02016R0794 — MT — 28.06.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2016/794 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2016

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI

(ĠU L 135 24.5.2016, p. 53)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2022/991 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ġunju 2022

  L 169

1

27.6.2022




▼B

REGOLAMENT (UE) 2016/794 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2016

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, OBJETTIVI U KOMPITI TAL-EUROPOL

Artikolu 1

Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

1.  
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) hija b'dan stabbilita bil-ħsieb li tagħti appoġġ fil-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni.
2.  
Il-Europol, kif stabbilita b'dan ir-Regolament, tissostitwixxi u tissuċċedi l-Europol kif ġie stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) 

“l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri” tfisser l-awtoritajiet kollha tal-pulizija u servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi li jeżistu fl-Istati Membri li huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll awtoritajiet pubbliċi oħra li jeżistu fl-Istati Membri li huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom il-Europol huwa kompetenti;

(b) 

“analiżi strateġika” tfisser il-metodi u t-tekniki kollha li permezz tagħhom tinġabar, tiġi maħżuna, ipproċessata u vvalutata l-informazzjoni bil-għan li tiġi appoġġata u żviluppata politika kriminali li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni effiċjenti u effettiva kontra il-kriminaltà u l-ġlieda kontriha;

(c) 

“analiżi operattiva” tfisser il-metodi u t-tekniki kollha li permezz tagħhom tinġabar, tiġi maħżuna, ipproċessata u vvalutata l-informazzjoni bil-għan li jiġu appoġġati l-investigazzjonijiet kriminali;

(d) 

“korpi tal-Unjoni” tfisser istituzzjonijiet, korpi, missjonijiet, uffiċċji u aġenziji stabbiliti mit-TUE u t-TFUE, jew abbażi tagħhom;

(e) 

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha regolata bil-liġi internazzjonali pubblika jew kwalunkwe korp ieħor li huwa stabbilit minn, jew abbażi ta' ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar;

(f) 

“partijiet privati” tfisser entitajiet u korpi stabbiliti skont il-liġi ta' Stat Membru jew pajjiż terz, b'mod partikolari kumpanniji u ditti, assoċjazzjonijiet kummerċjali, organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ u persuni ġuridiċi oħra li mhumiex koperti mill-punt (e);

(g) 

“persuni privati” tfisser kwalunkwe persuna fiżika;

▼M1 —————

▼B

(l) 

“riċevitur” tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kull korp ieħor li lilu/lilha jinkixef id-data, sew jekk parti terza sew jekk le;

▼M1 —————

▼M1

(p) 

“data personali amministrattiva” tfisser id-data personali pproċessata mill-Europol għajr data personali operazzjonali;

▼M1

(q) 

“data investigattiva” tfisser data li Stat Membru, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 ( 1 ), Eurojust jew pajjiż terz huwa awtorizzat li jipproċessa f’investigazzjoni kriminali li għaddejja relatata ma’ Stat Membru wieħed jew aktar, f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, li Stat Membru, l-UPPE, Eurojust jew pajjiż terz ikun issottometta lill-Europol b’appoġġ għal tali investigazzjoni kriminali li għaddejja u li jkun fiha data personali li mhijiex relatata mal-kategoriji ta’ suġġetti ta’ data elenkati fl-Anness II;

(r) 

“kontenut terroristiku” tfisser kontenut kif definit fl-Artikolu 2, punt (7), tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(s) 

“materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online” tfisser materjal online li jikkostitwixxi pedopornografija kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (c) tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew prestazzjoni pornografika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (e) ta’ dik id-Direttiva;

(t) 

“sitwazzjoni ta’ kriżi online” tfisser id-disseminazzjoni ta’ kontenut online li jirriżulta minn avveniment attwali jew reċenti fid-dinja reali li juri ħsara għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, jew li jitlob ħsara imminenti għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, u jkollu l-għan jew l-effett li jintimida serjament popolazzjoni, dment li jkun hemm rabta, jew suspett raġonevoli ta’ rabta, mat-terroriżmu jew l-estremiżmu vjolenti u jkun antiċipat il-multiplikazzjoni u viralità esponenzjali potenzjali ta’ dak il-kontenut f’diversi servizzi online;

(u) 

“kategorija ta’ trasferimenti ta’ data personali” tfisser grupp ta’ trasferimenti ta’ data personali fejn id-data tirrelata mal-istess sitwazzjoni speċifika, u fejn it-trasferimenti jikkonsistu fl-istess kategoriji ta’ data personali u l-istess kategoriji ta’ suġġetti tad-data;

(v) 

“proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni” tfisser proġetti dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ algoritmi għall-iżvilupp ta’ għodod speċifiċi, u proġetti speċifiċi oħra ta’ riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kisba tal-objettivi tal-Europol.

▼B

Artikolu 3

Objettivi

1.  
Il-Europol għandha tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, kif elenkata fl-Anness I.
2.  

Minbarra l-paragrafu 1, l-objettivi tal-Europol għandhom ikopru wkoll reati kriminali relatati. Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati kriminali relatati:

(a) 

reati kriminali mwettqa biex jinkisbu l-mezzi sabiex jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;

(b) 

reati kriminali mwettqa biex jiġi ffaċilitat jew jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;

(c) 

reati kriminali mwettqa biex tiġi żgurata l-impunità ta' dawk l-atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol.

Artikolu 4

Kompiti

1.  

Il-Europol għandha twettaq il-kompiti li ġejjin biex tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3:

(a) 

tiġbor, taħżen, tipproċessa, tanalizza u tiskambja informazzjoni, inkluża intelligence kriminali;

(b) 

tinnotifika mingħajr dewmien lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali stabbiliti jew maħtura f'konformità mal-Artikolu 7(2) b'kull informazzjoni u konnessjoni bejn reati kriminali li jolqtu lilhom;

(c) 

tikkoordina, torganizza u timplimenta azzjonijiet investigattivi u operazzjonali biex tappoġġa u ssaħħaħ azzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri, li jitwettqu:

(i) 

b'mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; jew

(ii) 

fil-kuntest ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta, skont l-Artikolu 5 u fejn xieraq, f'kollegament mal-Eurojust;

(d) 

tipparteċipa fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta, kif ukoll tipproponi li jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 5;

(e) 

tipprovdi informazzjoni u appoġġ analitiku lill-Istati Membri f'konnessjoni ma' avvenimenti internazzjonali ewlenin;

(f) 

tħejji valutazzjonijiet tat-theddid, analiżi strateġiċi u operazzjonali u rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali;

(g) 

tiżviluppa, tikkondividi u tippromwovi għarfien speċjalizzat ta' metodi ta' prevenzjoni tal-kriminalità, proċeduri investigattivi u metodi tekniċi u forensiċi, u tipprovdi pariri lill-Istati Membri;

(h) 

tappoġġa l-attivitajiet transkonfinali tal-iskambju ta' informazzjoni tal-Istati Membri, l-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, kif ukoll l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunta, inkluż billi tipprovdi appoġġ operazzjonali, tekniku u finanzjarju;

▼M1

(ha) 

tipprovdi appoġġ finanzjarju u amministrattiv lill-unitajiet ta’ intervent speċjali tal-Istati Membri kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI ( 4 );

▼B

(i) 

tipprovdi taħriġ speċjalizzat u tassisti lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni tat-taħriġ, inkluż bl-għoti ta' appoġġ finanzjarju, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tagħha u skont ir-riżorsi tal-persunal u tal-baġit disponibbli għalih f'koordinazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (CEPOL);

▼M1

(j) 

tikkoopera mal-korpi tal-Unjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu V tat-TFUE, mal-OLAF u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-forniment ta’ appoġġ analitiku f’ oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom;

▼B

(k) 

tipprovdi informazzjoni u appoġġ lill-istrutturi tal-UE tal-ġestjoni ta' kriżijiet u lill-missjonijiet stabbiliti abbażi tat-TUE fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol kif stabbiliti fl-Artikolu 3;

(l) 

tiżviluppa ċentri tal-Unjoni ta' għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra ċerti tipi ta' reati li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità;

▼M1

(m) 

tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-forom ta’ reati kriminali elenkati fl-Anness I li huma ffaċilitati, promossi jew imwettqa bl-użu tal-Internet, inkluż billi:

(i) 

tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fir-rispons għal attakki ċibernetiċi ta’ oriġini kriminali suspettata;

(ii) 

tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-ordnijiet ta’ tneħħija, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/784; u

(iii) 

tagħmel riferimenti ta’ kontenut online lill-fornituri tas-servizzi online kkonċernati għall-konsiderazzjoni volontarja tagħhom tal-kompatibbiltà ta’ dak il-kontenut mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess;

▼M1

(r) 

tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ persuni li l-attivitajiet kriminali tagħhom jaqgħu taħt il-forom ta’ reat kriminali kif elenkati fl-Anness I u li jikkostitwixxu riskju għoli għas-sigurtà;

(s) 

tiffaċilita investigazzjonijiet konġunti, koordinati u prijoritizzati rigward persuni msemmija fil-punt (r);

(t) 

tappoġġa lill-Istati Membri fl-ipproċessar ta’ data fornita minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali lill-Europol dwar persuni involuti fit-terroriżmu jew fil-kriminalità serja u tipproponi d-dħul possibbli mill-Istati Membri, fid-diskrezzjoni tagħhom u soġġett għall-verifika u l-analiżi ta’ dik id-data, ta’ allerti ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni (“allerti ta’ informazzjoni”) fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(u) 

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ sabiex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen skont ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, permezz tal-għoti ta’ għarfien espert u analiżijiet, fejn rilevanti;

(v) 

timmonitorja b’mod proattiv l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li huma rilevanti għall-kisba tal-objettivi tal-Europol u tikkontribwixxi għal tali attivitajiet billi tappoġġa attivitajiet relatati tal-Istati Membri u billi timplimenta l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha stess, inkluż proġetti għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ algoritmi għall-iżvilupp ta’ għodod speċifiċi għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u xxerred ir-riżultati tal-attivitajiet lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 67;

(w) 

tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-korpi tal-Unjoni, li huma rilevanti għall-kisba tal-objettivi tal-Europol, inkluż permezz taċ-Ċentru tal-Innovazzjoni tal-UE għas-Sigurtà Interna, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri;

(x) 

tappoġġa, fuq talba tagħhom, l-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi online, b’mod partikolari billi jipprovdu lill-partijiet privati bl-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-kontenut online rilevanti;

(y) 

tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-indirizzar tad-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online;

(z) 

tikkoopera, f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), mal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), permezz tal-unità nazzjonali rilevanti tal-Europol jew, jekk permess mill-Istat Membru rilevanti, permezz ta’ kuntatt dirett mal-UIFs, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-għoti ta’ analiżi lill-Istati Membri biex jappoġġaw investigazzjonijiet transkonfinali fl-attivitajiet tal-ħasil tal-flus ta’ organizzazzjonijiet kriminali tranżnazzjonali u l-finanzjament tat-terroriżmu;

Sabiex Stat Membru jinforma, fi żmien 12-il xahar wara li l-Europol tkun ipproponiet id-dħul possibbli ta’ allert ta’ informazzjoni imsemmi fl-ewwel subparagrafu, punt (t), lil Stati Membri oħra u lill-Europol dwar l-eżitu tal-verifika u l-analiżi tad-data u dwar jekk allert ikunx iddaħħal fis-SIS, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rappurtar perjodiku.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Europol bi kwalunkwe allert ta’ informazzjoni mdaħħal fis-SIS u bi kwalunkwe hit dwar tali allerti ta’ informazzjoni, u jistgħu jinformaw, permezz tal-Europol, lill-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li tkun ipprovdiet id-data li wasslet għad-dħul tal-allert ta’ informazzjoni dwar hits dwar tali allert ta’ informazzjoni, f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/1862.

▼B

2.  
Il-Europol għandha tipprovdi analiżi strateġika u valutazzjonijiet tat-theddid biex tassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu l-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità. ►M1  Il-Europol għandha tassisti wkoll fl-implimentazzjoni operazzjonali ta’ dawk il-prijoritajiet, b’mod partikolari fil-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT), inkluż billi tiffaċilita u tipprovdi appoġġ amministrattiv, loġistiku, finanzjarju u operazzjonali lill-attivitajiet operazzjonali u strateġiċi mmexxija mill-Istati Membri. ◄
3.  
Il-Europol għandha tipprovdi analiżi strateġika u valutazzjonijiet ta' theddida biex tassisti l-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għall-attivitajiet operazzjonali u l-appoġġ għal dawk l-attivitajiet. ►M1  Il-Europol għandha tipprovdi wkoll analiżi tal-valutazzjoni tat-theddidiet ibbażata fuq l-informazzjoni li jkollha dwar fenomeni u xejriet kriminali biex tappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju. ◄
4.  
Il-Europol għandha taġixxi bħala l-Uffiċċju Ċentrali fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI ( 9 ). Il-Europol għandha wkoll tħeġġeġ il-koordinazzjoni tal-miżuri implimentati sabiex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni tal-euro, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fil-kuntest ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta, fejn xieraq b'kollegament ma' korpi tal-Unjoni u mal-awtoritajiet ta' pajjiż terzi.

▼M1

4a.  
Il-Europol għandha tassisti lill-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka.

Il-Europol għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni li huma rilevanti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Europol.

Fejn ikun rilevanti, il-Europol tista’ xxerred ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha ta’ riċerka u innovazzjoni bħala parti mill-kontribut tagħha għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-korpi rilevanti tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (w).

Il-Europol għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tevita kunflitti ta’ interess. Il-Europol ma għandhiex tirċievi finanzjament minn programm qafas partikolari tal-Unjoni fejn tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka u fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ dak il-programm.

Meta tfassal u tikkunċettwalizza l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, il-Europol tista’, fejn xieraq, tikkonsulta liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni.

4b.  
Il-Europol għandha tappoġġa lill-Istati Membri fl-iskrinjar, fir-rigward tal-implikazzjonijiet mistennija għas-sigurta’, ta’ każijiet speċifiċi ta’ investimenti diretti barranin fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) li jikkonċernaw impriżi li jipprovdu teknoloġiji, inkluż software, użati mill-Europol għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta’ reati kriminali li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Europol.

▼M1

5.  
Il-Europol ma għandhiex tapplika miżuri ta’ koerċizzjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

Il-persunal tal-Europol jista’ jipprovdi appoġġ operazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri matul l-eżekuzzjoni tal-miżuri investigattivi, fuq talba tagħhom u f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, b’mod partikolari billi jiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni, billi jipprovdi appoġġ forensiku u tekniku u billi jkun preżenti matul l-eżekuzzjoni ta’ dawk il-miżuri. Il-persunal tal-Europol, huwa nnifsu, ma għandux ikollu s-setgħa li jwettaq miżuri investigattivi.

▼M1

5a.  
Il-Europol għandha tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

▼B



KAPITOLU II

KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-EUROPOL

Artikolu 5

Parteċipazzjoni fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta

1.  
Il-persunal tal-Europol jista' jipparteċipa fl-attivitajiet ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta li jkunu qed jindirizzaw reati li jaqgħu fi ħdan l-objettivi tal-Europol. Il-ftehim dwar l-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Europol fl-iskwadra, inkluża l-informazzjoni dwar ir-regoli dwar ir-responsabbiltà.
2.  
Il-persunal tal-Europol jista', fil-limiti tal-liġijiet tal-Istati Membri li fihom tkun qed topera skwadra ta' investigazzjoni konġunta, jassisti fl-attivitajiet u l-iskambju ta' informazzjoni kollha mal-membri kollha tal-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta.
3.  
Il-persunal tal-Europol li jipparteċipa fi skwadra ta' investigazzjoni konġunta jista', f'konformità ma' dan ir-Regolament, jipprovdi lill-membri kollha tal-grupp bl-informazzjoni meħtieġa pproċessata mill-Europol għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(2). Il-Europol għandha fl-istess ħin tinforma lill-unitajiet nazzjonali tal-Istati Membri rrappreżentati fl-iskwadra kif ukoll dawk tal-Istati Membri li pprovdew l-informazzjoni.
4.  
L-informazzjoni miksuba mill-persunal tal-Europol waqt li jkun parti minn skwadra ta' investigazzjoni konġunta tista', bil-kunsens u taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li pprovda l-informazzjoni, tiġi pproċessata mill-Europol għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(2), bil-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
5.  
Fejn il-Europol ikollha għalxiex taħseb li l-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta jżid il-valur ta' investigazzjoni, tista' tipproponi dan lill-Istati Membri kkonċernati u tieħu miżuri biex tgħinhom fl-istabbiliment tal-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta.

Artikolu 6

Talbiet mill-Europol biex tinbeda investigazzjoni kriminali

1.  
F'każijiet speċifiċi fejn il-Europol tqis li investigazzjoni kriminali għandha tinbeda fir-rigward ta' reat li jaqa' fl-ambitu tal-objettivi tagħha, hija għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati permezz tal-unitajiet nazzjonali sabiex jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw tali investigazzjoni kriminali.

▼M1

1a.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fejn id-Direttur Eżekuttiv iqis li jeħtieġ li tinbeda investigazzjoni kriminali dwar reat kriminali speċifiku li jirrigwarda Stat Membru wieħed biss, iżda li jaffetwa l-interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, huwa jew hija tista’ tipproponi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, permezz tal-unità nazzjonali tagħhom, biex jibdew, imexxu jew jikkoordinaw tali investigazzjoni kriminali.

▼M1

2.  
L-unitajiet nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Europol, fir-rigward ta’ kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafu 1, jew lid-Direttur Eżekuttiv, fir-rigward ta’ kwalunkwe proposta li ssir skont il-paragrafu 1a, dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mingħajr dewmien żejjed.

▼B

3.  

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jiddeċiedu li ma jilqgħux it-talba li ssir mill-Europol skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinfurmaw lill-Europol bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, mingħajr dewmien bla bżonn, preferibbilment fi żmien xahar minn meta tasal it-talba. Madankollu, ir-raġunijiet jistgħu ma jingħatawx jekk l-għoti tagħhom ikun:

(a) 

imur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru konċernat; jew

(b) 

jipperikola s-suċċess ta' investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew is-sikurezza ta' individwi.

▼M1

4.  
Il-Europol għandha tinforma minnufih lill-Eurojust u, fejn rilevanti, lill-UPPE, bi kwalunkwe talba li tkun saret skont il-paragrafu 1, jew bi kwalunkwe proposta li tkun saret skont il-paragrafu 1a u bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-paragrafu 2.

▼B

Artikolu 7

Unitajiet nazzjonali tal-Europol

1.  
L-Istati Membri u l-Europol għandhom jikkooperaw ma' xulxin fit-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom li jinsabu f'dan ir-Regolament.
2.  
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jaħtar unità nazzjonali li għandha tkun il-korp ta' kollegament bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jaħtar uffiċjal bħala kap tal-unità nazzjonali tiegħu.
3.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-unità nazzjonali tiegħu hija kompetenti taħt il-liġi nazzjonali tkun tista' twettaq il-kompiti assenjati lill-unitajiet nazzjonali f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari li jkollha aċċess għad-data tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u data rilevanti oħra meħtieġa għall-kooperazzjoni mal-Europol.
4.  
Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-organizzazzjoni u l-persunal tal-unità nazzjonali tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
5.  
F'konformità mal-paragrafu 2, l-unità nazzjonali għandha tkun korp ta' kollegament bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Madankollu, soġġett għall-kondizzjonijiet determinati mill-Istati Membri, inkluż l-involviment minn qabel tal-unità nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-Europol. L-unità nazzjonali għandha fl-istess ħin tirċievi mill-Europol kwalunkwe informazzjoni skambjata matul il-kuntatti diretti bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti, sakemm l-unità nazzjonali ma tindikax li m'għandhiex bżonn tirċievi tali informazzjoni.
6.  

Kull Stat Membru għandu, permezz tal-unità nazzjonali tiegħu jew, soġġett għall-paragrafu 5, permezz ta' awtorità kompetenti, b'mod partikolari:

(a) 

jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, inkluż informazzjoni marbuta ma' tipi ta' reati li l-prevenzjoni u l-ġlieda kontrihom huma meqjusa bħala prijorità mill-Unjoni;

(b) 

jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha tal-Europol;

(c) 

joħolqu sensibilizzazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Europol;

(d) 

f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 38(5), jiżguraw konformità mal-liġi nazzjonali meta jagħtu informazzjoni lill-Europol.

7.  

Mingħajr preġudizzju għall-kwittanza mill-Istati Membri tar-responsabbiltajiet fir-rigward taż-żamma tal-ordni skont il-liġi u s-salvagwardja tas-sigurtà interna, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati fl-ebda każ partikolari li jipprovdu informazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 li:

(a) 

tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

tipperikola s-suċċess ta' investigazzjoni li tkun għaddejja jew is-sigurtà ta' individwu; jew

(c) 

tagħti informazzjoni marbuta ma' organizzazzjonijiet jew attivitajiet speċifiċi ta' intelligence fil-qasam tas-sikurezza nazzjonali.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jissupplixxu l-informazzjoni hekk kif ma tibqax taqa' fil-kamp tal-applikazzjoni tal-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu.

