02016R0429 — MT — 31.03.2016 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2016/429 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2016

dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 084 31.3.2016, p. 1)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 057, 3.3.2017, p.  65 (2016/429)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2016/429 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2016

dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



PARTI I

REGOLI ĠENERALI



KAPITOLU I

Suġġett, għan, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u għan

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li hu trasmess lill-annimali jew lill-bnedmin.

Dawk ir-regoli jipprevedu:

(a) il-prijoritizzazzjoni u l-kategorizzazzjoni ta' mard li hu ta' tħassib għall-Unjoni u l-istabbiliment tar-responsabbiltajiet għas-saħħa tal-annimali (Parti I: l-Artikoli 1 sa 17);

(b) l-iskoperta bikrija, in-notifika u r-rapportar ta' mard, is-sorveljanza, il-programmi ta' eradikazzjoni u l-istatus ta' ħelsien minn mard (Parti II: l-Artikoli 18 sa 42);

(c) għarfien dwar il-mard, tħejjija u kontroll (Parti III: l-Artikoli 43 sa 83);

(d) ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-istabbilimenti u t-trasportaturi, il-movimenti u t-traċċabbiltà ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali fl-Unjoni (Parti IV: l-Artikoli 84 sa 228;) u (l-Parti: VI l-Artikoli 244 sa 248 u 252 sa 256);

(e) id-dħul ta' annimali, prodotti ġerminali, u prodotti li joriġinaw mill-annimali fl-Unjoni u l-esportazzjoni ta' tali konsenji mill-Unjoni (Parti V: l-Artikoli 229 sa 243; u l-Parti VI:l-Artikoli 244 sa 246 u 252 sa 256);

(f) moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz jew territorju, (Parti VI:l-Artikoli 244 sa 256);

(g) il-miżuri ta' emerġenza li għandhom jittieħdu fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza ta' mard (Parti VII: l-Artikoli 257 sa 262).

2.  Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1:

(a) għandhom l-għan li jiżguraw:

(i) saħħa mtejba tal-annimali biex tappoġġa produzzjoni agrikola u ta' akkwakultura sostenibbli fl-Unjoni;

(ii) il-funzjonament effettiv tas-suq intern;

(iii) tnaqqis fl-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika u l-ambjent ta':

 ċertu mard;

 il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard;

(b) b'kont meħud ta':

(i) ir-relazzjoni bejn is-saħħa tal-annimali u:

 is-saħħa pubblika;

 l-ambjent, inklużi l-bijodiversità u riżorsi ġenetiċi ta' siewja, kif ukoll l-impatt tat-tibdil fil-klima;

 is-sikurezza alimentari u tal-għalf;

 il-benessri tal-annimali, inkluż l-evitar ta' kwalunkwe uġigħ, dwejjaq jew tbatija li jistgħu jiġu evitati;

 ir-reżistenza antimikrobika;

 is-sigurtà alimentari;

(ii) il-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali li jinqalgħu mill-applikazzjoni ta' miżuri ta' kontroll u prevenzjoni tal-mard;

(iii) standards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a) annimali miżmuma u selvaġġi;

(b) prodotti ġerminali;

(c) prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(d) prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati mill-annimali, mingħajr ħsara għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(e) faċilitajiet, mezzi ta' trasport, tagħmir u l-mogħdijiet l-oħra kollha ta' infezzjoni u materjal involut jew potenzjalment involut fit-tixrid ta' mard tal-annimali trasmissibbli.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-mard trasmissibbli, fosthom iż-żoonożi, mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fi:

(a) id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE;

(b) ir-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(c) id-Direttiva 2003/99/KE;

(d) ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni tal-Partijiet IV, Vu VI

1.  It-Titolu I tal-Parti IV (l-Artikoli 84 sa 171) għandu japplika għal:

(a) annimali terrestri, u annimali li mhumiex annimali terrestri imma li jistgħu jgħaddu l-mard li jaffettwa lill-annimali terrestri;

(b) prodotti ġerminali minn annimali terrestri;

(c) prodotti li joriġinaw mill-annimali terrestri.

2.  It-Titolu II tal-Parti IV (l-Artikoli 172 sa 226) għandu japplika għal:

(a) annimali akkwatiċi, u annimali li mhumiex annimali akkwatiċi imma li jistgħu jgħaddu l-mard li jaffettwa lill-annimali akkwatiċi;

(b) prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi.

3.  It-Titolu III tal-Parti IV (l-Artikoli 227 u 228) għandu japplika għal:

(a) annimali oħra;

(b) prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin mill-annimali l-oħra msemmija fil-punt (a).

4.  Il-Partijiet IV u V ma għandhomx japplikaw għal movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu jew għal movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi fi ħdan Stat Membru.

5.  Il-movimenti ta' annimali domestiċi, minbarra movimenti mhux kummerċjali, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Partijiet IV u V.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 rigward l-adattamenti li huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata li l-Partijiet IV u V huma applikati b'mod korrett għall-annimali domestiċi, b'mod partikolari biex jittieħed kont tal-fatt li l-annimali domestiċi jinżammu fl-unitajiet domestiċi minn dawk li jżommu l-annimali domestiċi.

6.  Il-Parti VI għandha tapplika biss għal movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 245 u 246 fir-rigward tan-numru massimu ta' annimali li jistgħu jakkumpanjaw lil sidhom u n-numru massimu ta' jiem li jgħaddu bejn il-moviment tas-sid u l-moviment tal-annimal.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 'annimali' tfisser annimali vertebrati jew invertebrati;

(2) 'annimali terrestri' tfisser għasafar, mammiferi terrestri, naħal u bagħal tan-naħal;

(3) 'annimali akkwatiċi' tfisser annimali tal-ispeċijiet li ġejjin, fl-istadji kollha tal-ħajja, inklużi l-bajd, l-isperma u l-gameti:

(a) ħut li jappartjeni għas-superklassi Agnatha u l-klassijiet Chondrichthyes, Sarcopterygii u Actinopterygii;

(b) molluski akkwatiċi li jappartjenu għall-filu Mollusca;

(c) krustaċji akkwatiċi li jappartjenu għas-subfilu Crustacea;

(4) 'annimali oħra' tfisser annimali ta' speċijiet minbarra dawk li jaqaw taħt id-definizzjoni ta' annimali terrestri jew akkwatiċi;

(5) 'annimali miżmuma' tfisser annimali li jinżammu mill-bnedmin, inkluż, fil-każ ta' annimali akkwatiċi, annimali tal-akkwakultura;

(6) 'akkwakultura' tfisser iż-żamma ta' annimali akkwatiċi fejn l-annimali jibqgħu l-proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar matul l-istadji kollha tat-trobbija jew tal-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ħsad, minbarra l-ħsad jew l-qbid għall-iskopijiet ta' konsum mill-bniedem ta' annimali akkwatiċi selvaġġi li huma sussegwentement temporanjament miżmuma fl-istennija għall-qatla mingħajr ma jkunu mitmugħa;

(7) 'annimali tal-akkwakultura' tfisser kwalunkwe annimal akkwatiku soġġett għall-akkwakultura,

(8) 'annimali selvaġġi' tfisser annimali mhux miżmuma;

(9) 'tjur tal-irziezet' tfisser għasafar li huma mrobbija jew miżmuma f'kaptività għal:

(a) il-produzzjoni ta':

(i) laħam;

(ii) bajd għall-konsum;

(iii) prodotti oħra;

(b) provvisti għat-tgħammir mill-ġdid tat-tjur tal-kaċċa;

(c) għall-għan ta' tgħammir ta' għasafar użati għat-tipi ta' produzzjoni msemmija fil-punti (a) u (b);

(10) 'għasafar miżmuma fil-magħluq' tfisser kwalunkwe għasfur minbarra tjur tal-irziezet li jinżamm fil-magħluq għal kwalunkwe raġuni oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt (9), inklużi dawk li jinżammu għal wirjiet, tlielaq, esibizzjonijiet, kompetizzjonijiet, tgħammir jew bejgħ;

(11) 'annimal domestiku' tfisser annimal tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li jinżamm għal skopijiet privati mhux kummerċjali;

(12) 'dak li jżomm annimal domestiku' tfisser persuna fiżika, u tista' tinkludi sid l-annimal domestiku li jżomm annimal domestiku;

(13) 'sid l-annimal domestiku' tfisser persuna fiżika li hija indikata bħala s-sid fid-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 247, il-punt (c) tal-Artikolu 248(2), il-punt (c) tal-Artikolu 249(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 250(2);

(14) 'moviment mhux kummerċjali' tfisser kwalunkwe moviment ta' annimal domestiku li jkun qed jakkumpanja lil sidu u li

(a) ma għandux bħala l-għan tiegħu l-bejgħ jew xi forma oħra tat-trasferiment tas-sjieda tal-annimal domestiku kkonċernat; u

(b) hu parti mill-moviment ta' sid l-annimal domestiku:

(i) jew taħt ir-responsabbiltà diretta tiegħu; jew

(ii) taħt ir-responsabbiltà ta' persuna awtorizzata, fil-każ fejn l-annimal domestiku jiġi fiżikament separat minn sidu;

(15) 'persuna awtorizzata' tfisser kwalunkwe persuna fiżika li għandha awtorizzazzjoni bil-miktub minn sid l-annimal domestiku biex twettaq il-moviment mhux kummerċjali tal-annimal domestiku f'isem sidu;

(16) 'marda' tfisser l-okkorrenza ta' infezzjonijiet u infestazzjonijiet fl-annimali, b'manifestazzjonijiet kliniċi jew patoloġiċi jew mingħajrhom, ikkawżati minn aġent tal-mard wieħed jew aktar;

(17) 'aġent tal-marda' tfisser patoġenu trasmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin li kapaċi jikkawża marda fl-annimali;

(18) 'mard elenkat' tfisser il-mard elenkat skont l-Artikolu 5(1);

(19) 'profil ta' mard' tfisser il-kriterji ta' marda li hemm referenza dwarha fil-punt (a) tal-Artikolu 7;

(20) 'speċi elenkati' tfisser speċi ta' annimal jew il-grupp ta' speċi ta' annimal elenkati f'konformità mal-Artikolu 8(2), jew, fil-każ ta' mard emerġenti, speċi ta' annimali jew grupp ta' speċi ta' annimali li jissodisfa l-kriterji għall-ispeċi elenkati stabbiliti fl-Artikolu 8(2);

(21) 'periklu' tfisser aġent tal-marda fi, jew kondizzjoni ta' annimal jew prodott bil-potenzjal ta' effett negattiv fuq is-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali;

(22) 'riskju' tfisser il-probabbiltà tal-okkorrenza u l-kobor probabbli tal-konsegwenzi bijoloġiċi u ekonomiċi ta' effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa pubblika;

(23) 'bijosigurtà' tfisser it-total tal-ġestjoni u l-miżuri fiżiċi maħsuba biex jitnaqqas ir-riskju tal-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-tixrid ta' mard lejn l-UE, minnha u fi ħdanha:

(a) f'popolazzjoni tal-annimali, jew

(b) fi stabbiliment, żona, kompartiment, mezzi ta' trasport jew kwalunkwe faċilità, bini jew post ieħor;

(24) 'operatur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li jkollha annimali jew prodotti taħt ir-responsabbiltà tagħha, inkluż għal perijodu ta' żmien limitat, iżda eskluż min iżomm l-annimali domestiċi u l-veterinarji;

(25) 'trasportatur' tfisser operatur li jittrasporta annimali f'ismu stess, jew f'isem parti terza;

(26) 'professjonist tal-annimali' tfisser persuna fiżika jew ġuridika, relatata f'sens ta' okkupazzjoni ma' annimali jew prodotti, minbarra l-operaturi jew il-veterinarji;

(27) 'stabbiliment' tfisser kwalunkwe post, struttura, jew fil-każ ta' biedja fil-beraħ, kwalunkwe ambjent jew post, fejn jinżammu l-annimali jew il-prodotti ġerminali, fuq bażi temporanja jew permanenti, bl-eċċezzjoni ta':

(a) unitajiet domestiċi fejn jinżammu l-annimali domestiċi;

(b) prattiki jew kliniċi veterinarji;

(28) 'prodotti ġerminali' tfisser:

(a) semen, ooċiti u embrijuni intenzjonati għar-riproduzzjoni artifiċjali;

(b) bajd għat-tfaqqis;

(29) 'prodotti li joriġinaw mill-annimali' tfisser:

(a) ikel li joriġina mill-annimali, inkluż l-għasel u d-demm;

(b) molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi ħajjin, tunikati ħajjin u gastropodi marini ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem; u

(c) annimali oħra minbarra dawk imsemmija f'punt (b) maħsuba biex jiġu ppreparati biex jiġu mgħoddija ħajjin lill-konsumatur finali;

(30) 'prodotti sekondarji tal-annimali' tfisser iġsma sħaħ jew partijiet ta' annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali jew prodotti oħra miksuba minn annimali, li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ħlief il-prodotti ġerminali;

(31) 'prodotti derivati' tfisser prodotti miksuba minn trattament, trasformazzjoni jew stadju fi proċessar wieħed jew aktar ta' prodotti sekondarji tal-annimali;

(32) 'prodotti' tfisser:

(a) prodotti ġerminali;

(b) prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(c) prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati;

(33) 'kontroll uffiċjali' tfisser kwalunkwe forma ta' kontroll imwettaq minn awtorità kompetenti bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità ma' dan ir-Regolament;

(34) 'status tas-saħħa' tfisser l-istatus tal-mard fir-rigward tal-mard elenkat rilevanti għall-ispeċi partikolari elenkata fir-rigward ta':

(a) annimal;

(b) annimali fi ħdan:

(i) unità epidemjoloġika;

(ii) stabbiliment;

(iii) żona;

(iv) kompartiment;

(iv) Stat Membru;

(vi) pajjiż terz jew territorju;

(35) 'żona' tfisser:

(a) għall-annimali terrestri, żona ta' Stat Membru, pajjiż terz jew territorju b'delimitazzjoni ġeografika preċiża, li fiha subpopolazzjoni ta' annimali bi status tas-saħħa distint fir-rigward ta' xi marda speċifika jew mard speċifiku soġġett għal sorveljanza xierqa, il-kontroll tal-mard u miżuri ta' bijosigurtà;

(b) għal annimali akkwatiċi sistema idroloġika kontigwa bi status tas-saħħa distint fir-rigward ta' xi marda speċifika jew mard speċifiku li jifforma żona li hija msemmija f'wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) maqbad ta' ilma fl-intier tiegħu mill-għajn tal-passaġġ tal-ilma sal-estwarju jew lag;

(ii) aktar minn maqbad ta' ilma wieħed;

(iii) parti ta' maqbad tal-ilma mill-għajn tal-passaġġ tal-ilma sa ostaklu li jimpedixxi l-introduzzjoni ta' xi marda jew mard speċifiku;

(iv) parti minn żona kostali b'delimitazzjoni ġeografika preċiża;

(v) estwarju b'delimitazzjoni ġeografika preċiża;

(36) 'maqbad tal-ilma' tfisser żona jew baċir ta' art imdawra b'karatteristiċi naturali bħal għoljiet u muntanji, fejn jgħaddi minnhom il-fluss kollu tal-ilma li jnixxi;

(37) 'kompartiment' tfisser subpopolazzjoni ta' annimali li jinsabu fi stabbiliment wieħed jew aktar u, fil-każ ta' annimali akkwatiċi, fi stabbiliment wieħed jew aktar tal-akkwakultura, taħt sistema komuni ta' ġestjoni tal-bijosigurtà bi status tas-saħħa distint fir-rigward ta' xi marda speċifika jew mard speċifiku soġġett għal sorveljanza xierqa, kontroll tal-mard u miżuri ta' bijosigurtà;

(38) 'kwarantina' tfisser iż-żamma ta' annimali f'iżolament mingħajr ebda kuntatt dirett jew indirett ma' annimali barra mill-unità epidemjoloġika, bil-għan li jkun żgurat li ma jkun hemm l-ebda tixrid ta' waħda jew aktar mill-mard speċifikat waqt li l-annimali f'iżolament ikunu qed jiġu osservati għal tul ta' żmien speċifikat u, jekk xieraq, ittestjati u trattati;

(39) 'unità epidemjoloġika' tfisser grupp ta' annimali bl-istess probabbiltà ta' esponiment għal aġent tal-marda;

(40) 'tifqigħa' tfisser l-okkorrenza kkonfermata b'mod uffiċjali ta' marda elenkata jew marda emerġenti f'annimal wieħed jew aktar fi stabbiliment jew post ieħor fejn jinżammu jew jinsabu l-annimali;

(41) 'żona ristretta' tfisser żona li fiha restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta' ċerti annimali jew prodotti u miżuri oħra ta' kontroll tal-mard huma applikati, bil-għan li jiġi evitat it-tixrid ta' xi marda partikolari f'oqsma fejn m'huma applikati l-ebda restrizzjonijiet; żona ristretta tista', fejn rilevanti, tinkludi żoni ta' protezzjoni u sorveljanza;

(42) 'żona ta' protezzjoni' tfisser żona madwar u li tinkludi l-post ta' tifqigħa ta' mard, fejn miżuri ta' kontroll tal-mard huma applikati sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mard minn dik iż-żona;

(43) 'żona ta' sorveljanza' tfisser żona li hi stabbilita madwar iż-żona ta' protezzjoni, u fejn xi miżuri ta' kontroll tal-mard huma applikati sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mard miż-żona ta' protezzjoni;

(44) 'bajd tat-tifqis' tfisser bajd, li jkunu biedu t-tjur tal-irziezet fil-magħluqjew l-għasafar miżmuma, maħsuba għall-inkubazzjoni;

(45) 'annimali ungulati' tfisser l-annimali elenkati fl-Anness III;

(46) 'stabbiliment ta' prodott ġerminali' tfisser:

(a) f'dak li jirrigwarda s-semen, stabbiliment fejn jinġabar, jiġi prodott, jiġi pproċessat jew maħżun is-semen;

(b) fir-rigward ta' ooċiti u embrijuni, grupp ta' professjonisti jew struttura taħt is-superviżjoni ta' tim ta' veterinarji kompetenti li jwettqu l-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta' ooċiti u embrijuni;

(c) fir-rigward ta' bajd għat-tifqis, mafqas;

(47) 'mafqas' tfisser stabbiliment li jiġbor, jaħżen, jinkuba u jfaqqas il-bajd għall-provvista ta':

(a) bajd għat-tfaqqis;

(b) flieles ta' ġurnata jew il-flieles li jkunu għadhom kemm faqqsu ta' speċi oħra;

(48) 'stabbiliment konfinat' tfisser kwalunkwe stabbiliment permanenti, ġeografikament limitat, maħluq fuq bażi volontarja u approvat għall-iskop ta' movimenti, fejn l-annimali huma:

(a) miżmuma jew imrobbija għall-finijiet ta' wirjiet, edukazzjoni, ħarsien tal-ispeċi jew riċerka;

(b) konfinati u separati mill-ambjent ta' madwar;

(c) soġġetti għal sorveljanza tas-saħħa tal-annimali u miżuri fil-qasam tal-bijosigurtà;

(49) 'operazzjoni tal-immuntar' tfisser il-ġbir f'daqqa ta' annimali terrestri miżmuma minn aktar minn stabbiliment wieħed għal perijodu iqsar mill-perijodu ta' residenza meħtieġa għall-ispeċi tal-annimali kkonċernati;

(50) 'perijodu ta' residenza' tfisser il-perijodu minimu meħtieġ sabiex jiġi żgurat li annimal li jkun ġie introdott fi stabbiliment ma jkunx fi status ta' saħħa anqas mill-annimali f'dak l-istabbiliment;

(51) 'TRACES' tfisser is-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata b'arkitettura unika prevista fid-Deċiżjonijiet 2003/24/KE u 2004/292/KE;

(52) 'stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku' tfisser negozju tal-ikel approvat skont l-Artikolu 179;

(53) 'veterinarju uffiċjali' tfisser veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti u kwalifikat b'mod xieraq biex iwettaq attivitajiet uffiċjali skont dan ir-Regolament;

(54) 'veterinarju uffiċjali f'pajjiż terz jew territorju' tfisser veterinarju f'pajjiż terz jew territorju li jikkorrispondi għal veterinarju uffiċjali kif imsemmi fil-punt (53);

(55) 'awtorità kompetenti' tfisser l-awtorità veterinarja ċentrali ta' Stat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali u ta' kwalunkwe attività uffiċjali oħra, skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe awtorità oħra li lilha tkun iddelegata dik ir-responsabbiltà;

(56) 'awtorità kompetenti ta' pajjiż terz jew territorju' tfisser awtorità f'pajjiż terz jew territorju li tikkorrispondi għall-awtoritajiet kompetenti msemmijin fil-punt (55).



KAPITOLU 2

Mard elenkat u mard emerġenti u speċijiet elenkati

Artikolu 5

Elenkar tal-mard

1.  Ir-regoli speċifiċi dwar il-mard intiżi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal:

(a) il-mard elenkat li ġej:

i) il-marda tal-lsien u d-dwiefer;

ii) id-deni klassiku tal-ħnieżer;

iii) id-deni Afrikan tal-ħnieżer;

iv) influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja;

v) il-marda Afrikana taż-żwiemel; u

b) il-mard elenkat li jinsab fil-lista fl-Anness II.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar l-emendi għal-lista msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Marda għandha tiġi inkluża fil-lista msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jekk tkun ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 7 u tissodisfa:

(a) il-kriterji kollha li ġejjin:

(i) l-evidenza xjentifika tindika li l-marda hi trasmissibbli;

(ii) l-ispeċijiet tal-annimali huma jew suxxettibbli għall-marda jew inkella vetturi u kompartimenti tiegħu, jeżistu fl-Unjoni;

(iii) il-marda tikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali jew tippreżenta riskju għas-saħħa pubblika minħabba n-natura żoonotika tagħha;

(iv) hemm disponibbli għodod dijanjostiċi għall-marda; u

(v) il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji u fejn rilevanti, is-sorveljanza tal-mard, huma effettivi u proporzjonati għar-riskji li tippreżenta l-marda fl-Unjoni; u

(b) 'tissodisfa tal-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:.

(i) il-marda tikkawża jew tista' tikkawża effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jew tippreżenta jew tista' tippreżenta riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika minħabba n-natura żoonotika tagħha;

(ii) l-aġent tal-marda jkun żviluppa reżistenza għat-trattamenti u joħloq periklu sinifikanti għas-saħħa pubblika u/jew għas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni;

(iii) il-marda tikkawża jew tista' tikkawża impatt ekonomiku negattiv sinifikanti li jaffettwa l-produzzjoni fis-settur tal-agrikoltura jew tal-akkwakultura fl-Unjoni;

(iv) il-marda għandha l-potenzjal li tiġġenera kriżi jew l-aġent tal-marda jista' jintuża għall-fini ta' bijoterroriżmu; jew

(v) il-marda għandha jew jista' jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż il-bijodiversità tal-Unjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar it-tneħħija ta' marda mil-lista msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta dik il-marda ma tibqax tissodisfa l-kriterji previsti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-elenkar ta' kull marda fid-dawl ta' data xjentifika sinifikanti li tkun għadha kif saret disponibbli.

Artikolu 6

Mard emerġenti

1.  Ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għandhom japplikaw għal mard emerġenti kif previst f'dan ir-Regolament.

2.  Marda, li mhix marda elenkata, għandha titqies li hija marda emerġenti ('marda emerġenti') sakemm din għandha l-potenzjal li tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-mard previsti fl-Artikolu 5(3) u:

(a) tirriżulta mill-evoluzzjoni jew bidla ta' aġent tal-marda eżistenti;

(b) hija marda magħrufa li qed tinxtered f'żona ġeografika, speċi jew popolazzjoni ġdida;

(c) tiġi dijanjostikata għall-ewwel darba fl-Unjoni; jew

(d) hija kkawżata minn aġent tal-marda mhux magħruf jew li ma kienx magħruf preċedentement.

3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tieħu l-miżuri meħtieġa dwar marda emerġenti li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

4.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati ma' mard li jirrappreżenta riskju emerġenti b'impatt sinifikanti ħafna, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).

5.  Kwalunkwe obbligu fuq l-operaturi fir-rigward ta' marda emerġenti, kif stabbilit f'dan ir-Regolament, għandu japplika biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni għal dik il-marda skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew jekk il-marda tkun koperta minn pjan ta' kontinġenza skont l-Artikolu 43.

Artikolu 7

Parametri ta' valutazzjoni għall-elenkar tal-mard

Il-Kummissjoni għandha tuża l-parametri ta' valutazzjoni li ġejjin biex tiddetermina jekk il-marda tissodisfax il-kondizzjonijiet li jeħtieġuha tiġi elenkata skont l-Artikolu 5(2):

(a) il-profil tal-marda, li għandu jinkludi dan li ġej:

(i) l-ispeċi tal-annimali milquta mill-marda;

(ii) il-morbidità u r-rati tal-mortalità tal-marda f'popolazzjonijiet tal-annimali;

(iii) il-karattru żoonetiku tal-marda;

(iv) ir-reżistenza għat-trattamenti, inkluża r-reżistenza antimikrobika;

(v) il-persistenza tal-marda f'popolazzjoni tal-annimali jew fl-ambjent;

(vi) ir-rotot u l-veloċità ta' trasmissjoni tal-marda bejn l-annimali u meta rilevanti bejn l-annimali u l-bnedmin;

(vii) l-assenza jew il-preżenza u d-distribuzzjoni tal-marda fl-Unjoni, u, fejn il-marda ma tkunx preżenti fl-Unjoni, ir-riskju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni;

(viii) l-eżistenza ta' għodod dijanjostiċi u ta' kontroll tal-mard;

(b) l-impatt tal-marda fuq:

(i) il-produzzjoni agrikola u tal-akkwakultura u partijiet oħra tal-ekonomija, fir-rigward ta':

 il-livell tal-preżenza tal-marda fl-Unjoni;

 it-telf ta' produzzjoni minħabba marda;

 telf ieħor;

(ii) is-saħħa tal-bniedem, fir-rigward ta':

 it-trasmissibbiltà bejn l-annimali u l-bnedmin;

 it-trasmissibbiltà bejn il-bnedmin;

 is-severità ta' forom tal-marda fil-bniedem;

 id-disponibbiltà ta' prevenzjoni effettiva jew trattament mediku fil-bnedmin;

(iii) il-benessri tal-annimali;

(iv) il-bijodiversità u l-ambjent;

(c) il-potenzjal tagħha li tiġġenera sitwazzjoni ta' kriżi u l-użu potenzjali tagħha għall-bijoterroriżmu;

(d) il-fattibbiltà, id-disponibbiltà u l-effettività tal-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ġejjin:

(i) għodod u kapaċitajiet dijanjostiċi;

(ii) tilqim;

(iii) trattamenti mediċi;

(iv) miżuri ta' bijosigurtà;

(v) restrizzjonijiet fuq il-moviment ta' annimali u prodotti;

(vi) qtil tal-annimali;

(vii) ir-rimi ta' karkassi u ta' prodotti sekondarji tal-annimali oħra rilevanti;

(e) l-impatt ta' miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, fir-rigward ta':

(i) l-ispejjeż diretti u indiretti tas-setturi milquta u l-ekonomija inġenerali;

(ii) l-aċċettazzjoni tagħhom mis-soċjetà;

(iii) il-benessri tas-subpopolazzjonijiet milquta ta' annimali miżmuma u selvaġġi;

(iv) l-ambjent u l-bijodiversità.

Artikolu 8

Elenkar tal-ispeċijiet

1.  Ir-regoli speċifiċi dwar il-mard fil-każ tal-mard elenkat previst f'dan ir-Regolament u r-regoli adottati skont dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-ispeċijiet elenkati.

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' speċijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jissodisfaw il-kriterji mniżżla fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Dik il-lista għandha tinkludi dawk l-ispeċi tal-annimali jew gruppi ta' speċi tal-annimali, li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta' mard speċifiku elenkat, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) is-suxxettibbiltà ta' popolazzjoni tal-annimali f'riskju;

(b) it-tul ta' żmien tal-perijodu ta' inkubazzjoni u dak infettiv tal-annimali kkonċernati;

(c) il-kapaċità ta' dawk l-annimali li jġorru dak il-mard speċifiku.

3.  L-ispeċijiet tal-annimali jew il-gruppi ta' speċijiet tal-annimali għandhom jiżdiedu mal-lista, jekk dawn huma affettwati jew jekk huma ta' riskju għat-tixrid ta' mard elenkat speċifiku minħabba li:

(a) huma suxxettibbli għall-marda elenkata speċifika jew l-evidenza xjentifika tindika li x'aktarx li huma suxxettibbli; jew

(b) huma speċijiet ta' vetturi jew kompartimenti għal dik il-marda, jew l-evidenza xjentifika tindika li x'aktarx li għandhom dan ir-rwol.

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tneħħi l-ispeċijiet tal-annimali jew il-gruppi ta' speċijiet tal-annimali mil-lista meta:

(a) il-marda elenkata rilevanti, li b'rabta magħha tkun ġiet elenkata l-ispeċi tal-annimali jew il-grupp tal-ispeċi tal-annimali kkonċernati, tkun tneħħiet mil-lista ta' mard; jew

(b) evidenza xjentifika tindika li l-ispeċijiet jew il-gruppi ta' speċijiet ikkonċernati ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 9

Regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati għal kategoriji differenti ta' mard elenkat

1.  Ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għandhom japplikaw għal mard elenkat kif ġej:

(a) Fir-rigward ta' mard elenkat li normalment ma jseħħx fl-Unjoni, u li għalih iridu jittieħdu miżuri ta' eradikazzjoni immedjati hekk kif jiġi skopert, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin, fejn rilevanti:

(i) ir-regoli għal għarfien u tħejjija għall-mard previsti fit-Titolu I tal-Parti III (l-Artikoli 43 sa 52);

(ii) il-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti III; (l-Artikoli 53 sa 71); u

(iii) ir-regoli għal kompartimentalizzazzjoni previsti fl-Artikolu 37(1).

Għal dak il-mard elenkat, għandhom japplikaw ukoll, fejn rilevanti, il-miżuri msemmija fil-punt (b), kif adatt, kif ukoll fil-punti (d) u (e).

(b) Fir-rigward ta' mard elenkat li għandu jiġi kkontrollat fl-Istati Membri kollha bil-għan tal-eradikazzjoni tiegħu kullimkien fl-Unjoni, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin, fejn rilevanti:

(i) ir-regoli għal programmi obbligatorji ta' eradikazzjoni previsti fl-Artikolu 31(1);

(ii) ir-regoli għal Stati Membri u żoni ħielsa minn mard previsti fl-Artikolu 36;

(iii) ir-regoli għal kompartimentalizzazzjoni previsti fl-Artikolu 37(2); u

(iv) il-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti fl-Artikoli 72 sa 75, l-Artikoli 77 sa 79 u l-Artikoli 81 u 83.

Għal dak il-mard elenkat, għandhom japplikaw ukoll il-miżuri msemmija fil-punti (d) u (e), fejn rilevanti.

(c) Fir-rigward ta' mard elenkat li huwa ta' rilevanza għal xi wħud mill-Istati Membri u li għalih huma meħtieġa miżuri biex iwaqqfuh milli jinfirex għal partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa mill-mard jew li għandhom programmi ta' eradikazzjoni għall-marda kkonċernata elenkata, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin, fejn rilevanti:

(i) ir-regoli għal eradikazzjoni fakultattiva previsti fl-Artikolu 31(2);

(ii) ir-regoli għal Stati Membri u żoni ħielsa minn mard previsti fl-Artikolu 36;

(iii) ir-regoli għal kompartimentalizzazzjoni previsti fl-Artikolu 37(2); u

(iv) ir-regoli għal miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikoli 76, 77, 78, 80, 82 u 83.

Għal dak il-mard elenkat, għandhom japplikaw ukoll il-miżuri msemmija fil-punti (d) u (e), fejn rilevanti.

(d) Fir-rigward ta' mard elenkat li għalih huma meħtieġa miżuri biex iwaqqfuh milli jinfirex minħabba d-dħul tiegħu fl-Unjoni jew moviment bejn l-Istati Membri,ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw, kif rilevanti:

(i) ir-regoli għal moviment fl-Unjoni previst fil-Kapitoli 3 sa 6 tat-Titolu I (l-Artikoli 124 sa169), il-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti IV (l-Artikoli 191 sa 225) u l-Kapitoli 2 u 3 tal-Parti VI (l-Artikoli 247 sa 251); u

(ii) ir-regoli għal dħul fl-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni previsti fil-Parti V (l-Artikoli 229 sa 243).

Il-mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) għandu wkoll jitqies bħala mard elenkat skont dan il-punt, kif ukoll dawk imsemmija fil-punt (e), fejn ir-riskju li tippreżenta l-marda inkwistjoni jista' jiġi mitigat b'mod effettiv u proporzjonat permezz ta' miżuri fir-rigward tal-movimenti ta' annimali u prodotti.

(e) Fir-rigward ta' mard elenkat li għalih tinħtieġ sorveljanza fl-Unjoni, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin, fejn rilevanti:

(i) ir-regoli għan-notifika u r-rapportar previsti fil-Kapitolu I tal-Parti II (l-Artikoli 18 sa 23);u

(ii) ir-regoli għas-sorveljanza previsti fil-Kapitolu 2 tal-Parti II (l-Artikoli 24 sa 30).

Il-mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) għandu wkoll jitqies bħala mard elenkat skont dan il-punt.

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-applikazzjoni ta' regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-paragrafu 1 għall-mard elenkat rispettiv abbażi tal-kriterji stipulati fl-Anness IV, inkluż fid-dawl ta' data xjentifika sinifikanti li tkun għadha kif saret disponibbli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, timmodifika l-applikazzjoni tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-paragrafu 2 għall-mard elenkat rispettiv meta l-marda inkwistjoni ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji previsti fit-Taqsima rilevanti tal-Anness IV, inkluż fid-dawl ta' data xjentifika sinifikanti li tkun għadha kif saret disponibbli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

4.  Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta' urġenza relatati ma' mard elenkat li jirrappreżenta riskju emerġenti b'impatt sinifikattivament għoli, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).



KAPITOLU 3

Responsabbiltajiet għas-saħħa tal-annimali



Taqsima 1

Operaturi, professjonisti tal-annimali u dawk li jżommu l-annimali domestiċi

Artikolu 10

Responsabbiltajiet għas-saħħa tal-annimali u miżuri ta' bijosigurtà

1.  L-operaturi għandhom:

(a) b'rabta mal-annimali miżmuma u l-prodotti taħt ir-responsabbiltà tagħhom, ikunu responsabbli għal:

(i) is-saħħa tal-annimali miżmuma;

(ii) użu prudenti u responsabbli tal-mediċini veterinarji, mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabbiltà tal-veterinarji,

(iii) il-minimizzar tar-riskju tat-tixrid tal-mard;

(iv) trobbija tajba tal-annimali;

(b) fejn xieraq, jieħdu tali miżuri ta' bijosigurtà b'rabta mal-annimali, u l-prodotti miżmuma taħt ir-responsabbiltà tagħhom, kif inhuma adattati għal:

(i) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali u prodotti miżmuma;

(ii) it-tip ta' produzzjoni; u

(iii) ir-riskji involuti, b'kont meħud ta':

 il-post ġeografiku u l-kondizzjonijiet klimatiċi; u

 iċ-ċirkostanzi u l-prattiki lokali;

(c) fejn adatt, jieħdu miżuri ta' bijosigurtà b'rabta mal-annimali selvaġġi.

2.  Il-professjonisti tal-annimali għandhom jieħdu azzjoni biex jiġi minimizzat ir-riskju ta' tixrid ta' mard fil-kuntest tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom mal-annimali u l-prodotti.

3.  Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal min iżomm l-annimali domestiċi.

4.  Il-miżuri ta' bijosigurtà msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati, kif adatt, permezz ta':

(a) miżuri għall-protezzjoni fiżika, li jistgħu jinkludu:

(i) ħitan li jagħlqu, ċnut, soqfa, xbieki, kif adatt;

(ii) it-tindif, id-diżinfezzjoni u l-kontroll ta' insetti u rodituri;

(iii) fil-każ ta' annimali akkwatiċi, fejn adatt:

 miżuri dwar il-provvista u l-iskariku tal-ilma;

 barrieri naturali jew artifiċjali għal kanali tal-ilma fil-qrib li ma jħallux lill-annimali akkwatiċi milli jidħlu jew joħorġu mill-istabbiliment ikkonċernat, inkluż miżuri kontra l-għargħar jew l-infiltrazzjoni tal-ilma minn kanali tal-ilma fil-qrib;

(b) miżuri ta' ġestjoni, li jistgħu jinkludu:

(i) proċeduri għad-dħul ġewwa stabbiliment għal annimali, prodotti, vetturi u persuni u l-ħruġ minnhom;

(ii) proċeduri għall-użu tat-tagħmir;

(iii) kondizzjonijiet għall-moviment ibbażati fuq ir-riskji involuti;

(iv) kondizzjonijiet għall-introduzzjoni ta' annimali jew prodotti fl-istabbiliment;

(v) kwarantina, iżolament jew separazzjoni ta' annimali morda jew li jkunu għadhom kif ġew introdotti;

(vi) sistema għar-rimi sikur ta' annimali mejta u prodotti sekondarji oħrajn tal-annimali.

5.  L-operaturi, il-professjonisti tal-annimali u dawk li jżommu l-annimali domestiċi għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti u l-veterinarji fl-applikazzjoni ta' miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament.

6.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti minimi meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-kwistjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 11

Għarfien tas-saħħa tal-annimali

1.  L-operaturi u l-professjonisti tal-annimali għandu jkollhom għarfien adegwat dwar:

(a) il-mard tal-annimali, inkluż dak li huwa trasmissibbli lill-bnedmin;

(b) il-prinċipji ta' bijosigurtà;

(c) l-interazzjoni bejn is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-bniedem;

(d) prattiki tajba marbutin mat-trobbija tal-annimali għall-ispeċijiet tal-annimali taħt il-kura tagħhom;

(e) reżistenza għat-trattamenti, inkluż ir-reżistenza antimikrobika, u l-implikazzjonijiet tagħha.

2.  Il-kontenut u l-livell ta' għarfien meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandhom jiddependu minn:

(a) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali jew il-prodotti miżmuma taħt ir-responsabbiltà tal-operaturi u l-professjonisti tal-annimali kkonċernati u n-natura tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom ma' dawk l-annimali jew il-prodotti;

(b) it-tip ta' produzzjoni;

(c) il-kompiti mwettqa.

3.  L-għarfien previst fil-paragrafu 1 għandu jinkiseb f'wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a) esperjenza professjonali jew taħriġ;

(b) programmi eżistenti f'setturi agrikoli jew tal-akkwakultura li huma rilevanti għas-saħħa tal-annimali;

(c) edukazzjoni formali;

(d) esperjenza oħra jew taħriġ ieħor li jirriżulta fl-istess livell ta' għarfien bħal dak kopert fil-punti (a), (b) jew (c).

4.  L-operaturi li jbiegħu jew b'xi mod ieħor jittrasferixxu s-sjieda ta' annimali domestiċi futuri għandhom jipprovdu informazzjoni bażika lil dak li ser iżomm l-annimal domestiku fil-futur, rigward il-materji msemmija fil-paragrafu 1, fejn rilevanti għall-annimal domestiku inkwistjoni.



Taqsima 2

Veterinarji u professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi

Artikolu 12

Responsabbiltajiet ta' veterinarji u professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi

1.  Il-veterinarji għandhom fil-qadi tal-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a) jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprevjenu l-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-tixrid ta' mard;

(b) jieħdu azzjoni biex jiżguraw l-iskoperta bikrija tal-mard billi jwettqu dijanjosi kif suppost u dijanjosi differenzjali sabiex tiġi eskluża jew ikkonfermata marda;

(c) ikollhom rwol attiv:

(i) biex iqajmu kuxjenza dwar is-saħħa tal-annimali, u għarfien dwar l-interazzjoni bejn is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-bniedem;

(ii) fil-prevenzjoni tal-mard;

(iii) fl-iskoperta bikrija ta', u reazzjoni rapida għal mard;

(iv) biex iqajmu kuxjenza dwar ir-reżistenza għat-trattamenti, inkluż ir-reżistenza antimikrobika, u l-implikazzjonijiet tagħha;

(d) il-kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti, l-operaturi, professjonisti tal-annimali u dawk li jżommu l-annimali domestiċi fl-applikazzjoni ta' miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament.

2.  Il-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi jistgħu jwettqu attivitajiet li jingħataw lill-veterinarji skont dan ir-Regolament b'rabta mal-annimali akkwatiċi, dment li dawn ikunu awtorizzati li jagħmlu dan mill-Istat Membru kkonċernat skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F'dak il-każ, il-paragrafu 1 għandu japplika għal dawk il-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi.

3.  Il-veterinarji u l-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi għandhom iżommu u jiżviluppaw il-kapaċitajiet professjonali tagħhom b'rabta mal-oqsma ta' attivitajiet tagħhom li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.



Taqsima 3

Stati Membri

Artikolu 13

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.  Sabiex jiżguraw li l-awtorità kompetenti għas-saħħa tal-annimali għandha l-kapaċità li tieħu l-miżuri meħtieġa u xierqa, u sabiex twettaq l-attivitajiet, kif meħtieġ minn dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu, fil-livell amministrattiv adatt, jiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha:

(a) persunal kwalifikat, faċilitajiet, tagħmir, riżorsi finanzjarji u ta' organizzazzjoni effettivi li tkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru;

(b) aċċess għal laboratorji li jkollhom il-persunal kwalifikat, faċilitajiet, tagħmir u riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tkun żgurata d-dijanjosi preċiża u rapida u d-dijanjosi differenzjali tal-mard elenkat u l-mard emerġenti;

(c) veterinarji suffiċjentement imħarrġa involuti fit-twettiq tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 12.

2.  L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-operaturi u l-professjonisti tal-annimali biex jakkwistaw, iżommu u jiżviluppaw għarfien adegwat dwar is-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 11 permezz ta' programmi rilevanti f'setturi agrikoli jew tal-akkwakultura jew bl-edukazzjoni formali.

Artikolu 14

Delega minn awtorità kompetenti ta' attivitajiet uffiċjali

1.  L-awtorità kompetenti tista' tiddelega waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin lil veterinarji li mhumiex veterinarji uffiċjali:

(a) l-applikazzjoni prattika ta' miżuri taħt il-programmi ta' eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 32;

(b) l-appoġġ għall-awtorità kompetenti fit-twettiq ta' sorveljanza kif previst fl-Artikolu 26 jew fir-rigward tal-programmi ta' sorveljanza kif previst fl-Artikolu 28;

(c) l-attivitajiet marbuta ma':

(i) kuxjenza dwar il-mard, tħejjija u kontroll kif previst fil-Parti III, dwar:

 attivitajiet ta' teħid ta' kampjuni u l-implimentazzjoni ta' investigazzjonijiet u inkjesti epidemjoloġiċi fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 54, il-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 55(1), u l-Artikoli 57, 73, 74, 79 u 80 fil-każ tal-preżenza suspetta ta' marda, u kwalunkwe att ta' implimentazzjoni u ta' delega adottat skont dawk l-Artikoli;

 it-twettiq ta' attivitajiet li jirrigwardaw miżuri ta' kontroll tal-mard fil-każ ta' tifqigħa tal-mard, ►C1  fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 61, il-punti (a), (b), (e), (f) u (i) tal-Artikolu 65(1), l-Artikolu 70(1), l-Artikoli 79, 80, 81 u 82, u ◄ kwalunkwe att ta' implimentazzjoni u ta' delega adottat skont dawk l-Artikoli;

 it-twettiq ta' tilqim ta' emerġenza skont l-Artikolu 69;

(ii) ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni, it-traċċabbiltà u l-movimenti kif previst fil-Parti IV;

(iii) il-ħruġ u mili ta' dokumenti ta' identifikazzjoni għal annimali domestiċi kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 247, il-punt (c) tal-Artikolu 248(2), il-punt (c) tal-Artikolu 249(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 250(2);

(iv) l-applikazzjoni u l-użu ta' mezzi ta' identifikazzjoni kif imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 252(1).

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li persuni fiżiċi jew ġuridiċi jiġu awtorizzati biex iwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c)(i), (ii) u (iv) tal-paragrafu 1 għal kompiti identifikati speċifikament li dawk il-persuni jkollhom biżżejjed għarfien speċifiku dwarhom. F'dak l-każ, il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u r-responsabbiltajiet stipulati fl-Artikolu 12 għandhom japplikaw għal dawk il-persuni.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264, rigward attivitajiet oħra li jistgħu jiġu delegati lill-veterinarji flimkien ma' dawk previsti fil-paragrafu 1, u, kif xieraq, li tippreskrivi ċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet meħtieġa għal tali delega.

Il-Kummissjoni għandha tqis in-natura ta' dawk l-attivitajiet u tal-istandards internazzjonali rilevanti meta tadotta dawk l-atti delegati.

Artikolu 15

Informazzjoni pubblika

Fejn ikun hemm raġunijiet ġustifikabbli ta' suspett li l-annimali jew il-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni jew li jidħlu minn barra l-Unjoni jistgħu jippreżentaw riskju, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-passi xierqa biex tinforma lill-pubbliku dwar in-natura tar-riskju u l-miżuri li jkunu ser jittieħdu jew li dalwaqt ser jittieħdu biex jiġi skansat jew ikkontrollat dak ir-riskju, b'kont meħud tan-natura, is-serjetà u l-firxa ta' dak ir-riskju u l-interess pubbliku li dan jiġi infurmat.



Taqsima 4

Laboratorji, faċilitajiet u persuni fiżiċi u ġuridiċi oħrajn li jkollhom x'jaqsmu ma' aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi oħra

Artikolu 16

L-obbligi ta' laboratorji, faċilitajiet u oħrajn li jkollhom x'jaqsmu ma' aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi oħra

1.  Il-laboratorji, faċilitajiet u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn li jkollhom x'jaqsmu ma' aġenti tal-mard għall-iskop ta' riċerka, edukazzjoni, dijanjosi jew produzzjoni ta' tilqim u prodotti bijoloġiċi oħrajn għandhom, filwaqt li jiġu kkunsidrati kwalunkwe standards internazzjonali rilevanti:

(a) jieħdu miżuri xierqa ta' bijosigurtà, bijosigurtà u bijokonteniment biex jipprevjenu l-ħrib tal-aġenti tal-mard u l-kuntatt sussegwenti tagħhom ma' annimali barra l-laboratorju jew faċilità oħra li jkollha x'taqsam ma' aġenti tal-mard għal dawk l-iskopijiet;

(b) jiżguraw li l-moviment ta' aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi oħrajn bejn il-laboratorji jew faċilitajiet oħra ma jagħtix lok għal riskju tat-tixrid ta' mard elenkat u emerġenti.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar miżuri ta' sikurezza għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard elenkat u emerġenti fir-rigward ta' laboratorji, faċilitajiet u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra li jkollhom x'jaqsmu mal-aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi oħrajn f'dak li għandu x'jaqsam ma':

(a) miżuri ta' bijosigurtà, bijosikurezza u bijokonteniment;

(b) rekwiżiti ta' ġarr għal aġenti tal-mard, tilqim u prodotti bijoloġiċi oħrajn.

Artikolu 17

Laboratorji għas-saħħa tal-annimali

1.  Il-laboratorji uffiċjali għas-saħħa tal-annimali, li jikkonsistu mil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni, il-laboratorji ta' referenza nazzjonali u l-laboratorji uffiċjali għas-saħħa tal-annimali, għandhom, fl-eżerċizzju tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom, jikkooperaw fi ħdan netwerk ta' laboratorji tal-Unjoni għas-saħħa tal-annimali.

2.  Il-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw taħt il-koordinazzjoni tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni, biex jiżguraw li s-sorveljanza, in-notifika u r-rapportar tal-mard, il-programmi ta' eradikazzjoni, id-definizzjoni ta' status ħieles minn mard, u l-movimenti ta' annimali u prodotti fl-Unjoni, id-dħul tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi jew territorji, kif previst f'dan ir-Regolament, inkunu bbażati fuq analiżijiet, testijiet u dijanjosi tal-laboratorju li jkunu affidabbli, solidi u skont l-aħħar innovazzjonijiet teknoloġiċi.

3.  Ir-riżultati u r-rapporti pprovduti mil-laboratorji uffiċjali għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta' segretezza u kunfidenzjalità professjonali u l-obbligu ta' notifika lill-awtorità kompetenti li tkun ħatrithom, irrispettivament mill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun talbet l-analiżijiet, it-testijiet jew id-dijanjosi.

4.  F'każ li laboratorju uffiċjali f'wieħed mill-Istati Membri jwettaq analiżijiet dijanjostiċi fuq kampjuni minn annimali li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, dak il-laboratorju uffiċjali għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li minnu jkunu oriġinaw il-kampjuni:

(a) immedjatament bi kwalunkwe riżultat li jindika s-suspett jew l-identifikazzjoni ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1);

(b) mingħajr dewmien mhux dovut, bi kwalunkwe riżultat li jindika s-suspett jew l-identifikazzjoni ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) minbarra dawk imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1).



PARTI II

NOTIFIKA U RAPPORTAR TAL-MARD, SORVELJANZA, PROGRAMMI TA' ERADIKAZZJONI, STATUS TA' ĦELSIEN MINN MARD



KAPITOLU 1

Notifika u rapportar tal-mard

Artikolu 18

Notifika fl-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi u persuni fiżiċi jew ġuridiċi rilevanti oħra:

(a) jinnotifikaw immedjatament lill-awtorità kompetenti fejn ikun hemm kwalunkwe raġuni biex wieħed jissusspetta l-preżenza fl-annimali ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), jew fejn tiġi skoperta l-preżenza ta' tali marda fl-annimali;

(b) hekk kif ikun prattiku, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fejn ikun hemm kwalunkwe raġuni biex wieħed jissusspetta l-preżenza fl-annimali ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1), minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), jew fejn tiġi skoperta l-preżenza ta' tali marda fl-annimali.

(c) jinnotifikaw lill-veterinarju f'każ ta' mortalità mhux normali u sinjali oħrajn ta' mard serju jew tnaqqis sinifikanti fir-rati ta' produzzjoni b'kawża indeterminata, biex titwettaq iktar investigazzjoni, inkluż it-teħid ta' kampjuni għal eżami fil-laboratorju meta dan ikun meħtieġ skont is-sitwazzjoni.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li n-notifiki previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu mgħoddija lill-awtorità kompetenti.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) kriterji sabiex jiġi determinat jekk seħħewx iċ-ċirkostanzi li jeħtieġu n-notifika deskritta fil-punt (c) tal-paragrafu 1;

(b) regoli dettaljati għal aktar investigazzjoni kif previst fil-punt (c) tal-paragrafu 1.

Artikolu 19

Notifika lill-Unjoni

1.  L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe tifqigħa ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) li għalihom notifika immedjata hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha tal-miżuri meħtieġa għall-ġestjoni tar-riskju, filwaqt li jqisu l-profil tal-marda.

2.  In-notifika prevista fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar it-tifqigħa:

(a) l-aġent tal-marda u, fejn relevanti, is-sottotip;

(b) id-dati rilevanti, b'mod partikolari dawk meta ġiet issusspettata u meta ġiet ikkonfermata t-tifqigħa;

(c) it-tip u l-post tat-tifqigħa;

(d) kwalunkwe tifqigħa relatata;

(e) l-annimali involuti fit-tifqigħa;

(f) kwalunkwe miżura ta' kontroll tal-mard meħuda f'relazzjoni mat-tifqigħa;

(g) l-oriġini magħrufa jew possibbli tal-marda elenkata;

(h) il-metodi ta' dijanjosi użati.

Artikolu 20

Rapportar lill-Unjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra informazzjoni dwar mard elenkat imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) li għalih:

(a) mhijiex meħtieġa notifika immedjata ta' tifqigħa skont l-Artikolu 19(1);

(b) notifika immedjata ta' tifqigħa tkun meħtieġa skont l-Artikolu 19(1), iżda tinħtieġ informazzjoni addizzjonali biex tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar:

(i) sorveljanza f'konformità mar-regoli stipulati f'att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 30;

(ii) programm ta' eradikazzjoni skont ir-regoli stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 35.

2.  Ir-rapporti previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludi l-informazzjoni dwar:

(a) l-iskoperta tal-mard elenkat imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) ir-riżultati tas-sorveljanza meta jkunu meħtieġa skont ir-regoli adottati skont il-punt (d)(ii) tal-Artikolu 29 jew il-punt (b)(ii) tal-Artikolu 30(1);

(c) ir-riżultati tal-programmi ta' sorveljanza meta meħtieġa skont l-Artikolu 28(3) u r-regoli adottati skont il-punt (d)(ii) tal-Artikolu 29 jew il-punt (b)(ii) tal-Artikolu 30(1);

(d) programmi ta' eradikazzjoni meta meħtieġ skont l-Artikolu 34 u r-regoli stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 35.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 rigward dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u r-rapportar dwar kwistjonijiet oħra li jirrigwardaw is-sorveljanza u l-programmi ta' eradikazzjoni fejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tar-regoli dwar il-prevenzjoni tal-mard u tar-regoli dwar il-kontroll tal-mard stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Reġjuni ta' notifika u rapportar

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġjuni ta' notifika u rapportar għall-fini tan-notifika u r-rapportar previsti fl-Artikoli 19 u 20.

Artikolu 22

Sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika lill-Unjoni u r-rapportar ta' mard mill-Unjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tamministra sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata għat-tħaddim tal-mekkaniżmi u l-għodod għar-rekwiżiti tan-notifika u r-rapportar previsti fl-Artikoli 19, 20 u 21.

Artikolu 23

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward in-notifika fl-Unjoni u r-rapportar fl-Unjoni u s-sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli għar-rekwiżiti tan-notifika u r-rapportar u s-sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata previsti fl-Artikoli 19 sa 22 fir-rigward ta':

(a) dak il-mard elenkat imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) li għandu jkun soġġett għal notifika immedjata mill-Istati Membri kif ukoll il-miżuri meħtieġa relatati man-notifika, skont l-Artikolu 19;

(b) l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fir-rapportar previst fl-Artikolu 20;

(c) proċeduri għall-istabbiliment u l-użu ta' sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 22 u l-miżuri transizzjonali għall-migrazzjoni tad-data u l-informazzjoni minn sistemi eżistenti għas-sistema l-ġdida u l-operabbiltà sħiħa tagħha;

(d) il-format u l-istruttura tad-data li tiddaħħal fis-sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 22;

(e) l-iskadenzi u l-frekwenzi tan-notifika u r-rapportar previsti fl-Artikoli 19 u 20, li għandhom isiru fi żminijiet u frekwenzi li jiżguraw it-trasparenza u l-applikazzjoni f'waqtha tal-miżuri meħtieġa għall-ġestjoni tar-riskji, abbażi tal-profil tal-marda u t-tip ta' tifqigħa.

(f) l-elenkar tar-reġjuni ta' notifika u rapportar previsti fl-Artikolu 21.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 2

Sorveljanza

Artikolu 24

L-obbligu tal-operaturi fir-rigward tas-sorveljanza

Għall-iskop li tiġi identifikata l-preżenza tal-mard elenkat u mard emerġenti, l-operaturi għandhom:

(a) josservaw is-saħħa u l-imġiba tal-annimali taħt ir-responsabbiltà tagħhom;

(b) josservaw kwalunkwe bidla fil-parametri tal-produzzjoni normali fl-istabbilimenti, l-annimali jew il-prodotti ġerminali taħt ir-responsabbiltà tagħhom li jafu jagħtu lok għal suspett li ġew ikkawżati minn xi marda elenkata jew emerġenti;

(c) ifittxu sinjali ta' mortalità mhux normali u sinjali oħrajn ta' mard serju fl-annimali taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 25

Viżti tas-saħħa tal-annimali

1.  L-operaturi għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti taħt ir-responsabbiltà tagħhom jirċievu l-viżti tas-saħħa tal-annimali minn veterinarju meta hu xieraq minħabba r-riskji maħluqa mill-istabbiliment inkwistjoni, filwaqt li jitqiesu:

(a) it-tip ta' stabbiliment;

(b) l-ispeċi u l-kategoriji ta' annimali miżmuma fl-istabbiliment;

(c) is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żona jew ir-reġjun fir-rigward tal-mard elenkat u emerġenti li jkunu suxxettibbli għalih l-annimali fl-istabbiliment;

(d) kwalunkwe tip ta' sorveljanza oħra rilevanti, jew kontrolli uffiċjali li l-annimali miżmuma u t-tip ta' stabbiliment huma suġġetti għalihom.

Tali viżti tas-saħħa tal-annimali għandhom isiru fi frekwenzi li huma proporzjonati mar-riskju impost mill-istabbiliment ikkonċernat.

