02017R2063 — MT — 13.11.2020 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2063 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295 14.11.2017, p. 21) |
Emendat bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2063
tat-13 ta' Novembru 2017
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.
“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk asserita permezz ta' proċedimenti legali kif ukoll jekk le, magħmula qabel, fi jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom, u b'mod partikolari tinkludi:
pretensjoni għall-prestazzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom;
pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kwalunkwe forma;
pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;
kontropretensjoni;
pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż permezz tal-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, kull fejn issir jew tingħata;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni irrispettivament mill-forma u irrispettivament mil-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew f'obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew bejn partijiet differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennità, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni jew b'konnessjoni magħha;
“awtoritajiet kompetenti” tirriferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness III;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull tip, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, prodotti jew servizzi;
“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, prodotti jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;
“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni jew użu ta', aċċess għal, jew in-negozjar b'fondi b'kull mod li jirriżulta f'xi tibdil fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura jew id-destinazzjoni tagħhom jew kull tibdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta' portafolli;
“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal, dan li ġej:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta' pagament;
depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;
titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati;
imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji ta' eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ; kif ukoll
dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;
“assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma ' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trażmissjoni ta ' tagħrif jew ħiliet prattikċi jew servizzi ta' konsulenza, inkluż forom verbali ta' assistenza;
“servizzi ta' senserija” tfisser:
in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-forniment ta' prodotti u teknoloġija jew servizzi finanzjarji u tekniċi minn pajjiż terz lil xi pajjiż terz ieħor, jew
il-bejgħ jew ix-xiri ta' prodotti u teknoloġija jew servizzi finanzjarji u tekniċi li jkunu jinsabu f'pajjiż terz għat-trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz ieħor;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;
Artikolu 2
Għandu jkun ipprojbit:
li jingħataw, direttament jew indirettament, assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati mal-prodotti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta' Tagħmir Militari (“il-Lista Militari Komuni”) u mal-provvista, manufattura, manutenzjoni u użu ta' prodotti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;
li jingħataw, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-prodotti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kull bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali oġġetti, jew għall-provvista ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela.
Artikolu 3
Għandu jkun ipprojbit:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;
li tingħata assistenza teknika u servizzi ta' senerija u servizzi oħrajn relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;
li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela.
Artikolu 4
B'deroga mill-Artikoli 2 and 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa:
il-provvista ta' finanzjament u assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatata ma':
tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew ta' organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali;
materjal maħsub għal operazzjonijiet tan-NU u tal-Unjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet jew għal organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali;
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna u finanzjament u assistenza finanzjarja u teknika assoċjati, maħsuba biss għall-użu umanitarju jew protettiv jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-NU jew tal-Unjoni, jew għal operazzjonijiet tan-NU u tal-Unjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet jew għal organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali;
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija ta' mini u materjal għall-użu f'operazzjonijiet tat-tneħħija ta' mini u finanzjament u assistenza finanzjarja u teknika assoċjati.
Artikolu 5
L-Artikoli 2 u 3 ma għandhomx japplikawx għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinforzati u elmi militari, temporanjament esportati lejn il-Venezwela mill-persunal tan-NU, il-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja, u ħaddiema umanitarji u fl-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 6
Artikolu 7
Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness III, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabelskont l-Artikolu 6(2), għandu jkun ipprojbit:
il-forniment, direttament jew indirettament, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software identifikati fl-Anness II, jew relatati mal-istallazzjoni, il-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tat-tagħmir u t-teknoloġija identifikati fl-Anness II jew mal-provvista, l-installazzjoni, l-operat jew l-aġġornar ta' kull software identifikat fl-Anness II, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela jew għall-użu fil-Venezwela;
il-forniment, direttament jew indirettament, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-software identifikati fl-Anness II lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela jew għall-użu fil-Venezwela;
il-fornuiment ta' kwalunkwe servizzi ta' monitoraġġ jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet ta' kwalunkwe tip lil, jew għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-gvern, il-korpi pubbliċi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tal-Venezwela, jew ta' kwalunkwe persuna jew entità li joperaw f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.
Artikolu 8
L-Anness IV għandu jinkludi:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew għal ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom b'xi mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela.
