02016R2031 — MT — 14.12.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2016/2031 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 317 23.11.2016, p. 4) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2017/625 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Marzu 2017 |
L 95 |
1 |
7.4.2017 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2016/2031 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Ottubru 2016
dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE
KAPITOLU I
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jiddeterminaw ir-riskji fitosanitarji maħluqa minn kwalunkwe speċi, varjant jew bijotip ta' aġenti patoġeniċi, annimali jew pjanti noċivi għall-pjanti jew prodotti mill-pjanti (“pesti”) u miżuri li jnaqqsu dawk ir-riskji għal livell aċċettabbli.
2. Fejn ikun hemm provi li pjanti mhux parassitiċi, differenti minn dawk regolati taħt l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, joħolqu riskji fitosanitarji li jkollhom impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali sever fuq it-territorju tal-Unjoni, dawk il-pjanti mhux parassitiċi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala pesti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għal pajjiżi terzi għandhom jinqraw bħala referenzi għal pajjiżi terzi, Ceuta, Melilla u għat-territorji li huma msemmija fl-Artikolu 355(1) TFUE bl-eċċezzjoni ta' Madeira u l-Azores.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għat-territorju tal-Unjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għat-territorju tal-Unjoni mingħajr Ceuta, Melilla u t-territorji li huma msemmija fl-Artikolu 355(1) TFUE, minbarra Madeira u l-Azores.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “pjanti” tfisser pjanti ħajjin u l-partijiet ħajjin tal-pjanti li ġejjin:
(a) iż-żrieragħ, fis-sens botaniku, apparti minn dawk li mhumiex maħsuba għat-tħawwil;
(b) il-frott, fis-sens botaniku;
(c) il-ħaxix;
(d) it-tuberi, il-basal tuberuż, il-basal, ir-riżomi, l-għeruq, is-slavaġ, is-stolons;
(e) in-nebbiet, iz-zkuk, il-friegħi;
(f) il-fjuri maqtugħin;
(g) il-fergħat bil-faxxina jew mingħajrha;
(h) is-siġar maqtugħin bil-faxxina b'kollox;
(i) il-weraq, il-faxxina;
(j) il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti, inkluż il-kulturi taċ-ċelloli, il-ġermoplażma, il-meristems, il-kloni kimeriċi, il-materjal mikropropagat;
(k) it-trab tad-dakra ħaj u l-ispori;
(l) l-għejun, ir-rimja bl-għejun, il-biċċiet, il-brokkijiet, it-tilqimiet;
(2) “prodotti mill-pjanti” tfisser materjal mhux manifatturat li joriġina mill-pjanti u dawk il-prodotti manifatturati li, min-natura tagħhom jew in-natura tal-ipproċessar tagħhom, jistgħu joħolqu riskju għat-tixrid ta' pesti ta' kwarantina.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikoli 28, 30 u 41, l-injam għandu biss jitqies bħala “prodott mill-pjanti” jekk jikkonforma ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) iżomm il-wiċċ tond naturali kollu tiegħu, jew parti minnu biz-zokk jew mingħajru;
(b) ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu minħabba s-serrar, il-qtugħ jew ix-xaqq tal-injam;
(c) ikun fl-għamla ta' laqx, partikoli, serratura, fdalijiet tal-injam, ċana jew skart, u ma jkunx għadda mill-ipproċessar li jinvolvi l-użu ta' kolla, sħana jew pressa jew kombinazzjoni ta' dawn biex jipproduċi l-gerbub, il-briquettes, il-plajwudd jew iċ-ċippbord;
(d) jintuża, jew huwa maħsub li jintuża bħala materjal ta' imballaġġ, sew jekk fil-fatt jintuża għat-trasport tal-merkanzija u sew jekk le;
(3) “tħawwil” tfisser kwalunkwe operazzjoni għat-tqegħid ta' pjanti f'mezzi ta' tkabbir, jew b'tilqim jew operazzjonijiet simili, biex jiġi żgurat it-tkabbir, ir-riproduzzjoni jew il-propagazzjoni sussegwenti tagħhom;
(4) “pjanti għat-tħawwil” tfisser pjanti maħsubin li jibqgħu mħawla, jitħawlu jew jitħawlu mill-ġdid.
(5) “oġġett ieħor” tfisser kwalunkwe materjal jew oġġett, ħlief pjanti jew prodotti mill-pjanti, li jkun kapaċi jospita jew ixerred il-pesti, inklużi ħamrija jew xi materjal għat-tkabbir;
(6) “awtorità kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(7) “lott” tfisser numru ta' unitajiet ta' prodott bażiku uniku, li jingħaraf mill-omoġeneità tal-kompożizzjoni, l-oriġini u elementi rilevanti oħra, li jifformaw parti minn kunsinna;
(8) “unità tan-negozjar” tfisser l-iżgħar unità li tista' tintuża ta' natura kummerċjali jew oħra li tapplika għall-istadju tat-tqegħid fis-suq ikkonċernat, li tista' tkun is-subsett jew il-lott kollu kemm hu;
(9) “operatur professjonist” tfisser kwalunkwe persuna, irregolata bil-liġi pubblika jew privata, involuta professjonalment f'waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin, dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u li tkun legalment responsabbli għalihom:
(a) it-tħawwil;
(b) it-tnissil;
(c) il-produzzjoni, inkluż it-tkabbir, it-tkattir u ż-żamma;
(d) l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fih, u 'l barra minnu;
(e) id-disponibbiltà fis-suq;
(f) il-ħżin, il-ġbir,id-dispaċċ u l-ipproċessar;
(10) “operatur reġistrat” tfisser operatur professjonist reġistrat f'konformità mal-Artikolu 65;
(11) “operatur awtorizzat” tfisser operatur reġistrat awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex joħroġ passaporti tal-pjanti f'konformità mal-Artikolu 89, biex japplika marka f'konformità mal-Artikolu 98, jew biex joħroġ attestazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 99;
(12) “utent finali” tfisser kwalunkwe persuna, li taġixxi għal finijiet li huma barra min-negozju ta' dik il-persuna, il-kummerċ jew il-professjoni tagħha, li takkwista pjanti jew prodotti mill-pjanti għal użu personali;
(13) “test” tfisser eżami uffiċjali, ħlief viżwali, biex jiddetermina jekk humiex preżenti pesti jew biex jidentifika l-pesti;
(14) “trattament” tfisser proċedura, kemm jekk uffiċjali kif ukoll jekk mhux uffiċjali, għall-qtil, l-inattivazzjoni jew it-tneħħija ta' pesti, jew biex dawk il-pesti ma jibqgħux fertili jew għall-indeboliment tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti;
(15) “inċidenza” tfisser il-proporzjon jew in-numru ta' unitajiet li fihom ikun preżenti pest f'kampjun, kunsinna, għalqa jew popolazzjoni oħra definita;
(16) “stabbiliment” tfisser il-kontinwazzjoni, għall-ġejjieni prevedibbli, ta' pest fi ħdan żona wara li jkun daħal fiha;
(17) “qerda” tfisser l-applikazzjoni ta' miżuri fitosanitarji biex jinqered pest minn żona;
(18) “trażżin” tfisser l-applikazzjoni ta' miżuri fitosanitarji fi ħdan u madwar żona infestata għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' pest;
(19) “post ta' kwarantina” tfisser kwalunkwe post uffiċjali li jżomm pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra fi kwarantina;
(20) “faċilità ta' trażżin” tfisser kwalunkwe faċilità, minbarra postijiet ta' kwarantina, fejn il-pesti, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jinżammu f'kondizzjonijiet ta' trażżin;
(21) “kodiċi ta' traċċabbiltà” tfisser kodiċi magħmul minn ittri, numri jew ittri u numri li jidentifikaw kunsinna, lott jew unità tan-negozjar, li jintuża għal finijiet ta' traċċabbiltà, inklużi kodiċi li jirreferu għal lott, sett, sensiela, data ta' produzzjoni jew dokumenti ta' operatur professjonist;
(22) “miżura fitosanitarja” tfisser kwalunkwe miżura uffiċjali li għandha l-għan li tipprevjeni l-introduzzjoni u/jew it-tixrid ta' pesti ta' kwarantina jew li tillimita l-impatt ekonomiku ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina.
KAPITOLU II
Pesti ta' kwarantina
Artikolu 3
Definizzjoni ta' pesti ta' kwarantina
Pest ikun “pest ta' kwarantina”, fir-rigward ta' territorju definit, jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) l-identità tiegħu tkun ġiet stabbilita, fis-sens tal-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness I;
(b) ma jkunx preżenti fit-territorju, fis-sens tal-punt (2)(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness I, jew, jekk preżenti, ma jkunx distribwit b'mod mifrux f'dak it-territorju, fis-sens tal-punti (2)(b) u (c) tat-Taqsima 1 tal-Anness I;
(c) ikun kapaċi jidħol, jistabbilixxi ruħu u jinxtered fit-territorju, jew, jekk preżenti fit-territorju, iżda mhux distribwit b'mod mifrux, ikun kapaċi jidħol, jistabbilixxi ruħu u jinxtered f'dawk il-partijiet ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti, fis-sens tal-punt (3) tat-Taqsima 1 tal-Anness I;
(d) id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tiegħu, fis-sens tal-punt (4) tat-Taqsima 1 tal-Anness I, ikollhom impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali inaċċettabbli għal dak it-territorju, jew, jekk preżenti iżda mhux distribwit b'mod mifrux, għal dawk il-partijiet ta t-territorju fejn ma jkunx preżenti; u
(e) ikunu disponibbli miżuri fattibbli u effettivi għall-prevenzjoni tad-dħul, l-istabbiliment jew it-tixrid ta' dak il-pest f'dak it-territorju u biex jittaffew ir-riskji u l-impatti tiegħu.
Artikolu 4
Definizzjoni ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni
Pest ikun “pest ta' kwarantina fl-Unjoni” jekk it-territorju definit kif imsemmi fil-parti introduttorja tal-Artikolu 3 ikun it-territorju tal-Unjoni u jekk ikun inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 5
Projbizzjoni tal-introduzzjoni, il-moviment, iż-żamma, it-tkattir jew ir-rilaxx ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni
1. Pest ta' kwarantina fl-Unjoni ma għandux jiġi introdott, jiġi mċaqlaq, jinżamm, jiżdied jew jiġi rilaxxat fit-territorju tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' pesti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni (“lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni”).
Il-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni għandha tinkludi l-pesti elenkati fil-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE u t-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II għal dik id-Direttiva.
Pesti li huma indiġeni għal kwalunkwe parti mit-territorju tal-Unjoni jew stabbiliti fih, kemm jekk naturali jew minħabba l-introduzzjoni tagħhom minn barra t-territorju tal-Unjoni, għandhom jiġu mmarkati fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni bħala pesti magħrufa li jitfaċċaw fit-territorju tal-Unjoni.
Pesti li mhumiex indiġeni għal kwalunkwe parti mit-territorju tal-Unjoni jew li mhumiex stabbiliti fih, għandhom jiġu mmarkati fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni bħala pesti mhux magħrufa li jitfaċċaw fit-territorju tal-Unjoni.
3. Fejn ir-riżultati ta' evalwazzjoni turi li pest mhux inkluż fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, jew li pest inkluż fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni ma jkunx għadu jissodisfa wieħed jew aktar minn dawk il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu kif meħtieġ billi żżid, jew tneħħi, il-pest ikkonċernat minn dik il-lista.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dik il-valutazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tissostitwixxi l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għall-fini li tikkonsolida emendi.
4. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 6
Pesti ta' prijorità
1. Pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jkunu “pest ta' prijorità” jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) huma jissodisfaw, fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2) tat-Taqsima 1 tal-Anness I;
(b) l-impatt potenzjal tagħhom ta' natura ekonomika, ambjentali jew soċjali jkun mill-aktar sever fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I;
(c) ikunu elenkati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament permezz tal-istabbiliment ta' lista tal-pesti ta' prijorità (“lista ta' pesti ta' prijorità”).
Fejn ir-riżultati ta' valutazzjoni juru li pest ta' kwarantina fl-Unjoni jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew pest ma għadux jissodisfa waħda jew aktar minn dawk il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz taż-żieda tal-pest ikkonċernat f'dik il-lista, jew permezz tat-tneħħija minnha.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dik il-valutazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri mingħajr dewmien.
Fejn, f'każ ta' riskju serju ta' pest, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu hekk, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 106 għall-atti delegati adottati f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Emenda tat-Taqsima 1 tal-Anness I
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw it-Taqsima 1 tal-Anness I sabiex jiġi adattat għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali rilevanti.
Artikolu 8
Pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li jintużaw għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażliet tal-varjetà jew tnissil
1. B'deroga mill-Artikolu 5(1), l-Istati Membri jistgħu, meta ssir applikazzjoni, jawtorizzaw temporanjament l-introduzzjoni, iż-żamma u t-tkattir fit-territorju tagħhom u l-moviment fi ħdanu ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għal finijiet ta' provi, għażliet tal-varjetà jew tnissil.
Awtorizzazzjoni għandha tingħata biss għall-attività kkonċernata jekk jiġu imposti restrizzjonijiet adegwati biex jiġi żgurat li l-introduzzjoni, il-moviment, iż-żamma, it-tkattir u l-użu tal-pest ikkonċernat ma jirriżultawx fl-istabbiliment jew it-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, b'kont meħud tal-identità, il-bijoloġija u l-mezz ta' tixrid tal-pest, l-attività prevista, l-interazzjoni mal-ambjent u fatturi rilevanti oħrajn relatati mar-riskju maħluq minn dak il-pest.
2. L-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) il-pest għandu jinżamm f'post u f'kondizzjonijiet li:
(i) l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw bħala xierqa; u
(ii) jissemmew fl-awtorizzazzjoni;
(b) l-attività li tinvolvi l-pest għandha titwettaq f'post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin iddeżinjati mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 60 u msemmija fl-awtorizzazzjoni;
(c) l-attività li tinvolvi l-pest għandha titwettaq minn membri tal-persunal:
(i) li l-kompetenza xjentifika u teknika tagħhom tkun ikkunsidrata adegwata mill-awtorità kompetenti; u
(ii) li jissemmew fl-awtorizzazzjoni;
(d) il-pest għandu jiġi akkumpanjat mill-awtorizzazzjoni meta jiġi introdott, jew jinżamm jew jitkattar fit-territorju tal-Unjoni jew jiċċaqlaq fi ħdanu.
3. L-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati fir-rigward tal-kwantità tal-pest li jista' jiġi introdott, imċaqlaq, miżmum, imkattar jew użat u tat-tul ta' żmien li jkunu adegwati għall-attività kkonċernata. L-awtorizzazzjonijiet ma għandhomx jeċċedu l-kapaċità tal-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin iddeżinjati.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinkludu r-restrizzjonijiet meħtieġa għall-qerda b'mod adegwat tar-riskju ta' stabbiliment u tixrid tal-pest ta' kwarantina rispettiv fl-Unjoni jew il-pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).
4. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-limitazzjoni u r-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tieħu l-azzjoni meħtieġa f'każ ta' non-osservanza. Fejn xieraq, dik l-azzjoni għandha tkun ir-revoka tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
5. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw regoli dettaljati li jikkonċernaw:
(a) l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fi, iż-żamma, it-tkattir u l-użu fit-territorju tal-Unjoni, u l-moviment fi ħdanu tal-pesti kkonċernati;
(b) il-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u
(c) il-monitoraġġ tal-konformità u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, kif imsemmi fil-paragrafu 4.
Artikolu 9
Notifika ta' periklu imminenti
1. Fejn Stat Membru jkollu provi li jeżisti periklu imminenti ta' dħul ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni fit-territorju tal-Unjoni jew f'parti minn dak it-territorju fejn ma jkunx diġà preżenti, l-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament u bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dawk il-provi.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal pest li ma jkunx inkluż fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, fejn:
(a) il-pest ikun soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1); jew
(b) l-Istat Membru kkonċernat iqis li l-pest jista' jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni.
3. L-operaturi professjonisti għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe prova li jista' jkollhom rigward periklu imminenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 dwar pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 10
Konferma uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni
Fejn awtorità kompetenti tissuspetta, jew tkun irċeviet evidenza dwar il-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni, jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), f'parti mit-territorju tal-Istat Membru rispettiv fejn dak il-pest preċedentement ma kienx magħruf li kien preżenti, jew f'kunsinna ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti fit-territorju tal-Unjoni, maħsuba li jiġu introdotti fih, jew imċaqilqa ġewwa fih, hija għandha minnufih tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex tikkonferma, abbażi ta' dijanjosi minn laboratorju uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ (“biex tikkonferma uffiċjalment”) jekk dak il-pest huwiex preżenti jew le.
Sa meta tingħata l-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' dak il-pest, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, fejn applikabbli, jieħdu miżuri fitosanitarji biex jeliminaw ir-riskju tat-tixrid ta' dak il-pest.
Is-suspett jew l-evidenza msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu bbażati fuq kwalunkwe informazzjoni riċevuta skont l-Artikoli 14 u 15, jew minn kwalunkwe sors ieħor.
Artikolu 11
Notifika ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra
Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fejn l-awtorità kompetenti tiegħu jikkonferma uffiċjalment kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a) il-preżenza fit-territorju tiegħu ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni li ma kienx magħruf li kien preżenti hemmhekk;
(b) il-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni f'parti mit-territorju tiegħu fejn ma kienx preżenti preċedentement;
(c) il-preżenza fit-territorju tiegħu ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni f'kunsinna ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti, maħsuba li jiġu introdotti, jew li jiġu mċaqilqa fit-territorju tal-Unjoni.
In-notifiki taħt l-ewwel paragrafu għandhom isiru mill-awtorità unika, kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ , tal-Istat Membru kkonċernat u permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103.
Artikolu 12
Informazzjoni dwar pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li għandha tiġi pprovduta lill-operaturi professjonisti mill-awtoritajiet kompetenti
1. Fejn waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 tiġi kkonfermata uffiċjalment, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operaturi professjonisti li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra tagħhom jistgħu jiġu affettwati jiġu infurmati bil-preżenza tal-pest ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernat mingħajr dewmien.
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata lista disponibbli għall-pubbliku tan-notifiki kollha li rċeviet dwar pesti emerġenti f'pajjiżi terzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-pjanti fit-territorju tal-Unjoni.
Dik il-lista tista' tkun parti mis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 103.
Artikolu 13
Informazzjoni dwar pesti ta' prijorità li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku mill-awtoritajiet kompetenti
Fejn waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tiġi kkonfermata uffiċjalment fir-rigward tal-pest ta' prijorità, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-pubbliku dwar il-miżuri meħuda minnha jew dawk li għandha l-ħsieb tieħu u dwar kwalunkwe miżura li għandha tittieħed mill-kategoriji rilevanti ta' operaturi professjonisti jew persuni oħra.
Artikolu 14
Miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament mill-operaturi professjonisti
1. Fejn operatur professjonist jissuspetta jew isir konxju tal-fatt li pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ikun preżenti fi pjanti, prodotti minn pjanti jew oġġetti oħra li jkunu taħt il-kontroll ta' dak l-operatur, huwa għandu immedjatament jinnotifika dan lill-awtorità kompetenti, sabiex dik l-awtorità kompetenti tieħu azzjonijiet skont l-Artikolu 10. Fejn meħtieġ, l-operatur professjonist għandu wkoll immedjatament jieħu miżuri ta' prekawzjoni biex jipprevjeni l-istabbiliment u t-tixrid ta' dak il-pest.
2. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx meħtieġa fejn ikun magħruf li pest speċifiku jitfaċċa f'żona partikolari. F'dan il-każ, hija għandha tinforma lill-operaturi professjonisti kkonċernati dwar dik id-deċiżjoni.
3. Fejn operatur professjonist jirċievi konferma uffiċjali dwar il-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni fi pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li jaqgħu taħt il-kontroll ta' dak l-operatur, huwa għandu jikkonsulta lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u għandu jipproċedi, kif applikabbli, bl-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7.
4. L-operatur professjonist għandu immedjatament jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjeni t-tixrid ta' dak il-pest. Fejn l-awtorità kompetenti tkun ipprovdiet struzzjonijiet dwar dawk il-miżuri, l-operatur professjonist għandu jaġixxi f'konformità ma' dawk l-istruzzjonijiet.
5. Fejn jirċievi struzzjoni dwar dan mill-awtorità kompetenti, l-operatur professjonist għandu wkoll jieħu l-miżuri meħtieġa biex jelimina lil dak il-pest mill-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati u mill-bini, l-art, il-ħamrija, l-ilma ta' dak l-operatur jew elementi infestati oħra li jaqgħu taħt il-kontroll tiegħu.
6. Sakemm ma jirċevix struzzjoni oħra mill-awtorità kompetenti, l-operatur professjonist għandu, mingħajr dewmien, jirtira mis-suq il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li huma taħt il-kontroll ta' dak l-operatur u li fihom jista' jkun hemm il-preżenza tal-pest.
Fejn dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ma jkunux għadhom taħt il-kontroll tal-operatur professjonist ikkonċernat, l-operatur professjonist għandu, dment li ma jirċevix struzzjoni oħra mill-awtorità kompetenti, immedjatament:
(a) jinforma lill-persuni fil-katina kummerċjali li lilhom ikunu ġew ipprovduti dawk il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra bil-preżenza tal-pest;
(b) jipprovdi lil dawk il-persuni linji gwida dwar il-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu matul it-trasport tal-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra rispettivi, biex jitnaqqas ir-riskju mit-tixrid jew ħarba tal-pesti kkonċernati; u
(c) jirtira dawk il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra.
7. Fejn japplikaw il-paragrafi 1, 3, 4, 5 jew 6 ta' dan l-Artikolu, l-operatur professjonist għandu, fuq talba, jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li hi rilevanti għall-membri tal-pubbliku. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, fil-każ li jkun meħtieġ li tittieħed azzjoni fir-rigward tal-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li fihom jista' jkun preżenti l-pest rispettiv, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-pubbliku malajr kemm jista' jkun b'dak il-fatt.
Artikolu 15
Miżuri li għandhom jittieħdu minn persuni li mhumiex operaturi professjonisti
1. Fejn kwalunkwe persuna, li mhijiex operatur professjonist, issir konxja tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew ikollha raġuni biex tissuspetta tali preżenza, dik il-persuna għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti. Fejn in-notifika ma tiġix ippreżentata bil-miktub, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistraha b'mod uffiċjali. Fuq talba mill-awtorità kompetenti, dik il-persuna għandha tipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni li tkun fil-pussess tagħha fir-rigward ta' dik il-preżenza.
2. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx meħtieġa fejn ikun magħruf li pest speċifiku jkun preżenti f'żona partikolari.
3. Il-persuna li tkun għamlet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u għandha, f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipprevjeni t-tixrid ta' dak il-pest u biex teliminah mill-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati u, fejn applikabbli, mill-bini ta' dik il-persuna.
Artikolu 16
Derogi għall-obbligi tal-għoti ta' notifiki
L-obbligi li tingħata notifika kif imsemmija fl-Artikoli 14 u 15 ma għandhomx japplikaw fejn:
(a) pest ta' kwarantina fl-Unjoni jinstab preżenti fiż-żona infestata ta' żona ddemarkata stabbilita għat-trażżin ta' dak il-pest, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2);
(b) pest ta' kwarantina fl-Unjoni jinstab preżenti fiż-żona infestata ta' żona ddemarkata u soġġetti għal miżuri ta' qerda li jeħtieġu tmien snin jew aktar, matul il-perijodu ta' dawk l-ewwel tmien snin.
Artikolu 17
Qerda ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni
1. Fejn waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tiġi kkonfermata uffiċjalment, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tieħu l-miżuri fitosanitarji kollha meħtieġa biex teqred il-pest rilevanti ta' kwarantina fl-Unjoni miż-żona kkonċernata. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu f'konformità mal-Anness II.
Dak l-obbligu ta' qerda ma għandux japplika fejn jiġi speċifikat mod ieħor mill-att ta' implimentazzjoni li jikkonċerna dak il-pest, adottat skont l-Artikolu 28(2).
2. L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinvestiga s-sors tal-preżenza tal-pest ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernat, b'mod partikolari fejn dik il-preżenza tista' tkun marbuta ma' movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, u l-possibbiltà li dak il-pest ikkonċernat ikun inxtered fost pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra b'dawk il-movimenti.
3. Fejn il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jikkonċernaw l-introduzzjoni jew il-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament dawk il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jittieħdu irrispettivament minn jekk il-pest ikunx preżenti f'bini pubbliku jew privat.
Artikolu 18
Stabbiliment ta' żoni ddemarkati
1. Fejn waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tiġi kkonfermata uffiċjalment, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tistabbilixxi żona, jew aktar, fejn għandhom jittieħdu l-miżuri ta' qerda msemmija fl-Artikolu 17(1) (“żona ddemarkata”).
Iż-żona ddemarkata għandha tkun magħmula minn żona infestata u żona ta' lqugħ.
2. Fiż-żona infestata għandu, skont il-każ, ikun hemm:
(a) il-pjanti kollha magħrufa li huma infestati mill-pest ikkonċernat;
(b) il-pjanti kollha li juru sinjali jew sintomi li jindikaw infestazzjoni possibbli minn dak il-pest;
(c) il-pjanti l-oħra kollha li setgħu kienu jew ġew kontaminati jew infestati minn dak il-pest, inklużi pjanti li jistgħu jiġu infestati minħabba s-suxxettibbiltà tagħhom għal dak il-pest u peress li jinsabu qrib pjanti infestati, jew is-sors komuni ta' produzzjoni, jekk dan ikun magħruf, ma' pjanti infestati, jew pjanti mkabbra minnhom;
(d) art, ħamrija, kanali tal-ilma jew elementi oħra infestati, jew li jistgħu jiġu infestati, mill-pest ikkonċernat.
3. Iż-żona ta' lqugħ għandha tkun qrib iż-żona infestata u għandha tiċċirkondaha.
Id-daqs tagħha għandu jkun xieraq fid-dawl tar-riskju li l-pest ikkonċernat jinxtered 'il barra miż-żona infestata b'mod naturali, jew minn attivitajiet tal-bniedem fiż-żona infestata u fl-inħawi qrib tagħha, u għandha tiġi deċiża f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.
Madankollu, fejn kwalunkwe riskju ta' tixrid tal-pesti barra miż-żona infestata jiġi eliminat jew jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz ta' ostakli naturali jew artifiċjali, mhuwiex meħtieġ li tiġi stabbilita żona ta' lqugħ.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, fejn mal-ewwel analiżi tas-sitwazzjoni l-awtorità kompetenti tikkonkludi, minħabba n-natura tal-pest, il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ikkonċernat, u s-sit fejn instab, li l-pest ikkonċernat jista' jiġi eliminat immedjatament, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma tistabbilixxix żona ddemarkata.
F'dan il-każ, għandha twettaq stħarriġ biex tiddetermina jekk hemmx iktar pjanti jew prodotti mill-pjanti li jkunu ġew infestati. Abbażi ta' dak l-istħarriġ, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk hemmx ħtieġa li tiġi stabbilita żona ddemarkata.
5. Fejn, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3, żona ddemarkata tkun ser tiġi estiża lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru fejn il-pest ikkonċernat instab li kien preżenti għandu immedjatament jikkuntattja lill-Istat Membru li ż-żona ddemarkata għandha tiġi estiża lejn it-territorju tiegħu sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jieħu l-azzjonijiet kollha adattati, kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4.
6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sat-30 ta' April ta' kull sena, bin-numru u l-postijiet taż-żoni ddemarkati stabbiliti, il-pesti kkonċernati, u l-miżuri rispettivi meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti.
Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu ta' notifika ta' żoni ddemarkati stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 104.
Artikolu 19
Stħarriġ u modifiki ta' żoni ddemarkati u tneħħija ta' restrizzjonijiet
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, tal-inqas kull sena, fi żminijiet adegwati, iwettqu stħarriġ dwar kull żona ddemarkata, fir-rigward tal-iżvilupp tal-preżenza tal-pest ikkonċernat.
Dan l-istħarriġ għandu jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 22(2).
