02016L1629 — MT — 01.01.2022 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Settembru 2016

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE

(ĠU L 252 16.9.2016, p. 118)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/970 tat-18 ta' April 2018

  L 174

15

10.7.2018

 M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1668 tas-26 ta’ Ġunju 2019

  L 256

1

7.10.2019

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1308 tat-28 ta’ April 2021

  L 284

1

9.8.2021


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 181, 5.7.2019, p.  123 (2016/1629)




▼B

DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Settembru 2016

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE



KAPITOLU 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U ŻONI TA' PASSAĠĠI FUQ L-ILMA

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a) 

ir-rekwiżiti tekniċi neċessarji biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-inġenji li jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni msemmija fl-Artikolu 4; u

(b) 

il-klassifikazzjoni ta' dawk il-passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 2

Ambitu tal-applikazzjoni

1.  

Din id-Direttiva tapplika għall-inġenji li ġejjin:

(a) 

bastimenti b'tul (L) ta' 20 metru jew aktar;

(b) 

bastimenti li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa volum ta' 100 metru kubu jew aktar;

(c) 

rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbottaw maħsuba biex jirmunkaw jew jimbottaw, jew lill-inġenji msemmija fil-punti (a) u (b) jew lit-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma, jew maħsuba biex imexxu tali inġenji jew tali tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma ma' ġenbhom;

(d) 

bastimenti tal-passiġġieri;

(e) 

tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma.

2.  

Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) 

tragetti;

(b) 

bastimenti navali;

(c) 

bastimenti tat-tbaħħir, inklużi rimonkjaturi u rimonkjaturi tat-tbaħħir li jimbottaw, li:

(i) 

joperaw jew huma bbażati f'ilmijiet ta' marea; jew

(ii) 

joperaw temporanjament fuq passaġġi fuq l-ilma interni,

dment li jkollhom mill-inqas:

— 
ċertifikat li juri l-konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) tal-1974, jew ċertifikat ekwivalenti; ċertifikat li juri konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-1966, jew l-ekwivalenti, u ċertifikat internazzjonali għall-prevenzjoni tat-tniġġiż miż-żejt (IOPP) li juri l-konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) tal-1973/78;
— 
fil-każ ta' bastimenti tat-tbaħħir li mhumiex koperti minn SOLAS, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-1966 jew MARPOL, iċ-ċertifikati rilevanti u l-marki tal-freeboard meħtieġa mil-liġijiet tal-istati tal-bandiera tagħhom;
— 
fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri mhux koperti mill-ebda Konvenzjoni msemmija fl-ewwel inċiż, ċertifikat dwar ir-regoli u l-istandards ta' sikurezza għall-bastimenti tal-passiġġieri maħruġ skont id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); jew
— 
fil-każ ta' inġenji rikreattivi li mhumiex koperti mill-ebda Konvenzjoni kollha msemmija fl-ewwel inċiż, ċertifikat tal-pajjiż tal-bandiera tiegħu li juri livell adegwat ta' sikurezza.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“inġenju” tfisser bastiment jew oġġett ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma;

(b) 

“bastiment” tfisser bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastiment tat-tbaħħir;

(c) 

“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser bastiment maħsub biss jew prinċipalment għan-navigazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni;

(d) 

“rimonkjatur” tfisser bastiment mibni apposta biex iwettaq operazzjonijiet ta' rmonk;

(e) 

“rimonkjatur li jimbotta” tfisser bastiment mibni apposta biex jimbotta konvoj 'il quddiem;

(f) 

“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata jew bil-kabini, mibni u mgħammar biex iġorr iktar minn 12-il passiġġier;

(g) 

“tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li ġġorr tagħmir tax-xogħol bħal krejnijiet, tagħmir għat-tħammil, tagħmir li jwaħħal il-puntali jew elevaturi;

(h) 

“stabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser kwalunkwe installazzjoni li normalment mhix maħsuba biex titmexxa, bħal pixxina, baċir, moll jew kamra għaż-żamma tad-dgħajjes;

(i) 

“oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser ċattra jew struttura, oġġett, assemblaġġ ieħor tajjeb għan-navigazzjoni, li mhuwiex bastiment jew tagħmir jew stabbiliment li jista' jżomm f'wiċċ l-ilma;

(j) 

“inġenji rikreattivi” tfisser bastiment għajr bastiment tal-passiġġieri, maħsub għall-isport jew għad-divertiment;

(k) 

“bastiment b'veloċità għolja” tfisser inġenju bil-magna li kapaċi jilħaq veloċità ta' aktar minn 40 km fis-siegħa b'relazzjoni mal-ilma;

(l) 

“spostament tal-ilma” tfisser il-volum mgħarraq tal-bastiment, f'metri kubi;

(m) 

“tul (L)” tfisser it-tul massimu tal-buq f'metri, minbarra t-tmun u l-pupress;

(n) 

“wisa' (B)” tfisser il-wisa' massima tal-buq f'metri, imkejla sat-tarf ta' barra tal-pjanċi tal-qoxra (minbarra r-roti tal-palella, il-parabordi, u affarijiet simili);

(o) 

“fundar (T)” tfisser id-distanza vertikali f'metri bejn il-punt l-aktar baxx tal-buq mingħajr ma jkun ikkunsidrat il-prim jew aċċessorji oħra fissi u l-linja ta' fundar massima;

(p) 

“passaġġi fuq l-ilma interni kollegati” tfisser passaġġi fuq l-ilma ta' Stat Membru li huma kollegati, permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni li jistgħu jiġu nnavigati taħt il-liġi nazzjonali jew internazzjonali minn inġenji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mal-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 4

Klassifikazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni

1.  

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni għandhom jiġu klassifikati kif ġej:

(a) 

Iż-żoni 1, 2, 3 u 4:

(i) 

Iż-żoni 1 u 2: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Anness I;

(ii) 

Iż-żona 3: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I;

(iii) 

Iż-żona 4: il-passaġġi fuq l-ilma interni l-oħrajn kollha li jistgħu jiġu nnavigati skont il-liġi nazzjonali minn inġenji li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

(b) 

Iż-żona R: dawk il-passaġġi fuq l-ilma msemmija fil-punt (a) li għalihom iridu jinħarġu ċertifikati skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont kif dak l-Artikolu hu fformulat fis-6 ta' Ottubru 2016.

2.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 rigward emendi għall-Anness I sabiex timmodifika l-klassifikazzjoni ta' passaġġi fuq l-ilma, inkluż ż-żieda u t-tħassir ta' passaġġi fuq l-ilma. Tali emendi għall-Anness I jistgħu jsiru biss fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, għal passaġġi fuq l-ilma fit-territorju tiegħu.



KAPITOLU 2

ĊERTIFIKATI TAN-NAVIGAZZJONI

Artikolu 5

Konformità mar-rekwiżiti tekniċi u ta' sikurezza

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inġenji msemmija fl-Artikolu 2(1) li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 jinbnew u jinżammu f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.
2.  
Konformità ta' inġenju mal-paragrafu 1 għandha tkun attestata permezz ta' ċertifikat maħruġ skont din id-Direttiva.

Artikolu 6

Ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  
Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont din id-Direttiva. Malli jinħareġ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-inġenju inkwistjoni ma jkunx diġà nħariġlu ċertifikat validu kif jissemma fl-Artikolu 7.
2.  
Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jitfassal skont il-mudell previst fl-Anness II.
3.  
Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, inkluża kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti fuq sit elettroniku adatt.
4.  
Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji wara li tkun saret spezzjoni teknika, imwettqa qabel ma l-inġenju jitpoġġa fis-servizz u bl-intenzjoni li jsir kontroll ta' jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.
5.  
Il-konformità ta' inġenju mar-rekwiżiti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) u (2) għandha, fejn xieraq, tiġi kkontrollata matul l-ispezzjonijiet tekniċi previsti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 29, jew waqt spezzjoni teknika mwettqa fuq talba ta' sid l-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu.
6.  
Il-proċeduri biex issir talba għal spezzjoni u biex jiġu stabbiliti l-post u l-ħin ta' dik l-ispezzjoni, għandha taqa' taħt is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li joħorġu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema dokumenti għandhom jiġu sottomessi. Il-proċedura għandha ssir b'tali mod li jkun żgurat li l-ispezzjoni tista' ssir fi żmien raġonevoli wara li tkun tressqet it-talba.
7.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tas-sid tal-inġenju jew tar-rappreżentant tiegħu, joħorġu ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal inġenju li mhuwiex soġġett għal din id-Direttiva, jekk dak l-inġenju jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva.

Artikolu 7

L-obbligu tal-ġarr ta' ċertifikat

L-inġenji li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandu jkollhom id-dokumenti oriġinali li ġejjin:

(a) 

meta jkunu qed joperaw fuq passaġġ fuq l-ilma taż-Żona R:

— 
ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu; jew inkella
— 
ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jattesta l-konformità sħiħa tal-inġenju, fejn ikun applikabbli skont id-dispożizzjonijiet transizzjonali taħt l-Anness II għal din id-Direttiva għal inġenji li jinnavigaw fuq ir-Renu (Żona R), mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V għal din id-Direttiva li għalihom tkun ġiet stabbilita l-ekwivalenza mar-rekwiżiti tekniċi stipulati b'applikazzjoni tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli;
(b) 

meta jkunu qed joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma oħrajn, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8

Iċ-ċertifikati supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  
L-inġenji li jkollhom ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu għandhom jiġu pprovduti b'ċertifikat supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva.
2.  
Iċ-ċertifikat supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jitfassal skont il-mudell previst fl-Anness II u għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-kondizzjonijiet stipulati għall-passaġġi fuq l-ilma kkonċernati.

Artikolu 9

Ċertifikati proviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna:

(a) 

għal inġenji li biħsiebhom jivvjaġġaw lejn ċertu post bil-permess tal-awtorità kompetenti sabiex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna;

(b) 

għal inġenji li ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom jkun intilef, saritlu ħsara jew ġie temporanjament irtirat kif imsemmi fl-Artikoli 13 u 15 jew fl-Annessi II u V;

(c) 

għal inġenji li ċ-ċertifikat tal-Unjoni tagħhom għan-navigazzjoni interna jkun qed jitħejja wara spezzjoni b'suċċess;

(d) 

għal inġenji li ma ma jkunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa biex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna f'konformità mal-Annessi II u V;

(e) 

għal inġenji li tant għandhom ħsara li ma għadhomx aktar konformi maċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom;

(f) 

għal stabbilimenti jew oġġetti li jżommu f'wiċċ l-ilma f'każijiet fejn l-awtoritajiet responsabbli għal operazzjonijiet speċjali ta' trasport taw l-awtorizzazzjoni biex titwettaq operazzjoni ta' trasport speċjali soġġetta għall-kisba ta' ċertifikatproviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna bħal dan, kif previst fir-regolamenti applikabbli tal-awtorità tan-navigazzjoni tal-Istati Membri;

(g) 

għal inġenju li jibbenefikaw minn deroga mill-Annessi II u V, skont l-Artikoli 25 u 26 ta' din id-Direttiva, sakemm jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti.