▼M1

8.  
Kull Stati Membru għandu jiżgura li l-UIF tiegħu, fil-limiti tal-mandat u l-kompetenza tiegħu u soġġett għal salvagwardji proċedurali nazzjonali, ikun intitolat iwieġeb għal talbiet debitament ġustifikati magħmula mill-Europol f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2019/1153 rigward informazzjoni finanzjarja u analiżi finanzjarji, jew permezz tal-unità nazzjonali tagħha jew, jekk jitħalla minn dak l-Istat Membru, b’kuntatt dirett bejn l-UIF u l-Europol.

▼B

9.  
Il-kapijiet tal-unitajiet nazzjonali għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari, b'mod partikolari biex jiddiskutu u jirriżolvu problemi li jqumu fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali tagħhom mal-Europol.
10.  
L-ispejjeż imġarrba mill-unitajiet nazzjonali fil-komunikazzjonijiet mal-Europol għandhom jitħallsu mill-Istati Membri u, ħlief l-ispejjeż ta' konnessjoni, ma għandhomx jiġu imposti fuq il-Europol.
11.  
Il-Europol għandha tfassal rapport annwali dwar l-informazzjoni mogħtija minn kull Stat Membru skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 abbażi tal-kriterji ta' evalwazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi definiti mill-Bord ta' Amministrazzjoni. Ir-rapport annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Artikolu 8

Uffiċjali ta' kollegament

1.  
Kull unità nazzjonali għandha taħtar mill-inqas uffiċjal ta' kollegament wieħed biex jaħdem mal-Europol. Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-uffiċjali ta' kollegament għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jaħtar.
2.  
L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jikkostitwixxu l-uffiċċji nazzjonali ta' kollegament tal-Europol u għandhom jingħataw istruzzjonijiet mill-unitajiet nazzjonali tagħhom biex jirrappreżentaw l-interessi ta' dawn tal-aħħar fl-Europol f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jaħtar u d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-amministrazzjoni tal-Europol.
3.  
L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Europol u l-Istati Membri tagħhom.
4.  
L-uffiċjali ta' kollegament għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jassistu fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri tagħhom u l-uffiċjali ta' kollegament ta' Stati Membri oħra, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex dawn l-iskambji bilaterali jkopru wkoll reati li ma' jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol. L-iskambji ta' informazzjoni kollha bħal dawn għandhom isiru f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli.
5.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali ta' kollegament fir-rigward tal-Europol. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom igawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 63(2).
6.  
Il-Europol għandha tiżgura li l-uffiċjali ta' kollegament ikunu informati bis-sħiħ dwar u assoċjati mal-attivitajiet kollha tagħha, sa fejn huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.
7.  
Il-Europol għandha tkopri l-ispejjeż biex tagħti l-ispazju neċessarju lill-Istati Membri fi ħdan il-bini tal-Europol u biex tagħti appoġġ adegwat lill-uffiċjali ta' kollegament biex iwettqu dmirijiethom. L-ispejjeż l-oħra kollha li jinħolqu b'rabta mal-ħatra tal-uffiċjali ta' kollegament għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jaħtar, inklużi l-ispejjeż tat-tagħmir għall-uffiċjali ta' kollegament, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor fuq rakkomandazzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni.



KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI TAL-EUROPOL

Artikolu 9

Struttura amministrattiva u tal-ġestjoni tal-Europol

L-istruttura amministrattiva u tal-ġestjoni tal-Europol għandha tinkludi:

(a) 

Bord ta' Amministrazzjoni;

(b) 

Direttur Eżekuttiv;

(c) 

jekk xieraq, kwalunkwe korp konsultattiv ieħor stabbilit mill-Bord ta' Amministrazzjoni skont il-punt (s) tal-Artikolu 11(1);



TAQSIMA 1

Bord ta' Amministrazzjoni

Artikolu 10

Kompożizzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull rappreżentant għandu jkollu d-dritt tal-vot.
2.  
Il-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni għandhom jinħatru kont tal-għarfien tagħhom tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi.
3.  
Kull membru tal-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jkollu membru supplenti li l-ħatra tiegħu għandha tieħu kont tal-kriterju stipulat fil-paragrafu 2. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu jew tagħha.

Il-prinċipju ta' rappreżentazzjoni bilanċjata bejn il-ġeneri fuq il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jittieħed kont debitu tiegħu wkoll.

4.  
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni li jtemmu l-mandat tal-membri u tal-membri supplenti rispettivi tagħhom, il-parteċipazzjoni fil-Board ta' Amministrazzjoni għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż.

Artikolu 11

Funzjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.  

Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu:

▼M1

(a) 

jadotta kull sena, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu u f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, dokument uniku ta’ programmazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 ( 11 );

▼B

(b) 

jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-baġit annwali tal-Europol u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Europol skont il-Kapitolu X;

(c) 

jadotta rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Europol u jibagħtu, sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jsir pubbliku;

(d) 

jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol skont l-Artikolu 61;

(e) 

jadotta strateġija interna kontra l-frodi, proporzjonata għar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(f) 

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, inkluż b'rabta mad-dikjarazzjoni tal-interessi tagħhom;

(g) 

f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, is-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta' impjieg għall-aġenti l-oħra (“setgħat tal-awtorità li taħtar”);

(h) 

jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(i) 

jadotta regoli interni rigward il-proċedura ta' għażla tad-Direttur Eżekuttiv, inklużi regoli dwar il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' għażla li jiżguraw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu;

(j) 

jipproponi lill-Kunsill lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjonijiet ta' Direttur Eżekuttiv u Viċi Diretturi Eżekuttivi u, fejn rilevanti, jipproponi lill-Kunsill li l-mandati tagħhom jiġu estiżi jew li jitneħħew mill-kariga skont l-Artikoli 54 u 55;

(k) 

jistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni;

(l) 

jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiet tiegħu jew tagħha;

(m) 

jaħtar uffiċjal tal-kontabilità, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, u funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiet tiegħu jew tagħha;

(n) 

jistabbilixxi, fejn xieraq, kapaċità tal-awditjar intern;

(o) 

jiżgura segwitu adegwat tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-KEPD;

(p) 

jiddefinixxi l-kriterji ta' evalwazzjoni għar-rapport annwali f'konformità mal-Artikolu 7(11);

(q) 

jadotta linji gwida li jispeċifikaw aktar il-proċeduri għall-ipproċessar ta' informazzjoni mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 18, wara li jikkonsulta lill-KEPD;

(r) 

jiddeċiedi dwar il-konklużjoni tal-arranġamenti amministrattivi u tal-ħidma f'konformità mal-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 25(1), rispettivament;

(s) 

jiddeċiedi, b'kont meħud tar-rekwiżiti kummerċjali kif ukoll dawk finanzjarji, dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Europol, inklużi ċ-ċentri ta' għarfien espert tal-Unjoni kif msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1), fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv;

(t) 

jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kompiti u l-funzjonament tas-segretarjat tiegħu;

(u) 

jadotta, fejn xieraq, regoli interni oħrajn;

▼M1

(v) 

jaħtar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali kif msemmi fl-Artikolu 41c;

(w) 

jispeċifika l-kriterji li abbażi tagħhom il-Europol tista’ toħroġ proposti għal dħul possibbli ta’ allerti ta’ informazzjoni fis-SIS.

▼B

2.  
Jekk il-Bord ta' Amministrazzjoni jqis li jkun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, huwa jista' jissuġġerixxi lill-Kunsill li jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-bżonn ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) jew ta' rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati bi ħsieb tal-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 25(1).
3.  
Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet skont liema dawn id-delegi ta' setgħat jistgħu jiġu sospiżi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

Fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta' Amministrazzjoni jista', permezz ta' deċiżjoni, temporanjament jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe sottodelega ta' tali setgħat u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 12

Programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali

▼M1

1.  
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu, sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, jadotta dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u programm ta’ ħidma annwali, abbażi ta’ abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv, b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni u, fil-każ tal-programmazzjoni pluriennali, wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt (JPSG).

Fejn il-Bord ta’ Amministrazzjoni jiddeċiedi li ma jqisx l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, b’mod sħiħ jew parzjali, il-Europol għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata.

Fejn il-Bord ta’ Amministrazzjoni jiddeċiedi li ma jqisx kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imqajma mill-JPSG skont l-Artikolu 51(2), punt (c), il-Europol għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata.

Ladarba d-dokument uniku ta’ programmazzjoni jiġi adottat, il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jibgħatu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-JPSG.

▼B

2.  
►M1  Il-programmazzjoni pluriennali għandha tistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inkluż l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandha wkoll tistabbilixxi l-ippjanar tar-riżorsi, inkluż il-baġit pluriennali u l-pjan ta’ stabbiliment. Għandha tinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u l-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni ppjanati tal-Europol. ◄

Il-programmazzjoni pluriennali għandha tiġi implimentata permezz ta' programmi ta' ħidma annwali u għandha, fejn xieraq, tiġi aġġornata skont ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet esterni u interni. Il-konklużjoni ta' dawk l-evalwazzjonijiet għandhom ukoll jiġu riflessi, fejn xieraq, fil-programm ta' ħidma annwali tas-sena ta' wara.

3.  
Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li ser jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u ġestjoni ibbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-programmazzjoni pluriennali. Għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra b'paragun mas-sena finanzjarja preċedenti.
4.  
Fejn, wara l-adozzjoni ta' programm ta' ħidma annwali, jiġi assenjat kompitu ġdid, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali.
5.  
Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tkun adottata bl-istess proċedura bħal dik applikabbli għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord ta' Amministrazzjoni jista' jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali.

Artikolu 13

President u Viċi President tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-grupp ta' tliet stati Membri li flimkien ħejjew il-programm ta' 18-il xahar tal-Presidenza. Huma għandhom iservu għall-perijodu ta' 18-il xahar li jikkorrispondi għal dak il-programm tal-Kunsill. Jekk, madankollu, is-sħubija tal-President jew tal-Viċi President fil-Bord ta' Amministrazzjoni tintemm fi kwalunkwe waqt tul il-mandat tagħhom bħala President jew Viċi President, il-mandat tagħhom għandu awtomatikament jiskadi f'dik l-istess żmien.
2.  
Il-President u l-Viċi President għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni.
3.  
Fejn il-president ma jkunx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha, għandu jiġi sostitwit jew għandha tiġi sostitwita awtomatikament mill-Viċi.

Artikolu 14

Laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.  
Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni.
2.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni.
3.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiltaqa' mill-anqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq inizjattiva tal-President jew fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' mill-anqas terz tal-membri tiegħu.

▼M1

4.  
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun rilevanti għad-diskussjoni biex tattendi laqgħa tiegħu bħala osservatur mingħajr dritt tal-vot.

Żewġ rappreżentanti tal-JPSG għandhom jiġu mistiedna sabiex jattendu żewġ laqgħat ordinarji tal-Bord ta’ Amministrazzjoni kull sena bħala osservaturi mingħajr dritt tal-vot biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li ġejjin ta’ interess politiku:

(a) 

ir-rapport konsolidat tal-attività annwali msemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c) għas-sena preċedenti;

(b) 

id-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 għas-sena ta’ wara u l-baġit annwali;

(c) 

mistoqsijiet u tweġibiet bil-miktub tal-JPSG;

(d) 

relazzjonijiet esterni u kwistjonijiet ta’ sħubija.

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni, flimkien mar-rappreżentanti tal-JPSG, jista’ jiddetermina kwistjonijiet oħra ta’ interess politiku li għandhom jiġu diskussi fil-laqgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

▼B

5.  
Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Amministrazzjoni jistgħu soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jiġu assistiti fil-laqgħat mill-konsulenti jew l-esperti.
6.  
Il-Europol għandha tipprovdi s-segretarjat għall-Bord ta' Amministrazzjoni.

Artikolu 15

Regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 50(2), l-Artikolu 54(8) u l-Artikolu 64, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet skont il-maġġoranza tal-membri.
2.  
Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta' xi membru bi dritt tal-vot, is-supplenti tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.
3.  
Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.
4.  
Ir-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' Amministrazzjoni għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati, b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, u kwalunkwe rekwiżit ta' kworum, fejn meħtieġ.



TAQSIMA 2

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 16

Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jamministra l-Europol. Għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni.
2.  
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni jew tal-Bord ta' Amministrazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

▼M1

3.  
Il-Kunsill jew l-JPSG jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettaq ta’ dmirijietu jew dmirijietha.

▼B

4.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Europol.
5.  

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Europol permezz ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari:

(a) 

għall-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Europol;

(b) 

biex jagħmel proposti lill-Bord ta' Amministrazzjoni rigward l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Europol;

(c) 

għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni;

▼M1

(d) 

għat-tħejjija tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 u għall-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord ta’ Amministrazzjoni, wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-JPSG;

▼B

(e) 

għall-implimentazzjoni ta' programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali u biex jirrapporta lill-Bord ta' Amministrazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

(f) 

għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jidħlu b'effett ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(g) 

għat-tħejjija tal-abbozz ta' rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol u jippreżentah lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;

(h) 

għat-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni ta' segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll ir-rapporti ta' investigazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet wara investigazzjonijiet mill-OLAF u l-KEPD u għar-rappurtar lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena dwar il-progress, u lill-Bord ta' Amministrazzjoni regolarment;

(i) 

għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri li jipprevjenu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun xieraq, permezz ta' penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(j) 

għat-tħejjija ta' abbozz ta' strateġija interna kontra l-frodi għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;

(k) 

għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli interni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni u l-preżentazzjoni ta' dawk l-abbozzi ta' regoli lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;

(l) 

għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol;

(m) 

għat-tħejjija tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha;

(n) 

għall-appoġġ għall-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni fit-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni;

(o) 

biex jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità;

▼M1

(oa) 

biex jinforma lill-Bord ta’ Amministrazzjoni dwar il-memoranda ta’ qbil iffirmati ma’ partijiet privati;

▼B

(p) 

għat-twettiq ta' kompiti oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament.



KAPITOLU IV

PROĊESSAR TA' INFORMAZZJONI

Artikolu 17

Sorsi ta' informazzjoni

1.  

Il-Europol għandha tipproċessa biss informazzjoni li ngħatat lilha:

(a) 

mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom u l-Artikolu 7;

(b) 

minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-Kapitolu V;

(c) 

minn partijiet privati u persuni privati skont il-Kapitolu V.

2.  
Il-Europol tista' tiġbed direttament u tipproċessa informazzjoni, inkluża data personali, minn sorsi disponibbli pubblikament, inkluż l-internet u data pubblika.
3.  
Sa fejn il-Europol tkun intitolata skont strumenti legali tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali li tikseb aċċess kompjuterizzat għad-data minn sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni, jew dawk internazzjonali jew nazzjonali, hija tista' tiġbed u tipproċessa informazzjoni, inkluż data personali b'dawn il-mezzi jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta' dawn l-istrumenti legali tal-Unjoni, internazzjonali jew nazzjonali għandhom jirregolaw aċċess għal, u l-użu ta', dik l-informazzjoni mill-Europol, sakemm dawn jipprevedu regoli, dwar l-aċċess u l-użu, li jkunu aktar stretti minn dawk stipulati ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għal dawn is-sistemi ta' informazzjoni għandu jingħata biss lil persunal tal-Europol awtorizzat u biss sa fejn dan ikun meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 18

Għanijiet tal-attivitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni

1.  
Sa fejn ikun meħtieġ sabiex tikseb l-objettivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3, il-Europol tista' tipproċessa informazzjoni, inkluż data personali.
2.  

Id-data personali tista' tiġi pproċessata għal dawn il-finijiet biss:

(a) 

kontroverifika li għandha l-għan li tidentifika konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet oħra rilevanti bejn l-informazzjoni b'rabta ma':

(i) 

persuni li huma suspettati li wettqu jew li ħadu sehem f'reat kriminali li fir-rigward tiegħu hija kompetenti l-Europol, jew li jkunu nstabu ħatja ta' tali reat;

(ii) 

persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li fir-rigward tiegħu hija kompetenti l-Europol;

(b) 

analiżi ta' natura strateġika jew tematika;

(c) 

analiżi operattivi;

▼M1

(d) 

il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati;

▼M1

(e) 

proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni;

(f) 

l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar persuni suspettati jew misjuba ħatja li jkunu mfittxija abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali relatata ma’ reat kriminali li jaqa’ taħt l-objettivi tal-Europol, u l-faċilitazzjoni tal-għoti mill-pubbliku ta’ informazzjoni dwar dawk l-individwi lill-Istati Membri u lill-Europol.

▼B

3.  

L-ipproċessar għall-fini ta' analiżi operattivi kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandu jitwettaq permezz ta' proġetti ta' analiżi operattiva, li fir-rigward tagħhom għandhom japplikaw il-garanziji speċifiċi li ġejjin:

(a) 

għal kull proġett ta' analiżi operazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-iskop speċifiku, il-kategoriji ta' data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data, il-parteċipanti, it-tul ta' żmien tal-ħażna u l-kondizzjonijiet għal aċċess, trasferiment u użu tad-data kkonċernata, u għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni u lill-KEPD;

(b) 

id-data personali tista' tinġabar u tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-proġett ta' analiżi operazzjonali speċifikat. Fejn jibda jidher li d-data personali tista' tkun rilevanti għal proġett ta' analiżi operazzjonali ieħor, aktar proċessar ta' dik id-data personali għandu jkun permess biss sakemm tali proċessar ulterjuri jkun meħtieġ u proporzjonat u d-data personali tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) li japplikaw għall-proġett ta' analiżi ieħor;

(c) 

il-persunal awtorizzat biss jista' jaċċessa u jipproċessa d-data fir-rigward tal-proġett rilevanti.

▼M1

3a.  
Jekk ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Europol, l-ipproċessar ta’ data personali għal dak il-għan għandu jitwettaq biss fil-kuntest tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Europol b’finijiet u objettivi definiti b’mod ċar, u għandu jkun f’ konformita’ mal-Artikolu 33a.

▼B

4.  
L-ipproċessar imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jitwettaq f'konformità mal-garanziji ta' protezzjoni tad-data previsti f'dan ir-Regolament. Il-Europol għandu jiddokumenta kif xieraq dawk l-operazzjonijiet ta' pproċessar. Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli, fuq talba, għall-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u għall-KEPD għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar.

▼M1

5.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(4), l-Artikolu 18(2), il-punt (e), l-Artikolu 18a, u l-ipproċessar tad-data skont l-Artikolu 26(6c), fejn l-infrastruttura tal-Europol tintuża għal skambji bilaterali ta’ data personali u l-Europol ma jkollha l-ebda aċċess għall-kontenut tad-data, il-kategoriji ta’ data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista’ tinġabar u tiġi pproċessata għall-finijiet tal-paragrafu 2 huma elenkati fl-Anness II.

▼M1

5a.  
F’konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), il-Europol għandha, fejn applikabbli u sa fejn ikun possibbli, tagħmel distinzjoni ċara bejn id-data personali li tirrigwarda l-kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II.

▼M1

6.  
Il-Europol tista’ temporanjament tipproċessa d-data bil-għan li tiddetermina jekk tali data hijiex rilevanti għall-kompiti tagħha u, jekk ikun hekk, għal liema mill-finijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-limitu ta’ żmien għall-ipproċessar ta’ tali data ma għandux jaqbeż sitt xhur mill-wasla ta’ dik id-data.

▼M1

6a.  
Qabel l-ipproċessar tad-data skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn strettament meħtieġ għall-fini uniku li jiġi ddeterminat jekk id-data personali tikkonformax mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Europol tista’ tipproċessa temporanjament data personali li ngħatat lilha skont l-Artikolu 17(1) u (2), inkluż billi tivverifika dik id-data mad-data kollha li l-Europol diġà qed tipproċessa f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Europol għandha tipproċessa data personali skont l-ewwel subparagrafu għal perijodu ta’ mhux aktar minn 18-il xahar mill-mument li fih il-Europol taċċerta ruħha li dik id-data taqa’ fi ħdan l-għanijiet tagħha jew, f’każijiet ġustifikati, għal perijodu itwal meta dan ikun meħtieġ għall-fini ta’ dan l-Artikolu. Il-Europol għandha tinforma lill-KEPD bi kwalunkwe estensjoni tal-perijodu ta’ pproċessar. Il-perjodu massimu tal-ipproċessar tad-data skont l-ewwel subparagrafu għandu jkun tliet snin. Tali data personali għandha tinżamm b’mod funzjonalment separata minn data oħra.

Meta l-Europol tikkonkludi li data personali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tikkonformax mal-paragrafu 5, il-Europol għandha tħassar dik id-data u tinforma, fejn rilevanti, lill-fornitur ta’ dik id-data mħassra dwar dan.

6b.  
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-KEPD u wara li jittieħed kont dovut tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafi 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, partikolarment fir-rigward tal-għoti ta’ dik id-data, l-aċċess u l-użu tagħha, kif ukoll il-limiti ta’ żmien għall-ħżin u t-tħassir ta’ tali data, li ma għandhomx jaqbżu dawk stabbiliti fil-paragrafi 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu.

▼B

7.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni, wara li kkonsulta lill-KEPD, għandu, kif adatt, jadotta linji gwida li jkomplu jispeċifikaw proċeduri għall-ipproċessar ta' informazzjoni għall-finijiet elenkati fil-paragrafu 2 f'konformità mal-punt (q) tal-Artikolu 11(1).