Artikolu 9
B'deroga mill-Artikolu 8, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:
neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi elenkati fl-Anness IV jew V, u tal-familjari dipendenti ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet għaliex hi kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
se jitħallsu f'kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti jkunu maħsuba għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
Artikolu 10
B'deroga mill-Artikolu 8, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal deċiżjoni arbitrarja li tkun ittieħdet qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 8 ġew inklużi fl-Anness IV jew V, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Unjoni, jew għal deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel, fi jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV jew V; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 11
B'deroga mill-Artikolu 8 u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV jew V jkun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, sa minn qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness IV jew V, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV jew V;
il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 8(2).
Sakemm kull imgħax, qligħ u pagamenti oħra jiġu ffriżati f'konformità mal-Artikolu 8, l-Artikolu 8(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 8 jkunu ġew inklużi fl-Anness IV jew V; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali meħuda fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 12
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ta' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 8, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f'kull verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).
Artikolu 13
Artikolu 14
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Annessi IV u V;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.
Artikolu 16
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri li jkunu ttieħdu skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni li tirrigwarda:
fondi ffriżati skont l-Artikolu 8 u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 9 sa 11;
problemi ta' ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 17
Artikolu 18
Artikolu 18 a
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija ta’ emendi u l-emendar tal-Annessi IV u V;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Annessi IV u V;
fir-rigward tal-Kummissjoni:
iż-żieda tal-kontenut tal-Annessi IV u V fil-lista elettronika u konsolidata tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva tas-sanzjonijiet, li huma kollha disponibbli għall-pubbliku;
l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-impatt ta’ miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament bħall-valur tal-fondi ffriżati u l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 19
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp ġuridiku, fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ li jkun sar, interament jew parzjalment, fl-Unjoni.
Artikolu 21
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta' tagħmir li jista' jkun jintuża għar-repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 3
Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
Armi tan-nar mhux ikkontrollati mil-LM 1 u l-LM 2 tal-Lista Militari Komuni;
Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati speċifikament għalihom;
Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
Vetturi kif ġej:
Vetturi mgħammra b'kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;
Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;
Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir għall-kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;
Vetturi ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta' priġunieri u/jew detenuti;
Vetturi ddisinjati speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;
Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.
Nota 1 Din l-entrata ma tkoprix il-vetturi ddisinjati apposta għall-finijiet ta' tifi tan-nar.
Nota 2 Għall-finijiet tal-entrata 3.5, it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.
Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:
Tagħmir u strumenti ddisinjati speċifikament biex jagħtu bidu għall-isplużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inkluż settijiet tat-tqabbid, detonaturi, tagħmir li jqabbad, busters u korda tad-detonaturi, u komponenti ddisinjati b'mod speċjali għal dak l-iskop; minbarra dawk iddisinjati speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operar b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew tagħmir ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, tagħmir li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);
Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;
Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:
amatol;
nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);
nitroglikol;
tetranitrat tal-penteritritol (PETN);
klorur tal-pikril;
2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).
Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mil-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:
Korazza kontra l-balal li tipprovdi protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;
Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.
Nota: Din l-entrata ma tikkontrollax:
Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u software iddisinjat speċifikament għalihom.
Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, tagħmir għal immaġnijiet termiċi u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
Fildiferru mxewwek (barbed wire) bix-xfafar.
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm
Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.
Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.
ANNESS II
It-tagħmir, it-teknoloġija u s-software imsemmijin fl-Artikoli 6 u 7
Nota ġenerali
Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa ma għandux japplika għal:
tagħmir, teknoloġija jew software li huma speċifikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 428/2009 ( 3 ) jew il-Lista Militari Komuni; jew
software li huwa mfassal għall-installazzjoni mill-utent mingħajr aktar appoġġ sostanzjali mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħ mill-ħwienet, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':
tranżazzjonijiet fil-ħanut;
tranżazzjonijiet permezz ta' bejgħ bil-korrispondenza;
tranżazzjonijiet elettroniċi; jew
tranżazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bit-telefon; jew
software li huwa fid-dominju pubbliku.
Il-kategoriji A, B, C, D u E jirreferu għall-kategoriji li jirriferi għalihom ir-Regolament (KE) Nru 428/2009.
It-tagħmir, teknoloġija u software imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 huwa:
Lista ta' tagħmir
Mhux użati
Mhux użati
“Software” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.
“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, “il-produzzjoni” jew l“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.