2.  
Iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ biss fejn in-navigabbiltà tal-inġenju, tal-istabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma jew tal-oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma tkun tidher li ġiet adegwatament żgurata. Ghandu jitfassal skond il-mudell previst fl-Anness II.
3.  

Iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinkludi l-kondizzjonijiet meqjusa neċessarji mill-awtorità kompetenti u għandu jkun validu:

(a) 

fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1, għal vjaġġ speċifiku wieħed li jrid isir f'perjodu xieraq li ma għandux ikun iktar minn xahar;

(b) 

fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, għal tul ta' żmien xieraq;

(c) 

fil-każijiet imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1, għal sitt xhur; iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi estiż b'sitt xhur kull darba sakemm jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni rilevanti.

Artikolu 10

Il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  

Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jinħarġu għal inġenji li jkunu għadhom kemm inbnew għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti u ma għandux jeċċedi:

(a) 

ħames snin fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri u b'veloċità għolja;

(b) 

għaxar snin fil-każ tal-inġenji l-oħra kollha.

Il-perjodu ta' validità għandu jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

2.  
Fil-każ ta' inġenji li jkunu diġà joperaw qabel ma tkun saret l-ispezzjoni teknika, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont il-każ, fid-dawl tar-riżultati tal-ispezzjoni. Madankollu, il-perjodu ta' validità ma għandux jeċċedi l-perjodi stipulati fil-paragrafu 1.

Artikolu 11

Estensjoni eċċezzjonali tal-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Il-validità ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tista' tiġi estiża eċċezzjonalment mingħajr spezzjoni teknika għal mhux aktar minn sitt xhur skont l-Annessi II u V, mill-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat. L-estensjoni għandha tiġi indikata f'dak iċ-ċertifikat.

Artikolu 12

It-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  
Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġġedded malli jiskadi l-perjodu ta' validità tiegħu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, wara spezzjoni teknika maħsuba biex tikkontrolla jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V. Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jistgħu jiġġeddu minn kwalunkwe awtorità kompetenti li tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(3).
2.  
Fejn ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jkunu mġedda, id-dispożizzjonijiet transitorji previsti fl-Anness II għandhom japplikaw għall-inġenji skont il-kondizzjonijiet speċifikati f'dak l-Anness.

Artikolu 13

Il-bdil taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom jista' jiġi sostitwit ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jkun intilef jew li tkun saritlu xi ħsara. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jirrikjedu lill-inġenji li japplikaw għas-sostituzzjoni, fil-każ ta' telf, biex jipprovdudikjarazzjoni rigward it-telf taċ-ċertifikat jew fil-każ ta' ħsara, li jirritorna ċ-ċertifikat li tkun saritlu l-ħsara. Iċ-ċertifikat sostitwit għandu jiddikjara li dan hu duplikat.

Artikolu 14

Alterazzjonijiet kbar jew tiswijiet kbar għall-inġenju

Fil-każ ta' alterazzjonijiet kbar jew tiswijiet kbar li jaffettwaw il-konformità tal-inġenju mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V li jikkonċernaw is-solidità strutturali, in-navigazzjoni, il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tiegħu, dak l-inġenju għandha ssirlu, qabel kwalunkwe vjaġġ ieħor, l-ispezzjoni teknika prevista fl-Artikolu 6.

Wara dik l-ispezzjoni, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna eżistenti għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-karatteristiċi tekniċi mibdula tal-inġenju jew dak iċ-ċertifikat għandu jiġi rtirat u jinħareġ wieħed ġdid. Jekk iċ-ċertifikat il-ġdid jinħareġ fi Stat Membru differenti minn dak li ħareġ jew ġedded iċ-ċertifikat inizjali, l-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat għandha tiġi informata skont dan fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat il-ġdid.

Artikolu 15

Rifjut għall-ħruġ jew it-tiġdid, u l-irtirar ta', ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  
Kwalunkwe deċiżjoni li ma jiġix maħruġ jew imġedded ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Is-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi nnotifikat b'dan u għandu jiġi infurmat dwar il-proċedura ta' appell u l-limiti ta' żmien applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.
2.  
Kwalunkwe ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi irtirat mill-awtorità kompetenti li ħarġitu jew ġedditu jekk l-inġenju ma jibqax konformi mar-rekwiżiti tekniċi stipulati fiċ-ċertifikat tiegħu.

Artikolu 16

Rikonoxximent ta' ċertifikati tan-navigazzjoni ta' inġenji minn pajjiżi terzi

Sakemm jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tan-navigazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tan-navigazzjoni ta' inġenji minn pajjiżi terzi għan-navigazzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Reġistri taċ-ċertifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iżommu reġistru taċ-ċertifikati kollha li jkunu ħarġu jew ġeddew skont l-Artikoli 6, 8, 9 u 12. Dak ir-reġistru għandu jinkludi l-informazzjoni li tinsab fil-mudell previst fl-Anness II



KAPITOLU 3

IDENTIFIKAZZJONI, SPEZZJONIJIET U REKWIŻITI TEKNIĊI ALTERATI TA' BASTIMENTI

Artikolu 18

Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull inġenju jkun assenjat Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment (ENI), skont l-Annessi II u V.
2.  
Kull inġenju għandu jkollu ENI, wieħed biss li għandu jibqa' l-istess tul il-ħajja kollha tiegħu.
3.  
Meta jinħareġċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-ENI fih.
4.  
Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jassenjaw ENI u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan,kif ukoll kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti fuq sit elettroniku adatt.

Artikolu 19

Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq

1.  
Il-Kummissjoni għandha żżomm l-EHDB sabiex tappoġġa l-miżuri amministrattivi biex jinżammu s-sikurezza u navigazzjoni bla xkiel u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Istati Membri għandu jitwettaq f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Kummissjoni għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull inġenju, l-awtoritajiet kompetenti jdaħħlu, mingħajr dewmien, fl-EHDB:

(a) 

id-data li tidentifika u tiddeskrivi l-inġenju skont din id-Direttiva;

(b) 

id-data relatata maċ-ċertifikati maħruġin, imġedda, sostitwiti u rtirati, kif ukoll dik relatata mal-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat, skont din id-Direttiva;

(c) 

kopja diġitali taċ-ċertifikati kollha maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva;

(d) 

id-data dwar kwalunkwe applikazzjoni rifjutata jew pendenti għal ċertifikati skont din id-Direttiva; u

(e) 

kwalunkwe bidla fid-data msemmija fil-punti (a) sa (d).

3.  

Id-data msemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu u pajjiżi terzi li huma fdati b'kompiti relatati mal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), għall-finijiet li ġejjin:

(a) 

l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2005/44/KE;

(b) 

l-iżgurar tal-ġestjoni kemm tat-traffiku tal-passaġġi fuq l-ilma kif ukoll tal-infrastruttura;

(c) 

iż-żamma jew l-infurzar tas-sikurezza tan-navigazzjoni;

(d) 

il-ġbir ta' data statistika.

4.  
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali dment li hi tagħmel dan skont il-każ biss u li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679, u b'mod partikolari dawk stipulati fil-Kapitolu V tiegħu, jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment ikun neċessarju għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-data lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx espressament awtorizzazzjoni bil-miktub biex jagħmlu dan u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
5.  
Il-Kummissjoni tista', skont il-każ, tittrasferixxi data personali jew tagħti aċċess għall-EHDB lil awtorità ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali dment li t-trasferiment jew l-aċċess huwa neċessarju għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u dment li r-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiġu ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-trasferiment jew l-aċċess ikun neċessarju għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-data lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx espressament awtorizzazzjoni bil-miktub u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni.
6.  
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-data relatata ma' inġenju titħassar mill-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1 meta dan l-inġenju jiġi ruttamat.
7.  

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 li jispeċifikaw ulterjorment:

(a) 

id-data li għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data mill-Istati Membri;

(b) 

it-tipi ta' aċċess permessi, b'kont meħud tal-kategoriji ta' riċevituri tad-data u l-finijiet li għalihom tali data hija pproċessata msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

(c) 

l-istruzzjonijiet rigward l-użu u t-tħaddim tal-bażi tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ta' sigurtà tad-data, il-kodifikazzjoni u l-ipproċessar ta' data u l-interkonnessjoni tal-bażi tad-data mar-reġistri msemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 20

Twettiq ta' spezzjonijiet tekniċi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 jwettqu l-ispezzjonijiet inizjali, perjodiċi, speċjali u volontarji msemmija f'din id-Direttiva.
2.  
Dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li l-inġenju jew parti minnu jiġi sottomess għal spezzjoni teknika fejn ikun evidenti minn attestazzjoni valida, maħruġa minn soċjetà rikonoxxuta għall-klassifikazzjoni skont l-Artikolu 21, li l-inġenju jissodisfa bis-sħiħ jew parzjalment ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.
3.  
Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma responsabbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet tekniċi u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, inkluż kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi ta' spezzjoni fuq sit elettroniku adatt.
4.  
Kull Stat Membru għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-korpi ta' spezzjoni u t-talba għal spezzjoni, previst fl-Annessi II u V.

Artikolu 21

Rikonoxximent tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tirrikonoxxi soċjetà tal-klassifikazzjoni li tissodisfa l-kriterji elenkati fl-Anness VI, jew li tirtira r-rikonoxximent, skont il-proċedura prevista fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
2.  
Applikazzjoni għal rikonoxximent għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru li fih is-soċjetà tal-klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew minn sussidjarja awtorizzati biex joħorġu attestazzjonijiet li inġenju jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Annessi II u V skont din id-Direttiva. Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kriterji għal rikonoxximent huma ssodisfati.
3.  
Kwalunkwe Stat Membru jista' jippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jirtira r-rikonoxximent jekk iqis li soċjetà tal-klassifikazzjoni ma tkunx aktar tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Anness VI. It-talba għall-irtirar għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata.
4.  
Is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni li, sas-6 ta' Ottubru 2016, ikunu ngħataw ir-rikonoxximent skont id-Direttiva 2006/87/KE għandhom iżommu r-rikonoxximent tagħhom.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika għall-ewwel darba sas-7 ta' Ottubru 2017, u għandha żżomm aġġornata f'sit elettroniku adatt, lista tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni rikonoxxuti skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla li għandha x'taqsam mal-ismijiet jew l-indirizzi tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni fejn ikunu applikaw għar-rikonoxximent.

