02014R0639 — MT — 01.01.2019 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 639/2014

tal-11 ta’ Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament

(ĠU L 181 20.6.2014, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1383 tat-28 ta' Mejju 2015

  L 214

1

13.8.2015

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/141 tat-30 ta' Novembru 2015

  L 28

2

4.2.2016

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1155 tal-15 ta' Frar 2017

  L 167

1

30.6.2017

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/707 tat-28 ta' Frar 2018

  L 119

1

15.5.2018

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1784 tad-9 ta' Lulju 2018

  L 293

1

20.11.2018




▼B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 639/2014

tal-11 ta’ Marzu 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament



KAPITOLU 1

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI



TAQSIMA 1

Kamp ta’ applikazzjoni u prinċipji ġenerali

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta’:

(a) id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-pagamenti diretti;

(b) l-iskema ta’ pagament bażiku;

(c) l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja;

(d) il-pagament lill-bdiewa li jsegwu prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent;

(e) il-pagament lill-bdiewa żgħażagħ li għadhom jibdew l-attività agrikola tagħhom;

(f) l-appoġġ akkoppjat volontarju;

(g) il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton;

(h) l-obbligi ta’ notifika tal-Istati Membri.

Artikolu 2

Prinċipji ġenerali

1.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan ir-Regolament f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiżguraw it-trattament ugwali tal-bdiewa u sabiex jevitaw distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni, filwaqt li jippromwovu ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni dwar il-klima.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha għall-appoġġ implimentati skont dan ir-Regolament ikunu verifikabbli u kontrollabbli.

3.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan ir-Regolament:

(a) fir-rigward tal-appoġġ, minbarra l-appoġġ akkoppjat, li jirrispetta r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 5 u 6 tal-Anness 2 għall-Ftehim dwar l-Agrikoltura; u

(b) fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat, li jirrispetta r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(5) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 3

Tnaqqis minħabba d-dixxiplina finanzjarja

It-tnaqqis minħabba d-dixxiplina finanzjarja pprovdut fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jiġi applikat għat-total tal-pagamenti mill-iskemi differenti ta’ appoġġ dirett elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li kull bidwi għandu dritt għalihom wara l-applikazzjoni tal-irtirar u l-penali amministrattivi relatati mal-pagamenti diretti skont il-Kapitolu IV tat-Titolu II tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 u qabel l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi fir-rigward tal-kundizzjonalità skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega.



TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet relatati ma’ definizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 4

Qafas għall-kriterji dwar iż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni

1.  Għall-finijiet tal-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-kriterji li l-bdiewa għandhom jissodisfaw sabiex itemmu l-obbligu li jżommu ż-żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr azzjoni preparatorja li tmur lil hinn mill-metodi u l-makkinarji agrikoli tas-soltu, għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri b’wieħed miż-żewġ modi li ġejjin jew bit-tnejn li huma:

(a) L-Istati Membri jeħtieġu li bidwi jwettaq mill-anqas attività annwali waħda. Meta jkunu ġġustifikati minħabba raġunijiet ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrikonoxxu wkoll attivitajiet li jitwettqu biss darba kull sentejn;

(b) L-Istati Membri jistabbilixxu l-karatteristiċi li għandhom jiġu ssodisfati minn żona agrikola sabiex tkun tista’ titqies li hija miżmuma fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni.

2.  Meta jistabbilixxu l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddistingwu bejn tipi ta’ żoni agrikoli differenti.

Artikolu 5

Qafas għall-attivitajiet minimi f’żoni agrikoli miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni

Għall-finijiet tal-punt (iii) tal-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-attività minima li trid tiġi stabbilita mill-Istati Membri li għandha titwettaq f’żoni agrikoli miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni għandha tkun mill-anqas attività annwali waħda mwettqa minn bidwi. Fejn ikun ġustifikat minħabba raġunijiet ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrikonoxxu wkoll attivitajiet li jitwettqu biss darba kull sentejn.

Artikolu 6

Predominanza ta’ ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor f’każ ta’ bur permanenti

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor għandhom jitqiesu li jibqgħu predominanti meta jkopru aktar minn 50 % taż-żona eliġibbli fil-livell tal-ħabel art skont it-tifsira tal-Artikolu 67(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 7

Prattiki lokali stabbiliti fil-każ ta’ bur permanenti

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-prattiki lokali stabbiliti għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin jew taħlita tagħhom:

(a) prattiki għal ragħa tal-bhejjem li għandhom natura tradizzjonali u li jiġu applikati b’mod komuni fiż-żoni kkonċernati;

(b) prattiki li huma importanti għall-konservazzjoni tal-ħabitats elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 1 ) u tal-bijotopi u l-ħabitats koperti bid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Artikolu 8

Koeffiċjent ta’ tnaqqis skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Huma u japplikaw l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal bwar permanenti li jistgħu jintużaw għar-ragħa u li jiffurmaw parti mill-prattiki lokali stabbiliti fejn il-ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor, tradizzjonalment mhumiex predominanti f’żoni tar-ragħa, l-Istati Membri jistgħu jiddistingwu bejn kategoriji differenti ta’ żoni sabiex japplikaw koeffiċjenti ta’ tnaqqis differenti għal kategoriji bħal dawn.

▼M3

Artikolu 9

Il-qanneb

▼M4

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-eliġibbiltà ta' żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandha tkun soġġetta għall-użu taż-żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katalgu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċijiet ta' Pjanti Agrikoli” fil-15 ta' Marzu tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament u jiġi ppubblikat f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE ( 3 ). Iż-żerriegħa għandha tiġi ċċertifikata f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE ( 4 ) jew f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE ( 5 ) fil-każ tal-varjetajiet tal-konservazzjoni.

