02015D0750 — MT — 30.04.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M1  ID-DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/750

tat-8 ta' Mejju 2015

dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni ◄

(notifikata bid-dokument C(2015) 3061)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 119 12.5.2015, p. 27)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/661 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-26 ta' April 2018

  L 110

127

30.4.2018




▼B

▼M1

ID-DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/750

tat-8 ta' Mejju 2015

dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni

▼B

(notifikata bid-dokument C(2015) 3061)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



▼M1

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jallokaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni, fuq bażi mhux esklussiva, il-banda ta' frekwenzi 1 452 -1 492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, skont il-parametri mogħtija fl-Anness sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.

▼M1

2.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2018, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli, fuq bażi mhux esklussiva, il-baned tal-frekwenzi 1 427 -1 452 MHz u 1 492 -1 517 MHz, jew porzjon tagħhom, għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, b'konformità mal-parametri stabbiliti fl-Anness.

3.  Jekk dawn jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli biss porzjon tal-baned tal-frekwenzi 1 427 -1 452 MHz jew 1 492 -1 517 MHz skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri:

(a) għandhom jiżguraw li kull użu eżistenti jibqa' jsir sa fejn strettament meħtieġ, u bil-għan li progressivament dawn il-baned tal-frekwenzi jsiru disponibbli għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili;

(b) għandhom jiżguraw li primarjament dan il-porzjon tal-ispettru flimkien mal-banda tal-frekwenzi 1 452 -1 492  MHz ikunu jikkostitwixxu banda tal-frekwenzi kontigwi;

(c) jistgħu jippermettu, sal-1 ta' Jannar 2023, u aktar wara jekk ma tiġi identifikata l-ebda domanda nazzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili skont l-Artikoli 3 u 6 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, l-użu ta' parti minn dawn il-baned għall-operazzjoni kontinwa tas-servizzi mingħajr fili terrestri fissi eżistenti jew ta' użi oħra eżistenti, li ma jistgħux jaqsmu l-użu ta' dawn il-baned tal-frekwenzi ma' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili.

▼M1

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi terrestri msemmija f'dan l-Artikolu jagħtu l-protezzjoni xierqa lis-sistemi fil-baned ta' biswit.

5.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-arranġamenti għall-koordinazzjoni transfruntiera ħalli jkunu jistgħu jitħaddmu s-sistemi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, b'mod li jqisu l-proċeduri regolatorji eżistenti u d-drittijiet, u l-arranġamenti internazzjonali eżistenti.

Artikolu 2a

L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 fuq bażi biennali ħalli tkun żgurata disponibbiltà massima tal-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili.

▼B

Artikolu 3

L-Istati Membri ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligazzjonijiet taħt l-Artikolu 2 f'żoni ġeografiċi fejn il-koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi tirrikjedihom jiddevjaw mill-parametri fl-Anness. Huma għandu jkollhom l-għan li jitnaqqas kemm jista' jkun it-tul ta' żmien u l-ambitu ġeografiku ta' din id-devjazzjoni.

▼M1

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-użu tal-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni meta jintalbu jew b'inizjattiva tagħhom stess ħalli tkun tista' ssir reviżjoni f'waqtha ta' din id-Deċiżjoni, meta jkun meħtieġ.

▼M1

Artikolu 4a

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, inkluż il-firxa tad-disponibbiltà tal-baned tal-frekwenzi 1 427 -1 452 MHz u 1 492 -1 517 MHz, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2018.

▼B

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS

IL-PARAMETRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1) u2(2)

A.   IL-PARAMETRI ĠENERALI

1. Il-mod tal-operazzjoni fi ħdan il-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz għandu jkun limitat għal trażmissjoni mill-istazzjon bażi (downlink biss).

2. Id-daqs tal-blokok fi ħdan il-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz għandu jiġi assenjati f'multipli ta' 5 MHz. Il-limitu t'isfel tal-frekwenza ta' blokk allokata għandu jiġi allinjat ma' multipli ta' 5 MHz jew maqsum bi spazji ta' multipli ta' 5 MHz, mit-tarf t'isfel tal-banda ta' 1 427 MHz.