Dawn jistgħu jiġu kkombinati ma' viżti għal skopijiet oħra.

2.  Il-viżti tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mwettqa għall-fini tal-prevenzjoni tal-mard, b'mod partikolari permezz ta':

(a) l-għoti ta' pariri lill-operatur ikkonċernat fuq kwistjonijiet ta' bijosigurtà u kwistjonijiet oħrajn tas-saħħa tal-annimali, skont kif ikun rilevanti għat-tip ta' stabbiliment u l-ispeċi u l-kategoriji ta' annimali miżmuma fl-istabbiliment.

(b) l-iskoperta ta' sinjali li jindikaw l-okkorrenza ta' mard elenkat jew mard emerġenti, u informazzjoni dwarhom;

3.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti minimi meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 26

Obbligu ta' sorveljanza tal-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha twettaq sorveljanza biex tiskopri l-preżenza ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) u mard emerġenti rilevanti.

2.  Is-sorveljanza għandha tkun imfassla b'mod li tiżgura l-iskoperta f'waqtha tal-preżenza ta' mard elenkat imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) u mard emerġenti permezz tal-ġbir, it-tqabbil u l-analiżi ta' informazzjoni rilevanti dwar is-sitwazzjoni tal-marda.

3.  L-awtorità kompetenti għandha, kull meta possibbli u xieraq, tagħmel użu mir-riżultati tas-sorveljanza mwettqa mill-operaturi u l-informazzjoni miksuba permezz tal-viżti tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikoli 24 u 25, rispettivament.

4  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li s-sorveljanza tissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 27 u fi kwalunkwe regola adottata skont il-punt (a) tal-Artikolu 29.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-informazzjoni li tinkiseb permezz tas-sorveljanza prevista fil-paragrafu 1 tinġabar u tintuża b'mod effettiv u effiċjenti.

Artikolu 27

Metodoloġija, frekwenza u intensità tas-sorveljanza

It-tfassil, il-mezzi, il-metodi dijanjostiċi, il-frekwenza, l-intensità, il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, u t-teħid ta' kampjuni għas-sorveljanza previsti fl-Artikolu 26 għandhom ikunu xierqa u proporzjonati mal-objettivi tas-sorveljanza, b'konsiderazzjoni ta':

(a) il-profil tal-marda;

(b) il-fatturi ta' riskju involuti;

(c) l-istatus tas-saħħa:

(i) fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment tiegħu soġġett għas-sorveljanza;

(ii) fl-Istati Membri u fil-pajjiżi jew fit-territorji terzi, li jew għandhom fruntiera ma' dak l-Istat Membru, żona jew kompartiment tiegħu, jew li minnu l-annimali u l-prodotti jidħlu hemmhekk;

(d) is-sorveljanza mwettqa mill-operaturi skont l-Artikolu 24, inklużi l-viżti tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 25, jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra.

Artikolu 28

Programmi ta' sorveljanza tal-Unjoni

1.  L-awtorità kompetenti għandha twettaq is-sorveljanza kif previst fl-Artikolu 26(1) fil-qafas ta' programm ta' sorveljanza, meta marda tkun rilevanti għall-Unjoni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 29.

2.  L-Istati Membri li jistabbilixxu programm ta' sorveljanza skont il-paragrafu 1 għandhom jippreżentawh lill-Kummissjoni.

3.  L-Istati Membri li jimplimentaw programm ta' sorveljanza skont il-paragrafu 1 għandhom jissottomettu rapporti regolari dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni ta' dak il-programm lill-Kummissjoni.

Artikolu 29

Delega tas-setgħat

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264:

(a) it-tfassil, il-mezzi, il-metodi dijanjostiċi, il-frekwenza, l-intensità, il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, u t-teħid ta' kampjuni għas-sorveljanza kif previsti fl-Artikolu 27;

(b) il-kriterji għall-konferma uffiċjali u definizzjonijiet tal-każi ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) u, fejn rilevanti, ta' mard emerġenti;

(c) il-kriterji użati biex tiġi stabbilita r-rilevanza ta' marda li għandha tkun soġġetta għal programm ta' sorveljanza rilevanti għall-Unjoni għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 30(1), b'kont meħud tal-profil tal-marda u tal-fatturi ta' riskju involuti;

(d) rekwiżiti għal programmi ta' sorveljanza kif previst fl-Artikolu 28(1) rigward:

(i) il-kontenut ta' programmi ta' sorveljanza;

(ii) l-informazzjoni li għandha tkun inkluża fis-sottomissjoni ta' programmi ta' sorveljanza skont l-Artikolu 28(2) u r-rapporti regolari skont l-Artikolu 28(3);

(iii) il-perijodu ta' applikazzjoni tal-programmi ta' sorveljanza.

Artikolu 30

Setgħat ta' implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula r-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sorveljanza u l-programmi ta' sorveljanza kif previst fl-Artikoli 26 u 28 u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 29, rigward:

(a) l-istabbiliment ta' liema mard elenkat imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) għandu jkun soġġett għal programmi ta' sorveljanza f'konformità mal-Artikolu 28, inkluż l-ambitu ġeografiku ta' tali programmi;

(b) il-format u l-proċedura għal:

(i) il-preżentazzjoni ta' dawk il-programmi ta' sorveljanza għal informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra;

(ii) ir-rapportar lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tas-sorveljanza.

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni tal-programmi ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 28.

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 3

Programmi ta' eradikazzjoni

Artikolu 31

Programmi ta' eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi

1.  L-Istati Membri li mhumiex ħielsa, jew mhux magħrufa bħala ħielsa, minn waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) fit-territorju tagħhom, jew f'żoni jew f'kompartimenti minnhom, għandhom:

(a) jistabbilixxu programm għall-eradikazzjoni ta' dik il-marda elenkata, jew turija ta' ħelsien minnha, li għandu jitwettaq fil-popolazzjonijiet tal-annimali kkonċernati minn dik il-marda u li jkopru l-partijiet rilevanti tat-territorju tagħhom jew żoni jew kompartimenti rilevanti tagħhom ('programm obbligatorju ta' eradikazzjoni'), li għandu japplika sakemm il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' status ta' ħelsien minn mard fit-territorju tal-Istat Membru jew żona kkonċernati, kif previst fl-Artikolu 36(1), jew kompartiment, kif previst fl-Artikolu 37(2), huma sodisfatti;

(b) jippreżentaw l-abbozz tal-programm obbligatorju ta' eradikazzjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

2.  L-Istati Membri li mhumiex ħielsa, jew mhux magħrufa bħala ħielsa, minn waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) u li jiddeċiedu li jistabbilixxu programm għall-eradikazzjoni ta' dik il-marda elenkata, biex jitwettaq fil-popolazzjonijiet tal-annimali milquta mill-marda inkwistjoni u li jkopru l-partijiet rilevanti tat-territorju tagħhom jew iż-żoni tagħhom jew kompartimenti minnhom (“il-programm ta' eradikazzjoni fakultattiv”), għandhom jippreżenta abbozz ta' dak il-programm lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni, meta l-Istat Membru ikkonċernat jitlob ir-rikonoxximent, fl-Unjoni, tal-garanziji tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda inkwistjoni għal movimenti ta' annimali jew prodotti.

Tali programm ta' eradikazzjoni fakultattiv għandu japplika sakemm:

(a) jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' status ta' ħelsien minn mard fit-territorju tal-Istat Membru jew żona kkonċernati, kif previst fl-Artikolu 36(1), jew il-kompartiment, kif previst fl-Artikolu 37(2); jew

(b) jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet li għall-għoti ta' status ta' ħelsien minn mard ma jistgħux jiġu sodisfatti u li l-programm ma jibqax jissodisfa l-għan tiegħu; jew

(c) l-Istat Membru kkonċernat jirtira l-programm.

3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tapprova:

(a) abbozz ta' programmi obbligatorji ta' eradikazzjoni sottomessi għall-approvazzjoni tagħha skont il-paragrafu 1;

(b) abbozz ta' programmi ta' eradikazzjoni fakultattivi ppreżentati għall-approvazzjoni tagħha skont il-paragrafu 2,

jekk il-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu jiġu ssodisfati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

4.  Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta' urġenza relatati ma' mard elenkat li jirrappreżenta riskju li għandu impatt sinifikanti għoli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli b'mod immedjat previsti fil-punt (a) tal-paragrafu (3) ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).

Il-Kummissjoni tista', għal raġunijiet debitament ġustifikati, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tapprova emenda proposta mill-Istat Membru kkonċernat jew tirtira l-approvazzjoni ta' programmi ta' eradikazzjoni approvati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) l-istrateġiji għall-kontroll tal-mard, miri intermedji u finali għal mard speċifiku, u perijodu ta' applikazzjoni ta' programmi ta' eradikazzjoni;

(b) derogi mir-rekwiżit għall-preżentazzjoni ta' programmi ta' eradikazzjoni għall-approvazzjoni, kif previst fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-paragrafu 2 tiegħu, fejn tali approvazzjoni ma tkunx neċessarja minħabba l-adozzjoni ta' regoli dwar dawk il-programmi skont l-Artikoli 32(2) u 35;

(c) l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar derogi mir-rekwiżit għal approvazzjoni ta' programmi ta' eradikazzjoni kif previsti fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 biex temenda jew ittemm regoli adottati skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 32

Miżuri taħt programmi ta' eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi

1.  Il-programmi ta' eradikazzjoni għandhom jikkonsistu f'tal-anqas dawn il-miżuri li ġejjin:

(a) miżuri ta' kontroll tal-mard biex jinqered l-aġent tal-marda minn stabbilimenti, kompartimenti u żoni fejn tfaqqa' marda u sabiex ma jerġax ikun hemm infezzjoni;

(b) sorveljanza li għandha titwettaq f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 30 li turi:

(i) l-effettività tal-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti f'punt (a);

(ii) il-ħelsien mill-marda elenkata;

(c) il-miżuri ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu fil-każ ta' riżultati ta' sorveljanza pożittivi.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 fir-rigward tal-elementi li ġejjin biex tiġi żgurata l-effettività tal-programmi ta' eradikazzjoni:

(a) miżuri ta' kontroll tal-mard kif previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b) miżuri ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu biex tiġi evitata infezzjoni mill-ġdid tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira bil-marda inkwistjoni fi stabbilimenti, żoni u kompartimenti;

(c) it-tfassil, il-mezzi, il-metodi dijanjostiċi, il-frekwenza, l-intensità, il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, u t-teħid ta' kampjuni għas-sorveljanza;

(d) il-miżuri ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu fil-każ ta' riżultati ta' sorveljanza pożittivi għall-marda elenkata kif previst fil-punt (c) tal-paragrafu 1;

(e) kriterji għat-tilqim, fejn rilevanti u adatt għall-mard jew speċi inkwistjoni.

Artikolu 33

Il-kontenut tal-programmi ta' eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi ppreżentati għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja f'applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' programmi ta' eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31(1) u (2):

(a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda elenkata koperta mill-programm ta' eradikazzjoni obbligatorju jew fakultattiv inkwistjoni;

(b) deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva jew tal-kompartiment kopert mill-programm ta' eradikazzjoni;

(c) deskrizzjoni tal-miżuri ta' kontroll tal-mard tal-programm ta' eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 32(1) u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 32(2);

(d) deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, is-superviżjoni u r-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta' eradikazzjoni;

(e) it-tul ta' żmien stmat tal-programm ta' eradikazzjoni;

(f) il-miri intermedji ta', u l-istrateġiji ta' kontroll tal-mard għall-implimentazzjoni, tal-programm ta' eradikazzjoni.

Artikolu 34

Rapportar

Stati Membri li jimplimentaw il-programmi ta' eradikazzjoni għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni:

(a) rapporti li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja l-kisba tal-miri intermedji tal-programmi ta' eradikazzjoni li jkunu għaddejjin kif imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 33;

(b) rapport finali wara t-tlestija tal-programm ta' eradikazzjoni inkwistjoni.

Artikolu 35

Setgħat ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-informazzjoni, il-format u r-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikoli 31 sa 34 fir-rigward ta':

(a) is-sottomissjoni ta' abbozzi ta' programmi ta' eradikazzjoni obbligatorji u abbozzi ta' programmi ta' eradikazzjoni fakultattivi għall-approvazzjoni;

(b) l-indikaturi tal-prestazzjoni;

(c) ir-rapportar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 4

Status ta' ħelsien minn mard

Artikolu 36

Stati Membri u żoni ħielsa minn mard

1.  Stat Membru jista' japplika għand il-Kummissjoni għall-approvazzjoni ta' status ta' ħelsien minn mard għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) għal waħda jew aktar mill-ispeċijiet ta' annimali rilevanti għat-territorju kollu tiegħu jew għal waħda jew aktar miż-żoni tiegħu sakemm waħda jew aktar minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) l-ebda speċi elenkata għall-marda koperta mill-applikazzjoni għal status ta' ħelsien minn mard ma hija preżenti f'xi parti mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, jew fiż-żona jew żoni rilevanti koperti mill-applikazzjoni;

(b) l-aġent tal-marda huwa magħruf li ma jistax jgħix fit-territorju kollu tal-Istat Membru, jew fiż-żona jew żoni rilevanti koperti mill-applikazzjoni, skont il-kriterji msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 39;

(c) f'każ ta' mard elenkat trasmess biss minn organiżmi li jġorru l-mikrobu (vetturi), l-ebda wieħed mill-vetturi ma jkun preżenti, jew huwa magħruf li ma jistgħux jgħixu fit-territorju kollu tal-Istat Membru, jew fiż-żona jew żoni rilevanti koperti mill-applikazzjoni, skont il-kriterji msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 39;

(d) ħelsien minn mard elenkat ikun intwera permezz ta':

(i) programm ta' eradikazzjoni konformi mar-regoli stipulati fl-Artikolu 32(1) u r-regoli adottati skont il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu; jew

(ii) data storika u ta' sorveljanza.

2.  L-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal status ta' ħelsien minn mard għandha tinkludi evidenza li turi li l-kondizzjonijiet għal status ta' ħelsien minn mard stabbiliti fil-paragrafu 1 huma sodisfatti.

3.  Stat Membru jista', f'ċerti każijiet speċifiċi, japplika lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni ta' status ta' ħelsien minn mard għal waħda jew aktar mill-mard elenkati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), u b'mod partikolari għall-approvazzjoni ta' status ta' mingħajr tilqim għat-territorju kollu, jew għal żona waħda jew aktar minnu, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ħelsien minn mard elenkat ikun intwera permezz ta':

(i) programm ta' eradikazzjoni li jikkonforma mar-regoli li jinsabu fl-Artikolu 32(1) u r-regoli adottati skont il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu; jew

(ii) data storika u ta' sorveljanza;

(b) ikun intwera li t-tilqim kontra l-marda jwassal għal spejjeż li jkunu jeċċedu lil dawk li jirriżultaw miż-żamma tal-ħelsien minn mard mingħajr tilqim.

4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, soġġetta għal emendi fejn meħtieġ, l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal status ta' ħelsien minn mard jew status ta' mingħajr tilqim meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u, fejn rilevanti, il-paragrafu 3.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 37

Kompartimenti

1.  Stat Membru jista' japplika għand il-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta' status ta' ħelsien minn mard ta' kompartimenti għall-mard elenkat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), u għall-protezzjoni tal-istatus ta' ħelsien minn mard ta' tali kompartiment fil-każ ta' tifqigħa ta' waħda jew aktar minn dak il-mard elenkat fit-territorju tiegħu, sakemm:

(a) l-introduzzjoni tal-marda jew mard elenkat koperti mill-applikazzjoni tista' tiġi evitata b'mod effettiv fil-livell ta' kompartiment, billi jitqies il-profil tal-mard;

(b) il-kompartiment kopert mill-applikazzjoni jkun suġġett għal sistema unika ta' ġestjoni komuni tal-bijosigurtà mfassla biex jiġi żgurat l-istatus ta' ħelsien minn mard tal-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti minnu; u

(c) il-kompartiment kopert mill-applikazzjoni jkun ġie approvata mill-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' movimenti ta' annimali u l-prodotti tagħhom f'konformità ma':

(i) l-Artikoli 99 u 100 fil-każ ta' kompartimenti li jżommu annimali terrestri u prodotti tagħhom;

(ii) l-Artikoli 183 u 184 fil-każ ta' kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom.

2.  Stat Membru jista' japplika għand il-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta' status ta' ħelsien minn mard ta' kompartimenti għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), bil-kondizzjoni li:

(a) l-introduzzjoni tal-marda jew mard elenkat koperti mill-applikazzjoni tista' tiġi evitata b'mod effettiv fil-livell ta' kompartiment, billi jitqies il-profil tal-mard;

(b) ikunu mħarsa waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36(1);

(ii) l-istabbilimenti tal-kompartiment kopert mill-applikazzjoni bdew jew komplew l-attivitajiet tagħhom u jkunu stabbilixxew sistema komuni ta' ġestjoni tal-bijosigurtà mfassla biex jiġi żgurat il-ħelsien minn mard ta' dak il-kompartiment;

(c) il-kompartiment kopert mill-applikazzjoni jkun soġġett għal sistema unika u komuni ta' ġestjoni tal-bijosigurtà mfassla biex jiġi żgurat l-istatus ta' ħelsien minn mard tal-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti minnu; u

(d) il-kompartiment kopert mill-applikazzjoni jkun ġie approvata mill-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' movimenti ta' annimali u l-prodotti tagħhom f'konformità ma':

(i) l-Artikoli 99 u 100 fil-każ ta' kompartimenti li jżommu annimali terrestri u prodotti tagħhom;

(ii) l-Artikoli 183 u 184 fil-każ ta' kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom.

3.  L-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għar-rikonoxximent ta' status ta' ħelsien minn mard ta' kompartimenti bi qbil mal-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu evidenza li turi li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk il-paragrafi huma sodisfatti.

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni

(a) tirrikonoxxi, soġġett għal emendi fejn meħtieġ, l-istatus ta' ħelsien minn mard ta' kompartimenti, meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3;

(b) tiddetermina għal liema fost il-mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), jistgħu jkunu stabbiliti l-kompartimenti ħielsa minn mard.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar dispożizzjonijiet li jissupplimentaw dawk li jinsabu f'dan l-Artikolu, dwar:

(a) ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' status ta' ħelsien minn mard ta' kompartimenti kif previst fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, abbażi tal-profil ta' mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), li jirrigwarda mill-inqas:

(i) ir-riżultati tas-sorveljanza u l-evidenza oħra meħtieġa biex jissostanzjaw il-ħelsien minn mard;

(ii) miżuri ta' bijosigurtà;

(b) ir-regoli dettaljati għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' status ta' ħelsien minn mard ta' kompartimenti kif previst fil-paragrafi 1 u 2; u

(c) regoli dwar kompartimenti li jinsabu fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed.

Artikolu 38

Listi tal-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti ħielsa minn mard

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista aġġornata tat-territorju jew iż-żoni tiegħu bi status ta' ħelsien minn mard kif previst fl-Artikolu 36(1) u (3), u tal-kompartimenti tiegħu bi status, ta' ħelsien minn mard kif previst fl-Artikolu 37(1) u (2), fejn applikabbli.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn il-listi disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex jagħmlu l-informazzjoni li tinsab f'dawk il-listi disponibbli għall-pubbliku billi tipprovdi fuq il-paġna tagħha tal-Internet il-links għall-paġni ta' informazzjoni bbażati fuq l-Internet tal-Istati Membri.

Artikolu 39

Delega tas-setgħat li tikkonċerna l-istatus ta' ħelsien minn mard tal-Istati Membri u ż-żoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) regoli dettaljati għall-istatus ta' ħelsien minn mard tal-Istati Membri u ż-żoni tiegħu, abbażi ta l-profili differenti ta' mard, li jikkonċernaw:

(i) il-kriterji li għandhom jintużaw biex jissostanzjaw asserzjoni mill-Istati Membri li l-ebda speċi elenkata ma tkun preżenti jew kapaċi li ssalva fit-territorju tagħhom u l-evidenza meħtieġa sabiex tissostanzja tali asserzjoni, kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 36(1);

(ii) il-kriterji li għandhom jintużaw, u l-evidenza meħtieġa, biex jissostanzjaw asserzjonijiet li aġent jew vettur tal-marda mhux kapaċi li jsalva, kif previst fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 36(1);

(iii) il-kriterji li għandhom jintużaw, u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati, biex jiddeterminaw l-ħelsien minn mard inkwistjoni, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 36(1);

(iv) ir-riżultati tas-sorveljanza u l-evidenza oħra meħtieġa biex jissostanzjaw il-ħelsien minn mard;

(v) miżuri ta' bijosigurtà;

(vi) restrizzjonijiet u kondizzjonijiet għat-tilqim fl-Istati Membri u ż-żoni tagħhom ħielsa minn mard;

(vii) l-istabbiliment ta' żoni li jifirdu ż-żoni ħielsa minn mard jew iż-żoni taħt programm ta' eradikazzjoni miż-żoni ristretti (“żoni ta' lqugħ”);

(viii) żoni li jinsabu fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed;

(b) derogi mir-rekwiżit għal approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' status ta' ħelsien minn mard għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), kif stipulat fl-Artikolu 36(1), fejn din l-approvazzjoni ma tkunx neċessarja minħabba li kienu ġew stabbiliti regoli dettaljati għall-ħelsien minn mard f'regoli adottati skont il-punt (a) ta' dan l-Artikolu;

(c) l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra biex tissostanzja dikjarazzjonijiet ta' status ta' ħelsien minn mard, mingħajr l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 36(4), kif previst fil-punt (b) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 40

Setgħat ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti dettaljati dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra biex tissostanzja dikjarazzjonijiet ta' status ta' ħelsien minn mard ta' territorji, żoni u kompartimenti f'konformità mal-Artikoli 36 sa 39, u l-format u l-proċeduri għal:

(a) l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' status ta' ħelsien minn mard fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat, jew f'żoni u kompartimenti minnhom;

(b) l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar Stati Membri ħielsa minn mard, jew żoni u kompartimenti minnhom.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 41

Iż-żamma ta' status ta' ħelsien minn mard

1.  L-Istati Membri għandhom iżommu l-istatus ta' ħelsien minn mard għat-territorji tagħhom, jew iż-żoni tagħhom jew kompartimenti minnhom biss dment li:

(a) il-kondizzjonijiet għal status ta' ħelsien minn mard stabbiliti fl-Artikolu 36(1) u l-Artikolu 37(1) u (2), u r-regoli stabbiliti skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 39, jibqgħu jiġu sodisfatti;

(b) filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 27, titwettaq sorveljanza biex tivverifika li territorju, żona jew kompartiment ikkonċernat jibqa' ħieles mill-marda elenkata li għaliha kienet ġiet approvata jew rikonoxxuta bi status ta' ħelsien minn mard;

(c) huma applikati restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali, u, fejn rilevanti, il-prodotti derivati minnhom, ta' speċi elenkati għall-marda elenkata li għalihom kien approvat jew rikonoxxut l-istatus ta' ħelsien minn mard, f'territorju, żona jew kompartiment ikkonċernat, f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-Partijiet IV u V;

(d) jiġu applikati miżuri oħrajn ta' bijosigurtà għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda elenkata li għaliha jkun ġie approvat jew rikonoxxut bi status ta' ħelsien minn mard.

2.  Stat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni jekk ma jibqgħux jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għaż-żamma tal-istatus ta' ħelsien mill-mard.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar il-kondizzjonijiet li ġejjin biex jinżamm l-istatus ta' ħelsien minn mard:

(a) sorveljanza kif previst fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b) miżuri ta' bijosigurtà kif previst fil-punt (d) tal-paragrafu 1.

Artikolu 42

Sospensjoni, irtirar u r-restawr ta' status ta' ħelsien minn mard

1.  Fejn Stat Membru jsir jaf, jew ikollu raġuni biex jissuspetta, li jkun hemm ksur ta' xi waħda mill-kondizzjonijiet biex jinżamm l-istatus tiegħu bħala Stat Membru ħieles minn mard, jew ta' żona jew kompartiment tiegħu, dan għandu minnufih:

(a) fejn rilevanti, skont ir-riskju, jissospendi jew jirrestrinġi l-movimenti tal-ispeċi elenkati, għall-marda elenkata li għaliha ġie approvat jew rikonoxxut bi status ta' ħelsien minn mard, lejn Stati Membri oħra, żoni jew kompartimenti bi status ogħla tas-saħħa fir-rigward ta' dik il-marda elenkata;

(b) fejn rilevanti għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard elenkat li għalih l-istatus ta' ħelsien minn mard ikun ġie approvat jew rikonoxxut, japplikaw il-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fit-Titolu II tal-Parti III.

2.  Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitneħħew fejn investigazzjoni ulterjuri tikkonferma li:

(a) ma sarx il-ksur suspettat; jew

(b) il-ksur suspettat ma kellux impatt sinifikanti u l-Istat Membru kkonċernat jista' jipprovdi assigurazzjonijiet li l-kondizzjonijiet biex iżomm l-istatus tiegħu ta' ħelsien minn mard jerġgħu ġew sodisfatti.

3.  Fejn investigazzjoni ulterjuri mill-Istat Membru kkonċernat tikkonferma li tkun feġġet il-marda elenkata li għaliha jkun inkiseb l-istatus ta' ħelsien mill-mard jew li jkun seħħ ksur sinifikanti ieħor tal-kondizzjonijiet għaż-żamma ta' status ta' ħelsien minn mard kif imsemmi fl-Artikolu 41(1), jew fejn hemm probabbiltà sinifikanti li dan ikun seħħ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tirtira mingħajr dewmien mhux dovut l-approvazzjoni ta' status ta' ħelsien minn mard ta' Stat Membru jew żona mogħti skont l-Artikolu 36(4) jew ir-rikonoxximent ta' status ta' ħelsien minn mard ta' kompartiment mogħti skont l-Artikolu 37(4) wara li tinkiseb l-informazzjoni mingħand l-Istat Membru kkonċernat li l-kondizzjonijiet biex jinżamm l-istatus ta' ħelsien minn mard ma għadhomx sodisfatti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

5.  Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta' urġenza estrema, meta l-marda elenkata msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu tinfirex b'mod rapidu, u toħloq riskju ta' impatt għoli sinifikanti fuq is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa pubblika, l-ekonomija jew is-soċjetà, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 266(3).

6.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ir-regoli għas-sospensjoni, l-irtirar u r-restawr ta' status ta' ħelsien minn mard stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.



PARTI III

KUXJENZA, TĦEJJIJA U KONTROLL TAL-MARD



TITOLU I

KUXJENZA U TĦEJJIJA GĦALL-MARD



KAPITOLU 1

Pjanijiet ta' kontinġenza u eżerċizzji ta' simulazzjoni

Artikolu 43

Pjanijiet ta' kontinġenza

1.  L-Istati Membri għandhom, wara li jikkonsultaw kif adatt lill-esperti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, ifasslu u jżommu aġġornati pjanijiet ta' kontinġenza u fejn meħtieġ manwali ta' struzzjonijiet dettaljati li jistabbilixxu l-miżuri li jridu jittieħdu fl-Istat Membru kkonċernat fil-każ tal-okkorrenza ta' marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) jew, skont il-każ, ta' marda emerġenti, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' għarfien dwar il-mard u ta' tħejjija u l-kapaċità li jitnieda rispons rapidu.

2.  Dawk il-pjanijiet ta' kontinġenza u, fejn applikabbli, il-manwali ta' struzzjonijiet dettaljati għandhom ikopru tal-anqas il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) l-istabbiliment ta' katina ta' kmand fi ħdan l-awtorità kompetenti u ma' awtoritajiet pubbliċi oħra biex jiġi żgurat li tittieħed deċiżjoni rapida u effettiva fil-livell ta' Stat Membru, dak reġjonali jew lokali;

(b) il-qafas għall-kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra u l-partijiet ikkonċernati rilevanti involuti, biex jiżguraw li l-azzjonijiet jittieħdu b'mod koerenti u koordinat;

(c) aċċess għal:

(i) faċilitajiet;

(ii) laboratorji;

(iii) tagħmir;

(iv) persunal;

(v) fondi ta' emerġenza;

(vi) il-materjal u r-riżorsi l-oħra xierqa kollha meħtieġa għall-eradikazzjoni rapida u effiċjenti tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) jew ta' mard emerġenti;

(d) id-disponibbiltà taċ-ċentri u l-gruppi li ġejjin bil-ħiliet esperti meħtieġa biex jassistu lill-awtorità kompetenti:

(i) ċentru ċentrali funzjonali għall-kontroll tal-mard;

(ii) ċentri reġjonali u lokali ta' kontroll tal-mard, kif adatt għas-sitwazzjoni amministrattiva u ġeografika tal-Istat Membru kkonċernat;

(iii) gruppi ta' esperti operattivi;

(e) l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II għall-mard elenkat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) u għal mard emerġenti;

(f) dispożizzjonijiet dwar tilqim ta' emerġenza, fejn xieraq;

(g) prinċipji għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni ristretti stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 64(1);

(h) koordinazzjoni ma' Stati Membri ġirien u pajjiżi terzi u territorji ġirien, fejn adatt.

Artikolu 44

Setgħat implimentattivi għal pjanijiet ta' kontinġenza

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi miżuri meħtieġa li jikkonċernaw l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tal-pjanijiet ta' kontinġenza previsti fl-Artikolu 43(1).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 45

Eżerċizzji ta' simulazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-eżerċizzji ta' simulazzjoni dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza previsti fl-Artikolu 43(1) jitwettqu regolarment jew f'intervalli xierqa:

(a) biex jiġi żgurat livell għoli ta' kuxjenza tal-mard u ta' tħejjija u l-kapaċità li jitnieda rispons rapidu fl-Istat Membru kkonċernat;

(b) biex tiġi verifikata l-funzjonalità ta' dawk il-pjanijiet ta' kontinġenza.

2.  Fejn ikun fattibbli u xieraq, għandhom jitwettqu eżerċizzji ta' simulazzjoni b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ġirien u pajjiżi terzi u territorji ġirien.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fuq talba, rapport dwar ir-riżultati ewlenin tal-eżerċizzji ta' simulazzjoni mwettqa.

4.  Meta jkun xieraq u meħtieġ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli rigward l-implimentazzjoni prattika ta' eżerċizzji ta' simulazzjoni fl-Istati Membri relatati ma':

(a) il-frekwenzi ta' eżerċizzji ta' simulazzjoni;

(b) eżerċizzji ta' simulazzjoni li jkopru aktar minn marda elenkata waħda msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 2

L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

Artikolu 46

L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

1.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri li jikkonċernaw l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji għal mard elenkat, biex tiġi żgurata l-prevenzjoni jew il-kontroll bl-aktar mod effiċjenti ta' dak il-mard, dment li dawn il-miżuri jkunu xierqa jew meħtieġa.

Dawk il-miżuri jistgħu jkopru dawn li ġejjin:

(a) projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji;

(b) l-użu obbligatorju ta' prodotti mediċinali veterinarji.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-kriterji li ġejjin inkonsiderazzjoni biex jiġi determinat jekk għandhomx jintużaw jew le l-prodotti mediċinali veterinarji, u kif għandhom jintużaw, bħala miżuri ta' prevenzjoni u kontroll ta' marda elenkata speċifika:

(a) il-profil tal-marda;

(b) id-distribuzzjoni tal-marda elenkati fi:

(i) l-Istat Membru kkonċernat;

(ii) l-Unjoni;

(iii) fejn rilevanti, pajjiżi terzi u territorji ġirien;

(iv) il-pajjiżi terzi u territorji minn fejn l-annimali u l-prodotti jinġiebu fl-Unjoni;

(c) id-disponibbiltà u l-effiċjenza tal-prodotti mediċinali veterinarji inkwistjoni, u r-riskji marbuta magħhom;

(d) id-disponibbiltà ta' testijiet dijanjostiċi għall-identifikazzjoni ta' infezzjonijiet fl-annimali ttrattati bil-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati;

(e) l-impatt ekonomiku, soċjali, tal-benessri tal-annimali u ambjentali tal-użu tal-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati meta mqabbla ma' strateġiji oħra disponibbli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa dwar l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji għal studji xjentifiċi jew għall-għanijiet ta' żvilupp u ttestjar tagħhom f'kondizzjonijiet kontrollati biex titħares is-saħħa tal-annimali u dik pubblika.

Artikolu 47

Delega tas-setgħat għall-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 fir-rigward ta' dak li jista' jikkostitwixxi miżuri adatti u meħtieġa kif stipulat fl-Artikolu 46, fir-rigward ta':

(a) projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji;

(b) kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji għal marda elenkata speċifika;

(c) miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' mard elenkat permezz ta' annimali trattati bi prodotti mediċinali veterinarji jew prodotti minn dawn l-annimali;

(d) sorveljanza għal mard elenkat speċifiku wara l-użu ta' tilqim u prodotti mediċinali veterinarji oħra.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stipulati fl-Artikolu 46(2) meta jiġu stabbiliti r-regoli previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Meta fil-każ ta' riskji emerġenti, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 265 għandha tapplika għar-regoli adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.



KAPITOLU 3

Banek tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi

Artikolu 48

L-istabbiliment ta' banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi

1.  Għall-mard elenkat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) li għalih it-tilqim mhuwiex ipprojbit minn att delegat li ġie adottat skont l-Artikolu 47, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi u tkun responsabbli għall-ġestjoni ta' banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi għall-ħżin u s-sostituzzjoni ta' ħażniet ta' wieħed jew aktar minn fost il-prodotti bijoloġiċi li ġejjin:

(a) antiġeni;

(b) tilqim;

(c) materjal ta' propagazzjoni prinċipali tat-tilqim;

(d) reaġenti dijanjostiċi.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bank tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi previst fil-paragrafu 1:

(a) jaħżen biżżejjed ħażniet tat-tip xieraq ta' antiġeni, tilqim, materjal ta' propagazzjoni prinċipali tat-tilqim u reaġenti dijanjostiċi għall-mard elenkat speċifiku inkwistjoni, b'kont meħud tal-bżonnijiet tal-Istati Membri stmati fil-kuntest tal-pjanijiet ta' kontinġenza previsti fl-Artikolu 43(1);

(b) jirċievi provvisti regolari u sostituzzjonijiet f'waqthom ta' antiġeni, tilqim, materjal ta' propagazzjoni prinċipali tat-tilqim u reaġenti dijanjostiċi;

(c) jinżamm u jitmexxa f'konformità mal-istandards u r-rekwiżiti adatti ta' bijosigurtà, bijosikurezza u bijokonteniment stipulati fl-Artikolu 16(1) u f'konformità ma' atti delegati adottati skont l-Artikolu 16(2);

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) l-immaniġġjar, il-ħżin u s-sostituzzjoni ta' ħażniet tal-banek tal-Unjoni ta' antiġeni, tilqim u reaġenti dijanjostiċi kif previst fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) ir-rekwiżiti ta' bijosigurtà, bijosikurezza u bijokonteniment għat-tħaddim ta' dawk il-banek filwaqt li jiġu rispettati r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 16(1) u b'kont meħud tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 16(2).

Artikolu 49

Aċċess għall-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi

1.  Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tipprevedi l-konsenja tal-prodotti bijoloġiċi msemmija fl-Artikolu 48(1) mill-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi, bil-kondizzjoni li l-ħażniet ikunu disponibbli, għal:

(a) l-ewwel nett, l-Istati Membri; u

(b) pajjiżi terzi jew territorji, sakemm tali konsenja hija primarjament maħsuba għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' mard fl-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha,fil-każ tad-disponibbiltà limitata ta' ħażniet, tagħti prijorità għall-aċċess għall-ħażniet li għandhom jiġu kkonsenjati skont il-paragrafu 1 abbażi ta':

(a) iċ-ċirkostanzi tal-mard li taħthom tkun saret it-talba;

(b) l-eżistenza ta' bank nazzjonali tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi fl-Istat Membru jew il-pajjiż terz jew territorju li jagħmel it-talba;

(c) l-eżistenza ta' miżuri tal-Unjoni għal tilqim obbligatorju stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47.

Artikolu 50

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward il-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi

1.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli għall-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi li jispeċifikaw għall-prodotti bijoloġiċi msemmija fl-Artikolu 48(1):

(a) liema minn dawk prodotti bijoloġiċi għandhom jiġu inklużi fil-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi u għal-liema mard elenkat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1);

(b) it-tipi ta' dawk l-prodotti bijoloġiċi li għandhom ikunu inklużi fil-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi u f'liema kwantitajiet għal kull marda elenkata speċifika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), li għaliha jeżisti l-bank inkwistjoni;

(c) ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-provvista, il-ħżin u s-sostituzzjoni ta' dawk il-prodotti bijoloġiċi;

(d) it-twassil ta' dawk il-prodotti bijoloġiċi mill-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi u territorji;

(e) ir-rekwiżiti proċedurali u tekniċi għall-inklużjoni ta' dawk il-prodotti bijoloġiċi fil-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi u biex jintalab l-aċċess għalihom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

2.  Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta' urġenza relatati ma' xi marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) li joħolqu riskju għoli ta' impatt sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 266(3).

Artikolu 51

Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni rigward il-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi

L-informazzjoni dwar il-kwantitajiet u s-sottotipi ta' prodotti bijoloġiċi msemmija fl-Artikolu 48(1) maħżuna fil-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi għandha tiġi trattata mill-Kummissjoni bħala informazzjoni klassifikata u ma għandhiex tiġi ppubblikata.

Artikolu 52

Banek nazzjonali tal-antiġeni, il-vaċċini u r-reaġenti dijanjostiċi

1.  Stati Membri li stabbilixxew banek nazzjonali tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi għall-mard elenkat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) li għalihom jeżistu banek tal-Unjoni tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi, għandhom jiżguraw li l-banek nazzjonali tagħhom tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi huma konformi mar-rekwiżiti tal-bijosigurtà, il-bijosikurezza u l-bijokonteniment stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1) u fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 16(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 48(3).

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni aġġornata dwar:

(a) l-eżistenza jew l-istabbiliment tal-banek nazzjonali tal-antiġeni, it-tilqim u r-reaġenti dijanjostiċi msemmija fil-paragrafu 1;

(b) it-tipi ta' antiġeni, tilqim, materjal ta' propagazzjoni prinċipali tat-tilqim u reaġenti dijanjostiċi u l-kwantitajiet tagħhom miżmuma f'dawn il-banek;

(c) kwalunkwe bidla fl-operat ta' tali banek.

Dik l-informazzjoni għandha tiġi trattata mill-Kummissjoni bħala informazzjoni klassifikata u ma għandhiex tiġi ppubblikata.

3.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli li jispeċifikaw il-kontenut, il-frekwenza u l-format tas-sottomissjoni tal-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



TITOLU II

MIŻURI TA' KONTROLL TAL-MARD



KAPITOLU 1

Miżuri ta' kontroll tal-mard għal mard elenkat kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1)



Taqsima 1

Miżuri ta' kontroll tal-mard fil-każ ta' suspett ta' marda elenkata f'annimali miżmuma

Artikolu 53

Obbligi għall-operaturi u persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati rilevanti oħra

1.  F'każ ta' suspett ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, minbarra li jikkonformaw mal-obbligu tan-notifika stipulat fl-Artikolu 18(1) u sakemm ikun hemm kwalunkwe miżura ta' kontroll tal-mard li qed tittieħed mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikoli 54(1) u 55(1), l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi u persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati rilevanti oħra jieħdu l-miżuri xierqa ta' kontroll tal-mard previsti fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 55(1) biex jipprevjenu t-tixrid ta' dik il-marda elenkata mill-annimali, l-istabbilimenti u l-postijiet milquta taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal annimali oħra mhux affettwati jew għal bnedmin.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw il-miżuri ta' kontroll tal-mard kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 54

L-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta' suspett ta' marda elenkata

1.  F'każ ta' suspett ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, l-awtorità kompetenti għandha twettaq mingħajr dewmien investigazzjoni biex tikkonferma jew teskludi l-preżenza ta' dik il-marda elenkata.

2.  Għall-iskop tal-investigazzjoni prevista fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha, meta xieraq, tiżgura li:

(a) il-veterinarji uffiċjali jwettqu analiżi klinika ta' kampjun rappreżentattiv tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għall-marda elenkata inkwistjoni;

(b) veterinarji uffiċjali jieħdu kampjuni xierqa minn dawk l-annimali miżmuma tal-ispeċi elenkata u kampjuni oħrajn għal eżami f'laboratorji identifikati għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti;

(c) tali laboratorji identifikati jwettqu analiżijiet biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda elenkata inkwistjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw ir-regoli għall-investigazzjonijiet minn awtoritajiet kompetenti kif prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 55

Miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard minn awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha, f'każ li tissuspetta l-preżenza ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma twettaq dawn il-miżuri ta' kontroll tal-mard preliminari, soġġett għar-rekwiżiti nazzjonali biex jinkiseb aċċess għal residenzi privati, sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni prevista fl-Artikolu 54(1) u jitwettqu l-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 61(1):

(a) tissoġġetta l-istabbiliment, in-negozju tal-ikel u l-għalf jew stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali kkonċernat, jew kwalunkwe post ieħor fejn hemm suspett li seħħet il-marda, inklużi dawk il-postijiet fejn tista' tkun oriġinat il-marda ssuspettata, għal sorveljanza uffiċjali;

(b) tiġbor inventarju:

(i) tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, negozju tal-ikel u l-għalf, jew stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali kkonċernat, jew fi kwalunkwe post ieħor;

(ii) tal-prodotti f'dak l-istabbiliment, negozju tal-ikel u l-għalf, jew stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew fi kwalunkwe post ieħor, fejn rilevanti għat-tixrid ta' dik il-marda elenkata;

(c) tiżgura li jiġu applikati miżuri ta' bijosigurtà xierqa biex jiġi evitat it-tixrid ta' dak l-aġent tal-mard elenkat fost annimali oħra jew fost il-bnedmin;

(d) fejn xieraq li tevita t-tixrid ulterjuri tal-aġent tal-marda, tiżgura li l-annimali miżmuma tal-ispeċi elenkata għal dik il-marda elenkata jkunu iżolati, u li jkunu evitati milli jiġu f'kuntatt ma' organiżmi selvaġġi;

(e) tirrestrinġi l-movimenti tal-annimali miżmuma, prodotti u, jekk xieraq, persuni, vetturi u kwalunkwe materjal jew mezzi oħra li permezz tagħhom seta' xxerred l-aġent tal-marda lejn jew mill-istabbiliment, negozji tal-ikel u l-għalf, jew stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew minn kwalunkwe post ieħor fejn dik il-marda elenkata tkun suspettata, sa fejn hu meħtieġ biex tiġi evitata l-firxa tagħha;

(f) tieħu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa ta' kontroll tal-mard, filwaqt li tqis il-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fit-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu, dwar:

(i) l-applikazzjoni tal-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti prevista fl-Artikolu 54(1) u l-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-punti minn (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu għal stabbilimenti oħra, negozji tal-ikel u l-għalf, jew stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew għal kwalunkwe post ieħor;

(ii) l-istabbiliment ta' kwalunkwe żona ristretta temporanja li hija opportuna, b'kont meħud tal-profil tal-marda;

(g) tibda l-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1).

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-miżuri speċifiċi u dettaljati ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu skont il-marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), abbażi tar-riskji involuti għal:

(a) l-ispeċi jew il-kategorija tal-annimali kkonċernati;

(b) it-tip ta' produzzjoni kkonċernat.

Artikolu 56

Reviżjoni u estensjoni ta' miżuri ta' kontroll tal-mard preliminari

Il-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 55(1) għandhom ikunu:

(a) riveduti mill-awtorità kompetenti, kif xieraq, wara r-riżultati ta':

(i) id-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 54(1);

(ii) l-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1);

(b) estiża ulterjorment f'lokalitajiet oħra kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 55(1), fejn meħtieġ.



Taqsima 2

Inkjesta epidemjoloġika

Artikolu 57

Inkjesta epidemjoloġika

1.  L-awtorità kompetenti għandha twettaq inkjesta epidemjoloġika fil-każ tal- konferma ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) fl-annimali.

2.  L-inkjesta epidemjoloġika prevista fil-paragrafu 1 għandha timmira li:

(a) tidentifika l-oriġini probabbli tal-marda elenkata inkwistjoni u l-mezzi tal-firxa tagħha;

(b) tikkalkula t-tul ta' żmien probabbli li l-marda elenkata ilha preżenti;

(c) tidentifika l-istabbilimenti u l-unitajiet epidemjoloġiċi fih, in-negozji tal-ikel u l-għalf jew l-istabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew postijiet oħra, fejn annimali ta' speċi elenkati għall-marka elenkata suspettata setgħu ġew infettati, infestati jew ikkontaminati;

(d) tikseb informazzjoni dwar il-movimenti ta' annimali miżmuma, persuni, prodotti, vetturi, kwalunkwe materjal jew mezzi oħra li permezz tagħhom seta' inxtered l-aġent tal-marda matul il-perijodu rilevanti ta' qabel in-notifika tas-suspett jew il-konferma tal-marda elenkata;

(e) tikseb informazzjoni dwar kif x'aktarx inxterdet il-marda elenkata fl-ambjent tal-madwar, inkluż il-preżenza u d-distribuzzjoni tal-vetturi tal-marda.



Taqsima 3

Konferma tal-mard fl-annimali miżmuma

Artikolu 58

Konferma uffiċjali mill-awtorità kompetenti ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1)

1.  L-awtorità kompetenti għandha tibbaża konferma uffiċjali ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) fuq l-informazzjoni li ġejja:

(a) ir-riżultati tal-analiżijiet kliniċi u tal-laboratorju previsti fl-Artikolu 54(2);

(b) ir-riżultati preliminari jew finali tal-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1);

(c) data epidemjoloġika disponibbli oħra.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti għall-konferma uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 59

It-tneħħija ta' miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard fejn il-preżenza tal-marda elenkata tkun ġiet eliminata

L-awtorità kompetenti għandha tkompli tapplika l-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 55(1) u l-Artikolu 56 sakemm il-preżenza tal-marda elenkata inkwistjoni, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tkun ġiet eliminata abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1) jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu 58(2).



Taqsima 4

Miżuri ta' kontroll tal-mard fil-każ tal-konferma ta' marda f'annimali miżmuma

Artikolu 60

Miżuri immedjati ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti

Fil-każ ta' konferma uffiċjali skont l-Artikolu 58(1) ta' tifqigħa ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, l-awtorità kompetenti għandha minnufih:

(a) tiddikjara l-istabbiliment, negozju tal-ikel jew tal-għalf, stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew kwalunkwe post ieħor affettwat bħala uffiċjalment infettat b'dik il-marda elenkata;

(b) tistabbilixxi żona ristretta kif xieraq għal dik il-marda elenkata;

(c) timplimenta l-pjan ta' kontinġenza previst fl-Artikolu 43(1) biex tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa tal-miżuri ta' kontroll tal-mard.

Artikolu 61

Stabbilimenti affettwati u postijiet oħra

1.  Fil-każ ta' tifqigħa ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tieħu waħda jew aktar minn dawn il-miżuri ta' kontroll tal-mard li ġejjin, soġġett għal rekwiżiti nazzjonali għall-kisba ta' aċċess għal residenzi privati, fi stabbiliment, negozju tal-ikel jew tal-għalf, stabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 60, sabiex tiġi evitata l-firxa ulterjuri ta' dik il-marda elenkata:

(a) l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment ta' persuni, annimali, prodotti, vetturi jew kwalunkwe materjal jew sustanza oħra li jistgħu jiġu kkontaminati u li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda elenkata;

(b) il-qtil u r-rimi jew it-tbiċċir ta' annimali li setgħu ġew ikkontaminati jew li jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda elenkata;

(c) il-qerda, l-ipproċessar, it-trasformazzjoni jew it-trattament ta' prodotti, għalf, jew kwalunkwe sustanza oħra, jew it-trattament ta' tagħmir, mezzi ta' trasport, pjanti jew prodotti tal-pjanti, jew ilma li setgħu ġew ikkontaminati, kif xieraq biex jiġi żgurat li kwalunkwe aġent tal-marda jew vettur tal-aġent tal-marda jinqered;

(d) it-tilqim jew it-trattament bi prodotti mediċinali veterinarji oħra ta' annimali miżmuma f'konformità mal-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 69 u kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 47;

(e) l-iżolament, il-kwarantina jew it-trattament ta' annimali u prodotti li x'aktarx huma kkontaminati u li jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda elenkata;

(f) it-tindif, id-diżinfezzjoni, il-kontroll ta' insetti u rodituri, jew miżuri ta' bijosigurtà meħtieġa oħrajn li għandhom jiġu applikati għall-istabbiliment, in-negozju tal-ikel jew tal-għalf, l-istabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew postijiet oħrajn affettwat biex jiġi mminimizzat ir-riskju li tinxtered il-marda elenkata;

(g) it-teħid ta' għadd suffiċjenti ta' kampjuni xierqa meħtieġa biex titwettaq l-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1);

(h) l-analiżi tal-kampjuni fil-laboratorju;

(i) kwalunkwe miżura oħra xierqa.

2.  Meta jiġi ddeterminat liema miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1 jixraq li jittieħdu, l-awtorità kompetenti għandha tqis dan li ġej:

(a) il-profil tal-marda;

(b) it-tip ta' produzzjoni, u l-unitajiet epidemjoloġiċi fi ħdan l-istabbiliment, in-negozju tal-ikel jew tal-għalf, l-istabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew xi post ieħor affettwat.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss ir-ripopolament tal-istabbiliment ikkonċernat, jew ta' kwalunkwe post ieħor, meta:

(a) ikunu ġew ikkompletati b'suċċess il-miżuri xierqa ta' kontroll tal-mard u l-analiżijiet fil-laboratorju kollha previsti fil-paragrafu 1;

(b) ikun għadda perijodu ta' żmien biżżejjed biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-ġdid tal-istabbiliment, in-negozju tal-ikel jew tal-għalf, l-istabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew xi post ieħor affettwat mill-marda elenkata li tkun ikkawżat t-tifqigħa msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 62

Stabbilimenti u postijiet marbutin epidemjoloġikament

1.  L-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 61(1) għal stabbilimenti oħra, unitajiet epidemjoloġiċi fihom, negozji tal-ikel jew tal-għalf jew stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor, jew mezzi ta' trasport fejn mill-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1) jew ir-riżultati ta' investigazzjonijiet kliniċi jew tal-laboratorju jew data epidemjoloġika oħra ikun hemm lok ta' suspett ta' tixrid lejn, minn jew permezz tagħhom tal-marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) li fir-rigward tagħha jkunu ttieħdu tali miżuri.

2.  Jekk l-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1) turi li l-oriġini probabbli tal-marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) hija Stat Membru ieħor, jew jekk huwa probabbli li dik il-marda elenkata tkun inxterdet lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lil dak l-Istat Membru u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

3.  F'każ li jseħħ wieħed mill-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw f'inkjesta epidemjoloġika ulterjuri u fl-applikazzjoni tal-miżuri ta' kontroll tal-marda.

Artikolu 63

Delega tas-setgħa fir-rigward ta' miżuri ta' kontroll tal-mard fi stabbilimenti u postijiet affettwati u marbutin epidemjoloġikament u f'postijiet oħra

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-miżuri ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikoli 61 u 62 fi stabbilimenti, negozji tal-ikel jew tal-għalf jew stabbilimenti u postijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali affettwati u marbutin epidemjoloġikament, u f'postijiet oħra fir-rigward ta' kwalunkwe marda msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), inklużi regoli dwar liema miżuri ta' kontroll tal-mard imsemmija fl-Artikolu 61(1) għandhom jiġu applikati fir-rigward ta' kull marda elenkata.

Dawk ir-regoli dettaljati għandhom ikopru l-materji li ġejjin:

(a) il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għal miżuri ta' kontroll tal-mard, previsti fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 61(1);

(b) il-proċeduri għat-tindif, id-diżinfezzjoni, il-kontroll ta' insetti u rodituri, jew kwalunkwe miżura ta' bijosigurtà meħtieġa oħra kif previst fil-punt (f) tal-Artikolu 61(1), li tispeċifika, fejn adatt, l-użu tal-prodotti bijoċidali għal dawk il-finijiet;

(c) il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-teħid ta' kampjuni u l-analiżijiet fil-laboratorju kif previst fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 61(1);

(d) il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti dettaljati fir-rigwad tar-ripopolament kif previst fl-Artikolu 61(3);

(e) it-twettiq tal-miżuri meħtieġa ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 62 fl-istabbilimenti, f'postijiet oħra u f'mezzi ta' trasport marbutin epidemjoloġikament.

Artikolu 64

Stabbiliment ta' żoni ristretti mill-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żona ristretta kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 60 madwar l-istabbiliment, in-negozju tal-ikel jew tal-għalf, l-istabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew xi post ieħor affettwat fejn tkun seħħet it-tifqigħa tal-marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, fejn xieraq b'kont meħud ta':

(a) il-profil tal-marda;

(b) is-sitwazzjoni ġeografika taż-żona ristretta;

(c) il-fatturi ekoloġiċi u idroloġiċi taż-żona ristretta;

(d) il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi;

(e) il-preżenza, id-distribuzzjoni u t-tip ta' vetturi fiż-żona ristretta;

(f) ir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 57(1) u studji oħrajn li jkunu twettqu u d-data epidemjoloġika;

(g) ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju;

(h) il-miżuri applikati għall-kontroll tal-marda;

(i) fatturi epidemjoloġiċi rilevanti oħra.

Iż-żona ristretta għandha tinkludi, fejn xieraq, żona ta' protezzjoni u sorveljanza ta' daqs u konfigurazzjoni definiti.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tevalwa u tanalizza s-sitwazzjoni kontinwament u, fejn xieraq sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), għandha:

(a) tadatta d-demarkazzjonijiet taż-żona ristretta;

(b) tistabbilixxi żoni ristretti addizzjonali.

3.  Fejn żoni ristretti kif previst fil-paragrafu 1 ikunu jinsabu fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jistabbilixxuhom.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 rigward ir-regoli dettaljati għall-istabbiliment u l-modifika ta' żoni ristretti, inklużi żoni ta' protezzjoni jew sorveljanza.

Artikolu 65

Miżuri ta' kontroll tal-mard f'żoni ristretti

1.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li, soġġetta għal rekwiżiti nazzjonali għall-kisba ta' aċċess għal residenzi privati, tittieħed waħda jew aktar minn dawn il-miżuri ta' kontroll tal-mard fiż-żona ristretta kkonċernata, sabiex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1):

(a) l-identifikazzjoni stabbilimenti, negozji tal-ikel jew tal-għalf, stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew postijiet oħrajn fejn jinżammu annimali ta' speċijiet elenkati għal dik il-marda elenkata;

(b) żjarat fl-istabbilimenti, in-negozji tal-ikel jew tal-għalf, l-istabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew postijiet oħrajn fejn jinżammu annimali ta' speċijiet elenkati għal dik il-marda elenkata, u fejn meħtieġ, l-eżami, it-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tal-kampjuni fil-laboratorju;

(c) l-impożizzjoni ta' kondizzjonijiet għall-moviment ta' persuni, annimali, prodotti, għalf, vetturi u kwalunkwe materjal jew sustanza oħra li jistgħu jkunu kkontaminati jew jikkontribwixxu għat-tixrid ta' dik il-marda elenkata fi ħdan iż-żona ristretta u minnhom u t-trasport li jgħaddi miż-żona ristretta;

(d) ir-rekwiżiti ta' bijosigurtà għal:

(i) il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(ii) il-ġbir u r-rimi ta' prodotti sekondarji tal-annimali;

(iii) il-ġbir, il-ħżin u t-trattament ta' prodotti ġerminali;

(e) it-tilqim u t-trattament bi prodotti mediċinali veterinarji oħra ta' annimali miżmuma f'konformità mal-Artikolu 46(1) u kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 47;

(f) it-tindif, id-diżinfezzjoni, il-kontroll ta' insetti u rodituri, jew miżuri ta' bijosigurtà meħtieġa oħrajn;

(g) l-identifikazzjoni jew fejn rilevanti, l-approvazzjoni ta' stabbiliment ta' negozju tal-ikel għall-iskopijiet ta' tbiċċir ta' annimali jew it-trattament ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw minn żona ristretta;

(h) l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà ta' rekwiżiti għall-moviment ta' annimali, il-prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(i) miżuri ta' bijosigurtà u miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju oħra meħtieġa sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' tixrid ta' dik il-marda elenkata.

2.  L-awtorità kompetenti għandha:

(a) tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tinforma b'mod sħiħ il-persuni fiż-żona ristretta dwar ir-restrizzjonijiet fis-seħħ u n-natura tal-miżuri ta' kontroll tal-marda;

(b) timponi l-obbligi meħtieġa fuq l-operaturi meħtieġa sabiex tiġi evitata l-firxa ulterjuri tal-marda elenkata inkwistjoni.

