02016R0006 — MT — 14.11.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/6

tal-5 ta' Jannar 2016

li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 003 6.1.2016, p. 5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2058 tal-10 ta' Novembru 2017

  L 294

29

11.11.2017

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1787 tal-24 ta’ Ottubru 2019

  L 272

140

25.10.2019




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/6

tal-5 ta' Jannar 2016

li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

▼M1

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għalf u l-ikel, inkluż ikel ta' importanza minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 ( 1 ) (“il-prodotti”) li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta':

▼B

(a) prodotti li jkunu nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta' Marzu 2011;

(b) kunsinni personali ta' għalf u ikel li joriġinaw minn annimali li huma koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 ( 2 );

(c) kunsinni personali tal-għalf u l-ikel ħlief dawk li joriġinaw mill-annimali li mhumiex kummerċjali u għal persuna naturali għal konsum u użu personali biss. F'każ ta' dubju, l-oneru tal-provi huwa fuq min jirċievi l-kunsinna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “kunsinna” tfisser:

 Għal prodotti li għalihom huwa meħtieġ mill-Artikolu 5 il-kampjunar u l-analiżi, kwantità ta' kwalunkwe għalf jew ikel li jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tal-istess klassi jew deskrizzjoni, koperta mill-istess dokument/i, imwassla bl-istess mezz ta' trasport u ġejja mill-istess prefettura tal-Ġappun;

 Għal prodotti oħra li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kwantità ta' kwalunkwe għalf jew ikel li jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, koperta mill-istess dokument/i, imwassla bl-istess mezz ta' trasport u ġejja minn prefettura waħda jew aktar tal-Ġappun, fil-limiti stipulati mid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 3

Importazzjoni fl-Unjoni

Il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss jekk huma konformi ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Livelli massimi ta' ċesju-134 u ċesju-137

Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-livell massimu tat-total ta' ċesju-134 u ċesju-137 kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni ta' ċerti prodotti

▼M1

1.  Kull kunsinna tal-għalf u tal-prodotti alimentari msemmija u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM msemmija fl-Anness II u tal-għalf kompost u tal-prodotti alimentari li jkun fiha aktar minn 50 % tat-tali għalf u prodotti alimentari li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida oriġinali mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6.

▼B

2.  Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiċċertifika li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun.

3.  Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha wkoll tiċċertifika li:

(a) il-prodott inħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta' Marzu 2011; jew

(b) il-prodott ma jkunx oriġina u ma jkunx ġie kkunsinnat minn xi wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II ( 3 ), li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott; jew

▼M1

(c) il-prodott huwa kkunsinnat iżda ma joriġinax minn xi waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott u li ma jkunx ġie espost għal radjuattività matul it-tranżitu u l-proċessar; jew

▼B

(d) il-prodott joriġina f'wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott u huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi; jew

(e) meta mhijiex magħrufa l-oriġini tal-prodott jew tal-ingredjenti tiegħu preżenti f'aktar minn 50 %, il-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi.

▼M2

4.  Il-ħut u l-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Anness II li jinqabdu jew jinħasdu fl-ibħra tal-kosta tal-prefettura ta’ Fukushima għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi, irrispettivament minn fejn jiġu żbarkati dawn il-prodotti.

▼B

Artikolu 6

Tfassil u ffirmar tad-dikjarazzjoni

1.  Id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha titfassal skont il-mudell stipulat fl-Anness III.

2.  Għall-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 5(3), id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża jew minn rappreżentant awtorizzat ta' entità awtorizzata mill-awtorità kompetenti Ġappuniża taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.

3.  Għall-prodotti msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 5(4), id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompententi Ġappuniża u għandha tkun akkumpanjata minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi.

Artikolu 7

Identifikazzjoni

Kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkun identifikata permezz ta' kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5, fuq ir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 6(3), fuq id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul jew fuq id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2) u fuq id-dokument sanitarju li jakkumpanja l-kunsinna.

Artikolu 8

Postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u punti deżinjati tad-dħul

1.  Il-kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni mill-punti deżinjati tad-dħul skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 ( 4 ) (minn hawn 'il quddiem “il-punt deżinjat tad-dħul”).