▼M3

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol (minn hawn 'il quddiem il-“kontenut tat-THC”) fil-varjetajiet tal-qanneb, li tippermettilhom japplikaw il-metodu stabbilit fl-Anness III.

3.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha żżomm ir-rekords relatati mas-sejbiet tal-kontenut tat-THC. Għal kull varjetà, dawn ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas ir-riżultati f'termini tal-kontenut tat-THC minn kull kampjun, mogħtija bħala persentaġġ b'żewġ ċifri wara l-punt deċimali, il-proċedura użata, l-għadd ta' testijiet li jkunu twettqu, indikazzjoni tal-punt meta ttieħed il-kampjun u l-miżuri meħudin fuq livell nazzjonali.

4.  Jekk il-medja tal-kampjuni kollha ta' varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura B kif deskritta fl-Anness III ta' dan ir-Regolament għall-varjetà kkonċernata matul is-sena tat-talba ta' wara. Din il-proċedura għandha tintuża matul is-snin tat-talba ta' wara, diment li r-riżultati analitiċi kollha għall-varjetà partikolari ma jkunux anqas mill-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

5.  Jekk għat-tieni sena l-medja tal-kampjuni kollha ta' varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba għall-awtorizzazzjoni biex tiġi pprojbita l-kummerċjalizzazzjoni tat-tali varjetà skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/53/KE. Din in-notifika għandha tintbagħat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 6 ) sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar tas-sena tat-talba ta' wara. Minn din is-sena tat-talba, il-varjetà koperta minn dik it-talba ma għandhiex tkun eliġibbli għall-pagamenti diretti fl-Istat Membru kkonċernat.

6.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-“qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja” tfisser għalla tal-qanneb miżrugħa wara t-30 ta' Ġunju ta' sena partikolari.

7.  L-għelejjel tal-qanneb għandhom jibqgħu jiġu kkultivati fil-kundizzjonijiet normali tat-tkabbir skont il-prattika lokali għal mill-anqas 10 ijiem wara d-data meta tintemm il-fjoritura sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Il-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja għandu jibqa' jiġi kkultivat fil-kundizzjonijiet normali tat-tkabbir skont il-prattika lokali tal-anqas sa tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-qanneb jinħasad wara li tkun bdiet il-fjoritura iżda qabel ma jintemm il-perjodu ta' 10 ijiem wara tmiem il-fjoritura, dejjem jekk l-ispetturi jindikaw liema partijiet rappreżentattivi minn kull roqgħa art ikkonċernata jridu jibqgħu jiġu kkultivati għal mill-inqas 10 ijiem minn meta tintemm il-fjoritura għall-għanijiet ta' spezzjoni, skont il-metodu stabbilit fl-Anness III.

▼B



TAQSIMA 3

Bidwi attiv

Artikolu 10

Każijiet meta ż-żoni agrikoli huma prinċipalment żoni miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għandhom jitqiesu li għandhom żoni agrikoli li huma prinċipalment żoni miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, fejn tali żoni jirrappreżentaw aktar minn 50 % taż-żona agrikola kollha ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2.  L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandux japplika għal persuna fiżika jew ġuridika, jew għal grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu, f’żoni miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, attività agrikola skont it-tifsira tal-punt (i) tal-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 11

Rikavati miksuba minn attivitajiet mhux agrikoli

1.  Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u, fejn xieraq, l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, ir-rikavati miksuba minn attivitajiet agrikoli għandhom ikunu dawk ir-rikavati li l-bidwi kisibhom mill-attività agrikola tiegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(c) ta’ dak ir-Regolament fl-azjenda tiegħu, inkluż l-appoġġ tal-Unjoni mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), kif ukoll kwalunkwe għajnuna nazzjonali mogħtija għal attivitajiet agrikoli, għajr pagamenti diretti nazzjonali komplementari skont l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Ir-rikavati mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli tal-azjenda skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jitqiesu bħala rikavati minn attivitajiet agrikoli sakemm il-prodotti pproċessati jibqgħu s-sjieda tal-bidwi u li tali pproċessar jirriżulta fi prodott agrikolu ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Kwalunkwe rikavati oħrajn għandhom jitqiesu li huma rikavati minn attivitajiet mhux agrikoli.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “rikavati” tfisser ir-rikavati gross qabel it-tnaqqis ta’ spejjeż u taxxi relatati.

3.  L-appoġġ tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkolat:

(a) fil-Bulgarija u fir-Rumanija, għas-sena 2015, abbażi tal-ammont relevanti stipulat fil-punt A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b) fil-Kroazja, għal kull sena msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, abbażi tal-ammont stipulat fil-punt A tal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 12

Ammont ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 9(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament

1.  L-ammont annwali tal-pagamenti diretti ta’ bidwi msemmi fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u, fejn xieraq, fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun l-ammont totali tal-pagamenti diretti li għalihom kien intitolat il-bidwi skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għall-iktar sena fiskali riċenti li għaliha hemm disponibbli evidenza dwar ir-rikavati minn attivitajiet mhux agrikoli. Dak l-ammont għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma titqies l-applikazzjoni tal-Artikoli 63 u 91(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Meta l-iktar sena fiskali riċenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun l-2014 jew qabel, l-ammont annwali tal-pagamenti diretti għandu jkun l-ammont totali tal-pagamenti diretti li kien intitolat għalihom il-bidwi skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet previsti fl-Artikoli 21 u 23 ta’ dak ir-Regolament.