3.  Meta jiġi deċiż liema miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu, l-awtorità kompetenti għandha tqis dan li ġej:

(a) il-profil tal-marda;

(b) it-tipi ta' produzzjoni;

(c) il-fattibbiltà, id-disponibbiltà u l-effettività ta' dawk il-miżuri ta' kontroll tal-mard.

Artikolu 66

Obbligi tal-operaturi rigward movimenti f'żoni ristretti

1.  F'żoni ristretti kif previst fl-Artikolu 64(1), l-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali u l-prodotti miżmuma bil-permess tal-awtorità kompetenti u f'konformità ma' kwalunkwe struzzjoni mogħtija minn dik l-awtorità.

2.  L-operaturi li jżommu annimali u prodotti f'żona ristretta kif previst fl-Artikolu 64(1) għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti l-intenzjoni li jċaqalqu l-annimali u l-prodotti miżmuma ġewwa ż-żona ristretta inkwistjoni jew barra. Dment li l-awtorità kompetenti tkun imponiet obbligi ta' notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 65(2), l-operaturi kkonċernati għandhom jinnotifikaw f'konformità ma' dawk l-obbligi.

Artikolu 67

Delega tas-setgħat li jikkonċernaw il-miżuri ta' kontroll tal-mard f'żoni ristretti

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264, rigward ir-regoli dettaljati dwar il-miżuri ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu f'żoni ristretti kif previst fl-Artikolu 65(1) għal kull marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), inklużi regoli dwar liema miżuri ta' kontroll tal-mard imsemmija fl-Artikolu 65(1) għandhom jiġu applikati fil-każ ta' kull marda elenkata.

Dawk ir-regoli dettaljati għandhom ikopru l-materji li ġejjin:

(a) il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għal miżuri ta' kontroll tal-mard, previsti fil-punti (a), (c), (d), (e), (g), (h) u (i) tal-Artikolu 65(1);

(b) il-proċeduri għat-tindif, id-diżinfezzjoni, il-kontroll ta' insetti u rodituri, jew kwalunkwe miżura ta' bijosigurtà meħtieġa oħra kif previst fil-punt (f) tal-Artikolu 65(1), li tispeċifika, fejn adatt, l-użu tal-prodotti bijoċidali għal dawk il-finijiet;

(c) is-sorveljanza meħtieġa li għandha ssir wara l-applikazzjoni tal-miżuri ta' kontroll tal-mard u l-analiżijiet fil-laboratorju previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 65(1);

(d) miżuri speċifiċi oħra ta' kontroll tal-mard biex jiġi limitat it-tixrid ta' mard elenkat speċifiku kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1).

Artikolu 68

Miżuri għaż-żamma ta' kontroll tal-mard f'żoni ristretti u atti delegati

1.  L-awtorità kompetenti għandha tkompli tapplika l-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti f'din it-Taqsima sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu twettqu l-miżuri ta' kontroll tal-mard li jkunu adatti għall-marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) li għalihom huma jkunu ġew applikati;

(b) tkun twettqet kif adatt l-aħħar tindifa, diżinfezzjoni, il-kontroll ta' insetti u rodituri, jew miżuri ta' bijosigurtà meħtieġa oħrajn fil-każ ta':

(i) il-marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) li għaliha jkunu ġew applikati l-miżuri ta' kontroll tal-mard;

(ii) l-ispeċijiet affettwati tal-annimali miżmuma;

(iii) it-tip ta' produzzjoni;

(c) tkun twettqet sorveljanza kif adatt għall-marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) li għaliha jkunu ġew applikati l-miżuri ta' kontroll tal-mard, u għat-tip ta' stabbiliment jew post ikkonċernat fiż-żona ristretta li tissostanzja l-eradikazzjoni ta' dik il-marda elenkata.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-miżuri ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti, kif previst fil-paragrafu 1 b'rabta ma':

(a) il-proċeduri finali għat-tindif, id-diżinfezzjoni, il-kontroll ta' insetti u rodituri, jew kwalunkwe miżura ta' bijosigurtà meħtieġa oħra u, fejn adatt, l-użu tal-prodotti bijoċidali għal dawk il-finijiet;

(b) id-disinn, il-mezzi, il-metodi, il-frekwenza, l-intensità, il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-mudelli tat-teħid ta' kampjuni għas-sorveljanza bil-għan li jerġa' jinkiseb status ta' ħelsien mill-mard wara t-tifqigħa tal-marda;

(c) ir-ripopolament taż-żona ristretta kkonċernata wara li jiġu kkompletati l-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-kondizzjonijiet għar-ripopolament previsti fl-Artikolu 61(3).

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 rigward ir-regoli dettaljati għall-miżuri ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti kif previst fil-paragrafu 1, b'rabta ma' miżuri oħrajn ta' kontroll tal-mard meħtieġa sabiex jerġa' jinkiseb l-istatus ta' ħelsien mill-mard.

Artikolu 69

Tilqim ta' emerġenza

1.  Fejn rilevanti għall-kontroll effettiv ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) li għaliha japplikaw il-miżuri ta' kontroll tal-mard, l-awtorità kompetenti tista':

(a) tiżviluppa pjan ta' tilqim;

(b) tistabbilixxi żoni tat-tilqim.

2.  Meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-pjan tat-tilqim u l-istabbiliment taż-żoni ta' tilqim kif previst fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tqis dan li ġej:

(a) ir-rekwiżiti għal tilqim ta' emerġenza stipulati fil-pjanijiet ta' kontinġenza previsti fl-Artikolu 43;

(b) ir-rekwiżiti għall-użu ta' vaċċini kif previst fl-Artikolu 46(1) u kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 47.

3.  Iż-żoni tat-tilqim kif previst fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi evitat it-tixrid ta' mard elenkat u dwar sorveljanza kif stabbilit fi kwalunkwe att delegat adottat f'konformità mal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 47(1).



Taqsima 5

Annimali selvaġġi

Artikolu 70

Annimali selvaġġi

1.  Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru affettwat tissuspetta jew tikkonferma uffiċjalment il-preżenza ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) f'annimali selvaġġi, din għandha:

(a) twettaq, fejn rilevanti għal dik il-marda partikolari elenkata, sorveljanza fil-popolazzjoni tal-annimali selvaġġi;

(b) tieħu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-marda.

2.  Il-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-marda previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinkludu waħda mill-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 53 sa 69 jew aktar u għandhom jikkunsidraw il-profil tal-marda u l-annimali selvaġġi affettwati u r-riskju ta' trasmissjoni ta' mard lil annimali u bnedmin.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) kriterji u proċeduri għas-sorveljanza skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'każ ta' konferma uffiċjali ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), f'konformità mal-Artikolu 27;

(b) regoli dettaljati li jissupplimentaw il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-każ ta' konferma uffiċjali ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1).

Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-profil tal-marda u l-ispeċijiet elenkati għall-marda elenkata msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.



Taqsima 6

Miżuri addizzjonali ta' kontroll tal-mard mill-Istati Membri, koordinazzjoni mill-Kummissjoni u regoli speċjali temporanji ta' kontroll tal-mard

Artikolu 71

Miżuri addizzjonali ta' kontroll tal-mard, koordinazzjoni ta' miżuri u regoli speċjali temporanji ta' kontroll tal-mard li jikkonċernaw it-Taqsimiet 1 sa 5 (Artikoli 53 sa 70)

1.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri ta' kontroll tal-mard addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 55, l-Artikolu 61(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 65(1) u (2) u l-Artikolu 68(1) u fi kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 63, l-Artikolu 67 u l-Artikolu 68(2), dment li dawn il-miżuri jirrispettaw ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u jkunu meħtieġa u proporzjonati biex jiġi kkontrollat it-tixrid ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), b'kont meħud ta':

(a) iċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi partikolari;

(b) it-tip ta' stabbilimenti, postijiet u produzzjoni oħra kkonċernati;

(c) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali involuti;

(d) il-kondizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar:

(a) il-miżuri ta' kontroll tal-mard meħuda mill-awtorità kompetenti tagħhom kif previst fl-Artikoli 58, 59, 61, 62, 64 u 65, l-Artikolu 68(1), l-Artikolu 69 u l-Artikolu 70(1) u (2) u fi kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikoli 63 u 67 u l-Artikolu 68(2) u 70(3);

(b) kwalunkwe miżura oħra ta' kontroll tal-marda meħuda minnhom kif previst fil-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni tal-mard u l-miżuri ta' kontroll tal-mard meħuda mill-awtorità kompetenti u kwalunkwe miżura oħra ta' kontroll tal-mard meħuda mill-Istat Membru kkonċernat, f'konformità ma' dan il-Kapitolu u tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi miżuri speċjali għall-kontroll tal-mard għal perijodu ta' żmien limitat, skont kondizzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni epidemjoloġika, fejn:

(a) jirriżulta li dawk il-miżuri ta' kontroll tal-mard mhumiex adatti għas-sitwazzjoni epidemjoloġika;

(b) il-marda elenkata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tkun tidher li qed tinxtered minkejja l-miżuri ta' kontroll tal-mard meħuda f'konformità ma' dan il-Kapitolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

4.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati ma' mard li jirrappreżenta riskju emerġenti ta' impatt sinifikanti ħafna, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).



KAPITOLU 2

Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard elenkat kif imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1)



Taqsima 1

Miżuri ta' kontroll tal-mard fil-każ ta' suspett ta' mard f'annimali miżmuma

Artikolu 72

Obbligi għall-operaturi u persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati rilevanti oħra b'rabta mal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1)

1.  Fil-każ ta' suspett ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, minbarra li jikkonformaw mal-obbligu tan-notifika stipulat fl-Artikolu 18(1) u sakemm tittieħed kwalunkwe miżura ta' kontroll tal-mard mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 74(1), l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri li jiżguraw li l-operaturi u persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati rilevanti oħra jieħdu l-miżuri għall-kontroll tal-mard kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 74(1) u fi kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 74(4), biex jipprevjenu t-tixrid ta' dik il-marda elenkata mill-annimali, l-istabbilimenti u postijiet oħrajn affettwati taħt ir-responsabbiltà tagħhom lejn annimali mhux affettwati jew bnedmin oħrajn.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw il-miżuri ta' kontroll tal-mard kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 73

Investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta' suspett ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1)

1.  Fil-każ ta' suspett ta' marda elenkata kif msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, l-awtorità kompetenti għandha twettaq mingħajr dewmien investigazzjoni biex tikkonferma jew teskludi l-preżenza ta' dik il-marda elenkata.

2.  Għall-fini tal-investigazzjoni prevista fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a) il-veterinarji uffiċjali jwettqu analiżi klinika ta' kampjun rappreżentattiv tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għall-marda elenkata inkwistjoni;

(b) il-veterinarji uffiċjali jieħdu kampjuni xierqa minn dawk l-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u kampjuni oħrajn għal analiżi fil-laboratorji identifikati għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti;

(c) tali laboratorji identifikati jwettqu analiżijiet biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda elenkata inkwistjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw ir-regoli għal investigazzjonijiet kif previstf fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 74

Miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard mill-awtorità kompetenti għal mard elenkat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1)

1.  F'każ fejn l-awtorità kompetenti jkollha suspett ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, hi għandha twettaq il-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard, soġġett għal rekwiżiti nazzjonali biex jinkiseb aċċess għal residenzi privati, sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni prevista fl-Artikolu 73(1) u jitwettqu l-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 79:

(a) tapplika l-miżuri ta' kontroll tal-mard biex tillimita t-tixrid ta' dik il-marda elenkata mit-territorju, l-istabbiliment, in-negozju tal-ikel jew tal-għalf jew l-istabbiliment tal-prodotti sekondarji tal-annimali, jew kwalunkwe post ieħor affettwat;

(b) tibda, fejn meħtieġ, inkjesta epidemjoloġika, b'kont meħud tar-regoli għal din l-inkjesta stipulati fl-Artikolu 57(1).

2.  Minbarra l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista', f'każijiet imsemmija f'dak il-paragrafu, tieħu miżuri preliminari addizzjonali ta' kontroll tal-mard, dment li dawk il-miżuri jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

3.  Il-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu xierqa u proporzjonati għar-riskju li jirriżulta mill-marda elenkata inkwistjoni, b'kont meħud ta' dan li ġej:

(a) il-profil tal-marda;

(b) l-annimali miżmuma affettwati;

(c) l-istat ta' saħħa tal-Istat Membru, iż-żona, il-kompartiment jew l-istabbiliment li fih ikun hemm suspett tal-marda elenkata;

(d) il-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 55(1) u l-Artikolu 56 u fi kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 55(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 fir-rigward tar-regoli għall-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) li jissupplimentaw dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li jittieħed kont tal-materji msemmija fil-paragrafu 3, fir-rigward ta':

(a) il-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda elenkata, kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b) l-applikazzjoni tal-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għal stabbilimenti, unitajiet epidemjoloġiċi fihom, negozji tal-ikel jew tal-għalf jew stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew postijiet oħrajn;

(c) l-istabbiliment ta' żoni ristretti temporanji, li huma xierqa fid-dawl tal-profil tal-marda.

Artikolu 75

Rieżami u estensjoni tal-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard għal mard elenkat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1)

Il-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 74(1) għandhom jiġu:

(a) rieżaminati mill-awtorità kompetenti, kif xieraq, wara s-sejbiet tal-investigazzjoni prevista fl-Artikolu 73(1) u, fejn rilevanti, l-inkjesta epidemjoloġika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 74(1);

(b) estiżi ulterjorment għal postijiet oħra, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 74(4) fejn meħtieġ.

Artikolu 76

Obbligi ta' operaturi u persuni fiżiċi u ġuridiċi rilevanti oħrajn u miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti fil-każ ta' suspett ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1)

1.  Fil-każ ta' suspett ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) fi Stat Membru li jkun għażel programm ta' eradikazzjoni li jkopri l-partijiet rilevanti tat-territorju tiegħu jew żoni jew kompartimenti minnhom, kif previst fl-Artikolu 31(2), dak l-Istat Membru għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-operaturi u persuni fiżiċi u ġuridiċi oħrajn rilevanti kkonċernati jieħdu miżuri xierqa kif previst fl-Artikolu 72(1), sakemm tittieħed kwalunkwe miżura ta' kontroll tal-mard mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  Fil-każ fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li jkun għażel li jeradika l-marda elenkata kif imsemmi fil-paragrafu 1, tissuspetta l-marda inkwistjoni f'annimali miżmuma, hi għandha:

(a) twettaq mingħajr dewmien, investigazzjoni biex tikkonferma jew teskludi l-preżenza ta' dik il-marda elenkata f'konformità mal-Artikolu 73(1) u (2);

(b) sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni prevista fil-punt (a) u jitwettqu l-miżuri ta' kontroll tal-mard f'konformità mal-Artikolu 80(1), twettaq il-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 74(1) u (2).

3.  L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina u testendi l-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2, f'konformità mal-Artikolu 75.

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għal Stati Membri jew żoni li jkunu kisbu status ta' ħelsien minn mard, sabiex iżommu dan l-istatus, f'konformità mal-Artikolu 36, jew għal kompartimenti f'konformità mal-Artikolu 37(2).

5..  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar regoli dettaljati li jissupplimentaw ir-regoli fir-rigward ta':

(a) miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1;

(b) l-investigazzjoni prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 2;

(c) il-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda elenkata, kif previst fil-punt (b) tal-paragrafu 2.



Taqsima 2

Konferma tal-mard fl-annimali miżmuma

Artikolu 77

Konferma uffiċjali tal-marda mill-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-konferma uffiċjali ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 9(1) fuq l-informazzjoni li ġejja:

(a) ir-riżultati tal-analiżijiet kliniċi u tal-laboratorju previsti fl-Artikolu 73(2);

(b) l-inkjesta epidemjoloġika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 74(1), fejn rilevanti;

(c) data epidemjoloġika disponibbli oħra.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti għall-konferma uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 78

Tneħħija tal-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard meta l-okkorrenza ta' marda tiġi eskluża

L-awtorità kompetenti għandha tkompli tapplika l-miżuri preliminari ta' kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 74(1), l-Artikolu 75 u l-punt (b) tal-Artikolu 76(2) sakemm tiġi eskluża l-preżenza tal-mard elenkat inkwistjoni f'konformità mal-Artikolu 77(1) u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 77(2).



Taqsima 3

Miżuri ta' kontroll tal-mard fil-każ tal-konferma ta' marda f'annimali miżmuma

Artikolu 79

Miżuri ta' kontroll tal-mard mill-awtorità kompetenti għall-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1)

Fil-każ ta' konferma uffiċjali f'konformità mal-Artikolu 77(1) ta' tifqigħa ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma, l-awtorità kompetenti għandha, fi Stat Membru, żona jew kompartiment, skont x'ikun rilevanti għal dik it-tifqigħa:

(a) tapplika l-miżuri ta' kontroll tal-mard stabbiliti fil-programm obbligatorju ta' eradikazzjoni previst fl-Artikolu 31(1) għal dik il-marda elenkata; jew

(b) fejn l-Istat Membru jew iż-żona, jew kompartiment, ikun kiseb status ta' ħelsien mill-mard f'konformità mal-Artikolu 36 jew mal-Artikolu 37 rispettivament:

(i) tieħu waħda jew iktar mill-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 53 sa 69 b'mod proporzjonat għar-riskju li jirriżulta mill-mard elenkat inkwistjoni, u

(ii) fejn ikun meħtieġ, tibda l-programm obbligatorju ta' eradikazzjoni għal dik il-marda elenkata.

Artikolu 80

Miżuri ta' kontroll tal-mard li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c)

1.  Fil-każ ta' konferma uffiċjali skont l-Artikolu 77(1) ta' tifqigħa ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma fi Stat Membru li jkun għażel programm ta' eradikazzjoni li jkopri l-partijiet rilevanti tat-territorju tiegħu jew żoni jew kompartimenti minnhom, kif previst fl-Artikolu 31(2), skont x'ikun rilevanti għal dik il-marda elenkata u dik it-tifqigħa, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri ta' kontroll tal-mard stabbiliti fil-programm fakultattiv ta' eradikazzjoni.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri ta' kontroll tal-mard addizzjonali previsti fil-paragrafu 1 li jistgħu jinkludu waħda jew iktar mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 53 sa 69 u għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju li jirriżulta mill-marda elenkata inkwistjoni, u għandha tikkunsidra:

(a) il-profil tal-marda;

(b) l-annimali miżmuma affettwati;

(c) l-impatti ekonomiċi u soċjali.

3.  Fil-każ ta' konferma uffiċjali skont l-Artikolu 77(1) ta' tifqigħa ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) f'annimali miżmuma fi Stat Membru, żona jew kompartiment li jkun kiseb l-istatus ta' ħelsien mill-mard skont l-Artikolu 36 jew l-Artikolu 37, u sabiex jinżamm dan l-istatus, l-awtorità kompetenti għandha tieħu waħda mill-miżuri jew aktar stabbiliti fl-Artikoli 53 sa 69. Il-miżuri previsti għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju li ġġib magħha l-marda elenkata inkwistjoni u għandhom jieħdu kont ta':

(a) il-profil tal-marda;

(b) l-annimali miżmuma affettwati;

(c) l-impatti ekonomiċi u soċjali.



Taqsima 4

Annimali selvaġġi

Artikolu 81

Miżuri ta' kontroll tal-mard għal mard elenkat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) f'annimali selvaġġi

Fil-każ fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru affettwat tissuspetta jew tikkonferma uffiċjalment it-tifqigħa ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) f'annimali selvaġġi, hi għandha, fit-territorju kollu tagħha, jew fl-erja jew fiż-żona kkonċernata, skont x'ikun rilevanti għal dik it-tifqigħa:

(a) tapplika l-miżuri ta' kontroll tal-mard stabbiliti fil-programm obbligatorju ta' eradikazzjoni previst fl-Artikolu 30(1) għal dik il-marda elenkata; jew

(b) tibda programm obbligatorju ta' eradikazzjoni, meta l-programm ta' eradikazzjoni previst fl-Artikolu 31(1) għal dik il-marda elenkata ma jkunx għadu ġie applikat minħabba l-assenza ta' dik il-marda jew il-ħelsien minnha preċedentement, u jekk il-miżuri għall-annimali selvaġġi jkunu meħtieġa sabiex jiġi kkontrollat u evitat it-tixrid ta' dik il-marda.

Artikolu 82

Miżuri ta' kontroll tal-mard għal mard elenkat kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) f'annimali selvaġġi

1.  Fil-każ li awtorità kompetenti tissuspetta jew tikkonferma uffiċjalment xi marda elenkata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) f'annimali selvaġġi u l-Istat Membru affettwat ikun għażel li jeradika l-marda inkwistjoni, u dment li jkunu previsti miżuri għal annimali selvaġġi fil-programm fakultattiv ta' eradikazzjoni previst fl-Artikolu 31(2) għal dik il-marda elenkata, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri ta' kontroll tal-mard stabbiliti f'dak il-programm ta' eradikazzjoni fakultattiv fit-territorju kollu tal-Istat Membru, fl-erja jew fiż-żona kkonċernati, skont xi jkun rilevanti għal dak is-suspett jew dik il-konferma uffiċjali.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri ta' kontroll tal-mard addizzjonali previsti fil-paragrafu 1, li jistgħu jinkludu waħda jew iktar mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 53 sa 69 u għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju li jirriżulta mill-marda elenkata inkwistjoni, u għandha tikkunsidra:

(a) il-profil tal-marda;

(b) l-annimali selvaġġi affettwati u r-riskju ta' trasmissjoni ta' mard lil annimali u bnedmin; u

(c) l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

3.  Fil-każ ta' konferma uffiċjali ta' tifqigħa ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) f'annimali selvaġġi fi Stat Membru, żona jew kompartiment li jkun kiseb l-istatus ta' ħelsien mill-mard skont l-Artikolu 36 jew l-Artikolu 37, u sabiex jinżamm dan l-istatus, l-awtorità kompetenti għandha tieħu waħda mill-miżuri jew aktar stabbiliti fl-Artikoli 53 sa 69. Il-miżuri previsti għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju li ġġib magħha l-marda elenkata inkwistjoni u għandhom jieħdu kont ta':

(a) il-profil tal-marda;

(b) l-annimali selvaġġi affettwati u r-riskju ta' trasmissjoni ta' mard lil annimali u bnedmin;

(c) ir-rilevanza tal-preżenza tal-marda f'annimali selvaġġi fir-rigward tal-istat ta' saħħa tal-annimali miżmuma; u

(d) l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali.



Taqsima 5

Koordinazzjoni mill-Kummissjoni u regoli speċjali temporanji għall-kontroll tal-mard

Artikolu 83

Koordinazzjoni ta' miżuri mill-Kummissjoni u regoli speċjali temporanji rigward it-Taqsimiet 1 sa 4

1.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi:

(a) miżuri ta' kontroll tal-mard meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom f'konformità mal-Artikoli 77(1), 78, 79 u 81 u ma' kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 77(2) fir-rigward ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1);

(b) miżuri ta' kontroll tal-mard meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, konformità mal-Artikoli 77(1), 78, 80(1) u 82 u ma' kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 77(2) fir-rigward ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni tal-marda u l-miżuri ta' kontroll tal-marda meħuda mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' dan il-Kapitolu u tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli speċjali għal miżuri ta' kontroll tal-mard għal perijodu limitat ta' żmien fir-rigward ta' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) jew fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1), skont kondizzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni epidemjoloġika, fejn:

(a) jirriżulta li dawk il-miżuri ta' kontroll tal-mard meħuda mill-awtorità kompetenti inkwistjoni mhumiex adatti għas-sitwazzjoni epidemjoloġika;

(b) dik il-marda elenkata tidher li qed tinxtered minkejja l-miżuri ta' kontroll tal-marda meħuda f'konformità ma' dan il-Kapitolu, fejn rilevanti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

3.  Għal raġunijiet ta' urġenza importanti ferm u debitament ġustifikati relatati ma' marda elenkata kif imsemmi fil-punt (b) jew fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) li tirrappreżenta riskju emerġenti ta' impatt sinifikanti ħafna, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).



PARTI IV

REĠISTRAZZJONI, APPROVAZZJONI, TRAĊĊABBILTÀ U MOVIMENTI



TITOLU I

ANNIMALI TERRESTRI, PRODOTTI ĠERMINALI U PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI TERRESTRI



KAPITOLU 1

Reġistrazzjoni, approvazzjoni, żamma ta' rekords u reġistri



Taqsima 1

Reġistrazzjoni ta' stabbilimenti u ċerti tipi ta' operaturi

Artikolu 84

Obbligu tal-operaturi li jirreġistraw l-istabbilimenti

1.  L-operaturi ta' stabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri jew li jiġbru, jipproduċi, jipproċessaw jew jaħżnu prodotti ġerminali, għandhom, bil-għan li l-istabbilimenti tagħhom jiġu reġistrati f'konformità mal-Artikolu 93, qabel ma jibdew dawn l-attivitajiet:

(a) jinformaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe stabbiliment ta' dan it-tip li jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom;

(b) jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li ġejja:

(i) l-isem u l-indirizz tal-operatur ikkonċernat;

(ii) il-post tal-istabbiliment u deskrizzjoni tal-faċilitajiet tiegħu;

(iii) il-kategoriji, l-ispeċijiet u n-numri jew il-kwantitajiet ta' annimali terrestri miżmuma jew prodotti ġerminali li biħsiebhom iżommu fl-istabbiliment u l-kapaċità tal-istabbiliment;

(iv) it-tip ta' stabbiliment; u

(v) kwalunkwe aspett ieħor tal-istabbiliment li huwa rilevanti biex jiġi ddeterminat ir-riskju ppreżentat minnu.

2.  L-operaturi tal-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bi:

(a) kwalunkwe bidla fl-istabbiliment inkwistjoni rigward il-materji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b) kwalunkwe waqfien tal-attività mill-operatur jew l-istabbiliment ikkonċernat.

3.  L-istabbilimenti li huma soġġetti għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 94(1) m'għandhomx ikunu meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 85

Derogi mill-obbligu tal-operaturi li jirreġistraw l-istabbilimenti

B'deroga mill-Artikolu 84(1), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni, ċerti kategoriji ta' stabbilimenti li ma joħolqux riskju sinifikanti, kif previst f'att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-Artikolu 86(2). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'tali eżenzjonijiet.

Artikolu 86

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward l-obbligu tal-operaturi li jirreġistraw l-istabbilimenti

1.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi regoli rigward l-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi għall-fini tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti kif previst fl-Artikolu 84(1), inklużi l-iskadenzi sa meta għandha tingħata din l-informazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar it-tipi ta' stabbilimenti li jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 85, abbażi ta':

(a) l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numri ta' annimali terrestri miżmuma u prodotti ġerminali fl-istabbiliment inkwistjoni u l-kapaċità ta' dak l-istabbiliment;

(b) it-tip ta' stabbiliment; u

(c) il-movimenti tal-annimali terrestri miżmuma jew tal-prodotti ġerminali li jidħlu jew joħorġu mill-istabbiliment.

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 87

Obbligi ta' reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta' annimali ungulati miżmuma u atti delegati

1.  It-trasportaturi ta' annimali ungulati miżmuma involuti fit-trasport ta' dawk l-annimali bejn l-Istati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż terz għandhom, sabiex jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 93, qabel dawn jibdew dawn l-attivitajiet:

(a) jinformaw lill-awtorità kompetenti dwar l-attività tagħhom;

(b) jipprovdu lil dik l-awtorità kompetenti b'informazzjoni dwar:

(i) l-isem u l-indirizz tat-trasportatur ikkonċernat;

(ii) il-kategoriji, l-ispeċijiet u n-numri ta' annimali ungulati miżmuma li għalihom huwa ppjanat it-trasport;

(iii) it-tip ta' trasport;

(iv) il-mezz tat-trasport.

2.  It-trasportaturi kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bi:

(a) kwalunkwe bidla rigward il-materji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b) kwalunkwe waqfien mill-attività tat-trasport.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 fejn tissupplimenta r-regoli previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn teħtieġ lil tipi oħra ta' trasportaturi li l-attività ta' trasport tagħhom tippreżenta riskji speċifiċi u sinifikanti għal ċerti speċijiet jew kategoriji ta' annimali, li jipprovdu informazzjoni adegwata għall-finijiet li tiġi rreġistrata l-attività tagħhom.

Artikolu 88

Derogi mill-obbligu ta' reġistrazzjoni tat-trasportaturi tal-annimali ungulati miżmuma

B'deroga mill-Artikolu 87(1), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligu ta' reġistrazzjoni ċerti kategoriji ta' trasportaturi li l-attività ta' trasport tagħhom ma toħloqx riskju sinifikanti, kif previst f'att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-Artikolu 89(2). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'tali eżenzjonijiet.

Artikolu 89

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward l-obbligu ta' reġistrazzjoni tat-trasportaturi

1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward l-informazzjoni li għandha tingħata mit-trasportaturi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-attività tagħhom, kif previst fl-Artikolu 87(1) u (3), inklużi l-iskadenzi sa meta għandha tingħata din l-informazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar it-tipi ta' trasportaturi li jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni minn Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 86, abbażi ta':

(a) id-distanzi tat-trasport ta' dawk l-annimali ungulati inkwistjoni; u

(b) il-kategoriji, l-ispeċijiet u n-numru ta' annimali ungulati li jittrasportaw.

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 90

Obbligu ta' reġistrazzjoni tal-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ indipendentement mill-istabbiliment

1.  L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ għal annimali ungulati u tjur miżmuma, indipendentement mill-istabbiliment, inkluż dawk li jixtru u jbiegħu l-annimali, bil-għan li jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 93 u qabel ma jibdew l-attivitajiet tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti:

(a) l-isem u l-indirizz tal-operatur ikkonċernat;

(b) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali ungulati u tjur miżmuma koperti mill-attività tagħhom.

2.  L-operaturi kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bi:

(a) kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-materji msemmija fil-paragrafu 1;

(b) kwalunkwe waqfien tal-attività mill-operatur ikkonċernat.

Artikolu 91

Derogi mill-obbligu ta' reġistrazzjoni tal-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ

B'deroga mill-Artikolu 90(1), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta' operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ li ma joħolqux riskju sinifikanti mir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni, kif previst f'att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-Artikolu 92(2). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'tali eżenzjonijiet.

Artikolu 92

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward l-obbligu ta' reġistrazzjoni tal-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ

1.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi regoli rigward l-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi għall-fini ta' reġistrazzjoni kif previst fl-Artikolu 90(1), inklużi l-iskadenzi sa meta għandha tingħata din l-informazzjoni.

2.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli rigward it-tipi ta' operaturi li jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni minn Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 91, dment li l-attività ta' tali operaturi ma toħloqx riskju sinifikanti u abbażi tal-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numri ta' annimali terrestri miżmuma koperti mill-attività tagħhom.

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 93

Obbligu tal-awtorità kompetenti rigward ir-reġistrazzjoni

Awtorità kompetenti għandha tirreġistra:

(a) l-istabbilimenti fir-reġistru previst fl-Artikolu 101(1), meta l-operatur ikkonċernat ikun ipprovda l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 84(1);

(b) it-trasportaturi fir-reġistru previst fl-Artikolu 101(1), meta t-trasportatur ikkonċernat ikun ipprovda l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 87(1) u (3);

(c) l-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ indipendentement mill-istabbiliment, fir-reġistru previst fl-Artikolu 101(1), meta l-operatur ikkonċernat ikun ipprovda l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 90(1).

L-awtorità kompetenti għandha tassenja numru ta' reġistrazzjoni uniku lil kull stabbiliment, trasportatur u operatur kif imsemmi fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel paragrafu.



Taqsima 2

Approvazzjoni ta' ċerti tipi ta' stabbilimenti

Artikolu 94

Approvazzjoni ta' ċerti stabbilimenti u atti delegati

1.  L-operaturi tat-tipi ta' stabbilimenti li ġejjin għandhom japplikaw għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 96(1) u ma għandhomx jibdew l-attivitajiet tagħhom sakemm l-istabbiliment tagħhom jkun ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 97(1):

(a) stabbilimenti għal operazzjonijiet ta' assemblaġġ tal-annimali ungulati u t-tjur minn fejn dawk l-annimali jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew li jirċievu annimali minn Stat Membru ieħor;

(b) stabbilimenti ta' prodotti ġerminali għal annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li minnhom il-prodotti ġerminali ta' dawk l-annimali jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor;

(c) imfaqas li minnhom il-bajd għat-tfaqqis jew it-tajr jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor;

(d) stabbilimenti li jżommu t-tjur li minnhom it-tjur maħsub għal finijiet esklużi t-tbiċċir jew il-bajd għat-tfaqqis jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor;

(e) kwalunkwe tip ieħor ta' stabbiliment għal annimali terrestri miżmuma li hu ta' theddida sinifikanti u li jeħtieġ li jiġi approvat f'konformità mar-regoli stabbiliti f'att delegat adottat f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 3.

2.  L-operaturi għandhom itemmu attività fi stabbiliment kif imsemmi fil-paragrafu 1 meta:

(a) l-awtorità kompetenti tirtira jew tissospendi l-approvazzjoni tagħha skont l-Artikolu 100(2); jew

(b) fil-każ ta' approvazzjoni kondizzjonali, mogħtija f'konformità mal-Artikolu 99(3), l-istabbiliment inkwistjoni ma jikkonformax mar-rekwiżiti pendenti msemmija fl-Artikolu 99(3) u ma jiksibx l-approvazzjoni finali f'konformità mal-Artikolu 97(1).

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) derogi mir-rekwiżit għall-operaturi tat-tipi ta' stabbilimenti msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 li japplikaw għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni, meta dawk l-istabbilimenti ma joħolqux riskju sinifikanti;

(b) it-tipi ta' stabbilimenti li jridu jiġu approvati f'konformità mal-punt (e) tal-paragrafu 1;

(c) regoli speċjali għall-waqfien ta' attivitajiet għall-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

4.  Meta tkun qed tadotta l-atti delegati kif previst fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk l-atti fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali terrestri miżmuma jew il-prodotti ġerminali fi stabbiliment;

(b) in-numru ta' speċijiet u n-numru ta' annimali terrestri miżmuma jew prodotti ġerminali miżmuma fi stabbiliment;

(c) it-tip ta' stabbiliment u t-tip ta' produzzjoni; u

(d) il-movimenti tal-annimali terrestri miżmuma jew il-prodotti ġerminali li jidħlu jew joħorġu minn dawk it-tipi ta' stabbilimenti.

Artikolu 95

Approvazzjoni ta' status ta' stabbilimenti konfinati

L-operaturi ta' stabbilimenti li jixtiequ jiksbu l-istatus ta' stabbiliment konfinat għandhom:

(a) japplikaw għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni skont l-Artikolu 96(1);

(b) jittrasferixxu l-annimali miżmuma lejn l-istabbiliment tagħhom jew minnu f'konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 137(1) u kwalunkwe att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 137(2) biss wara li l-istabbiliment tagħhom ikun kiseb approvazzjoni ta' dak l-istatus mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikoli 97 u 99.

Artikolu 96

Obbligu tal-operaturi li jipprovdu informazzjoni bil-ħsieb li jiksbu l-approvazzjoni u atti ta' implimentazzjoni

1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-operaturi għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom kif previst fl-Artikolu 94(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 95, l-operaturi għandhom jipprovdu informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti:

(a) l-isem u l-indirizz tal-operatur ikkonċernat;

(b) il-post tal-istabbiliment ikkonċernat u deskrizzjoni tal-faċilitajiet tiegħu;

(c) il-kategoriji, l-ispeċijiet u n-numru ta' annimali terrestri miżmuma jew prodotti ġerminali rilevanti għall-approvazzjoni miżmuma fl-istabbiliment;

(d) it-tip ta' stabbiliment;

(e) aspetti oħra tal-istabbiliment, relatati mal-ispeċifiċità tiegħu, li huma rilevanti biex jiġi ddeterminat ir-riskju, jekk hemm, ippreżentat minnu.

2.  L-operaturi tal-istabbilimenti kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bi:

(a) kwalunkwe bidliet fl-istabbilimenti rigward il-materji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1;

(b) kwalunkwe waqfien tal-attività mill-operatur jew tal-istabbiliment ikkonċernat.

3.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward l-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi fl-applikazzjoni tagħhom għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom f'konformità mal-paragrafu 1, u l-iskadenzi sa meta għandha tingħata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 97

Għoti ta' approvazzjoni u kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti u atti delegati

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom biss japprovaw l-istabbilimenti kif previst fl-Artikolu 94(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 95 fejn dawn l-istabbilimenti:

(a) jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, fejn adatt, fir-rigward ta':

(i) kwarantina, iżolament u miżuri oħrajn ta' bijosigurtà b'kont meħud tar-rekwiżiti previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 10(2);

(ii) ir-rekwiżiti ta' sorveljanza kif previst fl-Artikolu 24 u, fejn rilevanti għat-tip ta' stabbiliment ikkonċernat u r-riskju involut, fl-Artikolu 25;

(iii) iż-żamma ta' reġistri kif previst fl-Artikoli 102 u 103 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 106 u 107;

(b) ikollhom faċilitajiet u tagħmir li huma:

(i) adegwati biex jitnaqqas ir-riskju tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' mard għal livell aċċettabbli, b'kont meħud tat-tip ta' stabbiliment ikkonċernat;

(ii) ta' kapaċità adegwata għan-numru ta' annimali terrestri miżmuma jew għall-volum ta' prodotti ġerminali kkonċernati;

(c) ma joħolqux riskju inaċċettabbli fir-rigward tat-tixrid tal-mard, b'kont meħud tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju li jkunu fis-seħħ;

(d) ikollhom persunal imħarreġ b'mod adegwat għall-attività tal-istabbiliment ikkonċernat;

(e) ikollhom stabbilita sistema li tippermetti lill-operatur ikkonċernat li juri lill-awtorità kompetenti l-konformità mal-punti (a) sa (d).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) kwarantina, iżolament u miżuri ta' bijosigurtà oħrajn kif imsemmi fil-punt (a)(i) tal-paragrafu 1;

(b) is-sorveljanza kif imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1;

(c) il-faċilitajiet u t-tagħmir kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(d) ir-responsabbiltajiet, il-kompetenza u t-taħriġ speċjalizzat tal-persunal u l-veterinarji kif previst fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għall-attività ta' stabbilimenti ta' prodotti ġerminali u stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ ta' annimali ungulati u tjur;

(e) is-superviżjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti ta' stabbilimenti ta' prodotti ġerminali u stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ ta' annimali ungulati u tjur.

3.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu stabbiliti f'atti delegati li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 2, hi għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) ir-riskji ppreżentati minn kull tip ta' stabbiliment;

(b) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma, rilevanti għall-approvazzjoni;

(c) it-tip ta' produzzjoni kkonċernata;

(d) ix-xejriet tal-moviment tipiku tat-tip ta' stabbiliment u l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali miżmuma f'dawk l-istabbilimenti.

Artikolu 98

Kamp ta' applikazzjoni tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti

L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika espressament fl-approvazzjoni ta' stabbiliment mogħtija skont l-Artikolu 97(1), wara applikazzjoni li tkun saret f'konformità mal-Artikolu 94(1) jew mal-punt (a) tal-Artikolu 95:

(a) għal liema tipi ta' stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 94(1) u l-Artikolu 95, u fir-regoli adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 94(3), tapplika l-approvazzjoni;

(b) għal liema speċijiet u kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma jew prodotti ġerminali ta' dawk l-ispeċijiet, tapplika l-approvazzjoni.

Artikolu 99

Proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni mill-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-operaturi meta japplikaw għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħhom f'konformità mal-Artikolu 94(1), l-Artikolu 95 jew l-Artikolu 96(1).

2.  Malli tiġi riċevuta applikazzjoni għall-approvazzjoni min-naħa tal-operatur, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel żjara fuq il-post, f'konformità mal-Artikolu 94(1) jew il-punt (a) tal-Artikolu 95.

3.  Dment li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 97 u l-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni.

4.  Fejn stabbiliment ma jissodisfax ir-rekwiżiti kollha għall-approvazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 97, l-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni kondizzjonali ta' stabbiliment jekk jidher, abbażi tal-applikazzjoni mill-operatur ikkonċernat u żjara sussegwenti fuq il-post kif previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti ewlenin kollha li jipprovdu biżżejjed garanziji li l-istabbiliment ma jirrappreżentax riskju sinifikanti.

5.  Fejn tkun ingħatat approvazzjoni kondizzjonali mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, din għandha tagħti approvazzjoni sħiħa biss jekk jidher minn żjara oħra fuq il-post tal-istabbiliment, imwettqa fi żmien tliet xhur mid-data meta tkun ingħatat l-approvazzjoni kondizzjonali, jew mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-operatur fi żmien tliet xhur minn dik id-data, li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti kollha għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 97(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 97(2).

Fejn iż-żjara fuq il-post jew id-dokumentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu juru li jkun sar progress ċar iżda li l-istabbiliment għadu ma jissodisfax dawk ir-rekwiżiti kollha, l-awtorità kompetenti tista' ttawwal l-approvazzjoni kondizzjonali. Madankollu, l-approvazzjoni kondizzjonali m'għandhiex tingħata għal perijodu totali ta' aktar minn sitt xhur.

Artikolu 100

Reviżjoni, sospensjoni u rtirar ta' approvazzjonijiet mill-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-approvazzjonijiet tal-istabbilimenti li jkunu ngħataw f'konformità mal-Artikoli 97 u 99 taħt rieżami, skont intervalli opportuni bbażati fuq ir-riskju involut.

2.  Fejn awtorità kompetenti tidentifika nuqqasijiet serji fi stabbiliment fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 97(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 97(2), u l-operatur ta' dak l-istabbiliment ma jistax jipprovdi garanziji adegwati li dawk in-nuqqasijiet ser jiġu eliminati, l-awtorità kompetenti għandha tibda proċeduri sabiex tirtira l-approvazzjoni tal-istabbiliment.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' biss tissospendi, aktar milli tirtira, l-approvazzjoni ta' stabbiliment fejn l-operatur jista' jiggarantixxi li ser jelimina dawk in-nuqqasijiet f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

3.  L-approvazzjoni għandha tingħata wara l-irtirar jew tingħata lura wara s-sospensjoni skont il-paragrafu 2 meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-istabbiliment jikkonforma kompletament mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament, li huma xierqa għal dak it-tip ta' stabbiliment.



Taqsima 3

Reġistri tal-awtorità kompetenti

Artikolu 101

Reġistri li għandhom jinżammu mill-awtorità kompetenti

1.  Kull awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornati reġistri ta':

(a) l-istabbilimenti u l-operaturi kollha rreġistrati magħha skont l-Artikolu 93;

(b) l-istabbilimenti kollha approvati minnha f'konformità mal-Artikoli 97 u 99.

Hi għandha tqiegħed ir-reġistru msemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, dment li l-informazzjoni li tkun tinsab fihom tkun rilevanti għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma u prodotti ġerminali tagħhom bejn Stat Membru u ieħor.

Hi għandha tqiegħed ir-reġistru ta' stabbilimenti approvati msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dment li l-informazzjoni li tkun tinsab fih tkun rilevanti għall-movimenti ta' annimali terrestri miżmuma u prodotti ġerminali tagħhom bejn Stat Membru u ieħor.

2.  Fejn dan ikun xieraq u rilevanti, awtorità kompetenti tista' tikkombina r-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu 1 u l-approvazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu 1 ma' reġistrazzjoni għal finijiet oħra.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar l-informazzjoni dettaljata li għandha tiġi inkluża fir-reġistri previsti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u d-disponibbiltà lill-pubbliku tar-reġistru previst fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.



Taqsima 4

Żamma ta' reġistri

Artikolu 102

Obbligi ta' żamma ta' reġistri tal-operaturi ta' stabbilimenti għajr stabbilimenti ta' prodotti ġerminali

1.  L-operaturi ta' stabbilimenti soġġetti għar-rekwiżit ta' reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 93, jew l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 97(1), għandhom iżommu reġistri li fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-ispeċijiet, il-kategoriji, in-numru u, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma li jinsabu fl-istabbiliment tagħhom;

(b) il-movimenti tal-annimali terrestri miżmuma li jidħlu u jitilqu mill-istabbiliment tagħhom, filwaqt li jiddikjaraw, kif xieraq:

(i) il-post tal-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom;

(ii) id-data ta' dawn il-movimenti;

(c) id-dokumenti li jeħtieġ li jakkumpanjaw l-annimali terrestri miżmuma li jaslu jew jitilqu mill-istabbiliment tagħhom f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 112, mal-punt (b) tal-Artikolu 113(1), mal-punt (c) tal-Artikolu 114(1), mal-punt (b) tal-Artikolu 115, mal-punt (b) tal-Artikolu 117, mal-Artikolu 143(1) u (2), mal-Artikolu 164(2) u ma' kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 118 u 120 u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 144(1);

(d) il-mortalità ta' annimali terrestri miżmuma fl-istabbiliment tagħhom;

(e) il-miżuri ta' bijosigurtà, is-sorveljanza, it-trattamenti, ir-riżultati tat-testijiet u informazzjoni rilevanti oħra kif xieraq għal:

(i) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma fl-istabbiliment;

(ii) it-tip ta' produzzjoni;

(iii) it-tip u d-daqs tal-istabbiliment;

(f) ir-riżultati ta' kwalunkwe żjara marbuta mas-saħħa tal-annimali f'konformità mal-Artikolu 25(1).

Ir-reġistri għandhom jinżammu u jiġu mantnuti f'għamla kartaċja jew elettronika.

2.  L-istabbilimenti li jippreżentaw riskju baxx ta' tixrid ta' mard elenkat jew emerġenti jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru kkonċernat mir-rekwiżit li jżommu reġistri bl-informazzjoni kollha jew parti minnha elenkata fil-paragrafu 1'.

3.  L-operaturi tal-istabbilimenti għandhom iżommu r-reġistri previsti fil-paragrafi 1 u 2 fl-istabbiliment tagħhom ikkonċernat u għandhom:

(a) fuq talba, iqiegħduhom immedjatament għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti;

(b) iżommuhom għal perijodu minimu li għandu jkun iffissat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax ikun għal inqas minn tliet snin.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, l-operaturi jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu li jżommu reġistri ta' ċerti kwistjonijiet jew kollha kemm huma previsti fil-paragrafu 1 meta l-operatur ikkonċernat:

(a) ikollu aċċess għall-database kompjuterizzata msemmija fl-Artiklu 109 għall-ispeċijiet rilevanti u d-database tkun diġà fiha l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-reġistru; u

(b) ikollu informazzjoni aġġornata mdaħħla direttament fid-database kompjuterizzata.

Artikolu 103

Obbligi ta' żamma ta' reġistri tal-istabbilimenti ta' prodotti ġerminali

1.  L-operaturi ta' stabbilimenti ta' prodotti ġerminali għandhom iżommu reġistri li fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) ir-razza, l-età, l-identifikazzjoni u l-istat ta' saħħa tal-annimali donaturi li jintużaw għall-produzzjoni ta' prodotti ġerminali;

(b) iż-żmien u l-post tal-ġbir, u l-ipproċessar u l-ħażna, ta' prodotti ġerminali miġbura, prodotti jew ipproċessati;

(c) l-identifikazzjoni tal-prodotti ġerminali flimkien mad-dettalji tal-post tad-destinazzjoni tagħhom, jekk magħrufa;

(d) id-dokumenti li jeħtieġ li jakkumpanjaw il-prodotti ġerminali li jaslu jew jitilqu mill-istabbiliment inkwistjoni f'konformità mal-Artikolu 162 u l-Artikolu 164(2) u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 162(3) u (4);

(e) fejn rilevanti, ir-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorju;

(f) it-tekniki tal-laboratorju li jintużaw.

2.  Stabbilimenti li jippreżentaw riskju baxx ta' tixrid ta' mard elenkat jew emerġenti jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru kkonċernat mir-rekwiżit li jżommu reġistri bl-informazzjoni kollha jew parti minnha elenkata fil-paragrafu 1.

3.  L-operaturi ta' stabbilimenti ta' prodotti ġerminali għandhom iżommu r-reġistri previsti fil-paragrafi 1 u 2 fl-istabbiliment tagħhom u:

(a) fuq talba, iqiegħduhom immedjatament għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti;

(b) iżommuhom għal perijodu minimu li għandu jkun iffissat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax ikun għal inqas minn tliet snin.

Artikolu 104

Obbligi ta' żamma ta' reġistri tat-trasportaturi

1.  It-trasportaturi għandhom iżommu reġistri li fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-istabbilimenti li saritilhom żjara minnhom;

(b) il-kategoriji, l-ispeċijiet u n-numri ta' annimali terrestri miżmuma trasportati minnhom;

(c) it-tindif, id-diżinfezzjoni u d-diżinfestazzjoni tal-mezzi ta' trasport użati;

(d) id-dettalji tad-dokumenti li jakkumpanjaw l-annimali inkwistjoni, inkluż in-numru tad-dokument tagħhom.

Ir-reġistri għandhom jinżammu f'għamla kartaċja jew elettronika.

2.  Trasportaturi li jippreżentaw riskju baxx ta' tixrid ta' mard elenkat jew emerġenti jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru kkonċernat mir-rekwiżit li jżommu reġistri bl-informazzjoni kollha jew parti minnha elenkata fil-paragrafu 1.

3.  It-trasportaturi għandhom iżommu r-reġistri previsti fil-paragrafi 1 u 2:

(a) b'tali mod li fuq talba, dawn jistgħu jitqiegħdu minnufih għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti;

(b) għal perijodu minimu li għandu jkun iffissat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax ikun għal inqas minn tliet snin.

Artikolu 105

Obbligi ta' żamma ta' reġistri ta' operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ

1.  L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ soġġetti għar-rekwiżit ta' reġistrazzjoni stipulat fl-Artikolu 93 għandhom iżommu reġistri li fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-ispeċijiet, il-kategoriji, in-numri u l-identifikazzjoni ta' annimali terrestri miżmuma taħt ir-responsabbiltà tagħhom;

(b) il-movimenti tal-annimali terrestri miżmuma taħt ir-responsabbiltà tagħhom, b'dikjarazzjoni fejn adatt ta':

(i) il-post tal-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom;

(ii) id-data ta' dawn il-movimenti;

(c) id-dokumenti li jeħtieġ li jakkumpanjaw lill-annimali terrestri miżmuma li jiġu trasferiti taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 112, mal-punt (b) tal-Artikolu 113(1), mal-punt (c) tal-Artikolu 114(1), mal-punt (b) tal-Artikolu 115, mal-punt (b) tal-Artikolu 117, mal-Artikolu 143(1) u (2), mal-Artikolu 164(2) u u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 118 u 120 u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 144(1);

(d) il-mortalità tal-annimali terrestri miżmuma taħt ir-responsabbiltà tagħhom; u

(e) il-miżuri ta' bijosigurtà, is-sorveljanza, it-trattamenti, ir-riżultati tat-testijiet u informazzjoni rilevanti oħra kif xieraq għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Ir-reġistri għandhom jinżammu f'forma elettronika.

2.  L-operaturi li jwettqu attivitajiet li jippreżentaw riskju baxx ta' tixrid ta' mard elenkat jew emerġenti jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru kkonċernat mir-rekwiżit li jżommu reġistri bl-informazzjoni kollha jew parti minnha elenkata fil-paragrafu 1.

3.  L-operaturi għandhom:

(a) fuq talba, iqiegħdu r-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti;

(b) iżommu dawk ir-reġistri għal perijodu minimu li għandu jkun iffissat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax ikun għal inqas minn tliet snin.

Artikolu 106

Delega tas-setgħat rigward iż-żamma ta' reġistri

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar ir-regoli li jissupplimentaw ir-rekwiżiti taż-żamma ta' reġistri previsti fl-Artikoli 102, 103, 104 u 105, fir-rigward ta':

(a) l-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata flimkien ma' dik prevista fl-Artikoli 102(1), 103(1), 104(1) u 105(1);

(b) ir-rekwiżiti addizzjonali għaż-żamma tar-reġistri fir-rigward ta' prodotti ġerminali miġbura, prodotti jew ipproċessati fi stabbiliment ta' prodotti ġerminali wara li dak l-istabbiliment ikun waqqaf l-attivitajiet tiegħu.

2.  Meta tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati kif previst fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq il-materji li ġejjin:

(a) ir-riskji ppreżentati minn kull tip ta' stabbiliment jew attività;

(b) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali terrestri miżmuma jew il-prodotti ġerminali fl-istabbiliment ikkonċernat, jew trasportati lejn jew minn dak l-istabbiliment;

(c) it-tip ta' produzzjoni fl-istabbiliment jew it-tip ta' attività;

(d) ix-xejriet tipiċi tal-moviment u l-kategoriji tal-annimali kkonċernati;

(e) in-numru ta' annimali terrestri miżmuma jew il-volum ta' prodotti ġerminali taħt ir-responsabbiltà tal-operatur ikkonċernat.

Artikolu 107

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward eżenzjonijiet mir-rekwiżiti għaż-żamma ta' reġistri

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward it-tipi ta' stabbilimenti u operaturi li jistgħu jkunu eżentati minn Stati Membri mir-rekwiżiti taż-żamma ta' reġistri previsti fl-Artikoli 102, 103, 104 u 105, fir-rigward ta':

(a) l-istabbilimenti li jżommu, jew l-operaturi li jittrattaw jew jittrasportaw numru żgħir ta' annimali terrestri miżmuma jew volum żgħir jew numru żgħir ta' prodotti ġerminali;

(b) speċijiet jew kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma jew prodotti ġerminali.

Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk l-atti fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 106(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 2

Rekwiżiti ta' traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma u l-prodotti ġerminali



Taqsima 1

Annimali terrestri miżmuma

Artikolu 108

Responsabbiltà tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma

1.  L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' dawk l-ispeċijiet ta' annimali terrestri miżmuma li għalihom tkun meħtieġa sistema bħal din minn dan ir-Regolament u minn kwalunkwe regola adottata skontu. Din is-sistema għandha, fejn adatt, tipprevedi li jiġu rreġistrati l-movimenti ta' dawn l-annimali.

2.  Meta jistabbilixxu s-sistema msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw:

(a) l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma kkonċernati;

(b) ir-riskju maħluq minn dik l-ispeċi jew il-kategorija.

3.  Is-sistema prevista fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) il-mezzi li jidentifikaw l-annimali terrestri miżmuma individwalment jew fi gruppi;

(b) dokumenti ta' identifikazzjoni, dokumenti ta' moviment u dokumenti oħra għall-identifikazzjoni u t-traċċar tal-annimali terrestri miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 110;

(c) reġistri aġġornati fl-istabbilimenti kif previst fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 102(1);

(d) database kompjuterizzata tal-annimali terrestri miżmuma kif previst fl-Artikolu 109(1).

4.  Is-sistema prevista fil-paragrafu 1 għandha titfassal b'tali mod li din:

(a) tiżgura l-applikazzjoni effiċjenti tal-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament;

(b) tiffaċilita t-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma u l-movimenti tagħhom fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom u d-dħul tagħhom fl-Unjoni;

(c) tiżgura l-interoperabbiltà, l-integrazzjoni u l-kompatibbiltà effiċjenti tal-elementi ta' dik is-sistema;

(d) tiżgura li s-sistema tiġi adattata, sa fejn adatt għal:

(i) is-sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata għan-notifikar u r-rappurtar tal-Unjoni previsti fl-Artikolu 22;

(ii) TRACES;

(e) tiżgura approċċ koerenti fir-rigward tal-ispeċijiet differenti tal-annimali koperti mis-sistema.

5.  L-Istati Membri jistgħu, meta xieraq:

(a) Jużaw is-sistema prevista fil-paragrafu 1 b'mod sħiħ jew parzjalment għal finijiet minbarra dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4;

(b) jintegraw id-dokumenti ta' identifikazzjoni, id-dokumenti ta' moviment u dokumenti oħra msemmija fl-Artikolu 110 maċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jew id-dokument ta' awtodikjarazzjoni previsti fl-Artikolu 143(1) u (2) u l-Artikolu 151(1) u fi kwalunkwe regola adottata skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 151(3) u (4);

(c) jaħtru awtorità oħra jew jawtorizzaw lil korp ieħor jew lil persuna fiżika biex tiġi żgurata l-applikazzjoni prattika tas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-ħruġ ta' dokumenti ta' identifikazzjoni u t-tfassil ta' mudelli kif previst fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 110(1).