2.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE ( 5 ). Dawn il-kunsinni għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni minn post tal-ispezzjoni fil-fruntiera fis-sens tal-punt (g) tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 9

Notifika minn qabel

1.  L-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel il-wasla ta' kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1).

2.  Għall-fini tan-notifika minn qabel, l-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jimlew:

(a) għall-prodotti ta' oriġini mhux mill-annimali: Il-Parti I tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (DKD) imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, filwaqt li jirreferu għan-noti gwida tad-DKD stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament; għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-Kaxxa I.13 tad-DKD jista' jkun fiha aktar minn kodiċi ta' komodità waħda.

(b) għal ħut u prodotti tas-sajd: id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (DVKD) stabbilit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 6 ).

Id-dokument rispettiv għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-punt deżinjat tad-dħul jew fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera, mill-anqas jumejn tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.

Artikolu 10

Kontrolli uffiċjali

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera jew tal-punt deżinjat tad-dħul għandhom iwettqu dawn il-kontrolli fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1):

(a) kontrolli tad-dokumenti tal-kunsinni kollha;

(b) kontrolli aleatorji tal-identità u kontrolli aleatorji fiżiċi, inkluża analiżi laboratorja għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137. Ir-riżultati analitiċi għandhom ikunu disponibbli fi żmien massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol.

2.  Jekk ir-riżultat tal-analiżi laboratorja jagħti evidenza li l-garanziji stipulati fid-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 huma foloz, id-dikjarazzjoni titqies li mhux valida u l-kunsinna tal-għalf u tal-ikel ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Spejjeż

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 10 u l-miżuri kollha li jittieħdu wara li jkun hemm nuqqas ta' konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel.

Artikolu 12

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.  Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni (fiżikament jew elettronikament) mill-operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentanti tagħhom, tad-DKD mimlija kif suppost mill-awtorità kompetenti wara li jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera jekk fil-kaxxa II.14 l-awtorità kompetenti tindika li taqbel ma' din id-deċiżjoni u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.

2.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal kunsinni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 97/78/KE. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-kunsinni għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 136/2004.

Artikolu 13

Prodotti li mhumiex konformi

Il-prodotti li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq. Dawn il-prodotti għandhom jintremew b'mod sigur jew jintbagħtu lura lejn il-Ġappun.

▼M2

Artikolu 14

Rieżami

Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel it-30 ta’ Ġunju 2021.

▼B

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 huwa mħassar.

Artikolu 16

Dispożizzjoni tranżitorja

B'deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni skont dawn il-kundizzjonijiet:

(a) huma konformi mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014, u

(b) ikunu telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew telqu mill-Ġappun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iżda qabel l-1 ta' Frar 2016 u huma akkumpanjati minn dikjarazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 li tkun inħarġet qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I



Livelli massimi għall-ikel (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Ikel għat-trabi u tfal żgħar

Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib

Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux iffermentat

Ikel ieħor

Total ta' ċesju-134 u ċesju-137

50 (2)

50 (2)

10 (2)

100 (2)

(1)   Għal prodotti mnixxfin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit lest għall-konsum.

(2)   Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 2016/52.



Livelli massimi għall-għalf (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

 

Għalf maħsub għall-bhejjem tal-ifrat u għaż-żwiemel

Għalf maħsub għall-ħnieżer

Għalf maħsub għat-tjur

Għalf għall-ħut (3)

Total ta' ċesju-134 u ċesju-137

100 (2)

80 (2)

160 (2)

40 (2)

(1)   Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

(2)   Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 2016/52.

(3)   Bl-eċċezzjoni ta' għalf għall-ħut ornamentali.