Tagħmir, teknoloġija u software li jaqgħu f'dawn il-kategoriji huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u sorveljanza tal-komunikazzjonijiet bl-internet, bit-telefon u bis-satellita”.
Għall-fini ta' dan l-Anness, is-“sorveljanza” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-dejta tan-netwerk.
ANNESS III
Siti web b'informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties
https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/101
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf
MALTA
https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548IS
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-IŻVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)
EEAS 07/99
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
ANNESS IV
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(3)
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Néstor Luis REVEROL TORRES |
Data tat-twelid:28 ta' Ottubru 1964 Sess: raġel |
Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016. Maħtur ukoll bħala Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku f'April 2019. Eks Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, ġie promoss għal Ġeneral fil-Kap tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana f'Awwissu 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża t-tortura ta' priġunieri (politiċi), u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inklużi l-projbizzjoni u r-repressjoni ta' dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu. |
22.1.2018 |
2. |
Gustavo Enrique GONZÁLEZ LÓPEZ |
Data tat-twelid:2 ta' Novembru 1960 Sess: raġel |
Maħtur mill-ġdid Kap tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN) fit-30 ta' April 2019. Eks Konsulent dwar is-Sigurtà u l-Intelligence għall-Uffiċċju tal-President mit-8 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' April 2019 u Kap tas-SEBIN sa Ottubru 2018. Bħala Kap tas-SEBIN, kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem (inklużi detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, u tortura) u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
3. |
Tibisay LUCENA RAMÍREZ |
Data tat-twelid:26 ta' April 1959 Sess: mara |
President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral jew CNE) minn April 2006 sa Ġunju 2020. L-azzjonijiet u l-politiki tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi naqsu milli jiżguraw li s-CNE jibqa' istituzzjoni imparzjali u indipendenti skont il-Kostituzzjoni Venezwelana u b'hekk iffaċilitat l-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti u l-elezzjoni mill-ġdid ta' Nicolás Maduro f'Mejju 2018 permezz ta' elezzjonijiet presidenzjali li la kienu ħielsa u lanqas ġusti. |
22.1.2018 |
4. |
Antonio José BENAVIDES TORRES |
Data tat-twelid:13 ta' Ġunju 1961 Sess: raġel |
Kap tal-Gvern tad-Distrett Kapitali (Distrito Capital) sa Jannar 2018. Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sal-21 ta' Ġunju 2017. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż li l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana tmexxi fis-sorveljanza ta' dimostrazzjonijiet ċivili u l-promozzjoni pubblika biex il-qrati militari jkollhom ġuriżdizzjoni fuq il-persuni ċivili, dgħajfu l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
22.1.2018 |
5. |
Maikel José MORENO PÉREZ |
Data tat-twelid:12 ta' Diċembru 1965 Sess: raġel |
President, u eks Viċi President, tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia). F'dawn ir-rwoli, huwa appoġġa u ffaċilita l-azzjonijiet u l-politiki tal-Gvern li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa responsabbli għal azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li użurpaw l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali, inklużi l-ħatra tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) f'Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni tal-bordijiet tat-tmexxija ta' tliet partiti tal-oppożizzjoni f'Ġunju u Lulju 2020. |
22.1.2018 |
6. |
Tarek William SAAB HALABI |
Data tat-twelid:10 ta' Settembru 1963 Post tat-twelid:El Tigre, Stat ta' Anzoátegui, Venezwela Sess: raġel |
Avukat Ġenerali tal-Venezwela maħtur mill-Assemblea Kostitwenti. F'dan ir-rwol, u fir-rwoli preċedenti bħala Ombudsman u President tal-Kunsill Morali Repubblikan, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela billi pubblikament appoġġa azzjonijiet kontra avversarji tal-gvern tal-Venezwela u l-irtirar ta' kompetenzi mill-Assemblea Nazzjonali. |
22.1.2018 |
7. |
Diosdado CABELLO RONDÓN |
Data tat-twelid:15 ta' April 1963 Sess: raġel |
President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili. |
22.1.2018 |
8. |
Tareck Zaidan EL-AISSAMI MADDAH |
Data tat-twelid:12 ta' Novembru 1974 Sess: raġel |
