02018D1544 — MT — 11.10.2023 — 007.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1544 tal-15 ta' Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi (ĠU L 259 16.10.2018, p. 25) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 18I |
10 |
21.1.2019 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1722 tal-14 ta’ Ottubru 2019 |
L 262 |
66 |
15.10.2019 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1466 tat-12 ta’ Ottubru 2020 |
L 335 |
16 |
13.10.2020 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1482 tal-14 ta’ Ottubru 2020 |
L 341 |
9 |
15.10.2020 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1799 tal-11 ta’ Ottubru 2021 |
L 361 |
51 |
12.10.2021 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1944 tat-13 ta’ Ottubru 2022 |
L 268 |
24 |
14.10.2022 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2232 tal-14 ta’ Novembru 2022 |
L 293I |
32 |
14.11.2022 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2129 tad-9 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
10.10.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1544
tal-15 ta' Ottubru 2018
li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
Artikolu 1
“Armi kimiċi” tfisser armi kimiċi kif definit fl-Artikolu II tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC).
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, min-naħa ta':
persuni fiżiċi li huma responsabbli għal, li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali lil jew li huma involuti b'mod ieħor:
fil-manifattura, l-akkwist, il-pussess, l-iżvilupp, it-trasport, il-ħażna jew it-trasferiment ta' armi kimiċi;
fl-użu ta' armi kimiċi;
fi kwalunkwe tħejjija għall-użu ta' armi kimiċi;
persuni fiżiċi li jassistu, jinkoraġġixxu jew jipperswadu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp biex jimpenjaw ruħhom fi kwalunkwe attività msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u b'dan il-mod jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal periklu li tali attivitajiet jistgħu jittieħdu; u
persuni fiżiċi assoċjati mal-persuni fiżiċi elenkati fil-punti (a) u (b);
kif elenkat fl-Anness.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż ospitanti ta' organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali mlaqqa' min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċi tagħha;
skont xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew
skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 3
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, ta' proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma responsabbli għal, jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali lil jew huma involuti b'mod ieħor:
fil-manifattura, l-akkwist, il-pussess, l-iżvilupp, it-trasport, il-ħażna jew it-trasferiment ta' armi kimiċi
fl-użu ta' armi kimiċi
fi kwalunkwe tħejjija għall-użu ta' armi kimiċi;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jassistu, jinkoraġġixxu jew jipperswadu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp biex jimpenjaw ruħhom fi kwalunkwe attività msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u b'dan il-mod jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal periklu li tali attivitajiet jistgħu jittieħdu;
u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi entitajiet assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi koperti mill-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;
kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, skont il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati:
huma neċessarji biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inkluż ħlas għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;
huma maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;
huma maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
huma neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
għandhom jitħallsu f'kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali, sakemm tali ħlas ikun maħsub għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness, jew deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;
ħlas dovut skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
ħlas dovut skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat;
dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u ħlas ieħor jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 6
Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun intlaqtet, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew xi pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati elenkati fl-Anness
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.
Artikolu 7
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-16 ta’ Ottubru 2026. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 għandhom japplikaw fir-rigward tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness sas-16 ta’ Ottubru 2024.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 3
A. PERSUNI FIŻIĊI
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
1. Tariq YASMINA |