2. Fejn, b'riżultat ta' stħarriġ jew le, kif imsemmi fil-paragrafu 1, awtorità kompetenti ssib preżenza tal-pest ikkonċernat fiż-żona ta' lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra biha.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmodifikaw il-fruntieri ta' żoni infestati, żoni ta' lqugħ u żoni ddemarkati, fejn meħtieġ, fid-dawl tar-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1.
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jabolixxu żona ddemarkata u jtemmu l-miżuri ta' qerda rispettivi, fejn ikun ġie verifikat l-istatus ta' dik iż-żona bħala ħielsa mill-pesti. Dan ikun il-każ fejn ikunu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 juri li dik iż-żona nstabet bħala ħielsa mill-pest ikkonċernat; u
(b) ma tkun instabet l-ebda preżenza tal-pest ikkonċernat f'dik iż-żona ddemarkata għal perijodu twil biżżejjed.
5. Meta tiddeċiedi dwar il-modifiki msemmija fil-paragrafu 3 jew it-tneħħija taż-żona ddemarkata msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha mill-inqas tieħu kont tal-fatturi li ġejjin:
(a) il-bijoloġija tal-pest u l-vettur ikkonċernat;
(b) il-preżenza ta' pjanti ospitanti;
(c) il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi; u
(d) il-probabbiltà li l-miżuri ta' qerda kienu ta' suċċess.
6. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mhuwiex meħtieġ li jsir stħarriġ annwali fiż-żona infestata taż-żoni ddemarkati stabbiliti għal:
(a) pesti soġġetti għal miżuri ta' qerda li jeħtieġu tmien snin jew iktar;
(b) pesti soġġetti għall-miżuri ta' trażżin msemmija fl-Artikolu 28(2).
7. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw ulterjorment il-pesti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u fil-punt (b) tal-Artikolu 16 u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk id-derogi.
Artikolu 20
Rapporti dwar miżuri meħuda f'konformità mal-Artikoli 17, 18 u 19
1. Fejn jittieħdu miżuri minn Stat Membru f'żona ma' ġenb Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar għandu jiġi ppreżentat rapport dwar il-miżuri meħuda f'konformità mal-Artikoli 17, 18 u 19.
2. Fejn jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport dwar miżuri speċifiċi meħuda f'konformità mal-Artikoli 17, 18 u 19.
Artikolu 21
Emenda tal-Anness II
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105, li jemendaw l-Anness II, sabiex tadattaha għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali rilevanti.
Artikolu 22
Stħarriġ dwar il-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġ ibbażat fuq ir-riskju, matul perijodi ta' żmien speċifiċi, li jivverifikaw tal-inqas:
(a) il-preżenza ta' kwalunkwe pest ta' kwarantina fl-Unjoni; u
(b) sinjali jew sintomi ta' kwalunkwe pest soġġett għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 29 jew għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).
Dak l-istħarriġ għandu jsir f'kull żona fejn il-pest ikkonċernat ma kienx magħruf li kien preżenti.
Dak l-istħarriġ mhuwiex meħtieġ li jitwettaq għal pesti li fir-rigward tagħhom jiġi konkluż mingħajr ekwivoċi li ma jistgħux jiġu stabbiliti jew jinxterdu fl-Istat Membru kkonċernat minħabba l-kondizzjonijiet ekoklimatiċi tiegħu jew l-assenza tal-ispeċijiet ospitanti.
2. Il-mod kif jitfassal l-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju li l-pest jitfaċċa fiż-żona koperta minn kull stħarriġ. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, eżamijiet viżwali mill-awtorità kompetenti u, fejn xieraq, il-ġbir ta' kampjuni u twettiq ta' testijiet. Dan l-istħarriġ għandu jsir fil-postijiet xierqa kollha u għandu jinkludi, fejn ikun il-każ, bini, vetturi, makkinarju u imballaġġ li jintużaw minn operaturi professjonisti u persuni oħra. Dan għandu jkun ibbażat fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u għandu jsir fi żminijiet xierqa fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi skopert il-pest ikkonċernat.
Dak l-istħarriġ għandu jqis il-provi xjentifiċi u tekniċi, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni adatta oħra, dwar il-preżenza tal-pesti kkonċernati.
3. Sat-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-post fejn twettaq l-istħarriġ, meta twettaq l-istħarriġ, il-pesti u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati, in-numru ta' spezzjonijiet u kampjuni li ttieħdu u s-sejbiet ta' kull pest ikkonċernat.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format ta' dawk ir-rapporti, kif ukoll l-istruzzjonijiet dwar kif jimtela. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 23
Programmi ta' stħarriġ pluriennali u ġbir ta' informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi pluriennali ta' stħarriġ li jistipulaw il-kontenut tal-istħarriġ li għandu jsir skont l-Artikolu 22. Dawk il-programmi għandhom jipprevedu l-ġbir u r-reġistrazzjoni tal-provi xjentifiċi u tekniċi u informazzjoni oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2).
Il-programmi pluriennali ta' stħarriġ għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin f'konformità mal-Artikolu 22(2):
(a) l-objettiv speċifiku ta' kull stħarriġ;
(b) l-ambitu ta' kull stħarriġ fir-rigward taż-żona kkonċernata u l-perijodu ta' żmien kopert, kif ukoll il-pesti, il-pjanti u l-prodotti bażiċi fil-mira;
(c) il-metodoloġija u l-ġestjoni tal-kwalità tal-istħarriġ inkluża deskrizzjoni tal-proċeduri għall-eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar u l-ġustifikazzjoni teknika tagħhom;
(d) iż-żmien ippjanat, il-frekwenza u n-numri ta' eżamijiet viżwali, kampjuni u testijiet skedati;
(e) il-metodi ta' reġistrazzjoni u rappurtar tal-informazzjoni miġbura.
Il-programmi pluriennali ta' stħarriġ għandhom ikunu għal perijodu ta' bejn ħames u seba' snin.
2. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinnotifikaw il-programmi ta' stħarriġ pluriennali tagħhom, hekk kif jiġu stabbiliti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-programmi ta' stħarriġ pluriennali, u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-elementi li jinsabu fil-paragrafu 1 għar-riskji ta' pesti speċifiċi.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 24
Stħarriġ ta' pesti ta' prijorità
1. Għal kull pest ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ kull sena, kif stabbilit fl-Artikolu 22(1) u (2). Dak l-istħarriġ għandu jinkludi numru għoli biżżejjed ta' eżamijiet viżwali, teħid ta' kampjuni u testijiet, kif xieraq għal kull pest ta' prijorità, biex tiġi żgurata, sa fejn possibbli fir-rigward tal-bijoloġija rispettiva ta' kull pest ta' prijorità u l-kondizzjonijiet ekoklimatiċi, f'livell għoli ta' fiduċja, li dawk il-pesti jiġu skoperti fi żmien opportun.
L-istħarriġ mhuwiex meħtieġ li jitwettaq għal pesti li fir-rigward tagħhom jiġi konkluż mingħajr ekwivoċi li ma jistgħux jiġu stabbiliti jew jinxterdu fl-Istat Membru kkonċernat minħabba l-kondizzjonijiet ekoklimatiċi tiegħu jew l-assenza tal-ispeċijiet ospitanti.
2. Sat-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 li jkun twettaq fis-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 25
Pjanijiet ta' kontinġenza għall-pesti ta' prijorità
1. Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornat, għal kull pest ta' prijorità li jkun kapaċi jidħol fi ħdan u jistabbilixxi ruħu fit-territorju tiegħu, jew parti minnu, pjan separat li jkun fih informazzjoni dwar il-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-proċeduri u l-protokolli li għandhom jiġu segwiti, ir-riżorsi minimi li għandhom ikunu disponibbli u l-proċeduri biex isiru disponibbli aktar riżorsi f'każ ta' preżenza kkonfermata jew suspettata b'mod uffiċjali ta' dak il-pest (“pjan ta' kontinġenza”).
L-Istati Membri, fi stadju adatt, għandhom jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-proċess ta' tfassil u aġġornament tal-pjanijiet ta' kontinġenza.
Mhuwiex meħtieġ li jitfasslu pjanijiet ta' kontinġenza għal pesti li, fir-rigward tagħhom, jiġi konkluż mingħajr ekwivoċi li ma jistgħux jiġu stabbiliti jew jinxterdu fl-Istat Membru kkonċernat, minħabba l-kondizzjonijiet ekoklimatiċi tiegħu jew l-assenza tal-ispeċijiet ospitanti.
2. Kull pjan ta' kontinġenza għandu jinkludi dan li ġej:
(a) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-eżekuzzjoni tal-pjan, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-pest ta' prijorità kkonċernat, kif ukoll il-katina ta' kmand u l-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet pubbliċi oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ , il-korpi delegati jew il-persuni fiżiċi involuti, kif imsemmija fl-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament (UE) …/…., il-laboratorji u l-operaturi professjonisti, inkluża l-koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u l-pajjiżi terzi ġirien, fejn meħtieġ;
(b) l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għall-binjiet tal-operaturi professjonisti, operaturi rilevanti oħra u persuni fiżiċi;
(c) l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, fejn meħtieġ, għal-laboratorji, it-tagħmir, il-persunal, l-għarfien espert estern u r-riżorsi meħtieġa għall-qerda rapida u effettiva jew, fejn xieraq, it-trażżin tal-pest ta' prijorità kkonċernat;
(d) miżuri li għandhom jittieħdu rigward l-informazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri l-oħra, l-operaturi professjonisti kkonċernati u l-pubbliku, fir-rigward tal-preżenza tal-pest ta' prijorità kkonċernat u l-miżuri meħuda kontrih fil-każ li l-preżenza tal-pest ikkonċernat tkun ikkonfermata jew issuspettata uffiċjalment;
(e) l-arranġamenti għar-reġistrazzjoni tas-sejbiet tal-preżenza tal-pest ta' prijorità kkonċernat;
(f) il-valutazzjonijiet disponibbli kif stipulat fl-Artikolu 6(2) u kwalunkwe valutazzjoni tal-Istat Membru fir-rigward tar-riskju tal-pest ta' prijorità kkonċernat għat-territorju tiegħu;
(g) il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju li għandhom jiġu implimentati fir-rigward tal-pest ta' prijorità kkonċernat, f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Anness II, u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti;
(h) il-prinċipji għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni ddemarkati;
(i) il-protokolli li jiddeskrivu l-metodi ta' eżamijiet viżwali, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju; u
(j) il-prinċipji rigward it-taħriġ ta' persunal tal-awtoritajiet kompetenti u, kif adatt, il-korpi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-laboratorji, l-operaturi professjonisti u persuni oħra msemmija fil-punt (a).
Fejn xieraq, l-elementi msemmijin fil-punti (d) sa (j) tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-għamla ta' manwali ta' struzzjonijiet.
3. Il-pjanijiet ta' kontinġenza jistgħu jiġu kkombinati għal diversi pesti ta' prijorità b'bijoloġija simili u firxa ta' speċijiet ospitanti. F'dawk il-każijiet, il-pjan ta' kontinġenza għandu jkun magħmul minn parti ġenerali li tkun komuni għall-pesti ta' prijorità kollha koperti minnu u minn partijiet speċifiċi għal kull pest ta' prijorità kkonċernat.
4. Fi żmien erba' snin mid-data ta' stabbiliment tal-lista ta' pesti ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan ta' kontinġenza għall-pesti ta' prijorità inklużi f'dik il-lista.
Fi żmien sena mid-data tal-inklużjoni ta' kwalunkwe pest ieħor ikkonċernat fil-lista ta' pesti ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan ta' kontinġenza għal dak il-pest ta' prijorità.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami regolari u, fejn meħtieġ, jaġġornaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom.
5. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u għandhom jinfurmaw lill-operaturi professjonali rilevanti kollha billi jippubblikawhom fuq l-internet.
Artikolu 26
Eżerċizzji ta' simulazzjoni għal pesti ta' prijorità
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu eżerċizzji ta' simulazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kontinġenza f'intervalli stabbiliti skont il-bijoloġija tal-pest jew il-pesti ta' prijorità kkonċernati u r-riskju maħluq minn dak il-pest jew dawk il-pesti.
Dawk l-eżerċizzji għandhom jitwettqu fir-rigward tal-pesti ta' prijorità kkonċernati kollha f'perijodu ta' żmien raġonevoli u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.
Dawk l-eżerċizzji mhumiex meħtieġa fejn l-Istat Membru kkonċernat reċentement ħa miżuri għall-qerda tal-pest jew pesti rilevanti.
2. Fir-rigward tal-pesti ta' prijorità li l-preżenza tagħhom f'wieħed mill-Istati Membri jista' jkollha impatti għal Stati Membri ġirien, jistgħu jitwettqu eżerċizzji ta' simulazzjoni flimkien mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tal-pjanijiet ta' kontinġenza rispettivi tagħhom.
Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu iwettqu dawk l-eżerċizzji ta' simulazzjoni ma' pajjiżi terzi ġirien.
3. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli rapport dwar ir-riżultati ta' kull eżerċizzju ta' simulazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 27
Pjanijiet ta' azzjoni għal pesti ta' prijorità
1. Fejn il-preżenza ta' pest ta' prijorità tkun ikkonfermata uffiċjalment fit-territorju ta' Stat Membru skont l-Artikolu 10, l-awtorità kompetenti għandha tadotta immedjatament pjan (“pjan ta' azzjoni”) li jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda ta' dak il-pest, kif previst fl-Artikoli 17, 18 u 19, jew it-trażżin tiegħu, kif previst fl-Artikolu 28(2), kif ukoll skeda ta' żmien għall-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri.
Il-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi deskrizzjoni tad-disinn u l-organizzazzjoni tal-istħarriġ li għandu jitwettaq u jistabbilixxi n-numru ta' eżamijiet viżwali, il-kampjuni li għandhom jittieħdu u t-testijiet tal-laboratorju li għandhom jitwettqu, kif ukoll il-metodoloġija li għandha tiġi applikata għall-eżami, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar.
Il-pjan ta' azzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-pjan ta' kontinġenza rilevanti u għandu jiġi kkomunikat b'mod immedjat mill-awtorità kompetenti lill-operaturi professjonisti kkonċernati.
2. Kull Stat Membru għandu, fuq talba, jinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħra bil-pjanijiet ta' azzjoni adottati minnu.
Artikolu 28
Miżuri tal-Unjoni għall-pesti ta' kwarantina speċifiċi fl-Unjoni
1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi miżuri kontra pesti ta' kwarantina speċifiċi fl-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jimplimentaw, speċifikament għal kull pest ikkonċernat, waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-Artikolu 10 dwar miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' suspett u konferma uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-preżenza ta' dak il-pest ta' kwarantina fl-Unjoni;
(b) l-Artikolu 14 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament mill-operaturi professjonisti;
(c) l-Artikolu 15 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu minn persuni li mhumiex operaturi professjonisti;
(d) l-Artikolu 17 dwar il-qerda tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni;
(e) l-Artikolu 18 dwar l-istabbiliment ta' żoni ddemarkati;
(f) l-Artikolu 19 dwar stħarriġ, modifiki ta' żoni ddemarkati u t-tneħħija ta' restrizzjonijiet;
(g) l-Artikolu 22 dwar stħarriġ dwar il-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni;
(h) l-Artikolu 24 dwar l-istħarriġ għall-pesti ta' prijorità, fir-rigward tan-numru ta' eżamijiet viżwali, kampjuni u testijiet għal pesti ta' prijorità partikolari;
(i) l-Artikolu 25 dwar pjanijiet ta' kontinġenza għal pesti ta' prijorità;
(j) l-Artikolu 26 dwar eżerċizzji ta' simulazzjoni għal pesti ta' prijorità;
(k) l-Artikolu 27 dwar il-pjanijiet ta' azzjoni għall-pesti ta' prijorità.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
2. B'deroga mill-Artikolu 17, fejn jiġi konkluż, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 19 jew provi oħra, li l-qerda tal-pest ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernat f'żona ddemarkata ma tkunx possibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jistabbilixxu miżuri bl-uniku fini ta' trażżin.
Għall-fini li tintlaħaq dik il-konklużjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tieħu l-azzjonijiet meħtieġa wara li jiġu ppreżentati l-provi rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat jew kwalunkwe sors ieħor.
3. Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta' prevenzjoni f'żoni li jinsabu barra miż-żoni ddemarkati jkunu meħtieġa biex jipproteġu parti mit-territorju tal-Unjoni fejn ma jkunx preżenti l-pest ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li jistabbilixxu tali miżuri.
4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jittieħdu f'konformità mal-Anness II, b'kont meħud tar-riskji speċifiċi tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernati, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi speċifiċi u r-riskji rigward l-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġu implimentati l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji b'mod armonizzat fil-livell tal-Unjoni.
5. L-Istat Membru jista' jżomm kwalunkwe miżura li jkun ħa sa meta tiġi adottata miżura mill-Kummissjoni.
6. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pest, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3). Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Anness II, b'kont meħud tar-riskji speċifiċi tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernati, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi speċifiċi u r-riskji fir-rigward tal-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġu implimentati l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji b'mod armonizzat fil-livell tal-Unjoni.
7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mal-miżuri adottati skont dan l-Artikolu, li joħloq riskju ta' tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni.
Artikolu 29
Miżuri mill-Istati Membri li jikkonċernaw il-pesti li mhumiex elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni
1. Fejn il-preżenza ta' pest li ma jkunx inkluż fil-lista tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni tiġi kkonfermata uffiċjalment fit-territorju ta' Stat Membru, u l-Istat Membru kkonċernat ikun tal-fehma li dak il-pest jista' jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, dan għandu immedjatament jivvaluta jekk dak il-pest jissodisfax il-kriterji tas-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 tal-Anness I. Jekk jikkonkludi li dawk il-kriterji jkunu ġew issodisfati, huwa għandu immedjatament jieħu miżuri ta' qerda f'konformità mal-Anness II. Għandhom japplikaw l-Artikoli 17 sa 20.
Fejn jiġi konkluż, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 19 jew provi oħra, li ma jkunx possibbli li l-pest ikkonċernat f'żona ddemarkata jinqered, għandu japplika l-Artikolu 28(2) mutatis mutandis.
Fejn il-preżenza ta' pest li jissodisfa l-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi kkonfermata uffiċjalment f'kunsinna ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti fit-territorju ta' Stat Membru, jew li jiġu mċaqilqa fih, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjeni d-dħul ta' dak il-pest, u l-istabbiliment u t-tixrid tiegħu, fit-territorju tal-Unjoni.
Fejn Stat Membru jissuspetta l-preżenza fit-territorju tiegħu ta' pest li jissodisfa l-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu japplika l-Artikolu 10, mutatis mutandis.
Sa meta tingħata l-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' dak il-pest, l-Istat Membru fejn meħtieġ, għandu jieħu miżuri fitosanitarji biex jittaffa r-riskju tat-tixrid tiegħu.
2. Wara li jieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jivvaluta jekk il-pest ikkonċernat jissodisfax il-kriterji għall-pesti ta' kwarantina stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-preżenza tal-pest msemmi fil-paragrafu 1. Huwa għandu wkoll jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-valutazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu, il-miżuri meħuda u l-provi li jiġġustifikaw dawk il-miżuri.
Huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien sentejn mill-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' dak il-pest.
In-notifiki tal-preżenza ta' dak il-pest għandhom jiġu ppreżentati permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103.
Artikolu 30
Miżuri mill-Unjoni li jikkonċernaw pesti mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni
1. Fejn il-Kummissjoni tirċievi notifika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(3), jew ikollha provi oħra dwar il-preżenza fit-territorju tal-Unjoni, jew il-periklu imminenti ta' dħul fit-territorju tal-Unjoni, jew it-tixrid fi ħdanu, ta' pest li ma jkunx inkluż fil-lista tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u tkun tal-fehma li dak il-pest jista' jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni f'dik il-lista, hija għandha immedjatament tivvaluta jekk, fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, dak il-pest jissodisfax il-kriterji stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3 tal-Anness I.
Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li dawk il-kriterji ġew issodisfati, hija għandha immedjatament, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri għal perijodu ta' żmien limitat fir-rigward tar-riskji maħluqin minn dak il-pest. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Dawk il-miżuri għandhom, fejn meħtieġ, jimplimentaw, speċifikament għal kull pest ikkonċernat, waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1).
2. Wara li tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-pest ikkonċernat jissodisfax, fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, il-kriterji għall-pesti ta' kwarantina stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I.
3. Fejn jiġi konkluż, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikoli 19 u 22, jew provi oħra, li ma jkunx possibbli li l-pest ikkonċernat jinqered f'żona ddemarkata, l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jistabbilixxu miżuri bl-uniku fini ta' trażżin.
4. Fejn jiġi konkluż li jinħtieġu miżuri ta' prevenzjoni f'żoni barra miż-żoni ddemarkati biex jipproteġu l-parti mit-territorju tal-Unjoni fejn il-pest ikkonċernat ma jkunx preżenti, l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu tali miżuri.
5. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom ikunu adottati f'konformità mal-Anness II, filwaqt li jittieħed kont tar-riskji speċifiċi tal-pesti kkonċernati u l-ħtieġa li l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji jiġu implimentati b'mod armonizzat fil-livell tal-Unjoni.
6. L-Istat Membru kkonċernat jista' jżomm il-miżuri li jkun ħa sa meta jiġu adottati miżuri mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 29.
7. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pest, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3). Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Anness II, filwaqt li jittieħed kont tar-riskji speċifiċi tal-pesti kkonċernati u l-ħtieġa li l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji jiġu implimentati b'mod armonizzat fil-livell tal-Unjoni.
8. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mill-operaturi professjonisti jew persuni li mhumiex operaturi professjonisti mal-miżuri adottati skont dan l-Artikolu, li joħloq riskju ta' tixrid tal-pesti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 31
Rekwiżiti aktar stretti adottati mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw fit-territorji tagħhom miżuri aktar stretti minn dawk adottati skont l-Artikolu 28(1), (2) u (3) u l-Artikolu 30(1), (3) u (4), jekk dan ikun iġġustifikat mill-objettiv ta' protezzjoni fitosanitarja u f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.
Dawk il-miżuri aktar stretti ma għandhomx jimponu, jew jirriżultaw f'xi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, jew il-moviment fi ħdanu jew mit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li huma differenti minn dawk imposti mill-Artikoli 40 sa 58 u mill-Artikoli 71 sa 102.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar miżuri meħuda minnhom skont il-paragrafu 1.
L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rapport annwali dwar il-miżuri meħuda f'konformità mal-paragrafu 1.
Artikolu 32
Rikonoxximent ta' żoni protetti
1. Fejn pest ta' kwarantina jkun preżenti fit-territorju tal-Unjoni iżda mhux fit-territorju ta' Stat Membru, u ma jkunx pest ta' kwarantina fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista', b'segwitu għal applikazzjoni minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4, tirrikonoxxi tali territorju jew parti minnu bħala żona protetta f'konformità mal-paragrafu 3 fir-rigward ta' dak il-pest ta' kwarantina (“pest ta' kwarantina f'żona protetta”).
2. Il-pest ta' kwarantina f'żona protetta ma għandux jiġi introdott fiż-żona protetta rispettiva jew jiġi mċaqlaq, jinżamm, jitkattar jew rilaxxat fiha.
L-Artikolu 8 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-introduzzjoni, il-moviment, u ż-żamma u t-tkattir f'żoni protetti ta' pesti ta' kwarantina.
3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' żoni protetti u l-pesti ta' kwarantina f'żona protetta rispettivi. Dik il-lista għandha tinkludi ż-żoni protetti rikonoxxuti f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE u l-pesti rispettivi, elenkati fil-Parti B tal-Anness I u l-Parti B tal-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE, u kodiċijiet attribwiti speċifikament għal dawk il-pesti.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni li jemendaw l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, tirrikonoxxi żoni protetti addizzjonali fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tissostitwixxi l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-fini li tikkonsolida emendi.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
4. Mal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta:
(a) deskrizzjoni tal-fruntieri taż-żona protetta proposta, inklużi mapep;
(b) ir-riżultati tal-istħarriġ li juru li matul, tal-inqas, it-tliet snin qabel l-applikazzjoni, il-pest ta' kwarantina kkonċernat ma kienx preżenti fit-territorju kkonċernat; u
(c) provi li l-pest ta' kwarantina kkonċernat jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fir-rigward taż-żona protetta proposta.
5. L-istħarriġ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jsir fi żminijiet xierqa u jkun ta' intensità xierqa fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi skoperta l-preżenza tal-pest ta' kwarantina kkonċernat. Dan għandu jkun ġie bbażat fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u jieħu kont tal-istandards internazzjonali rilevanti.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli dettaljati għal dak l-istħarriġ. Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali applikabbli.
6. Il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi żoni protetti temporanji. Għal dak il-fini, għandhom japplikaw, mutatis mutandis, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4 u l-ewwel subparagrafu 1 tal-paragrafu 5. B'deroga mir-rekwiżit imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4, għandu jsir stħarriġ fuq perijodu ta' mill-inqas sena qabel l-applikazzjoni.
Ir-rikonoxximent ta' żona protetta temporanja ma għandux jibqa' validu għal aktar minn tliet snin wara r-rikonoxximent, u għandu jiskadi awtomatikament wara tliet snin.
7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u jinformaw, permezz tal-pubblikazzjoni fil-website uffiċjali tal-awtorità kompetenti, lill-operaturi professjonisti dwar il-fruntieri taż-żoni protetti fit-territorju tagħhom, inkluż permezz ta' mapep.
Artikolu 33
Obbligi ġenerali rigward żoni protetti
1. Fir-rigward ta' żona protetta, l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 19 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-pesti ta' kwarantina f'żona protetta.
2. Pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw minn żona ddemarkata stabbilita f'żona protetta għall-pest ta' kwarantina kkonċernat f'żona protetta, ma għandhomx jiġu mċaqalqa minn dik iż-żona ddemarkata għall-parti li jkun fadal ta' dik iż-żona protetta, jew lejn kwalunkwe żona protetta oħra stabbilita għal dak il-pest ta' kwarantina f'żona protetta.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor jista' jiġi mċaqlaq 'il barra minn dik iż-żona ddemarkata miż-żona protetta kkonċernata u 'l barra minnha biss jekk jiġi ppakkjat u mċaqlaq b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju li l-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv jinxtered fi ħdan dik iż-żona protetta.
3. Iż-żoni ddemarkati stabbiliti fi ħdan żona protetta u l-miżuri ta' qerda meħuda f'dawk iż-żoni skont l-Artikoli 17, 18 u 19 għandhom jiġu nnotifikati immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 34
Stħarriġ dwar pesti ta' kwarantina f'żona protetta
1. L-awtorità kompetenti għandha twettaq stħarriġ annwali ta' kull żona protetta fir-rigward tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina f'żona protetta kkonċernat. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(2) għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal dak l-istħarriġ.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli dettaljati għat-tħejjija u l-kontenut ta' dak l-istħarriġ.
2. Sat-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 35
L-emendar tad-daqs u r-revoka tar-rikonoxximent taż-żoni protetti
1. Il-Kummissjoni tista' temenda d-daqs ta' żona protetta b'segwitu għal applikazzjoni mill-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat.
Fejn dik l-emenda tittratta l-estensjoni ta' żona protetta, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 32.
2. Mal-applikazzjoni mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-rikonoxximent ta' żona protetta jew tnaqqas id-daqs tagħha.
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-rikonoxximent ta' żona protetta jekk l-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 34 ma jkunx twettaq f'konformità ma' dak l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-rikonoxximent ta' żona protetta jekk il-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv ikun instab li huwa preżenti f'din iż-żona u tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) ma tkun ġiet stabbilita l-ebda żona ddemarkata, f'konformità mal-Artikolu 33(1), fi żmien tliet xhur wara li tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza ta' dak il-pest;
(b) il-miżuri ta' qerda meħuda f'żona ddemarkata skont l-Artikolu 33(1) ma kellhomx suċċess fi żmien 24 xahar wara li ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza ta' dak il-pest, jew fi żmien perijodu itwal minn 24 xahar fejn dan ikun iġġustifikat mill-bijoloġija tal-pest u dak il-perijodu jkun stabbilit fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 32(3);
(c) l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni turi, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-miżuri skont, bis-saħħa tal-Artikolu 33(1), l-Artikoli 17, 18 u 19, reazzjoni ta' negliġenza gravi għall-preżenza ta' dak il-pest fiż-żona protetta kkonċernata.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-rikonoxximent ta' żona protetta, skont il-paragrafi 2, 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu, permezz ta' att ta' implimentazzjoni li jemenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 32(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
KAPITOLU III
Pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni
Artikolu 36
Definizzjoni ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni
Pest ikun “pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni” jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin u jiġi inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 37:
(a) l-identità tiegħu tiġi stabbilita f'konformità mal-punt (1) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;
(b) ikun preżenti fit-territorju tal-Unjoni;
(c) ma jkunx pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);
(d) ikun trasmess prinċipalment permezz ta' pjanti għat-tħawwil speċifiċi, f'konformità mal-punt (2) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;
(e) il-preżenza tiegħu fuq dawk il-pjanti għat-tħawwil ikollha impatt ekonomiku mhux aċċettabbli, fir-rigward tal-użu maħsub ta' dawk il-pjanti għat-tħawwil, f'konformità mal-punt (3) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;
(f) ikunu disponibbli miżuri fattibbli u effettivi għall-prevenzjoni tal-preżenza tiegħu fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati.