Viċi President tal-Ekonomija u Ministru għall-Enerġija Popolari taż-Żejt kif ukoll l-Industrija u l-Produzzjoni Nazzjonali. Bħala l-eks Viċi President tal-Venezwela b'sorveljanza tad-direzzjoni tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN), El-Aissami huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-organizzazzjoni, inklużi detenzjonijiet arbitrarji, investigazzjonijiet motivati politikament, trattament inuman u degradanti, u tortura. Huwa wkoll responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluża l-projbizzjoni ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi, u t-tmexxija tal-"kmand anti-coup" tal-President Maduro li kellu fil-mira s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
25.6.2018 |
9. |
Sergio José RIVERO MARCANO |
Data tat-twelid:8 ta' Novembru 1964 Sess: raġel |
Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani (FANB), Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sas-16 ta' Jannar 2018. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu ta' forza eċċessiva, u d-detenzjoni arbitrarja u l-abbuż ta' membri tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż l-assalt mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar l-elezzjonijiet frodulenti għall-Assemblea Kostitwenti li hija illeġittima, dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |
25.6.2018 |
10. |
Jesús Rafael SUÁREZ CHOURIO |
Data tat-twelid:19 ta' Lulju 1962 Sess: raġel |
Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Kap Kmandant, eks Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u eks Kmandant tar-Reġjun ta' Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Central). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana, inklużi l-użu ta' forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. Kellu fil-mira tiegħu l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta' qrati militari għall-proċessi ta' dimostranti ċivili. |
25.6.2018 |
11. |
Iván HERNÁNDEZ DALA |
Data tat-twelid:18 ta' Mejju 1966 Sess: raġel |
Kap tad-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari (DGCIM) minn Jannar 2014 u Kap tal-Gwardja Presidenzjali minn Settembru 2015. Bħala l-Kap tad-DGCIM, Iván Hernández Dala huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mwettqa minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, inklużi l-użu ta' forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. |
25.6.2018 |
12. |
Delcy Eloina RODRÍGUEZ GÓMEZ |
Data tat-twelid:18 ta' Mejju 1969 Sess: mara |
Viċi President tal-Venezwela, eks President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u eks membru tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. L-azzjonijiet tagħha fil-Kummissjoni Presidenzjali u mbagħad bħala President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inklużi l-użurpazzjoni tas-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali u l-użu tagħhom direttament kontra l-oppożizzjoni u biex dawn ma jitħallewx jieħdu sehem fil-proċess politiku. |
25.6.2018 |
13. |
Elías José JAUA MILANO |
Data tat-twelid:16 ta' Diċembru 1969 Sess: raġel |
Eks Ministru għas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni. Eks President tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz tar-rwol tiegħu ta' tmexxija fl-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima. |
25.6.2018 |
14. |
Sandra OBLITAS RUZZA |
Data tat-twelid:7 ta' Ġunju 1969 Sess: mara |
Rettur tal-Universidad Bolivariana de Venezuela. Eks Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u eks President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Elettorali u Ċivili. Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
15. |
Freddy Alirio BERNAL ROSALES |
Data tat-twelid:16 ta' Ġunju 1962 Post tat-twelid:San Cristóbal, stat ta' Táchira, Venezwela Sess: raġel |
Kap taċ-Ċentru ta' Kontroll Nazzjonali tal-Kumitat għall-Provvista u l-Produzzjoni Lokali (CLAP) u Protettur tal-Istat ta' Táchira. Huwa ukoll Kummissarju Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN). Bħala Kap tal-CLAP u Protettur tal-Istat ta' Táchira jista' jamar lill-Forzi Speċjali (FAES) u jista' jinfluwenza l-ħatra ta' mħallfin u prosekuturi. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija permezz tal-manipulazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-programm CLAP fost il-votanti. Barra minn hekk, bħala Kummissarju Ġenerali ta' SEBIN huwa responsabbli għall-attivitajiet ta' SEBIN li jinkludu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħad-detenzjoni arbitrarja. |
25.6.2018 |
16. |
Katherine Nayarith HARRINGTON PADRÓN |
Data tat-twelid:5 ta' Diċembru 1971 Sess: mara |