Artikolu 22

Kontroll tal-konformità

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu fi kwalunkwe ħin jikkontrollaw jekk inġenju jkollux ċertifikat validu skont l-Artikolu 7 u jekk jissodisfax ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta' tali ċertifikat.

F'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri adatti skont il-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Għandhom ukoll jitolbu li s-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien skadenza stipulata mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat li jkollu l-inġenju għandha tiġi infurmata b'tali nuqqasijiet fi żmien sebat ijiem mill-kontroll.

2.  
Fejn l-inġenju ma jkollux ċertifikat validu, l-inġenju jista' jinżamm milli jkompli bil-vjaġġ tiegħu.
3.  
Jekk, waqt il-kontroll, l-awtoritajiet isibu li l-inġenju jikkostitwixxi periklu ċar għall-persuni abbord, l-ambjent jew is-sikurezza tan-navigazzjoni, dawn jistgħu jwaqqfu l-inġenju milli jkompli bil-vjaġġ tiegħu sakemm jittieħdu l-passi neċessarji biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippreskrivu miżuri proporzjonati li jippermettu lill-inġenju jipproċedi bla periklu, fejn ikun il-każ wara tmiem l-operazzjonijiet tiegħu ta' trasport, lejn post fejn jew issirlu spezzjoni jew tiswijiet.

4.  
Stat Membru li jkun impedixxa inġenju milli jipproċedi bil-vjaġġ tiegħu, jew li jkun innotifika lis-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu bl-intenzjoni tiegħu li jiġi impedit dan jekk id-difetti misjuba ma jiġux rimedjati, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li ħarġet jew ġeddet l-aħħar iċ-ċertifikat tal-inġenju, fi żmien sebat ijiem bid-deċiżjoni li ħa jew li beħsiebu jieħu.
5.  
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda biex jiġi interrott il-passaġġ ta' inġenju fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tindika fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom din hija bbażata. Tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi informata bil-proċeduri ta' appell disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u bl-iskadenzi tagħhom.

Artikolu 23

Rekwiżiti tekniċi alterati għal ċerti żoni

1.  
L-Istati Membri jistgħu, fejn applikabbli u soġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, jadottaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali ma' dawk imsemmija fl-Annessi II u V għal inġenji li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2 fit-territorju tagħhom. Tali rekwiżiti addizzjonali għandhom jkopru biss l-elementi elenkati fl-Anness III.
2.  
Fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi taż-Żona 3, kull Stat Membru jista' jżomm rekwiżiti tekniċi addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Annessi II u V. Tali rekwiżiti addizzjonali għandhom jkopru biss l-elementi elenkati fl-Anness III.
3.  
Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji imsemmija fl-Anness II tkun tirriżulta fi tnaqqis tal-istandards eżistenti nazzjonali ta' sikurezza, Stat Membru jista' ma japplikax dawk id-dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tiegħu li mhumiex konnessi. F'tali ċirkostanzi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jeħtieġ li, mit-30 ta' Diċembru 2008, tali bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi tiegħu jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.
4.  
Stat Membru jista' jippermetti applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi jew jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi li jkunu inqas stretti minn dawk imsemmija fl-Annessi II u V fir-rigward ta' inġenji li joperaw esklussivament fuq il-passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 3 u 4 fit-territorju tiegħu. Ir-rekwiżiti tekniċi inqas stretti jew l-applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi għandhom ikopru biss l-elementi elenkati fl-Anness IV.
5.  
Fejn Stat Membru japplika l-paragrafu 1, 2, 3 jew 4, hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan mill-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba ta' applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tapprova r-rekwiżiti tekniċi addizzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

6.  
Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi alterati skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew fiċ-ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 24

Derogi għal ċerti kategoriji ta' inġenji

1.  

Filwaqt li jżommu livell adegwat ta' sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn din id-Direttiva kollha jew minn partijiet minnha għal:

(a) 

inġenji li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi;

(b) 

inġenji li għandhom piż li ma jaqbiżx it-350 tunnellata jew inġenji mhux maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u li għandhom spostament tal-ilma ta' inqas minn 100 metru kubu, li kienu varati qabel l-1 ta' Jannar 1950 u li joperaw esklussivament fit-territorju tagħhom.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, fir-rigward tan-navigazzjoni fit-territorju tagħhom, derogi minn din id-Direttiva għal inġenji li jagħmlu vjaġġi limitati ta' interess lokali jew f'żoni portwarji. Id-derogi u l-vjaġġi jew iż-żoni li għalihom ikunu validi għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat tal-inġenju.
3.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-derogi awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.

Artikolu 25

Użu ta' teknoloġiji ġodda u derogi għal inġenji speċifiċi

1.  

Sabiex jiġu mħeġġa l-innovazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda fin-navigazzjoni interna. il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni li jippermettu derogi jew li jirrikonoxxu l-ekwivalenza ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għal inġenji speċifiċi fir-rigward ta':

(a) 

il-ħruġ ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jirrikonoxxi l-użu, jew il-preżenza, abbord inġenju ta' materjali, installazzjonijiet jew oġġetti ta' tagħmir oħrajn, jew l-adozzjoni ta' arranġamenti jew aspetti ta' disinn minbarra dawk inklużi fl-Annessi II u V, dment li jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' sikurezza;

(b) 

il-ħruġ ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal skopijiet ta' prova għal perjodu limitat li jinkorpora speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda li jidderogaw mir-rekwiżiti tal-Annessi II u V, dment li jiġi żgurat livell adegwat ta' sikurezza.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.  
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jispeċifikaw kwalunkwe deroga u rikonoxximenti ta' ekwivalenzi msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Artikolu 26

Diffikultà

1.  
Wara l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għal rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness II, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jippermettu derogi mir-rekwiżiti tekniċi stipulati f'dak l-Anness li kienu soġġetti għal dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu teknikament diffiċli biex jiġu applikati jew fejn l-applikazzjoni tagħhom tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.  
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jispeċifikaw kwalunkwe derogi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 27

Reġistru ta' tagħmir approvat skont it-tip

Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'sit elettroniku adatt reġistru ta' tagħmir li jkun ġie approvat skont it-tip f'konformità mal-Annessi II u V.



KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet transitorji dwar l-użu ta' dokumenti

▼C1

Id-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/87/KE qabel is-6 ta' Ottubru 2018 għandhom jibqgħu validi sa meta jiskadu.

▼B

Artikolu 29

Inġenji esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 82/714/KEE

1.  
Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ( 5 ), iżda għandu jkun kopert minn din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva, wara spezzjoni teknika biex jiġi kkontrollat jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V ta' din id-Direttiva. Dik l-ispezzjoni teknika għandha ssir meta jiskadi ċ-ċertifikat attwali tal-inġenju, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-30 ta' Diċembru 2018.
2.  
Kwalunkwe nuqqas biex jintlaħqu r-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V għandu jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li dawn in-nuqqasijiet ma jikkostitwixxux periklu ċar, l-inġenji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu joperaw sa meta dawk il-komponenti jew partijiet tal-inġenju li kienu ġew iċċertifikati bħala li ma jissodisfawx dawk ir-rekwiżiti jiġu sostitwiti jew alterati, u wara dan dawk il-komponenti jew partijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.
3.  
Is-sostituzzjoni tal-partijiet eżistenti ma' partijiet identiċi jew partijiet ta' teknoloġija u disinn ekwivalenti waqt tiswijiet u manutenzjoni ta' rutina ma għandhiex titqies bħala sostituzzjoni jew alterazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 2.
4.  
Periklu ċar skont it-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun preżunt b'mod partikolari meta jiġu affettwati r-rekwiżiti rigward is-solidità strutturali,in-navigazzjoni jew il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tal-inġenju skont ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V. Id-derogi li huma previsti fir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V ma għandhomx jiġu identifikati bħala nuqqasijiet li jikkostitwixxu periklu ċar.

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw ir-rekwiżiti temporanji skont id-Direttiva 2006/87/KE

Ir-rekwiżiti temporanji adottati skont l-Artikolu 1.06 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu.

Artikolu 31

Adattament tal-Annessi

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex tadatta l-Anness II, biex taġġorna, mingħajr dewmien żejjed, ir-referenza għall-aktar verżjoni reċenti tal-istandard ES-TRIN u biex tistabbilixxi d-data ta' applikazzjoni tiegħu.
2.  
B'deroga mill-paragrafu 1, fejn ikun debitament ġustifikat minn analiżi adatta u fin-nuqqas ta' standards internazzjonali rilevanti u aġġornati biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni jew fejn bidliet fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CESNI ikunu jikkompromettu l-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness II biex tipprovdi rekwiżiti tekniċi adatti.
3.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Annessi III u IV minħabba progress xjentifiku u tekniku.
4.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Anness V biex taġġorna u tirrazzjonalizza dispożizzjonijiet amministrattivi.
5.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Anness VI biex temenda l-kriterji għar-rikonoxximent ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni.
6.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex taġġorna r-referenzi f'din id-Direttiva għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi II u V biex jitqiesu l-emendi li jkunu saru f'dawn l-Annessi.

Artikolu 32

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 19 u 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-6 ta' Ottubru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 19 u 31 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar 'il quddiem speċifikata fid-deċiżjoni. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 19 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu ġew avżati dwar dak l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 33

Proċedura tal-kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artiklu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE ( 6 ) (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, il-presidenza tal-kumitat tiddeċiedi hekk.

Artikolu 34

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, qabel is-7 ta' Ottubru 2021, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina l-effettività tal-miżuri introdotti minn din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-iżvilupp ta' standards tekniċi għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu jirrevedi wkoll il-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu, jekk xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex jissimplifika iżjed il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-ħolqien ta' standards li tkun tista' ssir referenza għalihom fl-atti legali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport simili wara kull żvilupp kbir fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 35

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diżważivi.

Artikolu 36

Emenda għad-Direttiva 2009/100/KE

Id-Direttiva 2009/100/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal bastimenti użati għat-trasport tal-merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilma interni u li jkollhom piż totali ta' 20 tunnellata metrika jew aktar:

(a) 

b'tul ta' inqas minn 20 metru; u

(b) 

li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa anqas minn 100 metru kubu.

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Spezzjoni ta' Bastiment tar-Renu u għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).”.