Artikolu 109

Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu u jżommu database kompjuterizzata ta' annimali terrestri miżmuma

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu database kompjuterizzata, tal-inqas għar-reġistrazzjoni ta':

(a) l-informazzjoni li ġejja relatata ma' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina:

(i) l-identifikazzjoni individwali tagħhom kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 112;

(ii) l-istabbilimenti li jżommuhom;

(iii) il-movimenti tagħhom lejn u minn dawk l-istabbilimenti;

(b) l-informazzjoni li ġejja relatata ma' annimali miżmuma tal-ispeċijiet ovini u kaprini:

(i) informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tagħhom kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 113(1) u n-numru ta' annimali fl-istabbilimenti li jżommuhom;

(ii) l-istabbilimenti li jżommuhom;

(iii) il-movimenti tagħhom lejn u minn dawk l-istabbilimenti;

(c) l-informazzjoni li ġejja relatata mal-annimali miżmuma tal-ispeċi porċina:

(i) informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tagħhom kif previst fl-Artikolu 115 u n-numru ta' annimali fl-istabbilimenti li jżommuhom;

(ii) l-istabbilimenti li jżommuhom;

(iii) il-movimenti tagħhom lejn u minn dawk l-istabbilimenti;

(d) l-informazzjoni li ġejja relatata ma' annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina:

(i) il-kodiċi uniku tagħhom kif previst fl-Artikolu 114;

(ii) il-metodu ta' identifikazzjoni previst fil-punt (b) tal-Artikolu 114(1), li joħloq rabta bejn l-annimal ikkonċernat u d-dokument ta' identifikazzjoni msemmi fil-punt (iii), fejn rilevanti;

(iii) id-dettalji ta' identifikazzjoni rilevanti mid-dokument ta' identifikazzjoni kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 114(1), kif iddeterminat fir-regoli adottati skont l-Artikoli 118 u 120;

(iv) l-istabbilimenti fejn dawk l-annimali jinżammu abitwalment;

(e) l-informazzjoni relatata mal-annimali terrestri miżmuma ta' speċijiet oħra barra dawk msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) ta' dan il-paragrafu, meta dan ikun previst fir-regoli adottati skont il-paragrafu 2.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 rigward ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni relatata ma' speċijiet ta' annimali għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fid-database kompjuterizzata prevista f'dak il-paragrafu fejn meħtieġ, minħabba r-riskji speċifiċi u sinifikanti maħluqin minn dawk l-ispeċijiet, sabiex:

(a) tiġi żgurata applikazzjoni effiċjenti tal-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament;

(b) tiġi ffaċilitata t-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma, il-movimenti tagħhom bejn l-Istati Membri u d-dħul tagħhom fl-Unjoni.

Artikolu 110

Obbligu tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' dokumenti ta' identifikazzjoni, dokumenti ta' moviment u dokumenti oħra għall-identifikazzjoni u t-traċċar ta' annimali terrestri miżmuma

1.  Kull awtorità kompetenti għandha:

(a) toħroġ dokumenti ta' identifikazzjoni fir-rigward ta' annimali terrestri miżmuma fejn dawk id-dokumenti jkunu meħtieġa mill-punt (c) tal-Artikolu 114(1) u mill-punt (b) tal-Artikolu 117 u mir-regoli adottati skont l-Artikoli 118 u 120;

(b) toħroġ dokumenti ta' identifikazzjoni fir-rigward ta' annimali bovini kif meħtieġ mill-punt (b) tal-Artikolu 112, dment li l-Istati Membri ma jiskambjawx data elettronika ma' Stati Membri oħrajn fil-qafas ta' sistema elettronika ta' skambju mid-data meta l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-operabbiltà sħiħa ta' dik is-sistema;

(c) tfassal mudelli ta' dokumenti ta' moviment u dokumenti oħra għall-identifikazzjoni u t-traċċar ta' annimali terrestri miżmuma, fejn dan ikun meħtieġ mill-punt (b) tal-Artikolu 113(1), mill-punt (b) tal-Artikoli 115, mill-punt (b) tal-Artikolu 117, u minn kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 118 u 120.

2.  Punt (b) tal-paragrafu (1) huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali dwar il-ħruġ ta' passaporti għal annimali li mhumiex maħsuba għal moviment bejn Stat Membru u ieħor.

Artikolu 111

Disponibbiltà għall-pubbliku ta' informazzjoni dwar mezzi ta' identifikazzjoni

Kull awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bi, u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, informazzjoni dwar:

(a) il-punti ta' kuntatt tad-databases kompjuterizzati stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 109(1);

(b) l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għall-ħruġ ta' dokumenti ta' identifikazzjoni, dokumenti ta' moviment u dokumenti oħra f'konformità mal-Artikolu 110, b'kont meħud tal-punt (c) tal-Artikolu 108(5);

(c) il-mezzi ta' identifikazzjoni li għandhom jintużaw għal kull speċi u kategorija ta' annimali terrestri miżmuma f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 112, mal-punt (a) tal-Artikolu 113(1), mal-Artikolu 114(1), mal-punt (a) tal-Artikolu 115, mal-punt (a) tal-Artikolu 117 u ma' kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 118 u 120;

(d) l-għamla preskritta għall-ħruġ tad-dokumenti ta' identifikazzjoni u dokumenti oħra msemmija fl-Artikolu 110.

Artikolu 112

Obbligi tal-operaturi fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina

L-operaturi li jżommu l-annimali tal-ispeċi bovina għandhom:

(a) jiżguraw li dawk l-annimali miżmuma jiġu identifikati individwalment b'mezzi fiżiċi ta' identifikazzjoni;

(b) jiżguraw li, meta dawk l-annimali miżmuma jiġu trasferiti bejn l-Istati Membri, jinħareġ dokument ta' identifikazzjoni għalihom mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura jew il-korp awtorizzat ta' oriġini, dment li ma jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 110(1);

(c) jiżguraw li dak id-dokument ta' identifikazzjoni:

(i) jinżamm, jimtela b'mod korrett, kif ukoll jiġi aġġornat mill-operatur ikkonċernat; u

(ii) jakkumpanja lil dawk l-annimali terrestri miżmuma fil-mument tal-moviment, meta tali dokument ikun meħtieġ mill-punt (b);

(d) jittrasmettu l-informazzjoni dwar il-movimenti ta' dawk l-annimali miżmuma minn u lejn l-istabbiliment ikkonċernat, u t-twelid u l-imwiet kollha f'dak l-istabbiliment, fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 109(1).

Artikolu 113

Obbligi tal-operaturi fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' annimali miżmuma tal-ispeċi ovina u kaprina

1.  L-operaturi li jżommu annimali tal-ispeċi ovina u kaprina għandhom:

(a) jiżguraw li kull wieħed minn dawk l-annimali miżmuma jiġi identifikat b'mezzi fiżiċi ta' identifikazzjoni;

(b) jiżguraw li dawk l-annimali miżmuma jkunu akkumpanjati minn dokument dwar il-moviment li jimtela b'mod korrett abbażi tal-mudell imfassal mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 110 meta jiġu trasferiti mill-istabbiliment li jżomm lil dawk l-annimali fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat;

(c) jittrasmettu l-informazzjoni dwar il-movimenti ta' dawk l-annimali miżmuma mill-istabbiliment u lejh lid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 109(1).

2.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi mir-rekwiżit li jiżguraw li l-annimali miżmuma tal-ispeċi ovina u kaprina jiġu akkumpanjati minn dokumenti ta' moviment waqt li jkunu qed jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom, dment li:

(a) l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' moviment rilevanti tiġi inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 109(1);

(b) is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali miżmuma tal-ispeċi ovina u kaprina tipprovdi livell ta' traċċabbiltà ekwivalenti bħal dak previst mid-dokumenti ta' moviment.

Artikolu 114

Obbligi tal-operaturi fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina

1.  L-operaturi li jżommu annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina għandhom jiżguraw li dawk l-annimali jiġu identifikati individwalment bi:

(a) kodiċi uniku li jiġi rreġistrat fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 109(1);

(b) mezz fiżiku ta' identifikazzjoni jew metodu ieħor li b'mod inekwivoku joħloq rabta bejn l-annimal miżmum u d-dokument ta' identifikazzjoni previst fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu u maħruġ mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 110;

(c) dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku li jimtela b'mod korrett.

2.  L-operaturi ta' annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar dawk l-annimali tiġi trasmessa għad-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 109(1).

Artikolu 115

Obbligi tal-operaturi fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali miżmuma tal-ispeċi porċina

L-operaturi li jżommu annimali miżmuma tal-ispeċi porċina għandhom:

(a) jiżguraw li kull wieħed minn dawk l-annimali miżmuma jiġi identifikat b'mezz fiżiku ta' identifikazzjoni;

(b) jiżguraw li dawk l-annimali miżmuma jkunu akkumpanjati minn dokument dwar il-moviment li jimtela b'mod korrett abbażi tal-mudell imfassal mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 110(1) meta jiġu mċaqalqa mill-istabbiliment li jżomm dawk l-annimali fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat;

(c) jittrasmettu l-informazzjoni relatata mal-istabbiliment li jżomm lil dawk l-annimali lid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 109 (1).

Artikolu 116

Derogi fir-rigward tal-movimenti ta' annimali miżmuma tal-ispeċi porċina

Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 115, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi mir-rekwiżit li jiżguraw li l-annimali miżmuma tal-ispeċi porċina jiġu akkumpanjati b'dokumenti dwar il-moviment mimlija kif jixraq abbażi tal-mudell imfassal mill-awtorità kompetenti għal movimenti fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat, dment li:

(a) l-informazzjoni li tinsab f'dawn id-dokumenti dwar il-moviment tkun inkluża fid-database kompjuterizzata stabbilita minn dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 109(1);

(b) is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma tal-ispeċi porċina tipprovdi livell ta' traċċabbiltà ekwivalenti għal dak ipprovdut minn dawn id-dokumenti dwar il-moviment.

Artikolu 117

Obbligu tal-operaturi fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' annimali terrestri miżmuma għajr annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina

L-operaturi għandhom jiżguraw li l-annimali terrestri miżmuma ta' speċijiet oħra għajr dawk tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin, fejn meħtieġ mir-regoli adottati skont l-Artikoli 118 u 120:

(a) jiġu identifikati, individwalment jew fi gruppi;

(b) jiġu akkumpanjati minn dokumenti ta' identifikazzjoni li jimtlew b'mod korrett u aġġornati, dokumenti ta' moviment jew dokumenti oħra għall-identifikazzjoni u t-traċċar ta' annimali, kif xieraq għall-ispeċi tal-annimal ikkonċernat.

Artikolu 118

Delega tas-setgħat dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) rekwiżiti dettaljati għall-mezzi u l-metodi ta' identifikazzjoni ta' annimali terrestri miżmuma previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 112, fil-punt (a) tal-Artikolu 113(1), fl-Artikolu 114(1), fil-punt (a) tal-Artikolu 115 u fil-punt (a) tal-Artikolu 117, inkluż l-applikazzjoni u l-użu tagħhom;

(b) regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi:

(i) id-databases kompjuterizzati previsti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 109(1);

(ii) id-dokumenti ta' identifikazzjoni u moviment previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 112, fil-punt (b) tal-Artikolu 113(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 114(1), u fil-punt (b) tal-Artikolu 115;

(c) regoli dwar l-iskambju ta' data elettronika bejn id-databases kompjuterizzati tal-Istati Membri kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 110(1).

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) rekwiżiti dettaljati għal mezzi u metodi ta' identifikazzjoni alternattivi għal dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet speċjali għal ċerti kategoriji ta' annimali jew iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet għal dawn l-eżenzjonijiet;

(b) dispożizzjonijiet speċifiċi għad-dokumenti ta' identifikazzjoni jew moviment previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 112, fil-punt (b) tal-Artikolu 113(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 114(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 115 u fil-punt (b) tal-Artikolu 117 li għandhom jakkumpanjaw l-annimali meta jiġu mċaqalqa;

(c) rekwiżiti dettaljati għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali terrestri miżmuma ta' speċijiet għajr l-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina fejn meħtieġ, b'kont meħud tar-riskji li tippreżenta l-ispeċi kkonċernata, sabiex:

(i) tiġi żgurata applikazzjoni effiċjenti tal-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament;

(ii) tiġi ffaċilitata t-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma, u l-movimenti tagħhom fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom u d-dħul tagħhom fl-Unjoni;

(d) regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi:

(i) id-databases kompjuterizzati previsti fil-punt (e) tal-Artikolu 109(1);

(ii) id-dokumenti ta' identifikazzjoni u moviment previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 117;

(e) regoli dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali terrestri miżmuma kif imsemmi fl-Artikoli 112 sa 117 wara li jidħlu fl-Unjoni.

3.  Meta tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati previsti f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq il-konsiderazzjonijiet previsti fl-Artikolu 119(2).

Artikolu 119

Delega tas-setgħat li jikkonċernaw derogi mir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar derogi għall-operaturi mir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni previsti fl-Artikoli 112, 113, 114 u 115:

(a) fil-każijiet fejn wieħed jew aktar mill-elementi elenkati fl-Artikolu 108(3) mhumiex meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti previsti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 108(4); u

(b) meta miżuri oħra marbutin mat-traċċabbiltà li jkunu fis-seħħ fl-Istati Membri jiggarantixxu li l-livell ta' traċċabbiltà tal-annimali inkwistjoni ma jkunx preġudikat,

kif ukoll miżuri transizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni prattika ta' dawn id-derogi.

2.  Meta tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati previsti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq il-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali terrestri miżmuma kkonċernati;

(b) ir-riskji involuti għal dawk l-annimali terrestri miżmuma;

(c) in-numru ta' annimali fl-istabbilimenti kkonċernati;

(d) it-tip ta' produzzjoni fl-istabbilimenti fejn jinżammu dawk l-annimali terrestri;

(e) il-mudelli ta' moviment għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma kkonċernati;

(f) konsiderazzjonijiet dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ispeċijiet tal-annimali terrestri miżmuma kkonċernati;

(g) il-prestazzjoni ta' elementi oħra ta' traċċabbiltà tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma msemmija fl-Artikolu 108(3).

Artikolu 120

Setgħat ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw it-traċċabbiltà ta' annimali terrestri miżmuma

1.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli:

(a) għall-aċċess uniformi għad-data li tinsab fi, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli operazzjonali ta', id-databases kompjuterizzati msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 109(1);

(b) dwar il-kondizzjonijiet tekniċi u l-modalitajiet għall-iskambju ta' data elettronika bejn id-databases kompjuterizzati tal-Istati Membri u r-rikonoxximent ta' operabbiltà sħiħa tas-sistemi għall-iskambju tad-data msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 110(1).

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli:

(a) għall-applikazzjoni uniformi tas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 108(1) għal speċijiet jew kategoriji differenti ta' annimali terrestri miżmuma, sabiex jiġi żgurat li titħaddem b'mod effiċjenti;

(b) għall-applikazzjoni uniformi tal-punt (c) tal-Artikolu 108(5) dwar il-korpi jew il-persuni fiżiċi awtorizzati kif imsemmi fl-Artikolu 108(5) u l-kondizzjonijiet għall-ħatra tagħhom;

(c) dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri, il-formati, id-disinn u r-regoli operazzjonali għall-mezzi u l-metodi ta' identifikazzjoni, inkluż:

(i) il-perijodi taż-żmien għall-applikazzjoni tal-mezzi u l-metodi ta' identifikazzjoni;

(ii) it-tneħħija, il-modifika jew is-sostituzzjoni tal-mezzi u l-metodi ta' identifikazzjoni u l-iskadenzi għal tali operazzjonijiet; u

(iii) il-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta' identifikazzjoni;

(d) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-formati u r-regoli operazzjonali għad-dokumenti ta' identifikazzjoni u moviment previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 112, fil-punt (b) tal-Artikolu 113(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 114(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 115 u fil-punt (b) tal-Artikolu 117;

(e) għall-aċċess uniformi għad-data li tinsab fi, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli operazzjonali ta', id-databases kompjuterizzati msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 109(1);

(f) dwar l-iskadenzi, l-obbligi u l-proċeduri għat-trasmissjoni ta' informazzjoni mill-operaturi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn u għar-reġistrazzjoni ta' annimali terrestri miżmuma fid-databases kompjuterizzati;

(g) dwar il-linji gwida u l-proċeduri għall-identifikazzjoni elettronika tal-annimali, fejn rilevanti;

(h) dwar l-applikazzjoni prattika ta' eżenzjonijiet mill-identifikazzjoni u r-rekwiiti ta' reġistrazzjoni previsti fir-regoli adottati skont l-Artikolu 119(1).

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



Taqsima 2

Prodotti ġerminali

Artikolu 121

Rekwiżiti ta' traċċabbiltà għal prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina

1.  L-operaturi li jipproduċu, jipproċessaw jew jaħżnu dawn il-prodotti ġerminali għandhom jimmarkaw il-prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, kaprina, ovina, porċina u ekwina b'tali mod li jistgħu jiġu ttraċċati b'mod ċar:

(a) l-annimali donaturi;

(b) id-data tal-ġbir; u

(c) l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali fejn inġabru, ġew prodotti, ġew ipproċessati u ġew maħżuna.

2.  L-immarkar previst fil-paragrafu 1 għandu jkun iddisinjat b'tali mod biex jiġu żgurati:

(a) l-applikazzjoni effiċjenti tal-miżuri ta' prevenzjoni u kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament;

(b) it-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali, il-movimenti tagħhom fi ħdan l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u d-dħul tagħhom fl-Unjoni.

Artikolu 122

Delega tas-setgħat marbuta mar-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għall-prodotti ġerminali

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għall-prodotti ġerminali ta' annimali terrestri miżmuma tal-ispeċi bovina, kaprina, ovina, porċina u ekwina li jissupplimentaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 121;

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għall-prodotti ġerminali ta' annimali terrestri miżmuma ta' speċijiet għajr l-ispeċi bovina, kaprina, ovina, porċina u ekwina, fejn meħtieġ għal:

(a) l-applikazzjoni effiċjenti tal-miżuri ta' prevenzjoni u kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament;

(b) it-traċċabbiltà ta' dawk il-prodotti ġerminali, il-movimenti tagħhom fi ħdan l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u d-dħul tagħhom fl-Unjoni.

3.  Meta l-Kummissjoni tkun qiegħda tadotta l-atti delegati previsti fil-paragrafu 1, hi għandha tibbaża dawk l-atti fuq il-materji li ġejjin:

(a) l-ispeċijiet tal-annimali terrestri miżmuma li minnhom joriġinaw il-prodotti ġerminali;

(b) l-istat ta' saħħa tal-annimali donaturi;

(c) ir-riskju involut b'rabta ma' dawn il-prodotti ġerminali;

(d) it-tip ta' prodotti ġerminali;

(e) it-tip ta' ġbir, produzzjoni, proċessar jew ħażna ta' prodotti ġerminali;

(f) ix-xejriet tal-moviment għall-ispeċijiet u l-kategoriji rilevanti ta' annimali terrestri miżmuma u l-prodotti ġerminali tagħhom;

(g) konsiderazzjonijiet dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ispeċijiet tal-annimali terrestri miżmuma;

(h) elementi oħra li jistgħu jikkontribwixxu għat-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali.

Artikolu 123

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għall-prodotti ġerminali

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dwar:

(a) rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar kif previst fl-Artikolu 121(1);

(b) rekwiżiti operazzjonali għat-traċċabbiltà previsti f'atti delegati adottati skont l-Artikolu 122(1).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 3

Movimenti fi ħdan l-Unjoni ta' annimali terrestri miżmuma



Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali rigward il-movimenti

Artikolu 124

Rekwiżiti ġenerali rigward il-movimenti ta' annimali terrestri miżmuma

1.  L-operaturi għandhom jieħdu miżuri preventivi adatti sabiex jiġi żgurat li l-moviment ta' annimali terrestri miżmuma ma jipperikolax l-istat ta' saħħa fil-post tad-destinazzjoni rigward:

(a) il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(b) mard emerġenti.

2.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali terrestri miżmuma mill-istabbilimenti tagħhom u jirċievu dawn l-annimali jekk l-annimali inkwistjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu ġejjin minn stabbilimenti li kienu:

(i) ġew irreġistrati mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 93; jew;

(ii) ġew approvati mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikoli 97(1) u 98, meta dan ikun meħtieġ mill-Artikolu 94(1) jew l-Artikolu 95; jew

(iii) ingħataw deroga mir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 84;

(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni stipulati fl-Artikoli 112, 113, 114, 115 u 117 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 118 u 120.

Artikolu 125

Miżuri għall-prevenzjoni tal-mard b'rabta mat-trasport

1.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri preventivi adatti u meħtieġa biex jiżguraw li:

(a) l-istat ta' saħħa tal-annimali terrestri miżmuma ma jiġix ipperikolat waqt it-trasport;

(b) l-operazzjonijiet ta' trasport ta' annimali terrestri miżmuma ma jikkawżawx it-tixrid potenzjali tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) fost il-bnedmin u l-annimali;

(c) jittieħdu miżuri ta' tindif u diżinfezzjoni, u ta' kontroll ta' insetti u rodituri b'rabta ma', tagħmir u mezzi ta' trasport u miżuri oħra adegwati ta' bijosigurtà, kif jixraq għar-riskji involuti b'rabta mal-operazzjonijiet tat-trasport ikkonċernat.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-tindif u d-diżinfezzjoni ta', u l-kontroll ta' insetti u rodituri b'rabta ma', tagħmir u mezzi ta' trasport u l-użu ta' prodotti bijoċidali għal dawk l-għanijiet;

(b) miżuri ta' bijosigurtà adatti oħra kif previst fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.



Taqsima 2

Movimenti bejn l-Istati Membri

Artikolu 126

Rekwiżiti ġenerali għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma bejn l-Istati Membri

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali terrestri miżmuma lejn Stat Membru ieħor jekk l-annimali inkwistjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ma juru l-ebda sintomu ta' mard;

(b) ikunu ġejjin minn stabbiliment reġistrat jew approvat:

(i) fejn ma hemm l-ebda mortalità anormali b'kawża indeterminata;

(ii) li ma jkunx soġġett għal restrizzjonijiet ta' moviment li jaffettwaw l-ispeċijiet li għandhom jiġu mċaqalqa f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 55(1), fil-punt (a) tal-Artikolu 61(1), fl-Artikolu 62, fil-punt (c) tal-Artikolu 65(1), fl-Artikolu 74(1) u fl-Artikolu 79 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67, l-Artikoli 71(3), 74(4), u 83(2) jew il-miżuri ta' emerġenza previsti fl-Artikoli 257 u 258 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 259, sakemm ma jkunux ingħataw derogi għal restrizzjonijiet ta' moviment f'konformità ma' dawk ir-regoli;

(iii) li ma jkunx jinstab f'żona ristretta f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-punt (f)(ii) tal-Artikolu 55(1), l-Artikoli 64 u 65, l-Artikolu 74(1), l-Artikolu 79 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 67, l-Artikolu 71(3), l-Artikolu 74(4), u l-Artikolu 83(2) jew il-miżuri ta' emerġenza previsti fl-Artikoli 257 u 258 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 259, sakemm ma jkunux ingħataw derogi f'konformità ma' dawk ir-regoli;

(c) li ma jkunux ġew f'kuntatt ma' annimali terrestri miżmuma li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta' moviment kif imsemmi fil-punt (b)(ii) u (iii) jew annimali terrestri miżmuma ta' speċijiet elenkati f'qagħda agħar ta' saħħa, għal perijodu adegwat ta' żmien, qabel id-data tal-moviment maħsub lejn Stat Membru ieħor, biex b'hekk titnaqqas kemm jista' jkun il-possibbiltà ta' tixrid ta' mard, b'kont meħud tal-materji li ġejjin:

(i) il-perijodu ta' inkubazzjoni u r-rotot ta' trasmissjoni ta' mard elenkat u mard emerġenti inkwistjoni;

(ii) it-tip ta' stabbiliment ikkonċernat;

(iii) l-ispeċi u l-kategorija tal-annimali terrestri miżmuma li jiġu trasferiti;

(iv) fatturi epidemjoloġiċi oħra;

(d) jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti previsti fit-Taqsimiet 3 sa 8 (Artikoli 130 sa 154).

2.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-annimali terrestri miżmuma li jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor jiġu kkonsenjati direttament fil-post tad-destinazzjoni tagħhom f'dak l-Istat Membru ieħor sakemm ma jkunx hemm il-ħtieġa li jieqfu f'post tal-mistrieħ għal raġunijiet marbutin mat-trattament xieraq tal-annimali.

Artikolu 127

Obbligi tal-operaturi fil-post tad-destinazzjoni

1.  L-operaturi ta' stabbilimenti u biċċeriji li jirċievu annimali terrestri miżmuma minn Stat Membru ieħor għandhom:

(a) jivverifikaw li:

(i) il-mezzi jew il-metodi ta' identifikazzjoni previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 112, fil-punt (a) tal-Artikolu 113(1), fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 114(1), fil-punt (a) tal-Artikolu 115 u fil-punt (a) tal-Artikolu 117 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 118 u 120 ikunu fis-seħħ;

(ii) id-dokumenti ta' identifikazzjoni previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 112, fil-punt (b) tal-Artikolu 113(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 114(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 117 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 118 u 120 ikunu fis-seħħ u jimtlew b'mod korrett;

(b) jivverifikaw jekk iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimal previsti fl-Artikolu 143 u fi kwalunkwe regola adottata skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 144(1) jew id-dokumenti ta' awtodikjarazzjoni previsti fl-Artikolu 151 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 151(3) u (4) ikunux fis-seħħ;

(c) jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni, wara li jivverifikaw l-annimali terrestri miżmuma li jkunu rċevew, bi kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta':

(i) l-annimali terrestri miżmuma li jkunu rċevew;

(ii) il-mezzi jew il-metodi ta' identifikazzjoni msemmija fil-punt (a)(i);

(iii) id-dokumenti msemmija fil-punti (a)(ii) u (b).

2.  F'każ ta' kwalunkwe irregolarità kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-operatur għandu jiżola lill-annimali kkonċernati b'dik l-irregolarità sakemm l-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni tkun ħadet deċiżjoni b'rabta magħhom.

Artikolu 128

Projbizzjoni ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma għal skopijiet ta' eradikazzjoni tal-mard barra mit-territorju ta' Stat Membru

L-operaturi ma għandhomx iċaqalqu l-annimali terrestri miżmuma maħsubin biex jiġu maqtula għal skopijiet ta' eradikazzjoni tal-mard bħala parti mill-programm ta' eradikazzjoni, kif previst fl-Artikolu 31(1) jew (2), lejn Stat Membru ieħor, sakemm l-Istat Membru ta' destinazzjoni u, fejn ikun rilevanti, l-Istat Membru tal-passaġġ, jawtorizzaw il-moviment bil-quddiem.

Artikolu 129

Rekwiżiti ġenerali applikabbli għall-operaturi fir-rigward ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma li jgħaddu minn Stati Membri iżda li huma maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi jew territorji

L-operaturi għandhom jiżguraw li annimali terrestri miżmuma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz jew territorju u li jgħaddu mit-territorju ta' Stat Membru ieħor jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 124, 125, 126 u 128.



Taqsima 3

Rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta' movimenti ta' annimali ungulati u tjur lejn Stati Membri oħra

Artikolu 130

Movimenti ta' annimali ungulati u tjur miżmuma lejn Stati Membri oħra

L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali ungulati u t-tjur miżmuma minn stabbiliment f'wieħed mill-Istati Membri lejn Stat Membru ieħor jekk l-annimali inkwistjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1):

(a) ma juru l-ebda sintomu kliniku jew sinjal tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) fil-mument tat-moviment;

(b) kienu soġġetti għal perijodu ta' residenza xieraq għal dak il-mard elenkat, b'kont meħud tal-ispeċi u l-kategorija tal-annimali ungulati u t-tjur miżmuma li ser jiġu trasferiti;

(c) għal perijodu ta' żmien adatt għal dak il-mard elenkat u l-ispeċi u l-kategorija ta' annimali ungulati jew tjur li għandhom jiġu mċaqalqa, ma jkun ġie introdott l-ebda annimal ungulat jew tajra miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini, meta rekwiżit għal dak il-għan huwa stabbilit fir-regoli adottati f'konformità mal-Artikolu 131 jew l-Artikolu 135;

(d) huwa preżunt li dawn ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta' dak il-mard elenkat fil-post tad-destinazzjoni, abbażi ta':

(i) l-istat ta' saħħa rigward il-mard rilevanti għal speċijiet jew kategoriji ta' annimali ungulati u tjur miżmuma mċaqalqa, b'kont meħud tal-istat ta' saħħa fil-post tad-destinazzjoni;

(ii) ir-riżultati tal-analiżijiet fil-laboratorju jew analiżijiet oħra meħtieġa sabiex jingħataw garanziji rigward l-istat ta' saħħa meħtieġ għall-moviment inkwistjoni;

(iii) l-applikazzjoni ta' tilqim jew miżuri oħrajn ta' prevenzjoni ta' mard jew mitigazzjoni tar-riskju mmirati biex jillimitaw it-tixrid tal-marda rilevanti fil-postijiet ta' destinazzjoni jew passaġġ.

Artikolu 131

Delega tas-setgħat fir-rigward tal-movimenti ta' annimali ungulati u tjur miżmuma lejn Stati Membri oħra

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) il-perijodi ta' residenza kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 130;

(b) il-perijodu ta' żmien meħtieġ sabiex tiġi limitata l-introduzzjoni ta' annimali ungulati jew tjur miżmum fi stabbilimenti qabel il-moviment kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 130;

(c) rekwiżiti supplimentari biex jiġi żgurat li l-annimali ungulati u t-tjur miżmuma ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1)(d), kif previst fil-punt (d) tal-Artikolu 130;

(d) miżuri oħrajn meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji li jissupplimentaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 130.

2.  Meta tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati previsti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq il-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a) il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) li huwa rilevanti għall-ispeċi elenkata jew il-kategorija ta' annimali ungulati jew tjur miżmum li jkunu ser jiġi mċaqlaq;

(b) l-istat ta' saħħa fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) fl-istabbilimenti, il-kompartimenti, iż-żoni u l-Istati Membri ta' oriġini u ta' destinazzjoni;

(c) it-tip ta' stabbiliment ikkonċernat u t-tip ta' produzzjoni fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni;

(d) it-tip ta' moviment ikkonċernat;

(e) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali ungulati jew tjur miżmuma li jkunu ser jiġu mċaqalqa;

(f) l-età tal-annimali ungulati jew it-tjur miżmum li jkunu ser jiġu mċaqalqa;

(g) fatturi epidemjoloġiċi oħra.

Artikolu 132

Annimali ungulati u tjur miżmuma mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor u maħsuba għall-qatla

1.  L-operaturi ta' biċċeriji li jirċievu annimali ungulati u tjur miżmuma minn Stat Membru ieħor għandhom joqtlu lil dawk l-annimali mill-aktar fis possibbli wara l-wasla tagħhom u mhux aktar tard minn perijodu ta' żmien li għandu jiġi stabbilit f'atti delegati adottati skont il-paragrafu 2.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar il-mument tal-qatla previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.



Taqsima 4

Operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward ta' annimali ungulati u tjur miżmuma

Artikolu 133

Deroga fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ

1.  B'deroga mill-Artikolu 126(2), l-annimali ungulati u t-tjur miżmuma jistgħu jiġu soġġetti mill-operaturi għal mhux iktar minn tliet operazzjonijiet ta' assemblaġġ matul il-moviment mill-Istat Membru tal-oriġini għal Stat Membru ieħor.

2.  L-operazzjonijiet ta' assemblaġġ previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru biss fi stabbiliment approvat għal dak il-għan f'konformità mal-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 99(3) u (4).

Madankollu, l-Istat Membru tal-oriġini jista' jippermetti li sseħħ operazzjoni ta' assemblaġġ fit-territorju tiegħu fuq mezz ta' trasport, li jiġbor lill-annimali ungulati jew it-tjur miżmuma direttament mill-istabbilimenti tal-oriġini tagħhom, dment li dawk l-annimali ma jerġgħux jinħattu mill-ġdid matul dik l-operazzjoni u qabel ma jaslu:

(a) fl-istabbiliment jew il-post tad-destinazzjoni finali; jew

(b) għall-operazzjoni ta' assemblaġġ sussegwenti fi stabbiliment approvat għal dik il-fini f'konformità mal-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 99(4) u (5).

Artikolu 134

Rekwiżiti ta' prevenzjoni ta' mard fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ

L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta' assemblaġġ għandhom jiżguraw li:

(a) l-annimali ungulati u t-tjur miżmuma assemblati jkollhom l-istess stat ta' saħħa: fejn ma jkunux, l-istat ta' saħħa inferjuri japplika għall-annimali assemblati kollha ta' dan it-tip;

(b) l-annimali ungulati u t-tjur miżmuma jiġu assemblati u mċaqalqa għall-post tad-destinazzjoni finali tagħhom fi Stat Membru ieħor kemm jista' jkun malajr wara li jitilqu mill-istabbiliment tal-oriġini tagħhom, u mhux aktar tard minn perijodu ta' żmien li għandu jiġi stabbilit fl-atti delegati adottati skont il-punt (c) tal-Artikolu 135;

(c) jittieħdu l-miżuri ta' bijosigurtà meħtieġa biex jiġi żgurat li l-annimali ungulati u t-tjur miżmuma assemblati:

(i) ma jidħlux f'kuntatt ma' annimali ungulati jew tjur miżmuma li jkollhom stat ta' saħħa inferjuri;

(ii) ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) lil ungulati jew tjur tal-irziezet miżmuma fil-post fejn isseħħ l-operazzjoni ta' assemblaġġ;

(d) l-ungulati u t-tjur miżmuma jiġu identifikati fejn hekk meħtieġ minn dan ir-Regolament u jiġu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:

(i) id-dokumenti ta' identifikazzjoni u ta' moviment kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 112, fil-punt (b) tal-Artikolu 113(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 114(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 115 u fil-punt (b) tal-Artikolu 117 u fi kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 118 u 120, sakemm ma jkunux previsti derogi skont l-Artikoli 113(2) u 119;

(ii) iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 143 u l-punt (c) tal-Artikolu 144(1), sakemm ma jkunx previsti derogi fir-regoli adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 144(1);

(iii) id-dokument ta' awtodikjarazzjoni fkif previst fl-Artikolu 151.

Artikolu 135

Delega ta' setgħat rigward l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) regoli speċifiċi għal operazzjonijiet ta' assemblaġġ, fejn hemm fis-seħħ miżuri oħrajn li jnaqqsu r-riskji, minbarra dawk previsti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 134;

(b) kriterji skont liema l-Istati Membri tal-oriġini jistgħu jippermettu li jsiru operazzjonijiet ta' assemblaġġ fuq mezzi ta' trasport, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 133(2);

(c) il-perijodu ta' żmien bejn iż-żmien tat-tluq tal-ungulati jew it-tjur miżmuma mill-istabbiliment tal-oriġini tagħhom u t-tluq tagħhom mill-operazzjoni ta' assemblaġġ lejn id-destinazzjoni finali tagħhom fi Stat Membru ieħor, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 134;

(d) regoli dettaljati fir-rigward tal-miżuri ta' bijosigurtà previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 134.



Taqsima 5

Movimenti lejn Stati Membri oħra ta' annimali terrestri miżmuma għajr l-annimali ungulati u t-tjur miżmuma

Artikolu 136

Movimenti lejn Stati Membri oħra ta' annimali terrestri miżmuma għajr l-annimali ungulati u t-tjur miżmuma u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali terrestri miżmuma għajr l-annimali ungulati jew it-tjur miżmuma minn stabbiliment f'wieħed mill-Istati Membri lejn Stat Membru ieħor jekk l-annimali inkwistjoni ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) fil-post ta' destinazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar regoli dettaljati biex jiġi żgurat li annimali terrestri miżmuma għajr l-annimali ungulati jew it-tjur miżmuma ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1), kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Meta tistabbilixxi r-regoli dettaljati li għandhom jiġu stipulati fl-atti delegati previsti fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq il-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a) il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) li huwa rilevanti għall-ispeċi elenkata jew il-kategorija ta' annimali terrestri miżmuma li jkunu ser jiġu mċaqalqa;

(b) l-istat ta' saħħa fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) fl-istabbilimenti, il-kompartimenti, iż-żoni u l-Istati Membri ta' oriġini u l-post tad-destinazzjoni;

(c) it-tipi ta' stabbilimenti u t-tipi ta' produzzjoni fil-post tal-oriġini u l-post tad-destinazzjoni;

(d) it-tipi ta' moviment fir-rigward tal-użu finali tal-annimali fil-post tad-destinazzjoni;

(e) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali terrestri miżmuma li ser jiġu mċaqalqa;

(f) l-età tal-annimali terrestri miżmuma li ser jiġu mċaqalqa;

(g) fatturi epidemjoloġiċi oħra.



Taqsima 6

Deroga minn, u supplimentazzjoni, tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji għal movimenti tal-annimali terrestri miżmuma

Artikolu 137

Annimali terrestri miżmuma maħsuba għal stabbilimenti konfinati u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali terrestri miżmuma lejn stabbiliment konfinat jekk l-annimali inkwistjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) joriġinaw minn stabbiliment konfinat ieħor;

(b) ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) għal speċijiet elenkati jew kategoriji ta' annimali fl-istabbiliment konfinat tad-destinazzjoni, ħlief fejn il-moviment inkwistjoni jkun awtorizzat għal għanijiet xjentifiċi.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) regoli dettaljati għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma fi stabbilimenti konfinati minbarra dawk previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) regoli speċifiċi għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma fi stabbilimenti konfinati fejn il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji li jkunu fis-seħħ jiggarantixxu li dawn il-movimenti ma joħolqux riskju sinifikanti għas-saħħa tal-annimali terrestri miżmuma f'dak l-istabbiliment konfinat u l-istabbilimenti tal-madwar.

Artikolu 138

Movimenti ta' annimali terrestri miżmuma għal għanijiet xjentifiċi u atti delegati

1.  L-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista', soġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini, tawtorizza movimenti ta' annimali terrestri miżmuma lejn it-territorju tal-Istat Membru ta' destinazzjoni, għal għanijiet xjentifiċi, fejn dawk il-movimenti ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet 1 sa 5 (Artikoli 124 sa 136), bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 124 u 125, il-punt (b)(ii) tal-Artikolu 126(1) u l-Artikolu 127.

2.  L-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni għandha biss tagħti d-derogi kif previst fil-paragrafu 1 bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta' destinazzjoni u oriġini:

(i) ikunu qablu dwar il-kondizzjonijiet għal dawn il-movimenti;

(ii) jiżguraw li l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju meħtieġa jkunu fis-seħħ sabiex dawk il-movimenti ma jipperikolawx l-istat ta' saħħa fil-postijiet mat-triq u fil-post tad-destinazzjoni fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1); u

(iii) ikunu nnotifikaw, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-passaġġ bid-deroga mogħtija u bil-kondizzjonijiet skont liema tkun ingħatat; u

(b) dawk il-movimenti ta' dawk l-annimali jsiru taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet tal-oriġini u tad-destinazzjoni, u fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membriital-passaġġ.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar regoli għall-għoti ta' derogi mill-awtoritajiet kompetenti, li jissupplimentaw dawk previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 139

Derogi li jikkonċernaw l-użu rikreattiv, l-avvenimenti sportivi u kulturali, il-ħidma qrib il-fruntieri u r-ragħa

1.  L-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista' tagħti derogi mir-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 sa 5 (Artikoli 126 sa 136), bl-eċċezzjoni tal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 126(1) u l-Artikoli 127 u 128, għal movimenti fl-Unjoni stess ta' annimali terrestri miżmuma bejn l-Istati Membri fejn dawn il-movimenti huma għal:

(a) użu rikreattiv qrib il-fruntieri;

(b) wirjiet, u avvenimenti sportivi, kulturali u oħrajn simili, organizzati qrib il-fruntieri;

(c) ragħa ta' annimali terrestri miżmuma f'mergħat maqsuma bejn l-Istati Membri; jew

(d) xogħol magħmul minn annimali terrestri miżmuma qrib il-fruntieri tal-Istati Membri.

2.  Id-derogi mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma għall-finijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu miftiehma bejn l-Istati Membri tal-oriġini u tad-destinazzjoni u għandhom jittieħdu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju xierqa biex jiġi żgurat li tali movimenti ma jagħtux lok għal riskju sinifikanti.

3.  L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-għoti tad-derogi kif previst fil-paragrafu 1.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar regoli għall-għoti ta' derogi mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, li jissupplimentaw dawk previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 140

Delega ta' setgħa dwar ċirki, wirjiet, avvenimenti sportivi u użu rikreattiv, ġonna żooloġiċi, ħwienet tal-annimali domestiċi, santwarji tal-annimali u bejjiegħa bl-ingrossa

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) rekwiżiti speċifiċi li jissupplimentaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 2 sa 5 (Artikoli 126 sa 136) għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma għall-iskopijiet li ġejjin:

(i) ċirki, żuwijiet, ħwienet tal-annimali domestiċi, santwarji tal-annimali u bejjiegħa bl-ingrossa;

(ii) wirjiet u avvenimenti sportivi, kulturali u oħrajn simili;

(b) id-derogi mit-Taqsimiet 2 sa 5 (Artikoli 126 sa 136) bl-eċċezzjoni tal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 126(1) u l-Artikoli 127 u 128, għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma kif imsemmi fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 141

Setgħa ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' regoli temporanji għal movimenti ta' speċijiet jew kategoriji speċifiċi ta' annimali terrestri miżmuma

1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli temporanji, b'żieda jew b'mod alternattiv għal dawk stipulati f'dan il-Kapitolu, għal movimenti ta' speċijiet jew kategoriji speċifiċi ta' annimali terrestri miżmuma fejn:

(a) ir-rekwiżiti dwar il-moviment previsti fl-Artikolu 130, l-Artikolu 132(1), l-Artikoli 133 u 134, l-Artikoli 136(1), 137(1) u 138(1) u (2) u l-Artikolu 139 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 131(1) u 132(2), l-Artikolu 135, l-Artikoli 136(2), 137(2), 138(3) u 139(4) u l-Artikolu 140 ma jkunux jimmitigaw b'mod effettiv ir-riskji li jirriżultaw mill-moviment ta' dawn l-annimali; jew

(b) marda elenkata kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) tidher li qed tinxtered minkejja r-rekwiżiti dwar il-moviment stabbiliti f'konformità mat-Taqsimiet minn 1 sa 6 (Artikoli 124 sa 142).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

2.  Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati li huma relatati ma' mard li jirrappreżenta riskju ta' impatt sinifikanti ħafna u filwaqt li jittieħed kont tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 142, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 266(3).

Artikolu 142

Kwistjonijiet li għandhom jitqiesu fl-adozzjoni ta' atti delegati u atti ta' implimentazzjoni kif previst f'din it-Taqsima

Meta jiġu stabbiliti r-regoli li għandhom jiġu stipulati fl-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikoli 137(2), 138(3) u 139(4) u l-Artikoli 140 u 141, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) ir-riskji involuti mal-movimenti imsemmija f'dawk id-dispożizzjonijiet;

(b) l-istat ta' saħħa fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) fil-postijiet tal-oriġini, tal-passaġġ u tad-destinazzjoni;

(c) l-ispeċijiet tal-annimali elenkati għall-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(d) il-miżuri ta' bijosigurtà fis-seħħ fil-postijiet tal-oriġini, tal-passaġġ u tad-destinazzjoni;

(e) kwalunkwe kondizzjoni speċifika fi stabbilimenti li fihom jinżammu annimali terrestri miżmuma;

(f) ix-xejriet tal-movimenti speċifiċi tat-tip ta' stabbiliment u l-ispeċi u l-kategorija tal-annimali terrestri miżmuma konċernati;

(g) fatturi epidemjoloġiċi oħra.



Taqsima 7

Ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

Artikolu 143

Obbligu tal-operaturi li jiżguraw li l-annimali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali

1.  L-operaturi għandhom iċaqalqu l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma li ġejjin lejn Stat Membru ieħor biss jekk l-annimali inkwistjoni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikolu 149(1):

(a) ungulati;

(b) tjur;

(c) annimali terrestri miżmuma minbarra l-ungulati u t-tjur, maħsuba għal stabbiliment konfinat;

(d) annimali terrestri miżmuma minbarra dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, meta meħtieġa f'konformità mal-atti delegati adottati skont il-punt (c) tal-Artikolu 144(1).

2.  F'każijiet fejn l-annimali terrestri miżmuma jitħallew jitilqu minn żona ristretta kif previst fil-punt (f)(ii) tal-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56 u l-Artikolu 64(1) u huma soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tal-mard kif previsti fl-Artikoli 55(1), 65(1), 74(1), l-Artikolu 79 jew l-Artikolu 80 jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikolu 67, l-Artikoli 71(3) u 74(4), l-Artikolu 83(3) jew l-Artikolu 259; u l-annimali inkwistjoni jkunu ta' speċijiet soġġetti għal dawk il-miżuri ta' kontroll tal-mard, l-operaturi m'għandhomx iċaqalqu lil tali annimali terrestri miżmuma fi ħdan Stat Membru jew minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor ħlief meta l-annimali li għandhom jiġu mċaqalqa jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikolu 149(1).

L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma jkunx meħtieġ li jinħareġ tali ċertifikat għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma fi ħdan l-Istat Membru inkwistjoni meta dik l-awtorità tqis li sistema alternattiva li tiżgura li l-konsenja ta' tali annimali hija traċċabbli tkun fis-seħħ, u li dawk l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal tali moviment.

3.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jakkumpanja lill-annimali terrestri miżmuma mill-post tal-oriġini tagħhom sal-post tad-destinazzjoni finali tagħhom, dment li ma jkunux previsti miżuri speċifiċi fir-regoli adottati skont l-Artikolu 147.

Artikolu 144

Delega tas-setgħat dwar l-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li l-annimali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) derogi mir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali msemmija fl-Artikolu 143(1), għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma, li ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta' xi marda minħabba:

(i) l-ispeċijiet jew il-kategoriji tal-annimali terrestri miżmuma li jkunu qed jiġu mċaqalqa u l-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) li huma speċijiet elenkati għalih;

(ii) il-metodi taż-żamma u t-tip ta' produzzjoni ta' dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma;

(iii) l-użu maħsub tal-annimali terrestri miżmuma; jew

(iv) il-post tad-destinazzjoni tal-annimali terrestri miżmuma; inklużi dawk il-każijiet fejn il-post ta' destinazzjoni tagħhom huwa fl-istess Stat Membru bħall-post tal-oriġini tagħhom iżda jgħaddu minn Stat Membru ieħor sabiex jaslu għall-post tad-destinazzjoni tagħhom;

(b) regoli speċjali għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 143(1) fejn jittieħdu miżuri speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju li jikkonċernaw is-sorveljanza jew il-bijosigurtà, filwaqt li jitqiesu l-kwistjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li jiżguraw:

(i) it-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma li qed jiġu mċaqalqa;

(ii) li l-annimali terrestri miżmuma li qed jiġu mċaqalqa jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti previsti fit-Taqsimiet 1 sa 6 (Artikoli 124 sa 142);

(c) ir-rekwiżit għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għal movimenti ta' speċijiet u kategoriji ta' annimali terrestri miżmuma minbarra dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 143(1) f'każijiet fejn iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali hija imperattiva sabiex jiġi żgurat li l-moviment inkwistjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti previsti fit-Taqsimiet 1 sa 6 (Artikoli 124 sa 142).

2.  Meta jiġu stabbiliti r-regoli speċjali previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) il-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-bijosigurtà stabbilita mill-operaturi kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) u kwalunkwe regola adottat skont l-Artikolu 10(6);

(b) l-abbiltà tal-awtorità kompetenti, sal-punt li jista' jkun neċessarju u adatt, li tieħu miżuri u li twettaq attivitajiet meħtieġa minn dan ir-Regolament kif previst fl-Artikolu 13(1);

(c) il-livell ta' għarfien dwar is-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 11 u l-inkoraġġiment ta' dan previst fl-Artikolu 13(2);

(d) it-twettiq taż-żjarat tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikolu 25 jew kontrolli ta' sorveljanza jew uffiċjali oħrajn rilevanti li jkunu fis-seħħ;

(e) it-twettiq mill-awtorità kompetenti tal-obbligi tagħha taħt is-sistema ta' notifika u rappurtar tal-Unjoni kif previst fl-Artikoli 19 sa 22 u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 20(3) u l-Artikolu 23;

(f) l-applikazzjoni ta' sorveljanza kif previst fl-Artikolu 26 u programmi ta' sorveljanza kif previst fl-Artikolu 28 u fi kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 29 u 30.

3.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-kwistjonijiet imsemmija fil-punt (a)(i) sa (iv) tal-paragrafu 1, meta tistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali previsti fil-punt (c) tal-paragrafu (1).

Artikolu 145

Kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

1.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 143 għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-istabbiliment jew il-post tal-oriġini, l-istabbiliment jew il-post ta' destinazzjoni u, fejn rilevanti, l-istabbilimenti għal operazzjonijiet ta' assemblaġġ jew ta' mistrieħ tal-annimali terrestri miżmuma kkonċernati;

(b) il-mezzi tat-trasport u tat-trasportatur;

(c) deskrizzjoni tal-annimali terrestri miżmuma;

(d) in-numru ta' annimali terrestri miżmuma;

(e) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali terrestri miżmuma, fejn meħtieġ mill-Artikoli 112, 113, 114, 115 u 117 u minn kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 118 u 120, sakemm ma jkunux previsti derogi f'konformità mal-Artikolu 119; u

(f) l-informazzjoni meħtieġa biex turi li l-annimali terrestri miżmuma jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' movimenti previsti fit-Taqsimiet 1 sa 6 (Artikoli 124 sa 142).

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jista' jinkludi informazzjoni oħra meħtieġa skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

Artikolu 146

Delega tas-setgħat u atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 145(1) għal speċijiet u kategoriji differenti ta' annimali terrestri miżmuma u għal tipi speċifiċi ta' movimenti kif previst fir-regoli adottati skont l-Artikolu 147;

(b) informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikolu 145(1).

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar formoli mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 147

Delega tas-setgħat fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar miżuri speċifiċi li jidderogaw minn, jew jissupplimentaw, l-obbligu tal-operaturi li jiżguraw li l-annimali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 143 u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 144 għat-tipi ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma li ġejjin:

(a) movimenti ta' ungulati u tjur miżmuma li jgħaddu mill-operazzjonijiet ta' assemblaġġ previsti fl-Artikolu 133 qabel ma jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom;

(b) movimenti ta' annimali terrestri miżmuma li huma meħtieġa li jirritornaw lura għall-post ta' oriġini tagħhom jew jiġu mċaqalqa lejn destinazzjoni differenti, għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

(i) it-traġitt maħsub tagħhom ġie interrott għal għarrieda għal raġunijiet ta' trattament xieraq tal-annimali;

(ii) aċċidenti jew avvenimenti mhux previsti matul it-traġitt;

(iii) huma ġew irrifjutati fil-post tad-destinazzjoni fi Stat Membru jew fil-fruntiera esterna tal-Unjoni;

(iv) huma ġew irrifjutati f'post ta' assemblaġġ jew ta' mistrieħ;

(v) huma ġew irrifjutati f'pajjiż terz jew territorju;

(c) movimenti ta' annimali terrestri miżmuma maħsuba għal wirjiet, u avvenimenti sportivi, kulturali u oħrajn simili, u r-ritorn sussegwenti tagħhom għall-post tal-oriġini tagħhom.

Artikolu 148

Obbligi tal-operaturi biex jikkooperaw mal-awtorità kompetenti għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

L-operaturi għandhom:

(a) jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi kkompletat ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikolu 143(1) u (2) u fi kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 146(1) jew l-Artikolu 147, qabel il-moviment maħsub;

(b) fejn meħtieġ, jiżguraw li l-annimali terrestri miżmuma inkwistjoni jkunu soġġetti għal kontrolli tad-dokumentazzjoni, tal-identità u dawk fiżiċi kif previst fl-Artikolu 149(3).

Artikolu 149

Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

1.  L-awtorità kompetenti għandha, fuq talba mill-operatur, toħroġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment ta' annimali terrestri miżmuma, fejn meħtieġ mill-Artikolu 143 jew minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 144(1), sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-moviment li ġejjin:

(a) dawk previsti fl-Artikolu 124, l-Artikolu 125(1), l-Artikoli 126, 128, 129, 130, 133 u 134, l-Artikoli 136(1) u 137(1), l-Artikolu 138 u l-Artikolu 139;

▼C1

(b) dawk previsti f'atti delegati adottati skont l-Artikoli 125(2) u 131(1), l-Artikolu 135, u l-Artikoli 136(2), 137(2), 138(3) u 139(4) u l-Artikolu 140;

▼B

(c) dawk previsti fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 141.

2.  Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għandhom:

(a) jiġu vverifikati, ittimbrati u ffirmati minn veterinarju uffiċjali;

(b) jibqgħu validi għall-perijodu ta' żmien, previst fir-regoli adottati skont il-punt (c) tal-paragrafu 4, li matulu l-annimali terrestri miżmuma koperti minnhom, ikomplu jissodisfaw il-garanziji tas-saħħa tal-annimali espressa fih.

3.  Qabel ma jiffirma ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika, permezz ta' kontrolli tad-dokumentazzjoni, tal-identità u dawk fiżiċi kif previst permezz tal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4, li l-annimali terrestri miżmuma koperti minnu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 li jistabbilixxi regoli rigward:

(a) it-tipi ta' kontrolli tad-dokumentazzjoni, tal-identità u dawk fiżiċi u eżaminazzjonijiet fir-rigward ta' speċijiet u kategoriji differenti ta' annimali terrestri miżmuma li għandhom jitwettqu mill-veterinarju uffiċjali f'konformità mal-paragrafu 3 sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu;

(b) il-perijodi ta' żmien għat-twettiq tat-tali kontrolli tad-dokumentazzjoni, tal-identità u dawk fiżiċi u eżaminazzjonijiet iu l-ħruġ ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali mill-veterinarju uffiċjali qabel il-moviment ta' konsenji ta' annimali terrestri miżmuma;

(c) it-tul tal-validità taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali.

Artikolu 150

Ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali

Iċ-ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali, prodotti, amministrati u trasmessi permezz ta' TRACES, jistgħu jissostitwixxi ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali akkumpanjanti kif previst fl-Artikolu 149(1) meta:

(a) it-tali ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali jkun fihom l-informazzjoni kollha li l-formola mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali hija meħtieġa li jkun fiha skont l-Artikolu 145 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 146;

(b) tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-annimali terrestri miżmuma inkwistjoni u r-rabta bejn dawk l-annimali u ċ-ċertifikat elettroniku tas-saħħa tal-annimali;

(c) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tal-passaġġ u tad-destinazzjoni jkunu jistgħu jkollhom aċċess għad-dokumenti elettroniċi f'kull ħin matul it-trasport.

Artikolu 151

Awtodikjarazzjoni mill-operaturi għal movimenti lejn Stati Membri oħra

1.  L-operaturi fil-post tal-oriġini għandhom joħorġu dokument ta' awtodikjarazzjoni għal movimenti ta' annimali terrestri miżmuma mill-post tal-oriġini tagħhom fi Stat Membru wieħed lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom fi Stat Membru ieħor, u għandhom jiżguraw li dan jakkumpanja dawn l-annimali, fejn mhumiex meħtieġa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 143(1) u (2).

2.  Id-dokument ta' awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja dwar l-annimali terrestri miżmuma inkwistjoni:

(a) il-post tal-oriġini tagħhom, il-post tad-destinazzjoni tagħhom u, meta rilevanti, kull post ta' assemblaġġ jew mistrieħ;

(b) il-mezzi tat-trasport u tat-trasportatur;

(c) deskrizzjoni tal-annimali terrestri miżmuma, l-ispeċijiet, il-kategorija u l-kwantità tagħhom;

(d) identifikazzjoni u reġistrazzjoni fejn meħtieġ skont l-Artikoli 112, 113, 114 u 115, il-punt (a) tal-Artikolu 117 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 118 u 120;

(e) l-informazzjoni meħtieġa biex turi li l-annimali terrestri miżmuma jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti previsti fit-Taqsimiet 1 sa 6 (Artikoli 124 sa 142).

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut tad-dokument ta' awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal speċijiet u kategoriji differenti ta' annimali;

(b) l-informazzjoni li għandu jkun hemm fid-dokument ta' awtodikjarazzjoni flimkien ma' dik prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar il-formoli mudell tad-dokumenti ta' awtodikjarazzjoni previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



Taqsima 8

Notifika ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma lejn Stati Membri oħra

Artikolu 152

Obbligu tal-operaturi dwar in-notifika ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma lejn Stati Membri oħra

L-operaturi minbarra t-trasportaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel il-movimenti maħsuba tal-annimali terrestri miżmuma minn dak l-Istat Membru lejn Stat Membru ieħor meta:

(a) l-annimali għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikoli 149 u 150 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 149(4);

(b) l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal annimali terrestri miżmuma meta jkunu qed jiġu mċaqalqa minn żona ristretta u huma soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tal-mard kif imsemmi fl-Artikolu 143(2);

(c) l-annimali jingħataw deroga mir-rekwiżit ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali previst fil-punt (a) tal-Artikolu 144(1) jew ikunu soġġetti għal regoli speċjali kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 144(1);

(d) hija meħtieġa notifika f'konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 154(1).