magħruf ukoll bħala: Tarq Yasmina Sess: raġel Titlu: Kurunell; Nazzjonalità: Sirjana |
Tariq Yasmina jaġixxi bħala l-uffiċjal ta' kuntatt bejn is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) u l-Palazz Presidenzjali, u, bħala tali, huwa mdaħħal fl-użu u t-tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi mir-reġim Sirjan. |
21.1.2019 |
2. Khaled NASRI |
magħruf ukoll bħala: Mohammed Khaled Nasri; Haled Natsri;
Sess: raġel Titlu: Kap tal-Istitut 1000 tal-SSRC; Nazzjonalità: Sirjana |
Khaled Nasri huwa d-Direttur tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
3. Walid ZUGHAIB |
magħruf ukoll bħala: Zughib, Zgha'ib, Zughayb; Titlu: Dottor, Kap tal-Istitut 2000 tal-SSRC; Sess: raġel Nazzjonalità: Sirjana |
Walid Zughaib huwa d-Direttur tal-Istitut 2000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp mekkaniku u l-produzzjoni għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
4. Firas AHMED |
magħruf ukoll bħala: Ahmad; Titlu: Kurunell, Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà fl-Istitut 1000 tal-SSRC; Sess: raġel Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1967; Nazzjonalità: Sirjana |
Firas Ahmed huwa d-Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. Kien imdaħħal fit-trasferiment u l-ħabi ta' materjali marbuta ma' armamenti kimiċi wara l-adeżjoni tas-Sirja mal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
21.1.2019 |
5. Said SAID |
magħruf ukoll bħala: Saeed, Sa’id Sa’id, Titlu: Dottor, membru tal-Istitut 3000 (magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000) tal-SSRC; Sess: raġel; Data tat-twelid: 11 ta’ Diċembru 1955 |
Said Said huwa figura sinifikanti fl-Istitut 3000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ armi kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
6. Anatoliy Vladimirovich CHEPIGA |
Анатолий Владимирович ЧЕПИГА, magħruf ukoll bħala Ruslan BOSHIROV Sess: raġel Dati tat-twelid: 5 ta' April 1979; 12 ta' April 1978 Postijiet tat-twelid: Nikolaevka, Amur Oblast, Russja; Dushanbe, Taġikistan |
Anatoliy Chepiga (magħruf ukoll bħala Ruslan Boshirov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkuża lil Ruslan Boshirov b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; bl-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; bl-użu u l-pussess ta' Novichok; u b'offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey. |
21.1.2019 |
7. Alexander Yevgeniyevich MISHKIN |
Александр Евгеньевич МИШКИН, magħruf ukoll bħala Alexander PETROV Sess: raġel Data tat-twelid: 13 ta' Lulju 1979 Postijiet tat-twelid: Loyga, Russja; Kotlas, Russja |
Alexander Mishkin (magħruf ukoll bħala Alexander Petrov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkużah b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; l-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; użu u pussess ta' Novichok; u offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey. |
21.1.2019 |
8. Vladimir Stepanovich ALEXSEYEV |
Владимир Степанович АЛЕКСЕЕВ Sess: raġel Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU |
Vladimir Stepanovich Alexseyev huwa L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU). Minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu fil-GRU, Alexseyev huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU. |
21.1.2019 |
9. Igor Olegovich KOSTYUKOV |
Игорь Олегович КОСТЮКОВ Sess: raġel Titlu: Kap tal-GRU |
Igor Olegovich Kostyukov, minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU) f'dak iż-żmien, huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU. |
21.1.2019 |
10. Andrei Veniaminovich YARIN (Андрей Вениаминович ЯРИН) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 13 ta' Frar 1970; Post tat-twelid: Nizhny Tagil; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Kap tad-Direttorat Presidenzjali għall-Politika Domestika |
Andrei Yarin huwa l-Kap tad-Direttorat Presidenzjali għall-Politika Domestika fl-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali fil-Federazzjoni Russa. F'din il-funzjoni, huwa inkarigat mit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet politiċi interni. Andrei Yarin inħatar ukoll għal task force fl-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali li r-rwol tagħha kien li tiġġieled kontra l-influwenza ta' Alexei Navalny fis-soċjetà Russa inkluż permezz ta' operazzjonijiet imwettqa biex jiskreditawh. Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika. L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli, Andrei Yarin huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrapprżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
15.10.2020 |
11. Sergei Vladilenovich KIRIYENKO (Сергей Владиленович КИРИЕНКО) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 26 ta' Lulju, 1962; Post tat-twelid: Sukhumi; Nazzjonalità: Russa; Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali |
Sergei Kiriyenko huwa l-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa. F'din il-funzjoni, huwa responsabbli għall-affarijiet domestiċi, inkluż gruppi u attivitajiet politiċi. Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika. L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli f'dak l-Uffiċċju, Sergei Kiriyenko huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li huwa meqjus bħala użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
15.10.2020 |
12. Sergei Ivanovich MENYAILO (Сергей Иванович МЕНЯЙЛО) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 22 ta’ Awwissu 1960; Post tat-twelid: Alagir; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana-Alania. |
Sergei Menyailo huwa l-Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana-Alania. Huwa kien Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali Siberjan bejn l-2016 u April 2021. F’dik il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-iżgurar tal-implementazzjoni tas-setgħat kostituzzjonali tal-President, inkluż l-implimentazzjoni tal-politika interna u barranija tal-Istat. Sergei Menyailo kien membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa sa Awwissu 2021. |
15.10.2020 |
|
|
Alexei Navalny kien fil-mira ta’ intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika. L-attivitajiet ta’ Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f’Awwissu 2020. Fl-20 ta’ Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f’Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta’ Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f’Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. F’dawk iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta’ Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. |
|
|
|
Minħabba r-rwol tiegħu ta’ tmexxija f’livell għoli bħala l-eks rappreżentant ta’ dak l-Uffiċċju fid-Distrett Federali tas-Siberja, Sergei Menyailo huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta’ Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
|
13. Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV (Александр Васильевич БОРТНИКОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 15 ta' Novembru 1951; Post tat-twelid: Perm; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa |
Aleksandr Bortnikov huwa d-Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa u f'din il-kariga huwa responsabbli għall-attivitajiet tal-aġenzija prinċipali tas-sigurtà fir-Russja. Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika. L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mis-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. F'dawn iċ-ċirkostanzi u filwaqt li jittieħed kont tal-fatt li Alexei Navalny kien taħt sorveljanza fil-ħin tal-avvelenament tiegħu, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament kien possibbli biss bl-involviment tas-Servizz Federali tas-Sigurtà. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fis-Servizz Federali tas-Sigurtà, Aleksandr Bortnikov huwa għalhekk responsabbli li pprovda appoġġ lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
15.10.2020 |
14. Pavel Anatolievich POPOV (Павел Анатольевич ПОПОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 01 ta' Jannar 1957; Post tat-Twelid: Krasnoyarsk; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa |
Pavel Popov huwa l-Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u f'din il-kariga għandu r-responsabbiltà kumplessiva għall-attivitajiet ta' riċerka. Dan jinkludi s-superviżjoni u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet xjentifiċi u tekniċi tal-Ministeru, inkluż l-iżvilupp ta' armi u tagħmir militari potenzjali u l-modernizzazzjoni ta' dawk eżistenti. Il-Ministeru għad-Difiża tar-Russja assuma r-responsabbiltà għall-ħażniet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika u l-ħżin sikur tagħhom sakemm setgħet titlesta l-qerda tagħhom. Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. Bħala konsegwenza tar-responsabbiltà kumplessiva tal-Ministeru għad-Difiża għall-ħżin sikur u l-qerda ta' armi kimiċi, l-użu ta' tali armi kimiċi fit-territorju tal-Federazzjoni Russa jista' jkun biss bħala riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza mill-Ministeru għad-Difiża u t-tmexxija politika tiegħu. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fil-Ministeru għad-Difiża, Pavel Popov huwa għalhekk responsabbli li assista lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
15.10.2020 |
15. Aleksei Yurievich KRIVORUCHKO (Алексей Юрьевич КРИВОРУЧКО) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 17 ta' Lulju, 1975; Post tat-Twelid: Stavropol; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa |
Aleksei Krivoruchko huwa l-Viċi Ministru fil-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa bir-responsabbiltà kumplessiva għall-armamenti. Dan jinkludi s-superviżjoni tal-istokkijiet tal-armi u tat-tagħmir militari tal-Ministeru. Huwa responsabbli wkoll mill-eliminazzjoni tagħhom fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali assenjati lill-Ministeru għad-Difiża. Il-Ministeru għad-Difiża tar-Russja assuma r-responsabbiltà għall-ħażniet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika u l-ħżin sikur tagħhom sakemm setgħet titlesta l-qerda tagħhom. Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. Bħala konsegwenza tar-responsabbiltà kumplessiva tal-Ministeru għad-Difiża għall-ħżin sikur u l-qerda ta' armi kimiċi, l-użu ta' tali armi kimiċi fit-territorju tal-Federazzjoni Russa jista' jkun biss bħala riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza mill-Ministeru għad-Difiża u t-tmexxija politika tiegħu. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fil-Ministeru għad-Difiża, Aleksei Krivoruchko huwa għalhekk responsabbli li assista lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
15.10.2020 |
16. Alexey Alexandrovich ALEXANDROV (Алексей Александрович АЛЕКСАНДРОВ) magħruf ukoll bħala Alexey Andreevich FROLOV (Алексей Андреевич ФРОЛОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 16.6.1981 jew 16.6. 1980; Nazzjonalità: Russa |
Alexey Alexandrov huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika. F’dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Alexey Alexandrov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
17. Vladimir Alexandrovich PANYAEV (Владимир Александрович ПАНЯЕВ) magħruf ukoll bħala Vladimir ALEXEEV (Владимир АЛЕКСЕЕВ) magħruf ukoll bħala Vladimir ALEXEYEV (Владимир АЛЕКСЕЕВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 25.11.1980; Post tat-twelid: Serdobsk, Russian Federation; Nazzjonalità: Russa |
Vladimir Panyaev huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika. F’dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Vladimir Panyaev kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
18. Ivan Vladimirovich OSIPOV (Иван Владимирович ОСИПОВ) magħruf ukoll bħala Ivan Vasilyevich SPIRIDONOV (Иван Васильевич СПИРИДОНОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 21.8.1976 jew 21.8.1975; Nazzjonalità: Russa |
Ivan Osipov huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika. F’dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Ivan Osipov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
19. Artur Aleksandrovich ZHIROV (Артур Александрович ЖИРОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 6.7.1961; Nazzjonalità: Russa |
Artur Zhirov huwa espert dwar l-armi kimiċi u Direttur tal-SC Signal, istitut ta’ riċerka li ġie marbut mal-programm tal-armi kimiċi tar-Russja. Bħala Direttur ta’ SC Signal, Artur Zhirov ipprovda appoġġ tekniku għall-operazzjonijiet kontra Yulia Navalnaya u Alexei Navalny li saru f’Kaliningrad fis-6 ta’ Lulju 2020 u għall-ippjanar tal-avvelenament sussegwenti ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Artur Zhirov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
20. Kirill Yurievich VASILIEV (Кирилл Юрьевич ВАСИЛЬЕВ) magħruf ukoll bħala Kirill VASILYEV (Кирилл ВАСИЛЬЕВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 22.2.1973; Nazzjonalità: Russa; Nru tal-Identità tat-Taxxa: 773721109701 (Russja) |
Il-Ġeneral Kirill Vasiliev huwa d-Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta’ Alexei Navalny fuq perjodu twil ta’ żmien, inkluż matul il-vjaġġ tiegħu lejn Tomsk fejn ġie avvelenat b’nervin tat-tip Novichok fl-20 ta’ Awwissu 2020. Dak l-avvelenament jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Kirill Vasiliev, fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tal-FSB, ipprovda l-qafas u d-direzzjoni operazzjonali biex titwettaq is-sorveljanza u l-attentat ta’ qtil kontra Alexei Navalny. Għalhekk, huwa kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu tal-armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
21. Konstantin Borisovich KUDRYAVTSEV (Константин Борисович КУДРЯВЦЕВ) magħruf ukoll bħala Konstantin Yevgenievich SOKOLOV (Константин Евгеньевич СОКОЛОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 28.4.1980 jew 28.4.1981; Nazzjonalità: Russa; |
Konstantin Kudryavtsev huwa espert dwar l-armi kimiċi u aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika. F’dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u fl-operazzjonijiet ta’ tindif tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’aġent nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Barra minn hekk, huwa ammetta l-involviment tiegħu f’ talinqas operazzjoni oħra ta’ tentattiv ta’ avvelenament kontra Navalny fl-2017. Għalhekk, Konstantin Kudryavtsev kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
22. Stanislav Valentinovich MAKSHAKOV (Станислав Валентинович МАКШАКОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 1966; Nazzjonalità: Russa; |
Stanislav Makshakov huwa xjentist militari u Viċi Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta’ Alexei Navalny fuq perjodu twil ta’ żmien. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika, Stanislav Makshakov kien il-kmandant tat-tim ta’ operaturi involuti fit-tħejjijiet u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny b’nervin tat-tip Novichok f’Tomsk fl-20 ta’ Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Stanislav Makshakov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu ta’ armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
23. Vladimir Mikhaylovich BOGDANOV (Владимир Михайлович БОГДАНОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 17.7.1958; Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation; Nazzjonalità: Russa; |
Vladimir Bogdanov huwa l-Kap taċ-Ċentru tat-Teknoloġija Speċjali tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li huwa l-impriża omm tal-Istitut tal-Kriminalistika. F’dik il-kapaċità, Vladimir Bogdanov jissorvelja u jikkontrolla l-attivitajiet ta’ dawk l-entitajiet. L-FSB wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta’ Alexei Navalny fuq perjodu twil ta’ żmien, inkluż matul il-vjaġġ tiegħu lejn Tomsk fejn Navalny ġie avvelenat b’nervin tat-tip Novichok fl-20 ta’ Awwissu 2020. Dak l-avvelenament jikkostitwixxi użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Vladimir Bogdanov, fil-kapaċità tiegħu bħala l-Kap taċ-Ċentru tat-Teknoloġija Speċjali tal-FSB, ipprovda l-qafas u d-direzzjoni operazzjonali biex titwettaq is-sorveljanza u l-attentat ta’ qtil kontra Alexei Navalny. Għalhekk, huwa kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu ta’ armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
24. Chadi HOURANIEH |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 29.5.1979 Post tat-twelid: Damascus, Syria; Nazzjonalità: Kanadiża; |
Chadi Houranieh huwa l-koproprjetarju tal-kumpanija MHD Nazier Houranieh & Sons Co, li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b’materjali użati fil-manifattura ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi kimiċi. Għalhekk, Chadi Houranieh huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ materjali għall-manifattura ta’ armi kimiċi u huwa involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi u b’hekk jikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
25. Mohammad Nazier HOURANIEH |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 6.5.1976 Post tat-twelid: Damascus, Syria; Nazzjonalità: Kanadiża; |
Mohammad Nazier Houranieh huwa l-koproprjetarju tal-kumpanija MHD Nazier Houranieh & Sons Co, li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b’materjali użati fil-manifattura ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi kimiċi. Għalhekk, Mohammad Nazier Houranieh huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ materjali għall-manifattura ta’ armi kimiċi u huwa involut fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi u b’hekk jikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |
B. PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
1. Scientific Studies and Research Centre (SSRC) |
magħruf ukoll bħala Centre d'Études et de Recherches Scientifiques (CERS), Centre de Recherche de Kaboun Indirizz: Triq Barzeh, PO Box 4470, Damasku |
Is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) huwa l-entità prinċipali tar-reġim Sirjan għall-iżvilupp ta' armamenti kimiċi. L-SSRC huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi, kif ukoll il-missili li jġorruhom, li jintużaw f'għadd ta' siti fis-Sirja. |
21.1.2019 |
2. L-Istitut tar-Riċerka Xjentifika tal-Istat għall-Kimika Organika u t-Teknoloġija (State Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT)) (Государственный научно-исследовательский институт органической химии и технологии) |
Indirizz: Shosse Entuziastov 23, 11124 Moscow, Moscow Oblast, Russia; Tel: +7 (495) 673 7530; Fax: +7 (495) 673 2218; Sit web: http://gosniiokht.ru Indirizz elettroniku: dir@gosniiokht.ru |
L-Istitut tar-Riċerka Xjentifika tal-Istat għall-Kimika Organika u t-Teknoloġija (State Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT)) huwa istitut tar-riċerka tal-istat bir-responsabbiltà għall-qerda tal-istokkijiet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika. L-istitut fir-rwol oriġinali tiegħu qabel l-1994 kien involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi inkluż l-aġent nervin tossiku li issa huwa magħruf bħala “Novichok”. Wara l-1994, l-istess faċilità ħadet sehem fil-programm tal-gvern għall-qerda tal-istokkijiet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika. Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. L-użu ta' aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok għalhekk ikun possibbli biss minħabba n-nuqqas tal-Istitut li jwettaq ir-responsabbiltà tiegħu li jeqred il-ħażniet ta' armi kimċi. |
15.10.2020 |
3. MHD Nazier Houranieh & Sons Co |
Indirizz: Zoukak Al Jin Abed Al Rahman Bn Al Kassem Street. Damascus, Syria; Telefown: (+963) 11-2210758, (+963) 11-2224349; Fax: (+963) 11-2235892; Web: https://houranieh.com/ Indirizz elettroniku: info@houranieh.com |
MHD Nazier Houranieh & Sons Co hija kumpanija li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b’materjali użati fil-manifattura ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi kimiċi. Għalhekk, MHD Nazier Houranieh & Sons Co tipprovdi appoġġ materjali għall-manifattura ta’ armi kimiċi u hija involuta fi tħejjijiet għall-użu ta’ armi kimiċi u b’hekk tikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi. |
14.11.2022 |