Viċi Prosekutur Ġenerali (titolu tradott wkoll bħala Viċi Avukat Ġenerali) minn Lulju 2017 sa Ottubru 2018. Maħtura Viċi Prosekutur Ġenerali mill-Qorti Suprema minflok mill-Assemblea Nazzjonali, bi ksur tal-Kostituzzjoni. Responsabbli li dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi tat bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati u naqset milli tinvestiga allegazzjonijiet ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem mir-reġim ta' Maduro. |
25.6.2018 |
17. |
Socorro Elizabeth HERNÁNDEZ HERNÁNDEZ |
Data tat-twelid:11 ta' Marzu 1952 Sess: mara |
Membru (Rettur) tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) sat-12 ta' Ġunju 2020 u membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali (JNE). Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali b'rabta mal-elezzjoni revokatorja presidenzjali li ġiet ikkanċellata fl-2016, il-posponiment tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2016, u r-rilokazzjoni ta' postijiet tal-votazzjoni fi żmien qasir qabel l-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2017. |
25.6.2018 |
18. |
Xavier Antonio MORENO REYES |
Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) mill-2009 sa Ġunju 2020. F'dan ir-rwol responsabbli li approva d-deċiżjonijiet tas-CNE li dgħajfu d-demokrazija fil-Venezwela, inklużi l-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali. |
25.6.2018 |
19. |
Néstor Neptali BLANCO HURTADO |
Data tat-twelid:26 ta' Settembru 1982 Numru tal-identità:V‐15222057 Sess: raġel |
Maġġur fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana (GNB), opera flimkien ma' uffiċjali fid-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM. |
27.9.2019 |
20. |
Rafael Ramón BLANCO MARRERO |
Data tat-twelid:28 ta' Frar 1968 Numru tal-identità:V-6250588 Sess: raġel |
Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas minn Diċembru 2018 'l hawn u Ġeneral ta' Diviżjoni tal-Armata Nazzjonali Venezwelana Bolivarjana mill-5 ta' Lulju 2019 'l hawn. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Marbut mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
21. |
Carlos Alberto CALDERÓN CHIRINOS |
Numru tal-identità:V‐10352300 Sess: raġel |
Uffiċjal għoli (imsejjaħ Kummissarju, Direttur u Direttur Ġenerali) fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament tad-detenuti fil-faċilitajiet tas-SEBIN. B'mod partikolari, huwa pparteċipa u kien responsabbli għal atti ta' tortura u għat-trattament krudili, inuman u degradanti tad-detenuti f'El Helicoide, ħabs tas-SEBIN. |
27.9.2019 |
22. |
Alexis Enrique ESCALONA MARRERO |
Data tat-twelid:12 ta' Ottubru 1962 Sess: raġel |
Kap responsabbli għall-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Finanzjament ta' Terroristi (ONDOFT) minn Jannar 2018 sa Mejju 2019. Kmandant Nazzjonali tal-Kmand Nazzjonali ta' Kontra l-Estorsjoni u s-Sekwestru (Comando Nacional Antiextorsión y Secuestro (CONAS) bejn l-2014 u l-2017. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament ta' detenuti minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tal-CONAS taħt il-kmand tiegħu. |
27.9.2019 |
23. |
Rafael Antonio FRANCO QUINTERO |
Data tat-twelid:14 ta' Ottubru 1973 Numru tal-identità:V-11311672 Sess: raġel |
Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali Bolivarjan (SEBIN). Kap tas-Sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta' Maiquetía. Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn l-2017 u Diċembru 2018. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
24. |
Alexander Enrique GRANKO ARTEAGA |
Data tat-twelid:25 ta' Marzu 1981 Numru tal-identità:V-14970215 Sess: raġel |
Kap (Direttur) tad-Diviżjoni tal-Affarijiet Speċjali (DAE) tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). Promoss għall-grad ta' logutenent kurunell tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana fl-1 ta' Lulju 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva li kkaġuna mewt u dannu, u maltrattament ta' detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minnu stess u minn uffiċjali taħt il-kmand tiegħu. Responsabbli wkoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, u kien ukoll involut direttament f'din ir-repressjoni. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
25. |
Hannover Esteban GUERRERO MIJARES |
Data tat-twelid:14 ta' Jannar 1971 Sess: raġel |
Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn April 2019 u Awwissu 2019. Bħala Kap tal-Investigazzjonijiet huwa ssorvelja l-faċilità tad-DGCIM f'Boleita. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi tortura, użu ta' forza eċċessiva u maltrattament ta' detenuti mwettqa minnu u minn membri taħt il-kmand tiegħu, b'mod partikolari f'Boleita. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta. |
27.9.2019 |
26. |
José Adelino ORNELAS FERREIRA Psewdonimu: José Adelino Ornella FERREIRA / José Adelino ORNELLAS FERREIRA |