Artikolu 37
Projbizzjoni tal-introduzzjoni u l-moviment ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq pjanti għat-tħawwil
1. L-operaturi professjonisti ma għandhomx jintroduċu pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fit-territorju tal-Unjoni jew iċaqalqu lil dak il-pest fi ħdanu, fuq il-pjanti għat-tħawwil li permezz tagħhom jinxtered, kif speċifikat fil-lista msemmija fil-paragrafu 2.
Il-projbizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika fil-każijiet li ġejjin:
(a) moviment ta' pjanti għat-tħawwil fil-bini tal-operatur professjonist ikkonċernat jew minn bini għall-ieħor;
(b) moviment ta' pjanti għat-tħawwil li jkun meħtieġ biex dawn jiġu diżinfettati.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista li tistipula l-pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni u l-pjanti għat-tħawwil speċifiċi, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 36, fejn xieraq bil-kategoriji msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u l-limiti msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.
3. Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-pesti u l-pjanti rispettivi għat-tħawwil kif stipulat fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) it-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE;
(b) il-punti (3) u (6) tal-Anness I u l-punt (3) tal-Anness II għad-Direttiva 66/402/KEE;
(c) l-Anness I għad-Direttiva 68/193/KEE;
(d) l-atti adottati f'konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE ( 2 );
(e) l-Anness II għad-Direttiva 2002/55/KE;
(f) l-Anness I u l-punt B tal-Anness II għad-Direttiva 2002/56/KE, u l-atti adottati skont il-punt (c) tal-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva;
(g) il-punt (4) tal-Anness I u l-punt (5) tal-Anness II għad-Direttiva 2002/57/KE;
(h) l-atti adottati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/72/KE;
(i) l-atti adottati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/90/KE.
Il-pesti elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima I tal-Parti A u fil-Parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE u elenkati bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni skont l-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta' dan ir-Regolament, ma għandhomx jiġu inklużi f'dik il-lista.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fejn meħtieġ, tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-preżenza ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati, kif imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom, fejn meħtieġ, jikkonċernaw l-introduzzjoni u l-moviment ta' dawk il-pjanti fl-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati skont id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE u 98/56/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE ( 3 ) u d-Direttivi 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE.
5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu fejn ir-riżultati ta' valutazzjoni juru li:
(a) pest mhux elenkat fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36;
(b) pest elenkat fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jibqax jissodisfa waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36;
(c) huma meħtieġa emendi għal dik il-lista fir-rigward ta' kategoriji msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew ta' limiti msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu; jew
(d) huma meħtieġa emendi għal miżuri adottati taħt il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dik il-valutazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri mingħajr dewmien.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tissostitwixxi l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu għall-fini li tikkonsolida emendi.
6. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2, 4 u 5 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
7. Fejn il-punt (e) tal-Artikolu 36 jiġi ssodisfat biss għal materjal, żerriegħa jew żerriegħa tal-patata waħda jew aktar prebażika, bażika jew iċċertifikata, jew materjal jew żerriegħa standard jew tal-Codex Alimentarius tal-Kummissjoni (CAC), kif imsemmi fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE, il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi dawk il-kategoriji filwaqt li tiddikjara li l-projbizzjoni tal-introduzzjoni u l-moviment prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tapplika biss għal dawk il-kategoriji.
8. Fejn il-punt (e) tal-Artikolu 36 jiġi ssodisfat biss jekk il-pest ikkonċernat ikun preżenti f'inċidenza li taqbeż ċertu limitu li jkun ogħla minn żero, il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi dak il-limitu filwaqt li tiddikjara li l-projbizzjoni tal-introduzzjoni u l-moviment prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tapplika biss 'il fuq minn dak il-limitu.
Tali limitu għandu jkun stabbilit biss jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ punti li ġejjin:
(a) ikun possibbli għall-operaturi professjonisti li jiżguraw li l-inċidenza ta' dak il-pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq dawk il-pjanti għat-tħawwil ma taqbiżx dak il-limitu;
(b) ikun possibbli li jiġi vverifikat jekk dak il-limitu ma jinqabiżx f'lottijiet ta' dawk il-pjanti għat-tħawwil.
Għandhom japplikaw il-prinċipji għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.
9. L-Artikolu 31 għandu japplika mutatis mutandis għall-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri rigward pesti regolati mhux ta' kwarantina u l-pjanti rispettivi għat-tħawwil.
Artikolu 38
Emendar tat-Taqsima 4 tal-Anness I
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw it-Taqsima 4 tal-Anness I sabiex din tiġi adattata għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali rilevanti.
Artikolu 39
Pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni użati għal finijiet xjentifiċi, tekniċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà, tnissil jew wirjiet
Il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 37 ma għandhiex tapplika għall-pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni preżenti fuq pjanti għat-tħawwil li jintużaw għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi provi, għażliet tal-varjetà, tnissil jew wirjiet.
KAPITOLU IV
Miżuri li jikkonċernaw il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra
Artikolu 40
Projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni
1. Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra m'għandhomx ikunu introdotti fit-territorju tal-Unjoni jekk huma joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew it-territorji kollha jew uħud minnhom.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista li jkun fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fil-paragrafu 1 li huma pprojbiti milli jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma' pajjiżi terzi, grupp ta' pajjiżi terzi jew oqsma speċifiċi ta' pajjiżi terzi li għalihom tapplika l-projbizzjoni.
L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jinkludi l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kif ukoll il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom kif elenkati fil-Parti A tal-Anness III għad-Direttiva 2000/29/KE.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2) ta' dan ir-Regolament.
Fil-lista stabbilita minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi rispettiv tagħhom f'konformità mal-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 4 ) (“Kodiċi NM”) fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jintużaw f'każ fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.
3. Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li joriġinaw minn, jew li jintbagħtu minn, pajjiż terz, joħolqu riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni, u dak ir-riskju ta' pesti ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri li jinsabu fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, kif meħtieġ, biex jinkludi fih il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor u l-pajjiżi terzi, il-gruppi ta' pajjiżi terzi jew oqsma speċifiċi ta' pajjiżi terzi kkonċernati.
Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor inklużi f'dak l-att ta' implimentazzjoni ma joħolqux riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli, jew joħolqu tali riskju iżda dak ir-riskju jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri li jinsabu fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda dak l-att ta' implimentazzjoni, kif meħtieġ.
L-aċċettabbiltà tal-livell ta' dak ir-riskju ta' pesti għandha tiġi vvalutata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II fejn meħtieġ fir-rigward ta' pajjiż terz speċifiku wieħed jew aktar.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-emendi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3).
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni bi ksur tal-paragrafu 1.
Dik in-notifika għandha tingħata wkoll lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 41
Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal rekwiżiti speċjali u ekwivalenti
1. Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jistgħu jiġu introdotti biss, jew imċaqilqa fit-territorju tal-Unjoni, jekk jiġu ssodisfati rekwiżiti speċjali, jew ekwivalenti. Dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jistgħu joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista li fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dik il-lista għandha, fejn applikabbli, tinkludi l-pajjiżi terz, il-gruppi ta' pajjiżi terzi jew l-oqsma speċifiċi fil-pajjiżi terzi kkonċernati.
L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jinkludi l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, ir-rekwiżiti speċjali u, fejn applikabbli, il-pajjiż terz ta' oriġini tagħhom kif elenkati fil-Parti A tal-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2) ta' dan ir-Regolament.
Fil-lista stabbilita minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jintużaw f'każ fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.
3. Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor joħolqu riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni, u dak ir-riskju jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri li jinsabu fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, biex jinkludi fih lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett ieħor u l-miżuri li għandhom jiġu applikati għalihom. Dawk il-miżuri, u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 jikkostitwixxu “rekwiżiti speċjali”.
Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jieħdu l-għamla ta' rekwiżiti speċifiċi, adottati f'konformità mal-Artikolu 44(1), għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari, li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra (“rekwiżiti ekwivalenti”).
Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor inklużi f'dak l-att ta' implimentazzjoni ma joħolqux riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli, jew joħolqu tali riskju iżda dak ir-riskju ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tar-rekwiżiti speċjali, il-Kummissjoni għandha temenda dak l-att ta' implimentazzjoni skont il-każ billi tneħħi lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor mil-lista jew billi tinkludihom fil-lista msemmija fl-Artikolu 40(2).
Għandha tiġi vvalutata l-aċċettabbiltà tal-livell ta' dak ir-riskju ta' pesti, u għandhom jiġu adottati l-miżuri biex dak ir-riskju jitnaqqas għal livell aċċettabbli, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn meħtieġ, fir-rigward ta' pajjiż terz speċifiku wieħed jew aktar jew partijiet minnhom.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3).
4. F'każ li pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni, jew ġew imċaqilqa ġewwa fih, bi ksur tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa, kif imsemmija fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ u għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
Fejn applikabbli, dik in-notifika għandha ssir ukoll lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 42
Restrizzjonijiet fuq il-bażi ta' valutazzjoni preliminari għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli
1. Pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw minn pajjiż terz u li mhumiex elenkati skont l-Artikolu 40 jew mhumiex koperti biżżejjed bir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 41 jew mhumiex soġġetti għall-miżuri temporanji tal-Artikolu 49, u li abbażi ta' valutazzjoni preliminari, joħolqu riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli għat-territorju tal-Unjoni, jikkostitwixxu “pjanta ta' riskju għoli”, “prodott mill-pjanti ta' riskju għoli” jew “oġġett ieħor ta' riskju għoli” (“pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli”).
Dik il-valutazzjoni preliminari għandha tieħu kont, kif xieraq għall-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ikkonċernat, tal-kriterji stabbiliti fl-Anness III.
2. Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli elenkati fl-att ta' implimentazzjoni previst fil-paragrafu 3 ma għandhomx jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni mill-pajjiżi terzi, il-gruppi ta' pajjiżi terzi jew iż-żoni speċifiċi ta' pajjiżi terzi ta' oriġini kkonċernati minn dik il-lista.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jelenkaw b'mod proviżorju fil-livell tassonomiku adatt, sakemm issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, il-pajjiżi terzi, il-gruppi ta' pajjiżi terzi jew iż-żoni speċifiċi ta' pajjiżi terzi kkonċernati.
L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-14 ta' Diċembru 2018.
Fil-lista stabbilita b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni, dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, fejn applikabbli, għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jintużaw f'każ fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.
4. Jekk jiġi konkluż, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw mill-pajjiż terz, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żona speċifika ta' pajjiżi terzi kkonċernati msemmijin fil-paragrafu 2, fil-livell tassonomiku kif elenkat fl-att ta' implimentazzjoni previst fil-paragrafu 3 jew taħt dak il-livell, ma joħolqux riskju ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jneħħi lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor mil-lista msemmija f'dak il-paragrafu għall-pajjiżi terzi kkonċernati.
Jekk jiġi konkluż, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li joriġinaw fil-pajjiż terz, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żona speċifika ta' pajjiżi terzi kkonċernati msemmijin fil-paragrafu 2 joħolqu riskju inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni, u li dak ir-riskju ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jneħħi lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor u l-pajjiżi terzi kkonċernati mil-lista msemmija fil-paragrafu 2 u jżidhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 40.
Jekk jiġi konkluż, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li joriġinaw fil-pajjiż terz, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żona speċifika ta' pajjiżi terzi kkonċernati msemmijin fil-paragrafu 2 joħolqu riskju inaċċettabbli, iżda dak ir-riskju jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jneħħi lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor u l-pajjiż terz, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żona speċifika ta' pajjiżi terzi kkonċernati mil-lista msemmija fil-paragrafu 2 u jżidhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 41.
5. Dment li tiġi identifikata domanda għall-importazzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra elenkati previsti fil-paragrafu 3, il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4 għandha titwettaq f'perijodu ta' żmien xieraq u raġonevoli.
Fejn meħtieġ, dik il-valutazzjoni tista' tkun limitata għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' pajjiż terz partikolari ta' oriġini jew dispaċċ, jew grupp ta' pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ.
6. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4.
7. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 3, 4 u 6 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 43
Kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam
1. Il-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, sew jekk jintuża fit-trasport ta' kull tip ta' oġġetti u sew jekk le, għandu biss jiġi introdott fit-territorju tal-Unjoni jekk jissodisfa kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) ikun ġie soġġett għal wieħed jew aktar mit-trattamenti approvati u jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, kif stabbilit fl-Anness 1 għall-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15, ir-Regolazzjoni tal-Materjal ta' Imballaġġ magħmul mill-Injam fil-Kummerċ Internazzjonali (ISPM15);
(b) ikun immarkat b'marka msemmija fl-Anness 2 għall-ISPM15 li tattesta li jkun ġie soġġett għat-trattamenti msemmija fil-punt (a).
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam li jkun soġġett għall-eżenzjonijiet previsti fl-ISPM15.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex jittieħed kont tal-iżvilupp ta' standards internazzjonali, u partikolarment tal-ISPM 15.
Dawk l-atti delegati jistgħu wkoll jiddeterminaw li l-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam li ma jkunx soġġett għall-eżenzjonijiet previsti fl-ISPM15 jiġi eżentat mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew ikun soġġett għal rekwiżiti inqas stretti.
Artikolu 44
Stabbiliment ta' rekwiżiti ekwivalenti
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, fuq talba minn pajjiż terz partikolari, jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-pajjiż terz ikkonċernat jiżgura, permezz tal-applikazzjoni taħt il-kontroll uffiċjali tiegħu ta' miżura speċifika waħda jew aktar, livell ta' protezzjoni fitosanitarja li jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati;
(b) il-pajjiż terz ikkonċernat juri lill-Kummissjoni li l-miżuri speċifiċi msemmija fil-punt (a) jilħqu l-livell ta' protezzjoni fitosanitarja imsemmi f'dak il-punt.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
2. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha twettaq investigazzjonijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat u f'konformità mal-Artikolu 120 tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ , biex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu humiex sodisfatti.
Artikolu 45
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lil min jivvjaġġa u lill-klijenti tas-servizzi postali
1. L-Istati Membri, il-portijiet marittimi, l-ajruporti u l-operaturi tat-trasport internazzjonali għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri l-informazzjoni dwar il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40(2), ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 41(2) u 42(3) u l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 75(2) fir-rigward tal-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni.
Huma għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni fl-għamla ta' posters jew fuljetti u, fejn applikabbli, fuq is-siti tagħhom tal-internet.
Is-servizzi postali u l-operaturi professjonisti involuti fil-bejgħ permezz ta' kuntratti mill-bogħod għandhom jipprovdu wkoll lill-klijenti tagħhom dik l-informazzjoni fir-rigward tal-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-inqas permezz tal-internet.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi arranġamenti għall-preżentazzjoni u l-użu ta' dawk il-posters u l-fuljetti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
2. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li jiġbor fil-qosor l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu.
Artikolu 46
Eċċezzjoni minn projbizzjonijiet u rekwiżiti għal żoni fil-fruntieri
1. B'deroga mill-Artikolu 40(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikunu tkabbru jew ġew prodotti f'żoni ta' pajjiżi terzi fil-viċinanza tal-fruntiera tal-art tagħhom mal-Istati Membri (“żoni fil-fruntiera tal-pajjiż terz”);
(b) jiġu introdotti f'żoni tal-Istati Membri immedjatament lil hinn minn dik il-fruntiera (“żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru”);
(c) ikunu ser jiġu soġġetti għall-ipproċessar fiż-żoni f'dawk il-fruntieri tal-Istati Membri b'tali mod li jiġi eliminat kwalunkwe riskju ta' pesti;
(d) ma joħolqu l-ebda riskju ta' tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ikkawżat minn movimenti fiż-żona fil-fruntiera.
Dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom biss jiġu mċaqilqa lejn u fi ħdan iż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru, u taħt il-kontroll uffiċjali tal-awtorità kompetenti biss.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu dan li ġej:
(a) il-wisa' massima taż-żoni fil-fruntiera ta' pajjiż terz u taż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru, kif xieraq għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra speċifiċi;
(b) id-distanza massima tal-moviment tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati fi ħdan iż-żoni fil-fruntiera ta' pajjiż terz u ż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru; u
(c) il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-introduzzjoni fiż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru u l-moviment fi ħdanhom, ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Il-wisa' ta' dawk iż-żoni għandha tkun tali li tiżgura li l-introduzzjoni u l-moviment ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni ma joħolqu l-ebda riskju ta' pesti għat-territorju tal-Unjoni jew partijiet minnu.
3. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi kondizzjonijiet jew miżuri speċifiċi li jikkonċernaw l-introduzzjoni fiż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra partikolari, u tiddetermina pajjiżi terzi speċifiċi li jkunu soġġetti għal dan l-Artikolu.
Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Anness II, u, fejn meħtieġ, b'kont meħud tal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti, jew imċaqilqa fi ħdan, zoni fil-fruntieri tal-Istati Membri jew zoni fil-fruntieri ta' pajjiżi terzi bi ksur tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Dik in-notifika għandha tingħata wkoll lill-pajjiż terz li minnu l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ġew introdotti fiż-żona fil-fruntiera kkonċernata.
Artikolu 47
Rekwiżiti għal transitu fitosanitarju
1. B'deroga mill-Artikolu 40(1), l-Artikolu 41(1), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 72(1) u l-Artikolu 73, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jistgħu jiġu introdotti fi, u jgħaddu minn, it-territorju tal-Unjoni lejn il-pajjiż terz, kemm fl-għamla ta' transitu kif ukoll dik ta' trasbord (“transitu fitosanitarju”), jekk huma jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni ffirmata tal-operatur professjonist fil-kontroll ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra li tiddikjara li dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra huma fi transitu fitosanitarju;
(b) jiġu ppakkjati u mċaqilqa b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju ta' tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni matul l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, jew meta jkunu għaddejjin minnu.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu t-transitu fitosanitarju jekk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati ma jikkonformawx, jew ikun hemm provi raġonevoli li huma mhumiex ser jikkonformaw, mal-paragrafu 1.
Artikolu 48
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jintużaw għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà jew tnissil
1. B'deroga mill-Artikolu 40(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(2), l-Istati Membri jistgħu, b'segwitu għal applikazzjoni, jawtorizzaw b'mod temporanju l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom u l-moviment fi ħdanu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jintużaw għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi,provi, għażla tal-varjetà jew tnissil.
Dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss għall-attività kkonċernata jekk jiġu imposti restrizzjonijiet adegwati biex jiġi żgurat li l-preżenza tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati ma tikkawżax riskju inaċċettabbli tat-tixrid ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), b'kont meħud tal-identità, il-bijoloġija u l-mezzi ta' tixrid tal-pesti kkonċernati, l-attività prevista, l-interazzjoni mal-ambjent u fatturi rilevanti oħra marbutin mar-riskju ta' pesti maħluq minn dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra.
2. Fejn tingħata awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, din għandha tinkludi l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati għandhom jinżammu f'post u f'kondizzjonijiet li jiġi konkluż mill-awtoritajiet kompetenti li huma xierqa u li jissemmew fl-awtorizzazzjoni;
(b) l-attività li tinvolvi lil dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra tkun ser titwettaq f'post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin iddeżinjati f'konformità mal-Artikolu 60 mill-awtorità kompetenti u msemmija fl-awtorizzazzjoni;
(c) l-attività li tinvolvi lil dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għandha titwettaq minn persunal li jiġi konkluż mill-awtorità kompetenti li għandhom kompetenza xjentifika u teknika adegwata u li tissemma fl-awtorizzazzjoni;
(d) dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għandhom jiġu akkumpanjati mill-awtorizzazzjoni meta jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni jew jiġu mċaqilqa fi ħdanu.
3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-ammont u t-tul ta' żmien li jkunu adegwati għall-attività kkonċernata u ma għandhomx jeċċedu l-kapaċità tal-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin iddeżinjati.
Din għandha tinkludi r-restrizzjonijiet meħtieġa għall-eliminazzjoni b'mod adegwat tar-riskju ta' tixrid tal-pesti ta' kwarantina rilevanti fl-Unjoni jew il-pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).
4. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-limitazzjoni u r-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tieħu l-azzjoni meħtieġa f'każ li dawk il-kondizzjonijiet, dik il-limitazzjoni jew dawk ir-restrizzjonijiet ma jiġux osservati.
Fejn meħtieġ, dik l-azzjoni għandha tkun ir-revoka tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
5. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw regoli dettaljati li jikkonċernaw:
(a) l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati;
(b) il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; u
(c) ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-konformità u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 49
Miżuri temporanji dwar pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li x'aktarx joħolqu riskji ta' pesti li għadhom kemm ġew identifikati jew riskji fitosanitarji suspettati oħra
1. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri temporanji dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, u l-moviment fi ħdanu, ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra minn pajjiżi terzi fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li x'aktarx joħolqu riskji ta' pesti li għadhom kemm ġew identifikati li mhumiex koperti biżżejjed minn xi miżura tal-Unjoni u mhumiex marbuta mal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) jew ma tistax issir rabta magħhom;
(b) hemm esperjenza fitosanitarja insuffiċjenti, bħal dik b'rabta ma' speċijiet jew mogħdijiet ġodda tal-pjanti, fir-rigward tal-kummerċ tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati li joriġinaw jew jintbagħtu mill-pajjiżi terzi kkonċernati;
(c) ma tkun saret l-ebda valutazzjoni fir-rigward tar-riskji ta' pesti li għadhom kemm ġew identifikati għat-territorju tal-Unjoni b'rabta ma' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra mill-pajjiżi terzi kkonċernati.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
2. Il-miżuri temporanji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati b'kont meħud tat-Taqsima 2 tal-Anness II u l-Anness IV.
Huma għandhom jipprevedu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, kif meħtieġ fil-każ ikkonċernat:
(a) spezzjonijiet u teħid tal-kampjuni sistematiċi u intensivi meta ssir l-introduzzjoni, ta' kull lott ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti fit-territorju tal-Unjoni u l-ittestjar ta' kampjuni;
(b) perijodu ta' kwarantina, fi ħdan post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 60, biex tiġi vverifikata l-assenza tar-riskju kkonċernat ta' pesti li għadu kemm ġie identifikat f'dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra;
(c) projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra fit-territorju tal-Unjoni.
Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu, l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista' wkoll jistabbilixxi miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu qabel l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra.
3. Il-miżuri temporanji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perijodu ta' żmien xieraq u raġonevoli, sakemm jiġu kkaratterizzati l-pesti li x'aktarx jiġu assoċjati ma' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra minn dawk il-pajjiżi terzi u l-valutazzjoni sħiħa tar-riskji maħluqa minn dawk il-pesti f'konformità ma' Taqsima 1 tal-Anness I.
4. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti li għadu kemm ġie identifikat, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3). Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.
5. B'deroga mill-miżuri adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 48 għandu japplika għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħraużati għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà jew tnissil.
6. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sat-30 ta' April ta' kull sena, dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (a) jew fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 matul is-sena kalendarja preċedenti.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta, wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (a) jew fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, ikun instab pest li x'aktarx joħloq riskji ġodda ta' pesti.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103 ta' dan ir-Regolament, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe każ fejn tkun ġiet irrifjutata l-introduzzjoni ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor fit-territorju tal-Unjoni, jew ikun ġie pprojbit il-moviment tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, peress li l-Istat Membru kkonċernat kien tal-fehma li kien hemm ksur tal-projbizzjoni msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Fejn applikabbli, dik in-notifika għandha tinkludi l-miżuri meħuda mill-Istati Membri dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati skont l-Artikolu 66(3) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ .
Fejn applikabbli, għandu jiġi nnotifikat ukoll il-pajjiż terz minn fejn ikunu ntbagħtu l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 50
Rapport mill-Kummissjoni dwar l-infurzar u l-effettività tal-miżuri relatati mal-importazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni
Sal-14 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-infurzar u l-effettività tal-miżuri relatati mal-importazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni, li jinkludi analiżi bejn il-kost u l-benefiċċju, u fejn meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva.
Artikolu 51
Emendar tal-Annessi III u IV
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw l-Annessi III u IV sabiex tadattahom għall-iżvilupp tal-għarfien tekniku u xjentifiku u ta' standards internazzjonali rilevanti.
Artikolu 52
Miżuri temporanji mill-Istati Membri rigward periklu imminenti
1. Fejn Stat Membru jkun tal-fehma li l-introduzzjoni jew il-moviment fit-territorju tiegħu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra minn ċerti pajjiżi terzi jew ċerti Stati Membri oħra joħloq livell inaċċettabbli ta' riskju ta' pesti rigward id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tiegħu ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest li jiġi vvalutat li jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, u li r-riskju mhuwiex mitigat b'mod xieraq bil-miżuri msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 28(1) u (2), l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 40(2) u (3), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 42(3), l-Artikolu 49(1) u l-Artikolu 53, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub dwar il-miżuri tal-Unjoni li jixtieq li jittieħdu, flimkien ma' ġustifikazzjoni teknika jew xjentifika għal dawk il-miżuri.
2. Jekk Stat Membru jkun tal-fehma li l-miżuri tal-Unjoni msemmijin fil-paragrafu 1 mhumiex jittieħdu, jew ma jistgħux jittieħdu, fi żmien debitu biex ir-riskju msemmi f'dak il-paragrafu jiġi mitigat, huwa jista' jieħu miżuri temporanji għall-protezzjoni tat-territorju tiegħu kontra l-periklu imminenti. Dawk il-miżuri, u l-ġustifikazzjoni teknika għal dawk il-miżuri, għandhom jiġu nnotifikati immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
3. Fejn il-Kummissjoni tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, hi għandha immedjatament tivvaluta jekk ir-riskju msemmi fil-paragrafu 1 huwiex mitigat adegwatament bil-miżuri msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 28(1) u (2), l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 40(2) u (3), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 42(3),l-Artikolu 49(1) u l-Artikolu 53, jew jekk għandhiex tiġi adottata kwalunkwe miżura ġdida skont dawk l-Artikoli.
4. Fejn, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-riskju msemmi fil-paragrafu 1 mhuwiex mitigat b'mod adegwat mill-miżuri temporanji, meħuda mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2, jew jekk dawk il-miżuri mhumiex proporzjonati jew mhumiex ġustifikati b'mod adegwat, tista' tiddeċiedi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li dawk il-miżuri għandhom jitħassru jew jiġu emendati. L-Istat Membru jista' jżomm il-miżuri li jkun ħa sa meta tali att ta' implimentazzjoni jiġi adottat mill-Kummissjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 53
Projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fiż-żoni protetti
1. Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni, m'għandhomx jiġu introdotti f'ċertu żoni protetti.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista li jkun fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kif imsemmija fil-paragrafu 1 li huma pprojbiti milli jiġu introdotti f'ċertu żoni protetti. L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jinkludi l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra u ż-żoni protetti rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, il-pajjiż tal-oriġini tagħhom kif elenkati fil-Parti B tal-Anness III għad-Direttiva 2000/29/KE.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2) ta' dan ir-Regolament.
Fil-lista stabbilita b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu riferiti lejn fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.
3. Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jiġi minn barra żona protetta joħloq riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw il-pest ta' kwarantina rispettiv fiż-żona protetta u dak ir-riskju ma jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda, kif meħtieġ, l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, biex tinkludi fih dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew dak l-oġġett l-ieħor u ż-żona jew żoni protetti kkonċernati.
Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor inkluż f'dak l-att ta' implimentazzjoni ma joħloqx riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli, jew joħloq tali riskju iżda dak ir-riskju jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda dak l-att ta' implimentazzjoni kif meħtieġ.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
L-aċċettabbiltà tal-livell ta' dak ir-riskju ta' pesti għandha tiġi vvalutata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3).
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra bi kwalunkwe każ fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fiż-żona protetta kkonċernata jew jiġi mċaqilqa fi ħdanha, bi ksur tal-projbizzjonijiet adottati skont dan l-Artikolu.
Fejn applikabbli, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni, għandha tinnotifika lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kienu ġew introdotti fiż-żona protetta kkonċernata.
Artikolu 54
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal rekwiżiti speċjali għal żoni protetti
1. Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jistgħu jiġu introdotti biss, f'ċerti żoni protetti, jew imċaqilqa fi ħdanhom jekk jiġu ssodisfati rekwiżiti speċjali għal dawk iż-żoni protetti.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista li fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, iż-żoni protetti rispettivi tagħhom u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għal żoni protetti. L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jinkludi l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, iż-żoni protetti rispettivi tagħhom u r-rekwiżiti speċjali għal żoni protetti kif elenkati fil-Parti B tal-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2) ta' dan ir-Regolament.
Fil-lista stabbilita b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni, dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu riferiti lejn fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.
3. Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li ġej minn barra ż-żona protetta kkonċernata, joħloq riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli għal dik iż-żona protetta minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw pest ta' kwarantina f'żona protetta, u dak ir-riskju jkun jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, biex tinkludi fih dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew dak l-oġġett l-ieħor u l-miżuri li għandhom jiġu applikati għalihom. Dawk il-miżuri, u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 jikkostitwixxu “rekwiżiti speċjali għal żoni protetti”.
Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor inkluż f'dak l-att ta' implimentazzjoni ma joħloqx riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli għaż-żona protetta kkonċernata, jew joħloq tali riskju iżda dak ir-riskju ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tar-rekwiżiti speċjali għal żoni protetti, il-Kummissjoni għandha temenda dak l-att ta' implimentazzjoni kif meħtieġ.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
L-aċċettabbiltà tal-livell ta' dak ir-riskju ta' pesti għandha tiġi vvalutata, u għandhom jiġu adottati l-miżuri biex dak ir-riskju jitnaqqas għal livell aċċettabbli, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3).
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra meta pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fiż-żona protetta kkonċernata, jew jkunu ġew imċaqilqa fi ħdanha, bi ksur tal-miżuri adottati skont dan l-Artikolu.
Fejn applikabbli, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jinnotifikaw lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 55
Informazzjoni li għandha tingħata lil min jivvjaġġa u lill-klijenti tas-servizzi postali fir-rigward taż-żoni protetti
L-Artikolu 45 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-introduzzjoni fiż-żoni protetti, jew il-moviment fi ħdanhom, ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.
Artikolu 56
Eċċezzjoni minn projbizzjonijiet u rekwiżiti għal żoni fil-fruntiera rigward żoni protetti
L-Artikolu 46 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 53(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3) li jiġu introdotti miż-żona fil-fruntiera ta' pajjiż terz fiż-żoni protetti rispettivi li jmissu mal-fruntieri ta' dik iż-żona fil-fruntiera.
Artikolu 57
Rekwiżiti għal transitu fitosanitarju fir-rigward ta' żoni protetti
L-Artikolu 47 għandu japplika, mutatis mutandis, għat-transitu fitosanitarju tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 53(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3) minn żoni protetti.
Artikolu 58
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra użati għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi provi, għażla tal-varjetà jew tnissil fir-rigward ta' żoni protetti
B'deroga mill-projbizzjonijiet u r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 53(1) u fl-Artikolu 54(1), l-Artikolu 48 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-introduzzjoni f'żoni protetti u l-movimenti fi ħdanhom ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 53(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3) u li jintużaw għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà jew tnissil.
Artikolu 59
Rekwiżiti ġenerali għal vetturi, makkinarju u materjal ta' imballaġġ
1. Il-vetturi, il-makkinarju u l-materjal ta' imballaġġ li jintużaw għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, imsemmija fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) u (2), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 40(2), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 42(3) u l-Artikolu 49(1) u li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni jew jiġu mċaqilqa fi ħdanu, jew jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni skont l-Artikolu 47, għandhom ikunu ħielsa minn pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u mill-pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal żoni protetti fir-rigward tal-pesti ta' kwarantina rispettivi f'żoni protetti wkoll.
Artikolu 60
Deżinjazzjoni ta' postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin
1. Għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 8, 48 u 49 u 58, l-Istati Membri għandhom jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin, b'kont meħud tar-riskju rilevanti ta' pesti:
(a) id-deżinjazzjoni ta' postijiet ta' kwarantina[…] jew faċilitajiet ta' trażżin fit-territorju tagħhom;
(b) l-awtorizzazzjoni tal-użu ta' postijiet ta' kwarantina jew faċilitajiet ta' trażżin iddeżinjati fi Stat Membru ieħor, dment li, fejn applikabbli, dak l-Istat Membru l-ieħor ikun qabel ma' tali awtorizzazzjoni;
(c) id-deżinjazzjoni temporanja tal-bini tal-operaturi professjonisti jew persuni oħra bħala faċilitajiet ta' trażżin għall-pesti, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra u l-użi rilevanti tagħhom kif stipulat fl-Artikoli 8, 48 u 49.
2. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jikkomunikaw lista ta' postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin iddeżinjati fit-territorju tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 61
Rekwiżiti għal postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin
1. Il-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin imsemmijin fl-Artikolu 60 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni:
(a) jipprovdu l-iżolament fiżiku tal-pesti, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jinżammu fi kwarantina jew trażżin u jiżguraw li l-aċċess għalihom jew it-tneħħija tagħhom minn dawk il-postijiet jew il-faċilitajiet ma tkunx tista' ssir mingħajr il-kunsens tal-awtorità kompetenti;
(b) ikollhom sistemi, jew aċċess għal sistemi, għall-isterilizzazzjoni, id-dekontaminazzjoni jew il-qerda tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra infestati, l-iskart u t-tagħmir infestati qabel ma jitneħħew mill-postijiet jew il-faċilitajiet;
(c) ikollhom l-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-kompiti ta' dawk il-postijiet u l-faċilitajiet, il-persuni responsabbli għat-twettiq ta' dawk il-kompiti u l-kondizzjonijiet li fihom għandhom iwettqu dawk il-kompiti;
(d) ikollhom numru suffiċjenti ta' persunal ikkwalifikati, imħarrġa u b'esperjenza xierqa; u
(e) ikollhom pjan ta' kontinġenza biex tiġi eliminata b'mod effettiv kwalunkwe preżenza involontarja ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) u biex jiġi impedut it-tixrid tagħhom.
2. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli speċifiċi sabiex tipprovdi kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 marbuta mat-tip ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra u r-riskju attwali jew potenzjali, inklużi r-rekwiżiti speċjali għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà, jew tnissil.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 62
Tħaddim ta' postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin
1. Il-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina, jew il-faċilità ta' trażżin, għandha tissorvelja dak il-post jew dik il-faċilità u l-viċinanzi immedjati tagħhom għall-preżenza involontarja ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).
2. Fejn tinstab jew tkun suspettata preżenza involontarja ta' pest imsemmi fil-paragrafu 1, il-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin ikkonċernata għandha tieħu l-azzjoni xierqa, abbażi tal-pjan ta' kontinġenza msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 61(1). L-obbligi stabbiliti għal operaturi professjonisti fl-Artikolu 14 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin.
3. Il-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin għandha żżomm rekords dwar dawn li ġejjin:
(a) il-persunal impjegat;
(b) il-viżitaturi li jaċċessaw il-post jew il-faċilità;
(c) il-pesti, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu u jitilqu mill-post jew il-faċilità;
(d) il-post tal-oriġini ta' dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra; u
(e) osservazzjonijiet rigward il-preżenza ta' pesti fuq tali pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ġewwa l-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin u fil-viċinanzi immedjati tagħhom.
Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal tliet snin.
Artikolu 63
Superviżjoni tal-postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin u revoka tad-deżinjazzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona b'mod regolari l-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin, biex tivverifika jekk dawk jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61 u l-kondizzjonijiet ta' tħaddim stabbiliti fl-Artikolu 62.
Hija għandha tiddetermina l-frekwenza ta' dawk l-ispezzjonijiet skont ir-riskju ta' pesti marbut mat-tħaddim tal-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin.
2. Abbażi tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin timplimenta azzjonijiet korrettivi biex tkun żgurata l-konformità mal-Artikoli 61 u 62, jew immedjatament inkella f'perijodu ta' żmien speċifiku.
Fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin jew il-persuna rsponsabbli għall-post ta' kwarantina ma jikkonformawx mal-Artikoli 61 u 62, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li tintemm in-nuqqas ta' konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu r-revoka jew is-sospensjoni tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 60(1).
3. Fejn l-awtorità kompetenti tkun ħadet miżuri f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu minbarra r-revoka tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 60(1), u jibqa' jkun hemm nuqqas ta' konformità mal-Artikoli 61 u 62, dik l-awtorità għandha, mingħajr dewmien, tirrevoka dik id-deżinjazzjoni.
Artikolu 64
Rilaxx ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mill-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin
1. Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom iħallu l-postijiet ta' kwarantina jew il-faċilitajiet ta' trażżin biss, hekk kif jirċievu l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jekk ikun ikkonfermat li dawn huma ħielsa minn pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), jew, fejn applikabbli, pesti ta' kwarantina f'żona protetta.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-moviment ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra infestati minn pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) minn post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin lejn post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin oħra, jekk dak il-moviment ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta' ttestjar uffiċjali jew dawk xjentifiċi u jsir bil-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti.
3. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli speċifiċi li jikkonċernaw ir-rilaxx ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mill-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin, u, fejn xieraq, ir-rekwiżiti ta' tikkettjar marbutin ma' dak ir-rilaxx jew mal-moviment imsemmi fil-paragrafu 2.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
KAPITOLU V
Reġistrazzjoni tal-operaturi professjonisti u t-traċċabbiltà
Artikolu 65
Reġistru uffiċjali tal-operaturi professjonisti
1. L-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna reġistru li fih l-operaturi professjonisti li ġejjin li joperaw fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat:
(a) operaturi professjonisti li jintroduċu fl-Unjoni pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, jew li jċaqalquhom fi ħdanha li għalihom jinħtieġ rispettivament ċertifikat fitosanitarju jew passaport tal-pjanti abbażi tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 72(1), l-Artikolu 73, l-Artikolu 74(1), l-Artikolu 79(1) u l-Artikolu 80(1);
(b) operaturi professjonisti awtorizzati biex joħorġu passaporti tal-pjanti skont l-Artikolu 89;
(c) operaturi professjonisti li jitolbu lill-awtorità kompetenti biex toħroġ iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 100, 101 u 102;
(d) operaturi professjonisti awtorizzati biex japplikaw il-marki msemmija fl-Artikolu 98, awtorizzati biex joħorġu l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 99, li jipprovdu informazzjoni skont l-Artikolu 45 jew 55, li jintroduċu pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra f'żoni ta' fruntiera skont l-Artikolu 46(1) jew l-Artikolu 56, jew jeżerċitaw attivitajiet li jikkonċernaw il-pjanti rilevanti fiż-żoni ddemarkati, sakemm dawk l-operaturi ma jkunux elenkati f'reġistru uffiċjali ieħor li huwa aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti; u
(e) operaturi professjonisti għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d) ta' dan is-subparagrafu, jekk dan ikun meħtieġ minn att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 41(2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 53(2) jew l-Artikolu 54(2).
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiġu rreġistrati aktar kategoriji ta' kultivaturi jew operaturi professjonisti oħra jekk dan ikun iġġustifikat mir-riskju ta' pesti ppreżentat mill-pjanti li jkabbru jew minn kwalunkwe attività oħra tagħhom.
2. Operatur professjonali jista' jiġi rreġistrat darba biss fir-reġistru ta' awtorità kompetenti. Fejn applikabbli, dik ir-reġistrazzjoni għandha titwettaq b'referenzi espliċiti għal kull wieħed mill-postijiet differenti, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 66(2).
3. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operatur professjonist li jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
(a) jipprovdi b'mod esklużiv u dirett lill-utenti finali kwantitajiet żgħar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra permezz ta' mezzi għajr il-bejgħ b'kuntratti mill-bogħod;
(b) jipprovdi b'mod esklużiv u dirett lill-utenti finali kwantitajiet żgħar ta' żrieragħ, għajr iż-żrieragħ soġġetti għall-Artikolu 72;
(c) l-attività professjonali tiegħu li tikkonċerna l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra hija limitata għat-trasport tagħhom għal operatur professjonist ieħor;
(d) l-attività professjonali tiegħu tikkonċerna esklużivament it-trasport ta' oġġetti ta' kull xorta li jużaw materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-eżenzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għall-kultivaturi kollha jew għal ċerti kultivaturi jew operaturi professjonisti oħra jekk dan ikun iġġustifikat mir-riskju ta' pesti ppreżentat mill-pjanti li jkabbru jew li jkunu kkonċernati minn kwalunkwe attività oħra tagħhom.
4. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jikkonċernaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) l-emendar ta' dan ir-Regolament biż-żieda ta' kategoriji oħra ta' operaturi professjonisti li għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'każ li dik ir-reġistrazzjoni tikkostitwixxi piż amministrattiv li għalihom ikun sproporzjonat għar-riskju baxx ta' pesti relatat mal-attivitajiet professjonali tagħhom;
(b) l-issupplimentar ta' dan ir-Regolament bl-istipular ta' rekwiżiti partikolari għar-reġistrazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' operaturi professjonisti, filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-attività jew tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ikkonċernat;
(c) l-issupplimentar ta' dan ir-Regolament bl-istipular taċ-ċifri massimi għal kwantitajiet żgħar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3. Dawk iċ-ċifri għandhom jiġu stabbiliti kif meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati u r-riskji ta' pesti rispettivi.
Artikolu 66
Proċedura tar-reġistrazzjoni
1. L-operaturi professjonisti li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 65(1) għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni.
2. Dik l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
(a) l-isem, l-indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u d-dettalji ta' kuntatt tal-operatur professjonist;
(b) dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-operatur professjonist biex jeżerċita waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 65(1) dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti l-oħra;
(c) dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-operatur professjonist biex iwettaq, kif applikabbli, waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:
(i) il-ħruġ ta' passaporti tal-pjanti għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, skont l-Artikolu 84(1);
(ii) it-tqegħid tal-marka fuq il-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, imsemmija fl-Artikolu 96(1); jew
(iii) il-ħruġ ta' kwalunkwe attestazzjoni oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 99(1);
(d) l-indirizz tal-bini, u, fejn applikabbli, il-kolokazzjoni tal-irqajja' tal-art użati mill-operatur professjonist fl-Istat Membru kkonċernat biex iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 65(1) għall-finijiet tar-reġistrazzjoni; u
(e) it-tipi ta' prodotti bażiċi, il-familji, il-ġeneri jew l-ispeċijiet tal-pjanti u l-prodotti mill-pjanti, u, fejn xieraq, in-natura ta' oġġetti oħra li huma kkonċernati mill-attivitajiet tal-operatur professjonist, kif imsemmi fl-Artikolu 65(1).
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw operatur professjonist mingħajr dewmien meta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jkun fiha l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2.
4. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, awtorità kompetenti għandha tirreġistra operatur professjonist mingħajr il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jekk dak l-operatur ikun irreġistrat f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(5), l-Artikolu 6(6) jew mal-punt (b) tal-Artikolu 13c(1) tad-Direttiva 2000/29/KE jew regoli nazzjonali dwar is-saħħa tal-pjanti u jekk l-elementi kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jkunu disponibbli għal dik l-awtorità kompetenti. Fejn rilevanti, l-operatur professjonist ikkonċernat għandu jippreżenta aġġornament ta' dawk l-elementi sal-14 ta' Marzu 2020.
5. L-operaturi rreġistrati għandhom, fejn rilevanti, jippreżentaw kull sena aġġornament dwar kwalunkwe bidla fid-data msemmija fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 2 u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2. Dik il-preżentazzjoni għandha titwettaq sat-30 ta' April ta' kull sena fir-rigward tal-aġġornament tad-data tas-sena ta' qabel.
Applikazzjoni għall-aġġornament tad-data msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-bidla f'dik id-data.
6. Fejn l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-operatur reġistrat ma jibqax jeżerċita l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 65(1), jew li l-elementi inklużi fl-applikazzjoni ppreżentata mill-operatur reġistrat taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma baqgħux korretti, hija għandha titlob lil dak l-operatur sabiex jikkorreġi dawk l-elementi immedjatament jew f'perijodu ta' żmien speċifikat.
Fil-każ li operatur reġistrat ma jikkorreġix dawk l-elementi fil-perijodu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha, kif meħtieġ, temenda jew tirrevoka r-reġistrazzjoni ta' dak l-operatur.
Artikolu 67
Kontenut tar-reġistru
Ir-reġistru għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-punti (a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 66(2) u l-elementi li ġejjin:
(a) in-numru uffiċjali ta' reġistrazzjoni, li għandu jinkludi l-kodiċi b'żewġ ittri indikat skont in-norma ISO 3166-1-alpha-2 ( 5 ) għall-Istat Membru li fih l-operatur professjonist huwa rreġistrat;
(b) fejn applikabbli, indikazzjoni għal liema mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 66(2) l-operatur professjonist ikun awtorizzat, u, fejn applikabbli, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra speċifiċi kkonċernati.
Artikolu 68
Disponibbiltà tal-informazzjoni tar-reġistri uffiċjali
1. L-Istat Membru li jżomm ir-reġistru għandu, jagħmel disponibbli, fuq talba motivata, l-informazzjoni li jkun fih lill-Istati Membri l-oħra jew lill-Kummissjoni, għall-użu proprju tagħhom.
2. L-Istat Membru li jżomm ir-reġistru għandu jagħmel disponibbli, fuq talba ġustifikata, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 66(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 67 dwar operatur reġistrat wieħed partikolari lil kwalunkwe operatur professjonist stabbilit fl-Unjoni, għall-użu proprju tiegħu.
3. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kunfidenzjalità, l-aċċess għall-informazzjoni u l-protezzjoni tad-data privata.
Artikolu 69
Traċċabbiltà
1. Operatur professjonist li jiġi pprovdut bi pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu soġġetti għal rekwiżiti jew kondizzjonijiet skont l-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 28(2) u (3), l-Artikolu 30(1), (3) u (4), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 46(1) u (3), l-Artikolu 48(1) u (2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 54(2) u (3), l-Artikoli 56, 57 u 58 u l-Artikolu 79(1) għandu jżomm rekord li jippermetti lil dak l-operatur biex jidentifika, għal kull unità tan-negozjar ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ipprovdut, l-operaturi professjonisti li jipprovduh.
2. Operatur professjonist li jforni pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu soġġetti għal rekwiżiti jew kondizzjonijiet skont skont l-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 28(2) u (3), l-Artikolu 30(1), (3) u (4), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 46(1) u (3), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 48(1) u (2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 54(2) u (3), l-Artikoli 56, 57 u 58 u l-Artikolu 79(1) għandu jżomm rekord li jippermetti lil dan l-operatur biex jidentifika, għal kull unità tan-negozjar ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jkun ipprovda, l-operaturi professjonisti li jkun ġie pprovdut lilhom.
3. Fejn operatur awtorizzat joħroġ passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 84(1), u fejn l-awtorità kompetenti toħroġ passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 84(2) għal operatur reġistrat, dak l-operatur għandu jiżgura, għall-fini tal-iżgurar tat-traċċabbiltà skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, li jirreġistra l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' dak il-passaport tal-pjanti:
(a) fejn applikabbli, l-operatur professjonist li pprovda l-unità tan-negozjar ikkonċernat;
(b) l-operatur professjonist li lilu ġiet ipprovduta l-unità tan-negozjar ikkonċernata; u
(c) informazzjoni rilevanti relattiva għall-passaport tal-pjanti.
4. L-operaturi professjonisti għandhom iżommu r-rekords imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal mill-inqas tliet snin wara d-data li fiha l-pjanta, il-prodott mill-pjanta jew oġġett ieħor ikkonċernat kien ġie fornut lilu jew mingħandu.
5. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-elementi li ġejjin:
(a) perijodu minimu iqsar jew itwal għajr dak imsemmi fil-paragrafu 4 rigward il-pjanti speċifiċi, fejn dan ikun iġġustifikat mit-tul tal-perijodu ta' kultivazzjoni ta' dawk il-pjanti; u
(b) rekwiżiti fir-rigward l-aċċessibbiltà tar-rekords li għandhom jinżammu mill-operaturi professjonisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
6. Fuq talba, l-operaturi professjonisti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni fir-rekords imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 lill-awtorità kompetenti.
7. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-operaturi professjonisti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 65(3).
Artikolu 70
Movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdan u bejn il-bini tal-operatur professjonist
1. L-operaturi professjonisti li jkunu pprovduti jew li jipprovdu l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 69(1) u (2) għandu jkollhom fis-seħħ sistemi jew proċeduri ta' traċċabbiltà biex jippermettu l-identifikazzjoni tal-movimenti ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdanu u bejn il-bini proprju tagħhom.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-operaturi professjonisti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 65(3).
2. L-informazzjoni identifikata mis-sistemi jew il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 dwar il-moviment tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdan u bejn il-bini tal-operaturi professjonisti msemmijin f'dak il-paragrafu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti fuq talba.
KAPITOLU VI
Ċertifikazzjoni ta' pjanti, ta' prodotti mill-pjanti u ta' oġġetti oħra
Artikolu 71
Ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni
1. Ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun dokument, maħruġ minn pajjiż terz, li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 76, ikollu l-kontenuti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness V, jew, fejn applikabbli, il-Parti B tal-Anness V, u jiċċertifika li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) huwa ħieles minn pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u minn pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);
(b) jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37(1) dwar il-preżenza ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq pjanti għat-tħawwil;
(c) jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 41(2) u (3) jew, fejn applikabbli, fl-Artikolu 54(2) u (3);
(d) fejn applikabbli, jikkonforma mar-regoli adottati f'konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1), l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 30(1).
2. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jispeċifika taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali” liema rekwiżit speċifiku huwa ssodisfat, kull meta l-att ta' implimentazzjoni rispettiv, adottat skont l-Artikoli 28(1) u (2), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 41(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3), jippermetti diversi għażliet differenti għal tali rekwiżiti. Dik l-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi l-formulazzjoni sħiħa tar-rekwiżit rilevanti.
3. Fejn applikabbli, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jiddikjara li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati jikkonformaw ma' miżuri fitosanitarji rikonoxxuti bħala ekwivalenti, skont l-Artikolu 44, għar-rekwiżiti tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 41(3).
4. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jemendaw il-Partijiet A u B tal-Anness V biex jadattawhom għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali rilevanti.
Artikolu 72
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom huma meħtieġa ċertifikati fitosanitarji
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u l-pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ rispettivi, li għalihom ċertifikat fitosanitarju huwa meħtieġ għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni.
Dik il-lista għandha tinkludi:
(a) il-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ;
(b) il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fil-Punt I tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE;
(c) pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom ġew adottati r-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) li jikkonċernaw l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni;
(d) żrieragħ jew, kif applikabbli, patata taż-żrigħ elenkati skont l-Artikolu 37(2) ta' dan ir-Regolament u soġġetti għad-deċiżjonijiet ta' ekwivalenza adottati skont id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 98/56/KE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE;
(e) pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati skont l-Artikolu 41(2) u (3); u
(f) pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(2).
Il-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw u ma għandux ikun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju fejn l-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1), l-Artikolu 30(1) jew l-Artikolu 41(2) u (3) jeħtieġ prova ta' konformità fil-forma ta' marka uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 96(1), jew attestazzjoni uffiċjali ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 99(1).
Fil-lista stabbilita b'dan l-att ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu identifikati wkoll permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu riferiti lejn fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor speċifiku.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, elenkati f'dan l-att ta' implimentazzjoni, ma jissodisfawx il-punt (c), (d) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
(b) fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jissodisfaw il-punt (c), (d) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
3. Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn jeżisti riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jospita pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), jew fejn, għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor elenkat f'dan l-att, dan ir-riskju ma jibqax jeżisti.
4. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
5. B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-ebda ċertifikat fitosanitarju ma għandu jkun meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li huma soġġetti għall-Artikoli 46, 47 u 48 u l-Artikolu 75(1).
Artikolu 73
Pjanti oħra li għalihom huma meħtieġa ċertifikati fitosanitarji
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tipprovdi li għall-pjanti, għajr il-pjanti msemmija fil-lista msemmija fl-Artikolu 72(1), ikun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għal introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni.
Madankollu, dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu li ċertifikat fitosanitarju mhuwiex meħtieġ għal dawk il-pjanti fejn valutazzjoni, ibbażata fuq evidenza dwar ir-riskji ta' pesti u esperjenza fil-kummerċ, turi li tali ċertifikat ma jkunx meħtieġ. Dik il-valutazzjoni għandha tieħu kont tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI. Fejn meħtieġ, dik il-valutazzjoni tista' tikkonċerna biss pjanti ta' pajjiż terz ta' oriġini jew dispaċċ partikolari, jew grupp ta' pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ.
Fil-lista stabbilita permezz ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti għandhom jiġu identifikati wkoll permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli.
Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu riferiti lejn fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor speċifiku.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2). L-ewwel wieħed minn dawk l-atti għandu jiġi adottat sal-14 ta' Diċembru 2018.
Artikolu 74
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom huma meħtieġa ċertifikati fitosanitarji biex jiġu introdotti f'żona protetta
1. Ċertifikati fitosanitarji huma meħtieġa, barra mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72(1), (2) u (3), għall-introduzzjoni ta' xi pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra f'ċerti żoni protetti minn ċerti pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' dawk il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u l-pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ rispettivi, imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
Dik il-lista għandha tinkludi:
(a) fl-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fil-Punt II tal-Parti B tal-Anness V għad-Direttiva 2000/29/KE;
(b) il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 54(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.
Fil-lista stabbilita b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu identifikati wkoll permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu riferiti fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor speċifiku.
Ma għandux ikun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fuq dik il-lista fejn l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 54(2) jew (3) jeħtieġ prova ta' konformità fil-forma ta' marka uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 96(1), jew attestazzjoni uffiċjali oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 99(1).
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor, elenkati f'dak l-att ma jissodisfawx il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1;
(b) fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dak l-att, jissodisfaw il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.
3. Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn jeżisti riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jospitaw l-pest rispettiv ta' kwarantina f'żona protetta, jew fejn, għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor elenkati f'dak l-att, dak ir-riskju ma jibqax jeżisti.
4. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
5. B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-ebda ċertifikat fitosanitarju ma għandu jkun meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li huma soġġetti għall-Artikoli 56, 57 u 58 u l-Artikolu 75(1).
Artikolu 75
Eċċezzjonijiet għall-bagalji tal-vjaġġaturi
1. Kwantitajiet żgħar ta' pjanti, għajr pjanti għat-tħawwil, u ta' prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra partikolari minn pajjiż terz jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżit ta' ċertifikat fitosanitarju stipulat skont l-Artikolu 72(1), l-Artikolu 73 jew l-Artikolu 74(1), jekk dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) huma jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni bħala parti mill-bagalji personali tal-vjaġġaturi;
(b) huma ma jintużawx għal finijiet professjonali jew kummerċjali;
(c) huma jkunu elenkati f'att ta' implimentazzjoni previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, telenka l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti oħra msemmija fil-paragrafu 1 u l-pajjiżi terzi kkonċernati, u tistabbilixxi l-kwantità massima, kif meħtieġ, tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta' oġġetti oħra kkonċernati li għandhom ikunu soġġetti għall-eżenzjoni ta' dan il-paragrafu u, fejn xieraq, waħda jew aktar mill-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness II.
