02017D0021 — MT — 12.03.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1198 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-27 ta' Ġunju 2017 (ĠU L 172 5.7.2017, p. 32) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2021/432 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-1 ta’ Marzu 2021 |
L 86 |
14 |
12.3.2021 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1198 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta' Ġunju 2017
dwar ir-rapportar ta' pjanijiet ta' finanzjament ta' istituzzjonijiet ta' kreditu minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/21)
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Din id-Deċizjoni teħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu pjanijiet ta' finanzjament ta' ċerti istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti lill-BĊE, u tistabbilixxi proċeduri dwar is-sottomissjoni lill-BĊE ta' dawn il-pjanijiet ta' finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), flimkien mad-definizzjonijiet li ġejjin:
“istituzzjoni ta' kreditu sinifikanti” tfisser istituzzjoni ta' kreditu li għandha status ta' entità sinifikanti taħt superviżjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17); u
“istituzzjoni ta' kreditu inqas sinifikanti” tfisser istituzzjoni ta' kreditu li m'għandhiex status ta' entità sinifikanti taħt superviżjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).
Artikolu 3
Rekwiżiti għal rapportar ta' pjanijiet ta' finanzjament
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jipprovdu lill-BĊE l-pjanijiet ta’ finanzjament li huma konformi mal-Linji Gwida tal-ABE dwar definizzjonijiet u mudelli armonizzati għall-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Diċembru 2012 (BERS/2012/2) ( 1 ) (minn hawn’ il quddiem il-“Linji Gwida tal-ABE tal-2019”) tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ġejjin li huma stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti rispettivi tagħhom:
istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Istati Membri parteċipanti fuq bażi kkonsolidata;
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li mhumiex parti minn grupp taħt superviżjoni fuq bażi individwali;
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li fir-rigward tagħhom l-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti tiġbor pjanijiet ta’ finanzjament skont il-Linji Gwida tal-ABE tal-2019.
Meta l-liġijiet nazzjonali jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jirrappurtaw l-informazzjoni finanzjarja tagħhom abbażi ta’ tmiem is-sena ta’ kontabilità tagħhom, li tiddevja minn tmiem is-sena kalendarja, l-aħħar tmiem tas-sena ta’ kontabilità disponibbli titqies bħala d-data ta’ referenza tar-rapportar.
Artikolu 4
Dati ta’ rimessa
Il-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ġejjin għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti lill-BĊE sa 12:00 CET tal-10 jum tax-xogħol wara l-15 ta’ Marzu:
pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) u l-Artikolu 3(1)(b);
pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 3(1)(c) u l-Artikolu 3(2) fejn dawn ikunu inklużi fil-lista tal-Akbar Istituzzjonijiet fl-Istat Membru ppubblikata mill-ABE skont l-Artikolu 2(6) tad-Deċiżjoni tal-ABE ABE/DC/2020/334 ( 2 ).
Artikolu 5
Kontrolli tal-kwalità tad-dejta
Minbarra l-konformità mar-regoli ta' validazzjoni u l-kontrolli tal-kwalità, id-dejta għandha tiġi ppreżentata skont l-istandards minimi addizzjonali li ġejjin għall-finijiet ta' preċiżjoni:
l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jipprovdu informazzjoni, jekk applikabbli, dwar l-iżviluppi sottointiżi mid-dejta ppreżentata; u
l-informazzjoni għandha tkun kompleta: il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u, jekk applikabbli, għandhom jiġu solvuti mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 6
Informazzjoni kwalitattiva
Artikolu 7
Speċifikazzjoni tal-format tat-trasmissjoni
Artikolu 8
L-ewwel dati ta' referenza tar-rapportar
L-ewwel data ta' referenza għar-rapportar bis-saħħa tal-Artikolu 3 għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 8a
L-ewwel data ta’ referenza tar-rapportar fl-2021
L-ewwel data ta’ referenza għar-rapportar fl-2021 skont l-Artikolu 3 għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2020. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) għandu japplika.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-indirizzati.
Artikolu 10
Indirizzati
Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri partecipanti.
( 1 ) ABE/GL/2019/05 Disponibbli fuq iis-sit elettroniku tal-ABE.
( 2 ) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ABE.