02018D1544 — MT — 13.10.2021 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1544

tal-15 ta' Ottubru 2018

li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi

(ĠU L 259 16.10.2018, p. 25)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/86 tal-21 ta' Jannar 2019

  L 18I

10

21.1.2019

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1722 tal-14 ta’ Ottubru 2019

  L 262

66

15.10.2019

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1466 tat-12 ta’ Ottubru 2020

  L 335

16

13.10.2020

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1482 tal-14 ta’ Ottubru 2020

  L 341

9

15.10.2020

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1799 tal-11 ta’ Ottubru 2021

  L 361

51

12.10.2021




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1544

tal-15 ta' Ottubru 2018

li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi



Artikolu 1

“Armi kimiċi” tfisser armi kimiċi kif definit fl-Artikolu II tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC).

Artikolu 2

1.  

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, min-naħa ta':

(a) 

persuni fiżiċi li huma responsabbli għal, li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali lil jew li huma involuti b'mod ieħor:

(i) 

fil-manifattura, l-akkwist, il-pussess, l-iżvilupp, it-trasport, il-ħażna jew it-trasferiment ta' armi kimiċi;

(ii) 

fl-użu ta' armi kimiċi;

(iii) 

fi kwalunkwe tħejjija għall-użu ta' armi kimiċi;

(b) 

persuni fiżiċi li jassistu, jinkoraġġixxu jew jipperswadu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp biex jimpenjaw ruħhom fi kwalunkwe attività msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u b'dan il-mod jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal periklu li tali attivitajiet jistgħu jittieħdu; u

(c) 

persuni fiżiċi assoċjati mal-persuni fiżiċi elenkati fil-punti (a) u (b);

kif elenkat fl-Anness.

2.  
Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu ta' ċittadini tiegħu.
3.  

Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) 

bħala pajjiż ospitanti ta' organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) 

bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali mlaqqa' min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċi tagħha;

(c) 

skont xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) 

skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  
Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5.  
Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti skont il-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għar-raġuni ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, inkluż l-implimentazzjoni tal-projbizzjonijiet legali kontra l-armi kimiċi u l-kisba tad-diżarm tal-armi kimiċi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn id-dħul jew it-transitu jkun neċessarju għall-fini ta' proċess ġudizzjarju.
7.  
Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal in-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8.  
Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7 Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni kkonċernati direttament minnha.

Artikolu 3

1.  

Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, ta' proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma responsabbli għal, jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali lil jew huma involuti b'mod ieħor:

(i) 

fil-manifattura, l-akkwist, il-pussess, l-iżvilupp, it-trasport, il-ħażna jew it-trasferiment ta' armi kimiċi

(ii) 

fl-użu ta' armi kimiċi

(iii) 

fi kwalunkwe tħejjija għall-użu ta' armi kimiċi;

(b) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jassistu, jinkoraġġixxu jew jipperswadu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp biex jimpenjaw ruħhom fi kwalunkwe attività msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u b'dan il-mod jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal periklu li tali attivitajiet jistgħu jittieħdu;

(c) 

u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi entitajiet assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi koperti mill-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;

kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2.  
L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness jew għall-benefiċċju tagħhom.
3.  

B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, skont il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati:

(a) 

huma neċessarji biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inkluż ħlas għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

huma maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c) 

huma maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d) 

huma neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

(e) 

għandhom jitħallsu f'kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali, sakemm tali ħlas ikun maħsub għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

4.  

B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness, jew deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

5.  
Il-paragrafu 1 ma għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness milli jagħmlu ħlas dovut skont kuntratt iffirmat qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1.
6.  

Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a) 

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) 

ħlas dovut skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew

(c) 

ħlas dovut skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat;

dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u ħlas ieħor jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.  
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jipprovdi lil tali persuna, entità jew korp b'opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati skont il-każ.