Dak l-elenkar u l-istabbiliment tal-kwantità massima kkonċernata u, fejn xieraq, il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju għandhom ikunu deċiżi fuq il-bażi tar-riskju ta' pesti maħluq minn kwantitajiet żgħar ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, f'konformità mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 76
Kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn ċertifikat fitosanitarju
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC) u filwaqt li jittieħed kont ta' standards internazzjonali rilevanti, l-awtorità rilevanti għandha taċċetta ċertifikat fitosanitarju li jakkumpanja pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li għandhom jiġu introdotti minn pajjiż terz, biss jekk il-kontenut ta' dak iċ-ċertifikat jikkonforma mal-Parti A tal-Anness V. Fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għandhom jiġu introdotti minn pajjiż terz li ma joriġinawx minnu, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma jew ma' Parti A jew ma' Parti B tal-Anness V.
Hija ma għandhiex taċċetta dan iċ-ċertifikat fitosanitarju fejn id-dikjarazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 71(2), fejn applikabbli, tkun nieqsa jew mhux korretta, u fejn id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 71(3), fejn applikabbli, tkun nieqsa.
Hija ma għandhiex taċċetta ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni jekk dak iċ-ċertifikat fitosanitarju ma jkunx akkumpanjat miċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali għall-esportazzjoni, jew kopja ċċertifikata taċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali għall-esportazzjoni.
2. L-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss ċertifikat fitosanitarju jekk dan jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) ikun maħruġ f'mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;
(b) ikun indirizzat lill-organizzazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-pjanti ta' Stat Membru; u
(c) ikun maħruġ mhux aktar minn 14 il-ġurnata qabel id-data li fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra koperti minnu jkunu ħallew il-pajjiż terz, li fih ikun ġie maħruġ.
3. F'każ ta' pajjiż terz li jkun parti kontraenti għall-IPPC, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss iċ-ċertifikati fitosanitarji maħruġa mill-organizzazzjoni nazzjonali uffiċjali għall-protezzjoni tal-pjanti ta' dan il-pajjiż terz jew, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, minn uffiċjal pubbliku li jkun teknikament ikkwalifikat u debitament awtorizzat minn din l-organizzazzjoni nazzjonali uffiċjali għall-protezzjoni tal-pjanti.
4. Fil-każ ta' pajjiż terz li mhux parti kontraenti għall-IPPC, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss iċ-ċertifikati fitosanitarji maħruġa mill-awtoritajiet li huma kompetenti f'konformità mar-regoli nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz u nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-operaturi, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, skont il-punt (a) tal-Artikolu 132 tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ , bin-notifiki li tirċievi.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà ta' dawk iċ-ċertifikati.
5. Ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għandhom jiġu aċċettati biss meta jiġu pprovduti permezz ta', jew fi skambju elettroniku ma', l-IMSOC msemmija fl-Artikolu 131(1) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ .
Artikolu 77
Invalidazzjoni taċ-ċertifikat fitosanitarju
1. Fejn ikun inħareġ ċertifikat fitosanitarju f'konformità mal-Artikolu 71(1), (2) u (3), u l-awtorità kompetenti kkonċernata tikkonkludi li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 76 ma ġewx sodisfatti, hi għandha tinvalida dak iċ-ċertifikat fitosanitarju u tiżgura li ma jakkumpanjax aktar dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra kkonċernati. F'dak il-każ, u fir-rigward tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew tal-oġġetti l-oħra kkonċernati, l-awtorità kompetenti għandha tieħu waħda mill-miżuri stipulati fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ .
Mal-invalidazzjoni, iċ-ċertifikat ikkonċernat għandu jkollu fin-naħa ta' fuq tiegħu u f'pożizzjoni prominenti timbru triangulari bl-aħmar, immarkat “ċertifikat ikkanċellat” mill-awtorità kompetenti rispettiva, flimkien mad-denominazzjoni tagħha u d-data tal-invalidazzjoni. Dan għandu jkun b'ittri kapitali, u tal-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fejn ċertifikat fitosanitarju jkun ġie invalidat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Il-pajjiż terz li jkun ħareġ dak iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jiġi nnotifikat ukoll mill-Istat Membru kkonċernat.
3. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi arranġamenti tekniċi dwar l-invalidazzjoni taċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 76(5). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 78
Passaporti tal-pjanti
Passaport tal-pjanti għandu jkun tikketta uffiċjali għall-movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni u, fejn applikabbli, lejn u fi ħdan żoni protetti, li jattesta l-konformità mar-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 85 u, għall-moviment lejn u fi ħdan żoni protetti, l-Artikolu 86, u jkollu l-kontenut u l-format stabbiliti fl-Artikolu 83.
Artikolu 79
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom jinħtieġ passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni
1. Il-passaporti tal-pjanti huma meħtieġa għall-moviment ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li għalihom ikun meħtieġ passaport tal-pjanti għall-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni.
Dik il-lista għandha tinkludi:
(a) il-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ;
(b) fl-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fil-punt (I) tal-Parti (A) tal-Anness V għad-Direttiva 2000/29/KE, sakemm ma jkunux diġà koperti mill-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;
(c) il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom ġew adottati rekwiżiti skont l-Artikolu 28(1), (2) jew (3) jew l-Artikolu 30(1), (3) jew (4) dwar il-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni;
(d) iż-żrieragħ elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 37(2); u
(e) il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 41(2) u (3) fir-rigward tal-moviment tagħhom fl-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta' pjanti għat-tħawwil, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jeħtieġu tikketta speċifika oħra jew tip ieħor ta' attestazzjoni skont dak l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'tali att, jissodisfaw il-punt (c), (d) jew (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1; jew
(b) fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, elenkati f'dak l-att, ma jissodisfawx il-punt (c), (d) jew (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
3. Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn jeżisti riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew fejn, għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor elenkati f'dan l-att, dan ir-riskju ma jibqax jeżisti.
4. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
5. B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-ebda passaport tal-pjanti ma għandu jkun meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li jkunu soġġetti għall-Artikoli 46, 47, 48 u 75.
6. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-14 ta' Diċembru 2021, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tippreżenta l-esperjenza miksuba mill-estensjoni tas-sistema tal-passaport tal-pjanti għall-moviment kollu tal-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni li jinkludi analiżi ċara bejn il-kosti u l-benefiċċji għall-operaturi, akkumpanjata jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva.
Artikolu 80
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom jinħtieġ passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żoni protetti
1. Il-passaporti tal-pjanti huma meħtieġa għal ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li qed jiġu introdotti f'ċerti żoni protetti, jew imċaqilqa fi ħdanhom.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li għalihom jinħtieġ passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni tagħhom f'ċerti żoni protetti u l-moviment tagħhom fi ħdanhom.
Dik il-lista għandha tinkludi:
(a) fl-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fil-Punt (II) tal-Parti A tal-Anness V għad-Direttiva 2000/29/KE;
(b) il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 54(3) ta' dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dak l-att, jissodisfaw il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1; jew
(b) fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, elenkati f'dak l-att ma jissodisfawx il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.
3. Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, u f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn jeżisti riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jospitaw il-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv, jew fejn, għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor elenkati f'dan l-anness, dan ir-riskju ma jibqax jeżisti.
4. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
5. B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-ebda passaport tal-pjanti ma għandu jkun meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li jkunu soġġetti għall-Artikoli 56, 57, u 58.
Artikolu 81
Eċċezzjoni għal forniment dirett lil utenti finali
1. L-ebda passaport tal-pjanti ma għandu jkun meħtieġ għall-moviment ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra pprovduti direttament lil utent finali, inklużi l-ġardinara tad-dar.
Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għal:
(a) utenti finali li jirċievu dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra permezz ta' bejgħ b'kuntratti mill-bogħod; jew
(b) utenti finali ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li għalihom ikun meħtieġ passaport tal-pjanti għal żoni protetti skont l-Artikolu 80.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika li r-rekwiżiti tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandhom japplikaw biss għal pesti ta' żona protetta partikolari, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-każijiet fejn, għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari, l-eċċezzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tapplika biss għal kwantitajiet żgħar. Dawk l-atti delegati għandhom jiddefinixxu dawk il-kwantitajiet f'kull perijodu ta' żmien kif xieraq għall-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat u r-riskji rispettivi ta' pesti.
Artikolu 82
Eċċezzjonijiet għal movimenti fi ħdan u bejn il-bini ta' operatur reġistrat
L-ebda passaport tal-pjanti ma għandu jkun meħtieġ għall-movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdan u bejn il-bini tal-istess operatur reġistrat, li jkunu qrib xulxin.
L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu aktar il-kunċett ta' “qrib xulxin” fit-territorji rispettivi tagħhom u jekk ikunx meħtieġ li jinħarġu xi dokumenti għal dawk il-movimenti minflok il-passaport tal-pjanti.
Fejn iseħħu tali movimenti f'żewġ Stati Membri jew aktar, l-eċċezzjoni mir-rekwiżit għal passaport tal-pjanti għandha teħtieġ l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 83
Kontenut u format tal-passaport tal-pjanti
1. Il-passaport tal-pjanti għandu jieħu l-għamla ta' tikketta distinta, magħmula fuq kwalunkwe sottostrat adegwat, għall-istampar tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2, dment li l-passaport tal-pjanti jkun distint b'mod ċar minn kwalunkwe informazzjoni jew tikketta oħra li tista' tiġi indikata wkoll fuq dak is-sottostrat.
Il-passaport tal-pjanti għandu jkun faċilment viżibbli u leġġibbli b'mod ċar, u l-informazzjoni ta' fuqu ma għandhiex tkun tista' tinbidel u għandha tkun durabbli.
2. Il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII.
B'deroga mill-punt 1(e) tal-Parti A tal-Anness VII, il-kodiċi ta' traċċabbiltà ma għandux ikun meħtieġ fejn pjanti għat-tħawwil jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikunu tħejjew b'tali mod li jkunu lesti għall-bejgħ lill-utenti finali mingħajr l-ebda tħejjija oħra u ma jkun jeżisti l-ebda riskju dwar it-tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);
(b) ma jappartjenux għat-tipi jew l-ispeċijiet elenkati f'att ta' implimentazzjoni previst fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tidentifika t-tipi u l-ispeċijiet ta' pjanti għat-tħawwil li għalihom ma għandhiex tapplika l-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżamiproċedura msemmija fl-Artikolu 107(2).
4. Il-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żona protetta għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VII.
5. Fil-każ ta' pjanti għat-tħawwil magħmula, jew magħmula disponibbli fis-suq, bħala materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat jew żerriegħa jew żerriegħa tal-patata prebażika, bażika jew iċċertifikata, kif rispettivament imsemmi fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE u 2008/90/KE il-passaport tal-pjanti għandu jiġi inkluż, f'forma distinta, fit-tikketta uffiċjali magħmula f'konformità mad-dispożizzjonijiet rispettivi ta' dawk id-Direttivi.
Fejn japplika dan il-paragrafu, il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.
Fejn japplika dan il-paragrafu, il-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żona protetta għandu jkun fih l-elementi stabbilit fil-Parti D tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.
6. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105 li jemendaw il-Partijiet A, B, C u D tal-Anness VII, biex tadatta l-elementi stabbiliti fihom, fejn applikabbli, għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.
7. Sal-14 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni u l-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żona protetta, fir-rigward tal-passaporti tal-pjanti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 2 u fit-tieni u tielet subparagrafi tal-paragrafu 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Fejn in-natura ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari tinħtieġ hekk, speċifikazzjonijiet tad-daqs speċifiku għall-passaport tal-pjanti jistgħu jiġu stabbiliti għal tali pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra.
8. Passaport tal-pjanti jista' jinħareġ ukoll f'forma elettronika (minn hawn 'il quddiem “passaport elettroniku tal-pjanti”), dment li jkun fih l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 2, u li l-arranġamenti tekniċi jkunu ġew stabbiliti permezz tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta' passaporti elettroniċi tal-pjanti, biex jiżguraw il-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u mod xieraq, kredibbli u effettiv għall-ħruġ ta' dawk il-passaporti tal-pjanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 84
Ħruġ ta' passaporti tal-pjanti minn operaturi professjonisti awtorizzati u awtoritajiet kompetenti
1. Il-passaport tal-pjanti għandhom jinħarġu minn operaturi awtorizzati, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti.
L-operaturi awtorizzati għandhom joħorġu passaporti tal-pjanti għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li huma responsabbli għalihom biss.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu wkoll passaporti tal-pjanti.
3. L-operaturi awtorizzati għandhom joħorġu passaporti tal-pjanti biss fil-bini, l-imħażen kollettivi u ċ-ċentri tad-dispaċċ li jkunu responsabbli għalihom u ddikjarati minnhom skont il-punt (d) tal-Artikolu 66(2) jew, fejn japplika l-Artikolu 94(1), f'post ieħor jekk ikun awtorizzat hekk mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 85
Rekwiżiti sostantivi għal passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni
Passaport tal-pjanti għandu jinħareġ għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) huwa ħieles minn pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew mill-pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);
(b) jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37(1) dwar il-preżenza ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq pjanti għat-tħawwil u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37(4) dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu;
(c) jikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-movimenti tiegħu fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 41(2) u (3);
(d) fejn applikabbli, jikkonforma mar-regoli adottati f'konformità mal-miżuri rilevanti adottati skont l-Artikolu 17(3), il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1), l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 30(1) u (3); u
(e) fejn applikabbli, jikkonforma mal-miżuri adottati mill-awtoritajiet kompetenti għall-qerda tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni skont l-Artikolu 17(1) jew il-pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) u l-qerda tal-pesti li jikkwalifikaw b'mod proviżorju bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni skont l-Artikolu 29(1).
Artikolu 86
Rekwiżiti sostantivi għal passaport tal-pjanti għal moviment lejn u fi ħdan żona protetta
1. Passaport tal-pjanti għandu jinħareġ għall-introduzzjoni lejn, u l-moviment f'żona protetta għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 85, u barra minn hekk, ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) ikun ħieles mill-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv; u
(b) jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 54(2) u (3).
2. Fejn japplika l-Artikolu 33(2), il-passaport tal-pjanti msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux jinħareġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li joriġinaw fiż-żona ddemarkata kkonċernata u li jistgħu jospitaw il-pest ikkonċernat taż-żona protetta.
Artikolu 87
Eżamijiet għal passaporti tal-pjanti
1. Passaport tal-pjanti jista' jinħareġ biss għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra meta eżami metikoluż tagħhom f'konformità mal-paragrafi 2, 3, u 4 jkun wera li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 85, u, fejn applikabbli, l-Artikolu 86.
Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jistgħu jiġu eżaminati individwalment jew permezz ta' kampjuni rappreżentattivi. L-eżami għandu jkopri wkoll il-materjal ta' imballaġġ tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra kkonċernati.
2. L-eżami għandu jitwettaq mill-operatur awtorizzat. Madankollu, fil-każijiet li ġejjin, l-eżami għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti:
(a) fejn japplika l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu dwar spezzjonijiet, teħid ta' kampjuni u ttestjar;
(b) fejn japplika l-Artikolu 84(2);
(c) fejn jitwettaq eżami fil-viċinanza immedjata kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-operatur awtorizzat ma jkollux aċċess għal dik il-viċinanza immedjata.
3. L-eżami għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) għandu jitwettaq f'perijodi xierqa u filwaqt li jieħu kont tar-riskji involuti;
(b) għandu jitwettaq fil-bini msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 66(2). Fejn ikun meħtieġ hekk mill-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 37(4), l-Artikolu 41(2), jew l-Artikolu 54(2), għandu jitwettaq eżami wkoll fil-viċinanza immedjata tal-post ta' produzzjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra kkonċernati;
(c) għandu jsir mill-inqas permezz ta' eżami viżwali, ikkomplementat minn:
(i) spezzjonijiet, teħid ta' kampjuni u ttestjar mill-awtorità kompetenti fil-każ ta' suspett tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), jew fil-każ tas-suspett tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fiż-żona protetta rispettiva; jew
(ii) teħid ta' kampjuni u ttestjar fil-każ ta' suspett tal-preżenza ta' pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni, fejn applikabbli 'l fuq mil-limiti rispettivi;
(d) ir-riżultati tiegħu għandhom jiġi rreġistrati u maħżuna għal mill-inqas tliet snin.
Dak l-eżami għandu jitwettaq mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit jew miżura ta' eżami speċifika adottata f'konformità mal-Artikolu 28(1), (2) jew (3), l-Artikolu 30(1), (3) jew (4), l-Artikolu 37(4), l-Artikolu 41(2) jew (3), jew l-Artikolu 54(2) jew (3). Fejn dawk ir-rekwiżiti jew il-miżuri ta' eżami jeħtieġu li dak l-eżami jitwettaq mill-awtorità kompetenti, dak l-eżami ma għandux jitwettaq mill-operatur awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
4. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu miżuri dettaljati dwar l-eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar, u l-frekwenza u l-ħin ippjanat tal-eżamijiet, imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra speċifiċi, abbażi tar-riskji ta' pesti partikolari li dawn jistgħu jippreżentaw. Dawk l-eżamijiet għandhom, fejn xieraq, jikkonċernaw ċerti pjanti għat-tħawwil li jappartjenu għal materjal, żerriegħa jew żerriegħa tal-patata prebażika, bażika, jew iċċertifikata, jew materjal jew żerriegħa standard jew tal-CAC, kif imsemmi rispettivament fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE.
Fejn il-Kummissjoni tadotta tali atti delegati għal pjanti għat-tħawwil speċifiċi, u dawk il-pjanti għat-tħawwil ikunu soġġetti għal skemi ta' ċertifikazzjoni skont id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE u 2008/90/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-eżamijiet għall-preżenza ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta' dan ir-Regolament u pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni u l-eżamijiet għal karatteristiċi oħra tal-pjanti għat-tħawwil skont dawk id-Direttivi fi skema ta' ċertifikazzjoni unika.
Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali.
Artikolu 88
Twaħħil tal-passaporti tal-pjanti
Il-passaporti tal-pjanti għandhom jiġu mehmuża mill-operaturi professjonisti kkonċernati mal-unità tan-negozjar tal-pjanti, il-prodott mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati qabel ma jiċċaqalqu fit-territorju tal-Unjoni skont l-Artikolu 79 jew lejn jew f'żona protetta skont l-Artikolu 80. Fejn tali pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu soġġetti għal moviment f'imballaġġ, f'sorra jew kontenitur, il-passaport tal-pjanti għandu jkun imwaħħal ma' dak l-imballaġġ, is-sorra jew il-kontenitur.
Artikolu 89
Awtorizzazzjoni tal-operaturi professjonisti biex joħorġu passaporti tal-pjanti
1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni lil operatur professjonist biex joħroġ passaporti tal-pjanti (“l-awtorizzazzjoni biex joħroġ passaporti tal-pjanti”) għal familji, ġeneri jew speċijiet partikolari, u tipi ta' prodotti bażiċi ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra fejn dak l-operatur professjonist jikkonforma maż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) jipposjedi l-għarfien meħtieġ biex iwettaq l-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 87 li jikkonċernaw il-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew il-pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), il-pesti ta' kwarantina f'żona protetta, u l-pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni li jistgħu jaffettwaw lill-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati, u li jikkonċernaw is-sinjali tal-preżenza ta' dawk il-pesti, is-sintomi kkawżati minnhom, u l-mezzi biex tiġi evitata l-preżenza u t-tixrid ta' dawk il-pesti;
(b) ikollu fis-seħħ sistemi u proċeduri li jippermettulu li jissodisfa l-obbligi tiegħu li jikkonċernaw it-traċċabbiltà skont l-Artikoli 69 u 70.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti sabiex dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-proċeduri biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati dawk il-kriterji.
Artikolu 90
Obbligi tal-operaturi awtorizzati
1. Fejn operatur awtorizzat biħsiebu joħroġ passaport tal-pjanti, huwa għandu jidentifika u jimmonitorja l-punti tal-proċess ta' produzzjoni tiegħu, u l-punti li jikkonċernaw il-moviment ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li huma kritiċi fir-rigward tal-konformità mal-Artikolu 37(1), l-Artikolu 41(1), l-Artikoli 85 u 87 u, fejn applikabbli, mal-Artikolu 33(2), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 86, u mar-regoli adottati skont l-Artikolu 28(1), (2) u (3), l-Artikolu 30(1), (3) u (4), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 37(4).
Huwa għandu jżomm rekords dwar l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn il-punti għal mill-inqas tliet snin.
2. L-operatur awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżgura li jingħata t-taħriġ xieraq, fejn meħtieġ, lill-persunal tiegħu involut fl-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 87, biex jiġi żgurat li dak il-persunal ikollu l-għarfien meħtieġ biex iwettaq dawk l-eżamijiet.
Artikolu 91
Pjanijiet għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti
1. L-operaturi awtorizzati jista' jkollhom fis-seħħ pjanijiet għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti. L-awtorità kompetenti għandha tapprova dawk il-pjanijiet, jekk dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) jistabbilixxu l-miżuri li jkunu xierqa biex dawk l-operaturi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 90(1);
(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
L-operaturi awtorizzati li jimplimentaw pjan approvat għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjonijiet bi frekwenza mnaqqsa, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ .
2. Il-pjanijiet għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti għandhom ikopru, fejn xieraq fl-għamla ta' manwali ta' proċedura operattiva standard, mill-inqas dan li ġej:
(a) l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 66(2) dwar ir-reġistrazzjoni tal-operatur awtorizzat;
(b) l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 69(4) u 70(1) dwar it-traċċabbiltà ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra;
(c) deskrizzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni tal-operatur awtorizzat u l-attivitajiet tiegħu fir-rigward tal-moviment u l-bejgħ ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra;
(d) analiżi tal-punti kritiċi msemmija fl-Artikolu 90(1) u l-miżuri meħuda mill-operatur awtorizzat biex jitnaqqsu r-riskji ta' pesti assoċjati ma' dawk il-punti kritiċi;
(e) il-proċeduri fis-seħħ u l-azzjonijiet previsti fejn pesti ta' kwarantina huma suspettati jew misjuba preżenti, ir-reġistrazzjoni ta' dawk is-suspetti jew sejbiet u r-reġistrazzjoni tal-azzjonijiet meħuda;
(f) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal involut fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 14, l-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 87(1), il-ħruġ ta' passaporti tal-pjanti skont l-Artikolu 84(1), l-Artikolu 93(1) u (2) u l-Artikolu 94, u t-twaħħil ta' passaporti tal-pjanti skont l-Artikolu 88; u
(g) it-taħriġ provdut għall-persunal imsemmi fil-punt (f) ta' dan il-paragrafu.
3. Fejn l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-operatur professjonist ikkonċernat ma japplikax il-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jew li pjan għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti ma għadux aġġornat ma' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li ma tkomplix in-nuqqas ta' konformità ma' dawk il-kondizzjonijiet. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-approvazzjoni ta' dak il-pjan.
Fejn l-awtorità kompetenti tkun ħadet il-miżuri f'konformità mal-ewwel subparagrafu, għajr l-irtirar tal-approvazzjoni tal-pjan, u jkompli n-nuqqas ta' konformità, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tirtira dik l-approvazzjoni.
Artikolu 92
Spezzjonijiet u rtirar tal-awtorizzazzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet mill-inqas darba fis-sena, u t-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar jekk ikun xieraq, biex tivverifika jekk l-operaturi awtorizzati jikkonformawx mal-Artikolu 83(1), (2), (4) jew (5), l-Artikolu 87, l-Artikolu 88, l-Artikolu 89(1), l-Artikolu 90 jew l-Artikolu 93(1), (2), (3) jew (5).
2. Fejn l-awtorità kompetenti ssir konxja li operatur awtorizzat ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li għalihom dak l-operatur professjonist ikun ħareġ passaport tal-pjanti, ma jikkonformax mal-Artikolu 85 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 86, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li ma jitkompliex in-nuqqas ta' konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet.
Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-awtorizzazzjoni biex jinħarġu passaporti tal-pjanti għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati.
3. Fejn l-awtorità kompetenti tkun ħadet il-miżuri f'konformità mal-paragrafu 2, għajr l-irtirar tal-awtorizzazzjoni biex jinħarġu passaporti tal-pjanti għall-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati, u jitkompla n-nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 85 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 86, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tirtira dik l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 93
Sostituzzjoni ta' passaport tal-pjanti
1. Operatur awtorizzat li rċieva unità tan-negozjar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li għalihom ikun inħareġ passaport tal-pjanti, jew l-awtorità kompetenti li taġixxi fuq talba ta' operatur professjonist, tista' toħroġ passaport tal-pjanti ġdid għal dik l-unità tan-negozjar, li jissostitwixxi l-passaport tal-pjanti maħruġ inizjalment għal dik l-unità tan-negozjar, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3.
2. Fejn unità tan-negozjar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li għalihom passaport tal-pjanti jkun inħareġ, ikun maqsum f'żewġ unitajiet tan-negozjar ġodda jew aktar, l-operatur awtorizzat responsabbli għal dawk l-unitajiet tan-negozjar ġodda, jew l-awtorità kompetenti li taġixxi fuq talba ta' operatur professjonist, għandha toħroġ passaport tal-pjanti għal kull unità tan-negozjar ġdida li jirriżulta mid-diviżjoni, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. Dawk il-passaporti tal-pjanti għandhom jissostitwixxu l-passaport tal-pjanti maħruġ għall-unità tan-negozjar inizjali.
3. Passaport tal-pjanti, kif previst fil-paragrafi 1 u 2, jista' jinħareġ biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' traċċabbiltà msemmija fl-Artikolu 69(3) dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati;
(b) kif applikabbli, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 85 u 86; u
(c) il-karatteristiċi tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra kkonċernati ma jkunux inbidlu.
4. Fejn passaport tal-pjanti jinħareġ skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, l-eżami msemmi fl-Artikolu 87(1) ma għandux ikun meħtieġ.
5. Wara s-sostituzzjoni ta' passaport tal-pjanti skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, l-operatur awtorizzat ikkonċernat għandu jżomm il-passaport tal-pjanti sostitwit jew il-kontenut tiegħu għal mill-inqas tliet snin.
Fejn is-sostituzzjoni ta' passaport tal-pjanti skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 tkun twettqet mill-awtorità kompetenti, l-operatur professjonist, li fuq it-talba tiegħu tkun inħarġet, għandu jżomm il-passaport tal-pjanti sostitwit jew il-kontenut tiegħu għal mill-inqas tliet snin.
Dik iż-żamma tista' tieħu l-għamla ta' ħżin tal-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-pjanti f'bażi ta' data kompjuterizzata, dment li dan jinkludi l-informazzjoni li tinsab fi kwalunkwe barcode, ologramma, ċippa jew trasportatur ieħor ta' data bil-għan ta' traċċabbiltà, li jista' jissupplimenta l-kodiċi ta' traċċabbiltà, kif imsemmi fl-Anness VII.
Artikolu 94
Passaporti tal-pjanti li jissostitwixxu ċ-ċertifikati fitosanitarji
1. B'deroga mill-Artikolu 87 ta' dan ir-Regolament, fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, introdott fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiż terz li, għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni jeħtieġ passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 79(1) u 80(1) ta' dan ir-Regolament, il-passaport għandu jinħareġ jekk il-verifiki taħt l-Artikolu 49(1) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ dwar l-introduzzjoni tagħhom ikunu tlestew b'mod sodisfaċenti u jkunu waslu għall-konklużjoni li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett ieħor ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti sostantivi għall-ħruġ ta' passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 85 ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, l-Artikolu 86 ta' dan ir-Regolament.
Is-sostituzzjoni ta' ċertifikat fitosanitarju minn passaport tal-pjanti tista' titwettaq fil-post ta' destinazzjoni tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat, minflok fil-post ta' dħul, fejn ikun permess l-ivverifikar fil-post ta' destinazzjoni, kif imsemmi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali.
2. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissostitwixxu ċertifikat fitosanitarju fil-post ta' dħul tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat fit-territorju tal-Unjoni, permezz ta' kopja attestata taċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali.
Dik il-kopja attestata taċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti u għandha takkumpanja l-moviment tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernati biss sal-punt fejn jinħareġ il-passaport tal-pjanti u biss fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv.
3. L-awtorità kompetenti għandha żżomm iċ-ċertifikat fitosanitarju għal mill-inqas tliet snin. Dik iż-żamma tista' tieħu l-għamla ta' ħżin tal-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat fitosanitarju f'bażi ta' data kompjuterizzata.
Fejn japplika l-punt (a) tal-Artikolu 101(2), dak iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jkun sostitwit b'kopja attestata tiegħu.
