02017D2078 — MT — 19.08.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2078

tal-10 ta' Novembru 2017

li tawtorizza estensjoni tal-użu tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 7391)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(ĠU L 295 14.11.2017, p. 77)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1272 tad-29 ta' Lulju 2019

  L 201

3

30.7.2019




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2078

tal-10 ta' Novembru 2017

li tawtorizza estensjoni tal-użu tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 7391)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)



Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u r-Regolament (UE) Nru 609/2013, il-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi ddefiniti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-isem tal-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) awtorizzata b'din id-Deċiżjoni għall-ittikkettjar tagħhom fuq il-prodotti tal-ikel għandha tkun “betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Leiber GmbH, Hafenstraße 24, 49565, Bramsche, il-Ġermanja.




ANNESS I

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-BETAGLUKANI TAL-ĦMIRA (SACCHAROMYCES CEREVISIAE)

Deskrizzjoni

Il-betaglukani huma polisakkaridi kumplessi b'massa molekolari għolja (100 — 200 kDa), li jinsabu fil-ħajt taċ-ċellola ta' bosta ħmejjer u ċereali. L-isem kimiku għal “betaglukani tal-ħmira” huwa (1-3), (1-6)-β-D-glukani

Il-betaglukani jikkonsistu minn struttura ta' residwi tal-glukosju marbuta fi β-1-3 li huma mifruqa b'legami ta' β-1-6, li huma konnessi magħhom il-kitina u l-mannoproteini b'legami ta' β-1-4.

Dan l-ikel ġdid huwa (1,3)-(1,6)-β-D-glukan ippurifikat ħafna u iżolat mill-ħmira Saccharomyces cerevisiae li ma jdubx fl-ilma, iżda huwa dispersabbli f'ħafna matriċi likwidi.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae)



Parametru

Valuri tal-ispeċifikazzjoni

Solubbiltà

Insolubbli fl-ilma, imma dispersibbli f'ħafna matriċi likwidi

Dejta kimika

(1,3)-(1,6)-β-D-Glukan

> 80 %

Irmied

< 2 %

Ndewwa

< 6 %

Proteina

< 4 %

Total ta' xaħam

< 3 %

Dejta mikrobijoloġika

L-għadd tal-kolonji aerobiċi

< 1 000 CFU/g

Enterobacteriaceae

< 100 CFU/g

Koliformi totali

< 10 CFU/g

Ħmira

< 25 CFU/g

Moffa

< 25 CFU/g

Salmonella ssp.

Assenti fi 25 g

Escherichia coli

Assenti fi 1 g

Bacillus cereus

< 100 CFU/g

Staphylococcus aureus

Assenti fi 1 g

Metalli tqal

▼M1

Ċomb

< 0,2 mg/kg

Arseniku

< 0,2 mg/kg

Merkurju

< 0,1 mg/kg

Kadmju

< 0,1 mg/kg

▼B




ANNESS II

L-UŻI AWTORIZZATI TAL-BETAGLUKANI TAL-ĦMIRA (SACCHAROMYCES CEREVISIAE)



Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu tal-betaglukani tal-ħmira

Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti mid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

1,275 g/kuljum għal tfal ta' aktar minn 12-il sena u għall-popolazzjoni adulta ġenerali

0,675 g/kuljum għal tfal ta' aktar minn 12-il sena

Sostituzzjoni tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

1,275 g/kuljum

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, minbarra l-ikel bi skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar

1,275 g/kuljum

Xarbiet ibbażati fuq il-meraq tal-frott u/jew tal-ħxejjex inkluż konċentrati u merqat deidratati

1,3 g/kg

Xarbiet bit-togħma tal-frott

0,8 g/kg

Trab għall-preparazzjoni ta' xarbiet tal-kawkaw

38,3 g/kg (trab)

Bars taċ-ċereali

6 g/kg

Ċereali għall-kolazzjon

15,3 g/kg

Ċereali istantanji għal kolazzjon sħunmagħmulin minn qamħ sħiħ u ħafna fibra

1,5 g/kg

Gallettini tat-tip cookie

2,2 g/kg

Gallettini tat-tip cracker

6,7 g/kg

Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib

3,8 g/kg

Prodotti tal-ħalib iffermentat

3,8 g/kg

Analogi ta' prodotti tal-ħalib

3,8 g/kg

Xarbiet oħrajn

0,8 g/kg (lesti għax-xorb)

Ħalib/Trab tal-ħalib

25,5 g/kg

Sopop jew taħlitiet tas-sopop

0,9 g/kg (lesti biex jittieklu)

1,8 g/kg (ikkondensat)

6,3 g/kg (trab)

Ċikkulata u ħlewwiet

4 g/kg

Bars jew trabijiet tal-proteini

19,1 g/kg

Ġamm, marmellata u pejstijiet oħra tal-frott

11,3 g/kg