Artikolu 5

1.  
L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 2 u 3.
2.  
L-Anness għandu jinkludi wkoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, din l-informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, kif ukoll il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, din l-informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 6

Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun intlaqtet, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew xi pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati elenkati fl-Anness

(b) 

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.

Artikolu 7

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.

▼M5

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-16 ta’ Ottubru 2022. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

▼B

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 3

▼M1

A.   PERSUNI FIŻIĊI



Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Data tal-elenkar

1.  Tariq YASMINA

magħruf ukoll bħala: Tarq Yasminaimage

Sess: raġel

Titlu: Kurunell;

Nazzjonalità: Sirjana

Tariq Yasmina jaġixxi bħala l-uffiċjal ta' kuntatt bejn is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) u l-Palazz Presidenzjali, u, bħala tali, huwa mdaħħal fl-użu u t-tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi mir-reġim Sirjan.

21.1.2019

2.  Khaled NASRI

magħruf ukoll bħala: Mohammed Khaled Nasri; Haled Natsri;image

image

Sess: raġel

Titlu: Kap tal-Istitut 1000 tal-SSRC;

Nazzjonalità: Sirjana

Khaled Nasri huwa d-Direttur tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja.

21.1.2019

3.  Walid ZUGHAIB

magħruf ukoll bħala: Zughib, Zgha'ib, Zughayb;image

Titlu: Dottor, Kap tal-Istitut 2000 tal-SSRC;

Sess: raġel

Nazzjonalità: Sirjana

Walid Zughaib huwa d-Direttur tal-Istitut 2000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp mekkaniku u l-produzzjoni għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja.

21.1.2019

4.  Firas AHMED

magħruf ukoll bħala: Ahmad;image

Titlu: Kurunell, Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà fl-Istitut 1000 tal-SSRC;

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1967;

Nazzjonalità: Sirjana

Firas Ahmed huwa d-Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. Kien imdaħħal fit-trasferiment u l-ħabi ta' materjali marbuta ma' armamenti kimiċi wara l-adeżjoni tas-Sirja mal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

21.1.2019

▼M3

5.  Said SAID

magħruf ukoll bħala: Saeed, Sa’id Sa’id,image

Titlu: Dottor, membru tal-Istitut 3000 (magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000) tal-SSRC;

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 11 ta’ Diċembru 1955

Said Said huwa figura sinifikanti fl-Istitut 3000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ armi kimiċi tas-Sirja.

21.1.2019

▼M1

6.  Anatoliy Vladimirovich CHEPIGA

Анатолий Владимирович ЧЕПИГА, magħruf ukoll bħala Ruslan BOSHIROV

Sess: raġel

Dati tat-twelid: 5 ta' April 1979; 12 ta' April 1978

Postijiet tat-twelid: Nikolaevka, Amur Oblast, Russja; Dushanbe, Taġikistan

Anatoliy Chepiga (magħruf ukoll bħala Ruslan Boshirov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkuża lil Ruslan Boshirov b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; bl-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; bl-użu u l-pussess ta' Novichok; u b'offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey.

21.1.2019

7.  Alexander Yevgeniyevich MISHKIN

Александр Евгеньевич МИШКИН, magħruf ukoll bħala Alexander PETROV

Sess: raġel

Data tat-twelid: 13 ta' Lulju 1979

Postijiet tat-twelid: Loyga, Russja; Kotlas, Russja

Alexander Mishkin (magħruf ukoll bħala Alexander Petrov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkużah b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; l-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; użu u pussess ta' Novichok; u offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey.

21.1.2019

8.  Vladimir Stepanovich ALEXSEYEV

Владимир Степанович АЛЕКСЕЕВ

Sess: raġel

Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU

Vladimir Stepanovich Alexseyev huwa L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU). Minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu fil-GRU, Alexseyev huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU.

