02015D0789 — MT — 29.06.2018 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/789

tat-18 ta' Mejju 2015

fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al)

(notifikata bid-dokument C(2015) 3415)

(ĠU L 125 21.5.2015, p. 36)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2417 notifikata bid-dokument C(2015 tas-17 ta' Diċembru 2015

  L 333

143

19.12.2015

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/764 notifikata bid-dokument C(2016 tat-12 ta' Mejju 2016

  L 126

77

14.5.2016

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2352 notifikata bid-dokument C(2017 tal-14 ta' Diċembru 2017

  L 336

31

16.12.2017

►M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/927 notifikata bid-dokument C(2018 tas-27 ta' Ġunju 2018

  L 164

49

29.6.2018




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/789

tat-18 ta' Mejju 2015

fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al)

(notifikata bid-dokument C(2015) 3415)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(a) “organiżmu speċifikat” tfisser kull subspeċi ta' Xylella fastidiosa (Wells et al);

(b) “pjanti ospitanti” tfisser pjanti għat-tħawwil, ħlief żrieragħ, li jappartjenu għall-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fil-bażi ta' dejta tal-Kummissjoni ta' pjanti ospitanti suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa fit-territorju tal-Unjoni, bħala li jkunu nstabu li huma suxxettibbli fit-territorju tal-Unjoni għall-organiżmu speċifikat, jew, fejn Stat Membru jkun iddemarka żona fir-rigward ta' subspeċi wieħed jew aktar tal-organiżmu speċifikat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), bħala li tkun instabet li hija suxxettibbli għal dik jew dawk is-subspeċi;

(c) “pjanti speċifikati” tfisser pjanti ospitanti u l-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jappartjenu għal ġeneri jew speċijiet elenkati fl-Anness I;

▼B

(d) “operatur professjonist” tfisser kwalunkwe persuna involuta professjonalment f'waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin dwar il-pjanti:

(i) it-tħawwil;

(ii) it-tnissil;

(iii) il-produzzjoni, inklużi t-tkabbir, il-moltiplikazzjoni u l-manutenzjoni;

(iv) l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, u l-moviment fih u lil hinn minnu;

(v) ħidma għad-disponibblità fis-suq.

Artikolu 2

Sejbien jew preżenza suspettata tal-organiżmu speċifikat

1.  Kull persuna li tissuspetta jew issir taf bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat għandha tinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih u tipprovdih bl-informazzjoni relevanti kollha li tikkonċerna l-preżenza, jew preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat.

2.  Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jirreġistra din l-informazzjoni minnufih.

3.  Meta l-korp uffiċjali responsabbli jkun ġie infurmat bil-preżenza, jew preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonferma dik il-preżenza, jew preżenza suspettata.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li jkollha taħt il-kontroll tagħha pjanti li għandhom mnejn ikunu nfettati bl-organiżmu speċifikat tiġi infurmata minnufih bil-preżenza jew il-preżenza suspettata tal-organiżmu speċifikat, bil-konsegwenzi possibbli u r-riskji u tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

▼M3

Artikolu 3

Stħarriġiet dwar l-organiżmu speċifikat fit-territorji tal-Istati Membri u l-identifikazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom fuq il-pjanti speċifikati.

Dawk l-istħarriġiet għandhom jitwettqu mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. Għandhom jikkonsistu minn eżamijiet viżivi u, fil-każ ta' xi suspett ta' infezzjoni mill-organiżmu speċifikat, minn ġbir ta' kampjuni u ttestjar. Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajbin, u għandhom jitwettqu fi żminijiet xierqa matul is-sena fir-rigward tal-possibbiltà li jinstab l-organiżmu speċifikat permezz ta' spezzjoni viżwali, ta' teħid ta' kampjuni u ta' ttestjar. Dawk l-istħarriġiet għandhom iqisu l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u tal-vetturi tiegħu, il-preżenza u l-bijoloġija tal-pjanti speċifikati, u kwalunkwe tagħrif ieħor xieraq, dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat. Huma għandhom iqisu wkoll il-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa pprovduta fuq is-sit web tal-Kummissjoni ( 1 ).

2.  Il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żoni għajr iż-żoni demarkati, għandha tiġi skrinjata permezz ta' test molekulari wieħed, u fil-każ ta' riżultati pożittivi, il-preżenza tiegħu għandha tiġi identifikata billi jitwettaq, f'konformità mal-istandards internazzjonali, mill-inqas test molekulari pożittiv ieħor. Dawk it-testijiet għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni ta' testijiet għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu u għandhom jimmiraw il-partijiet differenti tal-ġenomu.

Il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żoni demarkati, għandha tiġi skrinjata permezz ta' test molekulari wieħed, u fil-każ ta' riżultati pożittivi, il-preżenza tiegħu għandha tiġi identifikata billi jitwettaq, f'konformità mal-istandards internazzjonali, mill-inqas test molekulari pożittiv wieħed. Dawk it-testijiet għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni ta' testijiet għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tmexxi u taġġorna l-bażi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2 u għandha tipprovdi l-aċċess pubbliku għalih.

It-testijiet elenkati f'dik il-bażi tad-dejta għandhom jinqasmu f'żewġ kategoriji, skont l-adegwatezza tagħhom għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu fiż-żoni demarkati u f'żoni għajr iż-żoni demarkati.

▼M1

Artikolu 3a

Pjanijiet ta' kontinġenza

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2016, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan li jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli minn 4 sa 6a u l-Artikoli minn 9 sa 13a, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew suspettata tal-organiżmu speċifikat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pjan ta' kontinġenza”).

2.  Il-pjan ta' kontinġenza għandu jistabbilixxi dan li ġej:

(a) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti f'dawk l-azzjonijiet u l-awtorità unika;

(b) laboratorju wieħed jew aktar approvati speċifikament għall-ittestjar tal-organiżmu speċifikat;

(c) ir-regoli dwar il-komunikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet bejn il-korpi involuti, l-awtorità unika, l-operaturi professjonisti kkonċernati u l-pubbliku;

(d) il-protokolli li jiddeskrivu l-metodi ta' eżamijiet viżivi, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju;

(e) ir-regoli dwar it-taħriġ tal-persunal tal-korpi involuti f'dawk l-azzjonijiet;

(f) ir-riżorsi minimi li jridu jkunu disponibbli u l-proċeduri biex isiru disponibbli riżorsi addizzjonali f'każ ta' preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-organiżmu speċifikat.

3.  L-Istati Membri għandhom jevalwaw u janalizzaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom kif meħtieġ.

▼M3

4.  Wara talba, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni u għandhom jgħarrfu lill-operaturi professjonisti rilevanti kollha billi jippubblikawhom fuq l-internet.

▼B

Artikolu 4

L-istabbiliment ta' żoni demarkati

▼M3

1.  Meta l-preżenza tal-organiżmu speċifikat tkun ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat minnufih għandu jiddemarka żona skont il-paragrafu 2, minn hawn 'il quddiem “żona demarkata”.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-preżenza ta' subspeċi partikolari waħda tal-organiżmu speċifikat tkun ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddemarka żona fir-rigward ta' dik is-subspeċi biss.

Meta tkun identifikata l-preżenza ta' aktar minn subspeċi waħda tal-organiżmu speċifikat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddemarka dik iż-żona fir-rigward tal-organiżmu speċifikat u tas-subspeċijiet possibbli kollha tiegħu.