Data tat-twelid:14 ta' Diċembru 1964 Post tat-twelid:Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità:V-7087964 Sess: raġel |
Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali tad-Difiża mis-26 ta' Lulju 2019 u Kap tal-Persunal Ġenerali għall-Kap Kmandant minn Settembru 2020. Eks kmandant tar-Reġjun Strateġiku tad-Difiża Integrali Nazzjonali (REDI Capital), eks Kap tal-Persunal u eks Viċi Kmandant tal-Kmand Operattiv u Strateġiku tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani tal-Venezwela (CEOFANB). F'dawn ir-rwoli huwa appoġġa u ffaċilita azzjonijiet u politiki tal-Gvern tal-Venezwela li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż billi ostakola l-għoti ta' għajnuna umanitarja u bl-użu ta' forza eċċessiva minn uffiċjali tal-Forzi Armati Bolivarjani (FANB), u minn forzi subordinati taħt il-kmand tiegħu inkluż r-Reġjun Strateġiku tad-Difiża Integrali (REDI), iż-Żona ta' Operazzjonijiet tad-Difiża Integrali (ZODI) u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. |
29.6.2020 |
27. |
Gladys del Valle REQUENA |
Data tat-twelid:9 ta' Novembru 1952 Post tat-twelid:Puerto Santo, Sucre, il-Venezwela Numru tal-identità:V-4114842 Sess: mara |
Membru u, mis-26 ta' Ottubru 2018, it-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta' mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta, hija dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż permezz tal-iffirmar ta' digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó. |
29.6.2020 |
28. |
Tania Valentina DÍAZ GONZÁLEZ |
Data tat-twelid:18 ta' Ġunju 1963 Post tat-twelid:Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità:V-6432672 Sess: mara |
Membru u, mill-4 ta' Jannar 2018, l-Ewwel Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta' mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta hi dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi ffirmat id-digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó. |
29.6.2020 |
29. |
Elvis Eduardo HIDROBO AMOROSO |
Data tat-twelid:4 ta' Awwissu 1963 Post tat-twelid:Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela Numru tal-identità:V-7659695 Sess: raġel |
Kontrollur Ġenerali, mit-23 ta' Ottubru 2018, u eks l-Ewwel u t-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bit-tmexxija tal-ANC mhux rikonoxxuta, l-iffirmar tal-"liġi kontra l-mibegħda", li tiġġustifika t-tneħħija ta' gvernatur tal-oppożizzjoni elett legalment u l-projbizzjoni ta' Juan Guaidó minn kwalunkwe kariga pubblika. |
29.6.2020 |
30. |
Juan José MENDOZA JOVER |
Data tat-twelid:11 ta' Marzu 1969 Post tat-twelid:Trujillo, il-Venezwela Indirizz:Arnoldo Gabaldón, Candelaria, Edo. Trujillo Numru tal-identità:V-9499372 Sess: raġel |
It-Tieni Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) u President tal-Kamra Kostituzzjonali tat-TSJ mill-24 ta' Frar 2017. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż permezz ta' għadd ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji f'dawn l-aħħar sentejn li limitaw jew dgħajfu s-setgħat kostituzzjonali tal-korp leġiżlattiv elett demokratikament, l-Assemblea Nazzjonali. |
29.6.2020 |
31. |
Jorge Elieser MÁRQUEZ MONSALVE |
Data tat-twelid:20 ta' Frar 1971 Post tat-twelid:Caracas, Il-Venezwela Numru tal-identità:V-8714253 Sess: raġel |
Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Nazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (CONATEL) mis-7 ta' Awwissu 2017. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi llimita serjament id-drittijiet tal-poplu Venezwelan għal-libertà tal-istampa, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni. Huwa uża s-setgħat speċjali tal-CONATEL biex isikket il-kritika u d-dissidenti lejn ir-reġim billi mblokka, iffiltra u ostakola s-siti web tal-Internet u billi rrevoka l-liċenzji eżistenti għall-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni u r-rifjut li jingħataw tali liċenzji ġodda. |
29.6.2020 |
32. |
Farik Karin MORA SALCEDO |
Numru tal-identità:V-8608523 Sess: raġel |
Prosekutur fl-Ewwel Qorti tal-Prim'Istanza Speċjali tal-Venezwela b'uffiċċju fid-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi taw bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati li rriżultaw fid-detenzjoni arbitrarja ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali u uffiċjali oħra li jopponu r-reġim ta' Maduro. |
29.6.2020 |
33. |
Dinorah Yoselin BUSTAMANTE PUERTA |
Data tat-twelid:14 ta' Jannar 1975 Numru tal-identità:V-10002096 Sess: mara |