▼M2




ANNESS II

Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom il-kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

(a)    prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Fukushima:

 il-faqqiegħ u l-prodotti dderivati minnu li jidħlu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00 , 0709 59 , 0710 80 61 , 0710 80 69 , 0711 51 00 , 0711 59 00 , 0712 31 00 , 0712 32 00 , 0712 33 00 , ex 0712 39 00 , 2003 10 , 2003 90  u ex 2005 99 80 ;

 il-ħut u l-prodotti tas-sajd li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10 , 1504 20 , 1604 bl-eċċezzjoni ta’:

 

 l-aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u l-aċċola ta’ denbha isfar (Seriola lalandi) li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90 , ex 0303 89 90 , ex 0304 49 90 , ex 0304 59 90 , ex 0304 89 90 , ex 0304 99 99 , ex 0305 10 00 , ex 0305 20 00 , ex 0305 39 90 , ex 0305 49 80 , ex 0305 5985, ex 0305 69 80 , ex 0305 72 00 , ex 0305 79 00 , ex 1504 10 , ex 1504 20 , ex 1604 19 91 , ex 1604 19 97  u ex 1604 20 90 ;

 iċ-ċervjola (Seriola dumerili) li tidħol taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90 , ex 0303 89 90 , ex 0304 49 90 , ex 0304 59 90 , ex 0304 89 90 , ex 0304 99 99 , ex 0305 10 00 , ex 0305 20 00 , ex 0305 39 90 , ex 0305 49 80 , ex 0305 5985, ex 0305 69 80 , ex 0305 72 00 , ex 0305 79 00 , ex 1504 10 , ex 1504 20 , ex 1604 19 91 , ex 1604 19 97  u ex 1604 20 90 ;

 il-pagru tal-Ġappun (Pagrus major) li jidħol taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90 , ex 0303 89 90 , ex 0304 49 90 , ex 0304 59 90 , ex 0304 89 90 , ex 0304 99 99 , ex 0305 10 00 , ex 0305 20 00 , ex 0305 39 90 , ex 0305 49 80 , ex 0305 5985, ex 0305 69 80 , ex 0305 72 00 , ex 0305 79 00 , ex 1504 10 , ex 1504 20 , ex 1604 19 91 , ex 1604 19 97  u ex 1604 20 90 ;

 is-sawrella imperjali (Pseudocaranx dentex) li tidħol taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 49 90 , ex 0303 89 90 , ex 0304 49 90 , ex 0304 59 90 , ex 0304 89 90 , ex 0304 99 99 , ex 0305 10 00 , ex 0305 20 00 , ex 0305 39 90 , ex 0305 49 80 , ex 0305 5985, ex 0305 69 80 , ex 0305 72 00 , ex 0305 79 00 , ex 1504 10 , ex 1504 20 , ex 1604 19 91 , ex 1604 19 97  u ex 1604 20 90 ;

 it-tonn blu tal-Paċifiku(Thunnus orientalis) li jidħol taħt il-kodiċijiet ex 0302 35 , ex 0303 45 , ex 0304 49 90 , ex 0304 59 90 , ex 0304 89 90 , ex 0304 99 99 , ex 0305 10 00 , ex 0305 20 00 , ex 0305 39 90 , ex 0305 49 80 , ex 0305 59 85 , ex 0305 69 80 , ex 0305 72 00 , ex 0305 79 00 , ex 1504 10 , ex 1504 20 , ex 1604 14 41 , ex 1604 14 48  u ex 1604 20 70 ;

 il-kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jidħol taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00 , ex 0303 54 10 , ex 0304 49 90 , ex 0304 59 90 , ex 0304 89 49 , ex 0304 99 99 , ex 0305 10 00 , ex 0305 20 00 , ex 0305 39 90 , ex 0305 49 30 , ex 0305 54 90 , ex 0305 69 80 , ex 0305 72 00 , ex 0305 79 00 , ex 1504 10 , ex 1504 20 , 1604 15  u ex 1604 20 50 ;

 l-Aralia spp. u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

 ir-rimjiet tal-bambu (Phyllostachys pubescens) u l-prodotti dderivati minnhom li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 07 09 99, ex 0710 80 , ex 0711 90 , ex 0712 90 , ex 2004 90  u 2005 91 00 ;

 il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

 il-kaki (Diospyros sp.) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM 0810 70 00 , ex 0811 90 , ex 0812 90  u ex 0813 50 ;