Meta l-identifikazzjoni tal-preżenza ta' subspeċi tkun għadha pendenti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddemarka dik iż-żona fir-rigward tal-organiżmu speċifikat u tas-subspeċijiet possibbli kollha tiegħu.

L-identifikazzjoni tal-preżenza tas-subspeċi għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati tat-testijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2).

▼B

2.  Iż-żoni demarkata għandha tikkonsisti minn żona infettata u żona ta' lqugħ.

Iż-żona infettata għandha tinkludi l-pjanti kollha magħrufin li huma infettati bl-organiżmu speċifikat, il-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni minn dak l-organiżmu, u l-pjanti l-oħra kollha li jistgħu jiġu infettati minn dak l-organiżmu minħabba l-qrubija tagħhom mal-pjanti infettati, jew is-sors komuni ta' produzzjoni, jekk magħruf, bi pjanti infettati, jew il-pjanti mkabbra minnhom.

▼M4 —————

▼M3

Iż-żona ta' lqugħ għandha tkun tal-wisa' ta' mill-inqas 5 km, madwar iż-żona infettata. Iż-żona ta' lqugħ tista' titnaqqas għal wisa' ta' mhux anqas minn 1 km, jekk ikun hemm grad għoli ta' fiduċja li l-preżenza inizjali tal-organiżmu speċifikat ma rriżultax f'xi tixrid, u dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-pjanti ospitanti kollha, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom, ikunu tneħħew minnufih, f'raġġ ta' 100 m madwar il-pjanta misjuba infettata;

(b) l-ebda pjanti oħra ma nstabu infettati mill-organiżmu speċifikat fiż-żona infettata minn mindu ttieħdu l-miżuri ta' qerda, abbażi ta' testijiet uffiċjali mwettqa tal-anqas darba matul is-sena, billi jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Dawk it-testijiet għandhom ikunu bbażati fuq skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % jew aktar, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi;

(c) ikun sar stħarriġ ta' delimitazzjoni f'żona b'wisa' ta' mill-anqas 5 km madwar iż-żona infettata, li kkonkluda li ma nstabitx il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dik iż-żona. Dak l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m f'żona tal-wisa' ta' mill-inqas 1 km madwar iż-żona infettata, u fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 1 km × 1 km fi ħdan il-bqija taż-żona ta' lqugħ. F'kull wieħed minn dawk il-kwadri, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi;

(d) l-ebda vetturi li jġorru l-organiżmu speċifikat ma jkunu ġew osservati fiż-żona infettata minn mindu ttieħdu l-miżuri ta' qerda, abbażi ta' testijiet imwettqa darbtejn waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur, u f'konformità mal-istandards internazzjonali. Dawk it-testijiet għandhom iwasslu għall-konklużjoni li t-tixrid naturali tal-organiżmu speċifikat huwa eskluż.

Meta jitnaqqas il-wisa' taż-żona ta' lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ġustifikazzjoni għal dak it-tnaqqis.

Fil-każ ta' żona infettata għall-għan ta' miżuri ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), iż-żona ta' lqugħ għandha tkun wiesgħa tal-inqas 10 km.

▼B

Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji xjentifiċi solidi, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, il-livell ta' infezzjoni, il-preżenza tal-vetturi, u d-distribuzzjoni ta' pjanti speċifikati fiż-żona kkonċernata.

3.  Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat 'il barra miż-żona infettata, id-delimitazzjoni taż-żona infettata u taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi rriveduta minnufih u mibdula kif xieraq.

▼M3

4.  L-Istati Membri għandhom iżommu u jaġġornaw lista taż-żoni demarkati stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom u għandhom jippubblikaw dik il-lista u kwalunkwe aġġornament. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista tagħhom u bi kwalunkwe aġġornament skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE ( 2 ).

Abbażi ta' dawk in-notifiki, il-Kummissjoni għandha taġġorna u tippubblika l-lista tagħha taż-żoni demarkati.

5.  Meta abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 3 u tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6(7), ma jinstabx l-organiżmu speċifikat f'żona demarkata għal perjodu ta' ħames (5) snin, din id-demarkazzjoni tkun tista' titneħħa. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-Istat Membru kkonċernat ikun naqqas iż-żona ta' lqugħ sal-wisa' ta' mhux anqas minn 1 km, skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2, dak l-Istat Membru jista' jneħħi dik iż-żona demarkata wara 12-il xahar mill-istabbiliment inizjali, dment li jkunu ġew issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) bħala riżultat tal-miżuri meħuda skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2, jiġi konkluż b'livell għoli ta' fiduċja li l-preżenza inizjali tal-organiżmu speċifikat kienet każ iżolat u ma kien hemm ebda aktar tixrid fiż-żona demarkata rispettiva;

(b) kemm jista' jkun prattiku u qrib iż-żmien ta' rfigħ, ikunu twettqu testijiet uffiċjali fiż-żona demarkata, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % f'konformità mal-istandards internazzjonali, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.

Meta titneħħa żona demarkata skont it-tieni subparagrafu, il-pjanti speċifikati li jkunu jinsabu fiż-żona demarkata stabbilita preċedentement għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġiet intensivi matul is-sentejn ta' wara. Dak l-istħarriġ għandu jitwettaq bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % jew aktar f'konformità mal-istandards internazzjonali u abbażi ta' prinċipji xjentifiċi u tekniċi relatati mat-tixrid potenzjali tal-organiżmu speċifikat fil-madwar immedjat, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.

Meta titneħħa żona demarkata wara 12-il xahar mill-istabbiliment inizjali tagħha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ġustifikazzjoni għal din it-tneħħija.

▼B

6.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M3

(a) ikun hemm evidenza li l-organiżmu speċifikat ġie introdott fiż-żona reċentement flimkien mal-pjanti li nstab fuqhom, jew li l-organiżmu speċifikat instab f'sit b'protezzjoni fiżika mill-vetturi ta' dak l-organiżmu;

▼B

(b) ikun hemm indikazzjoni li dawk il-pjanti kienu diġà infettati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata;

(c) ma jkunux instabu vetturi li jġorru l-organiżmu speċifikat, fuq il-bażi tat-testijiet imwettqa f'konformità ma' metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment, fil-qrubija ta' dawn il-pjanti.

7.  Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 6, l-Istat Membru għandu:

(a) jwettaq stħarriġ għal mill-inqas sentejn biex jiddetermina ġewx infettati xi pjanti oħra apparti dawk li fuqhom l-organiżmu speċifikat kien instab oriġinarjament;

(b) abbażi ta' dan l-istħarriġ, jiddetermina hemmx ħtieġa li tiġi stabbilita żona demarkata;

(c) jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-ġustifikazzjoni għaliex mhux qed jistabbilixxi żona demarkata, u r-riżultat tal-istħarriġ imsemmi fil-punt (a) hekk kif isir disponibbli.

▼M1

Artikolu 5

Il-projbizzjoni dwar it-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati

1.  It-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati għandu jkun ipprojbit, ħlief f'siti li huma fiżikament protetti kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu.

▼M3

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tal-pjanti ospitanti fi ħdan iż-żoni infettati elenkati fl-Anness II fejn il-miżuri ta' trażżin skont l-Artikolu 7 jiġu applikati, ħlief fiż-żona ta' 20 km msemmija fl-Artikolu 7(7)(c). Meta jingħataw dawk l-awtorizzazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti preferenza lill-pjanti ospitanti li jappartjenu għall-varjetajiet ivvalutati bħala reżistenti jew tolleranti għall-organiżmu speċifikat.

