02017D1775 — MT — 06.01.2024 — 012.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1775 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251 29.9.2017, p. 23) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/29 tad-9 ta' Jannar 2019 |
L 8 |
30 |
10.1.2019 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1216 tas-17 ta' Lulju 2019 |
L 192 |
26 |
18.7.2019 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/9 tas-7 ta’ Jannar 2020 |
L 4I |
7 |
8.1.2020 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/118 tas-27 ta’ Jannar 2020 |
L 22 |
55 |
28.1.2020 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2208 tat-13 ta’ Diċembru 2021 |
L 446 |
44 |
14.12.2021 |
|
L 25I |
7 |
4.2.2022 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2187 tat-8 ta’ Novembru 2022 |
L 288 |
82 |
9.11.2022 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2440 tat-12 ta' Diċembru 2022 |
L 319 |
68 |
13.12.2022 |
|
L 59I |
434 |
25.2.2023 |
||
L 94 |
48 |
3.4.2023 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2799 tal-11 ta’ Diċembru 2023 |
L 2799 |
1 |
12.12.2023 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/215 tal-4 ta’ Jannar 2024 |
L 215 |
1 |
5.1.2024 |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1775
tat-28 ta' Settembru 2017
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, fl-azzjonijiet jew politiki li ġejjin, li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali:
involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim dwar il-Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali (il-“Ftehim”);
azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim;
ħidma għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella l-appoġġ jew il-finanzjament għal individwi u entitajiet identifikati fil-punti (a) u (b), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluża l-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar fi proprjetà kulturali;
involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra:
id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, viġilanzi konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali;
il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni (MINUSMA) u persunal tan-NU u assoċjat ieħor, inkluż membri tal-Grupp ta' Esperti;
il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-Force Conjointe des États du G5 Sahel (FC-G5S), il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Forzi Franċiżi;
xkiel għall-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew għall-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha fil-Mali;
ippjanar, direzzjoni jew twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinvolvu t-tqegħid fil-mira ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, spostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju;
użu jew reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli, fil-kuntest tal-konflitt armat fil-Mali;
faċilitazzjoni, b'mod intenzjonali, tal-ivvjaġġar ta' persuna elenkata bi ksur tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
Il-persuni ddeżinjati msemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati f ►M5 l-Anness I ◄ .
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li:
id-dħul jew it-transitu jkun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż obbligu reliġjuż;
eżenzjoni li tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Mali u l-istabbiltà fir-reġjun.
Artikolu 1a
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta’ persuni fiżiċi:
li jkunu responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, f’azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali bħal dawk l-azzjonijiet jew il-politiki msemmijin fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1;
li jxekklu jew jimminaw it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, inkluż billi jxekklu jew jimminaw l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet jew it-trasferiment tas-setgħa lill-awtoritajiet eletti; jew
li jkunu assoċjati ma’ persuni fiżiċi msemmijin fil-punti (a) jew (b).
Il-persuni ddeżinjati msemmijin f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness II.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż ospitanti ta’ konferenza internazzjonali mlaqqa’ min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt il-patroċinju tagħha;
taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew
skont it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 2
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta', jew ikkontrollati b'mod dirett jew indirett minn persuni jew entitajiet iddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, fl-azzjonijiet jew politiki li ġejjin, li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali:
involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim;
azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim;
ħidma għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella l-appoġġ jew il-finanzjament għal individwi u entitajiet identifikati fil-punti (a) u (b) ta' hawn fuq, inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluża l-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar fi proprjetà kulturali;
involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra:
id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, viġilanzi konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali;
il-forzi taż-żamma tal-paċi tal- MINUSMA u persunal tan-NU u assoċjat ieħor, inklużi membri tal-Grupp ta' esperti;
il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż l-FC-G5S, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Forzi Franċiżi;
xkiel għall-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew għall-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha fil-Mali;
ippjanar, direzzjoni jew twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinvolvu t-tqegħid fil-mira ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju;
użu jew reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli, fil-kuntest tal-konflitt armat fil-Mali;
faċilitazzjoni, b'mod intenzjonali, tal-ivvjaġġar ta' persuna elenkata bi ksur tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar;
jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.