Artikolu 95
Invalidazzjoni u tneħħija tal-passaport tal-pjanti
1. L-operatur professjonist li jkollu taħt il-kontroll tiegħu unità tan-negozjar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, għandu jinvalida l-passaport tal-pjanti u, fejn possibbli, ineħħih minn dik l-unità tan-negozjar, fejn isir konxju li ma jiġix issodisfat kwalunkwe rekwiżit tal-Artikoli 83 sa 87, 89, 90, 93 jew 94.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' notifika msemmi fl-Artikolu 14, dak l-operatur professjonist għandu jinforma lill-awtorità kompetenti li taħt il-kompetenza tagħha huwa jopera.
2. Fejn l-operatur professjonist ma jikkonformax mal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tinvalida l-passaport tal-pjanti u, fejn possibbli, tneħħih mill-unità tan-negozjar ikkonċernata.
3. Fejn japplikaw il-paragrafi 1 u 2, l-operatur professjonist ikkonċernat għandu jżomm il-passaport tal-pjanti invalidat jew il-kontenut tiegħu għal mill-inqas tliet snin.
Dik iż-żamma tista' tieħu l-għamla ta' ħżin tal-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-pjanti invalidat f'bażi ta' data kompjuterizzata, dment li dan jinkludi l-informazzjoni li tinsab fi kwalunkwe barcode, ologramma, ċippa jew trasportatur ieħor ta' data bil-għan ta' traċċabbiltà, li jista' jissupplimenta l-kodiċi ta' traċċabbiltà kif imsemmi fl-Anness VII u dikjarazzjoni dwar dik l-invalidazzjoni.
4. Fejn japplikaw il-paragrafi 1 u 2, l-operatur professjonist ikkonċernat għandu jinforma għaldaqstant lill-operatur awtorizzat, jew l-awtorità kompetenti, li ħarġet il-passaport tal-pjanti invalidat.
5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta passaport tal-pjanti jitneħħa u jiġi invalidat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 96
Immarkar ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam, jew ta' oġġetti oħra
1. Il-marka applikata għall-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam jew ta' oġġetti oħra biex jiġi attestat li ġie applikat trattament f'konformità mal-Anness 1 għall-ISPM15 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 2 għall-ISPM15, fil-każijiet kollha li ġejjin:
(a) materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam introdott fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiż terz, kif imsemmi fl-Artikolu 43;
(b) materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam immarkat fit-territorju tal-Unjoni, li joħroġ mit-territorju tal-Unjoni;
(c) materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, injam jew oġġetti oħra li joħorġu mit-territorju tal-Unjoni, jekk jinħtieġ hekk minn att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikoli 28, 30, 41 jew 54.
(d) kwalunkwe materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, injam jew oġġett ieħor immarkat fit-territorju tal-Unjoni.
Il-marka għandha tiġi applikata biss fejn materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam jew ta' oġġetti oħra jkunu ġew soġġetti għal wieħed jew aktar mit-trattamenti approvati msemmija fl-Anness 1 għall-ISPM15, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1005/2009 ( 6 ), (KE) Nru 1107/2009 ( 7 ) u (UE) Nru 528/2012 ( 8 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Għall-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, l-injam jew oġġetti oħra mmarkati fit-territorju tal-Unjoni, il-marka għandha tiġi applikata biss minn operatur reġistrat awtorizzat f'konformità mal-Artikolu 98.
Il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam li jkun soġġett għall-eżenzjonijiet previsti fl-ISPM15.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sabiex tadattahom għall-iżvilupp ta' standards internazzjonali u b'mod partikolari għall-ISPM15.
Artikolu 97
Tiswija ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam fit-territorju tal-Unjoni
1. Materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam li jkun immarkat bil-marka msemmija fl-Artikolu 96 għandu jissewwa biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) il-persuna li twettaq dik it-tiswija tkun operatur reġistrat awtorizzat skont l-Artikolu 98;
(b) il-materjal u t-trattament użati jkunu eliġibbli għat-tiswija;
(c) il-marka tiġi applikata mill-ġdid, kif xieraq.
2. Il-Kummissjoni tista' permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tistabbilixxi arranġamenti speċifiċi dwar il-materjal, it-trattament u l-immarkar imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jieħdu kont tal-istandards internazzjonali rilevanti u b'mod partikolari l-ISPM15.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fil-każ fejn operatur professjonist iħassar b'mod permanenti bi kwalunkwe mezz l-applikazzjonijiet preċedenti kollha ta' dik il-marka mill-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam.
Artikolu 98
Awtorizzazzjoni u superviżjoni ta' operaturi reġistrati japplikaw il-marka ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam fit-territorju tal-Unjoni
1. Awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-marka msemmija fl-Artikolu 96 u biex jissewwa materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam skont l-Artikolu 97 għandha tingħata mill-awtorità kompetenti mal-applikazzjoni lil operatur reġistrat dment li l-operatur reġistrat jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) jipposjedi l-għarfien meħtieġ biex iwettaq it-trattament tal-materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam u ta' oġġetti oħra meħtieġ skont l-atti msemmija fl-Artikoli 96 u 97;
(b) jopera faċilitajiet u tagħmir adatti biex iwettaq dan it-trattament (“faċilitajiet ta' trattament”);
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ bil-ħsieb tal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali.
2. Awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-marka msemmija fl-Artikolu 96 u biex jissewwa materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam skont l-Artikolu 97 għandha tingħata mill-awtorità kompetenti mal-applikazzjoni lil operatur reġistrat, li juża' injam ittrattat f'faċilità ta' operatur ieħor, dment li dan jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin fir-rigward ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam immarkat b'dik il-marka:
(a) juża' esklużivament injam:
(i) li jkun ġie soġġett għal wieħed jew aktar mit-trattamenti approvati msemmija fl-Anness 1 għall-ISPM 15 u jkun ġie ttrattat f'faċilitajiet operati minn operatur reġistrat awtorizzat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; jew
(ii) li jkun ġie soġġett għal wieħed jew aktar mit-trattamenti approvati msemmija fl-Anness 1 għall-ISPM15 f'faċilità tat-trattament f'pajjiż terz li jkun ġie approvat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti ta' dak il-pajjiż terz.
(b) jiżgura li l-injam użat għal dak il-għan jista' jiġi ttraċċat lura għal dawk il-faċilitajiet ta' trattamenti fit-territorju tal-Unjoni jew għall-faċilitajiet ta' trattament tal-pajjiż terz ikkonċernat;
(c) fejn applikabbli skont l-Artikolu 28(1) u (2), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 41(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3), huwa juża esklużivament l-injam imsemmi fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu li jkun akkumpanjat minn passaport tal-pjanti jew kwalunkwe dokument ieħor li jipprovdi garanziji li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti ta' trattament imsemmija fl-Anness 1 għall-ISPM15.
3. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja mill-inqas darba f'sena l-operaturi reġistrati awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2, biex tivverifika u tiżgura li dawn jittrattaw u jimmarkaw kif meħtieġ il-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam u ta' oġġetti oħra f'konformità mal-Artikolu 96(1) u l-Artikolu 97 u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
4. Fejn l-awtorità kompetenti ssir konxja li operatur professjonist ma jikkonformax mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ma jkunx hemm aktar nuqqas ta' konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet.
Fejn l-awtorità kompetenti tkun ħadet dawk il-miżuri, għajr l-irtirar tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, u jibqa' jkun hemm nuqqas ta' konformità, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tirtira l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 2.
Artikolu 99
Attestazzjonijiet għajr il-marka tal-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam
1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-elementi li għandu jkun fihom attestazzjonijiet uffiċjali, speċifiċi għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, għajr materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, li huma meħtieġa mill-istandards internazzjonali applikabbli bħala forma ta' prova tal-implimentazzjoni tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 28(1) jew (2), l-Artikolu 30(1) jew (3), l-Artikolu 41(2) jew (3), l-Artikolu 44, jew l-Artikolu 54(2) jew (3).
2. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu wkoll ir-rekwiżiti li jikkonċernaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) l-awtorizzazzjoni ta' operaturi professjonisti rigward il-ħruġ tal-attestazzjonijiet uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1;
(b) is-superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-operaturi professjonisti awtorizzati skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu; jew
(c) l-irtirar ta' dik l-awtorizzazzjoni msemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
Artikolu 100
Ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni mill-Unjoni
1. Fejn għall-esportazzjoni ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor mit-territorju tal-Unjoni għal pajjiż terz, ikun jinħtieġ ċertifikat fitosanitarju mir-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni ta' dak il-pajjiż terz (“ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni”), dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti, fuq talba tal-operatur professjonist, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) l-operatur professjonist ikun reġistrat minn dik l-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 65;
(b) l-operatur professjonist ikollu taħt il-kontroll tiegħu il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor li għandu jiġi esportat;
(c) ikun żgurat li dik il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor jikkonforma mar-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat.
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ukoll ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni fuq it-talba ta' persuni għajr l-operaturi professjonisti, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.
Għall-fini ta' dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tiddelega l-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni lill-ebda persuna oħra.
2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt l-IPPC, u filwaqt li jittieħed kont tal-istandards internazzjonali, iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni għandu jinħareġ fejn l-informazzjoni disponibbli tippermetti lill-awtorità kompetenti li tiċċertifika l-konformità tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat mar-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat. Dik l-informazzjoni tista' toriġina minn wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif applikabbli:
(a) l-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati, jew il-post ta' produzzjoni tagħhom u l-viċinitajiet tiegħu;
(b) l-informazzjoni uffiċjali dwar l-istatus ta' pesti fis-sit ta' produzzjoni, il-post ta' produzzjoni, iż-żona jew il-pajjiż ta' oriġini tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati;
(c) passaport tal-pjanti, kif imsemmi fl-Artikolu 78, li jakkumpanja l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati, fejn dak il-passaport tal-pjanti jattesta r-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-awtorità kompetenti;
(d) il-marka tal-materjal ta' imballaġġar magħmul mill-injam kif imsemmi fl-Artikolu 96(1), jew l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 99(1);
(e) l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni msemmi fl-Artikolu 102;
(f) l-informazzjoni uffiċjali inkluża fiċ-ċertifikat fitosanitarju kif imsemmi fl-Artikolu 71, fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiż terz.
3. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni għandu jikkonforma mad-deskrizzjoni u l-format tal-mudell stabbiliti fil-Parti A għall-Anness VIII.
4. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Parti A tal-Anness VIII biex tadattahom għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali rilevanti.
5. Iċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għall-esportazzjoni għandhom jiġu pprovduti permezz ta', jew permezz ta' skambju elettroniku ma', l-IMSOC.
Artikolu 101
Ċertifikat fitosanitarju għal riesportazzjoni mill-Unjoni
1. Għar-riesportazzjoni ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġina f'pajjiż terz u jkun ġie introdott fit-territorju tal-Unjoni minn dak il-pajjiż terz, jew ieħor, ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni mill-Unjoni (“iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni”), għandu, fejn possibbli, jinħareġ minflok iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni.
Iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti fuq talba tal-operatur professjonist meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) dak l-operatur professjonist ikun reġistrat minn dik l-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 65;
(b) l-operatur professjonist jkollu taħt il-kontroll tiegħu il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor li għandhom jiġu riesportati;
(c) ikun żgurat li dik il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor jikkonforma mar-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat.
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ukoll ċertifikat fitosanitarju għal riesportazzjoni fuq it-talba ta' persuni għajr l-operaturi professjonisti, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tat-tieni subparagrafu.
Għall-fini ta' dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tiddelega l-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni lill-ebda persuna oħra.
2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt l-IPPC, u filwaqt li jittieħed kont tal-istandards internazzjonali, iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni għandu jinħareġ fejn l-informazzjoni disponibbli tippermetti li tiġi ċċertifikata konformità mar-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat u li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) iċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali li jakkumpanja lill-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat mill-pajjiż terz ta' oriġini, jew kopja ċċertifikata tiegħu, tkun mehmuża maċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni;
(b) il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat ma jkunx tkabbar, ġie prodott jew ipproċessat bl-għan li tinbidillu n-natura tiegħu mill-introduzzjoni tiegħu fit-territorju tal-Unjoni;
(c) il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat ma jkunx ġie espost għal kwalunkwe riskju ta' infestazzjoni jew kontaminazzjoni ma' pesti ta' kwarantina jew pesti regolati mhux ta' kwarantina, elenkati bħala tali mill-pajjiż terz ta' destinazzjoni, matul il-ħżin fl-Istat Membru li minnu jkunu ser jiġi esportat lejn dak il-pajjiż terz;
(d) l-identità tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernati tkun inżammet.
3. L-Artikolu 100(2) għandu japplika mutatis mutandis.
4. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni għandu jikkonforma mad-deskrizzjoni u l-format tal-mudell stabbiliti fil-Parti B għall-Anness VIII.
5. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw il-Parti B tal-Anness VIII biex jadattawh għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali rilevanti.
6. Iċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għar-riesportazzjoni għandhom jiġu pprovduti permezz ta', jew permezz ta' skambju elettroniku ma', l-IMSOC.
Artikolu 102
Ċertifikati ta' qabel l-esportazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 100(1) jiġu esportati u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra tkabbru, ġew prodotti, ġew maħżuna jew ġew ipproċessati, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni fitosanitarja meħtieġa bħala l-bażi għall-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni.
2. L-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-għamla ta' dokument armonizzat (“ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni”), li fih l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li fih il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jkunu tkabbru, ġew prodotti, ġew maħżuna jew ġew ipproċessati, jiċċertifikaw il-konformità ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra mar-rekwiżiti fitosanitarji speċifiċi li jikkonċernaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) in-nuqqas, jew il-preżenza taħt livell limitu speċifikat, ta' pesti partikolari fil-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra konċernati;
(b) l-oriġini tal-pjanti, il-prodott mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati f'għalqa, sit ta' produzzjoni, post ta' produzzjoni jew żona speċifika;
(c) l-istatus tal-pesti fl-għalqa, is-sit ta' produzzjoni, il-post ta' produzzjoni, jew iż-żona ta' oriġini jew il-pajjiż ta' oriġini tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati;
(d) ir-riżultati tal-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati;
(e) il-proċeduri fitosanitarji applikati għall-produzzjoni jew l-ipproċessar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati.
3. Iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni għandu jinħareġ, fuq talba tal-operatur professjonist, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu tkabbru, ġew prodotti, ġew maħżuna jew ġew ipproċessati, filwaqt li dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu fil-bini tal-operatur professjonist ikkonċernat.
4. Iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni għandu jakkumpanja l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra kkonċernati matul il-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, għajr jekk l-informazzjoni li tinsab fih tiġi skambjata bejn l-Istati Membri kkonċernati permezz ta', jew permezz ta' skambju elettroniku ma', l-IMSOC.
5. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni jista' jinħareġ meta l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ħallew il-bini tal-operatur professjonist ikkonċernat, dment li jkunu twettqu l-ispezzjonijiet u, fejn meħtieġ, it-teħid ta' kampjuni, li jikkonfermaw il-konformità ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti fitosanitarji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2.
6. Iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni għandu jkun fih l-elementi, u għandu jkun fil-format, stabbiliti fil-Parti C tal-Anness VIII.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw il-Parti C tal-Anness VIII sabiex din tiġi adattata għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali rilevanti.
7. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
KAPITOLU VII
Miżuri ta' appoġġ mill-Kummissjoni
Artikolu 103
L-istabbiliment ta' sistema ta' notifika elettronika
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema elettronika għall-preżentazzjoni ta' notifiki mill-Istati Membri.
Dik is-sistema għandha tkun ikkollegata u kompatibbli mal-IMSOC.
Artikolu 104
Punti ta' informazzjoni, format u skadenzi ta' notifiki, u notifiki fil-każ ta' preżenza suspettata ta' pesti
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli speċifiċi li jikkonċernaw il-preżentazzjoni ta' notifiki msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11, l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 18(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 28(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(3), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(1), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(4), l-Artikolu 46(4), l-Artikolu 49(6), l-Artikolu 53(5), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 62(1), l-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 95(5). Dawk ir-regoli għandhom jikkonċernaw wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:
(a) il-punti ta' informazzjoni li għandhom jiġu inklużi f'dawk in-notifiki;
(b) il-format ta' dawk in-notifiki u l-istruzzjonijiet dwar kif wieħed jimla dak il-format;
(c) skadenzi għall-preżentazzjoni ta' punti ta' informazzjoni partikolari kif imsemmija fil-punt (a);
(d) il-każijiet fejn il-preżenza suspettata ta' pest għandha tiġi nnotifikata minħabba l-ħtieġa li tittieħed azzjoni malajr fid-dawl tal-bijoloġija tiegħu u l-possibbiltà ta' tixrid rapidu u mifrux;
(e) il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità li għandhom jiġu nnotifikati fejn in-nuqqas ta' konformità joħloq riskju għat-tixrid ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest li jikkwalifika b'mod proviżorju bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).
KAPITOLU VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 105
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 19(7), l-Artikolu 21, l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 34(1), l-Artikolu 38, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 46(2), l-Artikolu 48(5), l-Artikolu 51, l-Artikolu 65(4), l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 81(2), l-Artikolu 83(6), l-Artikolu 87(4), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 96(2), l-Artikolu 98(1), l-Artikolu 99(1), l-Artikolu 100(4), l-Artikolu101(5) u l-Artikolu 102(6) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-13 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 19(7), l-Artikolu 21, l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 34(1), l-Artikolu 38, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 46(2), l-Artikolu 48(5), l-Artikolu 51, l-Artikolu 65(4), l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 81(2), l-Artikolu 83(6), l-Artikolu 87(4), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 96(2), l-Artikolu 98(1), l-Artikolu 99(1), l-Artikolu 100(4), l-Artikolu101(5) u l-Artikolu 102(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkunu diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skond il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 19(7), l-Artikolu 21, l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 34(1), l-Artikolu 38, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 46(2), l-Artikolu 48(5), l-Artikolu 51, l-Artikolu 65(4), l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 81(2), l-Artikolu 83(6), l-Artikolu 87(4), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 96(2), l-Artikolu 98(1), l-Artikolu 99(1), l-Artikolu 100(4), l-Artikolu101(5) u l-Artikolu 102(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 106
Proċedura ta' urġenza
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 105(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 107
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ). Dak il-kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew b'maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
Artikolu 108
Penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-14 ta' Diċembru 2019 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien ma' kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 109
Tħassir
1. ►M1 Id-Direttiva 2000/29/KE titħassar, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 165(2), (3) u (4) tar-Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ . ◄
2. Jitħassru d-Direttivi li ġejjin:
(a) Direttiva 69/464/KEE;
(b) Direttiva 74/647/KEE;
(c) Direttiva 93/85/KEE;
(d) Direttiva 98/57/KE;
(e) Direttiva 2006/91/KE;
(f) Direttiva 2007/33/EC.
3. Ir-referenzi għall-atti mħassra taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IX.
Artikolu 110
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 228/2013
Fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Il-finanzjament mill-Unjoni tal-programmi għall-kontroll ta' pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( *1 )
Artikolu 111
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 652/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 1, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(e) dwar miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti;”
(2) Fl-Artikolu 5(2), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(c) il-programmi għall-kontroll ta' pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 25;”
(3) Fl-Artikolu 16(1), il-punti (a), (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:
“(a) il-miżuri biex jinqered pest minn żona infestata, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 29(1) jew l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 );
(b) miżuri biex jitrażżan pest ta' prijorità, elenkati skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li kontrih ġew adottati miżuri ta' trażżin fl-Unjoni skont l-Artikolu 28(2) ta' dak ir-Regolament, f'żona infestata li minnha ma jistax jinqered il-pest ta' prijorità, fejn dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu t-territorju tal-Unjoni kontra tixrid ulterjuri ta' dak il-pest ta' prijorità. Dawk il-miżuri għandhom jikkonċernaw il-qerda ta' dak il-pest miż-żona ta' lqugħ madwar dik iż-żona infestata f'każ li dan jinstab preżenti f'dik iż-żona ta' lqugħ; u
(c) miżuri ta' prevenzjoni meħuda kontra t-tixrid ta' pest ta' prijorità, elenkati skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li ġew adottati miżuri ta' trażżin fl-Unjoni kontrih skont l-Artikolu 28(3) ta' dak ir-Regolament, fejn dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu t-territorju tal-Unjoni kontra tixrid ulterjuri ta' dak il-pest ta' prijorità.
(4) L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 17
Kondizzjonijiet
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 16 jistgħu jikkwalifikaw għall-għotjiet dment li jkunu ġew applikati immedjatament u d-dispożizzjonijiet applikabbli stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jkunu ġew imħarsa, u dment li jiġu ssodisfati waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) huma jikkonċernaw pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, elenkati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 bħala mhux magħrufa li jeżistu fit-territorju tal-Unjoni;
(b) huma jikkonċernaw pesti, mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, li jkunu soġġetti għal miżura adottata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;
(c) huma jikkonċernaw pesti, mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, li jkunu koperti b'miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;
(d) huma jikkonċernaw pesti ta' prijorità elenkati skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
Għal miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż imġarrba aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura adottata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031, jew imġarrba wara l-iskadenza ta' dik il-miżura. Għall-miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż imġarrba wara l-iskadenza tal-miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.”
(5) Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 18, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) l-ispejjeż ta' kumpens lis-sidien ikkonċernati għall-valur tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra meqruda li jkunu soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 16, fil-limitu tal-valur tas-suq ta' tali pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kieku ma kinux intlaqtu minn dawk il-miżuri; il-valur tas-salvataġġ, jekk ikun il-każ, għandu jitnaqqas mill-kumpens; u”
(6) L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
(a) l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri għall-programmi ta' stħarriġ annwali u pluriennali li jwettqu fir-rigward tal-preżenza tal-pesti (“programmi ta' stħarriġ”), sakemm dawn il-programmi ta' stħarriġ jikkonformaw mill-inqas ma' waħda mit-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) huma jikkonċernaw pesti ta' kwarantina fl-Unjoni elenkati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 bħala mhux magħrufa li jeżistu fit-territorju tal-Unjoni;
(b) huma jikkonċernaw pesti ta' prijorità elenkati skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031; u
(c) huma jikkonċernaw pesti mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li jkunu koperti b'miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.”
(b) it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Għal miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż imġarrba wara l-iskadenza tal-miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.”
(7) Fl-Artikolu 20 jiddaħħal punt ġdid qabel il-punt (a):
“(-a) spejjeż għal eżamijiet viżwali;”
(8) Fl-Artikolu 47, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(2) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 15a
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull min ikun konxju mill-preżenza ta' pest elenkat fl-Anness I jew l-Anness II jew pest kopert minn miżura skont l-Artikolu 16(2) jew 16(3), jew għandu raġuni li jissuspetta tali preżenza, għandu jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti, u, jekk dan ikun mitlub minn dik l-awtorità kompetenti, għandu jipprovdi l-informazzjoni li tikkonċerna dik il-preżenza li tkun fil-pussess tiegħu. Fejn in-notifika ma tiġix ippreżentata bil-miktub, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistraha b'mod uffiċjali.””
Artikolu 112
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1143/2014
Fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) il-pesti tal-pjanti elenkati skont l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 32(3), jew soġġetti għall-miżuri skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 );
Artikolu 113
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019. Madankollu:
(a) il-punt 8 tal-Artikolu 111 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017;
(b) l-Artikolu 100(3) u l-Artikolu 101(4) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.
2. L-atti msemmija fil-punti (a), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 109(2) jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2022. F'każ ta' kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn l-atti u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jipprevalixxu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
KRITERJI GĦALL-KWALIFIKA TA' PESTI SKONT IR-RISKJU TAGĦHOM GĦAT-TERRITORJU TAL-UNJONI
TAQSIMA 1
Kriterji biex jiġu identifikati pesti li jikkwalifikaw bħala pesti ta' kwarantina, kif imsemmija fl-Artikolu 3, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7, l-Artikolu 29(2), l-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 49(3)
(1) Identità tal-pest
L-identità tassonomika tal-pesti għandha tkun definita b'mod ċar jew, alternattivament, il-pest għandu jkun ġie muri li jipproduċi sintomi konsistenti u li jiġu mgħoddija.
L-identità tassonomika tal-pest għandha tiġi definita fil-livell tal-ispeċi jew, alternattivament, f'livell tassonomiku ogħla jew aktar baxx, fejn dan il-livell tassonomiku jkun xjentifikament adegwat ibbażat fuq il-virulenza, il-firxa ospitanti jew il-vettur tar-relazzjonijiet tiegħu.
(2) Preżenza tal-pest fit-territorju inkwistjoni
Waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) il-pest ma jkunx magħruf li huwa preżenti fit-territorju kkonċernat;
(b) il-pest ma jkunx magħruf li huwa preżenti fit-territorju inkwistjoni, ħlief f'parti limitata tiegħu;
(c) il-pest ma jkunx magħruf li huwa preżenti fit-territorju inkwistjoni, ħlief għal preżenzi skarsi, irregolari, iżolati u mhux frekwenti fih.
Fejn japplikaw il-punti (b) jew (c), il-pest għandu jiġi kkunsidrat bħala li mhuwiex distribwit b'mod mifrux.
(3) Kapaċità ta' dħul, stabbiliment u tixrid tal-pest fit-territorju inkwistjoni
(a) Kapaċità ta' dħul
Il-pest għandu jiġi kkunsidrat bħala kapaċi li jidħol fit-territorji inkwistjoni, jew, jekk preżenti iżda ma jkunx distribwit b'mod mifrux, fil-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti (“parti rilevanti taż-żona f'periklu”), jekk permezz tat-tixrid naturali, jew jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i) ikun assoċjat, fir-rigward tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu soġġetti għall-moviment fit-territorju inkwistjoni, ma' dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju fejn dawn joriġinaw jew minn fejn ikunu soġġetti għall-moviment lejn it-territorju kkonċernat;
(ii) dan jibqa' ħaj matul it-trasport jew il-ħażna;
(iii) dan jista' jiġi trasferit lejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ospitanti xierqa fit-territorju kkonċernat.
(b) Kapaċità ta' stabbiliment
Il-pest għandu jiġi kkunsidrat bħala kapaċi li “jistabbilixxi ruħu” fit-territorju inkwistjoni, jew, jekk preżenti iżda ma jkunx distribwit b'mod mifrux,fil-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i) ikunu disponibbli ospiti tal-pest u, fejn rilevanti, vetturi għat-trasmissjoni tal-pest;
(ii) il-fatturi ambjentali deċiżivi jkunu favorevoli għall-pest ikkonċernat u, fejn applikabbli, għall-vettur tiegħu, li jippermettulu li jissoppravivi perjodi ta' stress klimatiku u jlesti ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;
(iii) il-prattiki ta' kultivazzjoni u l-miżuri ta' kontroll applikati f'dan it-territorju jkunu favorevoli;
(iv) il-metodi ta' sopravivenza, l-istrateġiji riproduttivi, l-adattabbiltà ġenetika tal-pest u d-daqs tal-popolazzjoni viabbli minima jappoġġaw l-istabbiliment tiegħu.
(c) Kapaċità ta' tixrid
Il-pest għandu jiġi kkunsidrat bħala kapaċi ta' tixrid territorjali fit-territorju inkwistjoni, jew, jekk preżenti iżda ma jkunx distribwit b'mod mifrux, fil-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti, jekk jiġi ssodisfat wieħed jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) l-ambjent ikun xieraq għat-tixrid naturali tal-pest;
(ii) l-ostakli għat-tixrid naturali tal-pest ma jkunux biżżejjed;
(iii) il-prodotti bażiċi jew il-mezzi tal-ġarr jippermettu l-moviment tal-pest;
(iv) l-ospitanti u, fejn rilevanti, il-vetturi tal-pest ikunu preżenti;
(v) il-prattiki ta' kultivazzjoni u l-miżuri ta' kontroll applikati f'dak it-territorju jkunu favorevoli; jew
(vi) l-għedewwa u l-antagonisti naturali tal-pest ma jkunux preżenti jew ma jkunux kapaċi biżżejjed biex joħonqu l-pest.