▼B

Artikolu 6

Miżuri ta' qerda

1.  L-Istat Membru li jkun stabbilixxa ż-żoni demarkata msemmija fl- Artikolu 4 għandu, f'din iż-żona, jieħu l-miżuri kif stipulat fil-paragrafi 2 sa 11.

2.  L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi ħdan raġġ ta' 100 m madwar il-pjanti li ġew ittestjati u nstab li huma infettati mill-organiżmu speċifikat, ineħħi minnufih:

(a) pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom;

(b) pjanti magħrufin li huma infettati mill-organiżmu speċifikat;

(c) pjanti li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli minn dak l-organiżmu jew suspettati li huma infettati minn dak l-organiżmu.

▼M3

2a.  B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-pjanti ospitanti uffiċjalment ikklassifikati bħala pjanti b'valur storiku ma għandhomx bżonn jitneħħew, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-pjanti ospitanti kkonċernati jkunu ġew ikkampjunati u ttestjati skont l-Artikolu 3(2) u jkunu ġew ikkonfermati li mhumiex infettati mill-organiżmu speċifikat;

(b) il-pjanti ospitanti individwali fiż-żona kkonċernata jkunu ġew iżolati fiżikament mill-vetturi b'tali mod li dawk il-pjanti ma jikkontribwixxux għal aktar tixrid tal-organiżmu speċifikat;

(c) ikunu ġew applikati prattiki agrikoli xierqa għall-ġestjoni tal-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu.

Qabel ma tingħata deroga, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tat-teħid ta' kampjuni u tal-ittestjar imsemmija fil-punt (a), id-deskrizzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) li huma maħsuba li jittieħdu, il-ġustifikazzjoni tagħhom, u l-post fejn jinsabu l-pjanti individwali. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u l-post fejn jinsabu l-pjanti ospitanti li għalihom qed tingħata t-tali deroga.

Kull waħda minn dawk il-pjanti għandha tiġi spezzjonata uffiċjalment, waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur, għal sintomi tal-organiżmu speċifikat u għall-ivverifikar tal-adegwatezza tal-iżolament fiżiku. Meta jkun hemm sintomi preżenti, il-pjanta għandha tkun soġġetta għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat.

▼B

3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjun u jittestja l-pjanti speċifikati f'raġġ ta' 100 m madwar kull waħda mill-pjanti infettati, f'konformità mal-International Standard for Phytosanitary Measures ISPM No. 31 ( 3 ).

4.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq trattamenti fitosanitarji xierqa qabel it-tneħħija tal-pjanti msemmija fil-paragrafu 2 kontra vetturi tal-organiżmu speċifikat u pjanti li għandhom mnejn jospitaw dawk il-vetturi. Dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti.

5.  L-Istat Membru kkonċernat għandu, in situ jew f'post fil-qrib apposta għal dan l-għan fi ħdan iż-żona infettata, jeqred pjanti u partijiet ta' pjanti msemmija fil-paragrafu 2, b'tali mod li jkun żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jinxteridx.

6.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq l-investigazzjonijiet xierqa biex jidentifika l-oriġini tal-infezzjoni. Għandu jitraċċa l-pjanti speċifikati assoċjati mal-każ tal-infezzjoni kkonċernat, inkluż dawk li ġew imċaqalqa qabel ma ġiet stabbilita żona demarkata. Ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri li fihom joriġinaw dawk il-pjanti kkonċernati, lill-Istati Membri li għaddew minnhom dawk il-pjanti u lill-Istati Membri lejn fejn iċċaqalqu dawn il-pjanti.

▼M3

7.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jissorvelja l-preżenza tal-organiżmu speċifikat permezz ta' stħarriġiet annwali, filwaqt li jqis il-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi, skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Artikolu 3(1) u (2).

Fiż-żoni ta' lqugħ, iż-żona tal-istħarriġ għandha tkun ibbażata fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m f'żona tal-wisa' ta' mill-inqas 1 km madwar iż-żona infettata, u fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 1 km × 1 km fi ħdan il-bqija taż-żona ta' lqugħ. F'kull wieħed minn dawk il-kwadri, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.

▼B

8.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jqajjem kuxjenza pubblika dwar it-theddid li jġib miegħu l-organiżmu speċifikat u dwar il-miżuri adottati biex dan ma jiddaħħalx u ma jinxteridx fl-Unjoni. B'mod partikolari, għandu jtella' sinjali tat-toroq li jindikaw id-delimitazzjoni taż-żona demarkata rispettiva.

9.  L-Istat Membru kkonċernat għandu, fejn meħtieġ, jieħu miżuri li jindirizzaw kull sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li x'aktarx tista' tipprevjeni, tfixkel jew iddewwem il-qerda, partikolarment dawk relatati mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infettati jew li jkun hemm suspett li huma infettati, ikunu fejn ikunu, humiex pubbliċi jew privati, jew hi min hi l-persuna jew l-entità li hi responsabbli għalihom.

10.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kull miżura oħra li tista' tikkontribwixxi għall-qerda tal-organiżmu speċifikat, b'kunsiderazzjoni tal-ISPM No. 9 ( 4 ) u bl-applikazzjoni ta' approċċ integrat skont il-prinċipji stipulati fl-ISPM No 14 ( 5 ).

11.  L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika prattiki agrikoli xierqa għall-ġestjoni tal-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu.

Artikolu 7

Miżuri ta' trażżin

▼M3

1.  B'deroga mill-Artikolu 6, f'żona infettata elenkata fl-Anness II biss, jista' l-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li japplika l-miżuri ta' trażżin, kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 7, (minn hawn 'il quddiem: “żona tat-trażżin”).

2.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom ineħħu l-pjanti kollha li nstabu li huma infettati mill-organiżmu speċifikat abbażi tal-istħarriġiet uffiċjali msemmija fil-paragrafu 7.

Dik it-tneħħija għandha ssir minnufih wara l-identifikazzjoni uffiċjali tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat.

Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat matul u wara t-tneħħija.

▼B

3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi ħdan raġġ ta' 100 m madwar il-pjanti msemmija fil-paragrafu 2 u li nstab li huma infettati mill-organiżmu speċifikat, jieħu kampjun tal-pjanti ospitanti u jittestjah, f'konformità mal-International Standard for Phytosanitary Measures ISPM No. 31. Dan l-ittestjar għandu jitwettaq f'intervalli regolari u, tal-inqas, darbtejn fis-sena.

4.  L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika trattamenti fitosanitarji xierqa qabel it-tneħħija tal-pjanti msemmija fil-paragrafu 2 kontra vetturi tal-organiżmu speċifikat u pjanti li għandhom mnejn jospitaw dawk il-vetturi. Dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti.

5.  L-Istat Membru kkonċernat għandu, in situ jew f'post fil-qrib apposta għal dan il-għan fi ħdan iż-żona tat-trażżin, jeqred pjanti u partijiet ta' pjanti msemmija fil-paragrafu 2, b'tali mod li jkun żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jinxteridx.

6.  L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika prattiki agrikoli xierqa għall-ġestjoni tal-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu.

▼M3

7.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jissorvelja l-preżenza tal-organiżmu speċifikat permezz ta' stħarriġiet uffiċjali, filwaqt li jqis il-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni, tal-anqas fil-postijiet li ġejjin:

(a) fil-prossimità tas-siti msemmija fl-Artikolu 9(2);

(b) fil-prossimità tas-siti ta' pjanti b'valur kulturali, soċjali jew xjentifiku partikolari;

(c) fi ħdan żona infettata elenkata fl-Anness II u li tinsab f'żona mkejla mill-inqas 20 km 'l bogħod mill-konfini ta' dik iż-żona infettata mal-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m. F'kull wieħed minn dawk il-kwadri, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq spezzjonijiet viżivi tal-pjanti speċifikati u jieħu kampjuni mill-pjanti sintomatiċi u jittestjahom, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi, skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Artikolu 3(1) u (2).

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe identifikazzjoni tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-postijiet imsemmija fil-punt (c).

Il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta' gżejjer li huma kompletament barra miż-żoni tat-trażżin u li jinsabu aktar minn 10 km lejn l-eqreb l-art fit-territorju tal-Unjoni.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 9

Il-moviment ta' pjanti speċifikati fl-Unjoni

▼M3

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika biss għall-moviment ta' pjanti speċifikati, għajr:

(a) pjanti li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni; jew

(b) pjanti li jappartjenu għal varjetajiet ta' pjanti speċifikati elenkati fl-Anness III.

▼M2

Il-ġarr tal-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 4, barra miż-żoni demarkati għal ġo ż-żoni ta' protezzjoni rispettivi, għandu jiġi pprojbit.

▼B

2.  B'deroga tal-paragrafu 1, tali moviment jista' jseħħ jekk il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f'sit fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ikun irreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE ( 6 );

(b) ikun awtorizzat mill-korp uffiċjali responsabbli bħala żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti;

(c) ikun protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu;

▼M3

(d) ikun imdawwar minn żona b'wisa' ta' 100 metru li tkun ġiet soġġetta għal spezzjonijiet uffiċjali darbtejn fis-sena u fejn il-pjanti kollha li nstabu li huma infettati mill-organiżmu speċifikat jew li għandhom sintomi, ikunu tneħħew minnufih u qabel dik it-tneħħija jkunu ġew applikati trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-vetturi tal-organiżmu speċifikat;

(e) ikun soġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa fi żminijiet xierqa tas-sena biex jinżamm ħieles mill-vetturi tal-organiżmu speċifikat; dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti;

(f) ikun soġġett, kull sena, flimkien maż-żona msemmija fil-punt (d), għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali, billi jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni;

▼B

(g) matul iż-żmien kollu tat-tkabbir tal-pjanti speċifikati, ma jkunu nstabu fis-sit la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas tal-vetturi tiegħu jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, it-testijiet imwettqa jikkonfermaw in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat;

(h) matul iż-żmien tat-tkabbir tal-pjanti speċifikati, ma jkunux instabu fiż żona msemmija fil-punt (d) sintomi tal-organiżmu speċifikat jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, it-testijiet ikunu saru u jkun ġie kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat.

3.  Kampjuni rappreżentattivi ta' kull speċi ta' pjanti speċifikati minn kull sit ikunu ġew soġġetti għal ittestjar annwali, fl-aktar żmien xieraq, u n-nuqqas ta' organiżmu speċifikat ġie kkonfermat abbażi ta' testijiet imwettqa skont il-metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment.

4.  Kemm prattikament jista' jkun qrib iż-żmien taċ-ċaqliq, il-lottijiet tal-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għal spezzjoni viżiva uffiċjali, teħid ta' kampjuni u ttestjar molekulari mwettaq skont metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 % livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % jew ogħla u mmirata b'mod speċifiku fuq pjanti li juru sintomi tal-organiżmu speċifikat, skont l-ISPM No. 31.

▼M1

4a.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 4, il-moviment fl-Unjoni, fiż-żoni demarkati jew 'il barra minnhom, ta' pjanti inattivi tal-Vitis maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, jista' jsir jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-pjanti jkunu tkabbru f'sit irreġistrat skont id-Direttiva 92/90/KEE;

(b) il-pjanti jkunu għaddew, fl-eqreb żmien possibbli għaċ-ċaqliq, minn trattament xieraq ta' termoterapija f'faċilità tat-trattament awtorizzata u ssorveljata mill-korp uffiċjali responsabbli għal dak l-għan, fejn il-pjanti inattivi jiġu mgħaddsa għal 45 minuta f'ilma msaħħan sa 50 °C, skont l-istandard tal-EPPO rilevanti ( 7 ).

▼B

5.  Qabel iċ-ċaqliq, il-lottijiet ta' pjanti speċifikati ikunu ġew suġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra kwalunkwe vettur tal-organiżmu speċifikat.

6.  Il-pjanti speċifikati għaddejjin minn żoni demarkati jew fihom għandhom jiġu trasportati f'kontenituri magħluqa, biex jiġi żgurat li ma sseħħ ebda infezzjoni mal-organiżmu speċifikat jew minn kwalunkwe mill-vetturi tiegħu.

▼M3

7.  Il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata għandhom jiċċaqalqu lejn u fit-territorju tal-Unjoni, biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE ( 8 ).

8.  Il-pjanti ospitanti li qatt ma tkabbru fiż-żoni demarkati għandhom jiċċaqalqu fl-Unjoni biss dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu tkabbru f'sit li huwa soġġett għal spezzjoni uffiċjali annwali, u, fil-każ ta' sintomi tal-organiżmu speċifikat, għat-teħid ta' kampjuni, billi jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni, kif ukoll l-ittestjar f'konformità mal-istandards internazzjonali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat;

(b) dawn għandu jkollhom magħhom passaport tal-pjanti li jkun tħejja u nħareġ skont id-Direttiva 92/105/KEE.

▼M3

Madankollu, il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, għandhom jiċċaqalqu fl-Unjoni biss jekk ikunu tkabbru f'sit li huwa soġġett għal spezzjoni uffiċjali annwali, għat-teħid ta' kampjuni, billi jitqiesu l-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa provduti fuq is-sit web tal-Kummissjoni, kif ukoll l-ittestjar f'konformità mal-istandards internazzjonali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat, li jikkonferma l-assenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 % il-livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 5 %. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), il-preżenza ta' organiżmu speċifikat għandha tiġi skrinjata permezz ta' test wieħed, u fil-każ ta' riżultati pożittivi, il-preżenza tiegħu għandha tiġi identifikata billi jitwettaq, f'konformità mal-istandards internazzjonali, mill-inqas test molekulari pożittiv wieħed. Dawk it-testijiet għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni ta' testijiet għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu. It-teħid ta' kampjuni għandu jkun immirat għall-pjanti sintomatiċi, kif ukoll għall-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.

▼M3

Mingħajr preġudizzju għall-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, l-ebda passaport tal-pjanti ma huwa meħtieġ għall-moviment tal-pjanti ospitanti msemmija f'dan il-paragrafu lejn kwalunkwe persuna, li qed taġixxi għal skopijiet li jaqgħu 'l barra mill-kummerċ, min-negozju jew mill-professjoni tagħha, u li takkwista dawk il-pjanti għall-użu tagħha stess.

▼M3

9.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, il-pjanti omm prebażiċi kif definiti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE ( 9 ) jew il-materjal prebażiku kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE ( 10 ) li jappartjenu għall-ispeċijiet Juglans regia L., Olea europaea L., Prunus amygdalus Batsch, P. amygdalus × P. persica, P. armeniaca L., P. avium (L.) L., P. cerasus L., P. domestica L., P. domestica × P. salicina, P. dulcis (Mill.) D.A. Webb, P. persica (L.) Batsch, u P. salicina Lindley u li jkunu tkabbru 'l barra miż-żoni demarkati u li qattgħu għal mill-inqas parti minn ħajjithom 'il barra mill-faċilitajiet protetti mill-insetti, għandhom jiċċaqalqu fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE u dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni prevista fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/167 ( 11 );

(b) fl-iqsar żmien possibbli qabel ma jiċċaqalqu, ikunu ġew soġġetti għal spezzjoni viżwali, għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar molekulari tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, li twettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, il-passaport tal-pjanti ma għandux ikun meħtieġ għall-moviment tal-pjanti omm prebażiċi u tal-materjal prebażiku msemmija f'dan il-paragrafu lejn kwalunkwe persuna, li qed taġixxi għal skopijiet li jaqgħu 'l barra mill-kummerċ, min-negozju jew mill-professjoni tagħha, u li takkwista dawk il-pjanti għall-użu tagħha stess.

▼M2

Artikolu 9a

Il-ġarr fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro

1.  Il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, u għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 4, jistgħu jinħarġu miż-żoni demarkati, u miż-żoni infettati għal ġo ż-żoni ta' protezzjoni rispettivi biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.

2.  Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tkabbru f'lok fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ġew issodisfati kollha:

(a) ikun irreġistrat skont id-Direttiva 92/90/KEE;

(b) ikun awtorizzat mill-korp uffiċjali responsabbli bħala żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti;

(c) ikun protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu;

(d) kull sena jkun suġġett għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fiż-żmienijiet rilevanti;

(e) tul iż-żmien kollu tat-tkabbir tal-pjanti speċifikati, fis-sit ma jkunu nstabu la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas tal-vetturi tiegħu jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, it-testijiet imwettqa jikkonfermaw in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat.

3.  Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tkabbru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili u jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu tkabbru miż-żerriegħa;

(b) ikunu ġew ippropagati, f'kundizzjonijiet sterili, minn pjanti ġenituri li jkunu għexu tul ħajjithom f'żona fit-territorju tal-Unjoni li tkun ħielsa mill-organiżmu speċifikat u li meta ġew ittestjati nstab li kienu ħielsa mill-organiżmu speċifikat;

(c) ikunu ġew ippropagati, f'kundizzjonijiet sterili, minn pjanti ġenituri li jkunu tkabbru f'lok li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 u li meta ġew ittestjati nstab li kienu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

4.  Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinġarru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili li jipprekludu l-possibbiltà li jiġu infettati mill-organiżmu speċifikat permezz tal-vetturi.

5.  Dawn għandu jkollhom magħhom passaport tal-pjanti li jkun tħejja u nħareġ bi qbil mad-Direttiva 92/105/KEE.

▼B

Artikolu 10

Traċċabbiltà

1.  L-operaturi professjonisti li jfornu pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata, jew li ġew trasferiti minn tali żona, għandhom iżommu rekord ta' kull lott fornut u tal-operatur professjonist li rċevih.

2.  L-operaturi professjonisti li jiġu fornuti bi pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata, jew li ġew trasferiti minn tali żona, għandhom iżommu rekord ta' kull lott fornut u tal-fornitur.

▼M3

2a.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-provvista ta' pjanti għat-tħawwil tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb li qatt ma kienu tkabbru fi ħdan żona demarkata.

▼M3

3.  L-operaturi professjonisti għandhom iżommu r-rekords imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a għal tliet (3) snin mid-data li fiha l-lott rispettiv ikun ġie fornit lilhom jew mingħandhom.

▼B

4.  L-operaturi professjonisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinfurmaw minnufih lill-korpi uffiċjali responsabbli rispettivi tagħhom dwar kull lott fornut jew irċevut minnhom. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-oriġini, il-konsenjatur, id-destinatarju, il-post tad-destinazzjoni, in-numru individwali tas-serje, tal-ġimgħa jew tal-lott tal-passaport tal-pjanti u l-identità u l-kwantità tal-lott ikkonċernat.

5.  Korp uffiċjali responsabbli li jirċievi informazzjoni skont il-paragrafu 4 għandu jinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih tal-post ta' destinazzjoni tal-lott ikkonċernat.

6.  L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Kummissjoni.

Artikolu 11

Kontrolli uffiċjali fuq il-movimenti ta' pjanti speċifikati

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali regolari fuq pjanti speċifikati li jkunu qed jiċċaqalqu 'l barra minn żona demarkata, jew minn żona infettata lejn żona ta' lqugħ.

Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-inqas fi:

(a) il-punti fejn il-pjanti speċifikati jiġu mċaqalqa minn żoni infettati għal żoni ta' lqugħ;

(b) il-punti fejn il-pjanti speċifikati jiġu mċaqalqa minn żoni ta' lqugħ għal żoni mhux demarkati;

(c) il-post tad-destinazzjoni tal-pjanti speċifikati fiż-żona ta' lqugħ;

(d) il-post tad-destinazzjoni fiż-żoni mhux demarkati.

2.  Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu kontroll dokumentarju u kontroll ta' identità tal-pjanti speċifikati.

Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu irrispettivament mill-post fejn qegħdin il-pjanti speċifikati, is-sjieda jew il-persuna jew l-entità responsabbli għalihom.

3.  L-intensità tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jissejsu fuq ir-riskju li l-pjanti jġorru l-organiżmu speċifikat jew il-vetturi magħrufa jew potenzjali, filwaqt li jiqtiesu l-provenjenza tal-lottijiet, il-grad ta' suxxettibbiltà tal-pjanti, u l-konformità minn operatur professjonist responsabbli għall-moviment b'din id-Deċiżjoni u ma' kull miżura oħra meħuda biex jiġi kkontrollat jew jinqered l-organiżmu speċifikat.

Artikolu 12

Lista ta' siti awtorizzati

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw lista tas-siti kollha awtorizzati skont l-Artikolu 9(2).

L-Istati Membri għandhom jissottomettu dik il-lista lill-Kummissjoni.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u taġġorna lista tas-siti kollha awtorizzati fl-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista lil kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 13

Miżuri fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 9

Fejn il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 11(2) juru li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl- Artikolu 9 ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru li jkun wettaq dawk il-kontrolli għandu minnufih jeqred il-pjanta mhux konformi in situ jew f'post fil-qrib. Dik l-azzjoni għandha titwettaq bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat, u kwalunkwe vettur li ġġorr dik il-pjanta, matul u wara t-tneħħija.

▼M1

Artikolu 13a

Kampanji ta' sensibilizzazzjoni

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, tal-vjaġġaturi, tal-operaturi tat-trasport internazzjonali u professjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament, f'forma ta' kampanji informattivi mmirati fuq il-websajts rispettivi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew fuq websajts oħra magħżula minn dawn il-korpi.

▼B

Artikolu 14

Rappurtar dwar il-miżuri

L-Istati Membri għandhom sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra:

(a) rapport dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikoli 3, 4, 6, 7, 8 u 11 u dwar ir-riżultati ta' dawk il-miżuri;

(b) pjan dwar il-miżuri, inkluż iż-żmien skedat ta' kull miżura, li għandhom jittieħdu skont l-Artikoli 3, 4, 6, 7, 8 u 11 matul is-sena ta' wara.

F'każ li l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li japplika miżuri ta' trażżin skont l-Artikolu 7, dan għandu minnufih jikkomunika lill-Kummissjoni r-raġunijiet li japplikaw miżuri ta' trażżin, u l-miżuri meħuda jew maħsuba li jittieħdu.

Fejn ikun ġustifikat mill-iżvilupp tar-riskju fitosanitarju rispettiv, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-miżuri rispettivi u għaldaqstant jiġi aġġornat il-pjan imsemmi fil-punt (b). Għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-aġġornament tal-pjan.

Artikolu 15

Projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, ta' Coffea li joriġinaw fil-Costa Rica jew il-Honduras

Għandha tkun ipprojbita l-introduzzjoni ta' pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, ta' Coffea li joriġinaw fil-Costa Rica jew il-Honduras

Pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, ta' Coffea li joriġinaw fil-Costa Rica jew il-Honduras li ġew introdotti fl-Unjoni qabel l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandhom biss jiġu ttrasportati fl-Unjoni minn operaturi professjonisti wara li jkunu infurmaw lill-korp uffiċjali responsabbli.

Artikolu 16

Introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti

Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat mhuwiex preżenti jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun għarrfet bil-miktub lill-Kummissjoni li l-organiżmu speċifikat mhuwiex preżenti fil-pajjiż;

(b) il-pjanti speċifikati jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, li jiddikjara taħt ir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali” li l-organiżmu speċifikat ma jkunx preżenti fil-pajjiż;

(c) malli jidħlu fl-Unjoni, il-pjanti speċifikati għandhom jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont l-Artikolu 18(2) u ma jkunu nstabu la l-preżenza u lanqas sintomi tal-organiżmu speċifikat.

▼M3

Il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb għandhom jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu tkabbru f'sit li huwa soġġett għal spezzjoni uffiċjali annwali, bit-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar li jitwettqu fiż-żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat u f'konformità mal-istandards internazzjonali, li jikkonfermaw l-assenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, il-livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 5 %, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.

▼B

Artikolu 17

Introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti

1.  Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat mhuwiex preżenti jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu (13)(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE;

(b) ikunu konformi mal-paragrafu 2 jew mal-paragrafi 3 u 4;

(c) malli jidħlu fl-Unjoni, ikunu ġew spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont l-Artikolu 18 u ma jkunu nstabu la l-preżenza u lanqas sintomi tal-organiżmu speċifikat.

2.  Meta pjanti speċifikati joriġinaw minn żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat, kif stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali kkonċernata għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun għarrfet bil-miktub lill-Kummissjoni l-isem ta' dik iż-żona.

(b) l-isem ta' dik iż-żona jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika “post tal-oriġini”.

3.   ►M2  Meta l-pjanti speċifikati li ma jkunux tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni, joriġinaw f'żona li fiha jkun magħruf li huwa preżenti l-organiżmu speċifikat, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jiddikjara taħt ir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali” li: ◄

(a) il-pjanti speċifikati jkunu ġew prodotti f'sit wieħed jew aktar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4;

(b) l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun għarrfet bil-miktub il-lista ta' dawk is-siti, inkluż fejn jinsabu fil-pajjiż;

(c) jiġu applikati fis-sit u ż-żona tagħha trattamenti fitosanitarji kontra l-vetturi tal-organiżmu speċifikat imsemmi fil-paragrafu 4(c);

(d) kampjuni rappreżentattivi ta' kull speċi ta' pjanti speċifikati minn kull sit ikunu ġew soġġetti għal ittestjar annwali, fl-aktar żmien xieraq, u n-nuqqas tal-organiżmu speċifikat ikun ġie kkonfermat abbażi ta' testijiet imwettqa skont il-metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment;

(e) il-pjanti speċifikati jkunu ġew trasportati f'kontenituri jew pakketti magħluqa, biex jiġi żgurat li ma sseħħ ebda infezzjoni mal-organiżmu speċifikat jew minn kwalunkwe mill-vetturi magħrufa tiegħu;

(f) kemm prattikament jista' jkun qrib iż-żmien tal-esportazzjoni, il-lottijiet tal-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għal spezzjoni viżiva uffiċjali, teħid ta' kampjuni u ttestjar molekulari mwettaq skont metodi ta' ttestjar validati internazzjonalment, li jikkonfermaw in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 % livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 1 % jew ogħla u mmirata b'mod speċifiku fuq pjanti li juru sintomi tal-organiżmu speċifikat;

(g) minnufih qabel l-esportazzjoni, il-lottijiet ta' pjanti speċifikati jkunu ġew suġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra kwalunkwe vettur tal-organiżmu speċifikat.

Barra minn hekk, iċ-ċertifikat fitosanitarju msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jindika taħt ir-rubrika “Post tal-oriġini” l-identifikazzjoni tas-sit imsemmi fil-punt (a).

▼M2

3a.  Fejn il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni kollu joriġinaw minn żona fejn hu magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jiddikjara taħt ir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali” li:

(a) il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f'sit wieħed jew aktar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4a;

(b) l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun bagħtet il-lista bil-miktub lill-Kummissjoni, ta' dawk is-siti u fejn jinsabu fil-pajjiż;

(c) il-pjanti speċifikati jkunu nġarru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili li jipprekludu l-possibbiltà li jiġu infettati mill-organiżmu speċifikat permezz tal-vetturi.

(d) il-pjanti speċifikati jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) ikunu tkabbru miż-żerriegħa;

(ii) ikunu ġew ippropagati, f'kundizzjonijiet sterili, minn pjanti ġenituri li jkunu għexu tul ħajjithom f'żona li tkun ħielsa mill-organiżmu speċifikat u li meta ġew ittestjati nstab li kienu ħielsa mill-organiżmu speċifikat;

(iii) ikunu ġew ippropagati, f'kundizzjonijiet sterili, minn pjanti ġenituri li jkunu tkabbru f'sit li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 u li meta ġew ittestjati nstab li kienu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

Barra minn hekk, iċ-ċertifikat fitosanitarju msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jindika taħt ir-rubrika “post tal-oriġini” s-sit imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

▼B

4.  Is-sit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikun stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti bħala ħieles mill-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji;

(b) ikun protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu;

▼M3

(c) ikun imdawwar minn żona b'wisa' ta' 100 metru li tkun ġiet soġġetta għal spezzjonijiet uffiċjali darbtejn fis-sena u fejn il-pjanti kollha li nstabu li huma infettati mill-organiżmu speċifikat jew li għandhom sintomi, ikunu tneħħew minnufih u qabel dik it-tneħħija jkunu ġew applikati trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-vetturi tal-organiżmu speċifikat;

(d) fi żminijiet xierqa matul is-sena, ikun soġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa biex jinżamm ħieles mill-vetturi tal-organiżmu speċifikat; dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu, kif xieraq, it-tneħħija tal-pjanti;

(e) ikun soġġett, kull sena, flimkien maż-żona msemmija fil-punt (c), għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur;

▼B

(f) matul iż-żmien kollu tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati, ma jkunu nstabu fis-sit la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas tal-vetturi tiegħu jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, l-ittestjar ikun twettaq u jkun ġie kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat;

(g) matul iż-żmien tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati, ma jkunux instabu fiż-żona msemmija fil-punt (c) sintomi tal-organiżmu speċifikat jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, l-ittestjar ikun twettaq u jkun ġie kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat;

▼M2

4a.  Is-sit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ikun stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti bħala ħieles mill-organiżmu speċifikat u l-vetturi tiegħu, skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji;

(b) ikun protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat permezz tal-vetturi tiegħu;

(c) kull sena jkun suġġett għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fiż-żmienijiet rilevanti;

(d) tul iż-żmien kollu tal-produzzjoni tal-pjanti speċifikati, ma jkunu nstabu fis-sit la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas il-vetturi tiegħu jew, jekk ikunu ġew osservati sintomi suspetti, l-ittestjar ikun twettaq u jkun ġie kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat.

▼B

Artikolu 18

Kontrolli uffiċjali waqt l-introduzzjoni fl-Unjoni

1.  Il-kunsinni kollha ta' pjanti speċifikati introdotti fl-Unjoni minn pajjiż terz għandhom jiġu ċċekkjati uffiċjalment fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 1 tad- Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE ( 12 ), u, kif applikabbli, skont il-paragrafi 2 jew 3, u l-paragrafu 4.

▼M2

2.  Fil-każ ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ma jkunx preżenti l-organiżmu speċifikat jew f'żona msemmija fl-Artikolu 17(2), il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq il-kontrolli li ġejjin:

(a) spezzjoni viżwali; u

(b) fil-każ ta' suspett tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet fuq il-lott ta' pjanti speċifikati biex jiġi kkonfermat li hemm ma jeżistix l-organiżmu speċifikat jew is-sintomi tiegħu.

3.  Fil-każ ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn żona fejn hu magħruf li hemm l-organiżmu speċifikat, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq il-kontrolli li ġejjin:

(a) spezzjoni viżwali; u

(b) jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet fuq il-lott ta' pjanti speċifikati biex jiġi kkonfermat in-nuqqas tal-organiżmu speċifikat jew tas-sintomi tiegħu.

4.  Il-kampjuni msemmija fil-paragrafi 2(b) u 3(b) għandhom ikunu ta' daqs li jippermetti li jiġi identifikat b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' pjanti infettati ta' 1 % jew ogħla, b'kunsiderazzjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 31.

L-ewwel sottoparagrafu ma japplikax għal pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni u li jkunu nġarru f'kontenituri trasparenti f'kundizzjonijiet sterili.

▼B

Artikolu 19

Konformità

L-Istati Membri għandhom jirrevokaw jew jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw sabiex jipproteġu lilhom infushom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-organiżmu speċifikat sabiex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 20

Tħassir

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/497/UE titħassar.

Artikolu 21

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Lista ta' pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għall-iżolati Ewropej u mhux Ewropej tal-orġaniżmu speċifikat (“pjanti speċifikati”)

▼M3

Acacia dealbata Link

▼B

Acacia longifolia (Andrews) Willd.

Acacia saligna (Labill.) H. L. Wendl.

Acer

Aesculus

Agrostis gigantea Roth

Albizia julibrissin Durazz.

Alnus rhombifolia Nutt.

Alternanthera tenella Colla

Amaranthus blitoides S. Watson

▼M2

Ambrosia

▼M2 —————

▼B

Ampelopsis arborea (L.) Koehne

Ampelopsis cordata Michx.

▼M3

Anthyllis hermanniae L.

▼M2

Artemisia arborescens L.

▼B

Artemisia douglasiana Hook.

Artemisia vulgaris var. heterophylla (H.M. Hall & Clements) Jepson

▼M1

Asparagus acutifolius L.

▼B

Avena fatua L.

Baccharis halimifolia L.

Baccharis pilularis DC.

Baccharis salicifolia (Ruiz & Pav.)

Bidens pilosa L.

Brachiaria decumbens (Stapf)

Brachiaria plantaginea (Link) Hitchc.

Brassica

Bromus diandrus Roth

▼M3

Calicotome villosa (Poiret) Link

▼B

Callicarpa americana L.

Capsella bursa-pastoris (L.) Medik.

Carex

Carya illinoinensis (Wangenh.) K. Koch

Cassia tora (L.) Roxb.

Catharanthus

Celastrus orbiculata Thunb.

Celtis occidentalis L.

Cenchrus echinatus L.

Cercis canadensis L.

Cercis occidentalis Torr.

▼M3

Cercis siliquastrum L.

▼B

Chamaecrista fasciculata (Michx.) Greene

▼M3

Chenopodium album L.

▼B

Chenopodium quinoa Willd.

Chionanthus

▼M3

Chitalpa tashkentensis T. S. Elias & Wisura

▼M3 —————

▼M1

Cistus creticus L.

Cistus monspeliensis L.

Cistus salviifolius L.

▼B

Citrus

Coelorachis cylindrica (Michx.) Nash

Coffea

Commelina benghalensis L.

Conium maculatum L.

Convolvulus arvensis L.

Conyza canadensis (L.) Cronquist

▼M2

Coprosma repens A. Rich.

▼B

Cornus florida L.

▼M2

Coronilla valentina L.

▼B

Coronopus didymus (L.) Sm.

Cynodon dactylon (L.) Pers.

Cyperus eragrostis Lam.

Cyperus esculentus L.

Cytisus scoparius (L.) Link

▼M3

Cytisus villosus Pourr.

▼B

Datura wrightii Regel

Digitaria horizontalis Willd.

Digitaria insularis (L.) Ekman

Digitaria sanguinalis (L.) Scop.

Disphania ambrosioides (L.) Mosyakin & Clemants

▼M1

Dodonaea viscosa Jacq.

▼B

Duranta erecta L.

Echinochloa crus-galli (L.) P. Beauv.

Encelia farinosa A. Gray ex Torr.

▼M3

Eremophila maculata F. Muell.

Erigeron bonariensis L.

Erigeron sumatrensis Retz.

▼B

Eriochloa contracta Hitchc.

Erodium

▼M3

Erysimum

▼B

Escallonia montevidensis Link & Otto

Eucalyptus camaldulensis Dehnh.

Eucalyptus globulus Labill.

Eugenia myrtifolia Sims

Euphorbia hirta L.

▼M1

Euphorbia terracina L.

▼M2

Fagopyrum esculentum Moench

▼B

Fagus crenata Blume

Ficus carica L.

Fragaria vesca L.

▼M3

Fraxinus

▼M3 —————

▼B

Fuchsia magellanica Lam.

▼M3

Genista corsica (Loisel.) DC.

▼M1

Genista ephedroides DC.

▼B

Genista monspessulana (L.) L. A. S. Johnson

▼M2

Genista x spachiana (syn. Cytisus racemosus Broom)

▼B

Geranium dissectum L.

Ginkgo biloba L.

Gleditsia triacanthos L.

▼M1

Grevillea juniperina L.

Hebe

▼B

Hedera helix L.

Helianthus annuus L.

▼M3

Helichrysum italicum (Roth) G. Don

Heliotropium europaeum L.

▼B

Hemerocallis

Heteromeles arbutifolia (Lindl.) M. Roem.

Hibiscus schizopetalus (Masters) J.D. Hooker

Hibiscus syriacus L.

Hordeum murinum L.

Hydrangea paniculata Siebold

Ilex vomitoria Sol. ex Aiton

Ipomoea purpurea (L.) Roth

Iva annua L.

Jacaranda mimosifolia D. Don

Juglans

Juniperus ashei J. Buchholz

Koelreuteria bipinnata Franch.

Lactuca serriola L.

Lagerstroemia indica L.

▼M1

Laurus nobilis L.

▼M3

Lavandula × allardi (syn. Lavandula × heterophylla)

▼M1

Lavandula angustifolia Mill.

▼B

Lavandula dentata L.

▼M3

Lavandula × intermedia

▼M2

Lavandula stoechas L.

▼B

Ligustrum lucidum L.

Lippia nodiflora (L.) Greene

Liquidambar styraciflua L.

Liriodendron tulipifera L.

Lolium perenne L.

Lonicera japonica (L.) Thunb.

Ludwigia grandiflora (Michx.) Greuter & Burdet

Lupinus aridorum McFarlin ex Beckner

Lupinus villosus Willd.

Magnolia grandiflora L.

Malva

Marrubium vulgare L.

Medicago polymorpha L.

Medicago sativa L.

Melilotus

Melissa officinalis L.

Metrosideros

▼M3 —————

▼B

Modiola caroliniana (L.) G. Don

Montia linearis (Hook.) Greene

Morus

▼M1

Myoporum insulare R. Br.

▼B

Myrtus communis L.

Nandina domestica Murray

Neptunia lutea (Leavenw.) Benth.

Nerium oleander L.

Nicotiana glauca Graham

Olea europaea L.

Origanum majorana L.

▼M2

Parthenocissus quinquefolia (L.) Planch.

▼B

Paspalum dilatatum Poir.

▼M3

Pelargonium

▼M3 —————

▼B

Persea americana Mill.

▼M3

Phagnalon saxatile (L.) Cass.

Phillyrea latifolia L.

▼B

Phoenix reclinata Jacq.

Phoenix roebelenii O'Brien

Pinus taeda L.

Pistacia vera L.

Plantago lanceolata L.

Platanus

Pluchea odorata (L.) Cass.

Poa annua L.

Polygala myrtifolia L.

▼M2

Polygala x grandiflora nana

▼B

Polygonum arenastrum Boreau

Polygonum lapathifolium (L.) Delarbre

Polygonum persicaria Gray

Populus fremontii S. Watson

Portulaca

Prunus

Pyrus pyrifolia (Burm. f.) Nakai

Quercus

Ranunculus repens L.

Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.

Rhamnus alaternus L.

▼M2

Rhus

▼M2 —————

▼B

Rosa californica Cham. & Schldl.

▼M3

Rosa canina L.

▼M2

Rosa x floribunda

▼B

Rosmarinus officinalis L.

Rubus

Rumex crispus L.

Salix

Salsola tragus L.

▼M2

Salvia apiana Jeps.

▼B

Salvia mellifera Greene

Sambucus

Sapindus saponaria L.

Schinus molle L.

Senecio vulgaris L.

Setaria magna Griseb.

Silybum marianum (L.) Gaertn.

Simmondsia chinensis (Link) C. K. Schneid.

Sisymbrium irio L.

Solanum americanum Mill.

Solanum elaeagnifolium Cav.

▼M2

Solanum lycopersicum L.

Solanum melongena L.

Solidago fistulosa Mill.

▼B

Solidago virgaurea L.

Sonchus

Sorghum

Spartium junceum L.

Spermacoce latifolia Aubl.

Stellaria media (L.) Vill.

▼M3

Streptocarpus

▼B

Tillandsia usneoides (L.) L.

Toxicodendron diversilobum (Torr. & A. Gray) Greene

Trifolium repens L.

▼M2

Ulmus

▼M2 —————

▼B

Umbellularia californica (Hook. & Arn.) Nutt.

Urtica dioica L.

Urtica urens L.

Vaccinium

Verbena litoralis Kunth

Veronica

Vicia faba L.

▼M2

Vicia sativa L.

▼B

Vinca

Vitis

Westringia fruticosa (Willd.) Druce

▼M1

Westringia glabra L.

▼B

Xanthium spinosum L.

Xanthium strumarium L.

▼M1 —————

▼M3




ANNESS II

Żoni infettati kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) li huma żoni tat-trażżin fit-tifsira tal-Artikolu 7(1)

▼M4

PARTI A

Iż-żona infettata fl-Italja

Iż-żona infettata tal-Italja tinkludi ż-żoni li ġejjin:

1. Il-provinċja ta' Lecce

2. Il-provinċja ta' Brindisi

3. Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta' Taranto:

Avetrana

Carosino

Crispiano

Faggiano

Fragagnano

Grottaglie

Leporano

Lizzano

Manduria

Martina Franca

Maruggio

Monteiasi

Montemesola

Monteparano

Pulsano

Roccaforzata

San Giorgio Ionico

San Marzano di San Giuseppe

Sava

Statte

Taranto

Torricella

4. Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta' Bari:

Locorotondo

▼M3

PARTI B

Iż-żona infettata fi Franza

Iż-żona infettata fi Franza tinkludi ż-żona li ġejja:

Ir-reġjun ta' Korsika

PARTI C

Iż-żona infettata fi Spanja

Iż-żona infettata fi Spanja tinkludi ż-żona li ġejja:

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi

▼M3




ANNESS III

Varjetajiet ta' pjanti speċifikati li mhumiex suxxettibbli għar-razza rispettiva tas-subspeċi tal-organiżmu speċifikat, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1)



Varjetajiet

Speċjijiet ta' varjetajiet

Subspeċijiet tal-organiżmu speċifikat

Cabernet sauvignon

Vitis vinifera L.

Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53

Negroamaro

Vitis vinifera L.

Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53

Primitivo

Vitis vinifera L.

Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53



( 1 ) “Guidelines for the survey of Xylella fastidiosa (Wells et al.) in the Union territory” http://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/ph_biosec_legis_guidelines_xylella-survey.pdf

( 2 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE tal-15 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tan-notifika tal-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara u ta' miżuri li ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu mill-Istati Membri (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 59).

( 3 ) Methodologies for sampling of consignments — Reference Standard ISPM No 31 by the Secretariat of the International Plant Protection Convention, Rome. Ippubblikat fl-2008.

( 4 ) Guidelines for pest eradication programmes — Reference Standard ISPM No 9 by the Secretariat of the International Plant Protection Convention, Rome. Ippubblikat fil-15 ta' Diċembru 2011.

( 5 ) The use of integrated measures in a systems approach for pest risk management — Reference Standard ISPM No 14 by the Secretariat of the International Plant Protection Convention, Rome. Ippubblikat fit-8 ta' Jannar 2014.

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta' pjanti, prodotti ta' pjanti u oġġetti oħra huma soġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom (ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38).

( 7 ) L-EPPO (l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti), 2012. It-trattament bil-misħun tad-dwieli għall-kontroll tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée. Bulletin OEPP/EPPO Bulletin, 42(3), 490–492.

( 8 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).

( 9 ) Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta' Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali (ĠU L 298, 16.10.2014, p. 22).

( 10 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).

( 11 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/167 tat-30 ta' Jannar 2017 li temporanjament tawtorizza lill-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lil Franza u lil Spanja biex jiċċertifikaw il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku ta' speċijiet speċifiċi ta' pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE, li jkunu prodotti f'għalqa f'kundizzjonijiet fejn ma jkunux protetti mill-insetti (ĠU L 27, 1.2.2017, p. 143).

( 12 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).