Il-persuni jew l-entitajiet iddeżinjati imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati f ►M5 l-Anness I ◄ .
Il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li jkunu:
neċessarji għall-ispejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni u imposti tal-użu ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali; jew
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
wara li ssir notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi jew riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.
Il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li jkunu:
neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li din id-determinazzjoni tkun ġiet innotifikata mill-Istat Membru lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u tkun ġiet approvata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;
is-suġġett ta' garanzija jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza dment li l-privileġġ jew is-sentenza saru qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità ġiet inkluża f ►M5 l-Anness I ◄ , il-privileġġ jew is-sentenza ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u tkun ġiet innotifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti minn din id-Deċiżjoni;
dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 2a
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma proprjetà ta’, jew li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li:
jkunu responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament f’azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali bħal dawk l-azzjonijiet jew il-politiki msemmijin fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1;
li jxekklu jew idgħajfu t-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, inkluż billi jxekklu jew idgħajfu l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet jew it-trasferiment tas-setgħa lill-awtoritajiet eletti; jew
huma assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fil-punti (a) jew (b),
għandhom jiġu ffriżati.
Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati msemmijin f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness II.
B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew r-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inkluż ħlasijiet għall-prodotti tal-ikel, għall-kera jew għall-ipotekar, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, minn tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
ser jitħallsu f’kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, jew jinħarġu minn tali kont, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li tingħata skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness II, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jkunx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li tingħata skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat;
dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagament ieħor jibqa’ soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kunsill.
Artikolu 3
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 5a
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
fir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija u l-emendar tal-Annessi I u II;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija ta’ emendi għall-Annessi I u II.
Artikolu 5b
Ma għandha tiġi sodisfatta ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull forma, jekk il-pretensjoni ssir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati elenkati fl-Anness II;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’, jew f’isem, waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a).
Artikolu 6
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS I
A. Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)
▼M12 —————
B. Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1
▼M12 —————
ANNESS II
A. Lista ta' persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 1a(1)
|
Isem |
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
DIAW, Malick |
Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2.12.1979 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: B0722922 validu sat-13.8.2018 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali), Kurunell |
Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, bħala l-President tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Is-CNT naqas milli jikseb riżultati fil-ħin fuq il-"missjonijiet" imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 (“Karta tat-Tranżizzjoni”) u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dak id-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. |
4.2.2022 |
2. |
WAGUÉ, Ismaël |
Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2.3.1975 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur |
Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u l-Kurunell Malick Diaw. Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter f'idejha, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (Comité national pour le salut du peuple, CNSP). Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-Gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021 u n-nuqqas ta' qbil perpetwu tiegħu mal-membri tal-Qafas Strateġiku Permanenti (Cadre Stratégique Permanent, CSP), huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), li wassal għas-sospensjoni tal-laqgħat tas-CSA minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022. Dik is-sitwazzjoni xekklet l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim, li huwa wieħed mill-"missjonijiet" tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali. |
4.2.2022 |
3. |
MAÏGA, Choguel |
Post tat-twelid: Tabango, Gao, Mali Data tat-twelid: 31.12.1958 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta’ Schengen maħruġa Sess: raġel Pożizzjoni: Prim Ministru |
Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta’ Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta’ stat tal-24 ta’ Mejju 2021. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, f’Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la refondation, ANR) bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’ Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’ Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Choguel Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta’ Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. |
4.2.2022 |
4. |
MAÏGA, Ibrahim Ikassa |
Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali Data tat-twelid: 5.2.1971 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Sess: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni |
Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin - Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni biex jitneħħa l-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga ġie fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga. Kuntrarju għall-iskeda ta’ żmien għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, l-ARN tħabbru mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS issottolinjat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. |
4.2.2022 |
▼M11 ————— |
||||
6. |
Ivan Aleksandrovitch MASLOV Иван Александрович МАСЛОВ |
Data tat-twelid: 11.7.1982 jew 3.1.1980 Post tat-twelid: Arkhangelsk / Chuguevka village, Chuguev district, Primorsky territory Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Funzjoni: Kap tal-Wagner Group fil-Mali Indirizz: Mhux magħruf, irreġistrat fil-belt ta’ Shatki, fir-reġjun ta’ Nizhni Novgorod skont "All eyes on Wagner" |
Ivan Aleksandrovitch Maslov huwa l-kap tal-Wagner Group fil-Mali, li l-preżenza tiegħu fil-pajjiż kibret mill-aħħar tal-2021. Il-preżenza ta’ Wagner fil-Mali hija ta’ theddida għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. B’mod partikolari, il-merċenarji ta’ Wagner kienu involuti f’atti ta’ vjolenza u abbużi multipli tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mali , inkluż qtil extraġudizzjarju, bħall-"massakru ta’ Moura" fl-aħħar ta’ Marzu 2022. Bħala l-kap lokali tal-Wagner Group, Ivan Maslov huwa għalhekk responsabbli għall-azzjonijiet tal-Wagner Group li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, b’mod partikolari l-involviment f’atti ta’ vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. |