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex din tkun tista' tinnotifika l-movimenti tal-annimali terrestri miżmuma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 153(1).

Artikolu 153

Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tinnotifika movimenti lejn Stati Membri oħra

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar il-movimenti ta' annimali terrestri miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 152.

2.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq qabel il-moviment inkwistjoni u, kull meta possibbli, permezz ta' TRACES.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddenominaw reġjuni għall-ġestjoni ta' notifiki dwar il-movimenti kif previst fil-paragrafu 1.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista' tawtorizza lill-operatur ikkonċernat biex jinnotifika, parzjalment jew kompletament, il-movimenti tal-annimali terrestri miżmuma permezz ta' TRACES lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Artikolu 154

Delega tas-setgħa u l-atti ta' implimentazzjoni għan-notifika ta' movimenti mill-operaturi u l-awtorità kompetenti

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-rekwiżit ta' notifika bil-quddiem mill-operaturi, f'konformità mal-Artikolu 152, ta' movimenti bejn l-Istati Membri ta' annimali terrestri miżmuma ta' speċijiet jew kategoriji minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dak l-Artikolu, fejn it-traċċabbiltà ta' tali movimenti ta' dawk l-ispeċijiet jew kategoriji tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti stabbiliti fit-Taqsimiet 1 sa 6 (Artikoli 124 sa 142);

(b) l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu nnotifikati l-movimenti ta' annimali terrestri miżmuma kif previst fl-Artikoli 152 u 153;

(c) il-proċeduri ta' emerġenza għan-notifika ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma fil-każ ta' qtugħ ta' elettriku u disturbi oħra ta' TRACES;

(d) ir-rekwiżiti għad-denominazzjoni ta' reġjuni mill-Istati Membri għall-ġestjoni tan-notifiki ta' movimenti, kif previst fl-Artikolu 153(3).

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar:

(a) id-dettalji li jirrigwardaw in-notifiki ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma minn:

(i) l-operaturi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom skont l-Artikolu 152;

(ii) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini lill-Istat Membru tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 153;

(b) l-iskadenzi taż-żmien għal:

(i) l-għoti mill-operatur tal-informazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 152 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini;

(ii) in-notifika ta' movimenti ta' annimali terrestri miżmuma mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini kif imsemmi fl-Artikolu 153(1).

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 4

Movimenti ta' annimali terrestri selvaġġi

Artikolu 155

Annimali terrestri selvaġġi

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali selvaġġi minn abitat f'wieħed mill-Istati Membri għal abitat jew stabbiliment fi Stat Membru ieħor meta:

(a) il-movimenti tal-annimali selvaġġi inkwistjoni mill-abitat tagħhom jitwettqu b'tali mod li dawn ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) jew mard emerġenti mat-triq jew fil-post tad-destinazzjoni;

(b) l-annimali selvaġġi ma jiġux minn abitat f'żona ristretta li hija soġġetta għal restrizzjonijiet ta' moviment li jikkonċernaw l-ispeċi ta' annimal li jappartjenu għaliha minħabba l-okkorrenza ta' xi marda elenkata kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) jew ta' marda emerġenti, kif previst fl-Artikolu 70(2) u fi kwalunkwe regola adottata skont il-punt (b) tal-Artikolu 70(3), l-Artikolu 71(3) u l-Artikolu 83(3) jew il-miżuri ta' emerġenza previsti fl-Artikoli 257 u 258 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 259, sakemm ma jkunux ingħataw derogi skont dawk ir-regoli;

(c) l-annimali selvaġġi jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jew dokumenti oħra fejn iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali hija meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti previsti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u r-regoli adottati skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 156(1);

(d) il-moviment jiġu nnotifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, fejn ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali tkun meħtieġa mir-regoli adottati skont il-punt (c) tal-Artikolu 156(1); u

(e) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jkunu qablu dwar dan il-moviment.

2.  Meta ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali hija meħtieġa mir-regoli adottati skont il-punt (c) tal-Artikolu 156(1), ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 145 u 148, l-Artikolu 149(1), (2) u (3), u l-Artikolu 150, u fir-regoli adottati skont l-Artikoli 146 u 147 u l-Artikolu 149(4) għandhom japplikaw għall-movimenti ta' annimali terrestri selvaġġi.

3.  Meta tkun meħtieġa notifika ta' movimenti f'konformità mal-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 152 u 153 u fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 154(1) għandhom japplikaw għall-movimenti ta' annimali terrestri selvaġġi.

Artikolu 156

Għoti tas-setgħat li jikkonċernaw il-moviment ta' annimali terrestri selvaġġi

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal movimenti ta' annimali terrestri selvaġġi previsti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 155(1);

(b) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni ta' annimali terrestri selvaġġi meta jiġu mċaqalqa mill-ambjent naturali għal ġo stabbilimenti;

(c) it-tipi ta' movimenti ta' annimali terrestri selvaġġi li għalihom, jew għas-sitwazzjonijiet li jkunu fihom, ikun meħtieġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jew dokument ieħor li jakkumpanja dawn il-movimenti, u r-rekwiżiti dwar il-kontenut ta' tali ċertifikati jew dokumenti oħra;

(d) in-notifika mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni fil-każ ta' movimenti ta' annimali terrestri selvaġġi bejn l-Istati Membri, u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f'din in-notifika.

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli li jispeċifikaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 155 u fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta':

(a) il-formoli mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u dokumenti oħra li huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-movimenti ta' annimali terrestri selvaġġi, meta dawn ikunu previsti f'atti delegati adottati skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) id-dettalji tan-notifika li għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u l-iskadenzi għal dawn in-notifiki, meta jkunu previsti fir-regoli adottati skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 5

Movimenti fi ħdan l-Unjoni ta' prodotti ġerminali



Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 157

Rekwiżiti ġenerali għall-movimenti ta' prodotti ġerminali

1.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri preventivi xierqa sabiex jiġi żgurat li l-movimenti ta' dawn il-prodotti ġerminali ma jipperikolawx l-istat ta' saħħa tal-annimali terrestri miżmuma fil-post tad-destinazzjoni fir-rigward ta':

(a) il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(b) mard emerġenti.

2.  L-operaturi għandhom iċaqalqu l-prodotti ġerminali mill-istabbilimenti tagħhom, u jirċievu dawn il-prodotti ġerminali, jekk il-prodotti inkwistjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu ġejjin minn stabbilimenti li kienu:

(i) imniżżla fir-reġistru tal-istabbilimenti mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 93 u l-ebda deroga ma tkun ingħatat mill-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikolu 85;

(ii) approvati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 97(1), meta tali approvazzjoni tkun meħtieġa mill-Artikolu 94(1) jew l-Artikolu 95;

(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà tal-Artikolu 121(1) u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 122(1).

3.  L-operaturi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 125 għat-trasport ta' prodotti ġerminali ta' annimali terrestri miżmuma.

4.  L-operaturi ma għandhomx iċaqalqu l-prodotti ġerminali minn stabbiliment fi Stat Membru wieħed lejn stabbiliment fi Stat Membru ieħor sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni ma tkunx tat l-awtorizzazzjoni espressa tagħha għal dan il-moviment, fejn dawk il-prodotti ġerminali huma meħtieġa li jinqerdu għal skopijiet tal-eradikazzjoni tal-mard bħala parti mill-programm ta' eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 31(1) jew (2).

Artikolu 158

Obbligi tal-operaturi fil-post tad-destinazzjoni

1.  L-operaturi ta' stabbilimenti fil-post tad-destinazzjoni li jirċievu dawn il-prodotti ġerminali minn stabbiliment fi Stat Membru ieħor għandhom:

(a) jivverifikaw l-preżenza ta':

(i) marki skont l-Artikolu 121 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 122;

(ii) ċertifikati tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 161;

(b) wara li jivverifikaw il-prodotti ġerminali li jkunu rċevew, jinformaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe irregolarità tal-post tad-destinazzjoni fir-rigward ta':

(i) il-prodotti ġerminali li jkunu rċevew;

(ii) il-marki msemmija fil-punt (a)(i);

(iii) iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (a)(ii).

2.  Fil-każ ta' irregolarità kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-operatur ikkonċernat għandu jżomm il-prodotti ġerminali maħżuna separatament sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni fir-rigward tagħhom.



Taqsima 2

Movimenti lejn Stati Membri oħra ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur

Artikolu 159

Obbligi tal-operaturi fir-rigward ta' movimenti lejn Stati Membri oħra ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur

1.  L-operaturi għandhom jissoġġettaw għall-moviment ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur lejn Stat Membru ieħor biss jekk dawk il-prodotti ġerminali jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) jinġabru, jiġu prodotti, ipproċessati u maħżuna fi stabbilimenti ta' prodotti ġerminali approvati għal dak l-għan skont l-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 99;

(b) ikunu nġabru mill-annimali donaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali meħtieġa, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti ġerminali ma jxerrdux mard elenkat;

(c) ikunu nġabru, ġew prodotti, ipproċessati, maħżuna u trasportati b'tali mod li jiżgura li dawn ma jxerrdux mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1).

2.  L-operaturi ma għandhomx iċaqalqu l-prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur minn stabbiliment tal-prodotti ġerminali li huwa soġġett għal restrizzjonijiet ta' moviment li jaffettwaw l-ispeċijiet elenkati inkwistjoni f'konformità ma':

(a) il-punti (a), (c), (e) tal-Artikolu 55(1) u l-punt (f)(ii) tal-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56 u l-punt (a) tal-Artikolu 61(1), l-Artikolu 62(1), il-punt (c) tal-Artikolu 65(1), l-Artikolu 74(1), u l-Artikoli 79 u 80;

(b) ir-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67 u l-Artikoli 71(3), 74(4) u 83(2); u

(c) il-miżuri ta' emerġenza kif previst fl-Artikoli 257 u 258 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 259 sakemm ma jkunux ġew previsti derogi fir-regoli adottati skont l-Artikolu 258.

Ir-restrizzjonijiet previsti f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal każijiet fejn il-prodotti ġerminali jkunu nġabru qabel seħħet it-tifqigħa inkwistjoni u dawk il-prodotti kienu maħżuna separatament minn prodotti ġerminali oħra.

Artikolu 160

Delega tas-setgħat fir-rigward ta' movimenti lejn Stati Membri oħra ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal movimenti ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur lejn Stati Membri oħra kif previst fl-Artikolu 159, li jispeċifikaw:

(a) ir-regoli għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħażna tal-prodotti ġerminali ta' dawk l-annimali miżmuma fi stabbilimenti approvati kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 159(1);

(b) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 159(1) għal annimali donaturi miżmuma li minnhom ikunu nġabbru prodotti ġerminali, u rigward l-iżolament jew il-kwarantina għal dawk l-annimali;

(c) testijiet tal-laboratorju jew oħrajn li għandhom jitwettqu fuq il-prodotti ġerminali u l-annimali donaturi miżmuma;

(d) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħażna jew proċeduri oħra u t-trasport kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 159(1).

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal movimenti ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur lejn Stati Membri oħra kif previst fl-Artikolu 159, li jispeċifikaw: derogi għall-operaturi mir-regoli previsti fl-Artikolu 159, b'kont meħud tar-riskji marbutin ma' tali prodotti ġerminali u kwalunkwe miżura ta' mitigazzjoni tar-riskji li tkun fis-seħħ.



Taqsima 3

Ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u notifika ta' movimenti

Artikolu 161

Obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għal movimenti ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur lejn Stat Membru ieħor fejn tali prodotti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f'konformità mal-paragrafu 3;

2.  F'każijiet fejn il-prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma jitħallew jitilqu minn żona ristretta soġġetta għal:

(a) miżuri ta' kontroll tal-mard kif previst fil-punt (f)(ii) tal-Artikolu 55(1), l-Artikoli 56, 64 u 65, l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 79 u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikolu 67, l-Artikoli 71(3) u 74(4), l-Artikolu 83(2), jew

(b) miżuri ta' emerġenza kif previst fl-Artikoli 257 u 258 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 259,

u dawk il-prodotti ġerminali jkunu ta' speċijiet li huma soġġetti għal dawk il-miżuri ta' kontroll tal-mard jew ta' emerġenza, l-operaturi għandhom biss iċaqalqu tali prodotti ġerminali fi ħdan Stat Membru jew minn wieħed mill-Istati Membri għal Stat Membru ieħor meta huma jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikolu 149(1), sakemm ma jkunux ingħataw derogi mir-rekwiżit taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali skont ir-regoli msemmija f'dan is-subparagrafu.

L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ċertifikat bħal dan ma għandux għalfejn jinħareġ għall-movimenti ta' prodotti ġerminali fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat meta dik l-awtorità tqis li hemm fis-seħħ sistema alternattiva li tiżgura li l-konsenja ta' tali prodotti ġerminali tkun traċċabbli u li dawk il-prodotti ġerminali jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal tali moviment.

3.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-paragrafu 1 jakkumpanja l-prodotti ġerminali mill-post tal-oriġini tagħhom sal-post tad-destinazzjoni tagħhom.

4.  Jekk mitluba minn operatur, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-prodotti ġerminali msemmija fil-paragrafu 1, dment li jkunu ġew rispettati r-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu I tal-Parti IV.

5.  L-Artikoli 148, 149 u 150 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 146 u 147 u l-Artikolu 149(4), għandhom japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-prodotti ġerminali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 151(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 151(3) għandhom japplikaw għall-awtodikjarazzjoni ta' movimenti tal-prodotti ġerminali.

6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar derogi mir-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' movimenti ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur, li ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat minħabba:

(a) in-natura tal-prodotti ġerminali kkonċernati jew l-ispeċijiet ta' annimal li dawn il-prodotti jkunu ġejjin minnhom;

(b) il-metodi ta' produzzjoni u ta' proċessar fl-istabbiliment tal-prodott ġerminali;

(c) l-użu maħsub tal-prodotti ġerminali;

(d) miżuri alternattivi ta' mitigazzjoni tar-riskju fis-seħħ għat-tip u l-kategorija ta' dawn il-prodotti ġerminali u l-istabbiliment tal-prodotti ġerminali;

(e) il-post tad-destinazzjoni tal-prodotti ġerminali, meta l-post ta' destinazzjoni jkun fl-istess Stat Membru bħall-post tal-oriġini iżda l-prodotti ġerminali jgħaddu minn Stat Membru ieħor sabiex jaslu għall-post tad-destinazzjoni tagħhom.

Artikolu 162

Kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

1.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali previst fl-Artikolu 161 għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-istabbiliment tal-prodott ġerminali tal-oriġini u l-istabbiliment jew post tad-destinazzjoni;

(b) it-tip tal-prodotti ġerminali u l-ispeċijiet tal-annimali donaturi miżmuma;

(c) il-volum jew in-numru tal-prodotti ġerminali;

(d) l-immarkar tal-prodotti ġerminali, meta meħtieġ mill-Artikoli 121(1) u minn kwalunkwe regola addottata skont l-Artikolu 122(1);

(e) l-informazzjoni meħtieġa biex turi li l-prodotti ġerminali tal-konsenja jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-moviment għall-ispeċijiet rilevanti kif previst fl-Artikoli 157 u 159 u fi kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 160.

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal prodotti ġerminali kif previst fl-Artikolu 161 jista' jinkludi informazzjoni oħra meħtieġa skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għal tipi differenti ta' prodotti ġerminali u ta' speċijiet differenti ta' annimali.

5.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward il-formoli mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għal prodotti ġerminali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 163

Notifiki dwar movimenti ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur lejn Stati Membri oħra

1.  L-operaturi għandhom:

(a) jinformaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel il-moviment maħsub ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur lejn Stat Membru ieħor meta:

(i) ikun meħtieġ li l-prodotti ġerminali inkwistjoni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 161(1) jew (2);

(ii) tkun meħtieġa notifika tal-moviment f'konformità mal-atti delegati adottati skont il-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għal prodotti ġerminali, b'kont meħud tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

(b) jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tkun tista' tinnotifika l-moviment tal-prodotti ġerminali lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont il-paragrafu 2.

2.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika, qabel ma jsir il-moviment inkwistjoni u kull fejn possibbli permezz ta' TRACES, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar kwalunkwe moviment ta' prodotti ġerminali ta' annimali miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur f'konformità mar-regoli adottati skont il-paragrafi 5 u 6.

3.  Għall-ġestjoni tan-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-reġjuni identifikati f'konformità mal-Artikolu 153(3).

4.  L-Artikolu 153(4) għandu japplika għan-notifika ta' prodotti ġerminali mill-operaturi.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-rekwiżit ta' notifika bil-quddiem mill-operaturi dwar il-movimenti ta' prodotti ġerminali bejn l-Istati Membri f'konformità mal-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn it-traċċabbiltà ta' tali movimenti hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 (Artikoli 157 sa 160);

(b) l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu nnotifikati l-movimenti tal-prodotti ġerminali kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(c) il-proċeduri ta' emerġenza għan-notifika ta' movimenti ta' prodotti ġerminali fil-każ ta' qtugħ ta' elettriku u disturbi oħra ta' TRACES.

6.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar:

(a) l-għoti ta' informazzjoni rigward il-movimenti ta' prodotti ġerminali mill-operaturi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom skont il-paragrafu 1;

(b) in-notifika mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini lill-Istat Membru ta' destinazzjoni ta' movimenti ta' prodotti ġerminali skont il-paragrafu 2;

(c) l-iskadenzi taż-żmien għal:

(i) l-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mill-operatur lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini;

(ii) in-notifika mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini ta' movimenti ta' prodotti ġerminali kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



Taqsima 4

Movimenti lejn Stati Membri oħra ta' prodotti ġerminali ta' annimali terrestri miżmuma tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur

Artikolu 164

Prodotti ġerminali ta' annimali terrestri miżmuma minbarra dawk tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-prodotti ġerminali ta' annimali terrestri miżmuma ta' speċijiet oħra minbarra dawk tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur lejn Stat Membru ieħor jekk dawk il-prodotti ma joħolqux riskju sinifikanti tat-tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) għall-ispeċijiet elenkati fil-post tad-destinazzjoni, b'kont meħud tal-istat ta' saħħa fil-post tad-destinazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni u ta' notifika dwar is-saħħa tal-annimali f'każijiet ta' movimenti ta' prodotti ġerminali ta' annimali terrestri miżmuma ta' speċijiet oħra minbarra dawk tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina, porċina u ekwina u ta' prodotti ġerminali ta' tjur b'kont meħud tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) il-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) għall-ispeċijiet elenkati kkonċernati;

(b) l-ispeċijiet ta' annimali li minnhom ikunu nġabru prodotti ġerminali u t-tip ta' prodott ġerminali;

(c) l-istat ta' saħħa fil-postijiet tal-oriġini u tad-destinazzjoni;

(d) it-tip ta' ġbir, produzzjoni, proċessar u ħażna;

(e) fatturi epidemjoloġiċi oħra.

3.  Fejn iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u n-notifika tal-movimenti ta' prodotti ġerminali jkunu meħtieġa skont il-paragrafu 2:

(a) ir-regoli previsti fl-Artikoli 161(1) sa (5), 162 (1) u (2) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 161(6) u 162(3) sa (5) għandhom japplikaw għal tali ċertifikazzjoni;

(b) ir-regoli previsti fl-Artikolu 163(1), (2) u (4) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 163(5) għandhom japplikaw għan-notifika tal-movimenti.



Taqsima 5

Derogi

Artikolu 165

Prodotti ġerminali maħsuba għal għanijiet xjentifiċi u atti delegati

1.  L-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista', soġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini, tawtorizza movimenti ta' prodotti ġerminali lejn it-territorju tal-Istat Membru ta' destinazzjoni, għal għanijiet xjentifiċi, fejn dawk il-movimenti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikoli 159 sa 164.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu biss id-derogi previsti fil-paragrafu 1 bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta' destinazzjoni u oriġini:

(i) ikunu qablu dwar il-kondizzjonijiet għall-movimenti proposti;

(ii) jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji meħtieġa sabiex dawk il-movimenti ma jipperikolawx l-istat ta' saħħa mat-triq u fil-postijiet tad-destinazzjoni fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(iii) ikunu nnotifikaw, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-passaġġ bid-deroga mogħtija u tal-kondizzjonijiet skont liema tkun ingħatat;

(b) dawk il-movimenti jsiru taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet tal-oriġini u tad-destinazzjoni, u fejn ikun rilevanti, tal-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru tal-passaġġ.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 fir-rigward tar-regoli għall-għoti ta' derogi minn awtoritajiet kompetenti, li jissupplimentaw dawk previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.



KAPITOLU 6

Produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni fi ħdan l-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali

Artikolu 166

Obbligi ġenerali tas-saħħa tal-annimali għall-operaturi u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa biex jiżguraw li, matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali fl-Unjoni, dawn il-prodotti ma jwasslux għat-tixrid ta':

(a) mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) b'kont meħud tal-istat ta' saħħa tal-post tal-produzzjoni, tal-ipproċessar jew tad-destinazzjoni;

(b) mard emerġenti.

2.  L-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali mhumiex ġejjin minn stabbilimenti jew negozji tal-ikel, jew miksubin minn annimali li ġejjin minn stabbilimenti, li huma soġġetti għal:

(a) miżuri ta' emerġenza kif previst fl-Artikoli 257 u 258 jew kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 259 sakemm id-derogi mir-rekwiżit previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huma previsti fir-regoli adottati skont l-Artikolu 259;

(b) restrizzjonijiet tal-moviment applikabbli għal annimali terrestri miżmuma u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1), fil-punt (e) tal-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56, fil-punt (a) tal-Artikolu 61(1), l-Artikolu 62(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 65(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 70(1), fil-punt (a) tal-Artikolu 74(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 76(2), l-Artikolu 79, l-Artikolu 81 u l-Artikolu 82(2) u (3) u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67, l-Artikolu 70(3), l-Artikolu 71(3), l-Artikolu 74, l-Artikolu 76(5) u l-Artikolu 83(2), sakemm f'dawk ir-regoli ma jkunux ġew previsti derogi minn dawk ir-restrizzjonijiet tal-moviment.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar rekwiżiti dettaljati li jissupplimentaw lil dawk imsemmija:

(a) fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu dwar miżuri preventivi, inklużi miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji, u

(b) fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' restrizzjonijiet fuq movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali.

4.  Meta l-Kummissjoni tkun qiegħda tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3, hi għandha tibbaża dawk l-atti fuq:

(a) il-marda elenkata inkwistjoni, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) u l-ispeċijiet li tikkonċerna; u

(b) ir-riskji involuti.

Artikolu 167

L-obbligi tal-operaturi fir-rigward taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-annimali fi ħdan Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor meta l-prodotti inkwistjoni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini f'konformità mal-paragrafu 3:

(a) prodotti li joriġinaw mill-annimali li:

(i) huwa permess li jiġu mċaqalqa minn żona ristretta soġġetta għal miżuri ta' emerġenza kif previst fir-regoli adottati skont l-Artikolu 259;

(ii) joriġinaw minn annimali tal-ispeċijiet soġġetti għal dawk il-miżuri ta' emerġenza;

(b) prodotti li joriġinaw mill-annimali li:

(i) huwa permess li jiġu mċaqalqa minn żona ristretta soġġetta għal miżuri ta' kontroll tal-mard skont l-Artikolu 32(1), il-punt (f)(ii) tal-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56, il-punt (a) tal-Artikolu 61(1), l-Artikolu 62(1), l-Artikolu 64, il-punt (c) tal-Artikolu 65(1), il-punt (b) tal-Artikolu 70(1), il-punt (a) tal-Artikolu 74(1) u l-Artikoli 79 u 80 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67 u l-Artikoli 71(3), 74(4) u 83(2),

(ii) joriġinaw minn annimali tal-ispeċijiet soġġetti għal dawk il-miżuri ta' kontroll tal-mard.

L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma għandux għalfejn jinħareġ tali ċertifikat għal movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat meta dik l-awtorità tqis li hemm sistema alternattiva fis-seħħ li tiżgura li l-konsenji ta' tali prodotti huma traċċabbli u li dawk il-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal tali movimenti.

2.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-paragrafu 1 jakkumpanja l-prodotti li joriġinaw mill-annimali mill-post tal-oriġini tagħhom sal-post tad-destinazzjoni tagħhom.

3.  Fuq talba mill-operatur ikkonċernat, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha toħroġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali kif imsemmi fil-paragrafu 1, dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti rilevanti msemmija f'dan l-Artikolu.

4.  L-Artikoli 148, 149 u 150 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 146 u 147 u l-Artikolu 149(4) għandhom japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni għas-saħħa tal-annimali ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 rigward derogi mir-rekwiżiti ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-kondizzjonijiet għal tali derogi, fir-rigward ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta' mard minħabba:

(a) it-tipi ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(b) il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji applikati għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali, b'tali mod li jitnaqqsu r-riskji li l-mard jinxtered;

(c) l-użu maħsub tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(d) il-post tad-destinazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

Artikolu 168

Kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u atti delegati u ta' implimentazzjoni

1.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali previsti fl-Artikolu 167(1) għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-istabbiliment jew il-post tal-oriġini u l-istabbiliment jew il-post tad-destinazzjoni;

(b) deskrizzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(c) il-kwantità tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(d) l-identifikazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, meta mitluba mill-punt (h) tal-Artikolu 65(1) jew minn kwalunkwe regola adottata skont il-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 67;

(e) l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' restrizzjoni tal-moviment previsti fl-Artikolu 166(2) u fi kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 166(3).

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 jista' jinkludi informazzjoni oħra meħtieġa skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar formoli mudell ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 169

Notifika ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn Stati Membri oħra

1.  L-operaturi għandhom:

(a) jinformaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel il-movimenti ppjanati ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali meta jkun meħtieġ li l-konsenji inkwistjoni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 167(1);

(b) jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tkun tista' tinnotifika l-moviment inkwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont il-paragrafu 2.

2.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha, qabel ma jsir il-moviment u kull fejn possibbli permezz ta' TRACES, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali f'konformità mar-regoli adottati skont il-paragrafi 5 u 6.

3.  Għall-ġestjoni tan-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-reġjuni identifikati f'konformità mal-Artikolu 153(3).

4.  L-Artikolu 153(4) għandu japplika għan-notifika mill-operaturi ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) l-informazzjoni meħtieġa għan-notifika ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) il-proċeduri ta' emerġenza għan-notifika ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-każ ta' qtugħ ta' elettriku u disturbi oħra ta' TRACES.

6.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar:

(a) l-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom rigward il-movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali skont il-paragrafu 1;

(b) in-notifika ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini lill-Istat Membru tad-destinazzjoni skont il-paragrafu 2;

(c) l-iskadenzi taż-żmien għal:

(i) l-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mill-operatur ikkonċernat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini;

(ii) in-notifika ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 7

Kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali

Artikolu 170

Miżuri nazzjonali dwar kontroll tal-mard u movimenti ta' annimali u prodotti ġerminali

1.  L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jieħdu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta' mard elenkat imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 9(1) fir-rigward ta' movimenti ta' annimali terrestri u ta' prodotti ġerminali tagħhom fit-territorji tagħhom stess.

2.  Dawk il-miżuri nazzjonali:

(a) għandhom jieħdu kont tar-regoli dwar il-movimenti ta' annimali u prodotti ġerminali stabbiliti fil-Kapitoli 3 (Artikoli 124 sa 154), 4(Artikoli 155 u 156) u 5 (Artikoli 157 sa 165), u ma għandhomx ikunu inkonsistenti ma' dawk ir-regoli;

(b) ma għandhomx ifixklu l-moviment ta' annimali u prodotti bejn l-Istati Membri;

(c) ma għandhomx jeċċedu l-limiti ta' dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jiġu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid tal-mard elenkat imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 9(1).

Artikolu 171

Miżuri nazzjonali mfassla biex jiġi limitat l-impatt ta' mard ieħor minbarra l-mard elenkat

Fejn mard minbarra marda elenkata jikkostitwixxi riskju sinifikanti għas- saħħa ta' annimali terrestri miżmuma fi Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat jista' jieħu miżuri nazzjonali biex jikkontrolla dik il-marda u jista' jirrestrinġi l-movimenti ta' annimali terrestri miżmuma u prodott ġerminali, dment li dawk il-miżuri:

(a) ma jfixklux il-moviment ta' annimali u prodotti bejn l-Istati Membri;

(b) ma jeċċedux il-limiti ta' dak li huwa xieraq u meħtieġ għall-kontroll ta' dik il-marda.



TITOLU II

ANNIMALI AKKWATIĊI U PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI MINN ANNIMALI AKKWATIĊI



KAPITOLU 1

Reġistrazzjoni, approvazzjoni, żamma ta' rekords u reġistri



Taqsima 1

Reġistrazzjoni ta' stabbilimenti tal-akkwakultura

Artikolu 172

Obbligu tal-operaturi li jirreġistraw stabbilimenti tal-akkwakultura

1.  L-operaturi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura għandhom, sabiex l-istabbilimenti tagħhom jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 173, qabel ma dawn jibdew it-tali attivitajiet:

(a) jinformaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe stabbiliment tal-akkwakultura taħt ir-responsabbiltà tagħhom;

(b) jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li ġejja:

(i) l-isem u l-indirizz tal-operatur ikkonċernat;

(ii) il-post tal-istabbiliment u deskrizzjoni tal-faċilitajiet tiegħu;

(iii) l-ispeċijiet, il-kategoriji u l-kwantitajiet (numru, volum jew piż) ta' annimali tal-akkwakultura li huma biħsiebhom iżommufl-istabbiliment tal-akkwakultura u l-kapaċità tal-istabbiliment tal-akkwakultura;

(iv) it-tip ta' stabbiliment tal-akkwakultura; u

(v) kwalunkwe aspett ieħor tal-istabbiliment li huwa rilevanti sabiex jiġi determinat ir-riskju li jġib miegħu.

2.  L-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinformaw minn qabel lill-awtorità kompetenti bi:

(a) kwalunkwe bidla sinifikanti fl-istabbiliment tal-akkwakultura inkwistjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b) kwalunkwe waqfien tal-attività mill-operatur jew tal-istabbiliment tal-akkwakultura kkonċernat.

3.  L-istabbilimenti tal-akkwakultura li huma soġġetti għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 176(1) u l-Artikolu 177 ma għandhomx ikunu meħtieġa li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.  Operatur jista' japplika għal reġistrazzjoni kif previst fil-paragrafu 1 biex ikopri grupp ta' stabbilimenti tal-akkwakultura, sakemm dawn jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu jinsabu f'żona epidemjoloġikament konnessa u l-operaturi kollha f'dik iż-żona joperaw taħt sistema komuni ta' bijosigurtà;

(b) jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-istess operatur u joperaw taħt sistema komuni ta' bijosigurtà, u l-annimali tal-akkwakultura tal-istabbilimenti kkonċernati jkunu jagħmlu parti minn unità epidemjoloġika unika.

Meta applikazzjoni għal reġistrazzjoni tkopri grupp ta' stabbilimenti, ir-regoli li jinsabu fil-paragrafi minn 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu u fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 173, u r-regoli adottati skont l-Artikolu 175, li huma applikabbli għal stabbiliment tal-akkwakultura uniku, għandhom ikunu applikabbli għall-grupp sħiħ ta' stabbilimenti tal-akkwakultura.

Artikolu 173

Obbligi tal-awtorità kompetenti dwar ir-reġistrazzjoni ta' stabbilimenti tal-akkwakultura

Awtorità kompetenti għandha tirreġistra:

(a) l-istabbilimenti tal-akkwakultura fir-reġistru ta' stabbilimenti tal-akkwakultura previst fl-Artikolu 185(1), fejn l-operatur ikkonċernat ikun ipprovda l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 172(1);

(b) gruppi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura f'dak ir-reġistru, dment li jkun hemm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 172(4).

L-awtorità kompetenti għandha tassenja numru ta' reġistrazzjoni uniku lil kull stabbiliment jew grupp ta' stabbilimenti kif imsemmi f'dan l-Artikolu.

Artikolu 174

Derogi mill-obbligu tal-operaturi li jirreġistraw stabbilimenti tal-akkwakultura

B'deroga mill-Artikolu 172(1), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura li ma joħolqux riskju sinifikanti, kif previst f'att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-Artikolu 175.

Artikolu 175

Setgħat ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw derogi mill-obbligu li jiġu rreġistrati stabbilimenti tal-akkwakultura

1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi għall-fini tar-reġistrazzjoni ta' stabbilimenti tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 172(1), inklużi l-iskadenzi sa meta trid tingħata din l-informazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar it-tipi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura li jistgħu jiġu eżentati mill-Istati Membri mir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 174, abbażi ta':

(a) l-ispeċijiet, il-kategoriji u l-kwantità (numru, volum jew piż) ta' annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment tal-akkwakultura inkwistjoni u l-kapaċità ta' dak l-istabbiliment;

(b) il-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura lejn u lil hinn mill-istabbiliment tal-akkwakultura.

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



Taqsima 2

Approvazzjoni ta' ċerti tipi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura

Artikolu 176

Approvazzjoni ta' ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura u atti delegati

1.  L-operaturi tat-tipi li ġejjin ta' stabbilimenti tal-akkwakultura għandhom japplikaw lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 180(1):

(a) l-istabbilimenti tal-akkwakultura fejn jinżammu annimali tal-akkwakultura bil-għan li jiġu mċaqalqa minn hemmhekk sew jekk ħajjin jew bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura;

(b) stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn li jippreżentaw riskju sinifikanti minħabba:

(i) l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru ta' annimali tal-akkwakultura miżmuma hemmhekk;

(ii) it-tip ta' stabbiliment tal-akkwakultura kkonċernat;

(iii) il-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura lejn u lil hinn mill-istabbiliment tal-akkwakultura kkonċernat.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligu ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-operaturi tat-tipi li ġejjin ta' stabbilimenti:

(a) l-istabbilimenti tal-akkwakultura li jipproduċu kwantità żgħira ta' annimali tal-akkwakultura għal provvista għall-konsum mill-bniedem jew:

(i) għall-konsumatur finali direttament; jew

(ii) għall-istabbilimenti lokali ta' bejgħ bl-imnut li jfornu lill-konsumatur finali direttament;

(b) l-għadajjar u installazzjonijiet oħra fejn il-popolazzjoni ta' annimali akkwatiċi tinżamm biss għall-finijiet ta' sajd rikreattiv, permezz ta' ripopolazzjoni b'annimali tal-akkwakultura li jinżammu fi spazju ristrett u li ma jkunux jistgħu jaħarbu;

(c) l-istabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu annimali tal-akkwakultura għall-finijiet ta' tiżjin ġewwa faċilitajiet magħluqa.

dment li l-istabbiliment inkwistjoni ma joħloqx riskju sinifikanti.

3.  Sakemm ma tkunx ingħatat deroga taħt il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-operaturi m'għandhomx jibdew bl-attività fi stabbiliment tal-akkwakultura kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sakemm dak l-istabbiliment ikun ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 181(1), u għandhom itemmu din l-attività fl-istabbiliment tal-akkwakultura msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta:

(a) l-awtorità kompetenti tirtira jew tissospendi l-approvazzjoni tagħha skont l-Artikolu 184(2); jew

(b) f'każ ta' approvazzjoni kondizzjonali, mogħtija skont l-Artikolu 183(3), l-istabbiliment tal-akkwakultura kkonċernat jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti pendenti msemmija fl-Artikolu 183(4) u ma jiksibx l-approvazzjoni finali skont l-Artikolu 183(3).

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) derogi mir-rekwiżit li l-operaturi japplikaw għand l-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tat-tipi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, li jikkonċernaw tipi ta' stabbilimenti minbarra dawk speċifikati fil-punti (a)(i) u (ii) tal-paragrafu 2, fejn dawk l-istabbilimenti ma joħolqux riskju sinifikanti;

(b) it-tipi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura li għandhom jiġu approvati skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

5.  Meta tkun qed tadotta l-atti delegati kif previst fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk l-atti fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali tal-akkwakultura li jinżammu fi stabbiliment tal-akkwakultura;

(b) it-tip ta' stabbiliment tal-akkwakultura u t-tip ta' produzzjoni; u

(c) ix-xejriet tal-moviment tipiku tat-tip ta' stabbiliment tal-akkwakultura kkonċernat u tal-ispeċijiet jew il-kategoriji ta' annimali tal-akkwakultura kkonċernati.

6.  Operatur jista' japplika għal approvazzjoni ta' grupp ta' stabbilimenti tal-akkwakultura, sakemm ir-rekwiżiti previsti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 177 jiġu sodisfatti.

Artikolu 177

Approvazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' gruppi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura

L-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 181(1) li tkopri grupp ta' stabbilimenti tal-akkwakultura, dment li l-istabbilimenti tal-akkwakultura inkwistjoni jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) li jkunu jinstabu f'żona epidemjoloġikament konnessa u l-operaturi kollha f'dik iż-żona joperaw taħt sistema komuni ta' bijosigurtà; madankollu, kwalunkwe stabbiliment fuq l-art jew fuq il-baħar għall-akkoljenza, il-kondizzjonament, il-ħasil, it-tindif, il-klassifikazzjoni, it-tgeżwir u l-imballaġġ ta' molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem (l-hekk imsejħa “ċentri ta' dispaċċ”), stabbiliment b'tankijiet li huma fornuti minn ilma baħar nadif li fih il-molluski bivalvi ħajjin jitqiegħdu għall-perijodu meħtieġ biex titnaqqas il-kontaminazzjoni sabiex ikunu tajbin għall-konsum mill-bniedem (l-hekk imsejħa “ċentri ta' purifikazzjoni”) u stabbilimenti simili li jinsabu ġewwa żona epidemjoloġikament konnessa bħal din għandhom jiġu approvati individwalment;

(b) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-istess operatur, u

(i) joperaw taħt sistema komuni ta' bijosigurtà; u

(ii) l-annimali tal-akkwakultura tal-istabbilimenti kkonċernati jiffurmaw parti mill-istess unità epidemjoloġika.

Meta tingħata approvazzjoni waħda għal grupp ta' stabbilimenti tal-akkwakultura, ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 178 u l-Artikoli 180 sa 184 u r-regoli adottati skont l-Artikoli 180(2) u 181(2), li huma applikabbli għal stabbiliment tal-akkwakultura wieħed għandhom ikunu applikabbli għall-grupp sħiħ ta' stabbilimenti tal-akkwakultura.

Artikolu 178

Approvazzjoni ta' status ta' stabbilimenti tal-akkwakultura konfinati

L-operaturi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura, li jixtiequ jiksbu l-istatus ta' stabbiliment konfinat għandhom:

(a) japplikaw għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni skont l-Artikolu 180(1);

(b) iċaqalqu l-annimali tal-akkwakultura lejn l-istabbiliment tagħhom jew lil hinn minnu f'konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 203(1) u kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 203(2) biss wara li l-istabbiliment tagħhom ikun kiseb l-approvazzjoni ta' dak l-istatus mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 181 jew l-Artikolu 183.

Artikolu 179

Approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku

L-operaturi tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku għandhom:

(a) jiżguraw li tkun inkisbet l-approvazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); u

(b) japplikaw lill-awtorità kompetenti, f'konformità mal-Artikolu 180(1), għal approvazzjoni għall-qtil jew l-ipproċessar tal-annimali akkwatiċi għal skopijiet ta' kontroll tal-mard, skont il-punt (b) tal-Artikolu 61(1), l-Artikolu 62 u l-Artikoli 68(1), 79 u 80 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 63 u l-Artikoli 70(3) u 71(3).

Artikolu 180

Obbligu tal-operaturi li jipprovdu informazzjoni bil-għan li jiksbu l-approvazzjoni

1.  L-operaturi għandhom, għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħhom għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom kif previst fl-Artikolu 176(1), fl-Artikolu 177, fil-punt (a) tal-Artikolu 178 u fl-Artikolu 179, jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem u l-indirizz tal-operatur kkonċernat;

(b) il-post tal-istabbiliment ikkonċernat u deskrizzjoni tal-faċilitajiet tiegħu;

(c) l-ispeċijiet, il-kategoriji, u l-kwantitajiet (numru, volum jew piż) ta' annimali tal-akkwakultura li jinżammu fl-istabbiliment u li jkunu rilevanti għall-approvazzjoni;

(d) it-tip ta' stabbiliment tal-akkwakultura;

(e) f'każijiet ta' approvazzjoni ta' grupp ta' stabbilimenti tal-akkwakultura, dettalji li juru li l-grupp inkwistjoni jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 177;

(f) aspetti oħra tal-mod ta' operazzjoni tal-istabbiliment tal-akkwakultura inkwistjoni, li huma rilevanti għad-determinazzjoni tar-riskju li jġib miegħu;

(g) il-provvista u l-iskariku tal-ilma mill-istabbiliment;

(h) il-miżuri ta' bijosigurtà tal-istabbiliment.

2.  L-operaturi tal-istabbilimenti kif msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti minn qabel bi:

(a) kwalunkwe bidla sinifikanti fl-istabbilimenti li tikkonċerna l-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) kwalunkwe waqfien tal-attività mill-operatur jew l-istabbiliment ikkonċernat.

3.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi fl-applikazzjoni tagħhom għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom, skont il-paragrafu 1, inklużi l-iskadenzi ta' żmien li fihom għandha tingħata din l-informazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 181

Għoti ta' approvazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni u atti delegati

1.  L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss approvazzjonijiet għal stabbilimenti tal-akkwakultura kif imsemmi fl-Artikolu 176(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 178, għal gruppi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura kif imsemmi fl-Artikolu 177 u għal stabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku kif imsemmi fl-Artikolu 179 meta tali stabbilimenti:

(a) jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin, fejn xieraq, fir-rigward ta':

(i) kwarantina, iżolament u miżuri oħrajn ta' bijosigurtà b'kont meħud tar-rekwiżiti previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1) u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 10(6);

(ii) ir-rekwiżiti ta' sorveljanza kif previst fl-Artikolu 24, fejn rilevanti għat-tip ta' stabbiliment ikkonċernat u r-riskji involuti, fl-Artikolu 25;

(iii) iż-żamma ta' reġistri kif previst fl-Artikoli 186 sa 188 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 189 u 190;

(b) ikollhom faċilitajiet u tagħmir li huma:

(i) adegwati biex jitnaqqas ir-riskju tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' mard għal livell aċċettabbli, b'kont meħud tat-tip ta' stabbiliment ikkonċernat;

(ii) ta' kapaċità adegwata għall-ispeċijiet, il-kategoriji u l-kwantità (numru, volum jew piż) tal-annimali akkwatiċi kkonċernati;

(c) ma joħolqux riskju inaċċettabbli fir-rigward tat-tixrid ta' mard, b'kont meħud tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji fis-seħħ;

(d) ikollhom fis-seħħ sistema li tippermetti lill-operatur ikkonċernat li juri lill-awtorità kompetenti li r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) ikunu qed jiġu ssodisfati.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) kwarantina, iżolament u miżuri ta' bijosigurtà oħra kif imsemmi fil-punt (a)(i) tal-paragrafu 1;

(b) is-sorveljanza kif imsemmi fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1;

(c) il-faċilitajiet u t-tagħmir kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu stabbiliti f'atti delegati li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 2, hi għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) ir-riskji ppreżentati minn kull tip ta' stabbiliment;

(b) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali akkwatiċi jew tal-akkwakultura, rilevanti għall-approvazzjoni;

(c) it-tip ta' produzzjoni kkonċernat;

(d) ix-xejriet tal-moviment tipiku tat-tip ta' stabbiliment tal-akkwakultura u l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali miżmuma f'dawk l-istabbilimenti.

Artikolu 182

Kamp ta' applikazzjoni tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti

Fl-approvazzjoni ta' stabbiliment tal-akkwakultura jew ta' stabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku mogħtija skont l-Artikolu 181(1) wara applikazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 176, l-Artikolu 177, il-punt (a) tal-Artikolu 178, jew l-Artikolu 179 l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika b'mod espliċitu:

(a) għal liema tipi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 176(1), u fil-punt (a) tal-Artikolu 178, ta' gruppi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 177 u ta' stabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku msemmija fl-Artikolu 179, u kwalunkwe regola adottata skont il-punt (b) tal-Artikolu 176(4), tapplika l-approvazzjoni;

(b) għal liema speċijiet u kategoriji ta' annimali tal-akkwakultura tapplika l-approvazzjoni.

Artikolu 183

Proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni mill-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri li l-operaturi għandhom isegwu fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħhom skont l-Artikolu 176(1) u l-Artikoli 178 u 179.

2.  Malli tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni minn operatur skont l-Artikolu 176(1), l-Artikolu 178 jew l-Artikolu 179, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel żjara fuq il-post.

3.  Dment li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 181, l-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni.

4.  Fejn stabbiliment ma jissodisfax ir-rekwiżiti kollha għall-approvazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 181, l-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni kondizzjonali ta' stabbiliment jekk jidher, abbażi tal-applikazzjoni mill-operatur ikkonċernat u ż-żjara sussegwenti fuq il-post tal-istabbiliment previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti ewlenin kollha li jipprovdu biżżejjed garanziji li l-istabbiliment ma joħloqx riskju sinifikanti.

5.  Fejn tkun ingħatat approvazzjoni kondizzjonali mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, din għandha tagħti approvazzjoni sħiħa biss jekk jidher minn żjara oħra fuq il-post tal-istabbiliment, imwettqa fi żmien tliet xhur mid-data tal-għoti tal-approvazzjoni kondizzjonali jew minn dokumentazzjoni provduta mill-operatur fi żmien tliet xhur minn dik id-data, li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti kollha għal approvazzjoni previsti fl-Artikolu 181(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 181(2).

Fejn iż-żjara fuq il-post jew id-dokumentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu juru li jkun sar progress ċar iżda li l-istabbiliment għadu ma jissodisfax dawk ir-rekwiżiti kollha, l-awtorità kompetenti tista' ttawwal l-approvazzjoni kondizzjonali. Madankollu, l-approvazzjoni kondizzjonali m'għandhiex tingħata għal perijodu totali ta' aktar minn sitt xhur.

Artikolu 184

Reviżjoni, sospensjoni u rtirar ta' approvazzjonijiet mill-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-approvazzjonijiet ta' stabbilimenti mogħtija skont l-Artikolu 181(1) taħt rieżami, skont intervalli adegwati bbażati fuq ir-riskju involut.

2.  Fejn awtorità kompetenti tidentifika nuqqasijiet serji fi stabbiliment fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 181(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 181(2), u l-operatur ta' dak l-istabbiliment ma jistax jipprovdi garanziji adegwati li dawk in-nuqqasijiet ser jiġu eliminati, l-awtorità kompetenti għandha tibda proċeduri sabiex tirtira l-approvazzjoni tal-istabbiliment.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' biss tissospendi, aktar milli tirtira, l-approvazzjoni ta' stabbiliment fejn l-operatur jista' jiggarantixxi li dawk in-nuqqasijiet ser jiġu eliminati f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

3.  L-approvazzjoni għandha tingħata biss wara l-irtirar jew tingħata lura wara s-sospensjoni skont il-paragrafu 2 meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-istabbiliment jikkonforma kompletament mar-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament li huma xierqa għal dak it-tip ta' stabbiliment.



Taqsima 3

Reġistru ta' stabbilimenti tal-akkwakultura u stabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku

Artikolu 185

Reġistru ta' stabbilimenti tal-akkwakultura u stabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku

1.  Kull awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru ta':

(a) l-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 173;

(b) l-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha approvati skont l-Artikolu 181(1);

(c) l-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku kollha approvati skont l-Artikolu 181(1).

2.  Ir-reġistru ta' stabbilimenti tal-akkwakultura previst fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem u l-indirizz tal-operatur u n-numru ta' reġistrazzjoni, tal-istabbiliment inkwistjoni;

(b) il-post tal-istabbiliment tal-akkwakultura jew, skont il-każ, tal-grupp ta' stabbilimenti tal-akkwakultura kkonċernati;

(c) it-tip ta' produzzjoni fl-istabbiliment;

(d) il-provvista lejn, u l-iskariku tal-ilma, mill-istabbiliment, fejn rilevanti;

(e) l-ispeċijiet tal-annimali tal-akkwakultura miżmuma fl-istabbiliment;

(f) informazzjoni aġġornata dwar l-istat ta' saħħa tal-istabbiliment tal-akkwakultura rreġistrat, jew skont il-każ, tal-grupp ta' stabbilimenti, fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1).

3.  Fil-każ ta' stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 181(1), l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku b'mezzi elettroniċi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, soġġett għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

4.  Fejn dan ikun xieraq u rilevanti, awtorità kompetenti tista' tikkombina r-reġistrazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma' reġistrazzjoni għal skopijiet oħra.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) l-informazzjoni dettaljata rilevanti li għandha tkun inkluża fir-reġistru ta' stabbilimenti tal-akkwakultura previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) id-disponibbiltà pubblika ta' dak ir-reġistru.



Taqsima 4

Żamma ta' reġistri u traċċabbiltà

Artikolu 186

Obbligi ta' żamma ta' reġistri mill-operaturi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura

1.  L-operaturi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura soġġetti għar-rekwiżit ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 173, jew l-approvazzjoni skont l-Artikolu 181(1), għandhom iżommu u jmantnu reġistri li fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-ispeċijiet, il-kategoriji u l-kwantitajiet (numru, volum jew piż) tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment tagħhom;

(b) il-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali miksuba minn dawk l-annimali lejn u lil hinn mill-istabbilimenti tagħhom, waqt li jiddikjaraw kif xieraq:

(i) il-post tal-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom;

(ii) id-data ta' dawn il-movimenti;

(c) iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali f'għamla kartaċja jew elettronika li jeħtieġ li jakkumpanjaw il-movimenti ta' annimali tal-akkwakultura li jaslu fl-istabbilimenti tal-akkwakultura f'konformità mal-Artikolu 208 u r-regoli adottati skont il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 211(1) u l-Artikolu 213(2);

(d) il-mortalità f'kull unità epidemjoloġika u problemi oħrajn ta' mard fl-istabbiliment tal-akkwakultura kif rilevanti għat-tip ta' produzzjoni;

(e) il-miżuri ta' bijosigurtà, is-sorveljanza, it-trattamenti, ir-riżultati tat-testijiet u informazzjoni rilevanti oħra kif xieraq għal:

(i) l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment;

(ii) it-tip ta' produzzjoni fl-istabbiliment tal-akkwakultura;

(iii) it-tip u d-daqs tal-istabbiliment;

(f) ir-riżultati ta' kwalunkwe żjara marbuta mas-saħħa tal-annimali meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 25(1).

Ir-reġistri għandhom jinżammu u jiġu mantnuti f'għamla kartaċja jew elettronika.

2.  Stabbilimenti tal-akkwakultura li jippreżentaw riskju baxx ta' tixrid ta' mard elenkat jew emerġenti jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru kkonċernat mir-rekwiżit li jżommu reġistri bl-informazzjoni kollha jew parti minnha elenkata fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1, dment li tkun żgurata t-traċċabbiltà.

3.  L-operaturi tal-istabbilimenti tal-akkwakultura għandhom iżommu r-reġistri previsti fil-paragrafu 1 fl-istabbiliment tal-akkwakultura tagħhom ikkonċernat u għandhom:

(a) iżommuhom b'tali mod li t-traċċar tal-post tal-oriġini u tad-destinazzjoni tal-annimali akkwatiċi jista' jiġi garantit;

(b) jagħmluhom disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din titlobhom;

(c) iżommuhom għal perijodu minimu li għandu jkun iffissat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax ikun ta' inqas minn tliet snin.

B'deroga mir-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu li r-reġistri għandhom jinżammu fl-istabbiliment tagħhom ikkonċernat, meta ma jkunx fiżikament possibbli li r-reġistri jinżammu f'dak l-istabbiliment, dawn għandhom jinżammu fl-uffiċċju li minnu jiġi amministrat in-negozju.

Artikolu 187

Obbligi ta' żamma ta' reġistri tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku

1.  L-operaturi tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku soġġetti għal approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 179 għandhom iżommu u jmantnu reġistri dwar:

(a) il-movimenti kollha lejn u mill-istabbilimenti tagħhom tal-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali miksuba minn dawn l-annimali;

(b) l-iskariku tal-ilma u miżuri rilevanti ta' bijosigurtà.

2.  L-operaturi tal-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku għandhom:

(a) iżommu r-reġistri previsti fil-paragrafu 1 fl-istabbiliment tagħhom u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din titlobhom;

(b) iżommu dawk ir-reġistri għal perijodu minimu li għandu jiġi ffissat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax ikun ta' inqas minn tliet snin.

Ir-reġistri għandhom jinżammu u jiġu mantnuti f'għamla kartaċja jew elettronika.

Artikolu 188

Obbligi taż-żamma ta' reġistri tat-trasportaturi

1.  It-trasportaturi ta' annimali akkwatiċi maħsuba għal stabbilimenti tal-akkwakultura jew biex jiġu rilaxxati fl-ambjent naturali għandhom iżommu u jmantnu reġistri fir-rigward ta':

(a) l-ispeċijiet, il-kategoriji u l-kwantitajiet (numri, volum jew piż) tal-annimali akkwatiċi trasportati minnhom;

(b) ir-rati tal-mortalità tal-annimali tal-akkwakultura u l-annimali akkwatiċi selvaġġi inkwistjoni waqt it-trasport, sal-punt li jkun prattikabbli għat-tip ta' trasport u l-ispeċi tal-annimali tal-akkwakultura u l-annimali akkwatiċi selvaġġi li jiġu trasportati;

(c) l-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-istabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku li jkun żar il-mezz ta' trasport;

(d) kwalunkwe skambju tal-ilma li jkun seħħ matul it-trasport, bi speċifikazzjoni tas-sorsi tal-ilma ġdid u s-siti tal-ħruġ tal-ilma;

(e) it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-mezzi ta' trasport.

Ir-reġistri għandhom jinżammu u jiġu mantnuti f'għamla kartaċja jew elettronika.

2.  Trasportaturi li jippreżentaw riskju baxx ta' tixrid ta' mard elenkat jew emerġenti jistgħu jiġu eżentati mill-Istat Membru kkonċernat mir-rekwiżit li jżommu reġistri bl-informazzjoni kollha jew parti minnha elenkata fil-paragrafu 1, dment li tkun żgurata t-traċċabbiltà.

3.  It-trasportaturi għandhom iżommu r-reġistri previsti fil-paragrafu 1:

(a) b'tali mod li dawn jistgħu jsiru disponibbli minnufih għall-awtorità kompetenti fuq it-talba tagħha;

(b) għal perijodu minimu li għandu jkun iffissat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax ikun ta' inqas minn tliet snin.

Artikolu 189

Delega ta' setgħat rigward iż-żamma tar-reġistri

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-regoli li jissupplimentaw ir-rekwiżiti taż-żamma tar-reġistri previsti fl-Artikoli 186, 187 u 188, fir-rigward ta' informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata mill-operaturi flimkien ma' dak previst fl-Artikoli 186(1), 187(1) u 188(1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-kwistjonijiet li ġejjin meta tadotta l-atti delegati previsti fil-paragrafu 1:

(a) ir-riskji preżentati minn kull tip ta' stabbiliment jew trasport;

(b) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali akkwatiċi miżmumafl-istabbiliment tal-akkwakultura kkonċernat, jew trasportati lejn jew minn dak l-istabbiliment;

(c) it-tip ta' produzzjoni fl-istabbiliment;

(d) ix-xejriet tal-moviment tipiku għat-tip ta' stabbiliment tal-akkwakultura jew stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku;

(e) in-numri, il-volum jew il-piż tal-annimali akkwatiċi miżmuma fl-istabbiliment jew trasportati lejh jew minnu.

Artikolu 190

Setgħat ta' implimentazzjoni rigward eżenzjonijiet mir-rekwiżiti għaż-żamma ta' reġistri

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward it-tipi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura u l-operaturi li jistgħu jiġu eżentati minn Stati Membri mir-rekwiżiti taż-żamma ta' reġistri previsti fl-Artikoli 186 u 188, fir-rigward ta':

(a) l-operaturi ta' ċerti kategoriji ta' stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi;

(b) stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu numru żgħir ta' annimali tal-akkwakultura jew trasportaturi li jittrasportaw numru żgħir ta' annimali akkwatiċi;

(c) ċerti speċijiet u kategoriji ta' annimali akkwatiċi.

Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk l-atti fuq il-kriterji previsti fl-Artikolu 189(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 2

Movimenti fi ħdan l-Unjoni ta' annimali akkwatiċi



Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għal movimenti

Artikolu 191

Rekwiżiti ġenerali għal movimenti ta' annimali akkwatiċi

1.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-moviment ta' annimali akkwatiċi ma jipperikolax l-istat ta' saħħa fil-post tad-destinazzjoni fir-rigward ta':

(a) il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(b) mard emerġenti.

2.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali akkwatiċi lejn stabbiliment tal-akkwakultura jew għall-finijiet tal-konsum mill-bniedem, jew jeħilsuhom fl-ambjent naturali, jekk l-annimali inkwistjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu ġejjin, ħlief fil-każ ta' annimali akkwatiċi selvaġġi, minn stabbilimenti li kienu:

(i) ġew irreġistrati mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 173,

(ii) approvati minn dik l-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 181 u 182, meta dan ikun meħtieġ mill-Artikolu 176(1), l-Artikolu 177 jew l-Artikolu 178, jew

(iii) ingħataw deroga mir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni stipulat fl-Artikolu 173.

(b) mhumiex soġġetti għal:

(i) restrizzjonijiet fuq il-moviment li jaffettwaw l-ispeċijiet jew il-kategoriji kkonċernati skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 55(1), fl-Artikolu 56, fl-Artikolu 61(1), fl-Artikoli 62, 64 u 65, fil-punt (b) tal-Artikolu 70(1), fl-Artikolu 74(1), fl-Artikolu 79 u fl-Artikolu 81 u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67 u l-Artikoli 70(3), 71(3), 74(4) u 83(2); jew

(ii) il-miżuri ta' emerġenza stabbiliti fl-Artikoli 257 u 258 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 259.

Madankollu, l-operaturi jistgħu jċaqalqu dawk l-annimali akkwatiċi f'każijiet fejn derogi mir-restrizzjonijiet fuq il-moviment għal tali movimenti jew rilaxx huma previsti fit-Titolu II tal-Parti III (Artikoli 53-83) jew f'każijiet fejn derogi mill-miżuri ta' emerġenza huma previsti fir-regoli adottati skont l-Artikolu 259.

3.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-annimali akkwatiċi, wara li jitilqu mill-post tal-oriġini tagħhom, jiġu kkunsinjati direttament lejn il-post tad-destinazzjoni finali.

Artikolu 192

Miżuri għall-prevenzjoni tal-mard marbuta mat-trasport

1.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri adatti u meħtieġa għall-prevenzjoni tal-mard biex jiġi żgurat li:

(a) l-istat ta' saħħa tal-annimali akkwatiċi ma jiġix ipperikolat matul it-trasport;

(b) l-operazzjonijiet tat-trasport ta' annimali akkwatiċi ma jikkaġunawx il-potenzjal ta' tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) fost il-bniedem jew l-annimali mat-triq, u fil-postijiet tad-destinazzjoni;

(c) isir tindif u diżinfezzjoni ta' tagħmir u mezzi ta' trasport u jittieħdu miżuri ta' bijosigurtà oħra adegwati, kif jixraq għar-riskji involuti fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkonċernat;

(d) kwalunkwe skambju tal-ilma u skariku tal-ilma waqt it-trasport tal-annimali akkwatiċi maħsuba għall-akkwakultura jew rilaxx fl-ambjent naturali jitwettaq f'postijiet u b'kondizzjonijiet li ma jipperikolawx l-istat ta' saħħa fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) ta':

(i) l-annimali akkwatiċi li qed jiġu trasportati;

(ii) kwalunkwe annimal akkwatiku mat-triq lejn il-post tad-destinazzjoni;

(iii) l-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-tindif u d-diżinfezzjoni ta' tagħmir u mezzi ta' trasport f'konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-użu ta' prodotti bijoċidali għal skopijiet bħal dawn;

(b) miżuri oħra xierqa ta' bijosigurtà matul it-trasport kif previst fil-punt (c ) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(c) skambji tal-ilma u skariku tal-ilma waqt it-trasport kif previst fil-punt (d ) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 193

Bidla fl-użu maħsub

1.  L-annimali akkwatiċi li jiġu mċaqalqa biex jinqerdu jew jitbiċċru f'konformità mal-miżuri li ġejjin ma għandhom jintużaw għall-ebda skop ieħor:

(a) kwalunkwe miżura ta' kontroll tal-mard prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1) u fl-Artikolu 55(1), fl-Artikoli 56, 61, 62, 64, 65 u 70, fl-Artikolu 74(1) u (2) u fl-Artikoli 79, 80, 81 u 82 u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67, l-Artikoli 70(3), 71(3) u 74(4), u l-Artikolu 83(2);

(b) miżuri ta' emerġenza kif previst fl-Artikoli 257 u 258 u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 259.

2.  L-annimali akkwatiċi li jiġu mċaqalqa għall-konsum mill-bniedem, l-akkwakultura, ir-rilaxx fl-ambjent naturali jew kwalunkwe għan ieħor, ma għandhomx jintużaw għal skopijiet oħra ħlief dak maħsub.

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista' tawtorizza bidla fl-użu tal-annimali akkwatiċi għal skop li mhux dak oriġinarjament maħsub, sakemm l-użu l-ġdid ma joħloqx riskju għall-istat ta' saħħa tal-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni li jkun ogħla minn tal-użu maħsub oriġinarjament.

Artikolu 194

Obbligi tal-operaturi fil-post tad-destinazzjoni

1.  L-operaturi ta' stabbilimenti tal-akkwakultura u stabbilimenti għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku li jirċievu annimali akkwatiċi u l-operaturi li jirċievu annimali akkwatiċi għar-rilaxx fl-ambjent naturali tagħhom għandhom, qabel ma l-annimali akkwatiċi jinħattu:

(a) jivverifikaw li, fejn meħtieġ,ikun preżenti wieħed minn dawn id-dokumenti li ġejjin:

(i) iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 208(1), l-Artikolu 209 u l-Artikolu 223(1) u fir-regoli adottati skont l-Artikoli 189, 211 u 213;

(ii) id-dokumenti ta' awtodikjarazzjoni previsti fl-Artikolu 218(1) u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 218(3) u (4);

(b) jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, wara li jivverifikaw l-annimali akkwatiċi li jkunu rċevew, bi kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta':

(i) l-annimali akkwatiċi li jkunu rċevew;

(ii) id-dokumenti msemmija fil-punt (a)(i) u (ii).

2.  F'każ ta' kwalunkwe irregolarità kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-operatur għandu jiżola l-annimali akkwatiċi kkonċernati b'dik l-irregolarità sakemm l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tkun ħadet deċiżjoni fir-rigward tagħhom.

Artikolu 195

Rekwiżiti ġenerali fir-rigward ta' movimenti ta' annimali tal-akkwakultura li jgħaddu minn Stati Membri iżda li huma maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi jew territorji

L-operaturi għandhom jiżguraw li l-annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz jew territorju u li jgħaddu mit-territorju ta' Stat Membru ieħor jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 191, 192 u 193.



Taqsima 2

Annimali akkwatiċi maħsuba għal stabbilimenti tal-akkwakultura jew għar-rilaxx fl-ambjent naturali

Artikolu 196

Mortalità mhux normali jew sintomi serji oħra ta' mard

1.  L-operaturi għandhom iċaqalqu l-annimali akkwatiċi minn stabbiliment tal-akkwakultura jew mill-ambjent naturali lejn stabbiliment tal-akkwakultura ieħor, jew għar-rilaxx fl-ambjent naturali biss, jekk l-annimali inkwistjoni:

(a) ma juru l-ebda sintomu ta' mard; u

(b) joriġinaw minn stabbiliment tal-akkwakultura jew ambjent fejn ma hemm l-ebda mortalità anormali b'kawża indeterminata.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista', abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskji involuti, tawtorizza l-moviment jew ir-rilaxx tal-annimali akkwatiċi kif imsemmi f'dak il-paragrafu, dment li l-annimali inkwistjoni joriġinaw minn parti tal-istabbiliment tal-akkwakultura jew tal-ambjent naturali li hija indipendenti mis-sezzjoni epidemjoloġika fejn ikunu seħħew il-mortalitajiet anormali jew is-sintomi ta' mard oħrajn.

Jekk il-moviment jew ir-rilaxx imsemmi f'dan il-paragrafu għandu jsir lejn Stat Membru ieħor, dan għandu jkun awtorizzat biss mill-awtorità kompetenti jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni u, fejn rilevanti, tal-Istati Membri tal-passaġġ ikunu taw il-kunsens tagħhom għal tali moviment jew rilaxx.

Artikolu 197

Movimenti ta' annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-Istati Membri, żoni jew kompartimenti li ġew iddikjarati ħielsa mill-mard jew li huma soġġetti għal programm ta' eradikazzjoni, u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali tal-akkwakultura ta' speċijiet elenkati rilevanti għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) għal stabbiliment tal-akkwakultura, jew għal rilaxx fl-ambjent naturali, fi Stat Membru, żona jew kompartiment li ġie ddikjarat ħieles minn dak il-mard elenkat skont l-Artikolu 36(4) jew 37(4), jekk l-annimali inkwistjoni joriġinaw minn Stat Membru, jew żona jew kompartiment tiegħu li ġie ddikjarat ħieles minn dak il-mard.

2.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali tal-akkwakultura ta' speċijiet elenkati rilevanti għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) għal stabbiliment tal-akkwakultura, jew għal rilaxx fl-ambjent naturali fi Stat Membru, żona jew kompartiment, soġġett għal programm ta' eradikazzjoni għal waħda jew aktar mill-mard elenkat kif previst fl-Artikolu 31(1) jew (2), jekk l-annimali inkwistjoni joriġinaw minn Stat Membru, jew żona jew kompartiment tiegħu, li ġie ddikjarat ħieles minn dak il-mard elenkat.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar derogi mir-rekwiżiti dwar il-moviment jew ir-rilaxx stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu li ma joħloqx riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) minħabba:

(a) l-ispeċijiet, il-kategoriji, u l-istadju tal-ħajja tal-annimali tal-akkwakultura kkonċernati;

(b) it-tip ta' stabbiliment tal-oriġini u tad-destinazzjoni;

(c) l-użu maħsub għall-annimali tal-akkwakultura;

(d) il-post tad-destinazzjoni għall-annimali tal-akkwakultura;

(e) it-trattamenti, il-metodi ta' proċessar u miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju speċjali oħrajn applikati fil-post tal-oriġini jew tad-destinazzjoni.

Artikolu 198

Derogi minn Stati Membri dwar l-obbligu tal-operaturi għall-moviment ta' annimali tal-akkwakultura bejn Stati Membri, żoni jew kompartimenti li huma soġġetti għal programm ta' eradikazzjoni

B'deroga mill-Artikolu 197(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi biex iċaqalqu l-annimali tal-akkwakultura lejn żona jew kompartiment li għalih ikun ġie stabbilit programm ta' eradikazzjoni skont l-Artikolu 31(1) u (2) fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), minn żona jew kompartiment ieħor li għalih programm bħal dan ikun ukoll ġie stabbilit għall-istess mard elenkat, dment li tali moviment ma jipperikolax l-istat ta' saħħa tal-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment tad-destinazzjoni.

Jekk tali movimenti kellhom isiru lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizzahom biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni u, fejn ikun rilevanti, tal-Istati Membri tal-passaġġ, ikunu taw il-kunsens tagħhom għalihom.

Artikolu 199

Miżuri tal-Istati Membri dwar ir-rilaxx ta' annimali akkwatiċi fl-ambjent naturali

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-annimali akkwatiċi jistgħu jiġu rilaxxati fl-ambjent naturali biss jekk dawn joriġinaw minn Stat Membru, jew żona jew kompartiment tiegħu, li ġie ddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikolu 36(1) jew l-Artikolu 37(1) fir-rigward ta' waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) li għalihom l-ispeċi tal-annimali akkwatiċi li ser jiġi mċaqlaq huwa speċi elenkata, irrispettivament mill-istat ta' saħħa taż-żona fejn dawk l-annimali akkwatiċi ser jiġu rilaxxati.

Artikolu 200

Movimenti ta' annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba għall-Istati Membri, jew iż-żoni jew il-kompartimenti tiegħu li ġew iddikjarati ħielsa mill-mard jew li huma soġġetti għal programm ta' eradikazzjoni, u atti delegati

1.  L-Artikoli 196, 197 u 198 għandhom japplikaw għal movimenti ta' annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba għal xi stabbiliment tal-akkwakultura jew għar-rilaxx fl-ambjent naturali.

2.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri ta' prevenzjoni kontra l-mard xierqa u meħtieġa meta jċaqalqu l-annimali akkwatiċi selvaġġi bejn l-abitati biex jiġi żgurat li:

(a) tali movimenti ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) lill-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni; u

(b) ikunu fis-seħħ miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju jew miżuri ta' bijosigurtà oħra adegwati fejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-punt (a).

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-mard u dawk għall-mitigazzjoni tar-riskji li għandhom jittieħdu mill-operaturi kif previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Sakemm issir l-adozzjoni ta'tali atti delegati, l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista' tiddeċiedi dwar dawn il-miżuri.



Taqsima 3

Annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Artikolu 201

Movimenti ta' annimali tal-akkwakultura ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-Istati Membri, jew fiż-żoni jew fil-kompartimenti tiegħu, li ġew iddikjarati ħielsa mill-mard jew li huma soġġetti għal programm ta' eradikazzjoni, u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali tal-akkwakultura ħajjin ta' speċijiet elenkati rilevanti għall-mard elenkat kif imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) maħsuba għall-konsum mill-bniedem lejn Stat Membru, jew lejn żona jew kompartiment tiegħu, li jkun ġie ddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikolu 36(4) jew l-Artikolu 37(4) jew li għalih ikun ġie stabbilit programm ta' eradikazzjoni skont l-Artikolu 31(1) jew (2) fir-rigward ta' waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), jekk l-annimali inkwistjoni joriġinaw minn Stat Membru, jew żona jew kompartiment tiegħu, li ġie ddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikolu 36(4) jew l-Artikolu 37(4).

2.  B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi biex jintroduċu annimali tal-akkwakultura ħajjin f'żona jew kompartiment li għalih ikun ġie stabbilit programm ta' eradikazzjoni skont l-Artikolu 31(1) jew (2) fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), minn żona oħra jew kompartiment ieħor li għalihom programm bħal dan ikun ġie wkoll stabbilit fir-rigward tal-istess mard fi ħdan dak l-Istat Membru, dment li t-tali moviment mhux ser jipperikola l-istat ta' saħħa tal-Istat Membrujew taż-żona jew tal-kompartiment tiegħu.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar id-derogi previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' movimenti ta' annimali tal-akkwakultura ħajjin li ma joħolqu l-ebda riskju sinifikanti ta' tixrid ta' mard minħabba:

(a) l-ispeċijiet, il-kategoriji, u l-istadju tal-ħajja tal-annimali tal-akkwakultura kkonċernati;

(b) il-metodi taż-żamma tal-annimali tal-akkwakultura u t-tip ta' produzzjoni tal-istabbilimenti tal-akkwakultura tal-oriġini u tad-destinazzjoni;

(c) l-użu maħsub għall-annimali tal-akkwakultura;

(d) il-post tad-destinazzjoni għall-annimali tal-akkwakultura;

(e) it-trattamenti, il-metodi ta' proċessar u miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju speċjali oħrajn applikati fil-post tal-oriġini jew fil-post tad-destinazzjoni.

Artikolu 202

Movimenti ta' annimali akkwatiċi selvaġġi ħajjin maħsuba għall-Istati Membri, jew iż-żoni jew il-kompartimenti tiegħu, li ġew iddikjarati ħielsa mill-mard jew li huma soġġetti għal programm ta' eradikazzjoni, u atti delegati

1.  L-Artikolu 201(1) u (2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 201(3) għandhom japplikaw għal movimenti ta' annimali akkwatiċi selvaġġi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li huma maħsuba għal Stati Membri, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li ġew iddikjarati ħielsa mill-mard skont l-Artikoli 36(4) jew 37(4) jew li huma soġġetti għal programm ta' eradikazzjoni skont l-Artikolu 31(1) jew (2), fejn il-miżuri adottati bis-saħħa tiegħu huma neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-annimali inkwistjoni ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) għall-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni.

2.  Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal annimali akkwatiċi ħajjin li mhumiex koperti mid-definizzjoni ta' annimali tal-akkwakultura li tinsab fl-Artikolu 4(7).

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti dwar il-moviment għal annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jissupplimentaw il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.



Taqsima 4

Derogi mit-Taqsimiet 1 sa 3 (Artikoli 191 sa 202) u miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni tar-riskji

Artikolu 203

Annimali akkwatiċi maħsuba għal stabbilimenti konfinati għall-akkwakultura u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali akkwatiċi lejn stabbiliment konfinat għall-akkwakultura jekk l-annimali inkwistjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) dawn joriġinaw minn stabbiliment konfinat għall-akkwakultura ieħor;

(b) dawn ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) lil speċijiet elenkati ta' annimali fl-istabbiliment konfinat għall-akkwakultura tad-destinazzjoni, ħlief fejn il-moviment inkwistjoni jkun awtorizzat għal għanijiet xjentifiċi.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) regoli dettaljati għall-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura lejn stabbilimenti konfinati għall-akkwakultura minbarra dawk previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) regoli speċifiċi għall-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura lejn stabbilimenti għall-akkwakultura konfinati fejn il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju fis-seħħ jiggarantixxu li dawn il-movimenti ma joħolqux riskju sinifikanti għas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fi ħdan l-istabbiliment konfinat għall-akkwakultura u l-istabbilimenti tal-viċinanzi.

Artikolu 204

Movimenti ta' annimali akkwatiċi għal għanijiet xjentifiċi u atti delegati

1.  L-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista', soġġetta għall-qbil tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini, tawtorizza l-moviment ta' annimali akkwatiċi fit-territorju tal-Istat Membru ta' destinazzjoni, għal għanijiet xjentifiċi, fejn dawk il-movimenti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet minn 1 sa 3 (Artikoli 191 sa 202), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 191(1) u (3) u l-Artikoli 192, 193 u 194.

2.  L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti biss kif previst f'dak il-paragrafu skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet tad-destinazzjoni u tal-oriġini:

(i) ikunu qablu dwar il-kondizzjonijiet għal dawn il-movimenti;

(ii) jiżguraw li l-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju meħtieġa jkunu fis-seħħ sabiex jiżguraw li l-movimenti tal-annimali akkwatiċi inkwistjoni ma jipperikolawx l-istat ta' saħħa fil-postijiet mat-triq u fil-postijiet tad-destinazzjoni fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(iii) ikunu nnotifikaw, fejn ikun rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' passaġġ bid-deroga mogħtija u tal-kondizzjonijiet li taħthom din tingħata;

(b) dawk il-movimenti jsiru taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet tal-oriġini u tad-destinazzjoni, u fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' passaġġ.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar regoli għall-għoti tad-derogi minn awtoritajiet kompetenti, li jissupplementaw dawk previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 205

Użi speċifiċi oħrajn ta' annimali akkwatiċi, rekwiżiti speċifiċi u derogi u delega tas-setgħat

1.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri preventivi meħtieġa biex jiżguraw li l-movimenti ta' annimali akkwatiċi maħsuba għal finijiet jew użi speċifiċi elenkati fil-punt (a)(i) sa (vi) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma joħolqux riskju għat-tixrid ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) għall-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) rekwiżit speċifiku li jissupplimenta r-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 1 sa 3 (Artikoli 191 sa 202) u għall-movimenti ta' annimali akkwatiċi għall-iskopijiet li ġejjin:

(i) żuwijiet, ħwienet tal-annimali, bejjiegħa bl-ingrossa u vaski tal-ġonna;

(ii) wirjiet;

(iii) sports sajd, inkluż il-lixkiet tas-sajd;

(iv) avvenimenti kulturali u avvenimenti simili;

(v) akkwarji kummerċjali; jew

(vi) kura tas-saħħa u użi oħrajn simili.

(b) derogi mit-Taqsimiet minn 1 sa 3 (Artikoli 191 sa 202) bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 191(1) u (3) u l-Artikoli 192, 193 u 194 għall-movimenti ta' annimali akkwatiċi msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, dment li jkunu fis-seħħ dispożizzjonijiet adegwati dwar il-bijosigurtà biex jiżguraw li dawk il-movimenti ma joħolqux riskju sinifikanti għall-istat ta' saħħa tal-post tad-destinazzjoni.

Artikolu 206

Setgħa ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' regoli temporanji għal movimenti ta' speċijiet jew kategoriji speċifiċi ta' annimali akkwatiċi

1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli temporanji, b'żieda jew b'mod alternattiv għal dawk stipulati f'dan il-Kapitolu, għal movimenti ta' speċijiet jew kategoriji speċifiċi ta' annimali akkwatiċi meta:

(a) ir-rekwiżiti dwar il-moviment previsti fl-Artikolu 196, l-Artikolu 197(1), l-Artikoli 198 u 199, l-Artikolu 200(1) u (2), l-Artikolu 201 u l-Artikoli 202(1), 203(1), 204(1) u (2) u r-regoli adottati skont l-Artikoli 197(3), 200(3), 202(3), 203(2) u 204(3) u l-Artikolu 205 ma jimmitigawx b'mod effiċjenti r-riskji kkawżati mill-moviment ta' dawk l-annimali akkwatiċi; jew

(b) marda elenkata kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) tidher li qed tinxtered minkejja r-rekwiżiti dwar il-moviment stabbiliti f'konformità mat-Taqsimiet minn 1 sa 4 (Artikoli 191 sa 207).

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

2.  Għal raġunijiet ta' urġenza importanti ferm u debitament ġustifikati relatati ma' xi marda elenkata li tirrappreżenta riskju ta' impatt sinifikanti u filwaqt li tqis il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 205, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 266(3).

Artikolu 207

Materji li għandhom jiġu kkunsidrati waqt l-adozzjoni ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni kif previst f'din it-Taqsima

Meta jiġu stabbiliti r-regoli li għandhom jiġu stipulati fl-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 203(2), l-Artikolu 204(3) u l-Artikoli 205 u 206, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk ir-regoli fuq:

(a) ir-riskji involuti mal-movimenti msemmija f'dawk id-dispożizzjonijiet;

(b) l-istat ta' saħħa fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) fil-postijiet tal-oriġini, tal-passaġġ u tad-destinazzjoni;

(c) l-ispeċijiet tal-annimali akkwatiċi elenkati fil-każ tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(d) il-miżuri ta' bijosigurtà fis-seħħ fil-postijiet tal-oriġini, tal-passaġġ u tad-destinazzjoni;

(e) kwalunkwe kondizzjoni speċifika li taħtha jkunu qegħdin jinżammu l-annimali tal-akkwakultura;

(f) ix-xejriet tal-moviment speċifiċi tat-tip ta' stabbiliment tal-akkwakultura u l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta' annimali akkwatiċi kkonċernati;

(g) fatturi epidemjoloġiċi oħra.



Taqsima 5

Ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

Artikolu 208

Obbligu tal-operaturi li jiżguraw li l-annimali tal-akkwakultura jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali tal-akkwakultura jekk dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikolu 216(1), fejn l-annimali inkwistjoni huma ta' speċi elenkata għall-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) u huma maħsuba li jiġu introdotti fi Stat Membru, jew f'żona jew f'kompartiment tiegħu, li jkun ġie ddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikoli 36(4) jew 37(4) jew li għalih ikun ġie stabbilit programm ta' eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 31(1) jew (2) fir-rigward ta' waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1).

2.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-annimali tal-akkwakultura jekk dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikolu 216(1), fejn l-annimali inkwistjoni huma ta' speċi elenkata għall-mard rilevanti msemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9(1) u huma permessi li joħorġu minn żona ristretta soġġetti għal miżuri ta' kontroll tal-mard kif previst fil-punt (f)(ii) tal-Artikolu 55(1), l-Artikoli 56 u 64 jew l-Artikoli 65(1), 74(1), 79 u regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 67 u 68, l-Artikoli 71(3), 74(4) u 83(2) u l-Artikolu 259 għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9(1).

3.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jakkumpanja l-annimali tal-akkwakultura tagħhom mill-post tal-oriġini lejn il-post finali tad-destinazzjoni tagħhom, sakemm ma jkunux previsti miżuri speċifiċi fir-regoli adottati skont l-Artikolu 214.

Artikolu 209

▼C1

Obbligu tal-operaturi li jiżguraw li annimali akkwatiċi oħrajn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali

▼B

1.  F'każijiet fejn, minħabba r-riskju involut fil-moviment tal-annimali akkwatiċi għajr l-annimali tal-akkwakultura, ikun meħtieġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali f'konformità mar-regoli previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 211(1), l-operaturi għandhom biss iċaqalqu lil dawk l-annimali akkwatiċi jekk l-annimali inkwistjoni jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikolu 216(1).

2.  L-Artikolu 208 għandu japplika wkoll għal annimali akkwatiċi għajr l-annimali tal-akkwakultura maħsuba għal stabbiliment tal-akkwakultura jew biex jinħelsu fl-ambjent naturali. Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tikkonkludi li ċ-ċertifikazzjoni ma tkunx fattibbli minħabba n-natura tal-post tal-oriġini tal-annimali akkwatiċi inkwistjoni, hija tista' tawtorizza l-moviment tagħhom mingħajr ċertifikat tas-saħħa tal-annimali soġġett għall-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni.

3.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal annimali akkwatiċi selvaġġi miġbura jew maqbuda għal konsum dirett mill-bniedem.

Artikolu 210

Għoti ta' derogi minn Stati Membri fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni nazzjonali tas-saħħa tal-annimali

Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Artikoli 208 u 209, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi għal moviment ta' ċerti konsenji ta' annimali akkwatiċi mingħajr ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fit-territorji tagħhom sakemm ikollhom fis-seħħ sistema alternattiva biex jiżguraw li l-konsenji ta' tali annimali jkunu traċċabbli u dawk il-konsenji jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal tali movimenti previsti fit-Taqsimiet 1 sa 4 (Artikoli 191 sa 207).

Artikolu 211

Delega tas-setgħat u atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' annimali akkwatiċi

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-rekwiżit għal ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għal movimenti ta' annimali akkwatiċi għajr l-annimali tal-akkwakultura kif imsemmi fl-Artikolu 209(1), f'każijiet fejn iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali hija imperattiva sabiex jiġi żgurat li l-moviment inkwistjoni jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin tas-saħħa tal-annimali għall-ispeċijiet ta' annimali elenkati kkonċernati:

(i) ir-rekwiżiti previsti fit-Taqsimiet minn 1 sa 4 (Artikoli 191 sa 207) u r-regoli adottati skont dawk it-Taqsimiet;

(ii) il-miżuri ta' kontroll tal-mard kif previst fl-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56, l-Artikolu 61(1), l-Artikoli 62 u 64, u l-Artikolu 65(1), l-Artikolu 74(1), u l-Artikoli 79 u 80 jew ir-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63, 67 u 68, u l-Artikoli 71(3), 74(4) u 83(2);

(iii) miżuri ta' emerġenza kif previst fir-regoli adottati skont l-Artikolu 259;

(b) ir-regoli speċjali għal ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikoli 208 u 209 fejn jittieħdu miżuri speċifiċi ta' mitigazzjoni tar-riskji mill-awtorità kompetenti, sabiex jiżguraw:

(i) it-traċċabbiltà tal-annimali akkwatiċi li qed jiġu mċaqalqa;

(ii) li l-annimali akkwatiċi li jkunu qegħdin jiġu mċaqalqa jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti previsti fit-Taqsimiet 1 sa 4 (Artikoli 191 sa 207);

(c) derogi mir-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikoli 208 u 209 u l-kondizzjonijiet għal tali derogi għal movimenti ta' annimali akkwatiċi li ma joħolqux riskju sinifikanti ta' tixrid ta' mard minħabba:

(i) l-ispeċijiet, il-kategoriji jew l-istadju tal-ħajja tal-annimali akkwatiċi kkonċernati;

(ii) il-metodi taż-żamma u t-tip tal-produzzjoni ta' dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali akkwatiċi;

(iii) l-użu maħsub għall-annimali akkwatiċi; jew

(iv) il-post tad-destinazzjoni għall-annimali akkwatiċi.

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward l-obbligu tal-operaturi, kif previst fl-Artikolu 209(2), li jiżguraw li l-annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba għal stabbiliment tal-akkwakultura jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 212

Kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

1.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikoli 208, 209 u 210 għandu jkun fih mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-istabbiliment jew il-post tal-oriġini, l-istabbiliment jew il-post tad-destinazzjoni u fejn rilevanti għat-tixrid ta' mard, kwalunkwe stabbiliment jew post li nżar mat-triq;

(b) deskrizzjoni, inkluż l-ispeċi u l-kategorija, tal-annimali akkwatiċi kkonċernati;

(c) il-kwantità, (numru, volum jew piż) tal-annimali akkwatiċi;

(d) l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera li l-annimali akkwatiċi jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-movimenti previsti fit-Taqsimiet 1 sa 4 (Artikoli 191 sa 207).

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jista' jinkludi informazzjoni oħra meħtieġa skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

Artikolu 213

Delega tas-setgħat u atti ta' implimentazzjoni dwar il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar il-kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikolu 212(1):

(a) ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut ta' dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 212(1) għal speċijiet u kategoriji differenti ta' annimali akkwatiċi;

(b) informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikolu 212(1).

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward il-formoli mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 214

Delega tas-setgħat dwar it-tipi speċifiċi ta' movimenti ta' annimali akkwatiċi sal-post tad-destinazzjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar miżuri speċifiċi li jissupplimentaw ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikoli 208 u 209 għal dawn it-tipi ta' movimenti ta' annimali akkwatiċi:

(a) movimenti ta' annimali akkwatiċi li huma meħtieġa li jirritornaw lura għall-post tal-oriġini tagħhom jew li jiġu mċaqalqa lejn destinazzjoni differenti, għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

(i) it-traġitt maħsub tagħhom ġie interrott għal għarrieda għal raġunijiet ta' trattament xieraq tal-annimali;

(ii) aċċidenti jew avvenimenti mhux previsti matul it-traġitt;

(iii) huma ġew irrifjutati fil-post tad-destinazzjoni fi Stat Membru ieħor jew fuq il-fruntiera esterna tal-Unjoni;

(iv) huma ġew irrifjutati f'pajjiż terz jew territorju;

(b) movimenti ta' annimali tal-akkwakultura maħsuba għal wirjiet u għal avvenimenti sportivi, kulturali u oħrajn simili, u r-ritorn sussegwenti tagħhom għall-post ta' oriġini tagħhom.

Artikolu 215

Obbligi tal-operaturi biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

L-operaturi għandhom:

(a) jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi kkompletat iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fl-Artikoli 208 u 209 u fir-regoli adottati skont l-Artikoli 211, 213 u 214, qabel il-moviment maħsub;

(b) fejn meħtieġ, jiżguraw li l-annimali akkwatiċi inkwistjoni jkunu soġġetti għal kontrolli tad-dokumentazzjoni, fiżiċi u tal-identità kif previst fl-Artikolu 216(3) u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 216(4).

Artikolu 216

Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali, u atti delegati

1.  L-awtorità kompetenti għandha, fuq talba minn operatur, toħroġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment ta' annimali akkwatiċi, fejn meħtieġ skont l-Artikoli 208 u 209, jew b'regoli adottati skont l-Artikoli 211 u 214, sakemm dawn ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali jkunu ġew rispettati, kif rilevanti:

(a) dawk kif previst fl-Artikolu 191, l-Artikolu 192(1), l-Artikoli 193, 195 u 196, l-Al-Artikolu 197(1), l-Artikoli 198 u 199, l-Artikolu 200(1) u (2), l-Artikolu 201, l-Artikolu 203(1) u l-Artikolu 204(1) u (2);

(b) dawk previsti f'atti delegati adottati skont l-Artikoli 192(2), 197(3), 200(3), 201(3), 202(3), 203(2) u 204(3) u l-Artikolu 205;

(c) dawk previsti f'atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 206.

2.  Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għandhom:

(a) jiġu vverifikati, ittimbrati u ffirmati minn veterinarju uffiċjali;

(b) jibqgħu validi għall-perijodu ta' żmien, previst fir-regoli adottati skont il-punt (c) tal-paragrafu 4, li matulu l-annimali akkwatiċi koperti minnhom għandhom ikomplu jissodisfaw il-garanziji tas-saħħa tal-annimali espressi fih.

3.  Qabel ma jiffirma ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, il-veterinarju uffiċjali kkonċernat għandu jivverifika, permezz ta' kontrolli fiżiċi, tal-identità u tad-dokumentazzjoni kif previst permezz ta' atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 fejn xieraq, li l-annimali akkwatiċi koperti minnu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu, b'kont meħud tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali akkwatiċi kkonċernati u r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 li jistabbilixxi regoli għal:

(a) it-tipi ta' kontrolli u testijiet tad-dokumentazzjoni, tal-identità u dawk fiżiċi fir-rigward ta' speċijiet u kategoriji differenti ta' annimali akkwatiċi li għandhom jitwettqu minn veterinarju uffiċjali f'konformità mal-paragrafu 3 sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu;

(b) il-perijodi ta' żmien għat-twettiq tat-tali kontrolli u testijiet tad-dokumentazzjoni, tal-identità u dawk fiżiċi, u l-ħruġ ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali mill-veterinarju uffiċjali qabel il-moviment ta' konsenji ta' annimali akkwatiċi;

(c) it-tul tal-validità taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali.

Artikolu 217

Ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali

Iċ-ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali prodotti, ġestiti u trasmessi permezz ta' TRACES, jistgħu jissostitwixxu ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali akkompanjanti kif previst fl-Artikolu 216(1) fejn tali ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali:

(a) ikun fihom l-informazzjoni kollha li l-mudell tal-formula taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali hu meħtieġ li jkollu skont l-Artikolu 212(1) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 213;

(b) jiżguraw it-traċċabbiltà tal-annimali akkwatiċi inkwistjoni u r-rabta bejn dawk l-annimali u ċ-ċertifikat elettroniku tas-saħħa tal-annimali;

(c) jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tal-passaġġ u tad-destinazzjoni jkunu jistgħu jkollhom aċċess għad-dokumenti elettroniċi f'kull ħin matul it-trasport.

Artikolu 218

Awtodikjarazzjoni mill-operaturi għall-movimenti ta' annimali tal-akkwakultura lejn Stati Membri oħra u atti delegati

1.  L-operaturi fil-post tal-oriġini għandhom joħorġu dokument ta' awtodikjarazzjoni għall-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura tagħhom mill-post tal-oriġini fi Stat Membru wieħed lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom fi Stat Membru ieħor u, għandhom jiżguraw li dan jakkumpanja dawn l-annimali tal-akkwakultura, fejn mhumiex meħtieġa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fl-Artikoli 208 u 209 jew fi kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 211 u l-Artikolu 214.

2.  Id-dokument tal-awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 1 għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar l-annimali tal-akkwakultura inkwistjoni:

(a) il-postijiet tal-oriġini tagħhom kif ukoll tad-destinazzjoni, u, meta rilevanti, kull post mat-triq;

(b) il-mezzi ta' trasport;

(c) deskrizzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u l-kategoriji, l-ispeċijiet u l-kwantità (in-numru, il-volum jew il-piż) tagħhom, kif rilevanti għall-annimali kkonċernati;

(d) l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex tagħti xhieda li l-annimali tal-akkwakultura jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-moviment previsti fit-Taqsimiet minn 1 sa 4 (Artikoli 191 sa 207).

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-regoli dettaljati dwar il-kontenut tad-dokument ta' awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal kategoriji u speċijiet differenti ta' annimali tal-akkwakultura;

(b) informazzjoni addizzjonali li trid tiġi inkluża fid-dokument ta' awtodikjarazzjoni flimkien ma' dik prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar il-formola mudell tad-dokument ta' awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



Taqsima 6

Notifika ta' movimenti ta' annimali akkwatiċi lejn Stati Membri oħra

Artikolu 219

Obbligu tal-operaturi dwar in-notifika ta' movimenti ta' annimali akkwatiċi lejn Stati Membri oħra

1.  L-operaturi, minbarra t-trasportaturi, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel il-movimenti intenzjonati ta' annimali akkwatiċi minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor fejn:

(a) ikun meħtieġ li l-annimali akkwatiċi jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont l-Artikoli 208 u 209 ►C1  jew kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 211 u 214; ◄

(b) ikun meħtieġ li l-annimali akkwatiċi jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-annimali akkwatiċi ►C1  meta jkunu qed jiġu mċaqalqa minn żona ristretta kif imsemmi fl-Artikolu 208(2); ◄

(c) l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali akkwatiċi selvaġġi li jkunu qed jiġu mċaqalqa jkunu maħsuba:

(i) għal stabbiliment soġġett għal reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 173 jew approvazzjoni skont l-Artikoli 176 sa 179;

(ii) għar-rilaxx fl-ambjent naturali;

(d) tkun meħtieġa notifika skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 221.

2.  Għall-finijiet tan-notifika prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex din tkun tista' tinnotifika l-moviment lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 220(1).

Artikolu 220

Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tinnotifika l-movimenti ta' annimali akkwatiċi lejn Stati Membri oħra

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta' annimali akkwatiċi kif imsemmi fl-Artikolu 219, sakemm ma tkunx ingħatat deroga skont il-punt (c) tal-Artikolu 221(1) rigward tali notifika.

2.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq qabel il-moviment inkwistjoni u, kull meta possibbli, permezz ta' TRACES.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw reġjuni għall-ġestjoni ta' notifiki ta' movimenti kif previst fil-paragrafu 1.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista' tawtorizza lill-operatur ikkonċernat biex jinnotifika, parzjalment jew kompletament, il-movimenti tal-annimali akkwatiċi permezz ta' TRACES lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Artikolu 221

Delega tas-setgħat u atti ta' implimentazzjoni għan-notifika ta' movimenti ta' annimali akkwatiċi mill-operaturi u mill-awtorità kompetenti

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-rekwiżit għan-notifika minn qabel mill-operaturi, skont l-Artikolu 219, tal-movimenti bejn l-Istati Membri ta' speċijiet jew kategoriji ta' annimali akkwatiċi ta' xort'oħra minn dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 219(1), fejn it-traċċabbiltà ta' dawn il-movimenti tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati f'dan il-Kapitolu;

(b) l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu nnotifikati l-movimenti ta' annimali akkwatiċi kif previst fl-Artikoli 219 u 220(1);

(c) derogi mir-rekwiżiti ta' notifika previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 219(1) għal speċijiet u kategoriji ta' annimali akkwatiċi jew tipi ta' movimenti li joħolqu riskju insinifikanti;

(d) il-proċeduri ta' emerġenza għal notifika ta' movimenti ta' annimali akkwatiċi fil-każ ta' qtugħ ta' elettriku jew tad-disturbi oħra ta' TRACES;

(e) ir-rekwiżiti għan-nomina ta' reġjuni mill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 220(3).

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar:

(a) id-dettalji tan-notifiki minn:

(i) l-operaturi lil-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini dwar movimenti ta' annimali akkwatiċi skont l-Artikolu 219;

(ii) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini lill-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta' annimali akkwatiċi skont l-Artikolu 220(1);

(b) l-iskadenzi taż-żmien għal:

(i) l-għoti minn operaturi tal-informazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 219(2) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini;

(ii) in-notifika ta' movimenti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini kif imsemmi fl-Artikolu 220(1).

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 3

Produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni fi ħdan l-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi, minbarra annimali akkwatiċi ħajjin

Artikolu 222

Obbligi ġenerali tas-saħħa tal-annimali għall-operaturi u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa biex jiżguraw li, matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi, minbarra annimali akkwatiċi ħajjin, dawk il-prodotti ma jwasslux għat-tixrid ta':

(a) mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) meta jitqies l-istat ta' saħħa tal-post tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-destinazzjoni;

(b) mard emerġenti.

2.  L-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi, minbarra annimali akkwatiċi ħajjin, ma jkunux ġejjin minn stabbilimenti jew negozji tal-ikel, jew miksubin minn annimali li jkunu ġejjin minn tali stabbilimenti jew negozji tal-ikel, li huma soġġetti għal:

(a) miżuri ta' emerġenza kif previsti fl-Artikoli 257 u 258 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 259 sakemm ma jkunux ġew previsti derogi fir-rigward ta' dawk ir-regoli fil-Parti VII (Artikoli 257 sa 262);

(b) restrizzjonijiet ta' moviment applikabbli għal annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi, kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1), fil-punt (e) tal-Artikolu 55(1), fl-Artikolu 56, fil-punt (a) tal-Artikolu 61(1), fl-Artikolu 62(1), fil-punt (c) tal-Artikoli 65(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 70(1), fil-punt (a) tal-Artikolu 74(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 76(2), fl-Artikolu 76(3), fl-Artikolu 79, fl-Artikolu 81 u fl-Artikolu 82(2) u (3) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67, u l-Artikoli 70(3), 71(3), 74(4), 76(5) u 83(2), sakemm ma tkunx ġiet prevista deroga minn dawk ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment għal dawk ir-regoli.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti dettaljati li jissupplimentaw dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi ta' xorta oħra minn annimali akkwatiċi ħajjin, fir-rigward ta':

(a) il-mard, u l-ispeċijiet tal-annimali akkwatiċi milquta mill-mard, li għalihom japplikaw il-miżuri ta' emerġenza jew ir-restrizzjonijiet ta' moviment kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) it-tipi ta' prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi;

(c) il-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskji li jiġu applikati għal prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni;

(d) l-użu maħsub tal-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi;

(e) il-post tad-destinazzjoni tal-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi.

4.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi selvaġġi miġbura jew maqbuda għall-konsum dirett mill-bniedem.

Artikolu 223

Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u atti delegati

1.  L-operaturi għandhom biss iċaqalqu l-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi ta' xort'oħra minn annimali akkwatiċi ħajjin meta dawk il-prodotti huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini skont il-paragrafu 3:

(a) prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi li:

(i) huwa permess li joħorġu minn żona ristretta soġġett għall-miżuri ta' emerġenza kif previst fir-regoli adottati skont l-Artikolu 259; u

(ii) joriġinaw minn annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet soġġetti għal dawk il-miżuri ta' emerġenza;

(b) prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi li:

(i) jitħallew joħorġu minn żona ristretta soġġett għall-miżuri ta' kontroll tal-mard skont il-punt (c) tal-Artikolu 32(1), il-punt (c) tal-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56, ►C1  il-punt (a) tal-Artikolu 61(1), l-Artikoli 62(1), il-punt (c) tal-Artikolu 65(1), ◄ il-punt (b) tal-Artikolu 70(1), il-punt (a) tal-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 79 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 55(2), l-Artikoli 63 u 67, u l-Artikoli 71(3), 74(4) u 83(2); u

(ii) joriġinaw minn annimali akkwatiċi ta' speċijiet soġġetti għal dawk il-miżuri ta' kontroll tal-mard.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, dak iċ-ċertifikat m'għandux ikun meħtieġ għal movimenti ta' prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi selvaġġi, dment li:

(a) ikunu fis-seħħ miżuri alternattivi ta' mitigazzjoni tar-riskji awtorizzati mill-awtorità kompetenti biex jiżguraw li dawk il-movimenti ma joħolqux riskju tat-tixrid ta' mard elenkat;

(b) il-konsenji ta' tali prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati.

3.  L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-paragrafu 1 jakkumpanja l-prodotti li joriġinaw mill-annimali mill-post tal-oriġini tagħhom sal-post tad-destinazzjoni tagħhom.

4.  L-awtorità kompetenti għandha, meta tintalab mill-operatur ikkonċernat, toħroġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali ta' xorta oħra minn annimali akkwatiċi ħajjin kif imsemmi fil-paragrafu 1, dment li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti rilevanti msemmija f'dan l-Artikolu.

5.  L-Artikolu 212 u l-Artikoli 214 sa 217 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 213 u l-Artikolu 216(4) għandhom japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali ta' xort'oħra minn annimali akkwatiċi ħajjin, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti u r-regoli dettaljati rigward iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja l-prodotti li joriġinaw mill-annimali ta' xort'oħra minn annimali akkwatiċi ħajjin, imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud ta':

(a) it-tipi ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(b) il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju applikati għal prodotti kkonċernati b'tali mod li jitnaqqsu r-riskji li jinfirex il-mard;

(c) l-użu maħsub ta' dawk il-prodotti;

(d) il-post tad-destinazzjoni ta' dawk il-prodotti.

Artikolu 224

Kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u atti delegati u ta' implimentazzjoni

1.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi, ta' xort'oħra minn annimali akkwatiċi ħajjin, għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-istabbiliment jew il-post tal-oriġini u l-istabbiliment jew il-post tad-destinazzjoni;

(b) deskrizzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(c) il-kwantità (numru, volum jew piż) tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(d) l-identifikazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, meta mitluba mill-punt (h) tal-Artikolu 65(1) jew minn kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 67;

(e) l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' restrizzjoni tal-moviment previsti fl-Artikolu 222(2) u fi kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 222(3).

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-paragrafu 1 jista' jinkludi informazzjoni oħra meħtieġa skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar l-emendar u s-supplimentar tal-informazzjoni li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli rigward formoli mudell ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 225

Notifika ta' movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn Stati Membri oħra

1.  L-operaturi għandhom:

(a) jinformaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom qabel il-movimenti ppjanati ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi, għajr annimali akkwatiċi ħajjin, meta jkun meħtieġ li l-konsenji inkwistjoni jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 223(1);

(b) jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jippermettu li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tinnotifika l-moviment inkwistjoni, lill-Istat Membru tad-destinazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar movimenti ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi, għajr annimali akkwatiċi ħajjin, skont l-Artikolu 220(1).

3.  L-Artikoli 219 u 220 u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 221 għandhom ikunu applikabbli għan-notifika ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin.



KAPITOLU 4

Miżuri nazzjonali

Artikolu 226

Miżuri nazzjonali mfassla biex jiġi limitat l-impatt ta' mard ieħor minbarra l-mard elenkat

1.  Fejn marda għajr il-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) tikkostitwixxi riskju sinifikanti għas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fi Stat Membru, l-Istat Membru konċernat jista' jieħu miżuri nazzjonali biex jiskansa l-introduzzjoni, jew jikkontrolla t-tixrid, ta' din il-marda.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri nazzjonali ma jeċċedux il-limiti ta' dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex tiġi skansata l-introduzzjoni, jew jiġi kkontrollat it-tixrid tal-marda inkwistjoni fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minn qabel dwar kwalunkwe miżuri nazzjonali proposti kif imsemmi fil-paragrafu 1 li jistgħu jaffettwaw il-movimenti ta' annimali akkwatiċi u prodotti li ġejjin mill-annimali minn annimali akkwatiċi bejn l-Istati Membri.

3.  Il-Kummissjoni għandha tapprova u, jekk meħtieġ, temenda l-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

4.  L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tingħata biss f'każijiet fejn l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet tal-moviment bejn l-Istati Membri hija meħtieġa sabiex tiġi skansata l-introduzzjoni, jew jiġi kkontrollat it-tixrid, tal-marda msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqies l-impatt globali fuq l-Unjoni tal-marda inkwistjoni u tal-miżuri meħuda.



TITOLU III

ANNIMALI TA' SPEĊIJIET OĦRAJN GĦAJR DAWK DEFINITI BĦALA ANNIMALI TERRESTRI U AKKWATIĊI, U PRODOTTI ĠERMINALI U PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI MINN TALI ANNIMALI OĦRA

Artikolu 227

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali rigward annimali oħra, u prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn tali annimali oħra

Fejn annimali oħra jkunu ta' speċijiet elenkati għal xi marda elenkata kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1), u dawk l-annimali l-oħra jew il-prodotti ġerminali tagħhom jew prodotti li joriġinaw mill-annimali, jirrappreżentaw riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali fl-Unjoni, għandu jiġi applikat rekwiżit wieħed jew aktar mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni, iż-żamma ta' reġistri u r-reġistri għall-istabbilimenti u t-trasportaturi previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu I u fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II (Artikoli 84 sa 101 u l-Artikoli 172 sa 175);

(b) ir-rekwiżiti li jikkonċernaw it-traċċabbiltà prevista fl-Artikoli 108 sa 111 u l-Artikolu 117 fil-każ ta' annimali oħra u l-Artikolu 122 fil-każ ta' prodotti ġerminali;

(c) ir-rekwiżiti dwar il-moviment:

(i) fir-rigward ta' annimali oħrajn, li fil-biċċa l-kbira jgħixu f'ambjent terrestri jew li normalment ikunu affettwati minn mard ta' annimali terrestri, b'kont meħud tal-kriterji previsti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 228(3), ir-rekwiżiti previsti fit-Taqsima 1 (Artikoli 124 u 125) u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu I tal-Parti IV (Artikoli 137 sa 142), u l-Kapitolu 4 tat-Titolu I tal-Parti IV (Artikoli 155 u 156);

(ii) fir-rigward ta' annimali oħra li fil-biċċa l-kbira jgħixu f'ambjent akkwatiku jew li normalment ikunu affettwati minn mard ta' annimali akkwatiċi, jitqiesu l-kriterji previsti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 228(3), ir-rekwiżiti previsti fit-Taqsimiet minn 1 sa 4 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti IV (Artikoli 191 sa 207);

(iii) fir-rigward ta' prodotti ġerminali, ir-rekwiżiti ġenerali għal movimenti previsti fl-Artikoli 157 u 158 u r-rekwiżiti speċjali għal movimenti lejn Stati Membri oħra previsti fl-Artikoli 164 u 165;

(iv) fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, l-obbligi ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali fuq l-operaturi fir-rigward tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali previsti fl-Artikoli 166 u 222;

(d) l-obbligu dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali impost fuq l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti u l-awtodikjarazzjoni imposta fuq l-operaturi:

(i) fir-rigward ta' annimali oħrajn, skont ir-regoli previsti fl-Artikoli minn 143 sa 151 jew l-Artikoli minn 208 sa 218;

(ii) fir-rigward ta' prodotti ġerminali, skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 161 u 162;

(iii) fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 165 u 168 jew l-Artikoli 223 u 224;

(e) l-obbligu li jiġu nnotifikati l-movimenti impost fuq l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti, billi jitqiesu r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 152, 153, 154, 163 u 169 u fl-Artikoli minn 219 sa 221 u 225.

Artikolu 228

Delega tas-setgħat u atti ta' implimentazzjoni dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal annimali oħra, u prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali oħra

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar kwalunkwe rekwiżit speċifiku għal annimali oħra, u l-prodotti ġerminali tagħhom jew prodotti li joriġinaw mill-annimali, li huma meħtieġa sabiex jiġi mitigat ir-riskju tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1), kif previst fl-Artikolu 227.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll u ta' prevenzjoni tal-mard previsti fil-paragrafu 1.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

3.  Meta tadotta l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tibbaża dawk l-atti fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta' annimali oħra elenkati skont l-Artikolu 8(2) bħala speċijiet elenkati għal waħda jew aktar mill-mard elenkat, li għalihom ċertu miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament japplikaw;

(b) il-profil tal-marda elenkata inkwistjoni, li tikkonċerna speċijiet u kategoriji ta' annimali oħrajn imsemmija fil-punt (a);

(c) il-fattibbiltà, id-disponibbiltà u l-effettività tal-prevenzjoni tal-mard u tal-miżuri tal-kontroll għall-ispeċijiet elenkati kkonċernati minn dawk il-miżuri;

(d) l-ambjent tal-għajxien terrestri jew akkwatiku prevalenti ta' dawk l-annimali oħra;

(e) it-tipi ta' mard li jaffettwa t-tali annimali oħra, li jista' jkun mard li normalment jaffettwa lill-annimali terrestri jew lill-annimali akkwatiċi, irrispettivament mill-ambjent tal-għajxien prevalenti msemmi fil-punt (d).



PARTI V

DĦUL FL-UNJONI U L-ESPORTAZZJONI



KAPITOLU 1

Dħul fl-Unjoni ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi u territorji



Taqsima 1

Rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni

Artikolu 229

Rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji biss jekk dawk il-konsenji jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin, sakemm it-tali annimali, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali ma jkunux koperti b'deroga mogħtija skont l-Artikolu 239(2):

(a) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 230(2), ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju elenkat skont l-Artikolu 230(1) għall-ispeċi jew kategorija partikolari ta' annimali, jew prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati, jew minn żona jew kompartiment tiegħu;

(b) ikunu ġejjin minn stabbilimenti li huma approvati u elenkati fejn it-tali approvazzjoni u elenkar huma meħtieġa mill-Artikolu 233;

(c) jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 234(1) u fi kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 234(2), fejn it-tali rekwiżiti huma stabbiliti għall-annimal, prodott ġerminali jew prodott ta' oriġini mill-annimali kkonċernat;

(d) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u minn dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra fejn meħtieġ mill-Artikolu 237(1) jew minn regoli adottati skont l-Artikolu 237(4);

2.  L-operaturi responsabbli mill-konsenja inkwistjoni għandhom jippreżentaw konsenji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji għall-finijiet tal-kontroll uffiċjali kif previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/496/KEE u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 97/78/KE.



Taqsima 2

Listi ta' pajjiżi terzi u territorji

Artikolu 230

Listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, u atti ta' implimentazzjoni u delegati

1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tfassal listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom għandu jkun permess id-dħul fl-Unjoni ta' speċijiet u kategoriji speċifiċi ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) il-leġislazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali tal-pajjiż terz jew territorju kkonċernat u r-regoli dwar id-dħul f'dak il-pajjiż terz jew territorju ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi u territorji oħra;

(b) l-assigurazzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju kkonċernat rigward l-implimentazzjoni u l-kontroll effiċjenti tal-leġislazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (a);

(c) l-organizzazzjoni, l-istruttura, ir-riżorsi u s-setgħat legali tal-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz jew territorju kkonċernat;

(d) il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni għas-saħħa tal-annimali fil-pajjiż terz jew territorju kkonċernat;

(e) l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiż terz jew territorju ikkonċernat, jew ta' żoni u ta' kompartimenti tiegħu, fir-rigward ta':

(i) mard elenkat u mard emerġenti;

(ii) kwalunkwe aspetti tas-saħħa pubblika u tal-annimali jew tas-sitwazzjoni ambjentali f'dak il-pajjiż terz jew territorju kkonċernat, jew f'żona jew f'kompartiment tiegħu, li jistgħu joħolqu riskju lill-annimal jew is-saħħa pubblika jew l-istatus ambjentali tal-Unjoni;

(f) il-garanziji li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju kkonċernat tkun tista' tipprovdi f'dak li għandu x'jaqsam mal-konformità u l-ekwivalenza mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali applikabbli fl-Unjoni;

(g) ir-regolarità u l-ħeffa li biha l-pajjiż terz jew it-territorju kkonċernat jipprovdi l-informazzjoni dwar mard tal-annimali infettiv jew kuntaġġuż fit-territorju tiegħu lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), b'mod partikolari l-informazzjoni rigward il-mard elenkat fil-Kodiċijiet tal-OIE;

(h) ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni fil-pajjiż terz jew territorju kkonċernat;

(i) kwalunkwe esperjenza miġbura minn tagħrif preċedenti dwar l-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiż terz jew territorju kkonċernat u r-riżultati ta' kontrolli uffiċjali imwettqa fil-punt ta' dħul fl-Unjoni fuq dawn l-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

2.  Sakemm isseħħ l-adozzjoni tal-listi pajjiżi terzi u territorjiprevisti fil-paragrafu 1, u sakemm dawn il-listi ma jkunux tfasslu skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 270(2), l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw minn liema pajjiżi terzi u territorji jistgħu jidħlu fl-Unjoni ċerti speċijiet u kategoriji speċifiċi ta' annimali, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji għall-inklużjoni fil-listi ta' pajjiżi terzi u territorji previsti fil-punti (a) sa (i) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar derogi mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-limitazzjoni tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jiddeċiedu minn liema pajjiżi terzi u territorji speċijiet u kategoriji speċifiċi tal-annimal, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġina mill-annimali jistgħu jidħlu fl-Unjoni, fejn ikun meħtieġ minħabba r-riskju maħluq minn dik l-ispeċi u l-kategorija speċifika tal-annimal, prodott ġerminali jew prodott ta' oriġini mill-annimali.