(2) 

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) 

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.  
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi kif imfisser fl-ADN biex iħarsu r-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-Ftehim. Bħala evidenza ta' dan, jistgħu jeħtieġu illi l-awtorizzazzjoni prevista f'dak il-Ftehim tiġi prodotta.”;
(b) 

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kondizzjonijiet speċjali għat-trasport ta' oġġetti perikolużi għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati fil-kanali tal-ilma navigabbli tal-Komunità kollha jekk il-bastimenti jħarsu r-rekwiżiti tal-ADN. L-evidenza ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tista' tiġi pprovduta permezz tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.”.

Artikolu 37

Traspożizzjoni

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ottubru 2018 u li għandhom japplikaw minn din id-data. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri bħal dawn, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3.  
Kwalunkwe Stat Membru li, minħabba derogi awtorizzati skont l-Artikolu 24(1) u (2), ma jkollu l-ebda inġenju soġġett għal din id-Direttiva li jkun qed jopera fuq il-passaġġi fuq l-ilma tiegħu ma għandux jintalab jittrasponi l-Kapitolu 2, l-Artikolu 18(3) u l-Artikoli 20 u 21.

Artikolu 38

Revoka

Id-Direttiva 2006/87/KE titħassar b'effett mis-7 ta' Ottubru 2018.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness VII.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 40

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri minbarra d-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u l-Finlandja.




LISTA TA' ANNESSI

Anness I:

Lista ta' passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni maqsuma ġeografikament f'Żoni 1, 2 u3

Anness II:

Rekwiżiti tekniċi minimi applikabbli għall-inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-żoni 1, 2, 3 u 4

Anness III:

Suġġetti għal rekwiżiti tekniċi addizzjonali possibbli applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 1, 2u 3 mhux konnessi

Anness IV:

Suġġetti għal tnaqqis possibbli tar-rekwiżiti tekniċi applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 3 u 4

Anness V:

Dispożizzjonijiet proċedurali dettaljati

Anness VI:

Soċjetajiet ta' klassifikazzjoni

Anness VII:

Tabella ta' korrelazzjoni

▼M3




ANNESS I

LISTA TA’ PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAL-UNJONI MAQSUMA ĠEOGRAFIKAMENT F’ŻONI 1, 2 U 3

KAPITOLU 1

Żona 1

Franza

Mil-limitu trasversali tal-baħar fid-direzzjoni tax-xmara fl-estwarji tas-Seine, il-Loire, il-Gironde u r-Rhône

Il-Ġermanja



Ems

Minn linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta’ Greetsiel u l-moll tal-punent tad-daħla tal-port f’Eemshaven fid-direzzjoni tal-baħar sal-latitudni 53° 30′ N u l-lonġitudni 6° 45′ E, jiġifieri kemxejn lejn il-baħar miż-żona tal-ħatt għat-trasportaturi ta’ tagħbija xotta f’Alte Ems ()

(1)   

Fil-każ ta’ bastimenti li l-port tagħhom ikun xi mkien ieħor, għandu jitqies l-Artikolu 32 tat-Trattat ta’ Ems-Dollart tat-8 ta’ April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).

Il-Polonja

Il-parti tal-Bajja ta’ Pomorska lejn in-nofsinhar tal-linja li tgħaqqad NordPerd fuq il-Gżira Rugen u l-fanal ta’ Niechorze.

Il-parti tal-Bajja ta’ Gdańska lejn in-nofsinhar mil-linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Hel u l-baga tad-daħla fil-port ta’ Baltijsk.

L-Iżvezja

Il-Lag Vänern, ikkonfinat fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni mill-fanal ta’ Bastungsgrunden.

Il-Lag Vättern

Brofjorden - Donsö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3 u minn linja mill-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Grötö mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Gåsö; il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Hermanö; Hermanö huvud (kap ta’ Hermanö); Vedholmen; Danholmen; iċ-ċentru ta’ Mollön; il-fanal ta’ Räbbehuvud; il-fanal t’isfel ta’ Sankt Olov; il-punt l-aktar lejn ix-Xlokk ta’ Flatholmen; il-fanal ta’ Åstol; il-fanal ta’ Marstrand; il-fanal ta’ Sälö; il-fanal ta’ t’isfel ta’ Kågholmen; il-fanal ta’ Tynneskär; il-fanal ta’ Buskärs Knöte; u l-fanal ta’ Rivö sal-fanal ta’ Rivö.

Öregrundsgrepen tat-Tramuntana

Iż-żona bejn il-kontinent u Gräsö, ikkonfinata fit-Tramuntana mil-linja parallela ta’ latitudni li tgħaddi mill-fanal ta’ Engelska grundet u fin-Nofsinhar mil-lonġitudni sal-fanal ewlieni ta’ fuq ta’ Öregrund.

Söderarm — Sandhamn

Iż-żona kkonfinata mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ewlieni ta’ Tyvö via l-fanal ta’ Söderarm; il-fanal ewlieni ta’ fuq tal-port pilota ta’ Söderarm; u l-fanal ta’ Prästkobben sal-fanal ta’ Korsö.

Jungfrufjärden

Iż-żona kkonfinata mill-fruntiera kontinentali jew mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Nämdö mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Mörtö-Bunsö sal-fanal ta’ Ornöhuvud.

Mysingen - Landsort

Iż-żona kkonfinata mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ta’ Utö via l-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Nåttarö; il-fanal ta’ Måsknuv; u l-fanal ta’ Viksten sal-fanal ta’ Landsort.

Landsort — Arkö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3, u minn linja mill-fanal ta’ Landsort via l-punt l-aktar fin-Nofsinhar tal-fanal ta’ Enskär u Norra Kränkan sa Marö Kupa.

Il-bajja ta’ Valdemarsviken u l-arċipelagu Gryt

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ta’ Gubbö Kupa via l-fanal ta’ Häradsskär u l-fanal ta’ Hägerökarten sal-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Kvädö.

It-Tramuntana ta’ Kalmar Sound — Västervik

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent u minn linja minn Hallmare Skackel via l-fanal ta’ Aleskär; il-fanal ta’ Idö; il-fanal ta’ Idö Stångskär; il-fanal ta’ Strupö Ljungskär, il-pożizzjoni N 57 20,0 E016 48,0; u l-baga kardinali tal-Punent ta’ Enerumsgrund lejn il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Öland u ’l hinn mal-kosta tal-Majjistral ta’ Öland u fin-Nofsinhar sal-parallel tal-latitudni N 56 51,00.

Is-Sonda ta’ Kalmar tan-Nofsinhar

Iż-żona bejn il-kontinent u Öland, konfinata fit-Tramuntana minn linja mill-punt ta’ Dunö (fil-kontinent) sa Beijerhamn fuq Öland, u fin-Nofsinhar mill-parallel tal-latitudni N 56 15,00.

Żona 2

Ir-Repubblika Ċeka

Id-diga tal-Lag Lipno

Il-Ġermanja



Ems

Minn linja mal-Ems qrib id-daħla tal-port ta’ Papenburg bejn dak li qabel kien l-istazzjon tal-ippumpjar ta’ Diemen u l-fetħa tad-diga f’Halte sa linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta’ Greetsiel u l-moll tal-Punent tad-daħla tal-port f’Eemshaven

Jade

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad dak li qabel kien is-salib tad-dawl ta’ Schillig u t-torri tal-knisja ta’ Langwarden

Weser

Mit-tarf tal-majjistral tal-pont tal-ferrovija fi Bremen sa linja li tgħaqqad il-kampnari ta’ Langwarden u Cappel, inklużi l-fergħat laterali ta’ Westergate, Rekumer Loch, Rechter Nebenarm u Schweiburg

Elbe ma’ Bütztflether

Süderelbe (minn 0,69 km sal-bokka fl-Elbe), Ruthenstrom (minn 3,75 km sal-bokka fl-Elbe),

Wischhafener Süderelbe (minn 8,03 km sal-ħalq fl-Elbe)

Mil-limitu inferjuri tal-port ta’ Hamburg sa linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Döse u t-tarf tal-punent tad-diga ta’ Friedrichskoog (Dieksand), inklużi n-Nebenelbe u t-tributarji ta’ Este, Lühe, Schwinge, Oste, Pinnau, Krückau u Stör (f’kull każ mill-bokka sad-diga)

Meldorfer Bucht

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad it-tarf tal-punent tad-diga ta’ Friedrichskoog (Dieksand) u r-ras tal-moll tal-punent f’Büsum

Eider

Mill-bokka tal-Kanal Gieselau (22,64 km) sal-linja bejn in-nofs tal-fortizza (Tränke) u l-kampnar ta’ Vollerwiek

Il-Kanal Gieslau

Mill-bokka fl-Eider sal-bokka fil-Kanal ta’ Nord-Ostsee

Flensburger Förde

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Kegnäs u Birknack u fit-Tramuntana mill-fruntiera bejn il-Ġermanja u d-Danimarka fil-Flensburger Förde

Schlei

‘Il ġewwa minn linja bejn l-irjus tal-moll ta’ Schleimünde

Eckernförder Bucht

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-Boknis-Eck u l-ponta tal-grigal tal-art kontinentali ħdejn Dänisch Nienhof

Kieler Förde

‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Bülk u l-memorjal navali ta’ Laboe

Nord-Ostsee-Kanal inkluż Audorfer See u Schirnauer See

Minn linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll fi Brunsbüttel sa linja li tgħaqqad id-dwal tad-dħul f’Kiel-Holtenau, inklużi Obereidersee u Enge, Audorfer See, Borgstedter See u Enge, Schirnauer See, Flemhuder See u l-Kanal ta’ Achterwehrer

Trave

Mit-tarf tal-Majjistral tal-pont tal-lift tal-ferrovija f’Lübeck mal-Pötenitzer Wiek, u d-Dassower See sa linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll tan-Nofsinhar ta’ ġewwa u tat-Tramuntana ta’ barra fi Travemünde

Leda

Mid-daħla tal-port ta’ barra tal-magħluq tal-baħar ta’ Leer sal-bokka fl-Eems

Hunte

Mill-port ta’ Oldenburg u minn 140 m fid-direzzjoni tax-xmara mill-Amalienbrücke f’Oldenburg sal-bokka fil-Weser

Lesum

Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-bokka fil-Weser

Este

Mill-ilma taħt il-magħluq ta’ Buxtehude (0,25 km) sal-bokka fl-Elbe

Lühe

Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-bokka fil-Elbe

Schwinge

Mit-tarf tat-Tramuntana tal-magħluq ta’ Salztor fi Stade sal-bokka fl-Elbe

Oste

Minn 210 m ’il fuq mil-linja tan-nofs tal-pont tat-traffiku fuq id-diga mobbli ta’ Oste (69,360 km) sal-bokka fl-Elbe

Pinnau

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tal-ferrovija f’Pinneberg sal-bokka fl-Elbe

Krückau

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont li jwassal minn/lejn il-Wedenkamp f’Elmshorn sal-bokka fl-Elbe

Stör

Mill-kejl tal-marea ta’ Rensing sal-bokka fl-Elbe

Freiburger Hafenpriel

Mit-tarf tal-Lvant tas-sieqa fi Freiburg an der Elbe sal-bokka fl-Elbe

Wismarbucht, Kirchsee, Breitling, Salzhaff u ż-żona tal-port ta’ Wismar

Lejn il-baħar sa linja bejn Hoher Wieschendorf Huk u l-fanal ta’ Timmendorf u linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Gollwitz fuq il-gżira ta’ Poel u l-ponta tan-nofsinhar tal-peniżola ta’ Wustrow

Warnow, inkluż il-Breitling u l-fergħat laterali

Id-direzzjoni ’l isfel tal-Mühlendamm mit-tarf tat-tramuntana tal-Geinitzbrücke f’Rostock lejn il-baħar sa linja li tgħaqqad il-ponot tat-tramuntana tal-mollijiet tal-punent u tal-lvant f’Warnemünde

L-ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-peniżoli ta’ Darß u Zingst u l-gżejjer ta’ Hiddensee u Rügen (inkluża ż-żona tal-port ta’ Stralsund)

Lejn in-naħa tal-baħar bejn

il-Peniżola ta’ Zingst u l-gżira ta’ Bock: sal-latitudni 54° 26′ 42′′ N,

il-gżejjer ta’ Bock u Hiddensee: sa linja li tgħaqqad il-ponta tat-tramuntana tal-gżira ta’ Bock u l-ponta tan-nofsinhar tal-gżira ta’ Hiddensee,

il-gżira ta’ Hiddensee u l-gżira ta’ Rügen (Bug): sa linja li tgħaqqad il-pont tax-Xlokk ta’ Neubessin u Buger Haken

Kleine Jasmunder Bodden

 

Greifswalder Bodden

Bodden, in-naħa tal-baħar sa linja mill-ponta tal-Lvant ta’ Thiessower Haken (Südperd) sal-ponta tal-Lvant tal-gżira ta’ Ruden u tibqa’ sejjer sal-ponta tat-Tramuntana tal-gżira ta’ Usedom (54° 10′ 37′′ N, 13° 47′ 51′′ E)

Ryck

Lvant mill-pont ta’ Steinbecker fi Greifwald sal-linja li tgħaqqad fuq irjus il-mollijiet

Ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-gżira ta’ Usedom (il-Peenestrom, inkluża ż-żona tal-port ta’ Wolgast u Achterwasser, u Oder Haff)

Lejn il-lvant sal-fruntiera mar-Repubblika tal-Polonja fi Stettiner Haff

Uecker

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tat-traffiku fil-Uekermünde sal-linja li tgħaqqad fuq irjus il-mollijiet

Nota: Fil-każ ta’ bastimenti li l-port ta’ domiċilju tagħhom huwa Stat ieħor, għandu jitqies l-Artikolu 32 tat-Trattat ta’ Ems-Dollart tat-8 ta’ April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).

Franza

Il-Gironde mill-punt tal-kilometru (PK 48,50) sal-parti tan-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-punt tal-Ile de Patiras, sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Grave mal-Pointe de Suzac;

il-Loire minn Cordemais (PK 25) sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Mindin mal-Pointe de Penhoët;

is-Seine mill-bidu tat-Tancarville Canal sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja minn Cape Hode, fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara, sal-punt, fuq in-naħa tax-xellug tax-xmara, fejn id-diga ppjanata tiltaqa’ max-xatt taħt Berville;

il-Vilaine mill-Arzal Dam sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe du Scal mal-Pointe du Moustoir;

Il-Lag ta’ Ġinevra.

L-Ungerija

Il-Lag Balaton

In-Netherlands

Dollard

Eems

Waddenzee: inklużi l-kollegamenti mal-Baħar tat-Tramuntana

IJsselmeer: inkluż il-Markermeer u l-Ijmeer iżda mhux il-Gouwzee

Nieuwe Waterweg u x-Scheur

Calland Kanaal in-naħa tal-punent mill-port ta’ Benelux

Hollands Diep

Breeddiep, Beerkanaal u l-portijiet kollegati tiegħu

Haringvliet u Vuile Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Goeree-Overflakkee fuq naħa waħda u Voorne-Putten u Hoeksche Waard fuq in-naħa l-oħra

Hellegat

Volkerak

Krammer

Grevelingenmeer u Brouwerschavensche Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma kollha bejn Schouwen-Duiveland u Goeree-Overflakkee

Keten, Mastgat, Zijpe, Krabbenkreek, Eastern Scheldt u Roompot: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Walcheren, Noord-Beveland u Zuid-Beveland fuq naħa waħda u Schouwen-Duiveland u Tholen fuq in-naħa l-oħra, iżda mhux il-Kanal Scheldt-Rhine

Scheldt u Western Scheldt u l-ftuħ tagħha fuq il-baħar: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Zeeland Flanders, fuq naħa waħda, u Walcheren u Zuid-Beveland, fuq in-naħa l-oħra, iżda mhux il-Kanal Scheldt-Rhine

Il-Polonja

Il-Laguna ta’ Szczecin

Il-Laguna ta’ Kamień

Il-Laguna ta’ Wisła

Il-Bajja ta’ Puck

Il-Ġibjun ta’ Włocławski

Il-Lag Śniardwy

Il-Lag Niegocin

Il-Lag Mamry

L-Iżvezja

Lysekil — Orust — Tjörn

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent, u minn linja minn Slaggön f’Lysekil sa Skaftölandet f’170 grad; linja mill-fanal ta’ Islandsberg sa Lavösund; linja mill-fanal ta’ Lyr f’300 grad lejn il-Lvant ta’ Mollösund; linja mill-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Lyr sa Björholmen; u fil-parti tat-Tramuntana ta’ Hakefjorden mil-linja kkostitwita mil-linja parallela tal-latitudni N 58 01,00.

L-arċipelagu tan-Nofsinhar ta’ Gothenburg

Iż-żona kkonfinata mill-fruntiera kontinentali jew taż-żona 3 u minn linja mill-parti tal-Punent tal-port ta’ Arendal via Knippelholmen; il-fanal ta’ Rivö, il-fanal ta’ fuq ta’ Rivö; il-fanal ta’ Känsö torn; il-fanal ta’ Kårholmen; u l-fanal ta’ Rättarens sa Askims nabbe.

Öregrund — Norrtälje

Iż-żona bejn il-kontinent u Gräsö, limitata fit-Tramuntana mil-lonġitudni mill-fanal ewlieni ta’ fuq ta’ Öregrund, u kkonfinata lejn il-baħar b’linja bejn Äspskäret u l-fanal ta’ Råstensudde; linja minn naħa għal oħra ta’ Singsundet; mill-pontijiet li jaqsmu Fygdströmmen; linja minn Dejeudden via l-fanal ta’ Arholma sal-fanal ta’ Tyvö.

Norrtälje — Nämdö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3 u b’linja mill-fanal ta’ Tyvö via l-fanal ta’ Idskärskobben; il-punt l-aktar fil-punent ta’ Svartlöga; il-fanal ta’ Stenkobbsgrund, il-fanal ta’ Korsö; u l-punt l-aktar fil-punent ta’ Nämdö sal-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Björnö.

Dalarö — Torö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent u minn linja minn Klacknäset via l-fanal ta’ Ornöhuvud; Näset f’Ornö; il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Utö; il-fanal ta’ Utö; il-fanal ta’ Älvsnabben; Norra Stegholmen; Yttre Gården; Valsudden fuq Järflotta; u Långsudden fuq Järflotta sal-punt l-aktar lejn il-Lvant ta’ Torö.

Torö — Oxelösund

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 3 u b’linja mill-knisja ta’ Torö via l-fanal ta’ Fifång; il-fanal ta’ Kockehällan; Lacka torn; il-punt l-aktar lejn il-Lvant ta’ Kittelö; il-fanal ta’ Trutbådan, il-fanal ta’ Beten; u l-fanal ta’ Femörehuvud lejn Svartudden fit-Tramuntana tal-fanal ta’ fuq ta’ Kungshamn.

Bråviken, Slätbaken u l-archipelagu ta’ Östergötland

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent (fil-Punent ta’ Bråviken mill-pont Hamnbron f’Norrköping; fil-Punent ta’ Slätbaken mill-magħluq ta’ Mem), u b’linja mill-fanal ta’ Gullängsberget permezz tas-sinjal ta’ Arkö; Marö Kupa; il-fanal ta’ Kupa klint; il-punt l-aktar fil-punent ta’ Birkskär; u l-fanal ta’ Gubbö Kupa sa Dalaudde fin-Nofsinhar ta’ Orren.

Kalmar Sound Ċentrali

Iż-żona kkonfinata fil-Punent mill-kontinent, fil-Lvant minn Öland, fit-Tramuntana mal-parallel tal-latitudni N 56 51; 00 u fin-Nofsinhar b’linja mill-punt ta’ Dunö (fil-kontinent) sa Beijerhamn fuq Öland.

KAPITOLU 2

Żona 3

Il-Belġju

Maritime Scheldt (‘l isfel mill-ankoraġġ miftuħ ta’ Antwerp)

Il-Bulgarija

Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100

Ir-Repubblika Ċeka

Lagi artifiċjali: Brněnská (Kníničky), Jesenice, Nechranice, Orlík, Rozkoš, Slapy, Těrlicko, Žermanice u Nové Mlýny III

Lagi tat-tħaffir ta’ żrar ramli: Ostrožná Nová Ves u Tovačov

Il-Ġermanja



Id-Danubju

Minn Kelheim (km 2 414,72 ) sal-fruntiera Ġermaniża-Awstrijaka

Ir-Renu b’Lampertheimer Altrhein (minn 4,75 km sar-Rijn), Altrhein Stockstadt-Erfelden (minn 9,80 km sar-Rijn)

Mll-fruntiera Ġermaniża-Żviżżera sal-fruntiera Ġermaniża-Netherlandiża

Elbe (Norderelbe) inkluż Süderelbe en Köhlbrand

Mill-bokka tal-kanal Elbe-Seiten sal-limitu inferjuri tal-port ta’ Hamburg

Müritz

 

Franza

L-Adour mill-Bec du Gave sal-baħar;
l-Aulne mill-magħluq f’Châteaulin sal-limitu trasversali tal-baħar definit mill-Passage de Rosnoën;
il-Blavet minn Pontivy sal-Pont du Bonhomme;
il-Calais Canal;
il-Charente mill-pont f’Tonnay-Charente sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaddi miċ-ċentru tad-dawl fid-direzzjoni tax-xmara fuq ix-xatt tax-xellug tax-xmara u miċ-ċentru tal-Fort de la Pointe;
id-Dordogne mill-konfluwenza mal-Lidoire sal-Bec d’Ambès;
il-Garonne mill-pont f’Castet en Dorthe sal-Bec d’Ambès;
il-Gironde mill-Bec d’Ambès sal-linja trasversali fi 48,50 PK u li tgħaddi mill-punt lejn id-direzzjoni tax-xmara tal-Ile de Patiras;
il-Hérault mill-port ta’ Bessan sal-baħar, sal-limitu ta’ fuq tal-parti tax-xatt li tinkesa mill-marea;
l-Isle mill-konfluwenza mad-Dronne sal-konfluwenza mad-Dordogne;
il-Loire mill-konfluwenza mal-Maine sa Cordemais (25 PK);
il-Marne mill-pont f’Bonneuil (169bis900 PK) u l-magħluq f’St Maur sal-konfluwenza mas-Seine;
ir-Renu
in-Nive mid-diga ta’ Haïtze f’Ustaritz sal-konfluwenza mal-Adour;
l-Oise mill-magħluq ta’ Janville sal-konfluwenza mas-Seine;
l-Orb minn Sérignan sal-baħar, sal-limitu ta’ fuq tal-parti tax-xatt li tinkesa mill-marea;
ir-Rhône mill-fruntiera mal-Iżvizzera sal-baħar, minbarra l-Petit Rhône;
is-Saône mill-pont tal-Pont de Bourgogne sa Chalon-sur-Saône sal-konfluwenza mar-Rhône;
is-Seine mill-magħluq f’Nogen-sur-Seine sal-bidu tat-Tancarville Canal;
is-Sèvre Niortaise mill-magħluq f’Marans fil-limitu trasversali tal-baħar faċċata tad-dar tal-għassa sal-ħalq;
is-Somme min-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-pont tal-Pont de la Portelette f’Abbeville sal-vjadott tan-Noyelles sal-istazzjon ferrovjarju ta’ Saint-Valéry-sur-Somme;
il-Vilaine minn Redon (89,345 PK) sad-Diga Arzal;
Il-Lag Amance;
Il-Lag Annecy;
Il-Lag Biscarosse;
Il-Lag Bourget;
Il-Lag Carcans;
Il-Lag Cazaux;
Il-Lag Der-Chantecoq;
Il-Lag Guerlédan;
Il-Lag Hourtin;
Il-Lag Lacanau;
Il-Lag Orient;
Il-Lag Pareloup;
Il-Lag Parentis;
Il-Lag Sanguinet;
Il-Lag Serre-Ponçon;
Il-Lag Temple.

Il-Kroazja

Id-Danubju: minn rkm 1 295  + 500 sa rkm 1 433  + 100

Ix-Xmara Dráva: minn rkm 0 sa rkm 198 + 600

Ix-xmara Sava: minn rkm 210 + 800 sa rkm 594 + 000

Ix-xmara Kupa: minn rkm 0 sa rkm 5 + 900

Ix-xmara Una: minn rkm 0 sa rkm 15

L-Ungerija

Id-Danubju: minn rkm 1 812 sa rkm 1 433

Moson tad-Danubju: minn rkm 14 sa rkm 0

Szentendre tad-Danubju: minn rkm 32 sa rkm 0

Ráckeve tad-Danubju: minn rkm 58 sa rkm 0

Ix-Xmara Tisza: minn rkm 685 sa rkm 160

Ix-Xmara Dráva: minn rkm 198 sa rkm 70

Ix-Xmara Bodrog: minn rkm 51 sa rkm 0

ix-Xmara Kettős-Körös: minn rkm 23 sa rkm 0

Ix-Xmara Hármas-Körös: minn rkm 91 sa rkm 0

Il-Kanal Sió: minn rkm 23 sa rkm 0

Il-Lag Velence

Il-Lag Fertő

In-Netherlands

Ir-Renu

Sneekermeer, Koevordermeer, Heegermeer, Fluessen, Slotermeer, Tjeukemeer, Beulakkerwijde, Belterwijde, Ramsdiep, Ketelmeer, Zwartemeer, Veluwemeer, Eemmeer, Alkmaardermeer, Gouwzee, Buiten IJ, Afgesloten IJ, Noordzeekanaal, il-port ta’ IJmuiden, iż-żona tal-port ta’ Rotterdam, Nieuwe Maas, Noord, Oude Maas, Beneden Merwede, Nieuwe Merwede, Dordische Kil, Boven Merwede, Waal, Kanal Bijlandsch, Boven Rijn, Pannersdensch Canal, Geldersche IJssel, Neder Rijn, Lek, Amsterdam-Rhine-Canal, Veerse Meer, Kanal-Schelde-Rhine sal-ħalq fil-Volkerak, Amer, Bergsche Maas, il-Meuse taħt Venlo, Gooimeer, Europort, Calandkanaal (lejn il-lvant mill-port ta’ Benelux), Hartelkanaal

L-Awstrija

Id-Danubju: mill-fruntiera mal-Ġermanja sal-fruntiera mas-Slovakkja

Inn: mill-bokka sal-Impjant tal-Enerġija ta’ Passau-Ingling

Traun: mill-bokka sa km 1,80

Enns: mill-bokka sa km 2,70

March: sa km 6,00

Il-Polonja

Ix-Xmara Biebrza mill-estwarju tal-Kanal Augustowski sal-estwarju tax-xmara Narwia

Ix-Xmara Brda mill-kollegament mal-Kanal Bydgoski f’Bydgoszczthe sal-estwarju tax-Xmara Wisła

Ix-Xmara Bug mill-estwarju tax-xmara Muchawiec sal-estwarju tax-Xmara Narwia

Il-Lag Dąbie sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Il-Kanal Augustowski mill-kollegament max-xmara Biebrza sal-fruntiera tal-istat, flimkien mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta’ dan il-Kanal

Il-Kanal Bartnicki mil-Lag Ruda Woda sal-Lag Bartężek, flimkien mal-Lag Bartężek

Il-Kanal Bydgoski

Il-Kanal Elbląski mil-Lag Druzno sal-Lag Jeziorak u l-Lag Szeląg Wielki, flimkien ma’ dawn il-lagi u mal-lagi fuq ir-rotta tal-Kanal, u passaġġ separat fid-direzzjoni ta’ Zalewo mil-Lag Jeziorak sal-Lag Ewingi, inklużi

Il-Kanal Gliwicki flimkien mal-Kanal Kędzierzyński

Il-Kanal Jagielloński mill-kollegament max-Xmara Elbląg sax-xmara Nogat

Il-Kanal Łączański

Il-Kanal Ślesiński mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta’ dan il-Kanal u l-Lag Gopło

Il-Kanal Żerański

Ix-Xmara Martwa Wisła mix-xmara Wisła fi Przegalina sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Ix-Xmara Narew mill-estwarju tax-xmara Biebrza sal-estwarju tax-xmara Wisła, flimkien mal-Lag Zegrzyński

Ix-Xmara Nogat mix-xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta’ Wisła

Ix-Xmara Noteć (in-naħa ta’ fuq) mil-Lag Gopło sal-kollegament mal-Kanal Górnonotecki u l-Kanal Górnonotecki u x-xmara Noteć (in-naħa ta’ isfel) mill-kollegament tal-Kanal ta’ Bydgoski sal-estwarju tax-xmara Warta

Ix-Xmara Nysa Łużycka minn Gubin sal-estwarju għax-xmara Odra

Ix-Xmara Odra mill-belt ta’ Racibórz sal-kollegament max-Xmara Odra tal-Lvant li ddur fix-Xmara Regalica minn Piercing Klucz-Ustowo, flimkien ma’ dik ix-xmara u l-fergħat tagħha sal-Lag Dąbie kif ukoll passaġġ separat tax-Xmara Odra mill-magħluq ta’ Opatowice sal-magħluq fil-belt ta’ Wrocław

Ix-Xmara Odra tal-Punent minn diga f’Widuchowa (704,1 km tax-Xmara Odra) sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni, flimkien mal-fergħat laterali kif ukoll il-Piercing Klucz-Ustowo li tgħaqqad ix-Xmara Odra tal-Lvant max-Xmara Odra tal-Punent

Ix-Xmara Parnica u l-Piercing Parnicki mix-Xmara Odra tal-Punent sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Ix-Xmara Pisa mil-Lag Roś sal-estwarju tax-Xmara Narew

Ix-Xmara Szkarpawa mix-Xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta’ Wisła

Ix-Xmara Warta mil-Lag ta’ Ślesiński sal-estwarju tax-Xmara Odra

Wielkie Jeziora Mazurskie li tinkludi l-lagi marbuta ma’ xulxin bix-xmajjar u l-kanali li jiffurmaw rotta ewlenija mil-Lag Roś (inkluż) f’Pisz sal-Kanal Węgorzewski (inklużiv) f’Węgorzewo, flimkien mal-Lagi Seksty, Mikołajskie, Tałty, Tałtowisko, Kotek, Szymon, Szymoneckie, Jagodne, Boczne, Tajty, Kisajno, Dargin, Łabap, Kirsajty u Święcajty, flimkien mal-Kanal Giżycki u l-Kanal Niegociński u l-Kanal Piękna Góra, u passaġġ sekondarju tal-Lag Ryńskie (inkluż) f’Ryn sal-Lag Nidzkie (sa 3 km, li jifforma fruntiera mar-riżerva naturali tal-“Lag Nidzkie”), flimkien mal-lagi Bełdany, Guzianka Mała u Guzianka Wielka

Ix-Xmara Wisła mill-estwarju tax-Xmara Przemsza sal-kollegament mal-Kanal Łączański kif ukoll mill-estwarju ta’ dak il-Kanal fi Skawina sal-estwarju tax-Xmara Wisła sal-Bajja ta’ Gdańsk, bl-esklużjoni tal-Ġibjun ta’ Włocławski

Ir-Rumanija

Id-Danubju: mill-fruntiera bejn is-Serbja u r-Rumanija (1 075  km) sal-Baħar l-Iswed fuq il-Fergħa tal-Kanal ta’ Sulina

Il-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed (tul ta’ 64,410 km): minn fejn jingħaqad max-xmara Danubju, 299,300 km mid-Danubju fi Cernavodă (u km 64,410 tal-Kanal rispettivament), sal-Port ta’ Constanta South-Agigega (km “0” tal-Kanal)

Il-Kanal Poarta Albă- Midia Năvodari (tul ta’ 34,600 km): minn fejn jingħaqad mal-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed fil-km 29,410 f’Poarta Albă (rispettivament km 27,500 tal-Kanal) sal-Port ta’ Midia (km “0” tal-Kanal)

Is-Slovakkja

Id-Danubju: minn rkm 1 880,26 sa rkm 1 708,20

Il-Kanal tad-Danubju: minn rkm 1 851,75 sa rkm 1 811,00

Ix-Xmara Váh: minn rkm 0,00 sa rkm 70,00

Ix-Xmara Morava: minn rkm 0,00 sa rkm 6,00

Ix-Xmara Bodrog: minn rkm 49,68 sa rkm 64,85

Lagi artifiċjali: Oravská Priehrada, Liptovská Mara, Zemplínska Šírava

L-Iżvezja

Il-Lag Mälaren

Saltsjön, il-portijiet ta’ Stokkolma u Värmdölandet

Iż-żona mill-iżbokki tal-Lag Mälaren fi Stokkolma, f’Norrström, Slussen u Hammarbyslussen rispettivament, li hija kkonfinata mill-kontinent u mill-pont Lidingöbron, u minn linja li tgħaddi mill-fanal ta’ Elfviksgrund f’135–315 gradi; linja bejn Mellangårdsholmen u Högklevsudde f’Baggensfjärden; Örsundet bejn Ingarö u Fågelbrolandet; linja minn Rönnäsudd via l-fanal ta’ Tegelhällan u l-fanal ta’ Runö sa Talatta fuq Djurö; linja li taqsam Vindöström bejn Vindö u Värmdölandet; u, barra minn hekk, mill-gżejjer fiż-żona.

Il-kanal ta’ Södertälje u l-portijiet ta’ Södertälje

Il-Kanal Södertälje u l-portijiet ta’ Södertälje, ikkonfinati fit-Tramuntana mal-magħluq ta’ Södertälje u fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni N 59° 09′ 00″.

Trollhätte Canal, Göta älv u Nordre älv

Iż-żona mil-linja parallela tal-latitudni li tgħaddi mill-fanal ta’ Bastugrund fil-parti tan-Nofsinhar tal-Lag Vänern sal-pont Älvsborg u x-Xmara Nordre älv sal-lonġitudni minn E 11° 45′ 00″.

Il-kanal ta’ Göta

Fil-Lvant mill-magħluq ta’ Mem sal-pont ta’ Motala, inkluż il-Lag Asplången, il-Lag Roxen u l-Lag Boren; fil-Punent mil-lonġitudni mill-fanal ta’ Rödesund Norra Yttre f’Karlsborg sal-magħluq ta’ Sjötorp, inkluża s-sistema tal-lag li minnha jgħaddi l-kanal.




ANNESS II

REKWIŻITI TEKNIĊI MINIMI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAŻ-ŻONI 1, 2 3 U 4

Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji huma dawk stipulati fl-istandard ES-TRIN 2021/1.

▼B




ANNESS III

SUĠĠETTI GĦAL REKWIŻITI TEKNIĊI ADDIZZJONALI POSSIBBLI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TA' ŻONI 1, 2 U 3 MHUX KONNESSI

Kull rekwiżit tekniku addizzjonali adottat minn Stat Membru skont l-Artikolu 23(1) u (2) ta' din id-Direttiva għal inġenji li jkunu qed joperaw f'dak l-Istat Membru huwa limitat għas-suġġetti li ġejjin:

1. 

Definizzjonijiet

— 
Meħtieġa għall-fehim tar-rekwiżiti addizzjonali

▼M1

2. 

Tisħiħ u stabbiltà

— 
Tisħiħ u stabbiltà tal-istruttura
— 
Ċertifikat/attestazzjoni minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta

▼B

3. 

Distanza ta' sikurezza u freeboard

— 
Freeboard
— 
Distanza ta' sikurezza
4. 

Kemm il-fetħiet tal-buq u s-sovrastrutturi huma mqalfta

— 
Is-sovrastrutturi
— 
Bibien
— 
It-twieqi u t-tamboċċi
— 
L-isportelli tal-istiva
— 
Fetħiet oħra (il-pajpijiet tal-ventilazzjoni, il-pajpijiet tal-egżost, eċċ.)
5. 

Tagħmir

— 
L-ankri u l-ktajjen tal-ankri
— 
Dwal ta' navigazzjoni
— 
Is-sinjali tal-ħoss
— 
Il-boxxla
— 
Ir-radar
— 
L-installazzjonijiet ta' trażmettituri u riċevituri
— 
Tagħmir ta' salvataġġ
— 
Id-disponibbiltà ta' mapep nawtiċi
6. 

Id-dispożizzjonijiet oħra għall-bastimenti tal-passiġġieri

— 
L-istabilità (il-qawwa tar-riħ, il-kriterji)
— 
Tagħmir ta' salvataġġ
— 
Freeboard
— 
Distanza ta' sikurezza
— 
Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier
7. 

Il-konvojs u t-trasport ta' kontejners

— 
Il-konnessjoni bejn rimonkjatur li jimbotta u ċ-ċattra-inġenju
— 
L-istabilità tal-inġenji jew taċ-ċattri li jkunu qed iġorru kontejners

▼M1

8. 

Makkinarju

— 
Sistemi tal-ikkwartjar
— 
Xaftijiet tal-iskrejjen u aċċessorji
— 
Magni ta' propulsjoni, akkoppjamenti u aċċessorji
— 
Preżenza ta' tagħmir li jimbotta l-pruwa
— 
Sistemi ta' sentina u installazzjonijiet tat-tifi tan-nar
— 
Sorsi tal-enerġija ta' emerġenza u installazzjonijiet elettriċi
— 
Ċertifikat/attestazzjoni minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta

▼B




ANNESS IV

SUĠĠETTI GĦAL TNAQQIS POSSIBBLI TAR-REKWIŻITI TEKNIĊI ADDIZZJONALI POSSIBBLI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TA' ŻONI 3 U 4

Kull rekwiżit tekniku mnaqqas permess minn Stat Membru skont l-Artikolu 23(4) ta' din id-Direttiva għal bastimenti li joperaw esklussivament fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 jew taż-Żona 4 fit-territorju ta' dak l-Istat Membru huwa ristrett għas-suġġetti li ġejjin:

Żona 3
— 
It-tagħmir tal-ankra, inkluż it-tul tal-ktajjen tal-ankra
— 
Il-veloċità ('il quddiem)
— 
It-tagħmir għas-salvataġġ kollettiv
— 
Status ta' kompartiment tnejn
— 
Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier
Żona 4
— 
It-tagħmir tal-ankra, inkluż it-tul tal-ktajjen tal-ankra
— 
Il-veloċità ('il quddiem)
— 
Tagħmir ta' salvataġġ
— 
Status ta' kompartiment tnejn
— 
Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier
— 
It-tieni sistema indipendenti ta' propulsjoni




ANNESS V

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI DETTALJATI

Artikolu 2.01

Il-korpi ta' spezzjoni

1. 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi ta' spezzjoni.

2. 

Il-korpi ta' spezzjoni għandhom jikkonsistu minn president u esperti.

Tal-inqas dawn li ġejjin għandhom jifformaw parti minn kull korp bħala esperti:

(a) 

uffiċjal mill-amministrazzjoni li hi responsabbli għan-navigazzjoni interna;

(b) 

espert fuq id-disinn ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-magni tagħhom;

▼M1

(c) 

espert nawtiku li jkollu liċenzja ta' kaptan ta' inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni, li tawtorizza lid-detentur ibaħħar il-bastiment li jrid jiġi spezzjonat;

▼M1

(d) 

espert ta' inġenju tradizzjonali għall-ispezzjoni ta' inġenju tradizzjonali.

▼B

3. 

Il-President u l-esperti f'kull korp għandhom jiġu nnominati mill-awtoritajiet fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp. Meta jibdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom, il-President u l-esperti għandhom jissottomettu dikjarazzjoni bil-miktub li huma ser iwettqu dmirijiethom b'mod kompletament indipendenti. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni mill-uffiċjali.

4. 

Il-korpi ta' spezzjoni jistgħu jkunu megħjuna minn esperti speċjalisti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw.

Artikolu 2.02

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.03

Il-preżentazzjoni tal-inġenju għall-ispezzjoni

1. 

Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jippreżenta l-inġenju fi stat mhux mgħobbi, imnaddaf u mgħammar. Huwa għandu jipprovdi kull għajnuna meħtieġa għall-ispezzjoni, billi per eżempju jipprovdi dingi adatt u persunal, u billi jikxef il-partijiet tal-buq jew it-tagħmir li ma jidhirx jew mhux aċċessibbli direttament.

2. 

L-ewwel darba, il-korp ta' spezzjoni għandu jirrikjedi spezzjoni fix-xott. Dik l-ispezzjoni fix-xott tista' tiġi eżentata jekk jiġi ppreżentat ċertifikat tal-klassifikazzjoni jew ċertifikat minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta li juri li l-kostruzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, jew jekk jiġi ppreżentat ċertifikat li juri li diġà twettqet spezzjoni fix-xott għal skopijiet oħra minn awtorità kompetenti. Fejn issir spezzjoni perjodika jew spezzjoni, kif previst fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi spezzjoni barra mill-ilma.

Il-korp ta' spezzjoni għandu jwettaq provi tan-navigazzjoni waqt spezzjoni tal-bidu fuq bastimenti bil-magna jew konvojs jew fejn isiru modifiki kbar fit-tagħmir tal-propulsjoni jew tal-kontroll tad-direzzjoni.

3. 

Il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi aktar testijiet operazzjonali u dokumenti oħra ta' sostenn. Dik id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll matul il-bini tal-inġenju.

Artikolu 2.04

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.05

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.06

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.07

Id-dettalji fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u l-emendi għalih

1. 

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti rigward kwalunkwe bidla fl-isem jew is-sjieda ta' inġenju, kwalunkwe teħid ta' kejl mill-ġdid, u kwalunkwe bidla fir-reġistrazzjoni jew fil-port ta' domiċilju, u għandu jibgħat iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna lil dik l-awtorità għal emenda.

2. 

Kull awtorità kompetenti tista' żżid kwalunkwe informazzjoni jew bidla fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

3. 

Fejn awtorità kompetenti żżid kwalunkwe bidla jew informazzjoni f'ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, hija għandha tinforma dwar dan lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 2.08

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.09

L-ispezzjoni perjodika

1. 

Inġenju għandu jkun soġġett għal spezzjoni perjodika qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu.

2. 

L-awtorità kompetenti għandha terġa' tistabbilixxi l-perijodu tal-validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont ir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni.

3. 

Il-perjodu tal-validità għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u jinġieb għall-attenzjoni tal-awtorità li tkun ħarġet dak iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

4. 

