2014R1014 — MT — 28.09.2014 — 000.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2014

tat-22 ta' Lulju 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta' sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(ĠU L 283 27.9.2014, p. 11)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 347, 3.12.2014, p.  46 (1014/2014)

►C2

Rettifika, ĠU L 260, 7.10.2015, p.  31 (1014/2014)




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2014

tat-22 ta' Lulju 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta' sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 107(1) flimkien mal-Artikolu 109(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jistipula l-istabbiliment ta' sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni bl-għan li titkejjel il-prestazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Dik is-sistema għandha tgħin b'mod partikolari biex jintwerew il-progress u l-kisbiet tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni; biex tiġi vvalutata l-effettività, l-effiċjenza u r-relevanza tal-operazzjonijiet tal-FEMS; biex tikkontribwixxi għal appoġġ immirat aħjar għall-Politika Komuni tas-Sajd u Politika Marittima Integrata tal-Unjoni; biex tappoġġa proċess ta' tagħlim komuni b'rabta mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; u biex tipprovdi evalwazzjonijiet sodi bbażati fuq l-operazzjonijiet tal-FEMS li jikkontribwixxu għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

(2)

Il-kontenut u l-kostruzzjoni tas-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom jiġu definiti biex ikun żgurat li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta' evalwazzjoni xierqa. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi determinata lista ta' indikaturi komuni biex jintużaw mill-Istati Membri biex id-dejta tkun tista' tiġi aggregata fil-livell tal-Unjoni u l-prestazzjoni tal-FEMS tkun tista' tiġi valutata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(3)

Skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 l-indikaturi komuni għandhom ikunu applikabbli għal kull programm u għandu jkollhom rabta mas-sitwazzjoni tal-bidu kif ukoll mal-eżekuzzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riżultati tal-programm. Dawn l-indikaturi komuni għandhom jintużaw ukoll għall-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(4)

L-indikaturi komuni għandhom ikunu konformi mal-indikaturi stabbiliti fil-prijoritajiet tal-programm fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), li jinkludu indikaturi b'rabta man-nefqa allokata, indikaturi tal-prestazzjoni b'rabta mal-operazzjonijiet appoġġati u indikaturi tar-riżultati b'rabta mal-prijorità inkwistjoni. Dawn għandhom jinkludu wkoll indikaturi tal-kuntest b'rabta mas-sitwazzjoni tal-bidu qabel l-implimentazzjoni tal-programm.

(5)

L-indikaturi msemmija fl-Artikolu 107(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 huma marbuta mal-impatt tal-programm fil-livell ta' kull Prijorità tal-Unjoni u mhumiex koperti b'dan ir-Regolament.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-kontenut u l-kostruzzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  Is-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandha tkun magħmula minn dawn l-elementi:

(a) loġika ta' intervent li turi l-interazzjonijiet bejn il-prijoritajiet, l-oqsma ta' attenzjoni iffukata u l-miżuri kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(a) u l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(b) il-ġabra ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(c) id-dejta kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar, kif stipulat fl-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(d) ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, kif stipulat fl-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(e) il-pjan ta' evalwazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(f) l-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u l-evalwazzjonijiet l-oħra kollha marbuta mal-programmi tal-FEMS, kif stipulat fl-Artikoli 115, 116 u 117 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikoli 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(g) l-eżami tal-prestazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2.  Meta tkun qed tapplika l-Artikolu 97(1)(a) u l-Artikoli 114 sa 117 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, flimkien mal-Artikoli 21(1), 50, 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali għandha tuża l-lista ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 fl-elementi differenti tas-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

Artikolu 2

Lista ta' Indikaturi Komuni

Il-lista ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

INDIKATURI KOMUNI LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIS-SISTEMA KOMUNI TA' MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

I.   INDIKATURI TAL-KUNTEST ( 3 )

Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien

1. Il-flotta tas-sajd

(a) l-għadd ta' bastimenti

(b) kW

(c) GT

2. Il-valur miżjud gross għal kull impjegat ekwivalenti ta' ingaġġ full-time (FTE) ( 4 ) (elf euro għal kull impjegat FTE)