21.1.2019

9.  Igor Olegovich KOSTYUKOV

Игорь Олегович КОСТЮКОВ

Sess: raġel

Titlu: Kap tal-GRU

Igor Olegovich Kostyukov, minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU) f'dak iż-żmien, huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU.

21.1.2019

▼M4

10.  Andrei Veniaminovich YARIN

(Андрей Вениаминович ЯРИН)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 13 ta' Frar 1970;

Post tat-twelid: Nizhny Tagil;

Nazzjonalità: Russa;

Titlu: Kap tad-Direttorat Presidenzjali għall-Politika Domestika

Andrei Yarin huwa l-Kap tad-Direttorat Presidenzjali għall-Politika Domestika fl-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali fil-Federazzjoni Russa. F'din il-funzjoni, huwa inkarigat mit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet politiċi interni. Andrei Yarin inħatar ukoll għal task force fl-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali li r-rwol tagħha kien li tiġġieled kontra l-influwenza ta' Alexei Navalny fis-soċjetà Russa inkluż permezz ta' operazzjonijiet imwettqa biex jiskreditawh.

Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli, Andrei Yarin huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrapprżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

15.10.2020

11.  Sergei Vladilenovich KIRIYENKO

(Сергей Владиленович КИРИЕНКО)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 26 ta' Lulju, 1962;

Post tat-twelid: Sukhumi;

Nazzjonalità: Russa;

Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali

Sergei Kiriyenko huwa l-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa. F'din il-funzjoni, huwa responsabbli għall-affarijiet domestiċi, inkluż gruppi u attivitajiet politiċi.

Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli f'dak l-Uffiċċju, Sergei Kiriyenko huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li huwa meqjus bħala użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

15.10.2020

12.  Sergei Ivanovich MENYAILO

(Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 22 ta' Awwissu 1960;

Post tat-twelid: Alagir;

Nazzjonalità: Russa;

Titlu: Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja

Sergei Menyailo huwa r-Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja u f'din il-kariga huwa responsabbli għall-iżgurar tal-implimentazzjoni tas-setgħat kostituzzjonali tal-President inkluż l-implimentazzjoni tal-politika domestika u dik barranija tal-Istat. Sergei Menyailo huwa wkoll membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali.

Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli bħala r-rappreżentant ta' dak l-Uffiċċju fid-Distrett Federali tas-Siberja, Sergei Menyailo huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

15.10.2020

13.  Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV

(Александр Васильевич БОРТНИКОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 15 ta' Novembru 1951;

Post tat-twelid: Perm;

Nazzjonalità: Russa;

Titlu: Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa

Aleksandr Bortnikov huwa d-Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa u f'din il-kariga huwa responsabbli għall-attivitajiet tal-aġenzija prinċipali tas-sigurtà fir-Russja.

Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mis-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

F'dawn iċ-ċirkostanzi u filwaqt li jittieħed kont tal-fatt li Alexei Navalny kien taħt sorveljanza fil-ħin tal-avvelenament tiegħu, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament kien possibbli biss bl-involviment tas-Servizz Federali tas-Sigurtà.

Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fis-Servizz Federali tas-Sigurtà, Aleksandr Bortnikov huwa għalhekk responsabbli li pprovda appoġġ lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

15.10.2020

14.  Pavel Anatolievich POPOV

(Павел Анатольевич ПОПОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 01 ta' Jannar 1957;

Post tat-Twelid: Krasnoyarsk;

Nazzjonalità: Russa;

Titlu: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

Pavel Popov huwa l-Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u f'din il-kariga għandu r-responsabbiltà kumplessiva għall-attivitajiet ta' riċerka. Dan jinkludi s-superviżjoni u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet xjentifiċi u tekniċi tal-Ministeru, inkluż l-iżvilupp ta' armi u tagħmir militari potenzjali u l-modernizzazzjoni ta' dawk eżistenti.

Il-Ministeru għad-Difiża tar-Russja assuma r-responsabbiltà għall-ħażniet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika u l-ħżin sikur tagħhom sakemm setgħet titlesta l-qerda tagħhom.

Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

Bħala konsegwenza tar-responsabbiltà kumplessiva tal-Ministeru għad-Difiża għall-ħżin sikur u l-qerda ta' armi kimiċi, l-użu ta' tali armi kimiċi fit-territorju tal-Federazzjoni Russa jista' jkun biss bħala riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza mill-Ministeru għad-Difiża u t-tmexxija politika tiegħu.

Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fil-Ministeru għad-Difiża, Pavel Popov huwa għalhekk responsabbli li assista lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

15.10.2020

15.  Aleksei Yurievich KRIVORUCHKO

(Алексей Юрьевич КРИВОРУЧКО)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 17 ta' Lulju, 1975;

Post tat-Twelid: Stavropol;

Nazzjonalità: Russa;

Titlu: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

Aleksei Krivoruchko huwa l-Viċi Ministru fil-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa bir-responsabbiltà kumplessiva għall-armamenti. Dan jinkludi s-superviżjoni tal-istokkijiet tal-armi u tat-tagħmir militari tal-Ministeru. Huwa responsabbli wkoll mill-eliminazzjoni tagħhom fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali assenjati lill-Ministeru għad-Difiża.

Il-Ministeru għad-Difiża tar-Russja assuma r-responsabbiltà għall-ħażniet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika u l-ħżin sikur tagħhom sakemm setgħet titlesta l-qerda tagħhom.

Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

Bħala konsegwenza tar-responsabbiltà kumplessiva tal-Ministeru għad-Difiża għall-ħżin sikur u l-qerda ta' armi kimiċi, l-użu ta' tali armi kimiċi fit-territorju tal-Federazzjoni Russa jista' jkun biss bħala riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza mill-Ministeru għad-Difiża u t-tmexxija politika tiegħu.

Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fil-Ministeru għad-Difiża, Aleksei Krivoruchko huwa għalhekk responsabbli li assista lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

15.10.2020

▼M1

B.   PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI



Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Data tal-elenkar

1.  Scientific Studies and Research Centre (SSRC)

magħruf ukoll bħala Centre d'Études et de Recherches Scientifiques (CERS), Centre de Recherche de Kaboun

Indirizz:

Triq Barzeh,

PO Box 4470,

Damasku

Is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) huwa l-entità prinċipali tar-reġim Sirjan għall-iżvilupp ta' armamenti kimiċi.

L-SSRC huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi, kif ukoll il-missili li jġorruhom, li jintużaw f'għadd ta' siti fis-Sirja.

21.1.2019

▼M4

2.  L-Istitut tar-Riċerka Xjentifika tal-Istat għall-Kimika Organika u t-Teknoloġija (State Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT))

(Государственный научно-исследовательский институт органической химии и технологии)

Indirizz: Shosse Entuziastov 23, 11124 Moscow, Moscow Oblast, Russia;

Tel: +7 (495) 673 7530;

Fax: +7 (495) 673 2218;

Sit web: http://gosniiokht.ru

Indirizz elettroniku: dir@gosniiokht.ru

L-Istitut tar-Riċerka Xjentifika tal-Istat għall-Kimika Organika u t-Teknoloġija (State Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT)) huwa istitut tar-riċerka tal-istat bir-responsabbiltà għall-qerda tal-istokkijiet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika.

L-istitut fir-rwol oriġinali tiegħu qabel l-1994 kien involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi inkluż l-aġent nervin tossiku li issa huwa magħruf bħala “Novichok”. Wara l-1994, l-istess faċilità ħadet sehem fil-programm tal-gvern għall-qerda tal-istokkijiet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika.

Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa.

L-użu ta' aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok għalhekk ikun possibbli biss minħabba n-nuqqas tal-Istitut li jwettaq ir-responsabbiltà tiegħu li jeqred il-ħażniet ta' armi kimċi.

15.10.2020