▼M1

Artikolu 18a

Ipproċessar ta’ data personali b’appoġġ għal investigazzjoni kriminali

1.  

Meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ ta’ investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, il-Europol tista’ tipproċessa data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II meta:

(a) 

Stat Membru, l-UPPE jew il-Eurojust jipprovdu data investigattiva lill-Europol skont l-Artikolu 17(1), il-punt (a) jew (b), u jitolbu lill-Europol biex tappoġġa dik l-investigazzjoni:

(i) 

permezz ta’ analiżi operazzjonali skont l-Artikolu 18(2), il-punt (c); jew

(ii) 

f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, permezz ta’ kontroverifika skont l-Artikolu 18(2), il-punt (a);

(b) 

il-Europol tivvaluta li ma jkunx possibbli li titwettaq l-analiżi operazzjonali skont l-Artikolu 18(2), il-punt(c), jew il-kontroverifika skont l-Artikolu 18(2), il-punt (a), b’appoġġ għal dik l-investigazzjoni mingħajr l-ipproċessar ta’ data personali li ma tikkonformax mal-Artikolu 18(5).

Ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom jiġu rreġistrati u jintbagħtu lill-KEPD għal informazzjoni meta l-Europol ma tibqax tappoġġa l-investigazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.  
Fejn l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ma għadux awtorizzat biex jipproċessa d-data fl-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali skont il-liġi nazzjonali applikabbli tiegħu, huwa għandu jinforma lill-Europol.

Fejn l-UPPE jew il-Eurojust jipprovdu data investigattiva lill-Europol u huma ma għadhomx awtorizzati li jipproċessaw id-data fl-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, huma għandhom jinformaw lill-Europol.

3.  
Il-Europol tista’ tipproċessa data investigattiva f’konformità mal-Artikolu 18(2) sakemm din tkun tappoġġa l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja li għaliha d-data investigattiva tkun ġiet ipprovduta f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, u biss għall-fini ta’ appoġġ ta’ dik l-investigazzjoni.
4.  
Il-Europol tista’ taħżen dik id-data investigattiva pprovduta f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u l-eżitu tal-ipproċessar ta’ dik id-data lil hinn mill-perijodu ta’ pproċessar stipulat fil-paragrafu 3, fuq talba tal-fornitur ta’ dik id-data investigattiva, għall-fini li tiġi żgurata l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali, u biss sakemm jkunu għaddejjin il-proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li għalih dik id-data ġiet ipprovduta.

Il-fornituri tad-data investigattiva msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (a), jew, bi qbil magħhom, Stat Membru li fih jkunu għaddejjin proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ investigazzjoni relatata ta’ reat kriminali, jistgħu jitolbu lill-Europol biex taħżen id-data investigattiva u l-eżitu tal-analiżi operazzjonali ta’ dik id-data lil hinn mill-perijodu ta’ pproċessar stipulat fil-paragrafu 3 għall-fini li tiġi żgurata l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali, u biss sakemm jkunu għaddejjin il-proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw investigazzjoni relatata ta’ reat kriminali f’dak l-Istat Membru ieħor.

5.  
Mingħajr preġudizzju għall-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikolu 18(6a), id-data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II għandha tkun maħżuna b’mod funzjonalment separata minn data oħra u għandha tkun ipproċessata biss fejn proporzjonat u meħtieġ għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara li jikkonsulta lill-KEPD, għandu jispeċifika il-kundizzjonijiet relatati mal-għoti u l-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-paragrafi 3 u 4.

6.  
Il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll meta data personali tkun ipprovduta lill-Europol minn pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a), u dak il-pajjiż terz jipprovdi data investigattiva lill-Europol għal analiżi operazzjonali li tikkontribwixxi għall-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali fi Stat Membru wieħed jew aktar li l-Europol tappoġġa, dment li l-pajjiż terz jkun kiseb id-data fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ reat kriminali f’konformità mar-rekwiżiti proċedurali u s-salvagwardji applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tiegħu.

Fejn pajjiż terz jipprovdi data investigattiva lill-Europol, f’konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’, fejn rilevanti, jinnotifika lill-KEPD b’dan.

Il-Europol għandha tivverifika li l-ammont ta’ data personali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali fl-Istat Membru kkonċernat. Meta l-Europol tikkonkludi li jkun hemm indikazzjoni li tali data tkun manifestament sproporzjonata jew miġbura bi ksur ovvju tad-drittijiet fundamentali, il-Europol ma għandhiex tipproċessa id-data u għandha tħassarha.

Id-data personali pproċessata skont dan il-paragrafu għandha tiġi aċċessata mill-Europol biss meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li għaliha ġiet ipprovduta. Dik id-data personali għandha tiġi kondiviża biss fi ħdan l-Unjoni.

▼B

Artikolu 19

Determinazzjoni tal-għan tal-ipproċessar tal-informazzjoni mill-Europol u restrizzjonijiet fuq dan

▼M1

1.  
Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi informazzjoni lill-Europol, għandha tiddetermina l-fini jew il-finijiet li għalih dik l-informazzjoni għandha tiġi pproċessata, f’konformità mal-Artikolu 18.

Fejn fornitur ta’ informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx ikkonforma ma’ dak is-subparagrafu, il-Europol, bi qbil mal-fornitur ta’ informazzjoni kkonċernata, għandha tipproċessa l-informazzjoni sabiex tiddetermina r-rilevanza ta’ tali informazzjoni kif ukoll il-fini jew il-finijiet għall-ipproċessar ulterjuri tagħha.

Il-Europol għandha tipproċessa informazzjoni għal fini differenti minn dak li għalih ingħatat l-informazzjoni jekk tkun awtorizzata li tagħmel dan mill-fornitur tal-informazzjoni biss.

L-informazzjoni pprovduta għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 18(2), il-punt (a) sa (d), tista’ tiġi pproċessata wkoll mill-Europol għall-fini tal-Artikolu 18(2), il-punt (e), f’konformità mal-Artikolu 33a.

2.  
L-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindikaw, fil-mument meta jipprovdu informazzjoni lill-Europol, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew l-użu li għandu jsir minnha, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż rigward it-trasferiment, it-trażmissjoni it-tħassir jew il-qerda tagħha. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir apparenti wara li tiġi pprovduta l-informazzjoni, huma għandhom jinformaw lill-Europol b’dan. Il-Europol għandha tikkonforma ma’ dawn ir-restrizzjonijiet.

▼B

3.  
F'każijiet debitament ġustifikati, il-Europol tista' tassenja restrizzjonijiet għall-aċċess jew l-użu mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali ta' informazzjoni miġbuda minn sorsi disponibbli pubblikament.

Artikolu 20

Aċċess mill-persunal tal-Istati Membri u tal-Europol għall-informazzjoni maħżuna mill-Europol

1.  
L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u mal-Artikolu 7(5), ikollhom aċċess għal, u jkunu jistgħu jfittxu, l-informazzjoni kollha pprovduta għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 18(2). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw kwalunkwe restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 19(2).
2.  
L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u mal-Artikolu 7(5), ikollhom aċċess indirett abbażi ta' sistema “hit/no hit” għall-informazzjoni pprovduta għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 18(2), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li pprovdew l-informazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 19(2).

F'każ ta' “hit”, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-“hit” tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol.

▼M1

2a.  
Fil-qafas ta’ proġetti ta’ analiżi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 18(3) u soġġett għar-regoli u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ data personali stipulati f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw informazzjoni li għandha ssir aċċessibbli direttament mill-Europol għal Stati Membri oħra magħżula għal analiżi operazzjonali konġunta f’investigazzjonijiet speċifiċi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) u f’ konformità mal-proċeduri stipulati fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 18(7).

▼M1

3.  

F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a għandha tiġi aċċessata u tkompli tiġi pproċessata minn Stati Membri biss għall-fini ta’ prevenzjoni, sejbien, investigazzjoni u prosekuzzjoni:

▼B

(a) 

forom ta' kriminalità li fir-rigward tagħhom il-Europol hija kompetenti, u

(b) 

forom oħra ta' kriminalità serja, kif stipulat fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI ( 13 ).

4.  
Il-persunal tal-Europol awtorizzat debitament mid-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni proċessata mill-Europol sa fejn meħtieġ għat-twettiq ta' dmirijietu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67.

▼M1

Artikolu 20a

Relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1.  
Il-Europol għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjoni mill-qrib mal-UPPE. Fil-qafas ta’ dik ir-relazzjoni, il-Europol u l-UPPE għandhom jaġixxu fi ħdan il-mandat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom. Għal dan l-għan, huma għandhom jikkonkludu arranġament ta’ ħidma li jistabbilixxi l-modalitajiet tal-kooperazzjoni tagħhom.
2.  
Fuq talba mill-UPPE f’konformità mal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Europol għandha tappoġġa l-investigazzjonijiet tal-UPPE u tikkoopera miegħu, billi tipprovdi informazzjoni u appoġġ analitiku, sakemm il-UPPE jiddetermina jekk ikomplix bil-prosekuzzjoni jew inkella jwaqqax il-każ.
3.  
Sabiex tipprovdi informazzjoni lill-UPPE skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Europol għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex l-UPPE ikun jista’ jkollu aċċess indirett abbażi ta’ sistema ‘hit/no hit’ għal data relatata ma’ reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE, ipprovduta għall-finijiet tal-Artikolu 18(2), il-punti (a), (b) u (c). Dik is-sistema ‘hit/no hit’ għandha tinnotifika biss lill-Europol f’każ ta’ ‘hit’ u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) mill-fornituri ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1).

F’każ ta’ ‘hit’, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-‘hit’ tkun tista’ tiġi kondiviża, f’konformità mad-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1), u biss sa fejn id-data li ġġenerat il-‘hit’ hija rilevanti għat-talba ppreżentata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.  
Il-Europol, mingħajr dewmien żejjed, għandha tirrapporta lill-UPPE kull imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament mill-fornitur tal-informazzjoni.

Fejn il-Europol tirrapporta lill-UPPE taħt l-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

Fejn l-informazzjoni dwar imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu tkun ġiet ipprovduta lill-Europol minn Stat Membru li indika restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament, il-Europol għandha tinnotifika lill-UPPE bl-eżistenza ta’ dawk ir-restrizzjonijiet u tirreferi l-kwistjoni lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħdem direttament mal-UPPE sabiex jikkonforma mal-Artikolu 24(1) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1939.

▼B

Artikolu 21

Aċċess mill-Eurojust u l-OLAF għal informazzjoni maħżuna mill-Europol

1.  
Il-Europol għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tippermetti lill-Eurojust u lill-OLAF, fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, ikollhom aċċess indirett abbażi ta' sistema “hit/no hit” għall-informazzjoni pprovduta għall-iskopijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata minn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li jipprovdu l-informazzjoni inkwistjoni, skont l-Artikolu 19(2).

F'każ ta' “hit”, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-“hit” tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol u biss sa fejn id-data li tiġġenera l-'hit' tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tal-Eurojust jew l-OLAF.

2.  
Il-Europol u l-Eurojust jistgħu jikkonkludu arranġament ta' ħidma li jiżgura b'mod reċiproku fil-mandati rispettivi tagħhom, aċċess għal, u l-possibbiltà li jfittxu, l-informazzjoni kollha li tkun ingħatat għall-iskop speċifikata fil-punt (a) tal-Artikolu 18(2). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet dwar aċċess għal, u l-użu ta', tali data, u għandu jkun skont il-garanziji ta' protezzjoni tad-data stipulati f'dan ir-Regolament.
3.  
Tiftix ta' informazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandu jitwettaq biss għall-iskop li jiġi identifikat jekk l-informazzjoni disponibbli għand l-Eurojust jew l-OLAF, rispettivament, taqbilx mal-informazzjoni pproċessata fl-Europol.
4.  
Il-Europol għandha tippermetti tfittix skont il-paragrafi 1 u 2 wara li tkun kisbet mingħand l-Eurojust informazzjoni dwar liema Membri Nazzjonali, Deputati, Assistenti kif ukoll membri tal-persunal tal-Eurojust, u mingħand l-OLAF informazzjoni dwar liema membri tal-persunal tal-OLAF ġew innominati bħala awtorizzati jwettqu dan it-tfittix.
5.  
Jekk, matul l-attivitajiet ta' pproċessar ta' informazzjoni mill-Europol fir-rigward ta' investigazzjoni individwali, il-Europol jew Stat Membru jidentifika l-ħtieġa għal koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ skont il-mandat tal-Eurojust jew l-OLAF, il-Europol għandha tinnotifikahom dwar dan u għandha tibda l-proċedura għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li pprovda l-informazzjoni. F'dan il-każ l-Eurojust jew l-OLAF għandu jikkonsulta mal-Europol.
6.  
L-Eurojust, inkluż il-Kulleġġ, il-Membri Nazzjonali, id-Deputati, l-Assistenti, kif ukoll il-membri tal-persunal tal-Eurojust, u l-OLAF, għandhom jirrispettaw kwalunkwe restrizzjoni għall-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, indikati mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 19(2).
7.  
Il-Europol, il-Eurojust u l-OLAF għandhom jinfurmaw lil xulxin jekk, wara li jkunu kkonsultaw id-data ta' xulxin f'konformità mal-paragrafu 2 jew bħala riżultat ta' “hit” f'konformità mal-paragrafu 1, ikun hemm indikazzjonijiet li dik id-data tista' tkun żbaljata jew tista' tikkonfliġġi ma' data oħra.

▼M1

8.  
Jekk, matul l-ipproċessar ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ investigazzjoni kriminali speċifika jew proġett speċifiku, il-Europol tidentifika informazzjoni rilevanti għal attività illegali possibbli li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, il-Europol għandha tipprovdi lill-OLAF mingħajr dewmien dik l-informazzjoni mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) mill-Istat Membru li jkun ipprovda l-informazzjoni.

Fejn il-Europol tipprovdi lill-OLAF bl-informazzjoni taħt l-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

▼B

Artikolu 22

Dmir li jiġu nnotifikati l-Istati Membri

1.  
Il-Europol għandha, f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 4(1), tinnotifika lil Stat Membru minnufih dwar kwalunkwe informazzjoni li tikkonċernah. Jekk tali informazzjoni hija soġġetta għal restrizzjonijiet tal-aċċess skont l-Artikolu 19(2), li jipprojbixxu li tiġi kondiviża, il-Europol għandha tikkonsulta mal-fornitur tal-informazzjoni li jistipula r-restrizzjonijiet tal-aċċess u jitlob il-kunsens tiegħu għall-kondiviżjoni.

F'tali każ, l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kondiviża ingħajr awtorizzazzjoni espliċita mill-fornitur.

2.  
Irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess, il-Europol għandha tinnotifika lil Stat Membru dwar kwalunkwe informazzjoni li tikkonċernah jekk dan hu assolutament meħtieġ fl-interess tal-prevenzjoni ta' theddida imminenti għall-ħajja.

F'tali każ, il-Europol għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-fornitur tal-informazzjoni dwar il-kondiviżjoni tali informazzjoni u tiġġustifika l-analiżi tagħha tas-sitwazzjoni.



KAPITOLU V

RELAZZJONIJIET MAS-SĦAB



TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet komuni

1.  
Sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Europol tista' tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' korpi tal-Unjoni skont l-objettivi ta' dawn il-korpi, l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati.
2.  
Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata skont l-Artikolu 19(2) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, il-Europol tista' tiskambja direttament l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' data personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sa fejn tali skambju jkun rilevanti għall-prestazzjoni tal-kompiti tal-Europol.
3.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni dwar kwalunkwe relazzjoni ta' kooperazzjoni regolari li l-Europol ikollha l-ħsieb tistabbilixxi u żżomm f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, u dwar l-iżvilupp ta' relazzjonijiet bħal dawn ladarba stabbiliti.
4.  
Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-Europol tista' tikkonkludi arranġamenti ta' ħidma ma'entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Tali arranġamenti ta' ħidma m'għandhomx jippermettu l-iskambju ta' data personali u m'għandhomx jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha.
5.  
Il-Europol tista' tirċievi u tipproċessa data personali mingħand l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 sa fejn meħtieġ u proporzjonat għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tagħha u soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.
6.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(5), data personali għandha tiġi trażmessa biss mill-Europol lil korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, jekk dan ikun neċessarju għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol u b'konformità ma' dan ir-Regolament u jekk ir-riċevitur jintrabat li d-data tkun ser tiġi pproċessata biss għall-għan li għalih ġiet trasferita. Jekk id-data li se tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, il-Europol għandha titlob il-kunsens ta' dak l-Istat Membru, sakemm l-Istat Membru ikun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu minn qabel għal tali trasferiment ulterjuri, jew f'termini ġenerali jew soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi. Tali kunsens jista' jiġi rtirat fi kwalunkwe żmien.

▼M1

7.  
It-trasferimenti ulterjuri ta’ data personali miżmuma mill-Europol mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew partijiet privati għandhom ikunu pprojbiti, sakemm il-Europol ma tkunx tat minn qabel l-awtorizzazzjoni espliċita tagħha.

▼B

8.  
Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha tad-data personali u tar-raġunijiet li għalihom tali trasferimenti jiġu rreġistrati b'konformità ma' dan ir-Regolament.
9.  
Kwalunkwe informazzjoni li b'mod ċar tkun inkisbet bi ksur ovvju tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhiex tiġi pproċessata.



TAQSIMA 2

▼M1

Trażmissjoni, trasferiment u skambju ta’ data personali

Artikolu 24

Trażmissjoni ta’ data personali lill-korpi tal-Unjoni

1.  
Il-Europol għandha tittrażmetti biss data personali lil korp tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni skont dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67 ta’ dan ir-Regolament, jekk dik id-data tkun meħtieġa u proporzjonata għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tal-korp riċevitur tal-Unjoni.
2.  
Wara talba għat-trażmissjoni ta’ data personali minn korp ieħor tal-Unjoni, il-Europol għandha tivverifika l-kompetenza tal-korp l-ieħor tal-Unjoni. Fejn il-Europol ma tkunx tista’ tikkonferma li t-trażmissjoni tad-data personali hija meħtieġa skont il-paragrafu 1, il-Europol għandha tfittex aktar informazzjoni mingħand il-korp rikjedenti tal-Unjoni.

Il-korp rikjedenti tal-Unjoni għandu jiżgura li n-neċessità tat-trażmissjoni tad-data personali tkun tista’ tiġi vverifikata.

3.  
Il-korp riċevitur tal-Unjoni għandu jipproċessa d-data personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trażmessa.

▼B

Artikolu 25

Trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

▼M1

1.  

Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67 il-Europol tista’ tittrasferixxi data personali lil-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, dment li tali trasferiment hu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta’ waħda milli ġejjin:

(a) 

deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, li ssib li l-pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew iktar f’dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni (“deċiżjoni ta’ adegwatezza”);

▼B

(b) 

ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jagħti prova ta' garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;

(c) 

ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali konkluż qabel l-1 ta' Mejju 2017, bejn il-Europol u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

Il-Europol tista' tikkonkludi arranġamenti amministrattivi biex timplimenta tali ftehimiet jew deċiżjonijiet ta' adegwatezza.

2.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni dwar skambji ta' data personali abbażi ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1.

▼M1 —————

▼B

4.  
Sal-14 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni, u tista', jekk ikun adatt, tippreżenta lill-Kunsill rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragarfu 1.

▼M1

4a.  

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-Bord ta’ Amministrazzjoni jista’ jawtorizza lill-Europol biex tittrasferixxi data personali lil awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali meta:

(a) 

salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali jkunu previsti fi strument legalment vinkolanti; jew

(b) 

l-Europol ivvalutat iċ-ċirkostanzi kollha marbuta mat-trasferiment ta’ data personali u kkonkludiet li jeżistu salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali.

▼B

5.  

►M1  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv jista’, f’każijiet debitament ġustifikati, jawtorizza t-trasferiment jew kategorija ta’ trasferimenti ta’ data personali lil awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali skont il-każ jekk it-trasferiment jew il-kategorija ta’ trasferimenti jkun: ◄

(a) 

neċessarju għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna oħra;

▼M1

(b) 

meħtieġa biex jitħarsu l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data;

▼B

(c) 

essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(d) 

neċessarju f'każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali; jew

(e) 

neċessarju f'każijiet individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta' piena kriminali speċifika.

Id-data personali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat jieħdu preċedenza fuq l-interess pubbliku fit-trasferiment kif imsemmi fil-punti (d) u (e).

Id-derogi ma jistgħux ikunu applikabbli għal trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali.

6.  
B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bord ta' Amministrazzjoni jista', bi ftehim mal-KEPD, jawtorizza għal perijodu li ma jaqbiżx sena, li jista' jiġi mġedded, sett ta' trasferimenti f'konformità mal-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 5, filwaqt li jieħu kont tal-eżistenza ta' salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun debitament ġustifikata u dokumentata.
7.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma kemm jista' jkun malajr lill-Bord ta' Amministrazzjoni u lill-KEPD dwar każijiet fejn ikun applika l-paragrafu 5.