Prosekutur fl-Ewwel Qorti tal-Prim'Istanza Speċjali tal-Venezwela, b'uffiċċju fid-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). L-azzjonijiet tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi taw bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati li rriżultaw fid-detenzjoni arbitrarja ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali u uffiċjali oħra li jopponu r-reġim ta' Maduro. |
29.6.2020 |
34. |
Luis Eduardo PARRA RIVERO |
Data tat-twelid:7 ta' Lulju 1978 Numru tal-identità:V-14211633 Sess: raġel |
Membru u elett b'mod illeġittimu President tal-Assemblea Nazzjonali. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta' Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala l-President tal-Assemblea Nazzjonali, u b'hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta' diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta' Parra, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), Parra ntlaqa' minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali mhux rikonoxxuta. |
29.6.2020 |
35. |
Franklyn Leonardo DUARTE |
Data tat-twelid:15 ta' Mejju 1977 Numru tal-identità:V-3304045 Sess: raġel |
Membru u elett b'mod illeġittimu l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta' Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali, u b'hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta' diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta' Duarte, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. |
29.6.2020 |
36. |
José Gregorio NORIEGA FIGUEROA |
Data tat-twelid:21 ta' Frar 1969 Numru tal-identità:V-8348784 Sess: raġel |
Membru u elett b'mod illeġittimu t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali. Maħtur b'mod illeġittimu bħala direttur tal-bord ad hoc tal-partit politiku Voluntad Popular. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta' Jannar 2020 huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali, u b'hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta' diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblukkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq il-kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta' Noriega, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali mhux rikonoxxuta. F'Lulju 2020, Noriega, megħjun mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)), ħa f'idejh b'mod illeġittimu t-tmexxija tal-partit politiku Voluntad Popular, u b'hekk kompla jdgħajjef id-demokrazija fil-Venezwela. |
29.6.2020 |
ANNESS V
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 8(4)
( 1 ) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat- 8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
( 2 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
( 4 ) “IMSI” tirreferi għall-identità internazzjonali tal-abbonati tal-mowbajl (International Mobile Subscriber Identity). Din hija kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal kull biċċa apparat ta' telefonija mobbli, integrata fil-karta SIM u li tippermetti l-identifikazzjoni ta' tali SIM permezz tan-netwerks GSM u UMTS.
( 5 ) “MSISDN” tirreferi għal Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Huwa numru uniku li jidentifika s-sottoskrizzjoni f'netwerk tal-mowbajls GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefon għas-SIM card fit-telefon mobbli u għalhekk jidentifika lill-abbonat tat-telefon mobbli kif ukoll l-IMSI, iżda sabiex is-sejħiet jiġu trażmessi mingħandu.
( 6 ) “IMEI” tirreferi għall-identità internazzjonali tal-apparat tal-mowbajl (International Mobile Equipment Identity). Huwa numru li normalment ikun uniku, biex jidentifika l-mowbajls GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll xi telefowns satellitari. Normalment issibu stampat fil-kompartiment tal-batterija tal-mowbajl. L-interċettazzjoni telefonika (wiretapping) jista' jiġi speċifikat permezz tan-numru IMEI kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN.
( 7 ) “TMSI” tirreferi għal Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat mobbli). Hija l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn l-apparat mobbli u n-netwerk.
( 8 ) “SMS” tirreferi għal Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).
( 9 ) “GSM” tirreferi għal Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).
( 10 ) “GPS” tirreferi għal Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).
( 11 ) “GPRS” tirreferi għal General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).
( 12 ) “UMTS” tirreferi għal Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).
( 13 ) “CDMA” tirreferi għal Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).
( 14 ) “PSTN” tirreferi għal Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).
( 15 ) “DHCP” tirreferi għal Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).
( 16 ) “SMTP” tirreferi għal Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).
( 17 ) “GTP” tirreferi għal GPRS Tunneling Protocol.