Artikolu 231

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-listi tal-pajjiżi terzi u t-territorji

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni li ġejja għal kull pajjiż terz jew territorju fil-listi previsti fl-Artikolu 230(1):

(a) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali, il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jistgħu jidħlu fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz jew territorju;

(b) jekk l-annimali, il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali speċifikati skont il-punt (a) jistgħux jidħlu fl-Unjoni mit-territorju kollu ta' dak il-pajjiż terz jew territorju jew minn żona jew kompartiment wieħed jew aktar biss tiegħu;

(c) kondizzjonijiet speċifiċi u garanziji tas-saħħa tal-annimali li jikkonċernaw il-mard elenkat.

Artikolu 232

Sospensjoni u l-irtirar mil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji u atti ta' implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tirtira pajjiż jew territorju mil-listi previsti fl-Artikolu 230(1), jew tissospendi d-dħul fl-Unjoni ta' annimali, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) il-pajjiż terz jew territorju kkonċernat, jew żona jew kompartiment wieħed jew aktar tiegħu, ma jibqgħux jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 230(1), fejn rilevanti għad-dħul fl-Unjoni ta' speċi u kategorija partikolari ta' annimal, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(b) is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-pajjiż terz jew territorju kkonċernat, jew f'żona jew f'kompartiment tiegħu, hija tali li s-sospensjoni jew l-irtirar mil-listi jkun meħtieġ sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni;

(c) il-Kummissjoni tkun talbet lill-pajjiż terz jew lit-territorju kkonċernat biex jagħti informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u kwistjonijiet oħra msemmija fl-Artikolu 230(1), u dak il-pajjiż terz jew territorju ma pprovdiex it-tali informazzjoni;

(d) il-pajjiż terz jew territorju kkonċernat ikun irrifjuta li jaqbel li jitwettqu kontrolli mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni fit-territorju tiegħu.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

2.  Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta' urġenza relatati ma' riskju serju ta' introduzzjoni fl-Unjoni ta' xi marda elenkata kif msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1), il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).

3.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, telenka mill-ġdid fil-listi previsti fl-Artikolu 230(1) pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, li jkun ġie irtirat minn dawk il-listi, jew tista' tawtorizza mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta' annimali, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, li minnu jkun ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni, għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) għar-raġunijiet imsemmija fil-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm il-pajjiż terz jew territorju kkonċernat jagħti xhieda li huwa konformi mal-kriterji ta' elenkar previsti fl-Artikolu 230(1);

(b) għar-raġunijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm il-pajjiż terz jew territorju kkonċernat jipprovdi garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li taw lok għas-sospensjoni jew l-irtirar tkun ġiet riżolta jew ma tibqax tirrappreżenta theddida lill-annimal jew is-saħħa pubblika fi ħdan l-Unjoni;

(c) għar-raġuni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dment li:

(i) il-pajjiż terz jew territorju kkonċernat ikun qabel dwar it-twettiq ta' kontrolli mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni fit-territorju tiegħu; u

(ii) ir-riżultati ta' dawk il-kontrolli tal-Kummissjoni juru li l-pajjiż terz jew territorju kkonċernat, u ż-żoni jew il-kompartimenti tiegħu, jikkonformaw mal-kriterji ta' elenkar previsti fl-Artikolu 230(1).

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



Taqsima 3

Approvazzjoni u elenkar ta' stabbilimenti f'pajjiżi terzi u territorji

Artikolu 233

Approvazzjoni u elenkar ta' stabbilimenti

1.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu biss id-dħul fl-Unjoni ta' annimali terrestri u prodotti ġerminali tagħhom li joriġinaw minn stabbiliment ta' tip li għalih hija meħtieġa l-approvazzjoni fl-Unjoni skont fl-Artikolu 94(2) u r-regoli adottati skont l-Artikolu 94(3) u l-Artikolu 95, jekk l-istabbiliment inkwistjoni fil-pajjiż terz jew territorju kkonċernat:

(a) jikkonforma mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali f'dak il-pajjiż terz jew territorju li huma ekwivalenti għar-regoli għal stabbilimenti ta' dak it-tip applikabbli fl-Unjoni;

(b) huwa approvat u elenkata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju tad-dispaċċ, sakemm il-miżuri alternattivi ta' mitigazzjoni tar-riskji fis-seħħ f'dak il-pajjiż terz jew territorju ma jipprovdux garanziji ekwivalenti tas-saħħa tal-annimali fi ħdan l-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiġbor il-listi tal-istabbilimenti approvati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 li tirċievi mingħand l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jew territorji kkonċernati.

3.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri kwalunkwe lista ġdida jew aġġornata ta' stabbilimenti approvati li tirċievi mingħand pajjiżi terzi jew territorji kkonċernati, u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta kwalunkwe regola meħtieġa sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-punt (b) tal-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



Taqsima 4

Dħul fl-Unjoni ta' speċijiet u kategoriji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali

Artikolu 234

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta' speċijiet u kategoriji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali

1.  Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta' speċijiet u kategoriji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji għandhom:

(a) ikunu stretti daqs ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-regoli adottati bis-saħħa tiegħu applikabbli għall-movimenti tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali, il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali inkwistjoni fi ħdan l-Unjoni; jew

(b) joffru garanziji ekwivalenti għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali, il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali previsti fil-Parti IV (Artikoli 84 sa 228) ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal:

(a) id-dħul fl-Unjoni ta' speċijiet u kategoriji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji;

(b) il-moviment fi ħdan l-Unjoni u l-immaniġġjar ta' dawk l-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali wara li jidħlu fl-Unjoni, fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi mitigat ir-riskju involut.

3.  Sakemm jiġu adottati l-atti delegati li jistabbilixxu r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' speċi u kategorija partikolari ta' annimal, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali, previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, b'segwitu għal evalwazzjoni tar-riskji involuti, japplikaw regoli nazzjonali, dment li dawk ir-regoli jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f' dak il-paragrafu u dment li jieħdu kont tal-materji msemmija fl-Artikoli 235 u 236.

Artikolu 235

Materji li għandhom jiġu kkunsidrati fl-atti delegati previsti fl-Artikolu 234 fir-rigward tad-dħul ta' annimali fl-Unjoni

Il-Kummissjoni għandha tqis dawn il-materji li ġejjin, meta tistabbilixxi f'atti delegati kif previst fl-Artikolu 234(2), rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta' speċijiet u kategoriji partikolari ta' annimali:

(a) il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) u mard emerġenti;

(b) l-istatus tas-saħħa tal-Unjoni fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) u l-mard emerġenti;

(c) l-ispeċijiet elenkati fir-rigward ta' dak il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) u l-mard emerġenti;

(d) l-età u s-sess tal-annimali kkonċernati;

(e) l-oriġini tal-annimali kkonċernati;

(f) it-tip ta' stabbiliment ikkonċernat u t-tip ta' produzzjoni fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni;

(g) il-post tad-destinazzjoni maħsub;

(h) l-użu maħsub tal-annimali kkonċernati;

(i) kwalunkwe miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji fis-seħħ fil-pajjiżi terzi jew it-territorji tal-oriġini jew tat-transitu, jew wara l-wasla tal-annimali kkonċernati fit-territorju tal-Unjoni;

(j) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-moviment ta' dawk l-annimali fi ħdan l-Unjoni;

(k) fatturi epidemjoloġiċi oħra;

(l) l-istandards kummerċjali internazzjonali tas-saħħa tal-annimali, rilevanti għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta' dawk l-annimali.

Artikolu 236

Materji li għandhom jiġu kkunsidrati fl-atti delegati kif previst fl-Artikolu 234 fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta' prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali

Il-Kummissjoni għandha tqis dawn il-materji li ġejjin meta tistabbilixxi f'atti delegati kif previst fl-Artikolu 234(2), ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta' prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali:

(a) il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1 u mard emerġenti;

(b) l-istatus tas-saħħa tal-annimali li minnhom joriġinaw il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali u tal-Unjoni rigward il-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) u l-mard emerġenti;

(c) it-tip u n-natura ta' dawn il-prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali partikolari, it-trattamenti, il-metodi tal-ipproċessar u miżuri oħrajn ta' mitigazzjoni tar-riskji li jkunu ġew applikati fil-postijiet tal-oriġini, tad-dispaċċ tal-konsenja jew tad-destinazzjoni;

(d) it-tip ta' stabbiliment u t-tip ta' produzzjoni fil-postijiet tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni;

(e) il-post tad-destinazzjoni maħsub;

(f) l-użu maħsub tal-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(g) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-movimenti tal-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati fi ħdan l-Unjoni;

(h) fatturi epidemjoloġiċi oħra;

(i) l-istandards kummerċjali internazzjonali tas-saħħa tal-annimali, rilevanti għall-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali inkwistjoni.



Taqsima 5

Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra

Artikolu 237

Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra għad-dħul fl-Unjoni

1.  L-Istati Membri għandhom biss jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jekk tali konsenji jkunu akkumpanjati minn wieħed minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju tal-oriġini, sakemm ma jkunx hemm deroga prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4;

(b) dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra, fejn meħtieġ mir-regoli adottati skont fil-punt (b) tal-paragrafu 4.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali sakemm iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma jkunx ġie vverifikat u ffirmat minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew territorju f'konformità ma' rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 149(3) jew 216(3) u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikoli 149(4) jew 216(4).

3.  L-Istati Membri għandhom jippermettu ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali li huma prodotti, trattati u trasmessi permezz ta' TRACES li jissostitwixxu ċ-ċertifikati ta' akkumpanjament tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1, fejn it-tali ċertifikati elettroniċi tas-saħħa tal-annimali:

(a) ikun fihom l-informazzjoni kollha li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkun meħtieġ li jkun fih, skont l-Artikolu 238(1) u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 238(3);

(b) jiżguraw it-traċċabbiltà tal-konsenji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati u jorbtu dawk il-konsenji maċ-ċertifikat elettroniku tas-saħħa tal-annimali.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) derogi mir-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għal konsenji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, u f'regoli speċifiċi rigward iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali ta' dawk il-konsenji, fejn il-konsenji inkwistjoni jippreżentaw riskju insinifikanti għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fi ħdan l-Unjoni, minħabba xi wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

(i) l-ispeċijiet u l-kategoriji ta' annimali, ta' prodotti ġerminali jew ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(ii) il-metodi taż-żamma u t-tipi ta' produzzjoni tal-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(iii) l-użu maħsub tagħhom;

(iv) miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji alternattivi li huma fis-seħħ fil-pajjiżi terzi jew fit-territorji tal-oriġini jew tat-transitu, jew wara l-wasla tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, li jipprovdu protezzjoni tas-saħħa tal-annimal u s-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fi ħdan l-Unjoni kif previst f'dan ir-Regolament;

(v) l-għoti ta' garanziji minn pajjiż terz jew territorju kkonċernat li r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni, ipprovduti b'mezzi oħra minbarra ċertifikat tas-saħħa tal-annimali;

(b) regoli li jeħtieġu li l-konsenji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fl-Unjoni jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra meħtieġa biex jintwera li l-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali inkwistjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fir-regoli adottati skont l-Artikolu 234(2).

Artikolu 238

Kontenut taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

1.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 237(1) għandu jkun fih mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem u l-indirizz:

(i) l-istabbiliment jew il-post ta' oriġini;

(ii) l-istabbiliment jew il-post tad-destinazzjoni;

(iii) fejn applikabbli, l-istabbilimenti għal operazzjonijiet ta' assemblaġġ jew tas-serħan tal-annimali miżmuma kkonċernati;

(b) deskrizzjoni tal-annimali, il-prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(c) in-numru jew il-volum tal-annimali, il-prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(d) fejn applikabbli, l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali kkonċernati;

(e) l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera li l-annimali, il-prodotti ġerminali u prodotti tal-annimali kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal dħul fl-Unjoni kif previst fl-Artikolu 229 u l-Artikolu 234(1) u fir-regoli adottati skont l-Artikolu 234(2) u l-Artikolu 239.

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 237(1) jista' jinkludi informazzjoni oħra meħtieġa taħt leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi regoli dwar:

(a) informazzjoni li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 237(1) minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 237(1);

(c) formuli mudell għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra msemmija fl-Artikolu 237(1).

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

4.  Sakemm jiġu stabbiliti regoli fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 3, fir-rigward ta' speċi u kategorija partikolari ta' annimal, prodott ġerminali jew prodott li joriġina mill-annimali, l-Istati Membri jistgħu, b'segwitu għal evalwazzjoni tar-riskji involuti, japplikaw regoli nazzjonali, dment li dawk ir-regoli nazzjonali jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.



Taqsima 6

Derogi u kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward ta' ċerti kategoriji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali

Artikolu 239

Derogi u rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta' ċerti kategoriji ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali

1.  Għal ċertu tip ta' dħul ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 229(1) u l-Artikoli 233 u 237 tista' ma tkunx adatta, u jista' jkun meħtieġ li jiġu adottati regoli speċjali mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati li jieħdu kont tar-riskji partikolari, id-destinazzjoni finali, it-tip ta' użu finali u ċirkostanzi oħra.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-regoli speċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu dwar derogi mir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 229(1) u l-Artikoli 233 u 237 u timponi rekwiżiti addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni ta' dan li ġej:

(a) annimali:

(i) maħsuba għal ċirki, avvenimenti, esibizzjonijiet, wirjiet, spettakli u stabbilimenti limitati;

(ii) huma maħsuba li jintużaw għal għanijiet xjentifiċi jew dijanjostiċi;

(iii) li għalihom l-Unjoni mhux id-destinazzjoni finali;

(iv) li joriġinaw fl-Unjoni u li jiġu mċaqalqa lejn pajjiż terz jew territorju, u mbagħad jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni minn dak il-pajjiż terz jew territorju;

(v) li joriġinaw fl-Unjoni u li huma trasportati minn pajjiż terz jew territorju mat-triq lejn parti oħra tal-Unjoni;

(vi) li huma maħsuba għal skopijiet li jirgħu fuq bażi temporanja, fil-viċinanza tal-tal-fruntieri tal-Unjoni;

(vii) li jippreżentaw riskju insinifikanti għall-istatus tas-saħħa tal-annimali fi ħdan l-Unjoni;

(b) prodotti li joriġinaw mill-annimali:

(i) maħsuba għall-użu personali;

(ii) għal konsum mill-ekwipaġġ u mill-passiġġieri fuq mezzi ta' trasport li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji;

(c) prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali:

(i) maħsuba biex jintużaw bħala kampjuni kummerċjali;

(ii) maħsuba biex jintużaw bħala kampjuni ta' riċerka u dijanjosi;

(iii) li għalihom l-Unjoni mhux id-destinazzjoni finali;

(iv) li joriġinaw fl-Unjoni u li jiġu mċaqalqa lejn pajjiż terz jew territorju, u mbagħad jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni minn dak il-pajjiż terz jew territorju;

(v) li joriġinaw fl-Unjoni u jinġarru minn pajjiż terz jew territorju mat-triq lejn parti oħra tal-Unjoni;

(vi) li jippreżentaw riskju insinifikanti għall-istatus tas-saħħa tal-annimali fi ħdan l-Unjoni.

Dawk l-atti delegati għandhom iqisu l-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 235 u 236.

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi regoli:

(a) dwar formuli mudell għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra għall-kategoriji tal-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) li jindikaw, għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kodiċijiet min-Nomenklatura Magħquda, fejn dawn il-kodiċijiet mhumiex previsti minn regoli rilevanti oħrajn tal-Unjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 2

Dħul fl-Unjoni ta' ċerti oġġetti għajr annimali, prodotti ġerminali, annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi u territorji

Artikolu 240

Aġenti tal-mard u atti delegati

1.  Operaturi, veterinarji, professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi u professjonisti tal-annimali li jġibu aġenti tal-mard fl-Unjoni għandhom:

(a) jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li d-dħul ta' dawk l-aġenti tal-mard fl-Unjoni ma joħloqx riskju għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fi ħdan l-Unjoni fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) u mard emerġenti;

(b) tieħu l-miżuri preventivi u ta' kontroll tal-mard xierqa biex tiżgura li d-dħul fl-Unjoni ta' dawk l-aġenti tal-mard ma jippreżentax riskju ta' bijoterrorriżmu.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li ġġib tali aġenti fl-Unjoni b'mod intenzjonali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' aġenti tal-mard li jikkonċernaw:

(a) l-ippakkettjar ta' aġenti tal-mard;

(b) miżuri ta' mitigazzjoni ta' riskji oħra meħtieġa għall-prevenzjoni tar-rilaxx u t-tixrid ta' aġenti tal-mard.

Artikolu 241

Materjal ta' pjanti u atti delegati u ta' implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jirrestrinġu d-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' materjal tal-pjanti fil-każ ta' sitwazzjoni ta' marda mhux favorevoli f'pajjiżi terzi jew territorji fir-rigward tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) jew mard emerġenti, fejn dan huwa meħtieġ mir-regoli adottati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jistabbilixxu:

(a) ir-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta' materjal tal-pjanti li jaġixxi bħala mezz ta' tixrid tal-mard elenkat jew emerġenti;

(b) rekwiżiti fir-rigward ta':

(i) iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali, filwaqt li jitqiesu r-regoli previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 237(1) u l-Artikolu237(2) u (3); jew

(ii) dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra, filwaqt li jitqiesu r-regoli previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 237(1).

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu 2 abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) jekk marda elenkata jew emerġenti li tista' tiġi trasmessa permezz ta' materjal tal-pjanti, tirrappreżentax riskju serju għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni;

(b) il-probabbiltà li l-annimali ta' speċijiet elenkati għal mard elenkat partikolari jew mard emerġenti humiex ser jiġu f'kuntatt dirett jew indirett mal-materjal tal-pjanti msemmi fil-paragrafu 2;

(c) id-disponibbiltà u l-effettività ta' miżuri alternattivi ta' mitigazzjoni tar-riskji b'rabta ma' dak il-materjal tal-pjanti, li jistgħu jeliminaw jew jimminimizzaw ir-riskju ta' trasmissjoni msemmi fil-punt (a).

4.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli li jindikaw, fil-każ tal-materjal tal-pjanti msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-kodiċijiet min-Nomenklatura Magħquda, fejn it-tali indikazzjoni ma tkunx prevista minn regoli rilevanti oħrajn tal-Unjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 242

Mezzi ta' trasport, tagħmir, materjali tal-imballaġġ, ilma tat-trasport u għalf u magħlef u atti delegati u ta' implimentazzjoni

1.  L-operaturi li jġibu annimali u prodotti fl-Unjoni għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa u meħtieġa fit-trasport, kif previst fl-Artikoli 125(1) u 192(1).

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni ta':

(i) mezzi ta' trasport għall-annimali u l-prodotti;

(ii) tagħmir, materjal tal-imballaġġ jew ilma tat-trasport għall-annimali u prodotti, jew għalf u magħlef li jistgħu jittrasmettu l-mard tal-annimali;

(b) rekwiżiti fir-rigward ta':

(i) iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali, filwaqt li jitqiesu r-regoli previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 237(1) u l-Artikolu 237(2) u (3); jew

(ii) dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra, filwaqt li jitqiesu r-regoli previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 237(1).

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fil-każ ta' sitwazzjoni ta' marda mhux favorevoli li tikkonċerna waħda jew aktar mill-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1), jew mard emerġenti, li jippreżenta riskju serju għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni, fi:

(a) pajjiż terz ġar jew territorju;

(b) il-pajjiż terz jew territorju tal-oriġini;

(c) pajjiż terz jew territorju ta' transitu.

4.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli li jindikaw, fil-każ tal-oġġetti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-kodiċijiet min-Nomenklatura Magħquda, fejn it-tali indikazzjoni ma tkunx prevista minn regoli rilevanti oħrajn tal-Unjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 3

Esportazzjoni

Artikolu 243

Esportazzjoni mill-Unjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni mill-Unjoni lejn pajjiż terz jew territorju ta' annimali u prodotti isir skont ir-regoli għall-moviment ta' annimali u prodotti bejn l-Istati Membri previsti fil-Parti IV (Artikoli 84 sa 228), filwaqt li jitqiesu l-istatus tas-saħħa tal-annimali fil-pajjiż terz jew territorju tad-destinazzjoni, jew iż-żona jew il-kompartiment rilevanti tiegħu, fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) u mard emerġenti.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk mitlub mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz jew territorju li jimporta l-annimali jew il-prodotti inkwistjoni, jew jekk ikun stabbilit mill-proċeduri legali u amministrattivi fis-seħħ f'dak il-pajjiż terz jew it-territorju, l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni mill-Unjoni tista' sseħħ f'konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f'dak il-pajjiż terz jew territorju, dment li tali esportazzjonijiet jew esportazzjonijiet mill-ġdid ma jipperikolawx is-saħħa pubblika jew tal-annimali.

3.  Fejn id-dispożizzjonijiet ta' ftehim bilaterali konkluż bejn l-Unjoni u pajjiż terz jew territorju huma applikabbli, l-annimali u l-prodotti esportati mill-Unjoni lejn dak il-pajjiż terz jew territorju għandhom ikunu konformi ma' dawk id-dispożizzjonijiet.



PARTI VI

MOVIMENTI MHUX KUMMERĊJALI TA' ANNIMALI DOMESTIĊI LEJN STAT MEMBRU MINN STAT MEMBRU IEĦOR JEW MINN PAJJIŻ TERZ JEW TERRITORJU



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 244

Kamp ta' applikazzjoni tal-Parti VI

1.  Din il-Parti għandha tapplika għall-moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz jew territorju.

2.  Din għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal:

(a) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 ( 2 );

(b) kwalunkwe miżura nazzjonali adottata, ippubblikata u magħmula disponibbli għall-pubbliku mill-Istati Membri biex jirrestrinġu l-moviment ta' ċerti speċijiet jew razez ta' annimali domestiċi abbażi ta' konsiderazzjonijiet li mhumiex dawk relatati mas-saħħa tal-annimali.

Artikolu 245

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f'din il-Parti ma għandhomx jiġu pprojbiti, ristretti jew impediti għal raġunijiet marbutin mas-saħħa tal-annimali li mhumiex dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' din il-Parti.

2.  Meta l-moviment mhux kummerċjali ta' annimal domestiku jitwettaq minn persuna awtorizzata, dan jista' jseħħ biss fi żmien ħamest ijiem minn meta jiċċaqlaq sid l-annimal domestiku.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar rekwiżiti li jissupplimentaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' dan li ġej:

(a) dokumenti dwar il-moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi li jitwettaq minn persuna awtorizzata;

(b) l-għoti ta' derogi mill-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tqassim, il-lingwi u l-validità tad-dikjarazzjoni li tawtorizza bil-miktub lil persuna awtorizzata biex twettaq il-moviment mhux kummerċjali tal-annimal domestiku f'isem sid l-annimal domestiku. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

Artikolu 246

Numru massimu ta' annimali domestiċi

1.  In-numru ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li jistgħu jiġu mċaqalqa matul moviment uniku mhux kummerċjali ma għandux ikun aktar minn ħamsa.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, in-numru ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I jista' jkun iktar minn ħamsa jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali inkwistjoni jkun għall-fini ta' parteċipazzjoni f'kompetizzjoni, wirja jew avveniment sportiv jew taħriġ għal tali avveniment;

(b) sid l-annimal domestiku jew il-persuna awtorizzata kkonċernata tippreżenta evidenza bil-miktub li l-annimali domestiċi jkunu rreġistrati jew biex jattendu għall-avveniment kif imsemmi fil-punt (a), jew ma' assoċjazzjoni li torganizza avvenimenti ta' dan it-tip;

(c) l-annimali domestiċi għandhom età ta' aktar minn sitt xhur.

3.  Sabiex jiġi impedit li l-movimenti kummerċjali ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I jinħbew b'mod frodulenti taħt il-bixra ta' movimenti mhux kummerċjali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264, rigward regoli li jistabbilixxu n-numru massimu ta' annimali domestiċi ta' dawk l-ispeċijiet li jistgħu jiġu mċaqalqa matul moviment mhux kummerċjali uniku.



KAPITOLU 2

Kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor

Artikolu 247

Kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I

L-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I ma għandhomx jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor sakemm:

(a) jiġu identifikati individwalment b'mezzi fiżiċi ta' identifikazzjoni f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 252(1);

(b) jissodisfaw il-miżuri rilevanti ta' prevenzjoni u mitigazzjoni tar-riskji adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 252(1) fir-rigward tal-mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(c) ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni kkompletat kif dovut u maħruġ f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (d) tal-Artikolu 254.

Artikolu 248

Kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I

1.  Dment li l-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-punt (b) tal-Artikolu252(1) fir-rigward ta' annimali domestiċi ta' waħda mill-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I, il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ta' dawk l-ispeċijiet lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor għandu jkun soġġett għal konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  L-annimali domestiċi tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor biss jekk:

(a) jiġu identifikati jew deskritti, individwalment jew fi gruppi, f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 252(1);

(b) jikkonformaw mal-miżuri rilevanti ta' prevenzjoni u mitigazzjoni tar-riskji adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 252(1) fir-rigward ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(c) ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni kkompletat kif dovut u maħruġ skont ir-regoli adottati skont il-punt (d) tal-Artikolu 254;

3.  Sakemm jiġu adottati l-atti delegati rilevanti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I lejn it-territorju tagħhom minn Stat Membru ieħor, dment li t-tali regoli:

(a) jiġu applikati b'mod proporzjonat għar-riskji għas-saħħa pubblika jew tal-annimali li jkunu assoċjati mal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ta' dawk l-ispeċijiet; u

(b) mhumiex iktar stretti minn dawk li japplikaw għal movimenti ta' dawk l-ispeċijiet skont il-Parti IV.



KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi lejn Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju

Artikolu 249

Kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I

1.  L-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I ma għandhomx jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju sakemm:

(a) jiġu identifikati individwalment b'mezzi fiżiċi ta' identifikazzjoni f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 252(1);

(b) jikkonformaw mal-miżuri rilevanti ta' prevenzjoni u mitigazzjoni tar-riskji adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 252(1) fir-rigward ta' mard elenkat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(c) ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni kkompletat kif dovut u li jkun inħareġ f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 254.

2.  L-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I jistgħu jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju ieħor minbarra dawk elenkati skont l-Artikolu 253(1)(d) biss permezz ta' punt ta' dħul elenkat għal dak il-għan. Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta' dawk il-punti ta' dħul fit-territorju tiegħu u għandu jqiegħed dik il-lista għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 b'rabta mal-kondizzjonijiet għall-għoti ta' derogi mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 250

Kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I

1.  Dment li l-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-punt (b) tal-Artikolu 252(1) fir-rigward ta' annimali domestiċi ta' waħda mill-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I, il-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi ta' dik l-ispeċi fi Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju għandu jkun soġġett għal konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  L-annimali domestiċi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju biss jekk:

(a) jiġu identifikati jew deskritti, individwalment jew fi gruppi, f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 252(1);

(b) jikkonformaw mal-miżuri rilevanti ta' prevenzjoni u mitigazzjoni tar-riskji adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 252(1) fir-rigward ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1);

(c) ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni kkompletat kif dovut u maħruġ f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (d) tal-Artikolu254;

(d) meta jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju ieħor minbarra dawk elenkati skont il-punt (d) tal-Artikolu 253(1), jidħlu minn punt ta' dħul elenkat għal dak il-għan. Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta' dawk il-punti ta' dħul fit-territorju tiegħu u għandu jqiegħed dik il-lista għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

3.  Sakemm jiġu adottati l-atti delegati rilevanti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I lejn it-territorju tagħhom minn pajjiż terz jew territorju, dment li t-tali regoli:

(a) jiġu applikati b'mod proporzjonat għar-riskji għas-saħħa pubblika jew tal-annimali li jkunu assoċjati mal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ta' dawk l-ispeċijiet; u

(b) mhumiex iktar stretti minn dawk li japplikaw għad-dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' dawk l-ispeċijiet skont il-Parti V.

Artikolu 251

Deroga mill-kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi bejn ċerti pajjiżi u territorji

B'deroga mill-Artikoli 249 u 250, il-movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi bejn il-pajjiżi u t-territorji li ġejjin jista' jissokta skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-regoli nazzjonali ta' dawk il-pajjiżi u t-territorji:

(a) San Marino u l-Italja;

(b) il-Vatikan u l-Italja;

(c) Monaco u Franza;

(d) Andorra u Franza;

(e) Andorra u Spanja;

(f) in-Norveġja u l-Iżvezja;

(g) il-Gżejjer Faeroe u d-Danimarka;

(h) Greenland u d-Danimarka.



KAPITOLU 4

Identifikazzjoni u miżuri ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tar-riskji

Artikolu 252

Delega tas-setgħat dwar l-identifikazzjoni ta' annimali domestiċi u miżuri ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tar-riskji

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) rekwiżiti dettaljati speċifiċi għall-ispeċijiet għal:

(i) il-mezzi ta' identifikazzjoni ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I previsti fil-punt (a) tal-Artikoli 247, fil-punt (a) tal-Artikolu 248(2), fil-punt (a) tal-Artikolu 249(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 250(2);

(ii) l-applikazzjoni u l-użu ta' dawk il-mezzi ta' identifikazzjoni;

(b) rekwiżiti dettaljati speċifiċi għall-ispeċijiet għall-miżuri ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tar-riskji biex jiġi żgurat li l-annimali domestiċi ma joħolqux riskju sinifikanti għat-tixrid ta' mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) minħabba l-movimenti ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 247, fil-punt (b) tal-Artikolu 248(2), fil-punt (b) tal-Artikolu 249(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 250(2).

2.  Meta fil-każ ta' riskji emerġenti, dan ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-proċedura prevista fl-Artikolu 265 għandha tapplika għar-regoli adottati skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Il-miżuri ta' prevenzjoni u mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-ispeċijiet awtorizzati minn att delegat adottat skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni xjentifika adegwata, affidabbli u vvalidata u jiġu applikati fi proporzjon mar-riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali assoċjat mal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi li x'aktarx jiġu affettwati minn mard elenkat kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1).

4.  L-atti delegati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu wkoll dawn li ġejjin:

(a) regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom skont l-istatus tas-saħħa tal-annimali u s-sistemi ta' sorveljanza u rappurtar tagħhom fir-rigward ta' ċertu mard li x'aktarx li jinfirex permezz tal-movimenti ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I;

(b) il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-Istati Membri sabiex jibqgħu eliġibbli għall-applikazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(c) il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(d) il-kriterji għall-għoti u, fejn adatt, għad-dokumentazzjoni adatta ta' derogi f'ċerti ċirkostanzi speċifiċi mill-applikazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(e) il-kriterji għall-għoti u d-dokumentazzjoni ta' derogi f'ċerti ċirkostanzi speċifikati mill-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 247 sa 250.

Artikolu 253

Atti ta' implimentazzjoni dwar miżuri ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tar-riskji

1.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, fir-rigward ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I:

(a) tistabbilixxi regoli fil-format, l-istruttura u l-lingwi ta' kwalunkwe dokument skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 252(4);

(b) tadotta lista ta' Stati Membri li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 252(4) u tneħħi l-Istati Membri mil-lista jekk isseħħ kwalunkwe bidla fir-rigward ta' dawk il-kondizzjonijiet;

(c) tadotta lista ta' Stati Membri li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 252(4) u tneħħi l-Istati Membri mil-lista jekk isseħħ kwalunkwe bidla fir-rigward ta' dawk ir-regoli;

(d) tadotta lista ta' pajjiżi terzi u territorji li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 252(4) u tneħħi l-pajjiżi terzi jew it-territorji minn dik il-lista jekk isseħħ kwalunkwe bidla fir-rigward ta' dawk il-kondizzjonijiet.

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, rigward l-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I, tadotta lista ta' pajjiżi terzi u territorji li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 252(4) u tneħħi l-pajjiżi terzi jew it-territorji minn dik il-lista jekk isseħħ kwalunkwe bidla fir-rigward ta' dawk il-kondizzjonijiet.

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

4.  Għal raġunijiet ta' urġenza ferm importanti u debitament ġustifikati relatati ma' riskji serji, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jaġġornaw il-listi msemmija fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).



KAPITOLU 5

Dokumenti ta' identifikazzjoni

Artikolu 254

Delega tas-setgħat rigward id-dokumenti ta' identifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar:

(a) entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokumenti ta' identifikazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 247, fil-punt (c) tal-Artikolu 248(2), fil-punt (c) tal-Artikolu 249(1) u fil-punt (c) tal-Artikolu 250(2);

(b) id-distribuzzjoni ta' dokumenti tal-identifikazzjoni vojta kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 247;

(c) il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' derogi fir-rigward tal-format tad-dokumenti ta' identifikazzjoni previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 247 u fil-punt (c) tal-Artikolu 249(1);

(d) il-ħruġ, it-tlestija u, fejn applikabbli, l-approvazzjoni tad-dokumenti ta' identifikazzjoni previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 247, fil-punt (c) tal-Artikolu 248(2), fil-punt (c) tal-Artikolu 249(1) u fil-punt (c) tal-Artikolu 250(2).

Artikolu 255

Atti ta' implimentazzjoni dwar id-dokumenti ta' identifikazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell tad-dokumenti ta' identifikazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 247 u l-punt (c) tal-Artikolu 249(1). Dak il-mudell għandu jkun fih l-entrati rispettivi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 254, kif ukoll rekwiżiti dwar il-lingwi, l-istruttura, il-validità jew il-karatteristiċi ta' sigurtà ta' dawk id-dokumenti ta' identifikazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta:

(a) il-mudell għad-dokumenti ta' identifikazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 248(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 250(2), li għandu jkun fihom l-entrati rispettivi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 254, kif ukoll rekwiżiti dwar il-lingwi, l-istruttura, il-validità jew il-karatteristiċi ta' sigurtà ta' dawk id-dokumenti ta' identifikazzjoni;

(b) ir-regoli meħtieġa għat-transizzjoni lejn il-mudell tad-dokument ta' identifikazzjoni msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 247.

3.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).



KAPITOLU 6

Obbligi ta' informazzjoni

Artikolu 256

Obbligi ta' informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku b'informazzjoni ċara u aċċessibbli faċilment dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-movimeni mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi, inkluż:

(a) kondizzjonijiet għall-għoti ta' ċerti derogi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 252(4);

(b) kondizzjonijiet għall-għoti ta' derogi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 252(4);

(c) rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-mezzi ta' identifikazzjoni msemmi fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 252(1);

(d) kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali lejn it-territorji ta' Stati Membri ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet imsemmija fil-Parti B tal-Anness I, li huma stipulati mir-regoli nazzjonali tagħhom kif previst fl-Artikolu 248(3) u 250(3);

(e) kondizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali lejn it-territorji ta' Stati Membri ta' annimali domestiċi minn ċerti pajjiżi u territorji stipulati mir-regoli nazzjonali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 251;

(f) kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar ċerti miżuri ta' prevenzjoni u ta' mitigazzjoni tar-riskji kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 252(1).

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu paġni ta' informazzjoni bbażati fuq l-Internet li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u għandhom jikkomunikaw l-indirizz tas-sit elettroniku ta' dawk il-paġni lill-Kummissjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tassisti biex dik l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku mill-Istati Membri, billi tipprovdi fuq il-paġna tagħha tal-Internet:

(a) links għall-paġni ta' informazzjoni bbażati fuq l-Internet tal-Istati Membri;

(b) l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1, u l-informazzjoni li ssir disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 244(2) b'lingwi addizzjonali, kif adatt.



PARTI VII

MIŻURI TA' EMERĠENZA



Taqsima 1

Miżuri ta' emerġenza fir-rigward tal-movimenti ta' annimali u prodotti fl-Unjoni u mezzi ta' trasport u materjal ieħor li seta' ġie f'kuntatt ma' annimali u prodotti bħal dawn

Artikolu 257

Miżuri ta' emerġenza li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fit-territorju li fih tkun seħħet tifqigħa ta' marda elenkata jew marda emerġenti, jew seħħ periklu

1.  Fil-każ ta' tifqigħa ta' marda elenkata jew marda emerġenti, jew ikun hemm periklu li x'aktarx jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-annimali jew pubblika, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dan ikun seħħ għandha, skont il-gravità tas-sitwazzjoni u l-marda jew il-periklu inkwistjoni, tieħu minnufih waħda jew aktar mill-miżuri ta' emerġenza segwenti biex tipprevjeni t-tixrid tal-marda jew tal-periklu:

(a) fil-każ ta' mard elenkat:

(i) imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), il-miżuri ta' kontroll tal-mard stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti III (Artikoli 53 sa 71);

(ii) imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1), il-miżuri ta' kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 75 u 77 sa 81 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti III;

(iii) imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1), il-miżuri ta' kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 76 sa 78 u l-Artikoli 80 u 82 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti III;

(b) fil-każ ta' mard emerġenti u perikli:

(i) restrizzjonijiet fuq il-moviment ta' annimali u prodotti li joriġinaw mill-istabbilimenti jew, fejn ikun rilevanti, iż-żoni jew il-kompartimenti ristretti, fejn it-tifqigħa jew il-periklu jkunu seħħew, u fuq mezzi ta' trasport u materjal ieħor li setgħu ġew f'kuntatt ma' dawk l-annimali jew il-prodotti;

(ii) il-kwarantina tal-annimali u l-iżolament tal-prodotti;

(iii) sorveljanza u miżuri ta' traċċabbiltà;

(iv) kwalunkwe miżuri ta' emerġenza ta' kontroll tal-mard previsti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti III (Artikoli 53 sa 71) li huma xierqa;

(c) kwalunkwe miżura oħra ta' emerġenza li tkun tidhrilha xierqa sabiex effettivament u effiċjentement tikkontrolla u tiskansa t-tixrid tal-marda jew il-periklu.

2.  L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra:

(a) immedjatament dwar kwalunkwe tifqigħa jew l-okkorrenza ta' periklu kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) mingħajr dewmien bil-miżuri ta' emerġenza meħuda skont il-paragrafu 1.

Artikolu 258

Miżuri ta' emerġenza li għandhom jittieħdu minn Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn tkun seħħet it-tifqigħa jew il-periklu

1.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn tkun seħħet it-tifqigħa jew il-periklu msemmi fl-Artikolu 257(1) għandha, skont il-gravità tas-sitwazzjoni u l-marda jew il-periklu inkwistjoni, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 257(1) meta fit-territorju tagħha tidentifika l-annimali jew il-prodotti mill-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 257(1) jew mezzi ta' trasport jew kwalunkwe materjal ieħor li seta' ġie f'kuntatt ma' tali annimali u prodotti.

2.  L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista', fejn jeżisti riskju serju sakemm jiġu adottati l-miżuri ta' emerġenza mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 259, tieħu l-miżuri ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 257(1) fuq bażi interim, skont il-gravità tas-sitwazzjoni fir-rigward ta' annimali jew prodotti li joriġinaw minn stabbilimenti jew post ieħor, jew fejn rilevanti minn żoni ristretti tal-Istat Membru fejn tkun seħħet il-marda jew il-periklu msemmi fl-Artikolu 257(1), jew mezzi ta' trasport jew materjal ieħor li seta' ġie f'kuntatt ma' dawn l-annimali.

3.  Stat Membru jista' jieħu miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 257(1) fil-każ ta' tifqigħa f'pajjiż terz jew territorju li jmiss mal-fruntieri tal-Unjoni ta' marda msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) jew marda emerġenti f'dak il-pajjiż terz jew territorju, dment li dawk il-miżuri jkunu meħtieġa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda fit-territorju tal-Unjoni.

4.  L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 3 għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħrajn:

(a) immedjatament bit-tifqigħa jew l-okkorrenza ta' periklu msemmija fil-paragrafu 1;

(b) mingħajr dewmien bil-miżuri ta' emerġenza meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 259

Miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni

1.  Fil-każ ta' tifqigħa jew l-okkorrenza ta' periklu, kif imsemmi fl-Artikolu 257(1), u tal-miżuri ta' emerġenza meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 257(1) u l-Artikolu 258(1), (2) u (3), il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni u l-miżuri ta' emerġenza meħuda, u għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, waħda jew aktar mill-miżuri ta' emerġenza previsti fl-Artikolu 257(1) dwar l-annimali u l-prodotti inkwistjoni u l-mezzi ta' trasport u materjal ieħor li setgħu ġew f'kuntatt ma' dawk l-annimali jew il-prodotti, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) fejn il-Kummissjoni ma ġietx infurmata bi kwalunkwe miżura meħuda skont l-Artikolu 257(1) u l-Artikolu 258(1), (2) u (3);

(b) fejn il-Kummissjoni tkun tal-fehma li l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 257(1) u l-Artikolu 258(1), (2) u (3) ma jkunux adegwati;

(c) fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li hu meħtieġ li jiġu approvati jew sostitwiti l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 257(1) u l-Artikolu 258(1), (2) u (3) sabiex jiġi evitat xkiel mhux ġustifikat fil-moviment ta' annimali u prodotti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

2.  Għal raġunijiet ta' urġenza importanti ferm u debitament ġustifikati relatati ma' riskji serji ta' tixrid ta' xi marda jew periklu, il-Kummissjoni tista' tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont l-Artikolu 266(3).



Taqsima 2

Miżuri ta' emerġenza li jikkonċernaw konsenji ta' annimali u prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi u territorji, u mezzi ta' trasport u materjal ieħor, li seta' ġie f'kuntatt ma' konsenji bħal dawn

Artikolu 260

Miżuri ta' emerġenza li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti

Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ssir konxja minn annimali jew prodotti li joriġinaw minn pajjiż terz jew territorju, jew minn mezzi ta' trasport jew materjali li setgħu ġew f'kuntatt mat-tali annimali u prodotti, li x'aktarx jikkostitwixxu riskju serju fl-Unjoni minħabba infezzjoni jew kontaminazzjoni possibbli minn mard elenkat jew mard jew periklu emerġenti, din għandha:

(a) immedjatament tieħu waħda jew aktar mis-segwenti miżuri ta' emerġenza meħtieġa biex dak ir-riskju jiġi mitigat skont il-gravità tas-sitwazzjoni:

(i) teqred l-annimali u l-prodotti kkonċernati;

(ii) il-kwarantina tal-annimali u l-iżolament tal-prodotti;

(iii) sorveljanza u miżuri ta' traċċabbiltà;

(iv) tieħu kwalunkwe miżura ta' kontroll tal-mard imsemmija fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tal-Parti III (Artikoli 53 sa 71), fejn adatt;

(v) tieħu kwalunkwe miżura oħra ta' emerġenza li hija tqis adegwata biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda jew il-periklu fl-Unjoni;

(b) tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riskji assoċjati mal-annimali u l-prodotti inkwistjoni u dwar l-oriġini ta' dawk l-annimali u prodotti permezz ta' TRACES, u mingħajr dewmien bil-miżuri ta' emerġenza meħuda skont il-punt (a).

Artikolu 261

Miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni

1.  Fejn marda elenkata, marda emerġenti jew periklu li x'aktarx jikkostitwixxi riskju serju jseħħ jew jinfirex f'pajjiż terz jew territorju, jew jekk dan jintalab minn kwalunkwe raġuni serja oħra ta' saħħa tal-annimali jew pubblika, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni u filwaqt li taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tadotta waħda jew aktar minn dawn il-miżuri ta' emerġenza li ġejjin, skont il-gravità tas-sitwazzjoni:

(a) tissospendi d-dħul fl-Unjoni ta' konsenji ta' annimali u prodotti, u mezzi ta' trasport jew materjal ieħor, li seta' ġie f'kuntatt ma' konsenji bħal dawn, li jistgħu jxerrdu dik il-marda jew dak il-periklu fl-Unjoni;

(b) tistabbilixxi rekwiżiti speċjali għad-dħul fl-Unjoni ta' annimali u prodotti, u ta' mezzi ta' trasport u materjal ieħor li seta' ġie f'kuntatt ma' tali annimali u prodotti, li jistgħu jxerrdu dik il-marda jew dak il-periklu fl-Unjoni;

(c) tieħu kwalunkwe miżura ta' kontroll tal-mard xierqa f'emerġenza biex tipprevjeni t-tixrid ta' tali marda jew dak il-periklu fl-Unjoni.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

2.  Għal raġunijiet ta' urġenza importanti ferm u debitament ġustifikati relatati ma' riskji serji, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Istat Membru kkonċernat, tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).

Artikolu 262

Miżuri ta' emerġenza li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri meta l-Kummissjoni ma taġixxix

1.  Fejn Stat Membru jkun talab lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri ta' emerġenza skont l-Artikolu 261 u l-Kummissjoni ma tagħmilx dan, dak l-Istat Membru:

(a) jista', sakemm jiġu adottati miżuri ta' emerġenza mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jieħu waħda jew aktar mill-miżuri ta' emerġenza msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 260 fuq bażi interim fir-rigward tal-annimali u l-prodotti, u kwalunkwe mezz ta' trasport u materjal ieħor li seta' ġie f'kuntatt ma' tali annimali u prodotti, li joriġinaw mill-pajjiż terz jew territorju imsemmi fl-Artikolu 261(1), skont il-gravità tas-sitwazzjoni fit-territorju tiegħu;

(b) għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar tali miżuri ta' emerġenza mingħajr dewmien, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għall-adozzjoni tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina s-sitwazzjoni u l-miżuri ta' emerġenza meħuda mill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandha, fejn meħtieġ, tadotta permezz ta' att ta' implimentazzjoni, waħda jew aktar mill-miżuri ta' emerġenza previsti fl-Artikolu 261.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 266(2).

3.  Għal raġunijiet ta' urġenza importanti ferm u debitament ġustifikati relatati ma' riskji serji, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 266(3).



PARTI VIII

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 263

Emendi għall-Anness III

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 fir-rigward tal-emendi għall-Anness III, limitati esklussivament biex jittieħed kont tal-bidliet fit-tassonomija.

Artikolu 264

Eżerċizzju ta' delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet mal-esperti, inklużi l-esperti tal-Istati Membri, qabel ma jiġu adottati dawk l-atti delegati.

►C1  3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(5), 5(2), 5(4), 14(3), 16(2), 18(3), 20(3), 29, 31(5), 32(2), 37(5), 39, 41(3), 42(6), 47(1), 48(3), 53(2), 54(3), 55(2), 58(2), 63, 64(4), 67, 68(2), 68(3), 70(3), 72(2), 73(3), 74(4), 76(5), 77(2), 87(3), 94(3), 97(2), 101(3), 106(1), 109(2), 118(1), 118(2), 119(1), 122(1), 122(2), 125(2), 131(1), 132(2), 135, 136(2), 137(2), 138(3), 139(4), 140, 144(1), 146(1), 147, 149(4), 151(3), 154(1), 156(1), 160(1), 160(2), 161(6), 162(3), 162(4), ◄ 163(5), 164(2), 165(3), 166(3), 167(5), 168(3), 169(5), 176(4), 181(2), 185(5), 189(1), 192(2), 197(3), 200(3), 201(3), 202(3), 203(2), 204(3), 205(2), 211(1), 213(1), 214, 216(4), 218(3), 221(1), 222(3), 223(6), 224(3), 228(1), 230(3), 234(2), 237(4), 239(2), 240(2), 241(2), 242(2), 245(3), 246(3), 249(3), 252(1), 254, 263, 271(2), 272(2), 279(2), u 280(4) għal perijodu ta' ħames snin mill-20 ta' April 2016.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

4.  Id-delega tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 3 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkunu diġà fis-seħħ.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont id-dispożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

7.  Il-Kummissjoni għandha tħalli perijodu ta' mill-inqas sitt xhur bejn l-adozzjoni tal-atti delegati inizjali rispettivi, imsemmija fl-Artikoli 3(5), 14(3), 16(2), 20(3), 122(2), 164(2) u 228(1), u d-data li minnha jibdew japplikaw.

Artikolu 265

Proċedura ta' urġenza

1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ bla dewmien u għandhom japplikaw sakemm l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa b'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 264(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 266

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, b'rabta mal-Artikolu 5 tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tħalli perijodu ta' mill-inqas sitt xhur bejn l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni inizjali rispettivi msemmija fl-Artikoli 25(3), 120 u 228(2), meta dawk l-atti ta' implimentazzjoni jkunu marbutin mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 117, u d-data li minnha jibdew japplikaw.

Artikolu 267

Protezzjoni tad-data

1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) għall-ipproċessar ta' data personali li jsir fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament.

2.  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali li jsir mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.



TITOLU II

PENALI

Artikolu 268

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-22 ta' April 2022 u għandhom jinnotifikawha bla dewmien dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li jolqtuhom.



TITOLU III

MIŻURI TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 269

Miżuri addizzjonali jew aktar stretti mill-Istati Membri

1.  Minbarra dak li jirriżulta minn dispożizzjonijiet oħra f'dan ir-Regolament, li jippermettu li l-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu japplikaw fit-territorji tagħhom miżuri li huma addizzjonali għal, jew aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, dwar:

(a) ir-responsabbiltajiet għas-saħħa tal-annimali kif previst fil-Kapitolu 3 tal-Parti I (Artikoli 10 sa 17);

(b) in-notifika fi ħdan l-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 18;

(c) is-sorveljanza kif previst fil-Kapitolu 2 tal-Parti II (Artikoli 24 sa 30);

(d) ir-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni, iż-żamma ta' reġistri u r-reġistri kif previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu I (Artikoli 84 sa 107), u l-Kapitolu 1 tat-Titolu II, tal-Parti IV (Artikoli 172 sa 190);

(e) ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għal annimali terrestri miżmuma u prodotti ġerminali kif previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu I tal-Parti IV (Artikoli 108 sa 123).

2.  Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrispettaw ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament u ma għandhomx:

(a) ifixklu l-moviment ta' annimali u prodotti bejn l-Istati Membri;

(b) ikunu inkonsistenti mar-regoli msemmija fil-paragrafu 1.



PARTI IX

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

Artikolu 270

Tħassir

1.  Id-Deċiżjonijiet 78/642/KEE, 89/455/KEE u 90/678/KEE, u d-Direttivi 79/110/KEE, 81/6/KEE, 90/423/KEE, 92/36/KEE u 98/99/KE huma mħassra.

2.  L-atti li ġejjin huma mħassra mill-21 ta' April 2021.

 Direttiva 64/432/KEE,

 Direttiva 77/391/KEE,

 Direttiva 78/52/KEE,

 Direttiva 80/1095/KEE,

 Direttiva 82/894/KEE,

 Direttiva 88/407/KEE,

 Direttiva 89/556/KEE,

 Direttiva 90/429/KEE,

 Direttiva 91/68/KEE,

 Deċiżjoni 91/666/KEE,

 Direttiva 92/35/KEE,

 Direttiva 92/65/KEE,

 Direttiva 92/66/KEE,

 Direttiva 92/118/KEE,

 Direttiva 92/119/KEE,

 Deċiżjoni 95/410/KE,

 Direttiva 2000/75/KE,

 Deċiżjoni 2000/258/KE,

 Direttiva 2001/89/KE,

 Direttiva 2002/60/KE,

 Direttiva 2002/99/KE,

 Direttiva 2003/85/KE,

 Regolament (KE) Nru 21/2004,

 Direttiva 2004/68/KE,

 Direttiva 2005/94/KE,

 Direttiva 2006/88/KE,

 Direttiva 2008/71/KE,

 Direttiva 2009/156/KE,

 Direttiva 2009/158/KE,

 Regolament (UE) Nru 576/2013.

Ir-referenzi għal dawk l-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Artikolu 271

Miżuri transizzjonali relatati mal-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, u t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 u d-Direttiva 2008/71/KE

1.  Minkejja l-Artikolu 270(2) u l-Artikolu 278 ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, ir-Regolament (KE) Nru 21/2004, u d-Direttiva 2008/71/KE, kif ukoll l-atti adottati abbażi tiegħu, għandhom jibqgħu japplikaw, minflok l-Artikoli korrispondenti f'dan ir-Regolament, sa tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew data qabel li għandha tkun stabbilita f'att delegat adottat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 264 rigward id-data bikrija msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Dik id-data għandha tkun id-data tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandhom ikunu adottati skont l-atti delegati previsti fl-Artikolu 109(2) u l-Artikolu 119 ►C1  u l-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 120 ta' dan ir-Regolament. ◄

Artikolu 272

Miżuri transizzjonali relatati mat-tħassir tad-Direttivi 92/66/KEE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE, 2003/85/KE u 2005/94/KE

1.  Minkejja l-Artikolu 270(2) ta' dan ir-Regolament, id-Direttivi 92/66/KEE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE, 2003/85/KE u 2005/94/KE, kif ukoll l-atti adottati abbażi tiegħu, għandhom jibqgħu japplikaw, minflok l-Artikoli korrispondenti f'dan ir-Regolament, sa tliet snin jew data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew data qabel li għandha tkun stabbilita f'att delegat adottat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 264 rigward id-data bikrija msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Dik id-data għandha tkun id-data ta' applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandhom ikunu adottati skont l-atti delegati previsti fl-Artikolu 47, l-Artikoli 48(3), 53(2), 54(3), 55(2) u 58(2), l-Artikolu 63, l-Artikolu 64(4), l-Artikolu 67 u l-Artikolu 68(2) u 70(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 273

Emendar tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003

Fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tiżdied il-formulazzjoni li ġejja:

“Dawk il-miżuri speċjali għandhom jinkludu miżuri bbażati fuq id-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Deċiżjoni 95/410/KE fl-aħħar verżjoni tagħha qabel ma tħassret u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/644/KE ( *1 ) u 2004/235/KE ( *2 ) fil-verżjonijiet tagħhom fil-mument tat-tħassir tad-Direttiva 90/539/KEE.

Artikolu 274

Miżuri transizzjonali relatati mad-data tal-adozzjoni ta' ċerti atti delegati u ta' implimentazzjoni

Mingħajr preġudizzju għad-data ta' applikazzjoni prevista fl-Artikolu 283, ►C1  il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(5), l-Artikoli 32(2), 39, 41(3), 54(3), 55(2), 58(2), 64(4), 67, 68(2), 74(4), 77(2) u 97(2), l-Artikolu 122(1), u l-Artikoli 131(1), 132(2), 135, 137(2), 146(1), 149(4), 154(1), 162(3), 163(5), 166(3), 169(5), 181(2), 185(5), 213(1), 216(4), 221(1), 222(3), 224(3), 234(2), 239(2), u ◄ l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9 mhux aktar tard mill-20 ta' April 2019. Skont l-Artikolu 283, dawk l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni għandhom japplikaw mid-data ta' applikazzjoni stabbilita f'dak l-Artikolu.

Artikolu 275

Rieżami preliminari u emendi tal-Anness II

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-20 ta' April 2019, tirrieżamina l-lista tal-mard li tinsab fl-Anness II. Fil-każ li dan ir-rieżami juri li l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament tirrikjedi li jsiru emendi għall-Anness II, permezz ta' żieda jew tħassir mil-lista li tinsab fih, tali emendi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-data ta' skadenza msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 276

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-20 ta' April 2019, tirrieżamina l-leġislazzjoni eżistenti dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali miżmuma tal-ispeċi ekwina.

Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati ta' dak ir-rieżami fil-qafas tal-applikazzjoni tal-Artikoli 118, 119 u 120.

Artikolu 277

Miżuri transizzjonali relatati mat-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi

Minkejja l-Artikolu 270(2) ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu jkompli japplika sal-21 ta' April 2026 fir-rigward ta' movimenti mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi, minflok il-Parti VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 278

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1760/2000

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikoli 1 sa 10 huma mħassra;

(2) L-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 22

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Il-kontrolli previsti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kontroll li tista' twettaq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.

Kwalunkwe piena imposta minn Stat Membru fuq operatur jew organizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni taċ-ċanga għandha tkun effettiva, dissważiva u proporzjonata.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, fejn l-operaturi u l-organizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni taċ-ċanga jkunu ttikkettjaw iċ-ċanga mingħajr ma jikkonformaw mal-obbligi tagħhom stabbiliti fit-Titolu II, l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, jitolbu li ċ-ċanga titneħħa mis-suq. Minbarra l-penali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu:

(a) jekk il-laħam ikkonċernat ikun konformi mar-regoli rilevanti veterinarji u marbutin mal-iġjene, jawtorizzaw li tali ċanga:

(i) titqiegħed fis-suq wara li tkun ġiet ittikkettjata kif suppost skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni; jew

(ii) tintbagħat direttament għall-ipproċessar fi prodotti, minbarra dawk indikati fil-punt 1 tal-Artikolu 12;

(b) jordnaw is-sospensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni tal-operaturi u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

3.  Esperti mill-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jivverifikaw li l-Istati Membri jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(b) jagħmlu kontrolli fuq il-post sabiex jiżguraw li l-kontrolli jitwettqu skont dan ir-Regolament.

4.  Stat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq verifika fuq il-post għandu jipprovdi lill-esperti tal-Kummissjoni bl-għajnuna li huma jistgħu jeħtieġu sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. L-eżitu tal-kontrolli magħmula għandu jiġi diskuss mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat qabel jitfassal u jiġi ċċirkolat ir-rapport finali. Dak ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun fih rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri dwar it-titjib tal-konformità ma' dan ir-Regolament.”;

(3) L-Artikolu 22b huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 22b

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 13(6), 14(4) u 15a għal perijodu ta' ħames snin mill-20 ta' April 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13(6), 14(4) u 15a tista' titħassar fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' tħassir għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 13(6), 14(4) u 15a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(4) L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 23

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita għall-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 13(6) ta' dan ir-Regolament mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ).

Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn ikun meħtieġ li tinkiseb l-opinjoni tal-Kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-Kumitat jiddeċiedi hekk jew dan jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

Artikolu 279

Operaturi u stabbilimenti eżistenti

1.  Stabbilimenti u operaturi reġistrati jew approvati skont id-Direttiva 64/432/KEE, id-Direttiva 88/407/KEE, id-Direttiva 89/556/KEE, id-Direttiva 90/429/KEE, id-Direttiva 91/68/KEE, id-Direttiva 92/65/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, ir-Regolament (KE) Nru 21/2004, id-Direttiva 2006/88/KE, id-Direttiva 2008/71/KE, id-Direttiva 2009/156/KE jew id-Direttiva 2009/158/KE qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu reġistrati jew approvati, kif meħtieġ, skont dan ir-Regolament u għandhom, bħala tali, ikunu soġġetti għall-obbligi rilevanti previsti f'dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-regoli meħtieġa sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel mir-regoli eżistenti qabel dan ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari sabiex tipproteġi d-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati.

Artikolu 280

Stati Membri, żoni u kompartimenti eżistenti ħielsa mill-mard u programmi eżistenti tal-Istati Membri ta' eradikazzjoni u sorveljanza

1.  L-Istati Membri u ż-żoni bi status approvat ta' ħelsien mill-mard għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), għal waħda jew aktar mill-ispeċijiet ta' annimali rilevanti, skont id-Direttiva 64/432/KEE, id-Direttiva 91/68/KEE, id-Direttiva 92/65/KEE, id-Direttiva 2006/88/KE, id-Direttiva 2009/156/KE jew id-Direttiva 2009/158/KE, għandu jitqies li għandhom status approvat ta' ħelsien mill-mard skont dan ir-Regolament u għandhom, bħala tali, ikunu soġġetti għall-obbligi rilevanti previsti f'dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri u ż-żoni bi programm approvat ta' eradikazzjoni jew sorveljanza għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1), għal waħda jew aktar mill-ispeċijiet ta' annimali rilevanti, skont id-Direttiva 64/432/KEE, id-Direttiva 91/68/KEE, id-Direttiva 92/65/KEE, id-Direttiva 2006/88/KE, id-Direttiva 2009/156/KE jew id-Direttiva 2009/158/KE, għandu jitqies li għandhom programm approvat ta' eradikazzjoni skont dan ir-Regolament u għandhom, bħala tali, ikunu soġġetti għall-obbligi rilevanti previsti f'dan ir-Regolament.

3.  Il-kompartimenti approvati bi status approvat ta' ħelsien mill-mard għal waħda jew aktar mill-mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 9(1), skont id-Direttivi 2005/94/KE u 2006/88/KE, għandu jitqies li għandhom status rikonoxxut ta' ħelsien mill-mard skont l-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament u għandhom, bħala tali, ikunu soġġetti għall-obbligi rilevanti previsti f'dan ir-Regolament.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 264 dwar ir-regoli meħtieġa sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel mir-regoli eżistenti qabel dan ir-Regolament imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Artikolu 281

Relazzjoni ma' atti dwar kontrolli uffiċjali

Fil-każ ta' kwalunkwe konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, tad-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE ( 5 ), 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/93/KE ( 6 ) u 97/78/KE u d-Deċiżjoni 92/438/KEE, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jipprevalu.

Artikolu 282

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament flimkien mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 264 u tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni f'rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mit-22 ta' April 2026.

Artikolu 283

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-21 ta' April 2021 bl-eċċezzjoni għall-Artikoli 270(1), u 274, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

SPEĊIJIET TA' ANNIMALI DOMESTIĊI

PARTI A

Klieb (Canis lupus familiaris)

Qtates (Felis silvestris catus)

Inmsa (Mustela putorius furo)

PARTI B

Invertebrati (bl-eċċezzjoni ta' naħal, molluski li jappartjenu għall-phylum Mollusca u krustaċji li jappartjenu għas-subphylum Crustacea)

Annimali akkwatiċi ornamentali

Amfibji

Rettili

Għasafar: kampjuni ta' speċijiet avjarji minbarra tjur, dundjani, farawni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani, perniċijiet u ratiti (Ratitae).

Mammiferi: rodituri u fniek minbarra dawk maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel.




ANNESS II

LISTA TA' MARD

 Pesta bovina (il-pesta tal-ifrat)

 Pesta tan-nagħaġ u tal-mogħoż

 Marda vexxikulari tal-ħnieżer

 Marda tal-ilsien blu

 Marda Teschen

 Ġidri tan-nagħaġ u tal-mogħoż

 Deni tal-Wied tar-Rift

 Marda tal-infafet fil-ġilda

 Stomatite vexxikulari

 Enċefalomjelite virali ekwina Veneżwelana

 Marda emorraġika taċ-ċriev

 Plewropulmonite bovina li tittieħed

 Marda ta' Newcastle

 Tuberkulożi bovina

 Bruċellożi bovina (B.abortus)

 Bruċellożi ovina u kaprina (B. melitensis)

 Antraċe

 Rabja

 Ekinokokkożi

 Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE)

 Kampilobatterjożi

 Listerjożi

 Salmonellożi (salmonella żoonotika)

 Trikinellożi

 E. coli produtturi ta' verotossini

 Settiċemija emorraġika virali (VHS)

 Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

 Nekrożi ematopojetika epiżootika fil-ħut (EHN)

 Sindromu ulċerattiv epiżootiku fil-ħut (EUS)

 Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

 Infezzjoni mill-Perkinsus marinus

 Infezzjoni bil-Microcytos mackini

 Sindromu Taura fil-krustaċji

 Marda Yellowhead fil-krustaċji

 Marda tal virus tal erpete tal-koi (KHV)

 Anemija infettiva tas-salamun (ISA)

 Infezzjoni bil-Marteilia refringens

 Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

 Marda tal-ponot bojod fil-krustaċji




ANNESS III

SPEĊI TA' UNGULATI



Grupp tassonomiku

Ordni

Familja

Ġeneri/Speċijiet

Perissodactyla

Equidae

Equus spp.

Tapiridae

Tapirus spp.

Rhinoceritidae

Ceratotherium spp., Dicerorhinus spp., Diceros spp., Rhinoceros spp.

Artiodactyla

Antilocapridae

Antilocapra ssp.

Bovidae

Addax ssp., Aepyceros ssp., Alcelaphus ssp., Ammelaphus ssp., Ammodorcas ssp., Ammotragus ssp., Antidorcas ssp., Antilope ssp., Arbitragus ssp., Beatragus ssp., Bison ssp., Bos ssp.(inkluż Bibos, Novibos, Poephagus), Boselaphus ssp., Bubalus ssp. (inkluż Anoa), Budorcas ssp., Capra ssp., Cephalophus ssp., Connochaetes ssp., Damaliscus ssp.(inkluż Beatragus), Dorcatragus ssp., Eudorcas ssp., Gazella ssp., Hemitragus ssp., Hippotragus ssp., Kobus ssp., Litocranius ssp., Madoqua ssp., Naemorhedus ssp. (inkluż Nemorhaedus u Capricornis), Nanger ssp., Neotragus ssp., Nilgiritragus ssp., Oreamnos ssp., Oreotragus ssp., Oryx ssp., Ourebia ssp., Ovibos ssp., Ovis ssp., Pantholops ssp., Philantomba ssp., Pelea ssp., Procapra ssp., Pseudois ssp., Pseudoryx ssp., Raphicerus ssp., Redunca ssp., Rupicapra ssp., Saiga ssp., Sigmoceros–Alecelaphus ssp., Strepticeros ssp., Sylvicapra ssp., Syncerus ssp., Taurotragus ssp., Tetracerus ssp., Tragelaphus ssp. (inkluż Boocerus).

Camelidae

Camelus ssp., Lama ssp., Vicugna ssp.

Cervidae

Alces ssp., Axis–Hyelaphus ssp., Blastocerus ssp., Capreolus ssp., Cervus ssp., Dama ssp., Elaphodus ssp., Elaphurus ssp., Hippocamelus ssp., Hydropotes ssp., Mazama ssp., Megamuntiacus ssp., Muntiacus ssp., Odocoileus ssp., Ozotoceros ssp., Przewalskium ssp., Pudu ssp., Rangifer ssp., Rucervus ssp., Rusa ssp.

Giraffidae

Giraffa ssp., Okapia ssp.

Hippopotamidae

Hexaprotodon–Choeropsis ssp., Hippopotamus ssp.

Moschidae

Moschus ssp.

Suidae

Babyrousa ssp., Hylochoerus ssp., Phacochoerus ssp., Porcula ssp., Potamochoerus ssp., Sus ssp.

Tayassuidae

Catagonus ssp., Pecari–Tayassu ssp.

Tragulidae

Hyemoschus ssp., Tragulus–Moschiola ssp.

Proboscidea

Elephantidae

Elephas ssp., Loxodonta ssp.




ANNESS IV

KRITERJI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI DWAR IL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-MARD IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1) GĦAL MARD ELENKAT F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 5

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness huwa li jiddeskrivi l-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni meta tiddetermina r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati għall-kategoriji differenti ta' mard elenkat f'konformità mal-Artikolu 5.

Il-proċess ta' kategorizzazzjoni għandu jieħu kont tal-profil tal-marda inkwistjoni, il-livell tal-impatt ta' dik il-marda fuq is-saħħa tal-annimali u tal-pubbliku, il-benessri tal-annimali u l-ekonomija, u d-disponibbiltà, il-fattibbiltà u l-effettività tal-għodod dijanjostiċi u s-settijiet differenti tal-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard previsti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-marda.

Taqsima 1

Kriterji għall-applikazzjoni tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (A) TAL-Artikolu 9(1)

Il-mard li għalih japplikaw ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) għandu jitqies li għandu l-aktar impatti serji fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, l-ekonomija, is-soċjetà jew l-ambjent fl-Unjoni. Jinħtieġ li dak il-mard jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) il-marda inkwistjoni:

(i) ma tkunx preżenti fit-territorju tal-Unjoni;

(ii) tkun preżenti biss f'każijiet eċċezzjonali (introduzzjonijiet irregolari); jew

(iii) tkun preżenti biss f'parti limitata ħafna tat-territorju tal-Unjoni;

u

(b) il-marda inkwistjoni tkun trasmissibbli ħafna; minbarra t-trasmissjoni diretta jew indiretta, jista' jkun hemm ukoll il-possibbiltajiet ta' tixrid permezz tal-arja, tal-ilma jew ta' ġarr permezz ta' vettur. Il-marda tista' taffettwa speċijiet multipli ta' annimali miżmuma u selvaġġi, jew speċi waħda ta' annimali miżmuma ta' importanza ekonomika, u tista' tirriżulta f'morbożità għolja u rati sinifikanti ta' mortalità.

Barra mill-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b), jinħtieġ li dak il-mard jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(c) il-marda inkwistjoni jkollha potenzjal żoonetiku b'konsegwenzi sinifikanti għas-saħħa pubblika, inkluż il-potenzjal epidemiku jew pandemiku jew theddid sinifikanti possibbli għas-sikurezza alimentari;

(d) il-marda inkwistjoni jkollha impatt sinifikanti fuq l-ekonomija tal-Unjoni, li jikkawża spejjeż sostanzjali, fil-parti l-kbira relatati mal-impatt dirett tagħha fuq is-saħħa u l-produttività tal-annimali;

(e) il-marda inkwistjoni jkollha impatt sinifikanti fuq waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) is-soċjetà, b'mod partikolari, b'impatt fuq is-swieq tax-xogħol;

(ii) il-benessri tal-annimali, billi tikkawża tbatija lil għadd kbir ta' annimali;

(iii) l-ambjent, minħabba l-impatt dirett tal-marda jew minħabba l-miżuri meħuda għall-kontroll tagħha;

(iv) fit-tul fuq, il-bijodiversità jew il-protezzjoni ta' speċijiet jew razez mhedda, inkluż l-għajbien possibbli ta', jew il-ħsara fit-tul ta', dawk l-ispeċijiet jew ir-razez.

Taqsima 2

Kriterji għall-applikazzjoni tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1)

Il-mard li għalih japplikaw ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) għandu jiġi kkontrollat fl-Istati Membri kollha bil-għan li dan jiġi eradikat madwar l-Unjoni.

Jeħtieġ li dak il-mard jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) il-marda inkwistjoni tkun ta' natura endemika u tkun preżenti fit-territorju kollu tal-Unjoni jew f'parti minnu. Madankollu, diversi Stati Membri jew żoni tal-Unjoni jkunu ħielsa mill-marda; u

(b) il-marda tkun trasmissibbli b'mod moderat jew ħafna; minbarra t-trasmissjoni diretta jew indiretta, jista' jkun hemm ukoll il-possibbiltajiet ta' tixrid permezz tal-arja, tal-ilma jew ta' ġarr permezz ta' vettur. Dan jista' jaffettwa speċi waħda jew speċijiet multipli ta' annimali u jista' jirriżulta f'morbożità għolja, b'mortalità baxxa inġenerali.

Minbarra l-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b), jinħtieġ li dak il-mard jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin.

(c) il-marda inkwistjoni jkollha potenzjal żoonetiku b'konsegwenzi sinifikanti għas-saħħa pubblika, inkluż il-potenzjal epidemiku jew theddid sinifikanti possibbli għas-sikurezza alimentari;

(d) il-marda inkwistjoni jkollha impatt sinifikanti fuq l-ekonomija tal-Unjoni, li jikkawża spejjeż sostanzjali, fil-parti l-kbira relatati mal-impatt dirett tagħha fuq is-saħħa u l-produttività tal-annimali;

(e) il-marda inkwistjoni jkollha impatt sinifikanti fuq waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) is-soċjetà, b'mod partikolari, b'impatt fuq is-swieq tax-xogħol;

(ii) il-benessri tal-annimali, billi tikkawża tbatija għal għadd kbir ta' annimali;

(iii) l-ambjent, minħabba l-impatt dirett tal-marda jew minħabba l-miżuri meħuda għall-kontroll tagħha;

(iv) fit-tul, il-bijodiversità jew il-protezzjoni ta' speċijiet jew razez mhedda, inkluż l-għajbien possibbli ta', jew il-ħsara fit-tul ta', dawk l-ispeċijiet jew ir-razez.

Marda li għaliha japplikaw il-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1), li ma ġietx eradikata b'suċċess u fil-pront f'parti mill-Unjoni u li tkun, f'dik il-parti tal-Unjoni, saret ta' natura endemika, tista' tiġi soġġetta għall-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard skont il-punt (b) tal-Artikolu 9(1), f'dik il-parti tal-Unjoni.

Taqsima 3

Kriterji għall-applikazzjoni tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1)

Il-mard li għalih japplikaw ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) huma rilevanti għal xi Stati Membri u jinħtieġu miżuri biex jiġi evitat li dan jinxtered għal partijiet oħra tal-Unjoni li jkunu uffiċjalment ħielsa mill-mard jew li jkollhom programmi ta' eradikazzjoni għall-mard elenkat inkwistjoni.

Jinħtieġ li dak il-mard jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) fl-annimali terrestri, il-marda inkwistjoni tkun ta' natura endemika u tkun preżenti fit-territorju kollu tal-Unjoni jew f'parti minnu; jew fl-annimali akkwatiċi, diversi Stati Membri jew żoni tal-Unjoni jkunu ħielsa mill-marda; u

(b)

 

(i) fl-annimali terrestri, il-marda inkwistjoni tkun trasmissibbli b'mod moderat għal ħafna, l-aktar permezz tat-trasmissjoni diretta jew indiretta. Fil-parti l-kbira l-marda tkun taffettwa speċijiet multipli jew speċi waħda ta' annimal, ġeneralment ma tirriżultax f'morbożità għolja, u jkollha mortalità negliġibbli jew ma jkollha l-ebda rata ta' mortalità. Ħafna drabi l-effett l-aktar osservat ikun it-telf tal-produzzjoni;

(ii) fl-annimali akkwatiċi, il-marda tkun trasmissibbli b'mod moderat għal ħafna, l-aktar permezz tat-trasmissjoni diretta jew indiretta. Il-marda taffettwa speċijiet multipli jew speċi waħda ta' annimal u tista' tirriżulta f'morbożità għolja u normalment f'mortalità baxxa. Ħafna drabi l-effett l-aktar osservat ikun it-telf tal-produzzjoni.

Minbarra l-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b), jinħtieġ li dak il-mard jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(c) il-marda inkwistjoni jkollha potenzjal żoonetiku b'konsegwenzi sinifikanti għas-saħħa pubblika, jew theddid possibbli għas-sikurezza alimentari;

(d) il-marda inkwistjoni jkollha impatt sinifikanti fuq l-ekonomija ta' partijiet mill-Unjoni, l-aktar minħabba l-impatt dirett tagħha fuq ċerti tipi ta' sistemi ta' produzzjoni tal-annimali.

(e) il-marda inkwistjoni jkollha impatt sinifikanti fuq waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) is-soċjetà, b'mod partikolari, b'impatt fuq is-swieq tax-xogħol;

(ii) il-benessri tal-annimali, billi tikkawża tbatija għal għadd kbir ta' annimali;

(iii) l-ambjent, minħabba l-impatt dirett tal-marda jew tal-miżuri meħuda għall-kontroll tagħha;

(iv) fit-tul, il-bijodiversità jew il-protezzjoni ta' speċijiet jew razez mhedda, inkluż l-għajbien possibbli ta', jew il-ħsara fit-tul ta', dawk l-ispeċijiet jew ir-razez.

Taqsima 4

Kriterji għall-applikazzjoni tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1)

Ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) għandhom japplikaw għall-mard li jissodisfa l-kriterji stipulati fit-Taqsimiet 1, 2 jew 3 u għal mard ieħor li jissodisfa l-kriterji stipulati fit-Taqsima 5 fejn ir-riskju ppreżentat mill-marda inkwistjoni jista' jiġi mitigat b'mod effettiv u proporzjonat mill-miżuri li jikkonċernaw il-movimenti ta' annimali u prodotti sabiex jiġu prevenuti jew limitati l-okkorrenza u t-tixrid tagħha.

Taqsima 5

Kriterji għall-applikazzjoni tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1)

Ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) għandhom japplikaw għall-mard li jissodisfa l-kriterji stipulati fit-Taqsimiet 1, 2 jew 3 u għal mard ieħor fejn tkun tinħtieġ is-sorveljanza tal-mard għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem, l-ekonomija, is-soċjetà jew l-ambjent.




ANNESS V

TABELLA TA' KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 270(2)

1.   Direttiva 64/432/KEE



Direttiva 64/432/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikoli 4 (parzjalment), 21, 153(3) u 220(3)

Artikolu 3(1)

Artikoli 124 u 126

Artikolu 3(2)

Artikoli 124 (2), 126(1) u 149(3) u (4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 126(1)(c)

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 125(1) u (2)

Artikolu 5(1)

Artikoli 143(1), 145 u 146

Artikolu 5(2)

Artikolu 149(3) u (4)

Artikolu 5(2)(a)

Artikolu 147(a)

Artikolu 5(2)(b)

Artikolu 144(1)(b)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 153(1) u (2)

Artikolu 5(5)

Artikolu 147(a)

Artikolu 6

Artikoli 130, 131 u 132

Artikolu 6a

Artikolu 7

Artikoli 126(1)(c),132, 134(a) u 135

Artikolu 8

Artikoli 18, 19, 20 u 23(a)

Artikolu 9

Artikoli 31(1), (3)(a) u (5), 32, 33 u 36

Artikolu 10

Artikoli 31(2) u (3)(b), 32, 33 u 36

Artikolu 11(1)

Artikoli 94(1)(a), 97 u 98

Artikolu 11(2)

Artikoli 102, 106 u 107

Artikolu 11(3)

Artikoli 98 u 99

Artikolu 11(4)

Artikolu 100

Artikolu 11(5) u (6)

Artikolu 97(1)(d) u (2)(d)

Artikolu 12(1)

Artikolu 125

Artikolu 12(2)

Artikoli 104 u 106

Artikolu 12(3)

Artikolu 125(1)(a) u (b)

Artikolu 12(4)

Artikolu 143

Artikolu 12(5) u (6)

Artikolu 13(1) u (2)

Artikoli 90, 92, 93(c), 94, 97, 98, 99, 102, 106 u 107

Artikolu 13(3)

Artikolu 100

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(5) u (6)

Artikolu 101

Artikolu 14(1) u (2)

Artikolu 14(3)A u B

Artikolu 14(3)C

Artikolu 109(1)(a) u (c)

Artikolu 14(4) sa (6)

Artikolu 15(1)

Artikolu 268

Artikolu 15(2) sa (4)

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17a

Artikolu 18

Artikolu 109(1)(a) u (c)

Artikolu 19

Artikolu 20

2.   Direttiva 77/391/KEE



Direttiva 77/391/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 31(1)

Artikolu 2(2)

Artikoli 32, 33 u 36(1)

Artikolu 2(3)

Artikolu 34

Artikolu 2(4)

Artikoli 36 u 41

Artikolu 3(1)

Artikolu 31(1)

Artikolu 3(2)

Artikoli 32, 33 u 36(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 34

Artikolu 3(4)

Artikoli 36 u 41

Artikolu 4

Artikoli 31(1), 32, 33, 34, 36 u 41

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

3.   Direttiva 78/52/KEE



Direttiva 78/52/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3(1)

Artikoli 31(1) u 32

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikoli 31(1) u 32

Artikolu 4

Artikoli 32, 35, 102(2) u (4) u 112

Artikolu 5

Artikoli 18, 46 u 47

Artikolu 6(1)

Artikoli 72 sa 76

Artikolu 6(2)

Artikoli 77 u 78

Artikolu 6(3)

Artikoli 79 u 80

Artikolu 7

Artikoli 79 u 80

Artikolu 8

Artikoli 79 u 80

Artikolu 9

Artikoli 79 u 80

Artikolu 10

Artikoli 79 u 80

Artikolu 11

Artikoli 79 u 80

Artikolu 12

Artikoli 79 u 80

Artikolu 13

Artikoli 18, 46 u 47

Artikolu 14(1)

Artikoli 72 sa 76

Artikolu 14(2)

Artikoli 77 u 78

Artikolu 14(3)

Artikoli 79 u 80

Artikolu 15

Artikoli 79 u 80

Artikolu 16

Artikoli 79 u 80

Artikolu 17

Artikoli 79 u 80

Artikolu 18

Artikoli 79 u 80

Artikolu 19

Artikoli 79 u 80

Artikolu 20

Artikoli 79 u 80

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikoli 18, 19, 20, 46 u 47

Artikolu 23

Artikoli 79 u 80

Artikolu 24

Artikoli 79 u 80

Artikolu 25

Artikoli 79 u 80

Artikolu 26

Artikoli 79 u 80

Artikolu 27

Artikoli 124(1) u 126(1)(c)

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

4.   Direttiva 80/1095/KEE



Direttiva 80/1095/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikoli 31(1) u 36

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 31(1) u 35

Artikolu 3a

Artikoli 31(1) u 35

Artikolu 4

Artikoli 32, 33 u 35

Artikolu 4a

Artikoli 32, 33 u 35

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikoli 31(1)(b), 31(3) u 32

Artikolu 7

Artikoli 36, 39 u 40

Artikolu 8

Artikoli 41 u 42

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12a

Artikolu 13

5.   Direttiva 82/894/KEE



Direttiva 82/894/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 19, 21, 22 u 23

Artikolu 4

Artikoli 19, 20, 21, 22 u 23

Artikolu 5

Artikolu 23

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

6.   Direttiva 88/407/KEE



Direttiva 88/407/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 159 u 160

Artikolu 4

Artikolu 160

Artikolu 5

Artikoli 94, 97, 100 u 101

Artikolu 6(1)

Artikoli 161 u 162

Artikolu 6(2), (3) u (4)

Artikolu 258

Artikolu 8

Artikoli 229(1)(a) u 230

Artikolu 9

Artikoli 229(1)(b) u 233

Artikolu 10

Artikoli 229(1)(c), 234 u 236

Artikolu 11

Artikoli 229(1)(d), 237 u 238

Artikolu 12

Artikoli 260 sa 262

Artikolu 15

Artikoli 257 sa 259

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

7.   Direttiva 89/556/KEE



Direttiva 89/556/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikolu 159, 160, 161

Artikolu 5(1)

Artikoli 94 u 97

Artikolu 5(2)

Artikolu 101

Artikolu 5(2a) u (3)

Artikoli 97, 98 u 100

Artikolu 6

Artikoli 161 u 162

Artikolu 7

Artikoli 229(1)(a) u 230

Artikolu 8

Artikoli 229(1)(b) u 233

Artikolu 9

Artikoli 229(1)(c), 234 u 236

Artikolu 10

Artikoli 229(1)(d), 237 u 238

Artikolu 11

Artikoli 260 sa 262

Artikolu 14

Artikoli 257 sa 259

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

8.   Direttiva 90/429/KEE



Direttiva 90/429/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 159 u 160

Artikolu 4

Artikolu 5(1)

Artikoli 94, 97, 98 u 100

Artikolu 5(2)

Artikolu 101

Artikolu 6(1)

Artikoli 161 u 162

Artikolu 6(2)

Artikolu 258

Artikolu 7

Artikoli 229(1)(a) u 230

Artikolu 8

Artikoli 229(1)(b) u 233

Artikolu 9

Artikoli 229(1)(c), 234 u 236

Artikolu 10

Artikolu 229(1)(d), 237 u 238

Artikolu 11(1)

Artikolu 229

Artikolu 11(2) u (3)

Artikolu 260

Artikolu 12

Artikolu 237

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikoli 257 sa 262

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

9.   Direttiva 91/68/KEE



Direttiva 91/68/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikoli 4 (parzjalment), 21, 153(3) u 220(3)

Artikolu 3(1), (2), (3) u (5)

Artikoli 126(1)(b), 130 u 131

Artikolu 3(4)

Artikolu 139

Artikolu 4(1)

Artikoli 124(2)(b), 126(1), 130, 131 u 149(3) u (4)(a) u (b)

Artikolu 4(2)

Artikolu 128

Artikolu 4(3)

Artikolu 131

Artikolu 4a

Artikoli 130 u 131

Artikolu 4b(1) u (2)

Artikoli 130 u 131

Artikolu 4b(3)

Artikolu 126(2)

Artikolu 4b(4)

Artikolu 133

Artikolu 4b(5)

Artikolu 132

Artikolu 4b(6)

Artikoli 124(1), 125 u 126(1)(b)

Artikolu 4c(1) u (2)

Artikoli 130 u 131

Artikolu 4c(3)

Artikoli 133 u 135

Artikolu 5

Artikolu 131

Artikolu 6

Artikoli 131and 145(1)(e)

Artikolu 7(1) sa (3)

Artikoli 31, 32, 33 u 35

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(1) sa (3)

Artikoli 36, 39 u 40

Artikolu 8(4)

Artikolu 8a(1)

Artikoli 94(1)(a), 97, 98 u 134

Artikolu 8a(2)

Artikolu 102 u 106

Artikolu 8a(3)

Artikoli 98, 99 u 101

Artikolu 8a(4)

Artikolu 100

Artikolu 8a(5)

Artikolu 97(1)(d) u (2)(d)

Artikolu 8b(1)

Artikoli 84, 90, 92, 93(c), 94(1)(a), 97, 98, 102, 105 u 134

Artikolu 8b(2)

Artikoli 94(1)(a), 97 u 98

Artikolu 8b(3)

Artikolu 100

Artikolu 8b(4)

Artikolu 8c(1)

Artikoli 87 u 125

Artikolu 8c(2)

Artikolu 104

Artikolu 8c(3)

Artikoli 125(1)(a) u 126(1)(b)

Artikolu 8c(4) u (5)

Artikolu 9(1) sa (4)

Artikoli 143, 145, 146, 147, 148, 149 u 153

Artikolu 9(7)

Artikolu 153

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 144(b)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 18

10.   Deċiżjoni 91/666/KEE



Deċiżjoni 91/666/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 48(1) u (3)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 48

Artikolu 4

Artikoli 48, 49 u 50

Artikolu 5

Artikoli 48(3) u 50

Artikolu 6

Artikoli 16 u 48(2)(c) u (3)(b)

Artikolu 7

Artikoli 48(3) u 50

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

11.   Direttiva 92/35/KEE



Direttiva 92/35/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikolu 18

Artikolu 4

Artikoli 53 sa 57 u 59

Artikolu 5

Artikoli 46 u 47

Artikolu 6

Artikoli 60 sa 68

Artikolu 7(1)

Artikolu 57

Artikolu 7(2)

Artikolu 43(2)(d)

Artikolu 8

Artikolu 64

Artikolu 9

Artikoli 65, 66 u 67

Artikolu 10

Artikoli 65, 66 u 67

Artikolu 11

Artikoli 67 u 68

Artikolu 12

Artikolu 71(1)

Artikolu 13

Artikolu 65(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikoli 43 u 44

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

12.   Direttiva 92/65/KEE



Direttiva 92/65/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 170, 171 u 269

Artikolu 4

Artikoli 124, 126, 18, 31, 84, 93(a) u 151

Artikolu 5

Artikoli 95, 97, 136, 137, 143, 144 u 149

Artikolu 6(A)

Artikoli 124, 126, 130, 131, 137, 140 u 143 sa 146

Artikolu 6(B)

Artikolu 7(A)

Artikoli 124, 126, 130, 131, 137, 140 u 143 sa 146

Artikolu 7(B)

Artikolu 8

Artikoli 124, 126, 136 u 143 sa 146

Artikolu 9

Artikoli 124, 126, 136 u 143 sa 146

Artikolu 10(1) sa (4)

Artikoli 124, 126, 136 u 143 sa 146

Artikolu 10(5) sa (7)

Artikolu 10a

Artikolu 11(1)

Artikolu 157

Artikolu 11(2) u (3)

Artikoli 157, 159, 160 u 143 sa 146

Artikolu 11(4)

Artikoli 97 u 101

Artikolu 11(5)

Artikolu 164

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikoli 257 sa 259

Artikolu 12(3)

Artikoli 84, 90, 92, 93(c), 102 u 106

Artikolu 12(4)

Artikoli 143 sa 149 u 152 sa 154

Artikolu 12(5)

Artikolu 12(6)

Artikolu 268

Artikolu 13(1)

Artikoli 136, 143 sa 149 u 151

Artikolu 13(2)

Artikoli 95, 97 u 98 sa 101

Artikolu 14

Artikoli 31, 32 u 33

Artikolu 15

Artikoli 36, 39, 40 u 41

Artikolu 16

Artikoli 229(1) u 234(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 229(1)

Artikolu 17(2)

Artikoli 229(1)(a), 230 u 233

Artikolu 17(3)

Artikoli 230, 233 u 234

Artikolu 17(4)

Artikolu 230

Artikolu 17(5) u (6)

Artikolu 18(1), l-ewwel linja

Artikolu 237

Artikolu 18(1), mit-tieni sar-raba' linja

Artikolu 18(2)

Artikolu 234(3)

Artikolu 19

Artikoli 234 u 239

Artikolu 20

Artikoli 229(2) u 260 sa 262

Artikolu 21

Artikoli 144, 146, 162(4) u (5), 209, 211 u 213

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikoli 140 u 205

Artikolu 24

Artikoli 229(1)(d), 237 u 239(2)

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

13.   Direttiva 92/66/KEE



Direttiva 92/66/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikolu 18

Artikolu 4

Artikoli 53 sa 56 u 59

Artikolu 5

Artikoli 60 sa 63

Artikolu 6

Artikolu 63

Artikolu 7

Artikoli 57 u 43(2)(d)

Artikolu 8

Artikoli 55 u 56

Artikolu 9(1)

Artikolu 64

Artikolu 9(2) sa (7)

Artikoli 65 sa 68

Artikolu 10

Artikoli 65, 66 u 67

Artikolu 11

Artikoli 67(b) u 68(1)(b) u (2)(a)

Artikolu 12

Artikoli 54, 61(1)(h) u 63(c)

Artikolu 13

Artikolu 65(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikoli 46, 47 u 69

Artikolu 17

Artikolu 47

Artikolu 18

Artikoli 65(1)(e), 67(a) u 69

Artikolu 19(1) sa (3)

Artikoli 53 sa 56 u 59

Artikolu 19(4)

Artikoli 57 u 60 sa 63

Artikolu 19(5)

Artikolu 71(2)

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikoli 43 u 44

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

14.   Direttiva 92/118/KEE



Direttiva 92/118/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 166, 222, 227(c)(iv) u 228

Artikolu 4(1)

Artikoli 166, 222, 227(c)(iv) u 228

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikoli 166 u 222

Artikolu 6

Artikolu 16(1)(b) u (2)(b)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikoli 257 sa 259

Artikolu 7(3) u (4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 268

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikoli 229 u 234

Artikolu 10(1) sa (4) u (6)

Artikoli 229, 234, 237 u 239

Artikolu 10(5)

Artikolu 11

Artikolu 239(2)(c)(ii)

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 239(2)(c)(i)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 239(2)(c)(v)

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

15.   Direttiva 92/119/KEE



Direttiva 92/119/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikolu 18

Artikolu 4

Artikoli 53 sa 57 u 59

Artikolu 5

Artikoli 60 sa 63

Artikolu 6

Artikoli 70 u 71(2)

Artikolu 7

Artikolu 63

Artikolu 8

Artikoli 57 u 43(2)(d)

Artikolu 9

Artikoli 55 u 57

Artikolu 10

Artikoli 64 u 71(3)

Artikolu 11

Artikoli 65 sa 68 u 71(2)

Artikolu 12

Artikoli 65 sa 68 u 71(2)

Artikolu 13

Artikolu 67(a)

Artikolu 14

Artikoli 65(2) u 71(1) u (3)

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikoli 63(b), 67(b) u 68(1)(b) u (2)(a)

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikoli 46, 47 u 69

Artikolu 20

Artikoli 43 u 44

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

16.   Deċiżjoni 95/410/KE



Deċiżjoni 95/410/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikoli 130 sa 132 u 273

Artikolu 2

Artikolu 131(1)(c)

Artikolu 3

Artikoli 143, 145 u 146

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

17.   Direttiva 2000/75/KE



Direttiva 2000/75/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikolu 18

Artikolu 4(1) u (2)

Artikoli 54 u 55

Artikolu 4(3)

Artikolu 53

Artikolu 4(4)

Artikolu 56

Artikolu 4(5)

Artikolu 70

Artikolu 4(6)

Artikolu 59

Artikolu 5

Artikoli 46 u 47

Artikolu 6

Artikoli 60 sa 64, 71(2) u 69

Artikolu 7

Artikolu 57

Artikolu 8

Artikoli 64, 68 u 71(3)

Artikolu 9

Artikoli 65, 67, 69 u 71(3)

Artikolu 10(1)

Artikoli 65 u 67

Artikolu 10(2)

Artikoli 46 u 47

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 71(3)

Artikolu 13

Artikolu 71(1)

Artikolu 14

Artikolu 65(2)

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikoli 43 u 44

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

18.   Regolament (KE) Nru 1760/2000



Regolament (KE) Nru 1760/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 108

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 108(3) u 111

Artikolu 4

Artikoli 112(a), 118, 119 u 120

Artikolu 4a

Artikolu 118(1)(a) u (2)(a)

Artikolu 4b

Artikolu 118(2)(e)

Artikolu 4c

Artikolu 118(1)(a) u (2)(a)

Artikolu 4d

Artikolu 118(1)(a)

Artikolu 5

Artikoli 109(1)(a) u 118(1)(b)

Artikolu 6

Artikoli 110(1)(b), 112(b) u 118(1)(c)

Artikolu 6a

Artikolu 110(2)

Artikolu 7(1)

Artikoli 102, 106, 107 u 112(d)

Artikolu 7(2)

Artikolu 118(2)(a)

Artikolu 7(3) u (4)

Artikolu 102(3)

Artikolu 7(5)

Artikolu 102(4)

Artikolu 7(6)

Artikolu 106

Artikolu 9a

Artikoli 11 u 13(2)

Artikolu 10(a) sa (c)

Artikoli 118, 119 u 120

Artikolu 10(d) u (e)

Artikolu 10(f)

Artikolu 270

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15a

Artikolu 22

Artikolu 22a

Artikolu 22b

Artikolu 23

Artikolu 23a

Artikolu 23b

Artikolu 24

Artikolu 25

19.   Direttiva 2001/89/KE



Direttiva 2001/89/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 18, 19, 20 u 23

Artikolu 4

Artikoli 54 sa 56 u 59

Artikolu 5

Artikoli 60 sa 63 u 71(2) u (3)

Artikolu 6

Artikoli 63 u 71

Artikolu 7

Artikoli 62, 63, 65(1)(b) u 67

Artikolu 8

Artikolu 57

Artikolu 9

Artikolu 64

Artikolu 10

Artikoli 65 sa 68

Artikolu 11

Artikoli 65 sa 68

Artikolu 12

Artikoli 61(1)(f), 63(b), 65(1)(f), 67(b) u 68(1)(b) u (2)(a)

Artikolu 13

Artikoli 61(3), 63(d) u 68(2)(a) u (c)

Artikolu 14

Artikoli 62 u 63

Artikolu 15

Artikolu 70

Artikolu 16

Artikolu 70 u Artikoli 31 sa 35

Artikolu 17

Artikoli 16, 17(2), 54(2) u (3), 58(2), 61(1)(g) u (h), 63(c), 65(1)(b) u 67(c)

Artikolu 18

Artikoli 16, 46 47, 48 u 52

Artikolu 19

Artikoli 65(1)(e), 67 u 69

Artikolu 20

Artikolu 70

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikoli 43 u 44

Artikolu 23

Artikoli 43(2)(d) u 44

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 32

20.   Direttiva 2002/60/KE



Direttiva 2002/60/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 18, 19, 20 u 23

Artikolu 4

Artikoli 54 sa 56 u 59

Artikolu 5

Artikoli 60 sa 63 u 71(2) u (3)

Artikolu 6

Artikoli 63 u 71

Artikolu 7

Artikoli 62 u 63

Artikolu 8

Artikolu 57

Artikolu 9

Artikolu 64

Artikolu 10

Artikoli 65 sa 68

Artikolu 11

Artikoli 65 sa 68

Artikolu 12

Artikolu 61(1)(f), 63(b), 65(1)(f), 67(b) u 68(1)(b)

Artikolu 13

Artikoli 61(3), 63(d) u 68(2)(a) u (c)

Artikolu 14

Artikoli 62 u 63

Artikolu 15

Artikolu 70

Artikolu 16

Artikolu 70 u Artikoli 31 sa 35

Artikolu 17(1)

Artikoli 61(1)(f), 63, 65(1)(f) u (i), u 67(a) u (d)

Artikolu 17(2) u (3)

Artikolu 71(2) u (3)

Artikolu 18

Artikoli 16, 17(2), 54(2) u (3), 58(2), 61(1)(g) u (h), 63(c), 65(1)(b) u 67(c)

Artikolu 19

Artikoli 16, 46 u 47

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikoli 43 u 44

Artikolu 22

Artikoli 43(2)(d) u 44

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

21.   Direttiva 2002/99/KE



Direttiva 2002/99/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 166, 222 u 227(c)(iv)

Artikolu 4

Artikoli 65(1)(c),(d),(g),(h) u (i), 67, 166, 222, 227(c)(iv) u 228(1)

Artikolu 5

Artikoli 167, 168, 223, 224 u 227(d)(iii)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 234(1) u (2)

Artikolu 8

Artikoli 230, 231 u 232

Artikolu 9

Artikoli 237 u 238

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

22.   Direttiva 2003/85/KE



Direttiva 2003/85/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 18, 19, 20 u 23

Artikolu 4

Artikoli 54 sa 56

Artikolu 5

Artikolu 55(1)(d),(e) u (2)

Artikolu 6

Artikoli 55(1)(f)(i) u (2), u 56(b)

Artikolu 7

Artikolu 55(1)(f)(ii)

Artikolu 8

Artikolu 55(1)(f) u (2)

Artikolu 9

Artikolu 59

Artikolu 10

Artikoli 60, 61 u 63

Artikolu 11

Artikoli 61(1)(f), 63(b), 65(1)(f), 67(b) u 68(1)(b)

Artikolu 12

Artikolu 65(1)(d), (h) u (i) u Artikolu 67

Artikolu 13

Artikolu 57

Artikolu 14

Artikoli 61 sa 63

Artikolu 15

Artikoli 61 sa 63, 70 u 71(2)

Artikolu 16

Artikoli 61, 62 u 63

Artikolu 17

Artikolu 71

Artikolu 18

Artikoli 61 u 63

Artikolu 19

Artikoli 62 u 63

Artikolu 20

Artikolu 71

Artikolu 21

Artikoli 43(2)(d), 64, 65(1)(d), (h) u (i) u (2) u 67

Artikolu 22

Artikoli 65 sa 67

Artikolu 23

Artikoli 65 sa 67

Artikolu 24

Artikoli 67 u 71(1)

Artikolu 25

Artikoli 65(1)(c), (d)(i), (g), (h) u (i) u 67

Artikolu 26

Artikoli 65(1)(c), (d)(i), (g), (h) u (i), 67 u 166

Artikolu 27

Artikoli 65(1)(c), (d)(i), (g), (h) u (i), 67 u 166

Artikolu 28

Artikoli 65(1)(c) u (d)(iii) u Artikolu 67

Artikolu 29

Artikoli 65(1)(c) u (d)(ii) u 67

Artikolu 30

Artikoli 65(1)(c) u (d)(ii) u (iii) u 67

Artikolu 31

Artikoli 65(1)(c) u (d)(ii) u 67

Artikolu 32

Artikoli 65(1)(c) u (d) u 67

Artikolu 33

Artikolu 65(1)(c)(d)(ii) u 67

Artikolu 34

Artikoli 67, 143(2), 161(2) u 167(1)(b)

Artikolu 35

Artikolu 71(1) u (2)

Artikolu 36

Artikolu 68

Artikolu 37

Artikoli 65 sa 67

Artikolu 38

Artikoli 65 sa 67

Artikolu 39

Artikoli 65(1)(c), (d)(i), (g), (h) u (i), 67 u 166

Artikolu 40

Artikoli 65(1)(c), (d)(i), (g), (h) u (i), 67 u 166

Artikolu 41

Artikoli 65(1)(c) u (d)(ii) u 67

Artikolu 42

Artikoli 65(1)(c) u (d) u 67

Artikolu 43

Artikolu 71(1)

Artikolu 44

Artikolu 68

Artikolu 45

Artikoli 64, 67 u 71

Artikolu 46

Artikoli 65 u 67

Artikolu 47

Artikoli 65(1)(h) u 67

Artikolu 48

Artikolu 66

Artikolu 49

Artikoli 16, 46 u 47

Artikolu 50

Artikoli 46,47 u 69

Artikolu 51

Artikoli 47 u 69

Artikolu 52

Artikoli 46 u 47

Artikolu 53

Artikoli 46 u 47

Artikolu 54

Artikoli 47, 65, 67 u 69(2) u (3)

Artikolu 55

Artikoli 47, 65, 67, u 69(2) u (3)

Artikolu 56

Artikoli 47, 67(c), 68(1)(c) u 69(2) u (3)

Artikolu 57

Artikoli 47, 67(c), 68(1)(c) u 69(2) u (3)

Artikolu 58

Artikolu 68

Artikolu 59

Artikoli 36, 38, 39, 40 u 68

Artikolu 60

Artikoli 36, 38, 39, 40 u 68

Artikolu 61

Artikoli 36, 38, 39, 40 u 68

Artikolu 62

Artikolu 68

Artikolu 63

Artikoli 143(2), 161(2) u 167(1)(b)

Artikolu 64

Artikoli 65(1)(c), 67, 69(3) u 131

Artikolu 65

Artikolu 16

Artikolu 66

Artikolu 67

Artikolu 68

Artikolu 69

Artikolu 70

Artikolu 16

Artikolu 71

Artikoli 54(2) u (3), 58(2), 61(1)(g) u (h), 63(c), 65(1)(b), 67(c) u 68(1)(c) u 2(b)

Artikolu 72

Artikolu 43

Artikolu 73

Artikolu 45

Artikolu 74

Artikolu 43(2)(d)

Artikolu 75

Artikolu 44

Artikolu 76

Artikoli 43(2)(d) u 44

Artikolu 77

Artikolu 44

Artikolu 78

Artikolu 43(2)(d)

Artikolu 79

Artikolu 52

Artikolu 80

Artikoli 48 u 51

Artikolu 81

Artikoli 48(3) u 50

Artikolu 82

Artikoli 48(3) u 50

Artikolu 83

Artikolu 49

Artikolu 84

Artikoli 48(3) u 50

Artikolu 85

Artikoli 70 u 71

Artikolu 86

Artikolu 268

Artikolu 87

Artikolu 88

Artikolu 71(3)

Artikolu 89

Artikolu 90

Artikolu 91

Artikolu 92

Artikolu 93

Artikolu 94

Artikolu 95

23.   Regolament (KE) Nru 21/2004



Regolament (KE) Nru 21/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 108

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3(1)

Artikolu 108(3)

Artikolu 3(2)

Artikolu 111

Artikolu 4(1) u (2)

Artikoli 113(a), 118, 119 u 120

Artikolu 4(3)

Artikolu 118(2)(a)

Artikolu 4(4)

Artikolu 118(2)(e)

Artikolu 4(5) sa (7)

Artikolu 118(1)(a) u 2(a)

Artikolu 4(8)

Artikolu 111

Artikolu 4(9)

Artikolu 118(1)(a) u (2)(a)

Artikolu 5

Artikoli 102, 106, 107 u 111

Artikolu 6

Artikoli 111(b), 113(1)(b) u (2), 118(1)(b)(ii), 119 u 120(2)(d)

Artikolu 7

Artikolu 101

Artikolu 8(1)

Artikoli 109(1)(b) u 118(1)(b)

Artikolu 8(2)

Artikolu 113(1)(c)

Artikolu 8(3) sa (5)

Artikoli 109 u 118(1)(b)

Artikolu 9

Artikolu 118(1)(a) u 2(a)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 120(2)(c)

Artikolu 11

Artikoli 11 u 13(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 268

Artikolu 12(4) sa (7)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

24.   Direttiva 2004/68/KE



Direttiva 2004/68/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3(1)

Artikoli 229(1)(a) u 231

Artikolu 3(2)

Artikolu 232(1)

Artikolu 4

Artikolu 230(1)

Artikolu 5

Artikoli 230(1) u (3) u 231

Artikolu 6

Artikoli 234 u 235

Artikolu 7

Artikoli 229(2), 234(2)(a), 235 u 238(1)(e)

Artikolu 8

Artikoli 234, 237(4)(a) u 239(2)(a)

Artikolu 9

Artikoli 234(2), 235 u 237 (4)(a)

Artikolu 10

Artikoli 234(2), 235 u 237(4)(a)

Artikolu 11

Artikoli 229(1)(d), 237 u 238

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

25.   Direttiva 2005/94/KE



Direttiva 2005/94/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikolu 10

Artikolu 4

Artikoli 26, 28 u 29

Artikolu 5

Artikoli 18, 19, 20 u 23

Artikolu 6

Artikolu 57

Artikolu 7

Artikoli 54 sa 56

Artikolu 8

Artikolu 55(2)

Artikolu 9

Artikolu 59

Artikolu 10

Artikoli 55(1)(e) u (f) u 56

Artikolu 11

Artikoli 61 u 63

Artikolu 12

Artikoli 63 u 71

Artikolu 13

Artikoli 61 u 63

Artikolu 14

Artikolu 63(a)

Artikolu 15

Artikoli 62 u 63(e)

Artikolu 16

Artikolu 64

Artikolu 17

Artikoli 65 sa 67

Artikolu 18

Artikoli 65(1)(a) u (b) u 67

Artikolu 19

Artikoli 65 sa 67

Artikolu 20

Artikoli 65(1)(d)(ii) u 67

Artikolu 21

Artikoli 65(1)(c) u (i) u 67

Artikolu 22

Artikoli 65(1)(c) u (i) u 67

Artikolu 23

Artikoli 65(1)(c) u 67

Artikolu 24

Artikoli 65(1)(c) u 67

Artikolu 25

Artikoli 65(1)(c) u 67

Artikolu 26

Artikoli 65(1)(c) u 67

Artikolu 27

Artikoli 65(1)(d)(ii) u 67

Artikolu 28

Artikoli 65(1)(f) u 67(b)

Artikolu 29

Artikolu 68

Artikolu 30

Artikoli 65 sa 67

Artikolu 31

Artikolu 68

Artikolu 32

Artikoli 65, 67 u 71(2) u (3)

Artikolu 33

Artikoli 67 u 71(3)

Artikolu 34

Artikolu 71

Artikolu 35

Artikoli 54 u 61

Artikolu 36

Artikoli 61 sa 63

Artikolu 37

Artikoli 61 sa 63

Artikolu 38

Artikoli 61, 63, 65 u 67

Artikolu 39

Artikoli 61, 63 u 71(2)

Artikolu 40

Artikoli 61,63 u 71

Artikolu 41

Artikoli 61,63 u 71(2) u (3)

Artikolu 42

Artikoli 62 u 63(e)

Artikolu 43

Artikolu 64

Artikolu 44

Artikoli 65 u 67

Artikolu 45

Artikolu 68

Artikolu 46

Artikoli 64(4), 67 u 71(2) u (3)

Artikolu 47

Artikoli 54, 55, 61, 63 u 71

Artikolu 48

Artikolu 68(1)(b) u (2)(a)

Artikolu 49

Artikoli 61(3) u 68

Artikolu 50

Artikoli 16, 54(2)(b) u (c) u (3), 58(2), 61(1)(g) u (h), 63(c), 65(1)(b), 67(c), 68(1)(c) u 2(b)

Artikolu 51

Artikolu 52

Artikoli 46 u 47

Artikolu 53

Artikolu 69

Artikolu 54

Artikoli 47, 65(1)(e), 67, 69 u 71(3)

Artikolu 55

Artikoli 47, 65(1)(e), 67, 69 u 71(3)

Artikolu 56

Artikoli 46 u 47

Artikolu 57

Artikolu 47

Artikolu 58

Artikoli 48 sa 50

Artikolu 59

Artikolu 52

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 268

Artikolu 62

Artikoli 43 u 44

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 67

Artikolu 68

Artikolu 69

26.   Direttiva 2006/88/KE



Direttiva 2006/88/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikoli 2 u 3(2)

Artikolu 3

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 4(1)

Artikoli 172, 173, 176 u 177

Artikolu 4(2)

Artikolu 179

Artikolu 4(3)

Artikolu 185(2)

Artikolu 4(4)

Artikoli 172, 173, 174 u 175

Artikolu 4(5)

Artikolu 5

Artikolu 181

Artikolu 6

Artikolu 185

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikoli 186, 187, 188 u 189

Artikolu 9

Artikolu 181(1)(a)(i), (2) u (3)

Artikolu 10

Artikolu 181(1)(a)(ii), (2) u (3)

Artikolu 11

Artikoli 191 u 204

Artikolu 12

Artikolu 191

Artikolu 13

Artikolu 192

Artikolu 14(1) u (2)

Artikoli 208 u 211

Artikolu 14(3) u (4)

Artikoli 219 u 220

Artikolu 15(1) u (2)

Artikoli 196 u 197

Artikolu 15(3)

Artikolu 193

Artikolu 15(4)

Artikoli 196, 197 u 199

Artikolu 16

Artikolu 197

Artikolu 17

Artikolu 197

Artikolu 18

Artikoli 201 u 202

Artikolu 19

Artikoli 201 u 202

Artikolu 20

Artikolu 200

Artikolu 21

Artikoli 200, 203, 205 u 226

Artikolu 22

Artikolu 229(1)(a)

Artikolu 23

Artikoli 230 u 231

Artikolu 24

Artikoli 229(1)(d) u 237

Artikolu 25

Artikoli 234, 237 u 238

Artikolu 26

Artikolu 18

Artikolu 27

Artikoli 19 u 20

Artikolu 28

Artikoli 53 sa 55 u 72 sa 74

Artikolu 29

Artikoli 57 u 77(1)(b)

Artikolu 30

Artikoli 59 u 78

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikoli 60, 61, 62 u 64

Artikolu 33

Artikoli 65 sa 67

Artikolu 34

Artikoli 61(1)(b) u (c) u Artikolu 63

Artikolu 35

Artikoli 61(3) u 63

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 68

Artikolu 38

Artikoli 77, 79 u 80(3)

Artikolu 39

Artikoli 79 u 80

Artikolu 40

Artikolu 81

Artikolu 41

Artikolu 257(1)(b) u (c)

Artikolu 42

Artikolu 71(3)

Artikolu 43

Artikolu 226

Artikolu 44

Artikoli 27, 28, 31 u 32

Artikolu 45

Artikolu 33

Artikolu 46

Artikolu 31(2)

Artikolu 47

Artikoli 43 u 44

Artikolu 48

Artikolu 46 u 47

Artikolu 49

Artikolu 36

Artikolu 50

Artikolu 36 u 37

Artikolu 51

Artikolu 38

Artikolu 52

Artikolu 41

Artikolu 53

Artikolu 42

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 57(a)

Artikolu 57(b)

Artikoli 54(2)(c) u (3), 58, 61(1)(g) u (h), 63(c), 65(1)(b) u 67(c)

Artikolu 57(c)

Artikolu 58

Artikolu 59

Artikoli 38 u 185 (parzjalment)

Artikolu 60

Artikolu 268

Artikolu 61

Artikolu 62

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 67

27.   Direttiva 2008/71/KE



Direttiva 2008/71/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3(1)

Artikoli 101 u 111

Artikolu 3(2)

Artikoli 118(2) u 119

Artikolu 4(1)

Artikoli 102, 107 u 119

Artikolu 4(2)

Artikolu 102(3)

Artikolu 5(1)

Artikoli 115(a), 118(1)(a) u (2)(a) u 120

Artikolu 5(2)

Artikolu 118(1)(a) u (2)(a)

Artikolu 6(1)

Artikoli 115(a), 118(1)(a) u (2)(a) u 120

Artikolu 6(2)

Artikolu 7

Artikolu 109(1)(c) u (2)

Artikolu 8

Artikolu 118(2)(e)

Artikolu 9

Artikolu 268

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

28.   Direttiva 2009/156/KE



Direttiva 2009/156/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikoli 126 u 139

Artikolu 4(1)

Artikoli 130 u 149(3)

Artikolu 4(2)

Artikoli 130 u 131

Artikolu 4(3)

Artikolu 128

Artikolu 4(4)

Artikoli 114, 118 u 120

Artikolu 4(5)

Artikoli 126(1)(b), 130 u 131

Artikolu 4(6)

Artikoli 31 sa 35

Artikolu 5

Artikoli 130 u 131

Artikolu 6

Artikoli 130, 131 u 144(1)(b)

Artikolu 7(1)

Artikoli 126(2) u 133

Artikolu 7(2)

Artikoli 131 u 132

Artikolu 7(3)

Artikolu 130, 131 u 132

Artikolu 8

Artikoli 114(1)(c), 118, 120 u 143 sa 146

Artikolu 9

Artikoli 257 sa 259 (parzjalment)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12(1),(2) u (3)

Artikoli 229(1)(a), 230 u 231

Artikolu 12(4)

Artikolu 234

Artikolu 12(5)

Artikolu 13

Artikoli 234 u 235

Artikolu 14

Artikolu 234

Artikolu 15

Artikolu 234

Artikolu 16

Artikoli 234, 235 u 237

Artikolu 17

Artikolu 234

Artikolu 18

Artikolu 19(a) sa (c)

Artikoli 234 u 239

Artikolu 19(d)

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

29.   Direttiva 2009/158/KE



Direttiva 2009/158/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 4 (parzjalment)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikoli 126, 130, 131, 159 u 160

Artikolu 6

Artikoli 124, 126 u 159

Artikolu 7

Artikolu 101

Artikolu 8

Artikoli 159 u 160

Artikolu 9

Artikoli 130 u 131

Artikolu 10

Artikoli 130, 131 u 149(3) u (4)

Artikolu 11

Artikoli 130, 131 u 149(3) u (4)

Artikolu 12

Artikoli 130 u 131

Artikolu 13

Artikoli 131 u 273

Artikolu 14

Artikolu 131

Artikolu 15(1)(a)

Artikoli 159 u 160

Artikolu 15(1)(b) sa (d)

Artikoli 130 u 131

Artikolu 15(2)