▼M1

8.  
Il-Europol għandha tinforma lill-KEPD dwar il-kategoriji ta’ trasferimenti skont il-paragrafu 4a, il-punt (b). Meta trasferiment isir f’konformità mal-paragrafu 4a jew 5, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-KEPD meta jitlobha. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi rekord tad-data u tal-ħin tat-trasferiment, u informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti msemmija f’dan l-Artikolu, dwar il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u dwar id-data personali trasferita.

▼B

Artikolu 26

Skambji ta' data personali ma' partijiet privati

1.  

Sa fejn hu neċessarju għall-Europol biex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' tipproċessa data personali miksuba minn partijiet privati b' kondizzjoni li dawn jaslu permezz ta':

(a) 

unità nazzjonali ta' Stat Membru skont il-liġi nazzjonali;

(b) 

il-punt ta' kuntatt ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li miegħu l-Europol tkun ikkonkludiet, qabel 1 ta' Mejju 2017, ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI; jew

▼M1

(c) 

awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 25(4a).

2.  
Meta l-Europol tirċievi data personali direttament minn partijiet privati, hija tista’ tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18 sabiex tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, kif imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a) ta’ dan l-Artikolu. Il-Europol għandha tibgħat id-data personali u kwalunkwe riżultat rilevanti mill-ipproċessar meħtieġ ta’ dik id-data għall-fini li tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni immedjatament lill-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Il-Europol tista’ tibgħat id-data personali u r-riżultati rilevanti mill-ipproċessar meħtieġ ta’ dik id-data għall-fini li tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni, f’konformità mal-Artikolu 25, lill-punti ta’ kuntatt u lill-awtoritajiet ikkonċernati, kif imsemmi fil-paragrafu 1, punti (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu. Jekk il-Europol ma tkun tista’ tidentifika ebda unità nazzjonali kkonċernata, jew diġà bagħtet id-data personali rilevanti lill-unitajiet nazzjonali rispettivi identifikati kollha kkonċernati u ma jkunx possibbli li jiġu identifikati unitajiet nazzjonali kkonċernati ulterjuri, hija għandha tħassar id-data, għajr jekk l-unità nazzjonali, il-punt ta’ kuntatt jew l-awtoritajiet ikkonċernati jippreżentaw mill-ġdid id-data personali lill-Europol f’konformità mal-Artikolu 19(1) fi żmien erba’xhur wara li sseħħ it-trażmissjoni jew it-trasferiment.

Il-kriterji dwar jekk l-unità nazzjonali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-parti privata rilevanti tikkostitwixxix unità nazzjonali kkonċernata għandhom jiġu stipulati fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 18(7).

▼M1

2a.  
Kwalunkwe kooperazzjoni mill-Europol ma’ partijiet privati la għandha tidduplika u lanqas tinterferixxi mal-attivitajiet tal-UIFs tal-Istati Membri, u ma għandhiex tikkonċerna informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-UIFs għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849.

▼B

3.  
Wara t-trasferiment ta' data personali f'konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Europol tista', b'rabta ma' dan, tirċievi data personali direttament mingħand parti privata li dik il-parti privata tiddikjara bħala li tista' tittrażmettiha skont il-liġi applikabbli, sabiex tipproċessa dik id-data għat-twettiq tal-kompitu stipulat fil-punt (m) tal-Artikolu 4(1).

▼M1

4.  
Fejn il-Europol tirċievi data personali minn parti privata stabbilita f’pajjiż terz, il-Europol għandha tibgħat dik id-data u r-riżultati tal-analiżi u l-verifika tagħha ta’ dik id-data biss lil Stat Membru, jew lil pajjiż terz ikkonċernat kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a).

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Europol tista’ tittrasferixxi r-riżultati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 25(5) jew (6).

5.  

Il-Europol ma għandhiex tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, għajr fil-każijiet li ġejjin u dment li tali trażmissjoni jew trasferiment ikun strettament meħtieġ u proporzjonat, li għandu jkun stabbilit każ b’każ:

(a) 

it-trażmissjoni jew it-trasferiment ikunu bla dubju fl-interess tas-suġġett tad-data;

(b) 

it-trażmissjoni jew it-trasferiment ikunu strettament meħtieġa fl-interess tal-prevenzjoni tat-twettiq imminenti ta’ reat kriminali, li jinkludi terroriżmu, li jaqa’ taħt l-objettivi tal-Europol;

(c) 

it-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ data personali li tkun disponibbli pubblikament huma strettament meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu msemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (m) u jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

it-trażmissjoni jew it-trasferiment jikkonċernaw każ individwali u speċifiku;

(ii) 

id-drittijiet u il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati ma jkunux prevalenti fuq l-interess pubbliku li jkun jeħtieġ li dik id-data personali tiġi trażmessa jew ittrasferita fil-każ ikkonċernat; jew

(d) 

it-trażmissjoni jew it-trasferiment ikun strettament meħtieġ għall-Europol biex tinnotifika lil dik il-parti privata li l-informazzjoni riċevuta ma tkunx biżżejjed sabiex il-Europol tkun tista’ tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, u jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

it-trażmissjoni jew it-trasferiment isegwi riċevuta ta’ data personali direttament mingħand parti privata f’konformità mal-paragrafu 2;

(ii) 

l-informazzjoni nieqsa, li l-Europol tista’ tirreferi għaliha fin-notifika tagħha, ikollha rabta ċara mal-informazzjoni li qabel kienet ġiet kondiviża minn dik il-parti privata;

(iii) 

l-informazzjoni nieqsa, li l-Europol tista’ tirreferi għaliha fin-notifika tagħha, tkun strettament limitata għal dik li tkun meħtieġa sabiex il-Europol tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati.

It-trażmissjoni jew it-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67.

6.  

Fir-rigward tal-paragrafu 5, il-punti (a), (b) u (d), ta’ dan l-Artikolu, jekk parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fi ħdan l-Unjoni jew f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 25(4a), it-trasferiment għandu jkun biss awtorizzat mid-Direttur Eżekuttiv jekk it-trasferiment ikun:

(a) 

meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data kkonċernat jew ta’ persuna oħra;

(b) 

meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data kkonċernat;

(c) 

essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz;

(d) 

meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tas-sejbien jew tal-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku li jaqa’ fl-objettivi tal-Europol; jew

(e) 

meħtieġ f’każijiet individwali għall-istabbiliment, għall-eżerċizzju jew għad-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, mal-investigazzjoni, mas-sejbien jew mal-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku li jaqa’ fl-objettivi tal-Europol.

Id-data personali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat ikunu prevalenti fuq l-interess pubbliku li jirrikjedi t-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (d) u (e), ta’ dan il-paragrafu.

▼M1

6a.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-punti (a), (c) u (d), ta’ dan l-Artikolu u atti legali oħra tal-Unjoni, it-trasferimenti jew it-trażmissjonijiet ta’ data personali skont il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx ikunu sistematiċi, massivi jew strutturali.
6b.  
Il-Europol tista’ titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, biex jiksbu, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, data personali minn partijiet privati li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, għall-fini tal-kondiviżjoni ta’ dik id-data mal-Europol. Tali talbiet għandhom ikunu motivati u kemm jista’ jkun preċiżi. Tali data personali għandha tkun l-inqas sensittiva possibbli u strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-fini li jippermetti l-Europol tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati.

Minkejja l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri fuq reat kriminali speċifiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw it-talbiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati.

6c.  
L-infrastruttura tal-Europol tista’ tintuża għal skambji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u partijiet privati f’konformità mal-liġi nazzjonali rispettiva. Dawk l-iskambji jistgħu jkopru wkoll reati kriminali li ma jaqgħux taħt l-objettivi tal-Europol.

Fejn l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għall-iskambju ta’ data personali dwar reati kriminali li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Europol, dawn jistgħu jagħtu aċċess lill-Europol għal tali data.

Fejn l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għall- iskambji ta’ data personali dwar reati kriminali li ma jaqgħux taħt l-objettivi tal-Europol, il-Europol ma għandhiex ikollha aċċess għal dik id-data u għandha titqies bħala proċessur f’konformità mal-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Europol għandha tevalwa r-riskji għas-sigurtà maħluqa minħabba li tippermetti l-użu tal-infrastruttura tagħha minn partijiet privati u, fejn meħtieġ, timplimenta miżuri preventivi u ta’ mitigazzjoni xierqa.

▼B

7.  
Il-Europol għandha tiżgura li rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta' data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jiġu rreġistrati f'konformità ma' dan ir-Regolament, u kkomunikati fuq talba lill-KEPD f'konformità mal-Artikolu 40.
8.  
Jekk id-data personali li tkun waslet jew ġiet ittrasferita taffettwa l-interessi ta' Stat Membru, il-Europol għandha minnufih tinforma lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

▼M1 —————

▼M1

11.  
Il-Europol għandha tipprepara rapport annwali għall-Bord ta’ Amministrazzjoni dwar id-data personali skambjata ma’ partijiet privati skont l-Artikoli 26, 26a u 26b, fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi stabbiliti mill-Bord ta’ Amministrazzjoni.

Ir-rapport annwali għandu jinkludi eżempji speċifiċi li juru għaliex it-talbiet tal-Europol f’konformita’ mal-paragrafu 6b ta’ dan l-Artikolu kienu meħtieġa biex tikseb l-objettivi tagħha u twettaq il-kompiti tagħha.

Ir-rapport annwali għandu jqis l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità u l-eżempji għandhom jiġu anonimizzati sa fejn hija kkonċernata d-data personali.

Ir-rapport annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Artikolu 26a

Skambji ta’ data personali ma’ partijiet privati f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi online

1.  
F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi online, il-Europol tista’ tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati u tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18.
2.  
Fejn il-Europol tirċievi data personali minn parti privata stabbilita f’pajjiż terz, il-Europol għandha tgħaddi dik id-data u r-riżultati tal-analiżi u ta’ verifika tagħha ta’ dik id-data biss lil Stat Membru, jew lil pajjiż terz ikkonċernat kif imsemmi fl- Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a).

Il-Europol tista’ tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u tal-verifika tagħha tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 25(5) jew (6).

3.  
Il-Europol tista’ tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, skont il-każ, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, meta t-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ tali data jkun strettament meħtieġ biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ kriżijiet online, u d-drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati ma jkunux prevalenti fuq l-interess pubbliku li jeħtieġ li dik id-data personali tiġi trażmessa jew ittrasferita.
4.  
Fejn il-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fi ħdan l-Unjoni jew f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a) it-trasferiment għandu jirrikjedi awtorizzazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv.
5.  
Il-Europol għandha tassisti, tagħmel skambju ta’ informazzjoni u tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ data personali lil partijiet privati skont il-paragrafu 3 jew 4, b’mod partikolari biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol, tissaħħaħ il-koordinazzjoni u tiġi evitata l-interferenza fl-investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti.
6.  
Il-Europol tista’ titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, biex jiksbu, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, data personali minn partijiet privati, li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, għall-fini tal-kondiviżjoni ta’ dik id-data mal-Europol. Tali talbiet għandhom ikunu motivati u kemm jista’ jkun preċiżi. Tali data personali għandha tkun l-inqas sensittiva possibbli u strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-fini li jippermettu li l-Europol tkun tista’ tappoġġa l-Istati Membri biex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi online.

Minkejja l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri marbuta mad-disseminazzjoni tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw it-talbiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tikseb l-objettivi tagħha.

7.  
Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta’ data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jinżammu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Fuq talba mill-KEPD, il-Europol għandha tagħmel disponibbli dawk ir-rekords lill-KEPD skont l-Artikolu 39a.
8.  
Jekk id-data personali li tkun waslet jew ġiet ittrasferita taffettwa l-interessi ta’ Stat Membru, il-Europol għandha minnufih tinforma lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 26b

Skambju ta’ data personali ma’ partijiet privati biex jiġi indirizzat id-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online

1.  
Il-Europol tista’ tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati u tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18 sabiex tindirizza d-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (y).
2.  
Fejn il-Europol tirċievi data personali minn parti privata stabbilita f’pajjiż terz, il-Europol għandha tgħaddi dik id-data u r-riżultati tal-analiżi u ta’ verifika tagħha ta’ dik id-data biss lil Stat Membru, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a).

Il-Europol tista’ tittrasferixxi r-riżultati tal-analiżi u tal-verifika tagħha tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 25(5) jew (6).

3.  
Il-Europol tista’ tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, skont il-każ, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, meta t-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ tali data jkun strettament meħtieġ biex jiġi indirizzat id-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (y), u d-drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati ma jkunux prevalenti fuq l-interess pubbliku li jenħtieġ li dik id-data personali tiġi trażmessa jew ittrasferita.
4.  
Fejn il-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fi ħdan l-Unjoni jew f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 25(4a), it-trasferiment għandu jirrikjedi awtorizzazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv.
5.  
Il-Europol għandha tassisti, tagħmel skambju ta’ informazzjoni u tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ data personali lil partijiet privati skont il-paragrafi 3 jew 4, b’mod partikolari biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol, tissaħħaħ il-koordinazzjoni u tiġi evitata l-interferenza fl-investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti.
6.  
Il-Europol tista’ titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, jiksbu, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, data personali minn partijiet privati, li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, għall-fini tal-kondiviżjoni ta’ dik id-data mal-Europol. Tali talbiet għandhom ikunu motivati u kemm jista’ jkun preċiżi. Tali data personali għandha tkun l-inqas sensittiva possibbli u strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-fini li jippermetti lill-Europol tindirizza d-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), punt (y).

Minkejja l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri marbuta mad-disseminazzjoni tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jipproċessaw tali talbiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tikseb l-objettivi tagħha.

7.  
Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta’ data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jinżammu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Fuq talba tal-KEPD, il-Europol għandha tagħmel disponibbli dawk ir-rekords lill-KEPD skont l-Artikolu 39a.
8.  
Jekk id-data personali riċevuta jew li tkun ser tiġi ttrasferita taffettwa l-interessi ta’ Stat Membru, il-Europol għandha tinforma minnufih lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

▼B

Artikolu 27

Informazzjoni minn persuni privati

▼M1

1.  
Sa fejn hu neċessarju għall-Europol biex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista’ tirċievi u tipproċessa informazzjoni li toriġina minn persuni privati.

Data personali li toriġina minn persuni privati għandha tiġi pproċessata mill-Europol dment li din tasal permezz ta’:

(a) 

unità nazzjonali skont il-liġi nazzjonali;

(b) 

il-punt ta’ kuntatt ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 25(1), il-punt (c); jew

(c) 

awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a) jew (b), jew fl-Artikolu 25(4a).

2.  
Fejn il-Europol tirċievi informazzjoni, inkluż data personali, minn persuna privata residenti f’pajjiż terz li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punti (a) jew (b), jew fl-Artikolu 25(4a), il-Europol għandha tgħaddi dik l-informazzjoni biss lil Stat Membru jew lil tali pajjiż terz.

▼B

3.  
Jekk id-data personali li tasal taffettwa l-interessi ta' Stat Membru, il-Europol għandha minnufih tinforma lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
4.  
Il-Europol ma għandhiex tikkuntattja lil persuni privati sabiex tikseb informazzjoni.
5.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 36 u 37, il-Europol ma tistax tittrasferixxi data personali lil persuni privati.



KAPITOLU VI

▼M1

PROTEZZJONI TAD-DATA

▼M1

Artikolu 27a

Ipproċessar ta’ data personali mill-Europol

1.  
Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 u l-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol.

Ir-Regolament (UE) 2018/1725, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu IX, għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali amministrattiva mill-Europol.

2.  
Ir-referenzi għal “data personali” f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal “data personali operazzjonali” kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2018/1725, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
3.  
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jadotta regoli biex jiddetermina l-limiti ta’ żmien għall-ħżin ta’ data personali amministrattiva

▼M1 —————

▼B

Artikolu 29

Valutazzjoni tal-affidabbiltà tas-sors u l-preċiżjoni tal-informazzjoni

1.  

L-affidabilità tas-sors ta' informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sa fejn possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin:

(A): fejn ma hemm ebda dubju dwar l-awtentiċità, l-affidabbiltà u l-kompetenza tas-sors, jew jekk l-informazzjoni tiġi pprovduta minn sors li ta prova li huwa dejjem affidabbli;
(B): fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi wera li huwa affidabbli;
(C): fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi wera li mhuwiex affidabbli;
(X): fejn l-affidabbiltà tas-sors ma tistax tiġi vvalutata.
2.  

Il-preċiżjoni tal-informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sa fejn possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin:

(1): informazzjoni li ma hemmx dubju dwar il-preċiżjoni tagħha;
(2): informazzjoni magħrufa personalment mis-sors iżda li mhijiex magħrufa personalment mill-uffiċjal li qed jgħaddiha;
(3): informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors iżda korroborata minn informazzjoni oħra diġà reġistrata;
(4): informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors u li ma tistax tiġi korroborata.
3.  
Fejn il-Europol, abbażi ta' informazzjoni diġà fil-pussess tagħha, tasal għall-konklużjoni li jeħtieġ li l-valutazzjoni provduta fil-paragrafi 1 jew 2 tiġi korretta, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat u tfittex ftehim dwar emenda għall-valutazzjoni. Il-Europol ma għandhiex tibdel il-valutazzjoni mingħajr tali ftehim.
4.  
Jekk il-Europol tirċievi informazzjoni mhux ivvalutata mingħand Stat Membru f'konformità mal-paragrafi 1 jew 2, għandha tipprova tivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni abbażi tal-informazzjoni diġà fil-pussess tagħha. Il-valutazzjoni ta' data u informazzjoni speċifiċi għandha ssir bi qbil mal-Istat Membru fornitur. Stat Membru jista' wkoll jilħaq qbil mal-Europol f'termini ġenerali dwar il-valutazzjoni ta' tipi speċifikati ta' data u sorsi speċifikati. Jekk ma jintlaħaqx qbil f'każ speċifiku, jew ma jkunx jeżisti ftehim f'termini ġenerali, il-Europol għandha tivvaluta l-informazzjoni jew id-data u għandha tattribwixxi lil din l-informazzjoni jew data l-kodiċi tal-evalwazzjoni (X) u (4) imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament.
5.  
Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis fejn il-Europol tirċievi data jew informazzjoni minn korp tal-Unjoni, pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata.
6.  
L-informazzjoni minn sorsi disponibbli pubblikament għandha tiġi vvalutata mill-Europol bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni stipulati fil-paragrafi 1 u 2.
7.  
Fejn l-informazzjoni hija r-riżultat ta' analiżi magħmula mill-Europol fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Europol għandha tivvaluta tali informazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, u fi qbil mal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-analiżi.

Artikolu 30

Proċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali u ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data

1.  
L-ipproċessar ta' data personali fir-rigward tal-vittmi ta' reat kriminali, xhieda jew persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni rigward reati kriminali, jew fir-rigward tal-persuni taħt it-18-il sena, għandu jkun permess jekk ikun strettament meħtieġ u proporzjonat għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' fi ħdan l-objettivi tal-Europol.
2.  
►M1  L-ipproċessar ta’ data personali, b’mezzi awtomatizzati jew mezzi oħrajn, li tiżvela l-oriġini razzjali jew etniċi, il-fehmiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew is-sħubija fi trade unions, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data bijometrika sabiex tiġi identifikata b’mod uniku persuna fiżika, jew data li tikkonċerna s-saħħa jew tikkonċerna l-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuni fiżiċi għandu jkun permess biss fejn strettament meħtieġ u proporzjonat għall-fini ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni skont l-Artikolu 33a u għal finijiet operazzjonali, fi ħdan l-objettivi tal-Europol, u biss għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kriminalità li taqa’ taħt l-objettivi tal-Europol. Tali pproċessar għandu jkun soġġett ukoll għas-salvagwardji xierqa stipulati f’dan ir-Regolament fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, u, bl-eċċezzjoni ta’ data bijometrika pproċessata għall-fini ta’ identifikazzjoni unika ta’ persuna fiżika, għandu jkun permess biss jekk dik id-data tissupplimenta data personali oħra pproċessata mill-Europol. ◄ L-għażla ta' grupp ta' persuni unikament abbażi ta' tali data personali għandha tkun ipprojbita.

▼M1

2a.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien bla bżonn fil-każ tal-ipproċessar ta’ data personali skont dan l-Artikolu.

▼M1

3.  
Il-Europol biss għandu jkollha aċċess dirett għad-data personali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jawtorizza kif dovut għadd limitat ta’ persunal tal-Europol biex ikollu tali aċċess jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn ikun meħtieġ li l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu V tat-TFUE jingħataw aċċess dirett għall-data personali għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, fil-każijiet previsti fl-Artikolu 20(1) u (2a) ta’ dan ir-Regolament jew għall-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 33a(2), punt (d), ta’ dan ir-Regolament, id-Direttur Eżekuttiv għandu jawtorizza kif xieraq għadd limitat ta’ tali persunal biex ikollu tali aċċess.

▼M1 —————

▼M1

5.  
Id-data personali kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tiġi trażmessa lill-Istati Membri jew lill-korpi tal-Unjoni, jew ittrasferita lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, sakemm tali trażmissjoni jew trasferiment ma jkunx meħtieġ skont il-liġi tal-Unjoni jew strettament meħtieġ u proporzjonat f’każijiet individwali li jikkonċernaw reati li jaqgħu fi ħdan l-objettivi tal-Europol u f’konformità mal-Kapitolu V.

