02015R1755 — MT — 13.04.2022 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1755

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

(ĠU L 257 2.10.2015, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1605 tal-25 ta' Ottubru 2018

  L 268

18

26.10.2018

 M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

  L 182

33

8.7.2019

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1777 tal-24 ta’ Ottubru 2019

  L 272

1

25.10.2019

 M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1779 tal-24 ta’ Ottubru 2019

  L 272

5

25.10.2019

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1578 tad-29 ta’ Ottubru 2020

  L 362

1

30.10.2020

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022

  L 114

60

12.4.2022


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 008, 10.1.2019, p.  38 (2018/1605)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1755

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“pretensjoni” tfisser kull talba, kemm jekk asserita bi proċeduri legali kif ukoll jekk le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:

(i) 

pretensjoni għall-eżekuzzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta minn kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta ma' wieħed minnhom;

(ii) 

pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kull forma;

(iii) 

pretensjoni għal kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv) 

kontropretensjoni;

(v) 

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tittieħed jew tingħata;

(b) 

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull tranżazzjoni irrispettivament mill-forma tagħha u irrispettivament mill-liġi applikabbli, li tikkonsisti f'kuntratt jew obbligi simili wieħed jew aktar magħmula bejn l-istess partijiet jew bejn partijiet differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux, kif ukoll kull dispożizzjoni relatata li toriġina mit-tranżazzjoni jew tkun marbuta magħha;

(c) 

“awtoritajiet kompetenti” tirriferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II;

(d) 

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;

(e) 

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, beni jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;

(f) 

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess għal, jew innegozjar ta' fondi b'mod li jwassal għal xi bidla fil-volum, l-ammont, il-post, il-proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew xi bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluża l-amministrazzjoni tal-portafolli;

(g) 

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(i) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii) 

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii) 

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv) 

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jirriżulta jew li hu ġġenerat minnhom;

(v) 

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) 

ittri ta' kreditu, poloz ta' karigu, poloz ta' bejgħ; kif ukoll

(vii) 

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(h) 

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà, jew li huma fil-pussess jew fil-kontroll ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp kif elenkati fl-Anness I jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-beneficċju ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I.
3.  

L-Anness I jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala li:

(a) 

qegħdin jimminaw id-demokrazija jew jostakolaw l-isforz għal soluzzjoni politika fil-Burundi, anke b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew bl-inċitament għall-vjolenza;

(b) 

huma involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni, jew fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Burundi; u

(c) 

huma assoċjati mal-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 3

1.  

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b'dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a) 

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) 

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hi kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.  

B'deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal deċiżjoni arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 iddaħħlu fil-lista fl-Anness I, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.  

B'deroga mill-Artikolu 2(1) u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, b'dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; kif ukoll

(b) 

il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 2(2).

2.  
L-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.  
L-Artikolu 2(2) ma jwaqqafx l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna fiżika jew ġuridika, tal-entità jew tal-korp elenkati, dejjem jekk kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b'kull tranżazzjoni bħal din mingħajr dewmien.
2.  

L-Artikolu 2(2) ma japplikax għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) 

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew inklużi fl-Anness I; jew

(c) 

ħlasijiet dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat;

bil-kundizzjoni li kull imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet bħal dawn ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).

Artikolu 7

1.  

Bla preġudizju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi:

(a) 

ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru lill-Kummissjoni; kif ukoll

(b) 

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti biex din l-informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod.

2.  
Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni tkun disponibbli għall-Istati Membri.
3.  
Kull informazzjoni mogħtija jew riċevuta skont dan l-Artikolu tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet riċevuta.

Artikolu 8

Il-parteċipazzjoni b'mod konxju u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artiklu 2 hija pprojbita.

Artikolu 9

1.  
L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede abbażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma joħloqx responsabbiltà ta' kull tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.
2.  
L-azzjonijiet mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma jagħtux lok għal responsabbiltà tal-ebda xorta fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 10

1.  

Ebda talba b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet effettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, permezz tal-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħall-pretensjoni għal kumpens jew il-pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nnominati, elenkati fl-Anness I;

(b) 

kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li taġixxi f'isimhom, imsemmija fil-punt (a).

2.  
F'kull proċediment għall-eżekuzzjoni ta' pretensjoni, l-obbligu ta' prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, ikun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta' dik il-pretensjoni.
3.  
Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tan-nonadempiment ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11

1.  

