02015R2424 — MT — 01.10.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2015/2424 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 341 24.12.2015, p. 21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2017/1001 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Ġunju 2017

  L 154

1

16.6.2017


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 071, 16.3.2016, p.  322 (2015/2424)

►C2

Rettifika, ĠU L 110, 26.4.2016, p.  4 (2015/2424)

►C3

Rettifika, ĠU L 267, 30.9.2016, p.  1 (2015/2424)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2015/2424 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



▼M1 —————

▼B

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2868/95 huwa emendat kif ġej:

(1) Ir-Regola 1(3) titħassar;

(2) Ir-Regola 2 titħassar;

(3) Ir-Regola 4 titħassar;

(4) Ir-Regola 5 titħassar;

(5) Ir-Regola 5a titħassar;

(6) Ir-Regola 9(3) hija emendata kif ġej:

(a) fil-punt (a), ir-referenza “Regoli 1, 2 u 3” hija sostitwita bir-referenza “Regoli 1 u 3 ul-Artikolu 28 tar-Regolament”;

(b) fil-punt (b), ir-referenza “ir-Regola 4(b)” hija sostitwita bir-referenza “l-Artikolu 26(2) tar-Regolament”;

▼C2

(6a) Fil-paragrafu 1 tar-Regola 10, ir-referenza għar-“Regola 4(c)” hija sostitwita minn referenza għall-“Artikolu 38(2) tar-Regolament”;

▼B

(7) Ir-Regola 11(2) titħassar;

(8) Ir-Regola 12(k) titħassar;

▼C2

(8a) Ir-Regola 23 titħassar;

(8b) Fil-paragrafu 1 tar-Regola 24, ir-referenza għar-“Regola 84(2)” hija sostitwita minn referenza għall-“Artikolu 87(2) tar-Regolament”;

▼B

(9) It-Titolu IV jitħassar;

▼C2

(9a) Fir-Regola 47, ir-referenza għar-“Regola 84(2)” hija sostitwita minn referenza għall-“Artikolu 87(2) tar-Regolament”;

▼B

(10) Fil-paragrafu 2 tar-Regola 62, il-kliem “fil-Komunità” huma sostitwiti bil-kliem “fiż-Żona Ekonomika Ewropea”;

(11) Fil-paragrafu 1 tar-Regola 71, il-kliem “fil-Komunità” huma sostitwiti bil-kliem “fiż-Żona Ekonomika Ewropea”;

(12) Ir-Regola 76(2) titħassar;

(13) Ir-Regola 78 hija emendata kif ġej:

(a) fil-punt (c) tal-paragrafu 2, il-kliem “fil-Komunità” huma sostitwiti bil-kliem “fiż-Żona Ekonomika Ewropea”;

(b) fil-paragrafi 2(b), (3) u (5), il-kliem “Stat Membru” u “l-Istati Membri” huma sostitwiti bil-kliem “Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea” u “l-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea”;

(14) Ir-Regola 84 titħassar;

(15) Ir-Regola 87 titħassar;

(16) Fit-Titolu XI, il-Parti K titħassar;

▼C2

(16a) Fil-paragrafu 1 tar-Regola 93, titħassar il-frażi “, inkella r-Regola 89 ma tapplikax”;

(16b) Fil-paragrafu 3 tar-Regola 93, jitħassru l-kliem “u r-Regola 88”;

▼B

(17) Ir-Regola 112(2) titħassar;

▼C2

(17a) Fil-paragrafu 6 tar-Regola 115, titħassar ir-referenza għall-paragrafu 2 tar-Regola 112;

(17b) Fil-paragrafu 3, fit-tieni subparagrafu, tar-Regola 121, titħassar ir-referenza għall-paragrafu 2 tar-Regola 112.

▼B

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 2869/95 jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta' Marzu 2016.

▼C3

Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2017:

punti (8); (18) bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 5b tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (19); (20); (21); (22); (23); (24); (26) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1, punt (d), u l-paragrafu 3 tal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (29); (30) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (31) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (32) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1a, 4 u 6 tal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (33); (34); (35) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 3 tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (37) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1, it-tieni sentenza, u l-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (43) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 2, 3, 4a u 8 tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (46) sa fejn jirrigwarda t-tielet sentenza tal-paragrafu 5 tal-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (47) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, u l-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 48a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (48) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 3 tal-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (49) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (61); (62); (63); (64) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (67) minbarra l-paragrafu 3 tal-Artikolu 74b tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (68), (71) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 3 u 5 tal-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (72) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (73) bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 79b tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 79c tar-Regnolament (KE) Nru 207/2009; (74) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1, 2 u 4 tal-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (75) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 2 tal-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (76) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 82a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (77); (78) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1, 6 u 7 tal-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (80) sa fejn jirrigwarda l-punt (m) tal-paragrafu 2 u l-punt (y) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (84) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (97) bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (98); (102) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 5, 5a, 6, 8 u 9 tal-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (103); (108) sa fejn jirrigwarda l-Artikolu 128(4)(o) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (111) sa fejn jirrigwarda t-tielet sentenza fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (113), (125), (126) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 u 3 sa 8 tal-Artikolu 147 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (127) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 148a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (128) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1, 3 u 4 tal-Artikolu 149 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (129) sa fejn jirrigwarda l-Artikolu 153 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (130) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 153a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (132) bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 154a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (135) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 3 tal-Artikolu 158 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (136), (137) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 4 sa 9 tal-Artikolu 159 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (138) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 161 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; u (139).

▼B

Il-punt (108) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, ►C1  sa fejn jirrigwarda l-Artikoli 124(1)(h) u 128(4)(n) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, ser japplika mid-data li fiha d-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 124(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 tidħol fis-seħħ, jew ►C3  12-il xahar wara d-data speċifikata fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, ◄ skont liema waħda tiġi qabel. Sa dik id-data, is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 124(1)(h) ◄ tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandhom ikunu eżerċitati mid-Direttur Eżekuttiv.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Jiddaħħal l-anness li ġej:




“ANNESS -I

AMMONT TAT-TARIFFI

A. It-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej (f' EUR):

1. Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 1 000

2. Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal trademark individwali tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 26(2)):

EUR 850

3. Tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 50

4. Tariffa għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 150

5. Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 800

6. Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 500

7. Tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE: (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 50

8. Tariffa għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 26(2) u 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 150

9. Tariffa marbuta mar-riċerka għal applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 38(2)) jew għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni (Artikolu 38(2) u Artikolu 155(2)): EUR 12 immultiplikat bl-għadd ta' uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali msemmija fl-Artikolu 38(2); dak l-ammont, u t-tibdiliet sussegwenti, għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

10. Tariffa marbuta ma' oppożizzjoni (Artikolu 41(3)):

EUR 320

11. Tariffa bażika għat-tiġdid ta' trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 1 000

12. Tariffa bażika għat-tiġdid ta' trademark individwali tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 47(3)):

EUR 850

13. Tariffa għat-tiġdid tat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 50

14. Tariffa għat-tiġdid ta' kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 150

15. Tariffa bażika għat-tiġdid ta' marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 800

16. Tariffa bażika għat-tiġdid ta' marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 500

17. Tariffa għat-tiġdid tat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 50

18. Tariffa għat-tiġdid ta' kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 150

19. Tariffa addizzjonali għall-ħlas tardiv tat-tariffa ta' tiġdid jew għall-preżentazzjoni tardiva tat-talba għat-tiġdid (Artikolu 47(3)): 25 % tat-tariffa ta' tiġdid tardiv, soġġett għal massimu ta' EUR 1 500

20. Tariffa għall-applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità (Artikolu 56(2)):

EUR 630

21. Tariffa marbuta ma' appell (Artikolu 60 (1)):

EUR 720

22. Tariffa għall-applikazzjoni ta' restitutio in integrum (Artikolu 81(3)):

EUR 200

23. Tariffa għall-applikazzjoni għall-konverżjoni ta' applikazzjoni ta' trademark tal-UE jew trademark tal-UE (Artikolu 113(1), flimkien ukoll mal-Artikolu 159(1)):

(a) f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali

(b) f'denominazzjoni ta' Stati Membri skont il-Protokoll ta' Madrid:

EUR 200

24. Tariffa għat-tkomplija tal-proċedimenti: (Artikolu 82(1)):

EUR 400

25. Tariffa għad-dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' trademark irreġistrata tal-UE (Artikolu 49(4) jew applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 44(4)):

EUR 250

26. Tariffa għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew dritt ieħor fir-rigward ta' trademark irreġistrata tal-UE (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 22a(2)) jew applikazzjoni għal trademark tal-UE (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 22a(2)):

(a) għoti ta' liċenzja;

(b) trasferiment ta' liċenzja;

(c) ħolqien ta' dritt in rem;

(d) trasferiment ta' dritt in rem;

(e) imposta tal-eżekuzzjoni:

EUR 200 għal kull reġistrazzjoni, iżda fejn ikunu saru diversi talbiet fl-istess applikazzjoni jew fl-istess ħin, ma għandhiex teċċedi t-total ta' EUR 1 000

27. Tariffa għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew dritt ieħor (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 24a(3)): EUR 200 għal kull kanċellazzjoni, iżda fejn ikunu saru diversi talbiet fl-istess applikazzjoni jew fl-istess ħin, ma għandhiex teċċedi t-total ta' EUR 1 000

28. Tariffa għat-tibdil ta' trademark irreġistrata tal-UE (Artikolu 48(4)):

EUR 200

29. Tariffa għall-ħruġ ta' kopja tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 88 (7)), kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (Artikolu 45(2)), jew estratt mir-reġistru (Artikolu 87(7)):

(a) kopja mhux iċċertifikata jew estratt:

EUR 10

(b) kopja ċċertifikata jew estratt:

EUR 30

30. Tariffa għall-ispezzjoni tal-fajls (Artikolu 88(6)):

EUR 30

31. Tariffa għall-ħruġ ta' kopji ta' dokumenti tal-fajl (Artikolu 88(7)):

(a) kopja mhux iċċertifikata:

EUR 10

(b) kopja ċċertifikata:

EUR 30

u għal kull paġna, li taqbeż l-10

EUR 1

32. Tariffa għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni f'fajl (Artikolu 88(9)):

EUR 10

33. Tariffa għar-reviżjoni tad-determinazzjoni tal-ispejjeż proċedurali li għandhom jiġu rimborżati (qabell-1 ta' Ottubru 2017, Regola 94(4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 85(7)):

EUR 100

34. Tariffa biex issir applikazzjoni internazzjonali fl-Uffiċċju (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, l-Artikolu 147(5); u minn dik id-data, l-Artikolu 147(4)):

EUR 300

B. Tariffi li għandhom jitħallsu lill-Bureau Internazzjonali

I.   Tariffa individwali għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni

1. L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandu jkun meħtieġ li jħallas lill-Bureau Internazzjonali tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2. Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li jagħmel talba għal estensjoni territorjali li tiddenomina lill-Unjoni magħmula sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jkun meħtieġ iħallas lill-Bureau Internazzjonali tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

3. L-ammont tat-tariffa taħt B.I.1 jew B.I.2 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Żvizzeri, kif stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-WIPO f'konformità mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim u l-Protokoll ta' Madrid, tal-ammonti li ġejjin:

(a) għal trademark individwali: EUR 820 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi t-tieni klassi;

(b) għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni: EUR 1 400 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi.

II.   Tariffa individwali għat-tiġdid ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni

1. Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandu jkun meħtieġ iħallas lill-Bureau Internazzjonali, bħala parti mit-tariffi għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni internazzjonali, tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2. L-ammont tat-tariffa msemmija fil-B.II.1 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Żvizzeri, kif stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-WIPO f'konformità mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim u l-Protokoll ta' Madrid, tal-ammonti li ġejjin:

(a) għal trademark individwali: EUR 820 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi tnejn;

(b) għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni: EUR 1 400 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi tnejn.”




ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Regolament (KE) Nru 2869/95

Regolament (KE) Nru 207/2009

Artikolu 1

Artikolu 2

Anness -I, Parti A, punti 1 sa 34

Artikolu 3

Artikolu 144(1)

Artikolu 4

Artikolu 144(2)

Artikolu 5(1)

Artikolu 144a(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 144a(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 144a(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6

Artikolu 144a(1), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 7(1)

Artikolu 144a(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 144a(3)

Artikolu 8

Artikolu 144b

Artikolu 9

Artikolu 144c(1) u (2)

Artikolu 10

Artikolu 144c(4)

Artikolu 11

Anness -I, Parti B(I), punti 1 sa 3

Artikolu 12

Anness -I, Parti B(II), punti 1 u 2

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15