(4) Impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali
Id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tal-pest fit-territorju inkwistjoni, jew, jekk preżenti iżda ma jkunx distribwit b'mod mifruxfil-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti, għandu jkollhom impatti ekonomiċi, soċjali u/jew ambjentali inaċċettabbli għal dak it-territorju, jew il-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx distribwit b'mod mifrux, fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:
(a) it-telf tal-għelejjel tar-raba' f'termini ta' rendiment u kwalità;
(b) l-ispejjeż tal-miżuri ta' kontroll;
(c) l-ispejjeż ta' tħawwil mill-ġdid u/jew it-telf minħabba l-ħtieġa ta' tkabbir ta' pjanti ta' sostituzzjoni;
(d) l-effetti fuq il-prattiki ta' produzzjoni eżistenti;
(e) l-effetti fuq is-siġar tat-toroq, il-parks u ż-żoni naturali u mħawla;
(f) l-effetti fuq il-pjanti indiġeni, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi;
(g) l-effetti fuq l-istabbiliment, it-tixrid u l-impatt ta' pesti oħra, pereżempju minħabba l-kapaċità tal-pest ikkonċernat biex jaġixxi bħala vettur għal pesti oħra;
(h) il-bidliet għall-ispejjeż tal-produtturi jew id-domanda tal-input, inklużi l-ispejjeż tal-kontroll u l-ispejjeż tal-qerda u t-trażżin;
(i) l-effetti fuq il-profitti tal-produtturi li jirriżultaw minn bidliet fil-kwalità, l-ispejjeż tal-produzzjoni, ir-rendiment jew il-livelli tal-prezzijiet;
(j) il-bidliet fid-domanda tal-konsumaturi domestiċi jew barranin għal prodott li jirriżultaw minn bidliet fil-kwalità;
(k) l-effetti fuq is-swieq domestiċi u tal-esportazzjoni u l-prezzijiet imħallsa, inklużi l-effetti għall-aċċess tas-suq tal-esportazzjoni u l-probabbiltà ta' restrizzjonijiet fitosanitarji imposti mis-sħab kummerċjali;
(l) ir-riżorsi meħtieġa għal aktar riċerka u pariri;
(m) l-effetti ambjentali u oħrajn mhux mixtieqa tal-miżuri ta' kontroll;
(n) l-effetti fuq Natura 2000 jew żoni oħra protetti;
(o) il-bidliet fil-proċessi ekoloġiċi u l-istruttura, l-istabbiltà jew il-proċessi ta' ekosistema, inkluż aktar effetti fuq speċijiet tal-pjanti, l-erożjoni, il-bidliet fis-superfiċje tal-ilma ta' taħt l-art, il-periklu ta' nirien, iċ-ċikli tan-nutrijenti;
(p) l-ispejjeż tar-restawr ambjentali u l-miżuri ta' prevenzjoni;
(q) l-effetti fuq is-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel;
(r) l-effetti fuq l-impjiegi; jew
(s) l-effetti fuq il-kwalità tal-ilma, ir-rikreazzjoni, it-turiżmu, il-wirt tal-pajsaġġ, ir-rigħi tal-annimali, il-kaċċa, is-sajd;.
TAQSIMA 2
Kriterji biex jiġu identifikati l-pesti ta' kwarantina fl-unjoni li jikkwalifikaw bħala pesti ta' prijorità kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) U (2)
Il-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jkollhom l-impatti ekonomiċi, soċjali jew ambjentali l-aktar severi fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni jekk id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tagħhom jissodisfaw wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:
(a) Impatti ekonomiċi: il-pest ikollu l-potenzjal li jikkawża telfiet kbar ħafna f'termini tal-effetti diretti u indiretti msemmija fil-punt (4) tat-Taqsima 1 għal pjanti b'valur ekonomiku sinifikanti fit-territorju tal-Unjoni.
Il-pjanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu siġar li ma jkunux fi produzzjoni.
(b) Impatti soċjali: il-pest ikollu l-potenzjal li jikkawża wieħed jew aktar mill-effetti li ġejjin:
(i) tnaqqis sinifikanti ta' impjiegi fis-setturi kkonċernati tal-agrikoltura, l-ortikoltura jew il-forestrija jew industriji relatati ma' dawk is-setturi, inklużi t-turiżmu u r-rekreazzjoni;
(ii) riskji sinifikanti għas-sigurtà tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel; jew
(iii) l-għajbien ta', jew il-ħsara fuq skala kbira fit-tul lil, speċijiet importanti tas-siġar li jikbru jew jiġu kkultivati fit-territorju tal-Unjoni jew speċijiet tas-siġar ta' importanza kbira f'termini ta' pajsaġġ kif ukoll bħala patrimonju kulturali jew storiku għall-Unjoni.
(c) Impatti ambjentali: il-pest ikollu l-potenzjal li jikkawża wieħed jew aktar mill-effetti li ġejjin:
(i) effetti sinifikanti fuq is-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-effetti fuq l-ispeċijiet u l-habitat elenkati taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 10 ) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );
(ii) żidiet sinifikanti u fit-tul tal-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-pjanti kkonċernati;
(iii) l-għajbien ta', jew il-ħsara fuq skala kbira fit-tul lil, speċijiet importanti ta' siġar li jikbru jew jiġu kkultivati fit-territorju tal-Unjoni jew speċijiet ta' siġar ta' importanza kbira f'termini ta' pajsaġġ kif ukoll bħala patrimonju kulturali jew storiku għall-Unjoni.
TAQSIMA 3
Kriterji għal valutazzjoni preliminari biex jiġu identifikati l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li jeħtieġu miżuri temporanji kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 30(1)
Subtaqsima 1
Kriterji għal valutazzjoni preliminari biex jiġu identifikati l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li jeħtieġu miżuri temporanji kif imsemmi fl-Artikolu 29(1)
(1) Identità tal-pest
Il-pest għandu jissodisfa l-kriterju definit fil-punt (1) tat-Taqsima 1.
(2) Preżenza tal-pest fit-territorju tal-Istat Membru
Il-pest ma jkunx diġà magħruf li huwa preżenti fit-territorju ta' Stat Membru. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lil dak l-Istat Membru, il-pest ma jkunx diġà magħruf ukoll li huwa preżenti fit-territorju tal-Unjoni, jew jiġi kkunsidrat bħala li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2)(b) jew (c) tat-Taqsima 1 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni.
(3) Probabbiltà ta' stabbiliment u tixrid tal-pest fit-territorju tal-Unjoni, jew il-parti(jiet) speċifika/ċi tat-territorju tal-Unjoni fejn ma jkunx preżenti
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Istat Membru, il-pest jissodisfa l-kriterji definiti fil-punti (3)(b) u (c) tat-Taqsima 1 fir-rigward tat-territorju tiegħu u, sa fejn ikun possibbli għall-Istat Membru biex jivvaluta dan, it-territorju tal-Unjoni.
(4) Impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali tal-pest
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Istat Membru, il-pest ikollu impatti ekonomiċi, soċjali u/jew ambjentali inaċċettabbli fir-rigward tat-territorju tiegħu u, sa fejn ikun possibbli għall-Istat Membru biex jivvaluta dan, it-territorju tal-Unjoni, jekk dan jiġi stabbilit u jinxtered f'dak it-territorju.
Dawk l-impatti għandhom jinkludu mill-inqas wieħed jew aktar mill-effetti diretti elenkati skont il-punt (4)(a) sa (g) tat-Taqsima 1.
Subtaqsima 2
Kriterji għal valutazzjoni preliminari biex jiġu identifikati l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni li jeħtieġu miżuri temporanji kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)
(1) Identità tal-pest
Il-pest għandu jissodisfa l-kriterju definit fil-punt (1) tat-Taqsima 1.
(2) Preżenza tal-pest fit-territorju tal-Unjoni
Il-pest ma jkunx diġà magħruf li huwa preżenti fit-territorju tal-Unjoni jew jiġi kkunsidrat bħala li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2)(b) jew (c) tat-Taqsima 1 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni.
(3) Probabbiltà ta' stabbiliment u tixrid tal-pest fit-territorju tal-Unjoni, jew il-parti(jiet) speċifika/ċi tat-territorju tal-Unjoni fejn ma jkunx preżenti
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Unjoni, il-pest jissodisfa l-kriterji definiti fil-punti (3)(b) u (c) tat-Taqsima 1 fir-rigward it-territorju tal-Unjoni.
(4) Impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali tal-pest
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Unjoni, il-pest ikollu impatti ekonomiċi, soċjali u/jew ambjentali inaċċettabbli fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, jekk dan jiġi stabbilit u jinxtered f'dak it-territorju.
Dawk l-impatti għandhom jinkludu mill-inqas wieħed jew aktar mill-effetti diretti elenkati skont il-punt (4)(a) sa (g) tat-Taqsima 1.
TAQSIMA 4
Kriterji biex jiġu identifikati l-pesti li jikkwalifikaw bħala pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 36 u 38
(1) Identità tal-pest
Il-pest għandu jissodisfa l-kriterju definit fil-punt (1) tat-Taqsima 1.
(2) Probabbiltà ta' tixrid tal-pest fit-territorju tal-Unjoni
It-trasmissjoni tal-pest għandu jiġi vvalutat li jseħħ primarjament permezz ta' pjanti speċifiċi għat-tħawwil, pjuttost milli permezz ta' tixrid naturali jew permezz ta' moviment ta' prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra.
Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi, kif xieraq, l-aspetti li ġejjin:
(a) l-għadd ta' ċikli tal-ħajja tal-pest fuq l-ospitanti kkonċernati;
(b) il-bijoloġija, l-epidemjoloġija u s-sopravivenza tal-pest;
(c) il-mogħdijiet naturali, dawk assistiti mill-bniedem jew oħrajn għat-trasmissjoni tal-pest għall-ospitant ikkonċernat u l-effiċjenza tal-mogħdijiet, inklużi l-mekkaniżmi ta' tixrid u r-rata ta' tixrid;
(d) infestazzjoni u t-trasmissjoni sussegwenti tal-pest mill-ospitant ikkonċernat għal pjanti oħra u viċi versa;
(e) il-fatturi klimatoloġiċi;
(f) il-prattiki kulturali qabel u wara l-ħsad;
(g) it-tipi ta' ħamrija;
(h) is-suxxettibbiltà tal-ospitant ikkonċernat u l-istadji rilevanti tal-pjanti ospitanti;
(i) il-preżenza ta' vetturi għall-pest;
(j) il-preżenza ta' għedewwa u antagonisti naturali tal-pest;
(k) il-preżenza ta' ospitanti oħra suxxettibbli għall-pest;
(l) il-prevalenza tal-pest fit-territorju tal-Unjoni;
(m) l-użu maħsub tal-pjanti.
(3) Impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali tal-pest
L-infestazzjoni tal-pjanti għat-tħawwil imsemmija fil-punt (2) bil-pest għandhom ikollhom impatt ekonomiku inaċċettabbli fuq l-użu maħsub ta' dawn il-pjanti fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:
(a) it-telf tal-għelejjel tar-raba' f'termini ta' rendiment u kwalità;
(b) l-ispejjeż żejda tal-miżuri ta' kontroll;
(c) l-ispejjeż żejda tal-ħsad u l-klassifikazzjoni;
(d) l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid;
(e) telfiet minħabba l-ħtieġa li jiġu mkabbra pjanti ta' sostituzzjoni;
(f) l-effetti fuq il-prattiki ta' produzzjoni eżistenti;
(g) l-effetti fuq pjanti ospitanti oħrajn fil-post tal-produzzjoni;
(h) l-effetti fuq l-istabbiliment, it-tixrid u l-impatt ta' pesti oħra, minħabba l-kapaċità tal-pest ikkonċernat biex jaġixxi bħala vettur għal dawn il-pesti l-oħra;
(i) l-effetti għall-ispejjeż tal-produtturi jew id-domanda tal-input, inklużi l-ispejjeż tal-kontroll u l-ispejjeż tal-qerda u t-trażżin;
(j) l-effetti fuq il-profitti tal-produtturi li jirriżultaw minn bidliet fl-ispejjeż tal-produzzjoni, fir-rendiment jew fil-livelli tal-prezzijiet;
(k) il-bidliet fid-domanda tal-konsumaturi domestiċi jew barranin għal prodott li jirriżultaw minn bidliet fil-kwalità;
(l) l-effetti fuq swieq domestiċi u tal-esportazzjoni u l-prezzijiet imħallsa; jew
(m) l-effetti fuq l-impjiegi.
ANNESS II
MIŻURI U PRINĊIPJI GĦALL-ĠESTJONI TAR-RISKJI TA' PESTI
TAQSIMA 1
Miżuri għall-ġestjoni tar-riskji ta' pesti ta' kwarantina kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), l-Artikolu 21, l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 28(4) u (6), l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(5) u (7), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 46(3), l-Artikolu 53(3), l-Artikolu 54(3) u l-Artikolu 75(2)
Il-ġestjoni tar-riskji ta' pesti ta' kwarantina għandha tikkonsisti minn waħda jew aktar, kif ikun xieraq, mill-miżuri li ġejjin:
(1) Miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni u l-eliminazzjoni ta' infestazzjoni ta' pjanti kkultivati u selvaġġi
(a) Restrizzjonijiet rigward l-identità, in-natura, l-oriġini, ir-razza, il-provenjenza u l-istorja tal-produzzjoni tal-pjanti kkultivati.
(b) Restrizzjonijiet tal-kultivazzjoni, il-ħsad u l-użu tal-pjanti.
(c) Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' prodotti mill-pjanti, il-bini, l-art, l-ilma, il-ħamrija, il-mezzi ta' tkabbir, il-faċilitajiet, il-makkinarju, it-tagħmir u oġġetti oħra.
(d) Sorveljanza, eżami viżwali, it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar fil-laboratorju tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti, il-bini, l-art, l-ilma, il-ħamrija, il-mezzi ta' tkabbir, il-faċilitajiet, il-makkinarju, it-tagħmir u oġġetti oħra għall-preżenza ta' pesti ta' kwarantina.
(e) Sorveljanza għall-falliment jew il-bidla fl-effettività ta' speċi ta' pjanta jew varjetà ta' pjanta reżistenti li jkollha x'taqsam ma' bidla fil-kompożizzjoni tal-pest ta' kwarantina jew il-bijotip, patotip, ir-razza jew il-grupp tal-virulenza tiegħu.
(f) Trattament fiżiku, kimiku u bijoloġiku ta' pjanti, prodotti mill-pjanti, bini, art, ilma, ħamrija, mezzi ta' tkabbir, faċilitajiet, makkinarju, tagħmir u oġġetti oħra, infestati jew potenzjalment infestati minn pesti ta' kwarantina.
(g) Il-qerda tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, infestati jew potenzjalment infestati minn pesti ta' kwarantina jew għal finijiet ta' prevenzjoni.
(h) Obbligi tal-informazzjoni, ir-reġistrazzjoni tad-data, il-komunikazzjoni u tar-rappurtar.
(i) Reġistrazzjoni ta' operaturi professjonisti kkonċernati.
Għall-finijiet tal-punt (b), dawn il-miżuri jistgħu jinkludu rekwiżiti rigward l-ittestjar ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet ta' pjanti għal reżistenza għall-pest ta' kwarantina kkonċernat u l-elenkar tal-ispeċi ta' pjanti u l-varjetajiet ta' pjanti li jkunu nstabu reżistenti għall-pest ta' kwarantina kkonċernat.
Għall-finijiet tal-punt (f), dawn il-miżuri jistgħu jinkludu rekwiżiti fir-rigward ta':
(i) ir-reġistrazzjoni, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni uffiċjali tal-operaturi professjonisti li japplikaw it-trattament ikkonċernat;
(ii) il-ħruġ ta' ċertifikat fitosanitarju, passaport tal-pjanti, tikketta jew attestazzjoni uffiċjali oħra għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ttrattati u t-tqegħid tal-marka msemmija fl-Artikolu 96(1) wara l-applikazzjoni tat-trattament ikkonċernat.
(2) Miżuri mmirati lejn kunsinni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra
(a) Restrizzjonijiet fuq l-identità, in-natura, l-oriġini, il-provenjenza, ir-razza, il-metodu ta' produzzjoni, l-istorja tal-produzzjoni u t-traċċabbiltà tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.
(b) Restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni, il-moviment, l-użu, it-trattament, l-ipproċessar, l-imballaġġ, il-ħażna, id-distribuzzjoni u d-destinazzjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.
(c) Sorveljanza, eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni, l-ittestjar fil-laboratorju tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra għall-preżenza ta' pesti tal-kwarantina, inkluż billi jkunu soġġetti għal proċeduri tal-kwarantina u spezzjonijiet qabel l-esportazzjoni f'pajjiżi terzi.
(d) Trattament fiżiku, kimiku u bijoloġiku u, fejn xieraq, il-qerda tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, infestati jew potenzjalment infestati minn pesti ta' kwarantina.
(e) Obbligi tal-informazzjoni, ir-reġistrazzjoni tad-data, il-komunikazzjoni u tar-rappurtar.
(f) Reġistrazzjoni ta' operaturi professjonisti kkonċernati.
Għall-finijiet tal-punti (a) sa (d), dawn il-miżuri jistgħu jinkludu rekwiżiti fir-rigward ta':
(i) il-ħruġ ta' ċertifikat fitosanitarju, passaport tal-pjanti, tikketta jew attestazzjoni uffiċjali oħra, inkluż it-tqegħid tal-marka msemmija fl-Artikolu 96(1) biex tiġi kkonfermata l-konformità mal-punti (a) sa (d);
(ii) ir-reġistrazzjoni, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni uffiċjali tal-operaturi professjonisti li japplikaw it-trattament imsemmi fil-punt (d).
(3) Miżuri mmirati lejn il-mogħdijiet għall-pesti ta' kwarantina, ħlief kunsinni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra
(a) Restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni u l-moviment ta' pesti ta' kwarantina bħala prodott bażiku.
(b) Sorveljanza, eżami viżwali, teħid ta' kampjuni u testijiet tal-laboratorju u fejn xieraq il-qerda ta' pesti ta' kwarantina bħala prodotti bażiċi.
(c) Restrizzjonijiet fuq pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jinġarru minn vjaġġaturi.
(d) Sorveljanza, eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju u fejn xieraq, it-trattament jew il-qerda ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jinġarru minn vjaġġaturi.
(e) Restrizzjonijiet fuq vetturi, l-imballaġġ u oġġetti oħra użati fit-trasport tal-prodotti bażiċi.
(f) Sorveljanza, eżami viżwali, teħid ta' kampjuni u testijiet tal-laboratorju u fejn xieraq it-trattament jew il-qerda ta' vetturi, l-imballaġġ u oġġetti oħra użati fit-trasport tal-prodotti bażiċi.
(g) Obbligi tal-informazzjoni, ir-reġistrazzjoni tad-data, il-komunikazzjoni u tar-rappurtar.
(h) Reġistrazzjoni ta' operaturi professjonisti kkonċernati.
TAQSIMA 2
Prinċipji għall-ġestjoni tar-riskji ta' pesti kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 21, l-Artikolu 28(4) u (6), l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(5) u (7), l-Artikolu 31(1), l-Artikolu 37(4) u (8), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 46(3), l-Artikolu 49(2) u (4), l-Artikolu 53(3), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 72(3), l-Artikolu 74(3), l-Artikolu 75(2), l-Artikolu 79(3) u l-Artikolu 80(3)
Il-ġestjoni tar-riskji ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, il-pest ta' kwarantina f'żona protetta u l-pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:
(1) Neċessità
Il-miżuri għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom jiġu applikati biss fejn tali miżuri jkunu meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid ta' dak il-pest.
(2) Proporzjonalità
Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju maħluq mill-pest ikkonċernat u l-livell ta' protezzjoni li jkun meħtieġ.
(3) Impatt minimu
Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom jirrappreżentaw il-miżuri l-inqas restrittivi disponibbli, u jirriżultaw fl-impediment minimu għall-moviment internazzjonali ta' nies, prodotti bażiċi u mezzi tal-ġarr.
(4) Nondiskriminazzjoni
Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest ma għandhomx jiġu applikati b'tali mod li jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata jew restrizzjoni moħbija, b'mod partikolari fuq il-kummerċ internazzjonali. Huma ma għandhomx ikunu aktar stretti għall-pajjiżi terzi minn miżuri applikati għal dan l-istess pest jekk preżenti fit-territorju tal-Unjoni, jekk il-pajjiżi terzi jistgħu juru li għandhom l-istess status fitosanitarju u japplikaw miżuri fitosanitarji identiċi jew ekwivalenti.
(5) Ġustifikazzjoni teknika
Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom ikunu teknikament ġustifikati fuq il-bażi ta' konklużjonijiet milħuqa bl-użu ta' analiżi tar-riskju xierqa jew, fejn applikabbli, eżaminazzjoni u evalwazzjoni komparabbli oħra ta' informazzjoni xjentifika disponibbli. Dawn il-miżuri għandhom jirriflettu, u, fejn xieraq, ikunu mmodifikati jew jitneħħew biex jirriflettu analiżi tar-riskju ġdida jew aġġornata jew informazzjoni xjentifika rilevanti.
(6) Fattibbiltà
Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom ikunu tali li jippermettu li l-objettiv ta' dawn il-miżuri x'aktarx jinkiseb.
ANNESS III
KRITERJI BIEX JIĠU VVALUTATI PJANTI, PRODOTTI MILL-PJANTI JEW OĠĠETTI OĦRA TA' RISKJU GĦOLI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 42
Il-kriterji li għandu jittieħed kont tagħhom għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 42, huma dawn li ġejjin:
(1) fir-rigward tal-pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ:
(a) huma s-soltu jiġu introdotti fl-Unjoni fl-għamla ta' arbuxell jew siġra jew ikunu preżenti fit-territorju tal-Unjoni f'tali għamla jew ikunu tassonomikament relatati ma' tali pjanti;
(b) huma jinġabru fis-selvaġġ jew jiġu mkabbra minn pjanti miġbura fis-selvaġġ;
(c) huma jiġu mkabbra barra jew jiġu mkabbra minn pjanti mkabbra barra fil-pajjiżi terzi, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żoni speċifiċi ta' pajjiżi terzi kkonċernati;
(d) huma jkunu magħrufa li jospitaw pesti ospitati komunement magħrufa li għandhom impatt kbir ħafna għall-ispeċijiet ta' pjanti li jkunu ta' importanza ekonomika, soċjali jew ambjentali kbira ħafna għat-territorju tal-Unjoni;
(e) huma jkunu magħrufa bħala li jospitaw komunement pesti mingħajr sinjali u sintomi ta' dawk il-pesti, jew b'perijodu fejn l-espressjoni ta' dawk is-sinjali jew is-sintomi tkun moħbija, li jimplika li l-preżenza ta' pesti x'aktarx li ma tidhirx matul l-ispezzjonijiet mal-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni; jew
(f) huma jkunu pjanti perenni nnegozjati komunement bħala pjanti qodma;
(2) fir-rigward ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra oħrajn:
(a) huma jkunu magħrufa li jospitaw u jipprovdu mogħdija sinifikanti għal pesti ospitati komunement magħrufa li għandhom impatt kbir ħafna fuq l-ispeċijiet ta' pjanti li jkunu ta' importanza ekonomika, soċjali jew ambjentali kbira ħafna għat-territorju tal-Unjoni;
(b) huma jkunu magħrufa li jospitaw komunement u jipprovdu mogħdija sinifikanti għal pesti mingħajr sinjali u sintomi ta' dawk il-pesti, jew b'perijodu fejn l-espressjoni ta' dawk is-sinjali jew is-sintomi tkun moħbija, li jimplika li l-preżenza ta' pesti x'aktarx li ma tidhirx matul l-ispezzjonijiet mal-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni.
ANNESS IV
ELEMENTI BIEX JIĠU IDENTIFIKATI PJANTI JEW PRODOTTI MILL-PJANTI LI X'AKTARX JOĦOLQU RISKJI TA' PESTI LI GĦADHOM KEMM ĠEW IDENTIFIKATI JEW RISKJI FITOSANITARJI SUSPETTATI OĦRA GĦAT-TERRITORJU TAL-UNJONI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 49
Il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li x'aktarx joħolqu riskji ta' pesti għat-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 49(1), fejn dawk il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti jissodisfaw mill-inqas tlieta mill-kondizzjonijiet li ġejjin, inkluż mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet previsti fil-punti (1)(a), (b) u (c):
(1) Il-karatteristiċi tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti:
(a) huma jappartjenu għal, jew jiġu prodotti minn, ġeneru jew familja ta' pjanti magħrufa li tospita komunement pesti regolati bħala pesti ta' kwarantina fit-territorju tal-Unjoni jew f'pajjiżi terzi;
(b) huma jappartjenu għal, jew jiġu prodotti minn, ġeneru jew familja ta' pjanta magħrufa li tospita pesti ospitati komunement magħrufa li jkollha impatt kbir ħafna fuq l-ispeċijiet ta' pjanti mkabbra fit-territorju tal-Unjoni li jkollhom importanza ekonomika, soċjali jew ambjentali maġġuri għat-territorju tal-Unjoni;
(c) huma jappartjenu għal, jew jiġu prodotti minn, ġeneru jew familja ta' pjanta magħrufa li tospita komunement pesti mingħajr sinjali u sintomi ta' dawk il-pesti, jew b'perijodu fejn l-espressjoni ta' dawk is-sinjali jew is-sintomi tkun moħbija għal mill-inqas tliet xhur, li jimplika li l-preżenza ta' pesti fuq dawk il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti x'aktarx li ma tidhirx matul il-kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, mingħajr rikors għat-teħid ta' kampjuni u ttestjar jew il-preżentazzjoni għall-proċeduri tal-kwarantina;
(d) huma jiġu mkabbra barra jew imkabbra minn pjanti mkabbra barra fil-pajjiż terz ta' oriġini;
(e) huma ma jkunux kunsinnati f'kontejners jew imballaġġ magħluqa, jew meta ttrasportati b'tali mod, il-vjeġġi minħabba d-daqs tagħhom ma jkunux jistgħu jinfetħu f'bini magħluq għal finijiet ta' kontrolli uffiċjali waqt l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni.
(2) L-oriġini tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti:
(a) huma joriġinaw minn, jew jiċċaqalqu minn, pajjiż terz li jkun is-sors ta' notifiki ripetittivi ta' interċettazzjoni ta' pesti ta' kwarantina mhux elenkati skont l-Artikolu 5(2);
(b) huma joriġinaw minn, jew ikunu soġġetti għal moviment minn, pajjiż terz li ma jkunx parti kontraenti għall-IPPC.
ANNESS V
KONTENUT TA' ĊERTIFIKATI FITOSANITARJI GĦALL-INTRODUZZJONI FIT-TERRITORJU TAL-UNJONI
PARTI A
Ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 76(1)
PARTI B
Ċertifikati fitosanitarji għar-riesportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 76(1)
ANNESS VI
KRITERJI BIEX JIĠU IDENTIFIKATI L-PJANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 73, LI MA JKUNUX JEĦTIEĠU ĊERTIFIKAT FITOSANITARJU
Il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 73 għandha tieħu kont tal-kriterji li ġejjin:
(1) il-pjanti ma jospitawx pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30, jew pesti ospitati komunement li jista' jkollhom impatt fuq speċijiet ta' pjanti mkabbra fl-Unjoni;
(2) il-pjanti jkollhom storja ta' konformità mar-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni rilevanti għall-pajjiż terz jew il-pajjiżi ta' oriġini;
(3) l-ebda indikazzjoni ta' tifqigħa(t) ma tkun marbuta mal-introduzzjoni tal-pjanti kkonċernati minn wieħed jew aktar mill-pajjiżi terzi, u dawk il-pjanti ma jkunux ġew soġġetti għall-interċezzjonijiet ripetittivi ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30 meta jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni.
ANNESS VII
PASSAPORTI TAL-PJANTI
PARTI A
Passaporti tal-pjanti għal moviment fit-territorju tal-Unjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(2)
(1) Il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(a) il-kliem “Passaport tal-Pjanti” fir-rokna tal-lemin ta' fuq tiegħu, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk differenti, separati minn linja mmejla;
(b) il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta' fuq tiegħu, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed;
(c) l-ittra “A.”, segwita mill-isem botaniku tal-ispeċijiet tal-pjanta jew l-unità tassonomika kkonċernata, fil-każ ta' pjanti u prodotti mill-pjanti, jew, fejn xieraq, l-isem tal-oġġett ikkonċernat, u, b'mod fakultattiv. l-isem tal-varjetà;
(d) l-ittra “B.”, segwita minn sussegwentement il-kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, għall-Istat Membru li fih l-operatur professjonist li joħroġ il-passaport tal-pjanti huwa rreġistrat, sing u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur professjonist ikkonċernat li joħroġ il-passaport tal-pjanti jew li għalih il-passaport tal-pjanti jinħareġ mill-awtorità kompetenti;
(e) l-ittra “C.”, segwita mill-kodiċi ta' traċċabilità tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat;
(f) l-ittra “D.”, fejn applikabbli segwita minn:
(i) l-isem tal-pajjiż terz ta' oriġini, jew
(ii) kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-Istat Membru ta' oriġini.
(2) Il-kodiċi ta' traċċabilità imsemmi fil-punt (1)(e) jista' jiġi ssupplimentat ukoll b'referenza għal barcode, ologramma, ċippa jew mezz ieħor li jġorr id-data uniku traċċabbli, preżenti fl-unità tan-negozjar.
PARTI B
Passaporti tal-pjanti għal moviment lejn u fi ħdan żoni protetti kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(2)
(1) Il-passaport tal-pjanti għall-moviment lejn u fi ħdan żoni protetti għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(a) il-kliem “Passaport tal-Pjanti — PP” fir-rokna tal-lemin ta' fuq tiegħu, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk differenti, separati minn linja mmejla;
(b) immedjatament taħt dawk il-kliem, l-isem/ismijiet xjentifiku/ċi jew il-kodiċi(jiet) tal-pest(i) rispettiv(i) ta' kwarantina f'żona protetta, kif imsemmi fl-Artikolu 32(3);
(c) il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta' fuq tiegħu, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed;
(d) l-ittra “A.”, segwita mill-isem botaniku tal-ispeċijiet tal-pjanti jew l-unità tassonomika kkonċernata, fil-każ ta' pjanti u prodotti mill-pjanti, jew, fejn xieraq, l-isem tal-oġġett ikkonċernat u, b'mod fakultattiv, l-isem tal-varjetà;
(e) l-ittra “B.”, segwita minn sussegwentement il-kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, għall-Istat Membru li fih l-operatur professjonist li joħroġ il-passaport tal-pjanti huwa rreġistrat, sing u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur professjonist ikkonċernat li joħroġ il-passaport tal-pjanti jew li għalih il-passaport tal-pjanti jinħareġ mill-awtorità kompetenti;
(f) l-ittra “C.”, segwita mill-kodiċi ta' traċċabilità tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat;
(g) l-ittra “D.”, fejn xieraq segwita minn:
(i) l-isem tal-pajjiż terz ta' oriġini, jew
(ii) kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-Istat Membru ta' oriġini u, fil-każ ta' sostituzzjoni tal-passaport tal-pjanti, in-numru ta' reġistrazzjoni tal-operatur professjonist ikkonċernat li ħareġ il-passaport tal-pjanti inizjali jew li għalih il-passaport tal-pjanti nħareġ mill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 93 (1) u (2).
(2) Il-kodiċi ta' traċċabilità msemmi fil-punt (1)(f) jista' jiġi ssupplimentat ukoll b'referenza għal barcode, ologramma, ċippa jew mezz ieħor li jġorr id-data uniku traċċabbli, preżenti fl-unità tan-negozjar.
PARTI C
Passaporti tal-pjanti għal moviment fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma' tikketta ta' ċertifikazzjoni, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(5)
(1) Il-passaport tal-pjanti għal moviment fit-territorju tal-Unjoni, f'tikketta konġunta flimkien mat-tikketta uffiċjali għal żrieragħ jew materjal ieħor ta' propagazzjoni msemmi fl-Artikoli 10(1) tad-Direttiva 66/401/KEE, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 66/402/KEE, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 68/193/KEE, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/54/KE, l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/56/KE, u l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2002/57/KE, u t-tikketta għal materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/90/KE, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(a) il-kliem “Passaport tal-Pjanti” fir-rokna tal-lemin ta' fuq tat-tikketta konġunta, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk differenti, separati minn linja mmejla;
(b) il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta' fuq tat-tikketta konġunta stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed;
Il-passaport tal-pjanti għandu jitqiegħed fit-tikketta konġunta immedjatament fuq, u jkollu l-istess wisa', bħat-tikketta uffiċjali.
(2) Il-punt (2) tal-Parti A għandu japplika kif meħtieġ.
PARTI D
Passaporti tal-pjanti għal moviment lejn u fi ħdan żoni protetti, flimkien ma' tikketta ta' ċertifikazzjoni, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(5)
(1) Il-passaport tal-pjanti għal moviment lejn u fi ħdan żoni protetti, f'tikketta konġunta flimkien mat-tikketta uffiċjali għal żrieragħ jew materjal ieħor ta' propagazzjoni msemmi fl-Artikoli 10(1) tad-Direttiva 66/401/KEE, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 66/402/KEE, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 68/193/KEE, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/54/KE, l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/56/KE, u l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2002/57/KE, u t-tikketta għal materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/90/KE, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(a) il-kliem “Passaport tal-Pjanti — PP” fir-rokna tal-lemin ta' fuq tat-tikketta konġunta f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk differenti, separati minn linja mmejla;
(b) immedjatament taħt dawn il-kliem, l-isem/ismijiet jew kodiċi(jiet) xjentifiku/ċi tal-pest(i) ta' kwarantina f'żona protetta kkonċernat(i);
(c) il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta' fuq tat-tikketta konġunta stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed.
Il-passaport tal-pjanti għandu jitqiegħed fit-tikketta konġunta immedjatament fuq, u jkollu l-istess wisa' bħat-tikketta uffiċjali jew, fejn japplika, bħal dak iċ-ċertifikat ewlieni.
(2) Il-punt (2) tal-Parti B għandu japplika kif meħtieġ.
ANNESS VIII
KONTENUT TAĊ-ĊERTIFIKATI FITOSANITARJI GĦALL-ESPORTAZZJONI IR-RIESPORTAZZJONI U QABEL L-ESPORTAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 100(3), L-ARTIKOLU 101(4) U FL-ARTIKOLU 102(6)
PARTI A
Ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 100(3)
1. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-moviment 'il barra mit-territorju tal-Unjoni, għall-fini ta' esportazzjoni lejn pajjiż terz, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(a) il-kliem “Ċertifikat fitosanitarju”, segwiti minn sussegwentement:
(i) l-ittri “UE”;
(ii) il-kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, għall-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-operatur professjonist li jitlob il-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni;
(iii) linja mmejla;
(iv) kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għaċ-ċertifikat, li jikkonsisti minn numri jew kombinazzjoni ta' ittri u numri, l-ittri li jirrappreżentaw, kif applikabbli, il-provinċja u d-distrett tal-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifikat;
(b) il-kliem “Isem u indirizz tal-esportatur”, segwiti bl-isem u l-indirizz tal-operatur reġistrat, jew persuna privata, li titlob il-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni;
(c) il-kliem “Isem u indirizz tad-destinatarju iddikjarati”, segwiti bl-isem u l-indirizz tad-destinatarju ddikjarati;
(d) il-kliem “L-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti ta'”, segwiti bl-isem tal-Istat Membru li l-organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-pjanti tiegħu toħroġ iċ-ċertifikat, u sussegwentement il-kliem “lill-Organizzazzjoni(jiet) għall-Protezzjoni tal-Pjanti ta'”, segwiti mill-isem jew, kif applikabbli, l-ismijiet, tal-pajjiż jew, kif applikabbli, il-pajjiżi ta' destinazzjoni;
(e) il-kliem “Post ta' oriġini”, segwiti mill-post jew il-postijiet ta' oriġini tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra inklużi fil-kunsinna li għaliha jkun inħareġ iċ-ċertifikat. Fil-każijiet kollha, għandu jiġi ddikjarat l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi ta' oriġini;
(f) kaxxa bla numru, riżervata għal-logo tal-UE. B'mod fakultattiv, jistgħu jiżdiedu logos uffiċjali oħra;
(g) il-kliem “Mezzi ta' ġarr iddikjarati”, segwiti mill-mezzi ta' ġarr iddikjarati ta' dik il-kunsinna;
(h) il-kliem “Punt ta' dħul iddikjarat”, segwiti mill-punt ta' dħul iddikjarat fil-pajjiż ta' destinazzjoni ta' dik il-kunsinna;
(i) il-kliem “Marki ta' distinzjoni; in-numru u d-deskrizzjoni tal-imballaġġi; l-isem tal-prodott tal-art; l-isem botaniku tal-pjanti”, segwiti minn deskrizzjoni tal-kunsinna inkluż l-isem botaniku tal-pjanti jew l-isem tal-prodott tal-art, il-marki ta' distinzjoni, u in-numru u t-tip ta' pakketti inklużi fil-kunsinna;
(j) il-kliem “Kwantità ddikjarata”, segwiti mill-kwantità tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra inklużi f'dik il-kunsinna, espressa permezz ta' numru jew piż;
(k) il-kliem “B'dan qiegħed jiġi ċċertifikat li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra rregolati deskritti hawnhekk ġew spezzjonati u/jew ittestjati skont il-proċeduri uffiċjali xierqa u huma kkunsidrati ħielsa mill-pesti ta' kwarantina speċifikati mill-parti kontraenti li qed timporta u li jikkonformaw mar-rekwiżiti fitosanitarji attwali tal-parti kontraenti li qed timporta, inklużi dawk għal pesti regolati mhux ta' kwarantina”. B'mod fakultattiv, tista' tiżdied il-klawżola li ġejja: “Dawn huma meqjusa bħala prattikament ħielsa minn pesti oħra.”;
(l) il-kliem “Dikjarazzjoni addizzjonali”, segwiti mid-dikjarazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 71(2) u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 71(3) u, b'mod fakultattiv, kwalunkwe informazzjoni fitosanitarja oħra rilevanti għall-kunsinna. Jekk ikun hemm spazju insuffiċjenti għad-dikjarazzjoni addizzjonali sħiħa tista' tiżdied mehmuża. L-informazzjoni fil-mehmuża għandha tinkludi biss dak li hu meħtieġ fir-rigward taċ-ċertifikat fitosanitarju. Il-paġni kollha tal-mehmuża għandu jkollhom in-numru taċ-ċertifikat fitosanitarju u għandhom ikunu ddatati, iffirmati u stampati bl-istess mod kif meħtieġ għaċ-ċertifikat fitosanitarju. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jirreferi għal kwalunkwe mehmuża fit-taqsima xierqa;
(m) il-kliem “Trattament ta' diżinfestazzjoni u/jew diżinfezzjoni”;
(n) il-kelma “Trattament”, segwita mit-trattament li kien applikat għal dik il-kunsinna;
(o) il-kliem “Kimika (ingredjent attiv)”, segwiti mill-ingredjent attiv tal-kimika użata għat-trattament imsemmi fil-punt (n);
(p) il-kliem “Tul ta' ħin u temperatura”, segwiti bit-tul ta' ħin u, fejn applikabbli, it-temperatura ta' dak it-trattament;
(q) il-kelma “Konċentrazzjoni”, segwita bil-konċentrazzjoni ta' dik il-kimika milħuqa matul dak it-trattament;
(r) il-kelma “Data”, segwita mid-data li fiha dak it-trattament kien applikat;
(s) il-kelma “Informazzjoni addizzjonali”, segwita minn kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-awtorità kompetenti tixtieq tinkludi fiċ-ċertifikat;
(t) il-kliem “Post tal-ħruġ”, segwiti mill-post tal-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju;
(u) il-kelma “Data”, segwita mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju;
(v) il-kliem “Isem u firma tal-uffiċjal awtorizzat”, segwiti mill-isem u l-firma tal-uffiċjal li joħroġ u jiffirma ċ-ċertifikat fitosanitarju;
(w) il-kliem “Timbru tal-organizzazzjoni”, segwiti mit-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat fitosanitarju; u
(x) b'mod fakultattiv, is-sentenza “L-ebda responsabbiltà finanzjarja fir-rigward ta' dan iċ-ċertifikat ma tappartjeni lil (isem l-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti) jew lil kwalunkwe uffiċjal jew rappreżentant tagħha” tista' tiżdied fiċ-ċertifikat taħt il-kwadru.
2. Fejn iċ-ċertifikat fitosanitarju ma jkunx inħareġ b'mod elettroniku, il-karta użata għandu jkun fiha marka tal-ilma, siġill imqabbeż jew logo mqabbeż iddeterminat mill-awtorità kompetenti li tiffirma ċ-ċertifikat. Il-kulur tat-test stampat minn qabel għandu jkun aħdar għajr in-numru taċ-ċertifikat oriġinali kif imsemmi fil-punt (a)(iv) tal-paragrafu 1, li jista' jkun kulur ieħor.
PARTI B
Ċertifikati fitosanitarji għar-riesportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 101(4)
1. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għal moviment 'il barra mit-territorju tal-Unjoni, għall-fini ta' riesportazzjoni lejn pajjiż terz, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(a) il-kliem “Ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni”, segwiti minn sussegwentement:
(i) l-ittri “UE”;
(ii) il-kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, għall-Istat Membru li fih huwa rreġistrat l-operatur professjonist li jitlob il-ħruġ ta' ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni;
(iii) linja mmejla; u
(iv) kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għaċ-ċertifikat, li jikkonsisti minn numri jew kombinazzjoni ta' ittri u numri, l-ittri li jirrappreżentaw, kif applikabbli, il-provinċja u d-distrett tal-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifikat;
(b) il-kliem “Isem u indirizz tal-esportatur”, segwiti bl-isem u l-indirizz tal-operatur reġistrat li jitlob il-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni;
(c) il-kliem “Isem u indirizz tad-destinatarju iddikjarati”, segwiti bl-isem u l-indirizz tad-destinatarju ddikjarati;
(d) il-kliem “L-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti ta'”, segwiti bl-isem tal-Istat Membru li l-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti tiegħu toħroġ iċ-ċertifikat, u sussegwentement il-kliem “lill-organizzazzjoni(jiet) għall-protezzjoni tal-pjanti ta'”, segwiti mill-isem jew, kif japplika, l-ismijiet, tal-pajjiż jew, kif japplika, il-pajjiżi ta' destinazzjoni;
(e) il-kliem “Post ta' oriġini”, segwiti mill-post jew il-postijiet ta' oriġini tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra inklużi fil-kunsinna li għaliha jkun inħareġ iċ-ċertifikat. Fil-każijiet kollha, għandu jiġi ddikjarat l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi ta' oriġini;
(f) kaxxa bla numru, riżervata għal-logo tal-UE. B'mod fakultattiv, jistgħu jiżdiedu logos uffiċjali oħra;
(g) il-kliem “Mezzi ta' ġarr iddikjarati”, segwiti mill-mezzi ta' ġarr iddikjarati ta' dik il-kunsinna;
(h) il-kliem “Punt ta' dħul iddikjarat”, segwiti mill-punt ta' dħul iddikjarat fil-pajjiż ta' destinazzjoni ta' dik il-kunsinna;
(i) il-kliem “Marki ta' distinzjoni; in-numru u d-deskrizzjoni tal-imballaġġi; l-isem tal-prodott tal-art; l-isem botaniku tal-pjanti”, segwiti minn deskrizzjoni tal-kunsinna inkluż l-isem botaniku tal-pjanti jew l-isem tal-prodott tal-art, il-marki ta' distinzjoni, u in-numru u t-tip ta' pakketti inklużi fil-kunsinna;
(j) il-kliem “Kwantità ddikjarata”, segwiti mill-kwantità tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra inklużi f'dik il-kunsinna, espressa permezz ta' numru jew piż;
(k) it-test li ġej:
“Dan qiegħed jiċċertifika
— li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew artikoli regolati oħra deskritti hawn fuq ġew importati fi …(pajjiż/ parti kontraenti ta' riesportazzjoni) minn (pajjiż/ parti kontraenti ta' oriġini) kopert miċ-ċertifikat fitosanitarju Nru …
— □kopja□ vera ċċertifikati oriġinali li hija mehmuża ma' dan iċ-ċertifikat,
— li dawn huma
— □ippakkjati□ ippakkjati mill-ġdid
— f'
— □kontenituri oriġinali□ ġodda,
— li abbażi
— □taċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali u
— □spezzjoni addizzjonali,
— dawn huma meqjusa li huma konformi mar-rekwiżiti fitosanitarji attwali tal-pajjiż/parti kontraenti li qed timporta, u
— li matul il-ħażna fi …(parti kontraenti ta' riesportazzjoni) il-kunsinna ma ġietx soġġetta għar-riskju ta' infestazzjoni jew infezzjoni.”
f'liema test l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun mimlija u l-kaxxi jridu jiġu mmarkati skont kif japplika;
(l) il-kliem “Dikjarazzjoni addizzjonali”, segwiti mid-dikjarazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 71(2) u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 71(3) u, b'mod fakultattiv, kwalunkwe informazzjoni fitosanitarja oħra rilevanti għall-kunsinna. Jekk ikun hemm spazju insuffiċjenti għad-dikjarazzjoni addizzjonali sħiħa tista' tiżdied mehmuża. L-informazzjoni fil-mehmuża għandha tinkludi biss dak li hu meħtieġ fir-rigward taċ-ċertifikat fitosanitarju. Il-paġni kollha tal-mehmuża għandu jkollhom in-numru taċ-ċertifikat fitosanitarju u għandhom ikunu ddatati, iffirmati u stampati bl-istess mod kif meħtieġ għaċ-ċertifikat fitosanitarju. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jirreferi għal kwalunkwe mehmuża fit-taqsima xierqa;
(m) il-kliem “Trattament ta' diżinfestazzjoni u/jew diżinfezzjoni”;
(n) il-kelma “Trattament” , segwita mit-trattament li kien applikat għal dik il-kunsinna;
(o) il-kliem “Kimika (ingredjent attiv)”, segwiti mill-ingredjent attiv tal-kimika użata għat-trattament imsemmi fil-punt (m);
(p) il-kliem “Tul ta' ħin u temperatura”, segwiti bit-tul ta' ħin u, fejn applikabbli, it-temperatura ta' dak it-trattament;
(q) il-kelma “Konċentrazzjoni”, segwita bil-konċentrazzjoni ta' dik il-kimika milħuqa matul dak it-trattament;
(r) il-kelma “Data”, segwita mid-data li fiha dak it-trattament kien applikat;
(s) il-kelma “Informazzjoni addizzjonali”, segwita minn kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-awtorità kompetenti tixtieq tinkludi fiċ-ċertifikat;
(t) il-kliem “Post tal-ħruġ”, segwiti mill-post tal-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju;
(u) il-kelma “Data”, segwita mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju;
(v) il-kliem “Isem u firma tal-uffiċjal awtorizzat”, segwiti mill-isem u l-firma tal-uffiċjal li joħroġ u jiffirma ċ-ċertifikat fitosanitarju;
(w) il-kliem “Timbru tal-organizzazzjoni”, segwiti mit-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat fitosanitarju;
(x) b'mod fakultattiv, is-sentenza “L-ebda responsabbiltà finanzjarja fir-rigward ta' dan iċ-ċertifikat ma tappartjeni lil (isem l-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti) jew lil kwalunkwe uffiċjal jew rappreżentant tagħha” tista' tiżdied fiċ-ċertifikat taħt il-kwadru.
2. Fejn iċ-ċertifikat fitosanitarju ma jkunx inħareġ b'mod elettroniku, il-karta użata għandu jkun fiha marka tal-ilma, siġill imqabbeż jew logo mqabbeż iddeterminat mill-awtorità kompetenti li tiffirma ċ-ċertifikat. Il-kulur tat-test stampat minn qabel għandu jkun kannella għajr in-numru taċ-ċertifikat oriġinali kif imsemmi fil-punt (a)(iv) tal-paragrafu 1, li jista' jkun kulur ieħor.
PARTI C
Ċertifikati ta' qabel l-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 102(6)
ANNESS IX
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 28(1)(e) |
Artikoli 3, 4 u 5 |
Artikolu 28(1)(d) |
Artikolu 6 |
Artikolu 28(1)(f) |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 31(1) |
Artikoli 10 u 11 |
Artikolu 28(1)(d) |
Artikoli 12 u 13 |
— |
Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 28(1)(g) |
Artikolu 3 |
Artikoli 14(1) u 15(1) |
Artikoli 4 sa 8 |
Artikolu 28(1)(a) sa (d) |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
Artikolu 31 |
Artikolu 12 |
Artikolu 28(1) |
Artikoli 13 sa 15 |
— |
Annessi I sa V |
Artikolu 28(1) |
Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 28(1)(g) |
Artikolu 3 |
Artikoli 14(1) u 15(1) |
Artikolu 4 sa 7 |
Artikolu 28(1)(a) sa (c) |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 31 |
Artikolu 11 |
Artikolu 28(1) |
Artikoli 12 sa 14 |
— |
Annessi I sa VII |
Artikolu 28(1) |
Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 28(1) |
Artikoli 2 u 3 |
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikoli 4 sa 8 |
Artikolu 28(1)(g) |
Artikoli 9 sa 13 |
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikolu 14 |
Artikolu 8 |
Artikolu 15 |
Artikolu 31 |
Artikolu 16 |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 17 |
Artikolu 107 |
Artikoli 18 sa 20 |
— |
Annessi I sa IV |
Artikolu 28(1) |
Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(2) |
— |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(4) |
— (*1) |
Artikolu 1(5) u (6) |
— |
Artikolu 2(1)(a) |
Artikolu 2, punt (1) |
Artikolu 2(1)(b) |
Artikolu 2, punt (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1)(c) |
Artikolu 2, punt (3) |
Artikolu 2(1)(d) |
Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 2(1)(e) |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 2(1)(f) |
Artikolu 78 |
Artikolu 2(1)(g) |
— (*1) |
Artikolu 2(1)(h) |
Artikoli 32 sa 35 |
Artikolu 2(1)(i), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 76 (*1) |
Artikolu 2(1)(i), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
— (*1) |
Artikolu 2(1)(j) sa (n) |
— (*1) |
Artikolu 2(1)(o) |
Artikolu 2, punt (7) |
Artikolu 2(1)(p), (q) u (r) |
— (*1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2, punt (2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 3(2) u (3) |
Artikoli 5(1), 37(1) u 41(1) |
Artikolu 3(4) |
Artikoli 5(1) u 37(1) |
Artikolu 3(5) |
Artikoli 32(2) u 54(1) |
Artikolu 3(6) |
Artikoli 5(2) u 32(3) |
Artikolu 3(7) |
Artikoli 5(2) u (3), 28(1) u 37(2) |
Artikoli 3(8) u (9) |
Artikoli 8, 39, 48 u 58 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 40(1) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 53(1) |
Artikolu 4(3) |
— |
Artikolu 4(4) |
— |
Artikolu 4(5) |
Artikoli 8, 48 u 58 |
Artikolu 4(6) |
Artikolu 46 |
Artikolu 5(1) |
Artikoli 40(1) u 41(1) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 53(1) |
Artikolu 5(3) |
Artikoli 40(3) u 53(3) |
Artikolu 5(4) |
Artikoli 41(1) u 75 |
Artikolu 5(5) |
Artikoli 8, 48 u 58 |
Artikolu 5(6) |
Artikolu 46 |
Artikolu 6(1) sa (4) |
Artikolu 87(1), (2) u (3) |
Artikolu 6(5), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 87(1), (2) u (3) |
Artikolu 6(5), it-tielet subparagrafu |
Artikoli 65 u 68 |
Artikolu 6(5), ir-raba' subparagrafu |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 6(5), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 81 |
Artikolu 6(6) |
Artikoli 65 u 69 |
Artikolu 6(7) |
Artikolu 81 |
Artikolu 6(8), l-ewwel inċiż |
— |
Artikolu 6(8), it-tieni inċiż |
Artikolu 57 |
Artikolu 6(8), it-tielet inċiż |
Artikolu 87(4) |
Artikolu 6(8), ir-raba' inċiż |
Artikoli 66, 69 u 90 |
Artikolu 6(8), il-ħames inċiż |
— |
Artikolu 6(8), is-sitt inċiż |
Artikolu 81 |
Artikolu 6(9) |
Artikolu 66 |
Artikolu 10(1) |
Artikoli 78, 83(5), 85, 86 u 87 |
Artikolu 10(2) |
Artikoli 79, 80 u 81 |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 93 |
Artikolu 10(4), l-ewwel inċiż |
Artikolu 83(7) u (8) |
Artikolu 10(4), it-tieni, it-tielet u r-raba' inċiż |
— |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 87(1) |
Artikolu 11(2) |
— |
Artikolu 11(3) |
— (*1) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 92(2) u (3) |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 92(2) u (3) |
Artikolu 12(1) |
— (*1) |
Artikolu 12(2) |
Artikoli 69(4), 93(5) u 95(3) (*1) |
Artikolu 12(3) |
— (*1) |
Artikolu 12(4) |
Artikoli 41(4) u 95(5) (*1) |
Artikolu 13(1) u (2) |
Artikolu 76(5) (*1) |
Artikolu 13(3) u (4) |
— (*1) |
Artikolu 13a(1) u (2) |
— (*1) |
Artikolu 13a(3) |
Artikolu 76 (*1) |
Artikolu 13a(4) |
Artikolu 76 (*1) |
Artikolu 13a(5) |
— (*1) |
Artikolu 13b |
— (*1) |
Artikolu 13c(1)(a) |
— (*1) |
Artikolu 13c(1)(b) |
Artikolu 65 (*1) |
Artikolu 13c(1)(c) |
— (*1) |
Artikolu 13c(2) sa (4) |
— (*1) |
Artikolu 13c(6) |
Artikolu 94 (*1) |
Artikolu 13c(7) |
Artikolu 77 (*1) |
Artikolu 13c(8) |
Artikoli 40(4), 41(4), 53(4), 54(4) u 103 (*1) |
Artikolu 13d |
— (*1) |
Artikolu 13e |
Artikoli 100 u 101 |
Artikolu 14 |
Artikoli 5(3) u (4), 32(3), 37(2) u (3), 40(2), 41(2), 53(3), 54(3), 72(2) u (3), 74(2) u (3), 79(2) u (3) u 80(2) u (3) |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 41(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 41(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 71(3) |
Artikolu 15(4) |
— |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 9(1) u (2) u Artikolu 17 |
Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 29 |
Artikolu 16(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 13 |
Artikolu 16(2), ir-raba' subparagrafu |
— |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 30 |
Artikolu 16(4) |
Artikoli 28(1), 30(1) u 49(1) |
Artikolu 16(5) |
Artikoli 28(6), 30(7) u 49(4) |
Artikolu 18 |
Artikolu 107 |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 21(1) sa (5) |
— (*1) |
Artikolu 21(6) |
Artikolu 103 |
Artikolu 21(7) u (8) |
— |
Artikolu 27 |
— |
Artikolu 27a |
— (*1) |
Artikolu 28 u 29 |
— |
Anness I, Parti A |
Artikolu 5(2) |
Anness I, Parti B |
Artikolu 32(3) |
Anness II, Parti A, Taqsima I |
Artikolu 5(2) |
Anness II, Parti A, Taqsima II |
Artikolu 37(2) |
Anness II, Parti B |
Artikolu 32(3) |
Anness III, Parti A |
Artikolu 40(2) |
Anness III, Parti B |
Artikolu 53(2) |
Anness IV, Parti A |
Artikolu 41(2) |
Anness IV, Parti B |
Artikolu 54(2) |
Anness V, Parti A, Punt I |
Artikolu 79(1) |
Anness V, Parti A, Punt II |
Artikolu 80(1) |
Anness V, Parti B, Punt I |
Artikolu 72 |
Anness V, Parti B, Punt II |
Artikolu 74 |
Anness VI |
— |
Anness VII |
Anness VIII |
Anness VIII |
— |
Anness VIIIa |
— (*1) |
Anness IX |
— |
(*1) Ara l-Artikolu 109(1). |
( 1 ) Regolament ►C1 (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) ( ►C1 ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1 ◄ ).
( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti (ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
( 5 ) ISO 3166-1:2006, Kodiċijiet għar-rappreżentazzjoni tal-ismijiet tal-pajjiżi u s-subdiviżjonijiet tagħhom — Parti 1: Kodiċijiet tal-pajjiżi. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, Ġinevra.
( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
( 9 ) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
( *1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir- Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).”
( *2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4).”;
( *3 ) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4)”.
( 10 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
( 11 ) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).