▼B

6.  
Kull sena l-Europol għandha tipprovdi lill-KEPD ħarsa ġenerali permezz ta' statistika tad-data personali kollha kif msemmija fil-paragrafu 2 li pproċessat.

Artikolu 31

Limiti ta' żmien għall-ħżin u t-tħassir ta' data personali

1.  
Id-data personali pproċessata mill-Europol għandha tinħażen mill-Europol biss sakemm tkun meħtieġa u proporzjonata għall-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata d-data.
2.  
Il-Europol għandha fil-każijiet kollha tanalizza l-ħtieġa li d-data tibqa' maħżuna sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-ipproċessar inizjali tad-data personali. Il-Europol tista' tiddeċiedi dwar li d-data personali tkompli tinħażen sal-analiżi li jkun imiss, li għandha ssir wara perijodu ieħor ta' tliet snin jekk, ikun għadu meħtieġ li tkompli tinħażen għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol. Ir-raġunijiet biex id-data tkompli tinżamm maħżuna għandhom ikunu ġġustifikati u rreġistrati. Jekk ma titteħidx deċiżjoni dwar jekk għandhiex tkompli tinżamm maħżuna d-data personali, dik id-data għandha titħassar awtomatikament wara tliet snin.
3.  
Jekk id-data personali tat-tip kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) u (2) tinħażen għal perijodu itwal minn ħames snin, il-KEPD għandu jiġi infurmat dwar dan.
4.  
Fejn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tkun indikat xi restrizzjoni fir-rigward tat-tħassir jew il-qerda aktar kmieni tad-data personali fil-mument tat-trasferiment f'konformità mal-Artikolu 19(2), il-Europol għandha tħassar id-data personali f'konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet. Jekk abbażi ta' informazzjoni li hija aktar estensiva minn dik li jkollu l-fornitur tad-data, jitqies neċessarju li d-data tibqa' tinħażen, biex il-Europol tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol għandha titlob awtorizzazzjoni mingħand il-fornitur tad-data biex tkompli taħżen id-data u għandha tippreżenta ġustifikazzjoni għat-tali talba.
5.  
Fejn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali tħassar data pprovduta lill-Europol mill-fajls nazzjonali tad-data personali tagħha, din għandha tgħarraf lill-Europol kif meħtieġ. Il-Europol għandha tħassar id-data sakemm abbażi ta' informazzjoni aktar estensiva minn dik li jkollu l-fornitur tad-data, sabiex il-Europol tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha. Il-Europol għandha tinforma lill-fornitur tad-data li ser tkompli taħżen tali data u tippreżenta ġustifikazzjoni għalfejn ser tkompli taħżinha.
6.  

Data personali ma għandhiex titħassar jekk:

(a) 

dan ikun ta' dannu għall-interessi ta' suġġett tad-data li jkun jeħtieġ protezzjoni. F'dawn il-każijiet, id-data għandha tintuża biss bil-kunsens espliċitu u bil-miktub tas-suġġett tad-data;

(b) 

il-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data, għal perijodu li jippermetti lill-Istati Membri jew lill-Europol, fejn xieraq, jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data;

(c) 

tkun trid tinżamm għal finijiet ta' prova jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali; jew

(d) 

is-suġġett tad-data jopponi t-tħassir tagħha u minflok jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha.

▼M1

Artikolu 32

Sigurtà tal-ipproċessar

Mekkaniżmi sabiex jiżguraw li miżuri ta’ sigurtà, jiġu indirizzati fis-sistemi tal-informazzjoni kollha għandhom jiġu stabbiliti mill-Europol f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2016/680.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 33a

L-ipproċessar ta’ data personali għar-riċerka u għall-innovazzjoni

1.  

Il-Europol tista’ tipproċessa data personali għall-fini tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha, dment li l-ipproċessar ta’ dik id-data personali:

(a) 

jkun strettament meħtieġ u debitament ġustifikat biex jintlaħqu l-objettivi tal-proġett ikkonċernat;

(b) 

fir-rigward ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali, ikun strettament meħtieġ u soġġett għal salvagwardji xierqa, li jistgħu jinkludu l-psewdonimizzazzjoni.

L-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol fil-kuntest ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni għandu jkun iggwidat mill-prinċipji ta’ trasparenza, spjegabbiltà, ekwità u akkontabbiltà.

2.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-kuntest tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Europol, għandhom japplikaw is-salvagwardji li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe proġett ta’ riċerka u innovazzjoni jirrikjedi l-awtorizzazzjoni minn qabel mid-Direttur Eżekuttiv, f’konsultazzjoni mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, fuq il-bażi ta’:

(i) 

deskrizzjoni tal-objettivi tal-proġett u ta’ spjega dwar kif il-proġett jassisti lill-Europol jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-kompiti tagħhom;

(ii) 

deskrizzjoni tal-attività ta’ pproċessar prevista, li tagħti l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tal-ipproċessar u l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-ipproċessar tad-data personali, bħal pereżempju għall-esplorazzjoni u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi u l-iżgurar tal-preċiżjoni tar-riżultati tal-proġett;

(iii) 

deskrizzjoni tal-kategoriji ta’ data personali li għandhom jiġu pproċessati;

(iv) 

valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stipulati fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1725, tal-limitu taż-żmien għal-ħażna u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data personali; u

(v) 

valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, inkluż ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, ir-riskju ta’ kwalunkwe preġudizzju fid-data personali li tkun ser tintuża għat-taħriġ tal-algoritmi u fl-eżitu tal-ipproċessar, u l-miżuri previsti biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji kif ukoll biex jiġi evitat ksur tad-drittijiet fundamentali;

(b) 

il-KEPD għandu jiġi infurmat qabel it-tnedija tal-proġett;

(c) 

il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jiġi kkonsultat jew infurmat qabel it-tnedija tal-proġett, skont il-linji gwida msemmijin fl-Artikolu 18(7);

(d) 

kwalunkwe data personali li tiġi pproċessata fil-kuntest tal-proġett:

(i) 

għandha tiġi kkupjata temporanjament għal fuq ambjent ta’ pproċessar ta’ data separat, iżolat u protett fi ħdan il-Europol għall-iskop uniku li jitwettaq dak il-proġett;

(ii) 

għandha tiġi aċċessata biss mill-persunal tal-Europol awtorizzat speċifikament f’konformità mal-Artikolu 30(3) ta’ dan ir-Regolament u, soġġett għal miżuri ta’ sigurtà tekniċi, minn persunal awtorizzat speċifikament tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti fuq il-bażi tat-Titolu V tat-TFUE;

(iii) 

ma għandhiex tiġi trażmessa jew ittrasferita;

(iv) 

ma għandhiex twassal għal miżuri jew deċiżjonijiet li jaffettwaw is-suġġetti tad-data minħabba l-ipproċessar tagħhom;

(v) 

għandha titħassar ladarba l-proġett jiġi konkluż jew il-limitu taż-żmien għall-ħażna tad-data personali ikun skada f’konformità mal-Artikolu 31;

(e) 

ir-reġistri tal-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-proġett għandhom jinżammu sa sentejn wara l-konklużjoni tal-proġett, għall-iskop biss u sakemm ikunu meħtieġa biss għall-verifika tal-preċiżjoni tal-eżitu tal-ipproċessar tad-data.

3.  
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jistabbilixxi f’dokument vinkolanti l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali għall-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni. Tali dokument għandu jiġi aġġornat meta xieraq u jsir disponibbli għall-KEPD għall-fini tas-superviżorju tiegħu.
4.  
Il-Europol għandha żżomm dokument li fih deskrizzjoni dettaljata tal-proċess u tar-raġunament wara t-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-algoritmi biex tiżgura t-trasparenza tal-proċess u tal-algoritmi, inkluż il-konformità tagħhom mas-salvagwardji previsti f’dan l-Artikolu, u biex tippermetti l-verifika tal-preċiżjoni tar-riżultati abbażi tal-użu ta’ tali algoritmi. Fuq talba, il-Europol għandha tagħmel dak id-dokument disponibbli għall-partijiet interessati, inkluż l-Istati Membri u l-JPSG.
5.  
Jekk id-data li għandha tiġi pproċessata għal proġett ta’ riċerka u innovazzjoni tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, il-Europol għandha titlob għall-kunsens minn dak il-fornitur tad-data f’konformità mal-Artikolu 19(2), sakemm il-fornitur tad-data ma jkunx ta l-awtorizzazzjoni tiegħu minn qabel għal tali pproċessar għall-fini tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni, f’termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi.

Il-Europol ma għandhiex tipproċessa data għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni mingħajr il-kunsens tal-fornitur tad-data. Tali kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe mument.

▼B

Artikolu 34

Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtoritajiet ikkonċernati

▼M1

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2018/1725, fil-każ ta’ ksur ta’ data personali, il-Europol għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar dak il-ksur, mingħajr dewmien bla bżonn, f’konformità mal-Artikolu 7(5) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll lill-fornitur tad-data kkonċernata sakemm il-ksur ta’ data personali ma jkunx improbabbli li jirriżulta f’riskju għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ persuni fiżiċi.

▼B

2.  

In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha, bħala minimu:

(a) 

tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta' data personali inkluż, fejn hu possibbli u xieraq, il-kategoriji u l-għadd ta' suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u l-għadd ta' rekords tad-data kkonċernati;

(b) 

tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta' data personali;

(c) 

tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-Europol sabiex tindirizza l-ksur ta' data personali; u

(d) 

fejn xieraq, tirrakkomanda miżuri sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tal-ksur ta' data personali;

▼M1 —————

▼B

Artikolu 35

Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data

▼M1 —————

▼M1

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jekk il-Europol ma jkollhiex id-dettalji ta’ kuntatt tas-suġġett tad-data kkonċernat, hija għandha titlob lill-fornitur tad-data sabiex jikkomunika l-ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat u sabiex jinforma lill-Europol dwar id-deċiżjoni meħuda. L-Istati Membri li jipprovdu d-data għandhom jikkomunikaw il-ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat f’konformità mal-liġi nazzjonali.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 36

Dritt ta' aċċess għas-suġġett tad-data

▼M1 —————

▼M1

3.  
Kwalunkwe suġġett tad-data li jixtieq jeżerċita d-dritt tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għad-data personali relatata mas-suġġett tad-data jista’ jagħmel talba għal dak l-għan lill-awtorità maħtura għal dak l-iskop fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu jew tagħha, jew lill-Europol. Meta t-talba ssir lil dik l-awtorità, hija għandha tirreferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien żejjed u fi żmien xahar minn meta tirċeviha.

▼B

4.  
Il-Europol għandha tikkonferma li tkun waslitilha t-talba taħt il-paragrafu 3, il-Europol għandha twieġeb mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-wasla għand il-Europol tat-talba mill-awtorità nazzjonali.
5.  
Il-Europol għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(5), u l-fornitur tad-data kkonċernati, dwar deċiżjoni li għandha tittieħed. Deċiżjoni dwar l-aċċess għad-data personali għandha tkun tiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Europol u l-fornitur tad-data direttament ikkonċernat mill-aċċess tas-suġġett tad-data għal tali data. Jekk Stat Membru jew il-fornitur tad-data joġġezzjona għat-tweġiba proposta tal-Europol, dan għandu jinnotifika lill-Europol bir-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Il-Europol għandha tqis bl-aktar mod sħiħ kwalunkwe oġġezzjoni bħal din. Il-Europol għandha sussegwentement tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(5), u lill-fornitur tad-data.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 37

Dritt għal rettifika, tħassir u restrizzjoni

▼M1

1.  
Kwalunkwe suġġett tad-data li jixtieq jeżerċita d-dritt ta’ rettifika jew ta’ tħassir ta’ data personali jew ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali relatata miegħu msemmi fl-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jista’ jagħmel talba għal dak l-għan, permezz tal-awtorità maħtura għal dak l-iskop fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu, jew lill-Europol. Meta t-talba ssir lil dik l-awtorità, hija għandha tirreferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien żejjed, u fi żmien xahar minn meta tirċeviha.

▼M1 —————

▼M1

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 82(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Europol għandha tillimita l-ipproċessar ta’ data personali minflok ma tħassar id-data personali jekk ikun hemm motivi raġonevoli sabiex temmen li t-tħassir jista’ jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.

Id-data ristretta għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, fejn dan ikun meħtieġ biex jitħarsu l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra, jew għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 82(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

4.  
Fejn id-data personali msemmija fil-paragrafi 1 u 3 miżmuma mill-Europol tkun ġiet ipprovduta lilha minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew korpi tal-Unjoni, tkun ġiet ipprovduta direttament minn partijiet privati, inkisbet mill-Europol minn sorsi disponibbli pubblikament jew irriżultat mill-analiżijiet tal-Europol stess, il-Europol għandha tikkoreġi jew tħassar tali data jew tirrestrinġi l-ipproċessar tagħha u tinforma, fejn xieraq, lill-fornituri tad-data.
5.  
Fejn id-data personali msemmija fil-paragrafi 1 u 3 miżmuma mill-Europol tkun ġiet ipprovduta lill-Europol mill-Istati Membri, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoreġu jew iħassru tali data jew jirrestrinġu l-ipproċessar tagħha f’kooperazzjoni mal-Europol fil-kompetenzi rispettivi tagħhom.

▼B

6.  
Jekk kienet ġiet trasferita data personali żbaljata b'mezzi xierqa oħra jew jekk l-iżbalji fid-data pprovduta mill-Istati Membri jkunu minħabba trasferiment difettuż jew trasferiment bi ksur ta' dan ir-Regolament jew jekk jirriżultaw minn data li ddaħħlet, ittieħdet jew ġiet maħżuna b'mod żbaljat jew bi ksur ta' dan ir-Regolament mill-Europol, il-Europol għandha tikkoreġi jew tħassar tali data f'kollaborazzjoni mal-fornitur tad-data kkonċernat.
7.  
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 d-destinatarji kollha tad-data konċernata għandhom jiġu nnotifikati minnufih. F'konformità mar-regoli applikabbli għalihom, id-destinatarji għandhom imbagħad jikkoreġu, iħassru jew jirrestrinġu dik id-data fis-sistemi tagħhom.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 38

Responsabbiltà fi kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data

▼M1

1.  
Il-Europol għandha tipproċessa d-data personali b’mod li jiżgura li jkun jista’ jiġi stabbilit is-sors tagħha, f’konformità mal-Artikolu 17.
2.  

Ir-responsabbiltà għall-preċiżjoni tad-data personali kif imsemmija fl-Artikolu 71(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandha tkun:;

▼B

(a) 

tal-Istat Membru jew tal-korp tal-Unjoni li pprovdew d-data personali lill-Europol;

(b) 

tal-Europol fir-rigward tad-data personali pprovduta minn pajjiżi terzi, jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew ipprovduta direttament minn partijiet privati; tad-data personali miksuba mill-Europol minn sorsi disponibbli b'mod pubbliku jew li tirriżulta mill-analiżi mwettqa mill-Europol stess; u tad-data personali maħżuna mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 31(5).

3.  
Jekk il-Europol issir taf li data personali pprovduta f'konformità mal-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 17(1) hija fattwalment żbaljata jew inħażnet illegalment, hija għandha tinforma lill-fornitur ta' dik id-data kif xieraq.

▼M1

4.  
Il-Europol għandha tkun responsabbli għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward ta’ data personali amministrattiva u għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 3 u mal-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward ta’ data personali

▼B

5.  

Ir-responsabbiltà għal-legalità ta' trasferiment tad-data għandha tkun ta':

(a) 

l-Istat Membru li jkun ipprovda d-data personali lill-Europol; u

(b) 

tal-Europol fil-każ ta' data personali pprovduta minnha lill-Istati Membri, lill-pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

6.  
F'każ ta' trasferiment bejn il-Europol u korp tal-Unjoni, ir-responsabbiltà għal-legalità tat-trasferiment tkun tal-Europol.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, meta d-data tiġi ttrasferita mill-Europol wara talba mingħand ir-riċevitur, kemm il-Europol kif ukoll ir-riċevitur għandhom iġorru r-responsabbiltà tal-legalità ta' tali trasferiment.

7.  
Il-Europol għandha tkun responsabbli għall-operazzjonijiet kollha ta' pproċessar ta' data mwettqa minnha bl-eċċezzjoni tal-iskambju bilaterali ta' data bl-użu tal-infrastruttura tal-Europol bejn l-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li għalih il-Europol m'għandhiex aċċess. Tali skambji bilaterali għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-entitajiet konċernati u f'konformità mal-liġi tagħhom. ►M1  Is-sigurtà ta’ tali skambji għandha tiġi żgurata f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2018/1725 ◄

▼M1

Artikolu 39

Il-konsultazzjoni minn qabel

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-konsultazzjoni minn qabel tal-KEPD ma għandhiex tapplika għal attivitajiet operazzjonali individwali speċifiċi li ma jinkludu l-ebda tip ġdid ta’ pproċessar li jkun jinvolvi riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data.
2.  
Il-Europol tista’ tagħti bidu għal operazzjonijiet ta’ pproċessar li jkunu soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel mal-KEPD skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 sakemm il-KEPD ma jkunx ipprovda parir bil-miktub skont l-Artikolu 90(4) ta’ dak ir-Regolament fi ħdan il-perijodi pprovduti f’dik id-dispożizzjoni, li jibdew fid-data fejn tasal it-talba inizjali għall-konsultazzjoni u li ma għandhomx jiġu sospiżi.
3.  
Fejn l-operazzjonijiet ta’ ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkollhom sinifikat sostanzjali għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol u jkunu partikolarment urġenti u meħtieġa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra theddida immedjata ta’ reat kriminali li jaqa’ taħt l-objettivi tal-Europol jew biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra, il-Europol tista’ b’mod eċċezzjonali tagħti bidu għall-ipproċessar wara li tkun bdiet il-konsultazzjoni minn qabel tal-KEPD ipprovduta fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u qabel ma jkun skada l-perijodu pprovdut fl-Artikolu 90(4) ta’ dak ir-Regolament. F’dak il-każ, il-Europol għandha tinforma lill-KEPD qabel il-bidu tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

Il-parir bil-miktub tal-KEPD skont l-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu jitqies b’mod retrospettiv, u l-mod kif jitwettaq l-ipproċessar għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun involut fil-valutazzjoni tal-urġenza ta’ tali operazzjonijiet ta’ pproċessar qabel jiskadi l-perjodu pprovdut fl-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u għandu jissorvelja l-ipproċessar inkwistjoni.

4.  
Il-KEPD għandu jżomm reġistru tal-operazzjonijiet ta’ proċessar kollha li jkunu ġew notifikati lilu jew lilha skont il-paragrafu 1. Ir-reġistru ma għandux isir pubbliku.

▼M1

Artikolu 39a

Rekords tal-kategoriji ta’ attivitajiet ta’ pproċessar

1.  

Il-Europol għandha żżomm rekords tal-kategoriji kollha ta’ attivitajiet ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħha. Dak ir-rekord għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

id-dettalji ta’ kuntatt tal-Europol u l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data;

(b) 

il-finijiet tal-ipproċessar;

(c) 

deskrizzjoni tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data u tal-kategoriji ta’ data personali;

(d) 

il-kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata jew tkun ser tiġi żvelata d-data personali inkluż riċevituri f’pajjiżi terzi jew f’organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e) 

fejn applikabbli, trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz, lil organizzazzjoni internazzjonali jew lil parti privata, inkluż l-identifikazzjoni ta’ dak ir-riċevitur;

(f) 

fejn ikun possibbli, il-limiti ta’ żmien previsti għat-tħassir tal-kategoriji ta’ data differenti;

(g) 

fejn ikun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzazzjonali ta’ sigurtà msemmijin fl-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(h) 

fejn applikabbli, l-użu tat-tfassil ta’ profili.

2.  
Ir-rekord imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun bil-miktub, inkluż f’forma elettronika.
3.  
Il-Europol għandha tagħmel ir-rekord imsemmi fil-paragrafu 1 disponibbli għall-KEPD fuq talba.

▼M1

Artikolu 40

Reġistrazzjoni

1.  
F’konformità mal-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Europol għandha żżomm reġistri tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tagħha. Ma għandux ikun possibbli li r-reġistri jiġu mmodifikati.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jekk meħtieġ minn unita’ nazzjonali għall-investigazzjoni speċifika relatata mal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lil dik l-unità nazzjonali.

Artikolu 41

Ħatra tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

1.  
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jaħtar membru tal-persunal tal-Europol bħala Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun maħtur għal dik il-pożizzjoni unikament.
2.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jintgħażel abbażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-data, u l-ħila li jaqdi l-kompiti msemmijin fl-Artikolu 41b ta’ dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2018/1725.
3.  
L-għażla tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma għandhiex tirriżulta f’kunflitt ta’ interess bejn id-dmir tiegħu bħala Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor li jista’ jkollu, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
4.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma għandux jitkeċċa jew jiġi ppenalizzat mill-Bord ta’ Amministrazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
5.  
Il-Europol għandha tippubblika d-dettalji ta’ kuntatt tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tikkomunikahom lill-KEPD.