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw minnufih lil xulxin dwar il-miżuri meħuda b'dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni:

(a) 

dwar il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 3, 4 u 5;

(b) 

fir-rigward ta' ksur u ta' problemi li jirrigwardaw l-infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.  
L-Istati Membri jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li jista' jkollha impatt fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri.

Artikolu 13

1.  
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jagħmel persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), hu għandu jemenda l-Anness I skont il-każ.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmijin fil-paragrafu 1, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp skont il-każ.
4.  
Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 14

1.  
L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati.
2.  
L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 15

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

▼M3

Artikolu 15a

1.  

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:

(a) 

fir-rigward tal-Kunsill, li jħejji u jagħmel emendi għall-Anness I;

(b) 

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, li jħejji emendi għall-Anness I;

(c) 

fir-rigward tal-Kummissjoni:

(i) 

li żżid il-kontenuti tal-Anness I fil-lista elettronika kkonsolidata ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għal miżuri finanzjarji restrittivi tal-Unjoni u fil-mappa interattiva dwar is-sanzjonijiet, it-tnejn li huma disponibbli għall-pubbliku;

(ii) 

li tipproċessa informazzjoni dwar l-impatt ta’ miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti.

2.  
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti dwar reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, dwar kundanni kriminali ta’ tali persuni jew dwar miżuri ta’ sigurtà dwar tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness I.
3.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, is-servizz tal-Kummissjoni elenkat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, u r-Rappreżentant Għoli huma nnominati bħala “kontrolluri” fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725, sabiex jiżguraw li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

▼B

Artikolu 16

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti.
3.  
Fejn dan ir-Regolament jistipula obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha xorta oħra, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jintużaw għal din il-komunikazzjoni jkunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) 

abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c) 

għal kull persuna fiżika fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d) 

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) 

għal kull persuna ġuridika, entità jew korpi fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2



Nru

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

▼M5

1.

Godefroid BIZIMANA

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 23.4.1968

Post tat-twelid: Nyagaseke, Mabayi, Cibitoke

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520

“Chargé de missions de la Présidence” u eks Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali. Fil-31 ta’ Diċembru 2019, is-Sur Bizimana ġie promoss għall-grad ta’ Kap Kummissarju tal-Pulizija. Responsabbli li dgħajjef id‐demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza u atti ta’ repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta’ April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza.

2.

Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA

Ġeneru: Raġel

Data tat-Twelid: 1.8.1970

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761

Ministru għall-Intern, l-Iżvilupp tal-Komunità u s-Sigurtà Pubblika minn Ġunju 2020. Eks kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali bejn Mejju 2013 u Novembru 2019 u eks Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence bejn Novembru 2019 u Ġunju 2020. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza, atti ta’ vjolenza, atti ta’ repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ persuni li ħadu sehem fi protesti mis-26 ta’ April 2015 ’ il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta’ April 2015 fid-distretti ta’ Nyakabiga u Musaga f’Bujumbura.

▼M1

3.

►C1  Mathias-Joseph NIYONZIMA ◄

magħruf ukoll bħala KAZUNGU

Data tat-twelid: 6.3.1956; 2.1.1967

Post tat-twelid:Komun ta' Kanyosha, Mubimbi, Provinċja ta' Bujumbura Rurali, Burundi

Numru ta' reġistrazzjoni (SNR): O/00064

Nazzjonalità Burundjana.

Numru tal-passaport: OP0053090

Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi inċita l-vjolenza u atti ta' repressjoni waqt il-protesti li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza. Responsabbli li għen iħarreġ, jikkoordina u jarma lill-milizzji paramilitari Imbonerakure, inkluż barra l-Burundi, li huma responsabbli għal atti ta' vjolenza, repressjoni u abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi.

▼B

4.

Léonard NGENDAKUMANA

Data tat-Twelid: 24.11.1968

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000885

Ex-“Chargé de Missions de la Présidence” u ex ġeneral tal-armata. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ħa sehem fit-tentattiv ta' kolp ta' stat fit-13 ta' Mejju 2015 biex iwaqqa' l-Gvern Burundjan. Responsabbli għal atti ta' vjolenza — attakki bil-granati — imwettqa fil-Burundi, kif ukoll għal inċitament għall-vjolenza. Il-Ġeneral Léonard Ngendakumana pubblikament appoġġa l-vjolenza bħala mezz biex jintlaħqu għanijiet politiċi.




ANNESS II

Siti elettroniċi għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz biex tiġi nnotifikata l-Kummissjoni Ewropea

▼M6

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

Rue de Spa 2

B-1049 Brussell, il-Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu