02015R2272 — MT — 09.12.2015 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2272

tas-7 ta' Diċembru 2015

li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

(ĠU L 322 8.12.2015, p. 21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/251 tat-12 ta' Frar 2019

  L 42

25

13.2.2019




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2272

tas-7 ta' Diċembru 2015

li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009



Artikolu 1

1  Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, ta' cross-section ċirkolari, b'dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b'Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (VEK) li ma jaqbiżx 0,86 skont tal-Istitut Internazzjonali tas-Saldatura (IIW) il-formula u l-analiżi kimika ( 1 ), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 19 10 , ex 7304 19 30 , ex 7304 23 00 , ex 7304 29 10 , ex 7304 29 30 , ex 7304 31 20 , ex 7304 31 80 , ex 7304 39 10 , ex 7304 39 52 , ex 7304 39 58 , ex 7304 39 92 , ex 7304 39 93 , ex 7304 51 81 , ex 7304 51 89 , ex 7304 59 10 , ex 7304 59 92 and ex 7304 59 93  ( 2 ) (kodiċijiet TARIC 7304191020 , 7304193020 , 7304230020 , 7304291020 , 7304293020 , 7304312020 , 7304318030 , 7304391010 , 7304395220 , 7304395830 , 7304399230 , 7304399320 , 7304518120 , 7304518930 , 7304591010 , 7304599230 u 7304599320 ) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

▼M1

2  Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:



Kumpanija

Rata ta' dazju AD (%)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd, Qingzhou City, ir-RPĊ

17,7

A949

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness

27,2

A950

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,2

A999

Għal prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati minn Hubei Xinyegang Steel Co., Ltd, ma għandu japplika l-ebda dazju antidumping. Il-kodiċi addizzjonali TARIC stabbilit għal Hubei Xinyegang Steel Co. huwa C129 .

▼B

3  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Lista ta' produtturi li qed jikkooperaw li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) skont il-kodiċi addizzjonali TARIC A950

Isem il-Kumpanija

Belt

Hebei Hongling Seamless Steel Pipes Manufacturing Co., Ltd

Handan

Hengyang Valin MPM Co., Ltd

Hengyang

Hengyang Valin Steel Tube Co., Ltd

Hengyang

Jiangsu Huacheng Industry Group Co., Ltd

Zhangjiagang

Jiangyin City Seamless Steel Tube Factory

Jiangyin

Jiangyin Metal Tube Making Factory

Jiangyin

Pangang Group Chengdu Iron & Steel Co., Ltd

Chengdu

Shenyang Xinda Co., Ltd

Shenyang

Suzhou Seamless Steel Tube Works

Suzhou

Tianjin Pipe (Group) Corporation (TPCO)

Tianjin

Wuxi Dexin Steel Tube Co., Ltd

Wuxi

Wuxi Dongwu Pipe Industry Co., Ltd

Wuxi

Wuxi Seamless Oil Pipe Co., Ltd

Wuxi

Zhangjiagang City Yiyang Pipe Producing Co., Ltd

Zhangjiagang

Zhangjiagang Yichen Steel Tube Co., Ltd

Zhangjiagang



( 1 ) Is-CEV għandu jiġi determinat b'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW).

( 2 ) Kif iddefinit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.