3. It-trażmissjoni mill-istazzjon bażi għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi (Block Edge Mask) stabbiliti f'dan l-Anness.

B.   IL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET BAŻI — BLOCK EDGE MASK

Dawn il-parametri tekniċi li ġejjin għall-istazzjonijiet bażi, imsejħin “block edge mask” (BEM), għandhom jintużaw biex tkun żgurata l-koeżistenza bejn in-netwerks biswit xulxin, meta ma jkunx hemm ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-operaturi ta' dawn in-netwerks biswit xulxin. Jistgħu jintużaw ukoll parametri tekniċi inqas stretti, jekk jiġu miftiehma bejn l-operaturi u l-amministrazzjonijiet ikkonċernati, diment li dawn il-parametri jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli għall-protezzjoni ta' servizzi jew applikazzjonijiet oħra, inkluż fil-baned ta' biswit jew soġġetti għal obbligi transfruntieri.

Il-BEM hi maskra tal-emissjoni li hi definita bħala funzjoni tal-frekwenza, fir-rigward tat-tarf ta' blokk ta' spettru li operatur ingħata d-drittijet tal-użu tiegħu. Din fiha limitu tal-potenza intern fil-blokk u limiti tal-potenza estern mill-blokk. Il-limitu tal-potenza intern fil-blokk jiġi applikat għal blokk li jkun il-proprjetà ta' operatur. Il-limiti tal-potenza esterni mill-blokk jiġu applikati għall-ispettru li jintuża għad-WBB ECS fi ħdan il-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz li hi esterna minn blokk mogħti lil operatur. Dawn huma stabbiliti fit-Tabella 2. Il-limiti tal-potenza esterni mill-blokk jiġu applikati għall-ispettru 'l barra mill-porzjon tal-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz, li jintuża għad-WBB ECS fil-livell nazzjonali.

Minbarra dan, il-koeżistenza tal-limiti tal-potenza huma definiti għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili (WBB ECS) fi ħdan il-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz biex tkun żgurata l-kompatibbiltà bejn dawn is-servizzi u servizzi jew applikazzjonijiet oħra tar-radju, inkluż meta porzjon tal-baned 1 427 -1 452 MHz u 1 492 -1 517 MHz ma jkunx deżinjat għad-WBB ECS. Il-koeżistenza tal-limiti tal-potenza fejn jidħlu s-servizzi jew l-applikazzjonijiet fil-baned ta' biswit (jiġifieri 'l barra mill-ispettru li jintuża għad-WBB ECS) huma stabbiliti fit-Tabella 3, 4, u 5 u jipprovdu wkoll ċerta flessibbiltà nazzjonali fl-assenjar tal-ispettru għad-WBB ECS fi ħdan il-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz skont din id-Deċiżjoni.

Fil-livell nazzjonali jistgħu jiġu applikati miżuri tekniċi jew proċedurali addizzjonali ( 1 ), jew it-tnejn li huma, biex tkun żgurata l-koeżistenza ma' servizzi u applikazzjonijiet fil-baned ta' biswit.

Ir-rekwiżiti fil-blokk

Limitu tal-potenza rradjata isotropikament ekwivalenti (EIRP) intern fil-blokk għall-istazzjonijiet bażi mhix obbligatorju għajr għall-blokk tal-frekwenzi 1 512 -1 517 MHz, li għalih dan il-limitu ngħata fit-Tabella 1. Għall-blokki tal-frekwenzi għajr il-blokka tal-frekwenzi 1 512 -1 517 MHz, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu tal-EIRP li ma jaqbiżx it-68 dBm/5MHz u li jista' jiżdied għal skjeramenti speċifiċi, pereżempju għall-użu aggregat tal-ispettru fi ħdan il-banda 1 427 -1 512 MHz u l-ispettru f'baned tal-frekwenzi aktar baxxi.



Tabella 1

L-EIRP massima interna fil-blokk għal kull ċellola (1) għall-operazzjonijiet tad-WBB ECS tal-istazzjonijiet bażi fil-banda 1 512 -1 517 MHz

Blokk tal-frekwenzi

L-EIRP massima interna fil-blokk

Il-wisa' tal-banda tal-kejl

1 512 -1 517 MHz

58 dBm

5 MHz

(1)   F'sit multisettorjali, il-valur għal kull “ċellola” jikkorrispondi għall-valur għal wieħed mis-setturi.

Nota ta' spjegazzjoni għat-Tabella 1

Dawn ir-rekwiżiti huma maħsuba biex jiżguraw il-kompatibbiltà bejn id-WBB ECS li joperaw fil-blokk tal-frekwenzi 1 512 -1 517 MHz u s-servizzi mobbli bis-satellita li joperaw fil-banda tal-frekwenzi 1 518 -1 525 MHz.

Ir-rekwiżiti esterni mill-blokk



Tabella 2

Il-limiti tal-EIRP esterni mill-blokk tal-istazzjon bażi tal-BEM għal kull antennaa fi ħdan il-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 517 MHz

Il-medda tal-frekwenzi tal-emissjonijiet esterni mill-blokk

L-EIRP medja massima esterna mill-blokk

Il-wisa' tal-banda tal-kejl

– 10 sa – 5 MHz mit-tarf t'isfel tal-blokk

11 dBm

5 MHz

– 5 sa 0 MHz mit-tarf t'isfel tal-blokk

16,3 dBm

5 MHz

0 sa + 5 MHz mit-tarf ta' fuq tal-blokk

16,3 dBm

5 MHz

+ 5 sa + 10 MHz mit-tarf ta' fuq tal-blokk

11 dBm

5 MHz

Frekwenzi fi ħdan il-banda 1 427 -1 517 MHz li huma spazjati aktar minn 10 MHz mit-tarf t'isfel jew ta' fuq tal-blokk

9 dBm

5 MHz

Ir-rekwiżiti tal-koeżistenza għall-baned ta' biswit



Tabella 3

Il-limiti tal-potenza ta' emissjonijiet mhux mixtieqa tal-istazzjon bażi fil-banda tal-frekwenzi 1 400 -1 427 MHz għall-istazzjonijiet bażi li joperaw fil-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 452 MHz

Il-medda tal-frekwenzi tal-emissjonijiet esterni mill-blokk

Il-livell tal-potenza massima ta' emissjonijiet mhux mixtieqa (1)

Il-wisa' tal-banda tal-kejl

1 400 -1 427 MHz

– 72 dBW

27 MHz

(1)   Hawnhekk, il-livell tal-potenza ta' emissjonijiet mhux mixtieqa jrid jinftiehem bħala l-livell imkejjel fil-port tal-antenna.

Nota ta' spjegazzjoni għat-Tabella 3

Dan ir-rekwiżit huwa maħsub biex jipproteġi s-servizzi ta' radjuastronomija u s-servizzi passivi tal-esplorazzjoni tad-dinja bis-satellita fil-banda tal-frekwenzi passiva 1 400 -1 427 MHz minn WBB ECS li joperaw fil-banda tal-frekwenzi 1 427 -1 452 MHz, anki meta porzjon biss minn din il-banda tal-frekwenzi jkun assenjat għad-WBB ECS. Jaf ikun hemm bżonn jittieħdu aktar miżuri nazzjonali biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-osservazzjonijiet tar-radjuastronomija fil-banda tal-frekwenzi passiva 1 400 -1 427 MHz min-naħa tad-WBB ECS.