3. Profitt nett (elf euro)

4. Ir-redditu fuq l-investiment ta' assi tanġibbli fissi ( 5 ) ( %)

5. Indikaturi tas-sostenibbiltà bijoloġika ( 6 )

(a) indikatur tal-qbid sostenibbli

(b) indikatur tal-istokk f'riskju

6. Effiċjenza tal-karburant ta' qabdiet tal-ħut (litri ta' karburant/tunnellata ta' qabda żbarkata)

7. Indikaturi tal-ekosistema kif definit għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 )

(a) Il-medda ta' qiegħ il-baħar milquta b'mod sinifikanti minn attivitajiet tal-bniedem għat-tipi differenti ta' sottostrati ( %) ( 8 )

(b) Rati ta' qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fis-sajd (qabda inċidentali għal kull unità ta' sforz) ( 9 )

8. Għadd ta' impjegati (FTE)

(a) Għadd ta' impjegati (FTE) inklużi maskili u femminili

(b) Għadd ta' impjegati (FTE) femminili

9. L-inċidenza ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol

(a) L-għadd ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol

(b) % imqabbel mat-total ta' sajjieda

10. Kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) ( 10 )

(a) Kopertura ta' żoni Natura 2000 magħżula skont id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (km2)

(b) Kopertura ta' miżuri ta' protezzjoni spazjali oħra skont l-Art. 13.4 tad-Direttiva 2008/56/KE (km2)

Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien

1. Volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura (tunnellati)

2. Valur tal-produzzjoni tal-akkwakultura (elf euro)

3. Profitt nett (elf euro)

4. Volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika (tunnellati)

5. Volum tal-produzzjoni tas-sistema ta' riċirkulazzjoni (tunnellati)

6. Għadd ta' impjegati (FTE)

(a) Għadd ta' impjegati (FTE) inklużi maskili u femminili

(b) Għadd ta' impjegati (FTE) femminili

Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS — (Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta)

A.    Miżuri ta' Kontroll

1. Ksur serju fl-iSM (għadd totali f'dawn l-aħħar 7 snin)

2. Żbarki li huma soġġetti għall-kontroll fiżiku ( %)

3. Riżorsi eżistenti disponibbli għall-kontroll

(a) Kontroll ta' bastimenti u inġenji tal-ajru disponibbli (għadd)

(b) Għadd ta' impjegati (FTE)

(c) Allokazzjoni baġitarja (evoluzzjoni l-aħħar 5 snin, elf euro)

(d) Bastimenti mgħammra b'ERS u/jew VMS (għadd)

B.    Miżuri għall-Ġbir tad-Dejta

L-eżekuzzjoni ta' sejħiet tad-dejta taħt id-DCF ( 11 ) ( %)

Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali

It-tul tal-kosta, il-passaġġi fuq l-ilma ewlenin u l-korpi tal-ilma ewlenin

(a) It-tul tal-kosta (km)

(b) It-tul tal-passaġġi fuq l-ilma ewlenin(km)

(c) It-tul tal-korpi tal-ilma ewlenin (km2)

Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs), l-assoċjazzjonijiet tal-POs, l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat (IBOs)

(a) Għadd ta' POs

(b) Għadd ta' assoċjazzjonijiet ta' POs

(c) Għadd ta' IBOs

(d) Għadd ta' produtturi jew operaturi għal kull PO

(e) Għadd ta' produtturi jew operaturi għal kull assoċjazzjoni ta' PO

(f) Għadd ta' produtturi jew operaturi għal kull IBO

(g) % ta' produtturi jew operaturi membri ta' PO

(h) % ta' produtturi jew operaturi membri ta' assoċjazzjoni ta' POs

(i) % ta' produtturi jew operaturi membri ta' IBO

2. Valur annwali ( 12 ) ta' fatturat ta' produzzjoni kummerċjalizzata tal-UE

(a) Valur annwali ta' fatturat ta' produzzjoni kummerċjalizzata tal-UE (elf euro)

(b) % ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (valur) minn POs

(c) % ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (valur) minn assoċjazzjoni ta' POs

(d) % ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (valur) minn IBOs

(e) % ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (volum) minn POs

(f) % ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (volum) minn assoċjazzjoni ta' POs

(g) % ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq (volum) minn IBOs

Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata

1. Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE) għas-sorveljanza tad-dominju tal-baħar tal-UE ( %).

2. Kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs)

(c) Kopertura ta' żoni Natura 2000 magħżula skont id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (km2)

(d) Kopertura ta' miżuri ta' protezzjoni spazjali oħra skont l-Art. 13.4 tad-Direttiva 2008/56/KE (km2)

II.   INDIKATURI TA' PRESTAZZJONI

▼C2

Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien (Għadd ta' operazzjonijiet) (*Indikaturi rilevanti wkoll għal operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet interni)

▼B

1. L-innovazzjoni, is-servizzi ta' konsulenza u sħubijiet ma' xjenzati *

2. Is-sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd *

3. Il-valur miżjud, il-kwalità, l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa u l-portijiet tas-sajd, is-siti tal-iżbark, is-swali tal-azzjoni u l-postijiet ta' kenn *

4. Il-miżuri ta' konservazzjoni, it-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u l-addattament tas-sajd għall-ħarsien tal-ispeċijiet *

5. Il-waqfien permanenti

6. Il-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi ( 13 ) *

7. L-effiċjenza enerġetika u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima *

8. Il-bdil jew l-immodernizzar tal-magni *

9. Il-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali, id-diversifikazzjoni u il-forom ġodda ta' introjtu, in-negozji li għadhom kemm jiftħu għas-sajjieda u s-saħħa/sikurezza*

10. Waqfien temporanju

11. Fondi mutwi

▼C2

Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien (Għadd ta' operazzjonijiet)

▼B

1. L-innovazzjoni, is-servizzi ta' konsulenza

2. L-investimenti produttivi fl-akkwakultura

3. Il-limitazzjoni tal-impatt tal-akkwakultura fuq l-ambjent (immaniġġjar ekoloġiku, skemi tal-awditjar, servizzi ambjentali tal-akkwakultura)

4. Iż-żieda fil-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u l-miżuri dwar is-saħħa pubblika u tal-annimali

5. Il-promozzjoni tal-kapital uman tal-akkwakultura b'mod ġenerali u ta' bdiewa ġodda fis-settur tal-akkwakultura

6. Assigurazzjoni fuq l-istokkijiet tal-akkwakultura

▼C2

Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS: Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta. (Għadd ta' operazzjonijiet)

▼B

1. L-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll, spezzjoni u infurzar

2. L-appoġġ għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta

▼C2

Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali (Għadd ta' operazzjonijiet, minbarra 1)

▼C1

1. Għadd ta' strateġiji lokali ta' żvilupp magħżula

▼B

2. Appoġġ preparatorju

3. Kooperazzjoni

▼C2

Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar (Għadd ta' operazzjonijiet, minbarra 1 u 4)

▼B

1. Għadd ta' organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati għall-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni

2. Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni u għall-għajnuna fil-ħżin

3. Proċessar

4. Għadd ta' operaturi li jibbenefikaw minn skemi ta' kumpens

▼C2

Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (Għadd ta' operazzjonijiet)

▼B

1. Sorveljanza marittima integrata

2. Il-ħarsien u t-titjib ta' għarfien dwar l-ambjent tal-baħar ( 14 )

III.   INDIKATURI TAR-RIŻULTATI

Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien

1. Bidla fil-valur ta' produzzjoni (elf euro)

2. Bidla fil-valur ta' produzzjoni (tunnellati)

3. Bidla fi profitti netti (elf euro)

4. Bidla f'qabdiet mhux mixtieqa ( 15 )

(a) Bidla f'qabdiet mhux mixtieqa (tunnellati)

(b) Bidla f'qabdiet mhux mixtieqa ( %)

▼C1

5. Bidla fl-effiċjenza enerġetika tal-qbid tal-ħut (litri ta' karburant (fjuwil)/tunnellati ta' qabdiet li nħattu l-art)

▼B

6. Bidla f' % ta' flotot żbilanċjati ( 16 )

7. Impjiegi maħluqa (FTE) fis-settur tas-sajd jew attivitajiet komplementari

8. Impjiegi miżmuma (FTE) fis-settur tas-sajd jew attivitajiet komplementari

9. Bidla fil-korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol

(c) Bidla fl-għadd ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol

(d) Bidla f' % ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol meta mqabbla mat-total ta' sajjieda

10. Bidla fil-kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) rilevanti għal UP 1:

(a) Bidla fil-kopertura ta' żoni Natura 2000 magħżula skont id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (km2)

(b) Bidla fil-kopertura ta' miżuri ta' protezzjoni spazjali oħra skont l-Art. 13.4 tad-Direttiva 2008/56/KE (km2)

Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien

1. Bidla fil-volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura (tunnellati)

2. Bidla fil-valur tal-produzzjoni tal-akkwakultura (elf euro)

3. Bidla fi profitti netti (elf euro)

4. Bidla fil-volum ta' produzzjoni tal-akkwakultura organika (tunnellati)

5. Bidla fil-volum ta' produzzjoni tas-sistema ta' riċirkulazzjoni (tunnellati)

6. Bidla fil-volum ta' produzzjoni tal-akkwakultura ċċertifikati taħt skemi volontarji ta' sostenibbiltà (tunnellati)

7. Farms tal-akkwakultura li joffru servizzi ambjentali (għadd ta' farms)

8. Impjiegi maħluqa (FTE)

9. Impjiegi miżmuma (FTE)

Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS — (Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta)

A.    Miżuri ta' Kontroll

1. L-ammont ta' każijiet ta' ksur serju identifikati ( 17 )

2. Żbarki li kienu ġew soġġetti għall-kontroll fiżiku ( %)

B.    Miżuri għall-Ġbir tad-Dejta

Żieda fil-perċentwal ta' lħiq ta' sejħiet għad-dejta ( %) ( 18 )

Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali

▼C1

1. Impjiegi maħluqa (FTE)

2. Impjiegi miżmuma (FTE)

▼B

3. Negozji maħluqa (għadd)

Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

Bidla fil-produzzjoni tal-UE b'distinzjoni bejn POs u mhux POs

(a) Bidla fil-valur tal-ewwel bejgħ f'POS (elf euro)

(b) Bidla fil-volum tal-ewwel bejgħ f'POs (tunnellati)

(c) Bidla fil-valur tal-ewwel bejgħ mhux f'POS (elf euro)

(d) Bidla fil-volum tal-ewwel bejgħ mhux f'POs (tunnellati)

Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata

1. Żieda fl-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE) għas-sorveljanza tad-dominju tal-baħar tal-UE ( %).

2. Bidla fil-kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) rilevanti għal UP 6:

(a) Bidla fil-kopertura ta' żoni Natura 2000 magħżula skont id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (km2)

(b) Bidla fil-kopertura ta' miżuri ta' protezzjoni spazjali oħra skont l-Art. 13.4 tad-Direttiva 2008/56/KE (km2)



( 1 ) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

( 3 ) L-indikaturi tal-kuntest għandhom jiġu provduti fil-livell aggregat tal-UE.

( 4 ) Impjieg imkejjel f'ekwivalenti full-time.

( 5 ) Kif definit fil-linji gwida għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd. Il-valur tal-indikatur fejn disponibbli fir-rapport tal-flotta.

( 6 ) Kif definit fil-linji gwida għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd. Il-valur tal-indikaturi fejn disponibbli fir-rapport tal-flotta.

( 7 ) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta' l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

( 8 ) Indikatur 6.1.2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE tal-1 ta' Settembru 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta' ilmijiet tal-baħar (ĠU L 232, 2.9.2010, p. 14).

( 9 ) Dawn jistgħu jiġu derivati minn rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta' April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12).

( 10 ) Dejta dwar MPAs magħżula nazzjonalment hija inkluża fil-Bażi tad-Dejta Komuni dwar Żoni Magħżula (CDDA) miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Dejta deskrittiva u spazjali għal kull żona Natura 2000 hija disponibbli fuq http://natura2000.eea.europa.eu

( 11 ) 100 % minbarra n-nuqqas li tingħata l-ġabra sħiħa ta' dejta meħtieġa fi dan modulu fi ħdan sejħa speċifika għad-dejta b'rabta mal-għadd ġenerali ta' sejħiet għad-dejta f' %.

( 12 ) Perjodu bażi: 2009-2011.

( 13 ►C2  Inklużi operazzjonijiet taħt il-miżura tal-FEMS rilevanti li jistgħu jappoġġaw l-għanijiet tal-kisba u ż-żamma ta' status ambjentali tajjeb kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/56/KE. ◄

( 14 ) Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali.

( 15 ) Qabdiet li jiġu żbarkati mhux għall-konsum mill-bniedem.

( 16 ) Skont l-istimi tal-valur inizjali fil-PO tal-FEMS.

( 17 ) Id-dejta meħtieġa se tkun disponibbli għall-Kummissjoni permezz ta' websajt li kull Stat Membri kellu jkollu installat sa mill-1.1.2012 f'konformità mal-Artikoli 93 u 116 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

( 18 ) 100 % minbarra n-nuqqas li tingħata l-ġabra sħiħa ta' dejta meħtieġa fi ħdan modulu fi ħdan sejħa speċifika għad-dejta b'rabta mal-għadd ġenerali ta' sejħiet għad-dejta f' %.