▼M1

Artikolu 41a

Pożizzjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

1.  
Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jkun involut kif xieraq u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ data personali.
2.  
Il-Europol għandha tappoġġa lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 41b billi tipprovdilu r-riżorsi u l-persunal meħtieġa sabiex iwettaq dawk il-kompiti u billi tipprovdi aċċess għad-data personali u għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar, u sabiex iżomm l-għarfien espert tiegħu.

Sabiex l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiġi appoġġat fil-qadi tal-kompiti tiegħu, membru tal-persunal tal-Europol jista’ jinħatar bħala assistent Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

3.  
Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jaġixxi b’mod indipendenti u ma jirċievi l-ebda struzzjoni dwar il-qadi tal-kompiti tiegħu.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirrapporta direttament lill-Bord ta’ Amministrazzjoni.

4.  
Is-suġġetti tad-data jistgħu jikkuntattjaw lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ipproċessar ta’ data personali tagħhom u mal-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Ħadd ma għandu jġarrab preġudizzju minħabba kwistjoni miġjuba għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li tallega li jkun seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolament (UE) 2018/1725.

5.  
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari l-proċedura tal-għażla għall-kariga tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, it-tkeċċija, il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tiegħu, u s-salvagwardji għall-indipendenza tiegħu.
6.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-persunal tiegħu għandhom ikunu marbuta bl-obbligu ta’ kunfidenzjalità f’konformità mal-Artikolu 67(1).
7.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinħatar għal mandat ta’ erba’ snin u għandu jkun eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid.
8.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-Bord ta’ Amministrazzjoni jekk huwa ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijietu u biss bil-kunsens tal-KEPD.
9.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-assistent Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandhom jiġu rreġistrati mal-KEPD mill-Bord ta’ Amministrazzjoni.
10.  
Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-assistent Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 41b

Kompiti tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

1.  

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu, b’mod partikolari, ikollu l-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali:

(a) 

jiżgura b’mod indipendenti l-konformità tal-Europol mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data fir-regoli interni tal-Europol, inkluż il-monitoraġġ tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) 2018/1725, ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data u mal-politiki tal-Europol b’rabta mal-protezzjoni ta’ data personali, inkluż l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal involut fl-attivitajiet ta’ pproċessar, u l-awditi relatati;

(b) 

jinforma u jagħti pariri lill-Europol u lill-persunal li jipproċessa data personali dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2018/1725 u dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data;

(c) 

jipprovdi pariri meta mitlub fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u jissorvelja l-prestazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data;

(d) 

iżomm reġistru ta’ ksur ta’ data personali u jipprovdi pariri meta mitlub fir-rigward tal-ħtieġa ta’ notifika jew ta’ komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali skont l-Artikoli 92 u 93 tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(e) 

jiżgura li jinżamm rekord tat-trażmissjoni, tat-trasferiment u tar-riċevuta ta’ data personali f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(f) 

jiżgura li, fuq talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jiġu informati bid-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/1725;

(g) 

jikkoopera mal-persunal tal-Europol responsabbli għall-proċeduri, għat-taħriġ u għall-pariri dwar l-ipproċessar tad-data;

(h) 

iwieġeb għat-talbiet mill-KEPD, fi ħdan l-isfera tal-kompetenza tiegħu, jikkoopera u jikkonsulta mal-KEPD, fuq talba ta’ dan tal-aħħar jew fuq inizjattiva tiegħu stess;

(i) 

jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari mal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data fil-qasam tal-infurzar tal-liġi;

(j) 

jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-KEPD dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar, inkluża l-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 40 u 90 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u jikkonsulta, fejn xieraq, fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni oħra fi ħdan l-isfera tal-kompetenza tiegħu;

(k) 

iħejji rapport annwali u jikkomunika dak ir-rapport lill-Bord ta’ Amministrazzjoni u lill-KEPD;

(l) 

jiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data ma jiġux affettwati ħażin mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

2.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord ta’ Amministrazzjoni għat-titjib prattiku tal-protezzjoni tad-data u jagħti pariri fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data.

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Bord ta’ Amministrazzjoni jew ta’ kwalunkwe individwu, jinvestiga kwistjonijiet u okkorrenzi relatati direttament mal-kompiti tiegħu li jsir jaf bihom,u jirrapporta lura lill-persuna li tkun talbet l-investigazzjoni jew lill- Bord ta’ Amministrazzjoni r-riżultati ta’ dik l-investigazzjoni.

3.  
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq il-funzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tad-data personali amministrattiva.
4.  
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-membri tal-persunal tal-Europol li jassistu lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq ta’ dmirijietu għandu jkollhom aċċess għad-data kollha pproċessata mill-Europol u għall-bini kollu tal-Europol.
5.  
Jekk l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jqis li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar l-ipproċessar ta’ data personali amministrattiva, jew id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tal-Artikolu 3 u tal-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar l-ipproċessar ta’ data personali, ma jkunux ġew irrispettati, huwa għandu jinforma lid-Direttur Eżekuttiv u għandu jitolbu li jsolvi n-nuqqas ta’ konformità fi ħdan perjodu speċifikat.

Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jsolvix in-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar f’perjodu speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma lill-Bord ta’ Amministrazzjoni. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jwieġeb fi ħdan limitu ta’ żmien speċifikat miftiehem mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk il-Bord ta’ Amministrazzjoni ma jirriżolvix in-nuqqas ta’ konformità f’perjodu speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirriferi l-kwistjoni lill-KEPD.

Artikolu 41c

Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali

1.  
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, jaħtar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jista’ jkun membru tal-persunal eżistenti tal-Europol li jkun irċieva taħriġ speċjali fil-liġi u l-prattika tad-drittijiet fundamentali.
2.  

L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

jagħti pariri lill-Europol fejn iqis li jkun meħtieġ jew fejn jintalab jagħmel hekk, dwar kwalunkwe attività tal-Europol, mingħajr ma jimpedixxi dawk l-attivitajiet jew jikkawża dewmien fihom;

(b) 

jissorvelja l-konformità tal-Europol mad-drittijiet fundamentali;

(c) 

jipprovdi opinjonijiet mhux vinkolanti dwar arranġamenti ta’ ħidma;

(d) 

jinforma lid-Direttur Eżekuttiv dwar ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali matul l-attivitajiet tal-Europol;

(e) 

jippromwovi r-rispett tal-Europol għad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħha;

(f) 

kwalunkwe kompitu ieħor fejn previst b’dan ir-Regolament.

3.  
Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali ma jirċievi l-ebda struzzjoni dwar l-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu.
4.  
L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta direttament lid-Direttur Eżekuttiv u jipprepara rapporti annwali dwar l-attivitajiet tiegħu, inkluż dwar kemm l-attivitajiet tal-Europol jirrispettaw id-drittijiet fundamentali. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-Bord ta’ Amministrazzjoni.

Artikolu 41d

Taħriġ dwar id-Drittijiet Fundamentali

Il-persunal kollu tal-Europol involut f’kompiti operazzjonali li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali għandu jirċievi taħriġ obbligatorju dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Dak it-taħriġ għandu jiġi żviluppat f’kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 ( *1 ), u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ).

▼B

Artikolu 42

Superviżjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali

▼M1

1.  
Għall-fini tal-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandu jkollhom aċċess, fl-unità nazzjonali jew fil-bini tal-uffiċjali ta’ kollegament, għad-data sottomessa mill-Istat Membru tagħhom lill-Europol f’konformità mal-proċeduri nazzjonali rilevanti u għar-reġistri kif imsemmi fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament.
2.  
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-uffiċċji u għad-dokumenti tal-uffiċjali ta’ kollegament rispettivi tagħhom fil-Europol.

▼B

3.  
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, f'konformità mal-proċeduri nazzjonali rilevanti, iwettqu superviżjoni tal-attivitajiet tal-unitajiet nazzjonali u l-attivitajiet tal-uffiċjali ta' kollegament, sa fejn dawn l-attivitajiet ikunu rilevanti għall-protezzjoni tad-data personali. Għandhom ukoll iżommu lill-KEPD infurmat b'kull azzjoni li jieħdu fir-rigward tal-Europol.
4.  
Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt titlob lill-awtorità superviżorja nazzjonali biex tivverifika l-legalità ta' kwalunkwe trasferiment jew il-komunikazzjoni lill-Europol ta' data li tikkonċernaha fi kwalunkwe forma u l-aċċess għal dik id-data mill-Istat Membru kkonċernat. Dan id-dritt għandu jkun eżerċitat skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn issir it-talba.

Artikolu 43

Superviżjoni mill-KEPD

1.  
►M1  Il-KEPD għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol, u għall-għoti ta’ pariri lill-Europol u lis-suġġetti tad-data dwar il-materji kollha li jikkonċernaw l-ipproċessar tad-data personali. ◄ Għal dak il-għan, huwa għandu jwettaq id-dmirijiet stipulati fil-paragrafu 2, u jeżerċita s-setgħat stipulati fil-paragrafu 3, filwaqt li jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 44.
2.  

Il-KEPD għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin:

(a) 

jisma' u jinvestiga lmenti, u jinforma lis-suġġett tad-data dwar ir-riżultat f'perijodu raġonevoli ta' żmien;

(b) 

iwettaq inkjesti jew fuq inizjattiva tiegħu/tagħha stess jew fuq il-bażi ta' lment, u jinforma lis-suġġetti tad-data dwar ir-riżultat f'perijodu raġonevoli ta' żmien;

(c) 

jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jirrelataw mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol;

(d) 

jagħti parir lill-Europol, jew fuq inizjattiva tiegħu bħala rispons għal konsultazzjoni, dwar il-kwistjonijiet kollha rigward l-ipproċessar ta' data personali, b'mod partikolari qabel ma dan ifassal regoli interni relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali;

(e) 

iżomm reġistru ta' tipi ġodda ta' operazzjonijiet ta' proċessar notifikati lilu bis-saħħa tal-Artikolu 39(1) u rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 39(4);

(f) 

iwettaq konsultazzjoni minn qabel dwar l-ipproċessar notifikat lilu.

3.  

Il-KEPD jista' skont dan ir-Regolament:

(a) 

jagħti pariri lis-suġġetti tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom;

(b) 

jirreferi l-kwistjoni lill-Europol fil-każ ta' ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, u, fejn xieraq, jagħmel proposti għar-rimedji ta' dak il-ksur u għat-titjib tal-protezzjoni tas-suġġetti tad-data;

(c) 

jordna li talbiet għall-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet b'relazzjoni mad-data jiġu osservati meta dawk it-talbiet ikunu ġew irrifjutati bi ksur tal-Artikoli 36 u 37;

(d) 

javża jew iċanfar lill-Europol;

(e) 

jordna lill-Europol tagħmel ir-rettifika, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew id-distruzzjoni ta' data personali li tkun ġiet ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali u jinotifikaw tali azzjonijiet lill-partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata tali data;

(f) 

jimponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-operazzjonijiet ta' proċessar mill-Europol li huma ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-data personali;

(g) 

jirreferi l-kwistjoni lill-Europol, u, jekk meħtieġ, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(h) 

jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont il-kondizzjonijiet previsti fit-TFEU;

(i) 

jintervjeni fl-azzjonijiet miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

▼M1

(j) 

jordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jagħmel attivitajiet ta’ pproċessar konformi ma’ dan ir-Regolament, meta jkun xieraq, b’mod speċifiku u f’perjodu ta’ żmien speċifiku;

(k) 

jordna s-sospensjoni ta’ flussi ta’ data lejn riċevitur fi Stat Membru, f’pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali;

(l) 

jimponi multa amministrattiva fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Europol ma’ waħda mill-miżuri msemmija fil-punti (c), (e), (f), (j) u (k) ta’ dan il-paragrafu, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.

▼B

4.  

Il-KEPD għandu jkollu s-setgħa li:

(a) 

jikseb mingħand il-Europol aċċess għad-data personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet tiegħu/tagħha;

(b) 

jikseb aċċess għal kwalunkwe bini li fih il-Europol twettaq l-attivitajiet tagħha meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jiġi preżunt li tkun qed titwettaq fih attività koperta b'dan ir-Regolament.

▼M1

5.  
Il-KEPD għandu jipprepara rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji tiegħu fir-rigward tal-Europol. Dak ir-rapport għandu jkun parti mir-rapport annwali tal-KEPD imsemmi fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-KEPD għandu jistieden lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar dik il-parti tar-rapport annwali qabel mar-rapport annwali jiġi adottat. Il-KEPD għandu jieħu kont sħiħ ta’ dawk l-osservazzjonijiet u għandu jirreferihom fir-rapport annwali.

Il-parti tar-rapport annwali msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jinkludi informazzjoni statistika dwar ilmenti, inkjesti, u investigazzjonijiet, kif ukoll dwar trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali, każijiet ta’ konsultazzjoni minn qabel tal-KEPD, u l-użu tas-setgħat stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

6.  
Il-KEPD, l-uffiċjali u membri oħra tal-persunal tas-Segretarjat tal-KEPD għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 67(1).

Artikolu 44

Kooperazzjoni bejn il-KEPD u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

1.  
Il-KEPD għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi kwistjonijiet li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-KEPD jew awtorità superviżorja nazzjonali ssib diskrepanzi kbar bejn il-prassi tal-Istati Membri jew trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali tal-Europol għall-iskambji ta' informazzjoni, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajma minn awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.

▼M1

2.  
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-superviżjoni koordinata għandha tiġi żgurata f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-KEPD għandu juża l-għarfien espert u l-esperjenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fit-twettiq ta’ dmirijietu kif stipulati fl-Artikolu 43(2) ta’ dan ir-Regolament.

Fit-twettiq ta’ spezzjonijiet konġunti flimkien mal-KEPD, il-membri u l-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, b’kont meħud tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, ikollhom setgħat ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 43(4) ta’ dan ir-Regolament u jkunu marbuta b’obbligu ekwivalenti għal dak stipulat fl-Artikolu 43(6) ta’ dan ir-Regolament.

▼B

3.  
Il-KEPD għandu jżomm lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali infurmati bis-sħiħ dwar il-kwistjonijiet kollha li jolqtuhom direttament jew b'xi mod rilevanti għalihom. Fuq talba ta' awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, il-KEPD għandu jinformahom dwar kwistjonijiet speċifiċi.

▼M1

4.  
F’każijiet relatati ma’ data li toriġina minn Stat Membru wieħed jew aktar, inkluż il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 47(2), il-KEPD għandu jikkonsulta l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati. Il-KEPD ma għandux jiddeċiedi dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed qabel ma dawk l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkunu infurmaw lill-KEPD dwar l-opinjoni tagħhom, sa skadenza speċifikata minnu li ma għandhiex tkun anqas minn xahar u mhux aktar minn tliet xhur minn meta l-KEPD jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati. Il-KEPD għandu jieħu l-kont sħiħ tal-pożizzjonijiet rispettivi tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati. Fejn il-KEPD ikollu l-intenzjoni li ma jsegwix il-pożizzjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali, hu għandu jgħarraf lil dik l-awtorità, jipprovdi ġustifikazzjoni u jressaq il-kwistjoni quddiem il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

▼M1 —————

▼B



KAPITOLU VII

RIMEDJI U RESPONSABBILTÀ

Artikolu 47

Dritt li jitressaq ilment quddiem il-KEPD

▼M1

1.  
Kwalunkwe suġġett ta’ data għandu jkollu d-dritt jippreżenta ilment quddiem il-KEPD, jekk jidhirlu li l-ipproċessar mill-Europol ta’ data personali relatata miegħu ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament jew mar-Regolament (UE) 2018/1725.

▼B

2.  
►M1  Meta lment ikollu x’jaqsam ma’ deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 36 jew 37 ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 81 jew 82 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-KEPD għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istat Membru li pprovda d-data jew tal-Istat Membru kkonċernat direttament. ◄ Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tiegħu, li tista' testendi għal ċaħda li tiġi kkomunikata kwalunkwe informazzjoni, l-KEPD għandu jieħu kont tal-opinjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali.
3.  
Fejn ilment jirrigwarda l-kontroll tad-data provduta minn Stat Membru lill-Europol, il-KEPD u l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru li pprovda d-data, għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jiżguraw li l-kontrolli meħtieġa fuq il-legalità tal-ipproċessar tad-data twettqu b'mod korrett.
4.  
Fejn ilment jirrigwarda l-ipproċessar tad-data mogħtija lill-Europol minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, jew data miġbura mill-Europol minn sorsi disponibbli pubblikament jew li jirriżultaw mill-analiżi tal-Europol stess il-KEPD għandu jiżgura li l-Europol tkun wettqet b'mod korrett il-kontrolli meħtieġa fuq il-legalità tal-ipproċessar tad-data.

▼M1

5.  
Il-KEPD għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment, kif ukoll dwar il-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju skont l-Artikolu 48.

▼B

Artikolu 48

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra l-KEPD

Kwalunkwe azzjoni kontra deċiżjonijiet tal-KEPD għandha titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 49

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-responsabbiltà u d-dritt għal kumpens

1.  
Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Europol għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt konċernat.
2.  
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li tkun tinsab f'kuntratt konkluż mill-Europol.
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 49, fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, il-Europol għandha, f'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha waqt il-qadi ta' dmirijiethom.
4.  
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni f'tilwim relatati ma' kumpens għal kwalunkwe dannu kif imsemmi fil-paragrafu 3.
5.  
Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Europol vis-à-vis il-Europol għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra li japplikaw għalihom.

▼M1

Artikolu 50

Dritt għal kumpens

1.  
Kwalunkwe persuna li tkun ġarrbet xi dannu materjali jew mhux materjali b’riżultat ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tirċievi kumpens f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 56 tad-Direttiva (UE) 2016/680.
2.  
Kwalunkwe tilwima bejn il-Europol u l-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà aħħarija għal kumpens mogħti lill-persuna li tkun ġarrbet xi dannu materjali jew mhux materjali f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi rreferita lill-Bord ta’ Amministrazzjoni. ll-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi dwar dik ir-responsabbiltà b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kontestazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 263 TFUE.

▼B



KAPITOLU VIII

SKRUTINJU PARLAMENTARI KONĠUNT

Artikolu 51

Skrutinju Parlamentari konġunt

1.  
Skont l-Artikolu 88 TFUE, l-iskrutinju tal-attivitajiet tal-Europol għandu jitwettaq mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali. Dan għandu jikkostitwixxi Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt speċjalizzat (JPSG) stabbilit flimkien mill-parlamenti nazzjonali u l-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. L-organizzazzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-JPSG għandhom jiġu determinati flimkien mill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1.
2.  
Il-JPSG għandu jwettaq monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tal-missjoni tagħha, inkluż fir-rigward tal-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu:

(a) 

il-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv jew il-Viċijiet tagħhom għandhom jidhru quddiem il-JPSG fuq talba tiegħu biex jiddiskutu materji marbutin mal-attivitajiet b'referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu, inklużi l-aspetti baġitarji ta' tali attivitajiet, l-organizzazzjoni strutturali tal-Europol u l-istabbiliment potenzjali ta' unitajiet u ċentri speċjalizzati ġodda, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. Il-JPSG jista' jiddeċiedi li jistieden għal-laqgħat tiegħu persuni rilevanti oħra, fejn xieraq;

(b) 

il-KEPD għandu jidher quddiem il-JPSG fuq talba tiegħu u tal-anqas darba fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, u b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali, fir-rigward tal-attivitajiet tal-Europol, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità;

(c) 

il-JPSG għandu jiġi kkonsultat b'rabta mal-programmazzjoni pluriennali tal-Europol f'konformità mal-Artikolu 12(1).

3.  

Il-Europol għandha tibgħat id-dokumenti li ġejjin għall-finijiet ta' informazzjoni lill-JPSG, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità:

(a) 

il-valutazzjonijiet tat-theddid, l-analiżi strateġiċi u r-rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali marbuta mal-objettiv tal-Europol kif ukoll ir-riżultati tal-istudji u tal-evalwazzjonijiet kummissjonati mill-Europol;

(b) 

l-arranġamenti amministrattivi konklużi f'konformità mal-Artikolu 25(1);

(c) 

id-dokument li fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programm ta' ħidma annwali tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 12(1);

▼M1

(d) 

ir-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c), inkluż informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet tal-Europol fl-ipproċessar ta’ settijiet kbar ta’ data u r-riżultati miksuba fihom, mingħajr ma jiġi żvelat l-ebda dettall operazzjonali u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja;

▼B

(e) 

ir-rapport ta' evalwazzjoni mfassal mill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 68(1);

▼M1

(f) 

informazzjoni annwali skont l-Artikolu 26(11) dwar id-data personali skambjata ma’ partijiet privati skont l-Artikoli 26, 26a u 26b, inkluż valutazzjoni tal-effettività tal-kooperazzjoni, eżempji speċifiċi ta’ każijiet li juru għaliex dawk it-talbiet kienu meħtieġa u proporzjonati għall-fini li jippermettu l-Europol tiskseb l-objettivi tagħha u taqdi l-kompiti tagħha, u, fir-rigward tal-iskambji ta’ data personali skont l-Artikolu 26b, l-għadd ta’ tfal identifikati bħala riżultat ta’ dawk l-iskambji sal-punt li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Europol;

(g) 

informazzjoni annwali dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom kien meħtieġ li l-Europol tipproċessa data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II sabiex tappoġġa lill-Istati Membri f’investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja f’konformità mal-Artikolu 18a, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-durata u r-riżultati tal-ipproċessar, inkluż eżempji ta’ każijiet bħal dawn li juru għaliex dak l-ipproċessar tad-data kien meħtieġ u proporzjonat;

(h) 

informazzjoni annwali dwar it-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 25(1) jew l-Artikolu 25(4a) imqassma skont il-bażi ġuridika, u dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom id-Direttur Eżekuttiv awtorizza, skont l-Artikolu 25(5), it-trasferiment jew il-kategoriji ta’ trasferimenti ta’ data personali relatati ma’ investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiżi kkonċernati u t-tul ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni;

(i) 

informazzjoni annwali dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom il-Europol ipproponiet id-dħul possibbli ta’ allerti ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(1)(t), inkluż eżempji speċifiċi ta’ każijiet li juru għaliex ġie propost id-dħul ta’ dawk l-allerti;

(j) 

informazzjoni annwali dwar l-għadd ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa, inkluż informazzjoni dwar il-finijiet ta’ dawk il-proġetti, il-kategoriji ta’ data personali pproċessati, is-salvagwardji addizzjonali użati, inkluż il-minimizzazzjoni tad-data, il-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi li dawk il-proġetti jfittxu li jindirizzaw u l-eżitu ta’ dawk il- proġetti;

(k) 

informazzjoni annwali dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom il-Europol tkun għamlet użu minn ipproċessar temporanju f’konformità mal-Artikolu 18(6a) u, fejn ikun applikabbli, l-għadd ta’ każijiet li fihom il-perijodu ta’ pproċessar ġie estiż;

(l) 

informazzjoni annwali dwar l-għadd u t-tipi ta’ każijiet fejn ġew ipproċessati kategoriji speċjali ta’ data personali, skont l-Artikolu 30(2).