Jekk, minflok ma jiġi estiż il-perjodu tal-validità tiegħu, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jiġi sostitwit b'verżjoni ġdida, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ta' qabel għandu jingħata lura lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu.

Artikolu 2.10

L-ispezzjoni volontarja

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, jista' volontarjament jitlob li ssir spezzjoni fi kwalunkwe mument.

Għandha tittieħed azzjoni għal dik it-talba għal spezzjoni.

Artikolu 2.11

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.12

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.13

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.14

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.15

L-ispejjeż

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jħallas l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-ispezzjoni tal-inġenju u l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont lista speċjali ta' tariffi mfassla minn kull wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 2.16

Informazzjoni

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li persuni li juru interess ġustifikat jiġu mgħarrfa dwar il-kontenut ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u tista' tipprovdi lil dawk il-persuni estratti jew kopji taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ċċertifikati bħala awtentiċi u approvati bħala tali.

Artikolu 2.17

Reġistru taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1. 

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu l-oriġinal, jew kopja taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa minnhom, u fuq dawn għandhom idaħħlu kull informazzjoni jew modifika, kif ukoll kull kanċellazzjoni jew sostituzzjoni ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Huma għandhom jaġġornaw ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva skont dan.

2. 

Sabiex jitwettqu miżuri amministrattivi għaż-żamma tas-sikurezza u tan-navigazzjoni mingħajr xkiel u għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 2.02 sa 2.15 ta' dan l-Anness kif ukoll l-Artikoli 6, 9, 10, 13, 14, 15, 20, 21 u 22 ta' din id-Direttiva se jingħata biss aċċess għall-qari (read only) għar-reġistru skont il-mudell stabbilit fl-Anness II lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Mannheim u, sa fejn jiġi garantit livell ekwivalenti ta' privatezza, lil pajjiżi terzi abbażi ta' ftehimiet amministrattivi.

Artikolu 2.18

Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment

1. 

In-Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastimenti (ENI) jikkonsisti fi tmien figuri numeriċi Għarab skont l-Anness II għal din id-Direttiva.

2. 

Sakemm l-inġenju ma jkollux ENI meta jinħariġlu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, dan għandu jingħata lill-inġenju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju jkun ġie rreġistrat jew ikollu l-port ta' domiċilju tiegħu.

Fir-rigward ta' inġenji minn pajjiżi li ma jkunux jistgħu jingħataw ENI, ENI li għandu jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġi assenjat mill-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

3. 

Sid l-inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu japplika għand l-awtorità kompetenti biex jiġi assenjat l-ENI. Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, huwa wkoll responsabbli biex iwwaħħal mal-inġenju l-ENI li jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 2.19

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.20

Notifiki

Kull Stat Membru, jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jew lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra:

(a) 

rigward l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li, flimkien mal-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom huma responsabbli għall-applikazzjoni tal-Anness II;

(b) 

rigward il-folja tad-dejta murija fl-Anness II dwar it-tipi ta' impjanti għat-trattament tad-dranaġġ abbord li tkun ħarġet l-approvazzjoni tagħha mill-aħħar notifika;

(c) 

rigward l-approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord abbażi ta' standards differenti minn dawk stipulati fl-Anness II, għall-użu tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Istati Membri;

(d) 

rigward kull irtirar ta' approvazzjoni tat-tip fi żmien xahar kif ukoll rigward ir-raġunijiet għal dan l-irtirar għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord;

(e) 

rigward kull ankra speċjali awtorizzata wara l-applikazzjoni biex titnaqqas il-massa tal-ankra, filwaqt li jiġu speċifikati d-deżinjazzjoni tat-tip u t-tnaqqis awtorizzat tal-massa tal-ankra. L-awtorità kompetenti toħroġ awtorizzazzjoni lill-applikant mhux qabel tliet xhur minn meta tkun avżat lill-Kummissjoni sakemm din tal-aħħar ma ssib l-ebda oġġezzjoni;

(f) 

rigward it-tagħmir għan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tad-dawran li għalihom ikunu ħarġu approvazzjoni tat-tip. L-avviż rilevanti għandu jinkludi n-numru tal-approvazzjoni tat-tip assenjat, kif ukoll id-deżinjazzjoni tat-tip, l-isem tal-manifattur, l-isem tad-detentur tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip;

(g) 

rigward l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta' ditti speċjalizzati li jistgħu jwettqu l-installazzjoni, is-sostituzzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tad-dawran.




ANNESS VI

SOĊJETAJIET TA' KLASSIFIKAZZJONI

Kriterji għar-rikonoxximent tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni

Is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li jfittxu rikonoxximent skont l-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(1) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun tista' tiddokumenta esperjenza estensiva fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jkollha regoli u regolamenti komprensivi għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-ispezzjoni perjodika ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, b'mod partikolari għall-kalkolu tal-istabilità skont il-Parti 9 tar-Regolamenti annessi mal-ADN kif imsemmi fl-Anness II. Dawk ir-regoli u regolamenti għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, u għandhom jiġu aġġornati u mtejba kontinwament permezz ta' riċerka u programmi ta' żvilupp. Ir-regoli u r-regolamenti ma għandhomx jiġu f'konflitt mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ma' ftehimiet internazzjonali fis-seħħ;

(2) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tippubblika r-reġistru tagħha ta' bastimenti kull sena;

(3) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni ma għandhiex tkun ikkontrollata minn propjetarji ta' bastimenti jew tarznara jew minn oħrajn involuti b'mod kummerċjali fid-disinn, il-manifattura, it-tagħmir, it-tiswija, it-tħaddim jew l-assigurazzjoni tal-bastimenti. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni ma għandhiex tkun dipendenti għad-dħul tagħha minn intrapriża kummerċjali waħda;

(4) 

il-kwartieri ġenerali tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jew xi sussidjarja awtorizzata biex tagħti sentenza u biex taġixxi fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha skont ir-regolamenti li jirregolaw it-trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni, għandhom ikunu f'wieħed mill-Istati Membri;

(5) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni u l-esperti tagħha għandu jkollhom reputazzjoni tajba fil-qasam tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni; l-esperti għandhom ikunu kapaċi jagħtu prova tal-kapaċitajiet professjonali tagħhom. Huma għandhom jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(6) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jkollha b'mod sinifikanti persunal tekniku, amministrattiv, ta' appoġġ, ta' spezzjoni u ta' riċerka, bi proporzjon mal-kompiti u l-bastimenti klassifikati u tieħu ħsieb ukoll tiżviluppa l-kapaċitajiet u l-aġġornament tar-regolamenti. Hija għandu jkollha spetturi f'tal-inqas Stat Membru wieħed;

(7) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun irregolata b'kodiċi ta' etika;

(8) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun immexxija u amministrata b'tali mod li tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru;

(9) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun ippreparata li tipprovdi informazzjoni rilevanti lil Stat Membru;

(10) 

il-maniġment tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jiddefinixxi u jiddokumenta l-politika u l-objettivi tiegħu għal, u l-impenn tiegħu favur, il-kwalità u jiżgura li din il-politika tkun mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(11) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tħejji u timplimenta u għandha żżomm sistema ta' kwalità interna effettiva bbażata fuq il-partijiet rilevanti tal-istandards tal-kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u tkun konformi mal-EN ISO/IEC 17020 2004, kif interpretat mir-Rekwiżiti tal-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tas-Sistemi ta' Kwalità tal-IACS. Is-sistema ta' kwalità għandha tkun iċċertifikata minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxuti mill-amministrazzjoni tal-Istat fejn is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew fergħa, kif previst fil-punt (4), u li, fost oħrajn, tiżgura li:

(a) 

ir-regoli u r-regolamenti tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jkunu stabbiliti u miżmuma b'mod sistematiku;

(b) 

ir-regoli u r-regolamenti tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jiġu rispettati;

(c) 

ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ħidma statutorja li għaliha tkun awtorizzata s-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(d) 

ir-responsabbiltajiet, is-setgħat u l-interrelazzjoni tal-persunal li xogħlu jaffettwa l-kwalità tas-servizzi tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jkunu definiti u dokumentati;

(e) 

ix-xogħol kollu jitwettaq f'kundizzjonijiet ikkontrollati;

(f) 

ikun hemm sistema ta' superviżjoni li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettaq mis-servejers u mill-persunal tekniku u amministrattiv impjegati direttament mis-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(g) 

ir-rekwiżiti tal-ħidma statutorja prinċipali li hija awtorizzata għaliha s-soċjetà ta' klassifikazzjoni huma mwettqa biss jew direttament sorveljati mis-servejers esklussivi tagħha jew minn servejers esklussivi ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti oħra;

(h) 

tiġi implimentata sistema għall-kwalifikazzjoni tas-servejers u l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħhom;

(i) 

jinżammu reġistri, li juru l-kisbiet tal-istandards meħtieġa fil-punti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll il-ħidma effettiva tas-sistema ta' kwalità; u

(j) 

teżisti fil-postijiet kollha sistema komprensiva ta' awditjar intern ippjanata u ddokumentata tal-attivitajiet relatati mal-kwalità;

(12) 

is-sistema ta' kwalità għandha tkun iċċertifikata minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxuti mill-amministrazzjoni tal-Istat Membru fejn is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew fergħa, kif previst fil-punt (4);

(13) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha timpenja ruħha li ġġib ir-rekwiżiti tagħha f'konformità mad-direttivi xierqa tal-Unjoni u li tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti fi żmien debitu;

(14) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha timpenja ruħha li perjodikament tikkonsulta mas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li diġà huma rikonoxxuti sabiex tiggarantixxi l-ekwivalenza tal-istandards tekniċi tagħhom u tal-implimentazzjoni tagħhom, u li tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u r-regolamenti tagħha minn rappreżentanti ta' Stat Membru u partijiet oħra kkonċernati.




ANNESS VII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Direttiva 2006/87/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 1

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 9

Artikolu 6(1) u (3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 6(2) u (4)

Artikolu 8(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 3

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 8

Artikolu 11(2)

Artikolu 9

Artikolu 11(1)

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 10

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 17

Artikolu 22

Artikolu 5

Artikolu 23

Artikolu 6 tħassar bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

Artikolu 7(1) sa (3)

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 8(2) u(3)

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 20(1)

Artikolu 31

Artikolu 20(2)

Artikolu 22

Artikolu 32

Artikolu 19

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 24

Artikolu 35

Artikolu 21

Artikolu 36

Artikolu 23

Artikolu 37(1) u (2)

Artikolu 7(4)

Artikolu 37(3)

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 40

(1)   

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).



( 1 ) Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

( 4 ) Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152).

( 5 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE tal-4 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi ħtiġijiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29).