentenzi

 

 

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 3(3)

 

 

Artikolu 12(4)

 

 

Artikolu 4

 

 

Artikolu 15

 

Artikolu 5(1)

 

 

Artikolu 46(1)

Artikolu 46(2) u (3)

 

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 48(1)

 

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

 

 

Artikolu 48(2)

 

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu

 

 

Artikolu 48(5)

 

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

 

 

Artikolu 48(3)

Artikolu 48(4)

 

Artikolu 5(3)

 

 

Artikolu 48(6)

 

Artikolu 5(4) u (5)

 

 

Artikolu 93(4) u (5)

 

Artikolu 5(6)

 

 

Artikolu 52

Artikolu 93

 

Artikolu 6(1),(2),(3) u (4)

 

 

Artikolu 13

Artikolu 47

 

Artikolu 7

 

 

Artikolu 55

 

Artikolu 8

 

 

Artikolu 36

 

Artikolu 9

 

 

Artikolu 14

 

Artikolu 10

 

 

Artikolu 30

 

 

Artikolu 11

 

 

Artikolu 21

 

Artikolu 12

 

 

Artikolu 16

 

Artikolu 13

 

 

Artikolu 42

Artikolu 94

 

Artikolu 14(1)

 

 

Artikolu 18

 

Artikolu 14(2)

 

 

Artikolu 19

 

Artikolu 15

 

 

Artikolu 120(3) u (4)

 

Artikolu 16

 

 

 

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 18

 

 

 

Artikolu 19

 

 

 

Artikolu 20

 

 

 

Anness

 

 

Anness I

 

 

Artikolu 1 (1 u 2)

 

Artikolu 1(2) u (3)

 

 

Il-punt (a) tal-Artikolu 2

 

Il-punt (27) tal-Artikolu 2

 

 

Il-punt (b) tal-Artikolu 2

 

Il-punt (28) tal-Artikolu 2

 

 

Il-punt (c) tal-Artikolu 2

 

Il-punt (29) tal-Artikolu 2

 

 

Il-punt (d) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (e) tal-Artikolu 2

 

Il-punt (30) tal-Artikolu 2

 

 

Artikolu 3

 

Artikolu 59

 

 

Artikolu 4

 

Artikolu 60

 

 

Artikolu 5

 

Artikolu 61

 

 

Artikolu 6

 

Artikolu 62

 

 

 

 

 

 

Artikolu 8

 

Artikolu 68

 

 

Artikolu 9

 

Artikolu 69

 

 

Artikolu 10

 

Artikolu 70

 

 

Artikolu 11

 

Artikolu 71

Artikolu 72

 

 

Artikolu 12

 

Artikolu 73

 

 

Artikolu 13

 

Artikolu 74

Artikolu 75

Artikolu 76

 

 

Artikolu 13a

 

Artikolu 77

 

 

Artikolu 13b

 

Artikolu 78

Artikolu 80

Artikolu 81

 

 

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 15

 

Artikolu 120(5)

 

 

Artikolu 16(1)

 

 

 

Artikolu 16(2)

 

Artikolu 121(4)

 

 

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 18

 

 

 

Artikolu 19

 

 

 

Artikolu 20

 

 

 

Anness I

 

Anness II

 

 

Anness II

 

Anness III

 

 

 

Artikolu 1

Artikolu 1(4) u (5)

 

 

 

Il-punt (a) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (c) tal-Artikolu 2

Il-punt (32) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (d) tal-Artikolu 2

Il-punt (33) tal-Artikolu 2

 

 

 

Il-punt (f) tal-Artikolu 2

Il-punt (34) tal-Artikolu 2

Il-punt (35) tal-Artikolu 2

Il-punt (37) tal-Artikolu 2

Il-punt (38) tal-Artikolu 2

Il-punt (39) tal-Artikolu 2

Artikolu 84

Artikolu 85

 

 

 

Artikolu 3

Artikolu 86(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 7

 

 

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 86(3)

 

 

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 86(4)

 

 

 

Artikolu 8(3)

Artikolu 86(5)

 

 

 

Artikolu 9

Artikolu 87

 

 

 

Artikolu 10

Artikolu 88

 

 

 

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 12

Artikolu 89

 

 

 

Artikolu 13

Artikolu 90

 

 

 

Artikolu 14

Artikolu 91

 

 

 

Artikolu 15

Artikolu 122(2) u (3)

 

 

 

Artikolu 17

Artikolu 99

Artikolu 101

 

 

 

Artikolu 20(1)

Artikolu 102

 

 

 

Artikolu 20(2)

Artikolu 105(3)

 

 

 

Artikolu 21

Artikolu 103

 

 

 

Artikolu 22

Artikolu 104

 

 

 

Artikolu 23

Artikolu 108

 

 

 

Artikolu 23a

Artikolu 111

 

 

 

Artikolu 24

Artikolu 113

 

 

 

Artikolu 25

Artikolu 112

 

 

 

Artikolu 26

Artikolu 109

 

 

 

Artikolu 27

 

 

 

Artikolu 27a

Artikolu 96

 

 

 

Artikolu 28

Artikolu 97

 

 

 

Artikolu 29

Artikolu 115

 

 

 

Artikolu 30(1)

Artikolu 106(2)

 

 

 

Artikolu 30(2)

Artikolu 106(4)

 

 

 

Artikolu 30(3)

Artikolu 106(4)

 

 

 

Artikolu 30(4)

Artikolu 106(5)

 

 

 

Artikolu 30(5)

Artikolu 105(1)

 

 

 

Artikolu 31

Artikolu 114

 

 

 

Artikolu 32

Artikolu 92

 

 

 

Artikolu 33

Artikolu 24

 

 

 

Artikolu 34

Artikolu 25

 

 

 

Artikolu 35

Artikolu 116

 

 

 

Artikolu 36

Artikolu 121

 

 

 

Artikolu 37

 

 

 

Artikolu 38

 

 

 

Artikolu 39

 

 

 

Artikolu 40

 

 

 

Anness I

Anness V

 

 

 

Anness II

Anness VII

 

 

 

Anness III

Anness IX

 

 

 

Anness IV

Anness VI

 

 

 

Anness V

 

 

 

Anness VI

Anness X

 

 

 

 

Anness IV



( ) Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq ta’ tagħmir tat-terminals tat-telekomunikazzjonijiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 20).

( ) Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( ) Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

( ) Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348 20.12.2013, p. 1).

( ) Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).