L-eżempji imsemmija fil-punti (f) u (i) għandhom ikunu anonimizzati sa fejn hija kkonċernata d-data personali.

L-eżempji msemmija fil-punt (g) għandhom ikunu anonimizzati sa fejn hija kkonċernata data personali, mingħajr ma jiġi żvelat kwalunkwe dettall operazzjonali u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja.

▼B

4.  
Il-JPSG jista' jitlob dokumenti rilevanti neċessarji oħrajn biex iwettaq il-kompiti tiegħu dwar il-monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol, soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 52 u 67 ta' dan ir-Regolament.

▼M1

5.  
Il-JPSG jista’ jfassal konklużjonijiet sommarji dwar il-monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol, inkluż rakkomandazzjonijiet speċifiċi mhux vinkolanti lill-Europol, u jippreżenta dawk il-konklużjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali. Il-Parlament Ewropew għandu jgħaddi dawk il-konklużjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol għall-finijiet ta’ informazzjoni.

▼B

Artikolu 52

Aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni proċessata mill-Europol jew permezz tagħha

1.  
Għall-fini tal-eżerċizzju ta' skrutinju parlamentari tal-attivitajiet tal-Europol f'konformità mal-Artikolu 51, aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva mhux klassifikata pproċessata permezz mill-Europol jew permezz tagħha, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, għandu jkun konformi mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 67(1).
2.  
L-aċċess mill-Parlament Ewropew għal Informazzjoni Klassifikata tal-UE proċessata permezz ta' jew mill-Europol għandu jkun konsistenti mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-12 ta' Marzu 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar kif il-Parlament Ewropew jibgħat jew jittratta informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet għajr dawk fil-qasam tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ( 15 ) u għandu jikkonforma mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 67(2) ta' dan ir-Regolament.
3.  
Id-dettalji neċessarji dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu regolati minn arranġamenti ta' ħidma konklużi bejn il-Europol u l-Parlament Ewropew.

▼M1

Artikolu 52a

Forum Konsultattiv

1.  
Il-JPSG għandu jistabbilixxi forum konsultattiv sabiex jassistih, fuq talba, billi, jagħtih parir indipendenti fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali.

Il-JPSG u d-Direttur Eżekuttiv jistgħu jikkonsultaw lill-forum konsultattiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mad-drittijiet fundamentali.

2.  
Il-JPSG għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-forum konsultattiv, il-metodi ta’ ħidma tiegħu u l-mod kif l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-forum konsultattiv.

▼B



KAPITOLU IX

PERSUNAL

Artikolu 53

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.  
Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jidħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal u l-lill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Europol bl-eċċezzjoni tal-persunal li, fl-1 ta' Mejju 2017, huma impjegati skont kuntratt konkluż mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni Europol mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73(4) ta' dan ir-Regolament. Tali kuntratti għandhom jibqgħu jiġu regolati mill-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998.
2.  
Il-persunal tal-Europol għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u/jew persunal b'kuntratt. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiġi infurmat fuq bażi annwali b'kuntratti ta' żmien indeterminat mogħtija mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi liema karigi temporanji previsti fil-pjan ta' stabbiliment jistgħu jimtlew biss minn persunal mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-membri tal-persunal reklutati biex jokkupaw tali karigi għandhom ikunu uffiċjali temporanji u jistgħu jingħataw biss kuntratti b'terminu fiss, li jistgħu jiġġeddu darba għal perijodu fiss.

Artikolu 54

Direttur Eżekuttiv

1.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Europol f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.
2.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Kunsill minn lista qasira ta' kandidati proposti mill-Bord ta' Amministrazzjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Il-lista qasira għandha titfassal minn kumitat tal-għażla stabbilit mill-Bord ta' Amministrazzjoni u magħmul minn membri maħtura mill-Istati Membri u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Għall-fini li jiġi konkluż kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, il-Europol għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Kunsill jista' jiġi mistieden jidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, li għandu sussegwentement jagħti l-opinjoni tiegħu li mhijiex vinkolanti.

3.  

Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Sal-aħħar ta' dak il-perijodu, il-Kummissjoni, b'assoċjazzjoni mal-Bord ta' Amministrazzjoni, għandha twettaq valutazzjoni li tieħu kont

(a) 

tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, u

(b) 

il-kompiti u l-isfidi futuri tal-Europol.

4.  
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord ta' Amministrazzjoni li jieħu kont tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba u għal perijodu ta' mhux aktar minn erba' snin.
5.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-intenzjoni li jipproponi lill-Kunsill li l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv jiġi estiż. Fix-xahar ta' qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden jidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.
6.  
Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura oħra ta' selezzjoni għall-istess kariga fit-tmiem tal-perijodu totali.
7.  
Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga unikament b'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Bord ta' Amministrazzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar dik id-deċiżjoni.
8.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet fir-rigward proposti li għandhom isiru lill-Kunsill dwar ħatra, estensjoni tal-mandat jew tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bi dritt tal-vot.

Artikolu 55

Viċi Diretturi Eżekuttivi

1.  
Tliet Viċi Diretturi Eżekuttivi għandhom jassistu lid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-kompiti tagħhom.
2.  
L-Artikolu 54 għandu japplika għall-Viċi Diretturi Eżekuttivi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi kkonsultat qabel il-ħatra tagħhom, kwalunkwe estensjoni tal-mandat tagħhom jew it-tneħħija tagħhom mill-kariga.

Artikolu 56

Esperti nazzjonali sekondati

1.  
Il-Europol tista' tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati.
2.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali mal-Europol.



KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 57

Baġit

1.  
L-istimi tad-dħul u l-infiq kollu tal-Europol għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li għandhom jikkorrispondu għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Europol.
2.  
Il-baġit tal-Europol għandu jkun bilanċjat f'termini ta' dħul u nfiq.
3.  
Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Europol għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-Unjoni, li tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4.  
Il-Europol tista' tibbenefika mill-finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' delega jew għotjiet ad hoc f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 61 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni.
5.  
L-infiq tal-Europol għandu jinkludi r-rimunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u ta' infrastruttura u spejjeż operattivi.
6.  
L-impenji baġitarji għal azzjonijiet relatati ma' proġetti ta' skala kbira li jdumu aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f'pagamenti annwali.

Artikolu 58

Stabbiliment tal-baġit

1.  
Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluż il-pjan tal-istabbiliment, u għandu jibagħtu lill-Bord ta' Amministrazzjoni.
2.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu, abbażi tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi, jadotta abbozz proviżorju tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol għas-sena finanzjarja ta' wara u għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kull sena sal-31 ta' Jannar.
3.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jibgħat abbozz finali tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol, li għandu jinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbilimentlill-Parlament Ewropew,lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu kull sena.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
5.  
Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li tqis neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li jiġi debitat lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.
6.  
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Europol.
7.  
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-pjan ta' stabbiliment tal-Europol.
8.  
Il-baġit tal-Europol għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Amministrazzjoni. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

▼M1

9.  
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/715 għandu japplika għal kwalunkwe proġett ta’ kostruzzjoni li probabbilment ser ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Europol.

▼B

Artikolu 59

Implimentazzjoni tal-baġit

1.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Europol.
2.  
Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill l-informazzjoni kollha rilevanti għar-riżultat ta' kwalunkwe proċedura ta' evalwazzjoni.

Artikolu 60

Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza

1.  
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marza tas-sena finanzjarja li jkun imiss (sena N + 1).
2.  
Il-Europol għandha tibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta' Marzu tas-sena N + 1.
3.  
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet konsolidati proviżorji tal-Europol għas-sena N, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marza tas-sena N + 1.

▼M1

4.  
Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Europol għas-sena N, f’konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol għal dik is-sena. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta dawk il-kontijiet finali lill-Bord ta’ Amministrazzjoni għal opinjoni.

▼B

5.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Europol għas-sena N.
6.  
Sal-1 ta' Lulju tas-sena N + 1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jibgħat il-kontijiet finali għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.
7.  
Il-kontijiet finali għas-sena N għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena N + 1.
8.  
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, sat-30 ta' Settembru tas-sena N + 1, risposta għall-osservazzjonijiet imniżżla fir-rapport annwali tiegħu. Huwa/Hija għandu/ha wkoll j/tibgħat din ir-risposta lill-Bord ta' Amministrazzjoni.

▼M1

9.  
Fuq talba tal-Parlament Ewropew, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lilu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena N, f’konformità mal-Artikolu 106(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715.

▼B

10.  
Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

▼M1

Artikolu 61

Regoli finanzjarji

1.  
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) 2019/715, sakemm tali devjazzjoni ma tkunx mitluba speċifikament għall-operat tal-Europol u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
2.  
Il-Europol tista’ tagħti għotjiet relatati mal-kisba tal-objettivi u mat-twettiq tal-kompiti tagħha.
3.  
Il-Europol tista’ tagħti għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lill-Istati Membri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt l-objettivi u l-kompiti tal-Europol.
4.  
Fejn debitament ġustifikat għal finijiet operazzjonali, wara awtorizzazzjoni mill-Bord ta’ Amministrazzjoni, l-appoġġ finanzjarju jista’ jkopri l-kostijiet ta’ investiment kollha tat-tagħmir u l-infrastruttura.

Ir-regoli finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jispeċifikaw il-kriterji li taħthom l-appoġġ finanzjarju jista’ jkopri l-ispejjeż kollha tal-investiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

5.  
Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju li għandu jingħata lill-attivitajiet tat-timijiet ta’ investigazzjoni konġunti, il-Europol u l-Eurojust għandhom jistabbilixxu b’mod konġunt ir-regoli u l-kundizzjonijiet li bihom l-applikazzjonijiet għal tali appoġġ għandhom jiġu pproċessati.

▼B



KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 62

Status ġuridiku

1.  
Il-Europol għandha tkun aġenzija tal-Unjoni. Hija għandu jkollha personalità ġuridika.
2.  
F'kull Stat Membru l-Europol għandha tgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Il-Europol tista', b'mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti għal proċeduri legali.
3.  
F'konformità mal-Protokoll Nru 6 dwar il-lokalità tas-sedi tal-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi, aġenziji u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea, anness għat-TUE u għat-TFUE (“Protokoll Nru 6”) il-Europol għandu jkollha s-sede tagħha fl-Aja.

Artikolu 63

Privileġġi u immunitajiet

1.  
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness għat-TUE u għat-TFUE, għandu japplika għall-Europol u l-persunal tagħha.
2.  
Il-privileġġi u l-immunitajiet tal-uffiċjali ta' kollegament u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu soġġetti għal ftehim bejn ir-Renju tan-Netherlands u l-Istati Membri l-oħra. Dak il-ftehim għandu jipprovdi għal dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq korrett tal-kompiti tal-uffiċjali ta' kollegament.

Artikolu 64

Arranġamenti lingwistiċi

1.  
Id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 ( 17 ) għandhom japplikaw għall-Europol.
2.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni tal-Europol.
3.  
Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Europol għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 65

Trasparenza

1.  
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Europol.
2.  
Sal-14 ta' Diċembru 2016, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tad-dokumenti tal-Europol.
3.  
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Europol taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment għand l-Ombudsman Ewoprew jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE rispettivament.
4.  
Il-Europol għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni tagħha u sommarji tal-eżiti tal-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni. Il-pubblikazzjoni ta' dawk is-sommarji għandha titħalla barra jew tiġi ristretta temporanjament jew b'mod permanenti jekk ikun hemm ir-riskju li tali pubblikazzjoni tikkomprometti t-twettiq tal-kompiti tal-Europol, b'kont meħud tal-obbligi tagħha ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità u l-karattru operazzjonali tal-Europol.

Artikolu 66

Ġlieda kontra l-frodi

1.  
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-Europol għandha, sat-30 ta' Ottubru 2017, taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ( 18 ) u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet adatti applikabbli għall-impjegati kollha tal-Europol, bl-użu tal-mudell li jidher fl-Anness għal dak il-Ftehim.
2.  
Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha setgħa li tagħmel awditi, abbażi ta' dokumenti u ta' kontrolli fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand il-Europol.
3.  
L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt mogħti mill-Europol. Tali investigazzjonijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 19 ).
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, arranġamenti ta' ħidma ma' korpi tal-Unjoni, awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati, il-kuntratti, il-ftehimiet ta' għotja u d-deċiżjonijiet ta' għotja tal-Europol għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF li jwettqu l-awditi u l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 67

Regoli dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta' informazzjoni klassifikata

1.  
Il-Europol għandha tistabbilixxi regoli dwar l-obbligi tad-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità u dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata.
2.  
Il-Europol għandha tistabbilixxi regoli dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE li għandhom ikunu konsistenti mad-Deċiżjoni 2013/488/UE sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni għal informazzjoni bħal din.

Artikolu 68

Evalwazzjoni u eżami

▼M1

1.  
Sad-29 ta’ Ġunju 2027 u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni, b’mod partikolari, tal-impatt, tal-effettività u tal-effiċjenza tal-Europol u tal-prassi tal-ħidma tagħha. Dik il-valutazzjoni tista’, b’mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-istruttura, l-operazzjoni, il-qasam ta’ azzjoni u l-kompiti tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

▼B

2.  
Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-Bord Amministrattiv. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rapport ta' evalwazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċezzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tissottometti r-rapport ta' evalwazzjoni finali bil-konklużjonijiet tagħha, flimkien mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Bord ta' Amministrazzjoni f'anness għalih, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bord ta' Amministrazzjoni. Fejn xieraq, ir-riżultati prinċipali tar-rapport ta' evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

▼M1

3.  
Sad-29 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jevalwa u jivvaluta l-impatt operazzjonali tal-implimentazzjoni tal-kompiti previsti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fl-Artikolu 4(1), il-punt (t), l-Artikolu 18(2), il-punt (e), l-Artikolu 18(6a), u l-Artikoli 18a, 26, 26a u 26b, fir-rigward tal-objettivi tal-Europol. Ir-rapport għandu jivvaluta l-impatt ta’ dawk il-kompiti fuq id-drittijiet u fuq il-libertajiet fundamentali kif previsti fil-Karta. Għandu jipprovdi wkoll analiżi kost-benefiċċji tal-estensjoni tal-kompiti tal-Europol.

▼B

Artikolu 69

Inkjesti amministrattivi

L-attivitajiet tal-Europol huma soġġetti għall-inkjesti magħmula mill-Ombudsman Ewropew f'konformità mal-Artikolu 228 tat-TFEU.

Artikolu 70

Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti neċessarji dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-Renju tan-Netherlands u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli mir-Renju tan-Netherlands, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli hemmhekk għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni, il-persunal tal-Europol u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati bi Ftehim ta' Kwartieri Ġenerali bejn il-Europol u r-Renju tan-Netherlands f'konformità mal-Protokoll Nru 6.



KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI

Artikolu 71

Suċċessjoni ġuridika

1.  
Il-Europol, kif stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun is-suċċessur ġuridiku fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi, l-obbligi tal-Europol u l-proprjetajiet akkwistati mill-Europol, kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.
2.  
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-forza legali ta' ftehimiet konklużi mill-Europol kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI qabel it-13 ta' Ġunju 2016, jew ta' ftehimiet konklużi mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni Europol qabel l-1 ta' Jannar 2010.

Artikolu 72

Arranġamenti transizzjonali fir-rigward tal-Bord ta' Amministrazzjoni

1.  
It-terminu tal-kariga tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu jintemm fl-1 ta' Mejju 2017.
2.  

Matul il-perijodu mit-13 ta' Ġunju 2016 sal-1 ta' Mejju 2017, il-Bord ta' Amministrazzjoni kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu:

(a) 

jeżerċita l-funzjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;

(b) 

iħejji l-adozzjoni tar-regoli biex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tad-dokumenti tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament, u tar-regoli msemmija fl-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament;

(c) 

iħejji kwalunkwe strument meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari kwalunkwe miżura relatata mal-Kapitolu IV; u

(d) 

jagħmel rieżami tar-regoli u l-miżuri interni li jkun adottata abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI sabiex il-Bord ta' Amministrazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament ikun jista' jieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 76 ta' dan ir-Regolament.

3.  
Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien wara t-13 ta' Ġunju 2016 tieħu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-Bord ta' Amministrazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 10 jibda l-ħidma tiegħu fl-1 ta' Mejju 2017.
4.  
Sal-14 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-persuni li huma jkunu ħatru bħala membru u membru supplenti tal-Bord ta' Amministrazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 10.
5.  
Il-Bord ta' Amministrazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 għandu jkollu l-ewwel laqgħa tiegħu fl-1 ta' Mejju 2017. F'dik l-okkażjoni huwa għandu, jekk meħtieġ, jieħu deċiżjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 76.

Artikolu 73

Arranġamenti transizzjonali rigward id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Diretturi u l-persunal

1.  
Id-Direttur tal-Europol maħtur abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu, għall-bqija tal-perijodu tal-mandat tiegħu/tagħha, jingħata r-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif previst fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu/tagħha ma għandhomx jinbidlu. Jekk il-mandat jintemm bejn it-13 ta' Ġunju 2016 u l-1 ta' Mejju 2017, għandu jiġu estiż awtomatikament sal-1 ta' Mejju 2018.
2.  
Jekk id-Direttur maħtur abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI ma jkunx irid li jew ma jkunx jista' jaġixxi f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jaħtar Direttur Eżekuttiv interim biex jeżerċita d-dmirijiet assenjati lid-Direttur Eżekuttiv għal perijodu li ma jaqbiżx 18-il xahar, sakemm issir il-ħatra prevista fl-Artikolu 54(2) ta' dan ir-Regolament..
3.  
Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-Viċi Diretturi maħtura abbażi tal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.
4.  
F'konformità mal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tagħhom għandha toffri impjieg għal tul ta' żmien indefinit bħala membru tal-persunal temporanju jew b'kuntratt lil kwalunkwe persuna li fl-1 ta' Mejju 2017, ikun impjegat taħt kuntratt ta' tul ta' żmien indefinit bħala membru tal-persunal lokali konkluż mill-Europol kif stabbilit mill-Konvenzjoni Europol. L-offerta ta' impjieg għandha tkun ibbażata fuq il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-aġent bħala membru tal-persunal temporanju jew b'kuntratt. Il-kuntratt konċernat għandu jidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2018. Membru tal-persunal li ma jaċċettax l-offerta msemmija fil-paragrafu jista' jżomm ir-relazzjoni kuntrattwali tiegħu jew tagħha mal-Europol f'konformità mal-Artikolu 53(1).

Artikolu 74

Dispożizzjonijiet baġitarji transizzjonali

Il-proċedura tal-kwittanza fir-rigward tal-baġits approvati abbażi tal-Artikolu 42 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha titwettaq f'konformità mar-regoli stabbiliti bl-Artikolu 43 tagħha.

▼M1

Artikolu 74a

Arranġamenti tranżizzjonali rigward l-ipproċessar ta’ data personali b’appoġġ għal investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja

1.  

Meta Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ikunu pprovdew data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a meta:

(a) 

l-Istat Membru kkonċernat, l-UPPE jew il-Eurojust jinformaw lill-Europol sad-29 ta’ Settembru 2022, li hija awtorizzata tipproċessa dik id-data personali, f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, fl-investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja li għaliha jkunu talbu l-appoġġ tal-Europol meta inizjalment ikunu pprovdew id-data;

(b) 

dak l-Istat Membru kkonċernat, l-UPPE jew l-Eurojust jitolbu lill-Europol, sad-29 ta’ Settembru 2022, biex tappoġġa dik l-investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-punt (a); kif ukoll

(c) 

il-Europol tivvaluta, f’konformità mal-Artikolu 18a(1)(b), li ma jkunx possibbli li tiġi appoġġata l-investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu mingħajr l-ipproċessar ta’ data personali li ma tikkonformax mal-Artikolu 18(5).

Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu tiġi rreġistrata u tintbagħat lill-KEPD għal informazzjoni meta l-Europol ma tibqax tappoġġa l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali relatata.

2.  
Fejn Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ma jikkonformawx ma wieħed jew iktar mir-rekwiżiti stipulati fil -paragrafu 1, punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tad-data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II li huma pprovdew lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, jew fejn Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ma jikkonformawx mal-paragrafu 1, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, il-Europol ma għandhiex tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a, iżda għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(5) u l-Artikolu 74b, tħassar dik id-data personali sad-29 ta’ Ottubru 2022.
3.  

Meta pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 18a(6) ikun ipprovda data personali li ma tirrigwardawx il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a(6) meta:

(a) 

il-pajjiż terz ikun ipprovda d-data personali b’appoġġ għal investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali fi Stat Membru wieħed jew aktar li l-Europol tappoġġa;

(b) 

il-pajjiż terz ikun kiseb id-data fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ reat kriminali f’konformità mar-rekwiżiti proċedurali u s-salvagwardji applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tiegħu;

(c) 

il-pajjiż terz jinforma lill-Europol, sad-29 ta’ Settembru 2022, li huwa awtorizzat jipproċessa dik id-data personali fl-investigazzjoni ta’ reat kriminali li fil-kuntest tagħha jkun kiseb id-data;

(d) 

il-Europol tivvaluta, f’konformità mal-Artikolu 18a(1), il-punt (b), li ma jkunx possibbli li tiġi appoġġata l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu mingħajr l-ipproċessar ta’ data personali li ma tikkonformax mal-Artikolu 18(5) u dik il-valutazzjoni tiġi rreġistrata u tintbagħat lill-KEPD għal informazzjoni meta l-Europol ma tibqax tappoġġa l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali relatata; u

(e) 

il-Europol tivverifika, f’konformità mal-Artikolu 18a(6), li l-ammont ta’ data personali ma jkunx manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu fi Stat Membru wieħed jew aktar li l-Europol tappoġġa.

4.  
Fejn pajjiż terz ma jikkonformax mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 3, punt (c) ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward ta’ data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II li huwa pprovda lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, jew fejn kwalunkwe mir-rekwiżiti l-oħra stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux issodisfati, il-Europol ma għandhiex tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a(6), iżda għandha mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(5) u l-Artikolu 74b, tħassar dik id-data personali sad-29 ta’ Ottubru 2022.
5.  
Fejn Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ipprovdew data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, huma jistgħu jitolbu lill-Europol, sad-29 ta’ Settembru 2022, biex taħżen dik id-data u l-eżitu tal-ipproċessar mill-Europol ta’ dik id-data fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali. Il-Europol għandha żżomm data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II b’mod funzjonalment separata minn data oħra u għandha tipproċessa biss tali data għall-fini li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali, u biss sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw l-investigazzjoni ta’ reat kriminali li għaliha dik id-data ġiet ipprovduta, ikunu għadhom għaddejjin.
6.  
Fejn il-Europol irċeviet data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol ma għandhiex taħżen dik id-data għall-fini li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali sakemm ma tintalabx li tagħmel dan f’konformità mal-paragrafu 5. Fl-assenza ta’ tali talba, il-Europol għandha tħassar dik id-data personali sad-29 ta’ Ottubru 2022.

Artikolu 74b

Arranġamenti tranżizzjonali rigward l-ipproċessar ta’ data personali miżmuma mill-Europol

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 74a, għad-data personali li l-Europol tkun irċeviet qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tivverifika jekk dik id-data personali tirrigwardax waħda mill-kategoriji ta’ suġġetti tad-data stipulati fl-Anness II. Għal dak il-għan, il-Europol tista’ twettaq preanaliżi ta’ dik id-data personali għal perijodu ta’ mhux aktar minn 18-il xahar mid-data li fiha d-data tkun waslet għall-ewwel darba jew, f’każijiet ġustifikati u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-KEPD, għal perjodu itwal.

Il-perijodu massimu ta’ pproċessar tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ta’ tliet snin mill-jum meta l-Europol tirċievi d-data.

▼B



KAPITOLU XIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 75

Sostituzzjoni u tħassir

1.  
Id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI huma b'dan sostitwiti għall-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament b'effett mill-1 ta' Mejju 2017.

Għaldaqstant id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI huma mħassra.

2.  
Rigward l-Istati Membri marbuta b'dan ir-Regolament, ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 76

Żamma fis-seħħ tar-regoli interni adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni

Ir-regoli u l-miżuri interni adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ wara l-1 ta' Mejju 2017, dment li l-Bord ta' Amministrazzjoni ma jkunx iddeċieda mod ieħor fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 77

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.  
Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2017.

Madankollu, l-Artikoli 71, 72 u 73 għandhom japplikaw mit-13 ta' Ġunju 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konfomità mat-Trattati.




ANNESS I

Lista ta' forom ta' reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1)

— 
terroriżmu,
— 
kriminalità organizzata,
— 
traffikar ta' droga,
— 
attivitajiet ta' ħasil tal-flus,
— 
reati konnessi ma' sustanzi nukleari u radjuattivi,
— 
faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni,
— 
traffikar tal-bnedmin,
— 
reati konnessi ma' vetturi bil-mutur,
— 
qtil u offiżi gravi fuq il-persuna,
— 
kummerċ illegali ta' organi u tessuti umani,
— 
ħtif ta' persuni, żamma illegali ta' persuni u teħid ta' ostaġġi,
— 
razziżmu u ksenofobija,
— 
serq u serq aggravat,
— 
traffikar illeċitu ta' oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri ta' arti,
— 
ingann u frodi,
— 
kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,
— 
abbuż minn informazzjoni pprivileġġjata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju,
— 
rikattar organizzat u estorsjoni,
— 
falsifikazzjoni u piraterija tal-prodotti,
— 
falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,
— 
falsifikazzjoni ta' flus u mezzi ta' ħlas,
— 
kriminalità permezz tal-kompjuter,
— 
korruzzjoni,
— 
traffikar illegali fl-armi, munizzjon u splussivi,
— 
traffikar illeċitu fi speċijiet ta' annimali fil-periklu,
— 
traffikar illeċitu fi speċijiet u varjetajiet ta' pjanti fil-periklu,
— 
reati ambjentali, inkluż it-tniġġis mill-bastimenti,
— 
traffikar illegali ta' sustanzi ormonali u ta' promoturi oħrajn ta' tkabbir,
— 
abbuż sesswali u sfruttament sesswali, inkluż materjal marbut mal-abbuż tat-tfal u s-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali,
— 
ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.




ANNESS II

A.   Kategoriji ta' data personali u kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tinġabar u tiġi pproċessata għal finijiet ta' kontroverifika kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18(2)

1. Data personali miġbura u proċessata għal finijiet ta' kontroverifika għandha tkun relatata ma':

(a) 

persuni li, f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat, ikunu suspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat kriminali li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Europol, jew li ġew ikkundannati għal tali reat;

(b) 

persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol.

2. Data relatata mal-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista' tinkludi biss il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:

(a) 

kunjom, kunjom ta' xebba, ismijiet attribwiti u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

(b) 

id-data u l-post tat-twelid;

(c) 

nazzjonalità;

(d) 

sess;

(e) 

post ta' residenza, professjoni u l-inħawi fejn tinsab il-persuna konċernata;

(f) 

data dwar numri tas-sigurtà soċjali, liċenzji tas-sewqan, dokumenti ta' identifikazzjoni u data tal-passaport; u

(g) 

fejn meħtieġ, karatteristiċi oħrajn li x'aktarx jgħinu fl-identifikazzjoni, inkluża kwalunkwe karatteristika fiżika, oġġettiva u speċifika, li ma tistax tinbidel bħal data dattiloskopika u l-profil tad-DNA (stabbilit mill-parti nonkodifikanti tad-DNA).

3. Minbarra d-data msemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jinġabru u jiġu proċessati dawn il-kategoriji ta' data personali dwar il-persuni msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

reati kriminali, reati kriminali allegati u meta, fejn u kif (allegatament) twettqu;

(b) 

mezzi li ntużaw jew jistgħu jintużaw biex jitwettqu dawn ir-reati kriminali inkluż informazzjoni dwar persuni ġuridiċi;

(c) 

dipartimenti li jittrattaw il-każ u r-referenzi tar-reġistri tagħhom;

(d) 

sħubija suspettata f'organizzazzjoni kriminali;

(e) 

kundanni, fejn huma relatati ma' reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol;

(f) 

parti li ddaħħal id-data.

Din id-data tista' tingħata lill-Europol anki meta tkun għad ma fihiex referenza għal xi persuna.

4. Informazzjoni addizzjonali miżmuma mill-Europol jew l-unitajiet nazzjonali dwar il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista' tiġi kkomunikata lil kwalunkwe unità nazzjonali jew lill-Europol, jekk xi ħadd minn dawn jitlobha. L-unitajiet nazzjonali għandhom jagħmlu dan b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom.

5. Jekk il-proċedimenti kontra l-persuna konċernata jiġu rtirati definittivament jew jekk dik il-persuna tinħeles definittivament mill-akkuża, id-data marbuta mal-każ li dwaru tkun ittieħdet waħda minn dawn id-deċiżjonijiet għandha titħassar.

B.   Kategoriji ta' data personali u kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tiġi miġbura u proċessata għall-fini ta' analiżi strateġika jew ta' natura tematika oħra, għall-fini ta' analiżi operazzjonali jew għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 18(2)

1. Id-data personali miġbura u proċessata għall-fini ta' analiżi ta' natura tematika oħra, jew għall-fini ta' analiżi operazzjonali u, għall-fini li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tkun relatata ma':

(a) 

persuni li, f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat, ikunu suspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat kriminali li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Europol jew li ġew ikkundannati għal tali reat;

(b) 

persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol;

(c) 

persuni li jistgħu jintalbu jixhdu f'investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti;

(d) 

persuni li kienu l-vittmi ta' wieħed mir-reati konċernati jew li ċerti fatti dwarhom jagħtu lok biex wieħed jemmen li setgħu kienu l-vittmi ta' tali reat;

(e) 

kuntatti u assoċjati; u

(f) 

persuni li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati.

2. Il-kategoriji ta' data personali, inkluża data amministrattiva assoċjata, jistgħu jiġu proċessati meta jkunu tal-kategoriji tal-persuni msemmija fil-punt (a) u (b): tal-paragrafu 1

(a) 

dettalji personali:

(i) 

kunjomijiet attwali u dawk ta' qabel;

(ii) 

ismijiet attwali u ta' qabel;

(iii) 

kunjom ta' xebba;

(iv) 

isem il-missier (fejn meħtieġ għall-fini ta' identifikazzjoni);

(v) 

isem l-omm (fejn meħtieġ għall-fini ta' identifikazzjoni):

(vi) 

sess;

(vii) 

data tat-twelid;

(viii) 

post tat-twelid;

(ix) 

nazzjonalità;

(x) 

stat ċivili;

(xi) 

psewdonimu;

(xii) 

laqam;

(xiii) 

isem assunt jew falz;

(xiv) 

residenza u/jew domiċilju attwali u ta' qabel;

(b) 

deskrizzjoni fiżika:

(i) 

deskrizzjoni fiżika;

(ii) 

karatteristiċi li jiddistingwu (marki/marki ta' feriti/tatwaġġi, eċċ.);

(c) 

identifikazzjoni tfisser:

(i) 

dokumenti tal-identità/liċenzja tas-sewqan;

(ii) 

karta tal-identità nazzjonali/numri tal-passaport;

(iii) 

in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni/in-numru tas-sigurtà soċjali, jekk applikabbli;

(iv) 

immaġni viżivi u informazzjoni oħra fuq l-apparenza;

(v) 

informazzjoni dwar l-identifikazzjoni forensika bħal marki tas-swaba', il-profil tad-DNA (stabbilit mill-parti nonkodifikanti tad-DNA), il-profil tal-vuċi, il-grupp tad-demm, informazzjoni dentali;

(d) 

xogħol u ħiliet:

(i) 

impjieg u xogħol attwali;

(ii) 

impjieg u xogħol ta' qabel;

(iii) 

edukazzjoni (skola/università/professjonali);

(iv) 

kwalifiki;

(v) 

ħiliet u oqsma oħra ta' għarfien (lingwa/oħrajn);

(e) 

informazzjoni ekonomika u finanzjarja:

(i) 

data finanzjarja (kontijiet u kodiċijiet bankarji, karti ta' kreditu, eċċ.);

(ii) 

assi fi flus;

(iii) 

ishma azzjonarji/assi oħra;

(iv) 

data dwar il-proprjetà;

(v) 

rabtiet ma' kumpaniji;

(vi) 

kuntatti bankarji u ta' kreditu;

(vii) 

sitwazzjoni mat-taxxa;

(viii) 

informazzjoni oħra li tiżvela l-immaniġġjar tal-persuna tal-affarijiet finanzjarji tagħha.

(f) 

data dwar l-imġiba:

(i) 

stil ta' għajxien (bħal li wieħed jgħix lil hinn mill-mezzi tiegħu) u rutina;

(ii) 

movimenti;

(iii) 

postijiet frekwentati;

(iv) 

armi u strumenti perikolużi oħra;

(v) 

klassifikazzjoni tal-periklu;

(vi) 

riskji speċifiċi bħalma huma l-probabbiltà ta' ħrib, l-użu ta' aġenti doppji, konnessjonijiet ma' persunal tal-infurzar tal-liġi;

(vii) 

karatteristiċi u profili b'rabta kriminali;

(viii) 

abbuż tad-drogi;

(g) 

kuntatti u assoċjati, inklużi t-tip u n-natura tal-kuntatt jew l-assoċjazzjoni;

(h) 

il-mezzi ta' komunikazzjoni użati, bħat-telefown (statiku/mobbli), faks, pager, posta elettronika, indirizzi postali, konnessjoni(jiet) mal-internet;

(i) 

mezzi ta' trasport użati, bħal vetturi, dgħajjes, inġenji tal-ajru, inkluż informazzjoni li tidentifika dawk il-mezzi ta' trasport (numri ta' reġistrazzjoni);

(j) 

informazzjoni relatata mal-kondotta kriminali:

(i) 

kundanni preċedenti;

(ii) 

suspett ta' involviment f'attivitajiet kriminali;

(iii) 

modi operandi;

(iv) 

mezzi li ntużaw jew jistgħu jintużaw biex iħejju u/jew iwettqu reati;

(v) 

sħubija fi gruppi/organizzazzjonijiet kriminali u pożizzjoni fil-grupp/organizzazzjoni;

(vi) 

rwol fl-organizzazzjoni kriminali;

(vii) 

il-firxa ġeografika tal-attivitajiet kriminali;

(viii) 

materjal miġbur fil-kors ta' investigazzjoni, bħal immaġnijiet bil-vidjow u r-ritratti;

(k) 

referenzi għal sistemi oħra ta' informazzjoni li fihom tkun maħżuna informazzjoni dwar il-persuna:

(i) 

Europol;

(ii) 

aġenziji tal-pulizija/dwana;

(iii) 

aġenziji tal-infurzar oħra;

(iv) 

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(v) 

entitajiet pubbliċi;

(vi) 

entitajiet privati;

(l) 

informazzjoni dwar persuni ġuridiċi assoċjati mad-data msemmija fil-punti (e) u (j):

(i) 

nomina tal-persuna ġuridika;

(ii) 

post;

(iii) 

data u post tat-twelid;

(iv) 

numru tar-reġistrazzjoni amministrattiva;

(v) 

forma ġuridika;

(vi) 

kapital;

(vii) 

qasam ta' attività;

(viii) 

sussidjarji nazzjonali u internazzjonali;

(ix) 

diretturi;

(x) 

rabtiet ma' banek.

3. “Kuntatti u assoċjati”, kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 huma persuni li permezz tagħhom ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jemmen li l-informazzjoni, li tirrigwarda l-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 u li hija rilevanti għall-analiżi tista' tinkiseb, kemm-il darba ma jkunux inklużi f'waħda mill-kategoriji ta' persuni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (d) u (f) tal-paragrafu 1. “Kuntatti” huma dawk il-persuni li għandhom kuntatt sporadiku mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. “Assoċjati” huma dawk il-persuni li jkollhom kuntatt regolari mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' kuntatti u assoċjati, id-data msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni biex wieħed jassumi li tali data tkun meħtieġa għall-analiżi tar-relazzjoni ta' tali persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. F'dan il-kuntest, għandu jiġi osservat dan li ġej:

(a) 

tali relazzjoni għandha tiġi ċċarata mill-aktar fis possibbli;

(b) 

id-data msemmija fil-paragrafu 2 għandha titħassar mingħajr dewmien jekk is-suppożizzjoni li teżisti tali relazzjoni teżisti tirriżulta li hija bla bażi;

(c) 

id-data kollha msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinħażen jekk il-kuntatti jew l-assoċjati jkunu suspettati li qed jikkommettu reat li jaqa' taħt l-ambitu tal-objettivi tal-Europol, jew ġew ikkundannati għall-kummissjoni ta' tali reat, jew jekk ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu tali reat;

(d) 

id-data msemmija fil-paragrafu 2 data dwar kuntatti u assoċjati ta' kuntatti kif ukoll dwar assoċjati u dwar assoċjati ta' assoċjati ma għandhiex tinħażen, bl-eċċezzjoni ta' data dwar it-tip u n-natura tal-kuntatt tagħhom jew assoċjazzjoni mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1;

(e) 

jekk kjarifika skont il-punti ta' qabel ma tkunx possibbli, dan għandu jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar il-ħtieġa għal, u l-firxa tal-ħażna tad-data għal analiżi ulterjuri.

4. Fir-rigward ta' persuna li, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, kienet il-vittma ta' wieħed mir-reati konċernati jew li, abbażi ta' ċerti fatti hemm raġuni biex wieħed jemmen li tista' tkun vittma ta' tali reat, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2, kif ukoll dawn il-kategoriji ta' data li ġejjin, jistgħu jinħażnu:

(a) 

data ta' identifikazzjoni tal-vittmi;

(b) 

raġuni għal vittimizzazzjoni;

(c) 

ħsara (fiżika/finanzjarja/psikoloġika/oħra);

(d) 

jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;

(e) 

jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli;

(f) 

informazzjoni relatata mar-reat provduta minn jew permezz tal-persuni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, inkluż fejn meħtieġ informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom ma' persuni oħra, għall-iskop li jidentifikaw il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' persuna bħala vittma jew vittma potenzjali.

Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar.

5. Fir-rigward ta' persuni li, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, jistgħu jintalbu jixhdu f'investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2 kif ukoll kategoriji ta' data li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin jistgħu jinħażnu:

(a) 

informazzjoni marbuta mar-reat provduta minn tali persuni, inkluża informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom ma' persuni oħra inklużi fil-fajl operattiv tal-analiżi;

(b) 

jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;

(c) 

jekk għandhiex tiġi garantita l-protezzjoni u minn min;

(d) 

identità ġdida;

(e) 

jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli.

Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' dawn il-persuni bħala xhieda.

Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha tiġi mħassra.

6. Fir-rigward ta' persuni li, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1, jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2, kif ukoll kategoriji ta' data li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin, jistgħu jinħażnu:

(a) 

dettalji personali kodifikati;

(b) 

tip ta' informazzjoni fornuta;

(c) 

jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;

(d) 

jekk għandhiex tiġi garantita l-protezzjoni u minn min;

(e) 

identità ġdida;

(f) 

jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli;

(g) 

esperjenzi negattivi;

(h) 

premjijiet (finanzjarji/favuri).

Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' tali persuni bħala informatur.

Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha tiġi mħassra.

7. Jekk, fi kwalunkwe ħin matul il-kors ta' analiżi, joħroġ ċar abbażi ta' indikazzjonijiet serji u korroborattivi li persuna għandha tkun inkluża f'kategorija differenti ta' persuni, kif definiti f'dan l-Anness, għajr il-kategorija li tpoġġiet fiha l-persuna inizjalment, il-Europol tista' tipproċessa biss id-data dwar dik il-persuna li hija permessa taħt dik il-kategorija l-ġdida, u d-data l-oħra kollha għandha tiġi mħassra.

Jekk, fuq il-bażi ta' dawn l-indikazzjonijiet, joħroġ ċar li persuna għandha tiġi inkluża f'żewġ kategoriji differenti jew aktar kif definiti f'dan l-Anness, id-data kollha permessa taħt dawn il-kategoriji tista' tiġi pproċessata mill-Europol.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79).

( 3 ) Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).

( 4 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta’ intervent speċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 73).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15)

( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

( 7 ) Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122).

( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( 9 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta' Lulju 2005 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni, permezz tan-nomina tal-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro (ĠU L 185, 16.7.2005, p. 35).

( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).

( 12 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

( 13 ) Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

( *1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

( *2 ) Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).

( 14 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

( 15 ) ĠU C 95, 1.4.2014, p.1.

( 16 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 17 ) Ir-Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).

( 18 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

( 19 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).