(b)    prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Miyagi

 il-faqqiegħ u l-prodotti dderivati minnu li jidħlu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00 , 0709 59 , 0710 80 61 , 0710 80 69 , 0711 51 00 , 0711 59 00 , 0712 31 00 , 0712 32 00 , 0712 33 00 , ex 0712 39 00 , 2003 10 , 2003 90  u ex 2005 99 80 ;

 l-Aralia spp. u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

 ir-rimjiet tal-bambu (Phyllostachys pubescens) u l-prodotti dderivati minnhom li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 07 09 99, ex 0710 80 , ex 0711 90 , ex 0712 90 , ex 2004 90  u 2005 91 00 ;

 il-feliċilla (Pteridium aquilinum) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

 il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

(c)    prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Gunma

 il-faqqiegħ u l-prodotti dderivati minnu li jidħlu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00 , 0709 59 , 0710 80 61 , 0710 80 69 , 0711 51 00 , 0711 59 00 , 0712 31 00 , 0712 32 00 , 0712 33 00 , ex 0712 39 00 , 2003 10 , 2003 90  u ex 2005 99 80 ;

 l-Aralia spp. u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

 il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

(d)    prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Yamagata, jew Shizuoka:

 il-faqqiegħ u l-prodotti dderivati minnu li jidħlu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00 , 0709 59 , 0710 80 61 , 0710 80 69 , 0711 51 00 , 0711 59 00 , 0712 31 00 , 0712 32 00 , 0712 33 00 , ex 0712 39 00 , 2003 10 , 2003 90  u ex 2005 99 80 ;

 il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

(e)    prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Ibaraki, Nagano jew Niigata:

 il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99 , ex 0710 80 , ex 0711 90  u ex 0712 90 ;

(f)    prodotti komposti li fihom aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti minn (a) sa (e) ta’ dan l-Anness.




ANNESS III

Dikjarazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’

... (Prodott u pajjiż ta’ oriġini)

Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Lott ... Numru tad-Dikjarazzjoni ...

F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

...

(ir-rappreżentant awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6)

JIDDIKJARA li ......... (il-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6) ta’ din il-kunsinna magħmula minn: ......... (deskrizzjoni tal-kunsinna, tal-prodott, tal-għadd u tat-tip ta’ pakketti, tal-piż gross jew nett) imbarkata minn ... (il-post tal-imbarkazzjoni) nhar il- ... (id-data tal-imbarkazzjoni) ittrasportata minn ... (l-identifikazzjoni tat-trasportatur) diretta lejn ... (il-post u l-pajjiż tad-destinazzjoni) li ġejja mill-istabbiliment ...... (l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment)

hija konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137.

JIDDIKJARA li l-kunsinna tikkonċerna:

 il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011;

 il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li ma joriġinawx u li mhumiex mibgħuta minn waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1787, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott;

 il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li huma mibgħuta minn, iżda ma joriġinawx f’waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott, u li matul it-tranżitu ma ġewx esposti għal radjuattività;

 il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li joriġinaw minn waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott, u li tteħdulhom il-kampjuni nhar il- ...(data) li ġew issuġġettati għall-analiżi fil-laboratorju nhar il- ...(id-data) fil-laboratorju ... (isem il-laboratorju), biex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ radjunuklidi, ta’ ċesju-134 u ta’ ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż;

 il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787 ta’ oriġini mhix magħrufa jew prodott idderivat minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawk il-prodotti bħala ingredjent(i) ta’ oriġini mhix magħrufa, li tteħdulhom il-kampjuni nhar il- ... (data) u ġew issoġġettati għall-analiżi f’laboratorju nhar il- ... (data) fil-laboratorju ... (isem il-laboratorju), biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ radjunuklidi, ta’ ċesju-134 u ta’ ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż.

Magħmul fi ... nhar il ...

Timbru u firma tar-rappreżentant awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 6(2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6



( 1 ) ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 tal-5 ta' Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni personali ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1).

( 3 ) Il-lista ta' prodotti fl-Anness II hija mingħajr preġudizju għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

( 5 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).

( 6 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).