25.2.2023 |
B. Lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2a(1).
|
Isem |
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
DIAW, Malick |
Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2.12.1979 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: B0722922 validu sat-13.8.2018 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali), Kurunell |
Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, bħala l-President tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Is-CNT naqas milli jikseb riżultati fil-ħin fuq il-"missjonijiet" imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 (“Karta tat-Tranżizzjoni”) u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dak id-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. |
4.2.2022 |
2. |
WAGUÉ, Ismaël |
Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2.3.1975 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur |
Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u l-Kurunell Malick Diaw. Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter f'idejha, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (Comité national pour le salut du peuple, CNSP). Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-Gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021 u n-nuqqas ta' qbil perpetwu tiegħu mal-membri tal-Qafas Strateġiku Permanenti (Cadre Stratégique Permanent, CSP), huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), li wassal għas-sospensjoni tal-laqgħat tas-CSA minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022. Dik is-sitwazzjoni xekklet l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim, li huwa wieħed mill-"missjonijiet" tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali. |
4.2.2022 |
3. |
MAÏGA, Choguel |
Post tat-twelid: Tabango, Gao, Mali Data tat-twelid: 31.12.1958 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport siplomatiku DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta’ Schengen maħruġa Sess: raġel Pożizzjoni: Prim Ministru |
Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta’ Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta’ stat tal-24 ta’ Mejju 2021. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, f’Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la refondation, ANR) bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Choguel Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta’ Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. |
4.2.2022 |
4. |
MAÏGA, Ibrahim Ikassa |
Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali Data tat-twelid: 5.2.1971 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Sess: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni |
Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin - Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni biex jitneħħa l-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga ġie fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga. Kuntrarju għall-iskeda ta’ żmien għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, l-ARN tħabbru mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS issottolinjat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. |
4.2.2022 |
▼M11 ————— |
||||
6. |
Ivan Aleksandrovitch MASLOV Иван Александрович МАСЛОВ |
Data tat-twelid: 11.7.1982 jew 3.1.1980 Post tat-twelid: Arkhangelsk / Chuguevka village, Chuguev district, Primorsky territory Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Funzjoni: Kap tal-Wagner Group fil-Mali Indirizz: Mhux magħruf, irreġistrat fil-belt ta’ Shatki, fir-reġjun ta’ Nizhni Novgorod skont "All eyes on Wagner" |
Ivan Aleksandrovitch Maslov huwa l-kap tal-Wagner Group fil-Mali, li l-preżenza tiegħu fil-pajjiż kibret mill-aħħar tal-2021. Il-preżenza ta’ Wagner fil-Mali hija ta’ theddida għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż . B’mod partikolari, il-merċenarji ta’ Wagner kienu involuti f’atti ta’ vjolenza u abbużi multipli tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mali , inkluż qtil extraġudizzjarju, bħall-"massakru ta’ Moura" fl-aħħar ta’ Marzu 2022. Bħala l-kap lokali tal-Wagner Group, Ivan Maslov huwa għalhekk responsabbli għall-azzjonijiet tal-Wagner Group li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, b’mod partikolari l-involviment f’atti ta’ vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. |
25.2.2023 |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).