Tabella 4

Il-limiti tal-EIRP esterni mill-banda tal-istazzjon bażi għal kull ċellola (1) fil-medda tal-frekwenzi 1 518 -1 559 MHz għall-istazzjonijiet bażi li joperaw fil-banda tal-frekwenzi 1 492 -1 517 MHz

Il-medda tal-frekwenzi tal-emissjonijiet esterni mill-banda

L-EIRP massima esterna mill-banda

Il-wisa' tal-banda tal-kejl

1 518 sa 1 520 MHz

– 0,8 dBm

1 MHz

1 520 sa 1 559 MHz

– 30 dBm

1 MHz

(1)   F'sit multisettorjali, il-valur għal kull “ċellola” jikkorrispondi għall-valur għal wieħed mis-setturi.

Nota ta' spjegazzjoni għat-Tabella 4

Dawn ir-rekwiżiti huma maħsuba biex jipprovdu protezzjoni xierqa tas-servizzi mobbli bis-satellita li joperaw fil-banda tal-frekwenzi 1 518 -1 559 MHz, b'mod partikolari f'portijiet marittimi, ajruporti u fi stazzjonijiet terrestri għat-tfittxija u s-salvataġġ li hemm fis-servizzi mobbli bis-satellita, mid-WBB ECS li joperaw fil-banda tal-frekwenzi 1 492 -1 517  MHz, anki meta porzjon biss minn din il-banda tal-frekwenzi jkun assenjat għad-WBB ECS. Jaf ikun hemm bżonn jittieħdu aktar miżuri nazzjonali biex tissaħħaħ il-protezzjoni tas-servizzi mobbli bis-satellita fil-banda tal-frekwenzi 1 518 -1 559 MHz.



Tabella 5

Il-limiti tal-EIRP esterni mill-banda tal-istazzjon bażi għal kull ċellola inqas minn 1 452  MHz u aktar minn 1 492  MHz għall-istazzjonijiet bażi li joperaw fil-banda tal-frekwenzi 1 452 -1 492  MHz

Il-medda tal-frekwenzi tal-emissjonijiet esterni mill-banda

L-EIRP medja massima esterna mill-banda

Il-wisa' tal-banda tal-kejl

Inqas minn 1 449 MHz

– 20 dBm

1 MHz

1 449 -1 452 MHz

14 dBm

3 MHz

1 492 -1 495 MHz

14 dBm

3 MHz

Aktar minn 1 495 MHz

– 20 dBm

1 MHz

Nota ta' spjegazzjoni għat-Tabella 5

Dawn ir-rekwiżiti huma applikabbli meta d-WBB ECS ma jiġux użati fi frekwenzi aktar baxxi minn 1 452 MHz u/jew ogħla minn 1 492 MHz. Dawn ir-rekwiżiti huma maħsuba biex jiżguraw il-kompatibbiltà ma' WBB ECS fi ħdan il-banda tal-frekwenzi 1 452 -1 492 MHz ma' konnessjonijiet fissi kkoordinati, servizzi mobbli u servizzi ajrunawtiċi tat-telemetrija limitati għal stazzjonijiet terrestri, skjerati f'baned tal-frekwenzi biswit li huma inqas minn 1 452 MHz jew iżjed minn 1 492 MHz.

Meta d-WBB ECS jiġu skjerati fi ħdan il-blokki immedjatament taħt 1 452 MHz, il-limiti indikati fit-Tabella 5 għall-frekwenzi inqas minn 1 452 MHz mhumiex applikabbli. Meta d-WBB ECS jiġu skjerati fi ħdan il-blokki immedjatament 'il fuq minn 1 492 MHz, il-limiti indikati fit-Tabella 5 għall-frekwenzi iżjed minn 1 492 MHz mhumiex applikabbli. Dan hu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti esterni mill-banda stabbiliti fit-Tabelli 3 u 4 u għar-rekwiżiti esterni mill-blokk stabbiliti fit-Tabella 2.



( 1 ) Pereżempju, wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin: il-koordinazzjoni tal-ippjanar tal-frekwenzi, il-koordinazzjoni tas-siti, limiti tal-potenza interni fil-banda aktar stretti għall-istazzjonijiet bażi, limiti tal-potenza rradjata isotropikament ekwivalenti (EIRP) esterni mill-banda aktar stretti għall-istazzjonijiet bażi minn dawk stipulati fit-Tabella 5.