2.  Meta bidwi ma jkunx issottometta applikazzjoni għall-għajnuna għal pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-iktar sena fiskali riċenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont totali tal-pagamenti diretti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 billi jimmultiplikaw in-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarati minn dak il-bidwi fis-sena li fiha ssottometta l-applikazzjoni għall-għajnuna skont l-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 bil-pagament ta’ appoġġ dirett medju nazzjonali għal kull ettaru għas-sena msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Il-pagament ta’ appoġġ dirett medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi stabbilit b’diviżjoni tal-livell massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dik is-sena bin-numru totali ta’ ettari eliġibbli ddikjarati f’dak l-Istat Membru għal dik is-sena skont l-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Meta s-sena msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tkun l-2014 jew qabel, il-pagament ta’ appoġġ dirett medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi stabbilit b’diviżjoni tal-livell massimu nazzjonali stipulat fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ta’ dik is-sena bin-numru totali ta’ ettari eliġibbli ddikjarati f’dak l-Istat Membru għal dik is-sena skont l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

3.  L-ammont annwali tal-pagamenti diretti ta’ bidwi msemmi fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jkun l-ammont totali ta’ pagamenti diretti li għalihom kien intitolat il-bidwi skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 qabel l-applikazzjoni tal-Artikoli 63 u 91(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għas-sena ta’ qabel.

Meta s-sena msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun l-2014, l-ammont ta’ pagamenti diretti għandu jkun l-ammont totali tal-pagamenti diretti għas-sena 2014 li kien intitolat għalihom il-bidwi skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet stipulati fl-Artikoli 21 u 23 ta’ dak ir-Regolament.

4.  Meta bidwi ma jkunx issottometta applikazzjoni għall-għajnuna għal pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena ta’ qabel kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont totali tal-pagamenti diretti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 billi jimmultiplikaw in-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarati minn dak il-bidwi fis-sena li fiha ssottometta l-applikazzjoni għall-għajnuna skont l-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 bil-pagament ta’ appoġġ dirett medju nazzjonali għal kull ettaru għas-sena ta’ qabel.

Il-pagament ta’ appoġġ dirett medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi stabbilit b’diviżjoni tal-livell massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dik is-sena bin-numru totali ta’ ettari eliġibbli ddikjarati f’dak l-Istat Membru għal dik is-sena skont l-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Meta s-sena ta’ qabel imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tkun l-2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont annwali tal-pagamenti diretti ta’ dak il-bidwi billi jimmultiplikaw in-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarati minn dak il-bidwi għas-sena 2015 f’konformità mal-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 bil-pagament ta’ appoġġ dirett medju nazzjonali għal kull ettaru għas-sena 2014.

Il-pagament ta’ appoġġ dirett medju nazzjonali għal kull ettaru għas-sena 2014 għandu jiġi stabbilit b’diviżjoni tal-livell massimu nazzjonali tas-sena 2014 stipulat fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 bin-numru totali ta’ ettari eliġibbli ddikjarati f’dak l-Istat Membru għas-sena 2014 skont l-Artikolu 19(1)(a) ta’ dak ir-Regolament.

5.  L-ammont totali ta’ pagamenti diretti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi kkalkolat:

(a) fil-Bulgarija u fir-Rumanija, għas-sena 2015, abbażi tal-ammont relevanti stipulat fil-punt A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b) fil-Kroazja, għal kull sena msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, abbażi tal-ammont stipulat fil-punt A tal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 13

Kriterji sabiex jiġi ppruvat li l-attivitajiet agrikoli mhumiex insinifikanti u li l-miri prinċipali ta’ negozju jew ta’ kumpanija jikkonsistu fl-eżerċitar ta’ attività agrikola

1.  Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-attivitajiet agrikoli mhumiex insinifikanti jekk ir-rikavati totali miksuba mill-attivitajiet agrikoli skont it-tifsira tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament matul l-aktar sena fiskali riċenti li għaliha tali evidenza tkun disponibbli jirrappreżentaw mill-inqas terz tar-rikavati totali miksuba fl-iktar sena fiskali riċenti li għaliha tali evidenza tkun disponibbli.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu l-limitu għar-rikavati totali miksuba mill-attivitajiet agrikoli f’livell aktar baxx minn terz dment li dan il-limitu aktar baxx ma jippermettix li persuni fiżiċi jew ġuridiċi b’attivitajiet agrikoli marġinali jitqiesu bħala bdiewa attivi.

B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji alternattivi li jippermettu li entità turi li l-attivitajiet agrikoli tagħha mhumiex insinifikanti skont il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-attivitajiet agrikoli jiffurmaw biss parti insinifikanti tal-attivitajiet ekonomiċi ġenerali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, billi jużaw il-metodi li ġejjin:

(a) l-ammont annwali tal-pagamenti diretti jkun inqas minn 5 % tar-rikavati totali miksuba minn attivitajiet mhux agrikoli skont it-tifsira tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament matul l-aktar sena fiskali riċenti li għaliha tali evidenza tkun disponibbli;

(b) l-ammont totali ta’ rikavati miksuba minn attivitajiet agrikoli skont it-tifsira tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament fl-aktar sena fiskali riċenti li għalihom tkun disponibbli tali evidenza huwa aktar baxx minn limitu li għandu jkun deċiż mill-Istati Membri u li ma għandux jaqbeż terz tal-ammont totali ta’ rikavati miksuba fl-aktar sena fiskali riċenti li għalihom hija disponibbli tali evidenza.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji alternattivi li permezz tagħhom l-attivitajiet agrikoli għandhom jitqiesu insinifikanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.  Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u, fejn xieraq, il-punt (b) tal-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament, attività agrikola għandha titqies li tkun il-mira prinċipali ta’ negozju jew ta’ kumpanija ta’ persuna ġuridika jekk tkun elenkata bħala mira prinċipali ta’ negozju jew ta’ kumpanija fir-reġistru uffiċjali tan-negozju jew fi kwalunkwe evidenza uffiċjali ekwivalenti ta’ Stat Membru. Fil-każ ta’ persuna fiżika, għandha tintalab evidenza ekwivalenti.

Fejn tali reġistri ma jeżistux, l-Istati Membri għandhom jużaw evidenza ekwivalenti.

B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji alternattivi li permezz tagħhom, attività agrikola għandha titqies bħala n-negozju ewlieni jew il-mira tal-kumpanija ta’ persuna fiżika jew ġuridika skont il-punt (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) u, fejn xieraq, skont il-punt (b) tal-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament.



KAPITOLU 2

SKEMA TA’ PAGAMENT BAŻIKU U SKEDA TA’ PAGAMANT UNIKU SKONT L-ERJA



TAQSIMA 1

Regoli għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku stipulati fit-Taqsimiet 1, 2, 3 u 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013



Subtaqsima 1

L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament

Artikolu 14

Każijiet ta’ wirt, bidliet fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni u fużjonijiet u qsim

1.  Meta bidwi jkun irċieva l-azjenda, jew parti mill-azjenda, b’wirt attwali jew antiċipat, huwa għandu jkun intitolat li jitlob, f’ismu, l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati għall-azjenda riċevuta, jew parti minn dik l-azjenda, taħt l-istess kundizzjonijiet tal-bidwi li oriġinarjament kien imexxi l-azjenda.

F’każijiet ta’ wirt revokabbli antiċipat, id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati biss għall-ereditarju tagħhom bħala tali fid-data msemmija fl-Artikolu 24(1) jew 39(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  Bidla ta’ denominazzjoni ma għandu jkollha l-ebda impatt fuq l-għadd u l-valur ta’ drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati.

Bidla fl-istatus legali ma għandu jkollha l-ebda impatt fuq l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati jekk il-bidwi li kellu l-kontroll tal-azjenda oriġinali f’termini ta’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji jamministra wkoll l-azjenda l-ġdida.

3.  Fużjoni jew qasma ma għandu jkollha l-ebda impatt fuq l-għadd totali u l-valur ta’ drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati għall-azjenda(i).

F’każ ta’ qasma, meta Stat Membru japplika l-Artikolu 24(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, in-numru ta’ drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati lil kull azjenda li jirriżultaw mill-qasma, għandu jiġi stabbilit billi n-numru ta’ ettari eliġibbli għad-dispożizzjoni tal-azjenda l-ġdida rilevanti jiġi mmultiplikat bit-tnaqqis medju fin-numru ta’ drittijiet li l-azjenda oriġinali kienet tkun soġġetta għalihom skont l-Artikolu 24(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a) “fużjoni” tfisser il-fużjoni ta’ żewġ bdiewa separati jew aktar skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 f’bidwi wieħed ġdid skont it-tifsira ta’ dak l-Artikolu kontrollat, f’termini ta’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji, mill-bdiewa li oriġinarjament kienu jmexxu l-azjendi jew waħda minnhom;

(b) “qasma” tfisser il-qasma ta’ bidwi wieħed skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 f’:

(i) mill-inqas żewġ bdiewa separati ġodda skont it-tifsira ta’ dak l-Artikolu fejn mill-anqas wieħed minnhom jibqa’ kkontrollat, f’termini ta’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji, b’mill-inqas wieħed mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li oriġinarjament kienu jmexxu l-azjenda;

(ii) il-bidwi oriġinali u mill-inqas bidwi separat wieħed ġdid skont it-tifsira ta’ dak l-Artikolu.

Artikolu 15

Stabbiliment ta’ ettari eliġibbli għall-finijiet tal-Artikoli 24(2) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

1.  Bil-għan li jiġi stabbilit l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati skont l-Artikoli 24(2) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 f’każijiet fejn l-ebda force majeure u ċirkustanza eċċezzjonali ma tkun magħrufa, dawk l-ettari eliġibbli biss għandhom jitqiesu li huma determinati f’konformità mal-punt (23)(a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014.

2.  Meta ettaru eliġibbli msemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għal applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament minn żewġ applikanti jew aktar, id-deċiżjoni lil min għandu jiġi allokat id-dritt għall-pagament għandha tkun ibbażata fuq il-kriterju ta’ min ikollu s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-attivitajiet agrikoli eżerċitati fuq dak l-ettaru u min igawdi mill-benefiċċji u jġorr ir-riskji finanzjarji marbutin ma’ dawn l-attivitajiet.

Artikolu 16

Limitazzjoni skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

1.  Kwalunkwe tnaqqis skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandux jaqbeż il-85 % tal-għadd ta’ drittijiet għall-pagament li jikkorrispondu għall-ettari eliġibbli ta’ bwar permanenti li jinsabu f’żoni b’kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli.

2.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-koeffiċjent tat-tnaqqis stipulat fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, abbażi ta’ limitazzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jagħmlu distinzjoni bejn il-kategoriji ta’ żoni b’kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli sabiex japplikaw koeffiċjenti ta’ tnaqqis differenti għal tali kategoriji.

Artikolu 17

Determinazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-Artikoli 26 u 40 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

1.  Sabiex jiġu determinati l-pagamenti diretti relevanti jew il-valur tad-drittijiet relatati mas-sena 2014 kif imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandhom jitqiesu biss il-pagamenti lil jew il-valur tad-drittijiet ta’ dawk il-bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikoli 9 u 24(9) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fis-sena 2015.

Bil-għan li jkunu determinati l-pagamenti diretti relevanti relatati mas-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku kif imsemmi fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandhom jitqiesu biss il-pagamenti lil dawk il-bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) ir-referenza għall-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jikkunsidraw miżura waħda biss jew għadd ta’ miżuri implimentati skont dawk il-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ;

(b) l-appoġġ mogħti lil xi bidwi għas-sena kalendarja 2014 bħala parti minn skema waħda ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitqies kwalunkwe tnaqqis jew esklużjoni stipulat fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(c) f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fuq il-livell ta’ appoġġ li għandu jitqies għal skema waħda jew iktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 applikati mill-Istat Membru kkonċernat.

Meta jiġi applikat dan il-paragrafu, l-Istati Membri ma għandhomx jipperikolaw il-karattru diżakkoppjat tal-appoġġ mogħti skont l-Artikolu 68(1)(c) u l-Artikoli 126, 127 u 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

3.  Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikoli 72a u 125a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi kkalkolat mingħajr ma jitqies xi tnaqqis jew esklużjoni stipulat fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

4.  Ir-referenza fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal drittijiet għall-pagament miżmuma minn bidwi għandha tinkludi wkoll dawk id-drittijiet għall-pagament li huma mikrija mill-bidwi lil bidwi ieħor fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħu għas-sena 2014.

Artikolu 18

Stabbiliment definittiv tal-valur u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament

Fejn l-informazzjoni lill-bdiewa msemmija fl-Artikolu 25(10) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 hija bbażata fuq dejta provviżorja, il-valur definittiv u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament għandhom jiġu stabbiliti u kkomunikati lilhom wara li jkunu saru l-kontrolli kollha neċessarji skont l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u fi kwalunkwe każ sal-1 ta’ April tas-sena ta’ wara l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 19

Stabbiliment tal-valur ta’ drittijiet għall-pagament fil-każ ta’ każijiet ta’ tbatija

1.  Jekk wieħed jew bosta mill-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 26 jew 40(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 b’rabta mas-sena 2014 jew mas-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, rispettivament, ikunu aktar baxxi mill-ammonti korrispondenti fis-sena ta’ qabel is-snin affetwati minn force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, il-valur ta’ unità inizjali għandu jiġi stabbilit abbażi tal-ammonti riċevuti minn dak il-bidwi fis-sena ta’ qabel is-snin affetwati minn force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali.

2.  l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal każijiet li fihom il-pagamenti diretti b’rabta mas-sena 2014 jew mas-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, rispettivament, huma inqas minn ċertu perċentwal tal-ammonti korrispondenti fis-sena ta’ qabel is-snin affettwati minn force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali. Dan il-perċentwal ma għandux ikun inqas minn 85 %.

Artikolu 20

Klawsola dwar kuntratt privat f’każ ta’ bejgħ

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, f’każ ta’ bejgħ ta’ azjenda jew parti minnha, il-bdiewa jistgħu, permezz ta’ kuntratt iffirmat sa mhux aktar tard mid-data għall-applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament iffissata mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 78(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li jittrasferixxu flimkien mal-azjenda jew parti minnha d-drittijiet għall-pagament korrispondenti li għandhom jiġu allokati. F’dak il-każ, id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bejjiegħ u trasferiti direttament lix-xerrej li jgawdi, fejn japplika, mit-teħid tal-pagamenti li rċieva l-bejjiegħ għall-2014 jew il-valur tad-drittijiet li kellu fl-2014 kif imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bħala referenza għall-istabbiliment tal-valur ta’ unità inizjali ta’ dawk id-drittijiet ta’ pagamenti.

Tali trasferiment għandu jeħtieġ li l-bejjiegħ jikkonforma mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li x-xerrej jikkonforma mal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament.

Tali bejgħ ma għandux jitqies bħala trasferiment mingħajr art skont it-tifsira tal-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-Istati Membri li japplikaw t-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 21

Klawsola dwar kuntratt privat f’każ ta’ kiri

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, f’każ ta’ kiri ta’ azjenda jew parti minnha, il-bdiewa jistgħu, permezz ta’ kuntratt iffirmat qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(1), jikru flimkien mal-azjenda jew parti minnha d-drittijiet għall-pagament korrispondenti li għandhom jiġu allokati. F’dak il-każ, id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lil-lokatur u mikrija direttament lil-lokatarju li jgawdi, fejn japplika, mit-teħid tal-pagamenti li rċieva l-lokatur għall-2014 jew il-valur tad-drittijiet li kellu fl-2014 kif imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bħala referenza għall-istabbiliment tal-valur ta’ unità inizjali ta’ dawk id-drittijiet ta’ pagamenti.

Tali trasferiment għandu jeħtieġ li l-lokatur ikun konformi mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li l-lokatarju jikkonforma mal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u li l-kuntratt tal-kera jiskadi wara l-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament bażiku.

Tali kirja ma għandhiex titqies bħala trasferiment mingħajr art skont it-tifsira tal-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-Istati Membri li japplikaw t-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 22

Benefiċjarji skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Għall-finijiet tal-ewwel inċiż tal-punt (a)(i) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, “patata tal-ikel” u “patata taż-żriegħ” għandhom ifissru patata tal-kodiċi NM 0701 għajr għal dawk maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata.



Subtaqsima 2

Attivazzjoni u trasferiment ta’ drittijiet

Artikolu 23

Kalkolu tal-valur ta’ unità ta’ drittijiet għall-pagament

1.  Id-drittijiet għall-pagament għandhom, fl-ewwel stadju, jiġu kkalkulati sa tliet deċimali u, fit-tieni stadju, jitqarrbu ‘l fuq jew ‘l isfel lejn it- tieni deċimali. Jekk il-kalkolu jagħti riżultat fejn it-tielet deċimali jkun 5, is-somma għandha tiġi mqarrba ‘l fuq għat-tieni deċimali.

2.  Jekk bidwi jittrasferixxi frazzjoni ta’ dritt, il-valur ta’ dik il-frazzjoni għandu jiġi kkalkulat proporzjonalment għal kull sena relevanti li jkun baqa’ kif imsemmi fl-Artikolu 25 jew 40 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.  L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw drittijiet għall-pagament permezz ta’ fużjoni tal-frazzjonijiet ta’ drittijiet li huma s-sjieda tal-bidwi. Il-valur ta’ drittijiet fużi għandu jiġi determinat għal kull sena relevanti li jkun baqa’ kif imsemmi fl-Artikoli 25 jew 40 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 billi żżid il-valur tal-frazzjonijiet.

Artikolu 24

Rekwiżiti għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament

1.  Id-drittijiet għall-pagament jistgħu jiġu ddikjarati għall-pagament darba fis-sena mill-bidwi li jkollu pussess tagħhom (sjieda jew kirja) mhux aktar tard mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni unika.

Madankollu, fejn bidwi juża l-possibbiltà li jemenda l-applikazzjoni unika f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 78(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jista’ jiddikjara wkoll għall-pagament dawk id-drittijiet għall-pagament li jkollu pussess tagħhom (sjieda jew kirja) fid-data tan-notifika tiegħu dwar l-emendi lill-awtorità kompetenti, sakemm id-drittijiet għall-pagament inkwistjoni ma jkunux dikjarati għall-pagament minn bidwi ieħor għall-istess sena.

Meta l-bidwi jikseb drittijiet għall-pagament permezz ta’ trasferiment mingħand bidwi ieħor u meta dak il-bidwi l-ieħor kien diġà ddikjara dawk id-drittijiet għall-pagament, id-dikjarazzjoni addizzjonali ta’ dawk id-drittijiet għall-pagament mid-destinatarju tat-trasferiment għandha tkun ammissibbli biss jekk minn jittrasferixxi jkun diġà għarraf lill-awtorità kompetenti bit-trasferiment f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u jreġġa’ lura dawk id-drittijiet għall-pagament mill-applikazzjoni unika tiegħu stess, fil-limiti ta’ żmien għall-emendar tal-applikazzjoni unika ffissata mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 78(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

▼M3

2.  Meta bidwi jiddikjara għadd ta' intitolamenti għal pagament li jaqbżu l-erjaeliġibbli kollha tiegħu li ddikjara skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-intitolament għal pagament jew il-frazzjoni ta' intitolament għal pagament li jaqbeż parzjalment dik l-erja eliġibbli għandu jitqies bħala attivat għalkollox għall-finijiet tal-Artikolu 31(1)(b) ta' dak ir-Regolament. Madankollu, il-pagament għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-frazzjoni korrispondenti ta' ettaru eliġibbli.

▼B

Artikolu 25

Trasferiment ta’ drittijiet

1.  Id-drittijiet għall-pagament jistgħu jiġu trasferiti f’kull żmien tas-sena.

2.  Meta Stat Membru juża l-għażla stipulata fl-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jiddefinixxi r-reġjuni msemmija f’dik id-dispożizzjoni fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u mhux aktar tard minn xahar qabel id-data ffissata mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament.



Subtaqsima 3

Riżervi nazzjonali jew reġjonali

Artikolu 26

Retromutazzjoni għar-riżerva nazzjonali jew reġjonali bħala riżultat ta’ żamma fuq trasferiment ta’ drittijiet għall-pagament

Meta Stat Membru juża l-għażla stipulata fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jista’ jagħżel, f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiżgura t-trattament ugwali bejn il-bdiewa u li tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq u tal-kompetizzjoni, li jreġġa’ lura lejn ir-riżerva nazzjonali jew reġjonali sa 30 % tal-valuri ta’ unità annwali ta’ kull dritt għall-pagament trasferit mingħajr l-ettari korrispondenti eliġibbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jew l-ammont ekwivalenti espress fl-għadd ta’ drittijiet għall-pagament.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal retromutazzjoni sa 50 % tal-valur tal-unità annwali ta’ kull dritt għall-pagament jew l-ammont ekwivalenti mogħti f’numru ta’ drittijiet għall-pagament kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu matul l-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku.

Artikolu 27

Applikazzjoni tal-klawsola dwar profitt mhux mistenni

Għall-finijiet tal-Artikoli 28 u 40(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament imsemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu determinati billi jitqabbel il-valur tad-drittijiet għall-pagament tal-bidwi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 25(4) u l-Artikolu 26 jew l-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rispettivament, wara l-bejgħ jew il-kiri msemmi fl-Artikolu 28 jew 40(5) ta’ dak ir-Regolament, rispettivament, bil-valur tad-drittijiet għall-pagament tal-bidwi li jirriżulta mingħajr il-bejgħ jew il-kiri.

Artikolu 28

Stabbiliment tad-drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali skont l-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, meta bidwi żagħżugħ jew bidwi li jibda l-attività agrikola tiegħu japplika għal drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali filwaqt li ma jkollu fil-pussess tiegħu l-ebda dritt għall-pagament (bi sjieda jew kirja), għandu jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagament li jkunu daqs l-għadd ta’ ettari eliġibbli li jkollu fil-pussess tiegħu (bi sjieda jew kirja) fl-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-allokazzjoni jew żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament iffissati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 78(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2.  Meta bidwi żagħżugħ jew bidwi li jibdabl-attività agrikola tiegħu japplika għal drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali filwaqt li diġà jkollu fil-pussess tiegħu drittijiet għall-pagament (bi sjieda jew kirja), għandu jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagament li jkunu daqs l-għadd ta’ ettari eliġibbli li jkollu fil-pussess tiegħu (bi sjieda jew kirja) fl-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafu 1 li għaliha ma jkollu l-ebda dritt għall-pagament (bi sjieda jew kirja).

Meta l-valur tad-drittijiet li l-bidwi diġà jkollu (sjieda jew kirja) huwa taħt il-medja nazzjonali jew reġjonali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(8) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-valuri ta’ unità annwali ta’ dawk id-drittijiet jistgħu jiżdiedu sal-medja nazzjonali jew reġjonali kif stipulat fl-Artikolu 30(10) ta’ dak ir-Regolament.

Madankollu, fl-Istati Membri li japplikaw iż-żieda msemmija fl-Artikolu 30(10) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għall-finijiet tal-Artikolu 30(7) ta’ dak ir-Regolament, iż-żieda msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun obbligatorja f’dak l-Istat Membru. Tali żieda għandha tkun f’livell li jikkorrispondi għall-ogħla livell ta’ żieda applikata għall-finijiet tal-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.  Fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 24(6) jew (7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitazzjonijiet tal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament stabbiliti f’dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu applikati mutatis mutandis għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li meta l-applikazzjoni ta’ limitazzjoni waħda jew għadd ta’ limitazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tillimita l-għadd totali ta’ drittijiet għall-pagament li diġà huma fil-pussess tal-bidwi u li għadhom kemm jiġu allokati mir-riżerva għal inqas minn perċentwal fiss tal-ettari eliġibbli tiegħu fis-sena li fiha japplika għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mir-riżerva, dak il-bidwi għandu jingħata numru addizzjonali ta’ drittijiet għall-pagament li jikkorrispondu għal sehem fl-għadd totali tal-ettari eliġibbli tiegħu ddikjarati fl-applikazzjoni tiegħu għal dik is-sena skont l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Dan il-perċentwal fiss imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkolat skont il-metodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament.

Is-sehem tal-għadd totali ta’ ettari eliġibbli tal-bidwi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi kkalkolat bħala nofs id-differenza fil-punti perċentwali bejn il-perċentwal fiss imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u s-sehem ta’ drittijiet għall-pagament fil-pussess tal-bidwi fl-ettari eliġibbli tiegħu ddikjarati skont l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fl-applikazzjoni tiegħu għas-sena msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, “id-drittijiet għall-pagament tal-bidwi” tfisser id-drittijiet għall-pagament li l-bidwi diġà għandu u li għandhom jiġu allokati mill-ġdid mir-riżerva.

Meta jikkalkulaw l-għadd ta’ ettari eliġibbli msemmija fit-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jinkludu l-ebda erja okkupata minn għelejjel permanenti, minn bwar permanenti li jkunu jinsabu f’żoni b’kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli kif imsemmi fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew minn żoni rikonoxxuti bħala bwar permanenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

L-Istati Membri li jużaw il-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li japplikaw l-iskema ta’ pagament bażiku fil-livell reġjonali jistgħu jibbażaw il-metodu ta’ kalkolu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fuq l-għadd totali allokat/iddikjarat fl-2015 fir-reġjun relevanti.

Bil-għan li jkun determinat il-livell limitu fit-tieni subparagrafu, l-art miksuba jew mikrija mill-bidwi wara d-19 ta’ Ottubru 2011 ma għandhiex titqies.

4.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu biss dawk il-bdiewa li għadhom jibdew l-attività agrikola tagħhom u li bdew l-attività agrikola tagħhom fis-sena kalendarja 2013 jew kwalunkwe sena aktar tard u li jressqu applikazzjoni għall-pagament bażiku mhux aktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li fiha bdew l-attività agrikola tagħhom.

Artikolu 29

Stabbiliment tad-drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali skont l-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, meta drittijiet għall-pagament ġodda jiġu allokati kif stipulat fl-Artikolu 30(10) ta’ dak ir-Regolament, dawn għandhom ikunu allokati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-Istat Membru inkwistjoni.

2.  Meta bidwi li ma jkollu l-ebda dritt għall-pagament (bi sjieda jew kirja) ikun intitolat, skont l-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li jirċievi drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali u japplika għaliha, għandu jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagament sal-għadd ta’ ettari eliġibbli li jkunu fil-pussess tiegħu (bi sjieda jew kirja) sal-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 28(1).

3.  Meta bidwi li jkollu drittijiet għall-pagament (bi sjieda jew kirja) ikun intitolat, skont l-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li jirċievi drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali u japplika għaliha, għandu jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagament sal-għadd ta’ ettari eliġibbli li jkunu fil-pussess tiegħu (bi sjieda jew kirja) sal-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) li għaliha ma jkollu l-ebda dritt għall-pagament (bi sjieda jew kirja).

Meta l-valur tad-drittijiet li l-bidwi diġà jkollu (sjieda jew kirja) huwa taħt il-medja nazzjonali jew reġjonali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(8) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-valuri ta’ unità annwali ta’ dawk id-drittijiet jistgħu jiżdiedu sal-medja nazzjonali jew reġjonali kif stipulat fl-Artikolu 30(10) ta’ dak ir-Regolament.

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri ma għandhomx jistabbilixxu kriterji b’rabta mal-produzzjoni jew dejta oħra speċifika għas-settur għal perjodu wara d-data ffissata mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta’ pretensjoni 2013.

Artikolu 30

Regoli oħra dwar l-istabbiliment ta’ drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali

1.  Meta jiżdiedu l-valuri ta’ unità annwali ta’ drittijiet għall-pagament kif imsemmi fl-Artikolu 30(10) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom iżidu l-valur tal-unità tad-drittijiet li l-bidwi diġà jkollu (sjieda jew kirja) fid-data tal-applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ drittijiet mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali f’konformità mal-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiżguraw it-trattament ugwali bejn il-bdiewa u li tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq u tal-kompetizzjoni.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri ma għandhomx jistabbilixxu kriterji b’rabta mal-produzzjoni jew dejta oħra speċifika għas-settur għal perjodu wara d-data ffissata mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta’ pretensjoni 2013.

Artikolu 31

Każijiet ta’ tbatija

1.  Meta bidwi, bħala riżultat ta’ force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, twaqqaf milli jagħmel applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament f’konformità mal-Artikolu 24(1) jew 39(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u japplika għal drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali, għandu jiġi allokat drittijiet għall-pagament f’konformità mal-Artikolu 30(7)(c) ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta’ unità annwali tad-drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati f’konformità mal-Artikolu 25 jew 40 rispettivament tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istat Membru dwar l-alternattivi f’dawk l-Artikoli.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li meta l-applikazzjoni ta’ limitazzjoni waħda jew għadd ta’ limitazzjonijiet tal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament stabbiliti fl-Artikolu 24(3) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tillimita l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati lil bidwi għal inqas minn perċentwal fiss tal-ettari eliġibbli tiegħu, u fejn il-bidwi japplika għal drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali jew reġjonali li bidwi għandu jitqies li jkun f’sitwazzjoni ta’ “żvantaġġ speċifiku” skont l-Artikolu 30(7)(b) ta’ dak ir-Regolament. F’dak il-każ, dak il-bidwi għandu jiġi allokat għadd ta’ drittijiet għall-pagament f’konformità mal-Artikolu 30(7)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li jikkorrispondu għal sehem fl-għadd totali ta’ ettari eliġibbli dikjarati fl-applikazzjoni tiegħu għall-2015 f’konformità mal-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 1306/2013.

Il-perċentwal fiss imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala l-għadd totali ta’ drittijiet għall-pagament allokati fl-Istat Membru fl-2015 wara l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24(3) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 diviż bl-għadd totali ta’ ettari eliġibbli ddikjarati fl-Istat Membru fl-2015 f’konformità mal-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 1306/2013.

Is-sehem tal-għadd totali ta’ ettari eliġibbli tal-bidwi msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala nofs id-differenza f’punti perċentwali bejn il-perċentwal fiss imsemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi u s-sehem ta’ drittijiet għall-pagament fil-pussess tal-bidwi fl-ettari eliġibbli tiegħu ddikjarati fl-2015 skont l-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Meta jikkalkulaw l-għadd ta’ ettari eliġibbli msemmija fit-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jinkludu ebda erja okkupata minn għelejjel permanenti, minn bwar permanenti li jkunu jinsabu f’żoni b’kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli kif imsemmi fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew minn żoni rikonoxxuti bħala bwar permanenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

L-Istati Membri li jużaw il-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li japplikaw l-iskema ta’ pagament bażiku fil-livell reġjonali jistgħu jibbażaw il-metodu ta’ kalkolu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fuq l-għadd totali allokat/iddikjarat fl-2015 fir-reġjun relevanti.

Bil-għan li jkun determinat il-livell limitu fl-ewwel subparagrafu, l-art miksuba jew mikrija mill-bidwi wara d-19 ta’ Ottubru 2011 ma għandhiex titqies.



Subtaqsima 4

Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 32

Implimentazzjoni fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Sakemm ma jintqalx b’mod ieħor f’din is-Subtaqsima, id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 33

Applikazzjoni tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Bil-għan li jiġi stabbilit liema drittijiet għall-pagament għandhom jiskadu f’konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandha tingħata prijorità lil dawk id-drittijiet għall-pagament li għandhom l-inqas valur.

Fejn id-drittijiet għall-pagament għandhom l-istess valur, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament li huma sjieda u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament mikrija għandhom jitnaqqsu bl-istess proporzjon.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-ewwel u t-tieni paragrafi fil-livell reġjonali.

Artikolu 34

Determinazzjoni tal-valur ta’ drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għall-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 21(3) ta’ dak ir-Regolament

Bil-għan li jiġi determinat il-valur inizjali tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament, l-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistgħu jaġġustaw l-ammont ta’ pagamenti għall-2014 kif imsemmi fl-Artikolu 26(5) ta’ dak ir-Regolament billi jnaqqsu, qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet, l-ammont li jirriżulta minn drittijiet għall-pagament li jkunu skadew skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.



TAQSIMA 2

Skema ta’ pagament uniku skont l-erja

Artikolu 35

Ettari eliġibbli fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja

Għall-finijiet tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stipulata fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, inkluża kwalunkwe referenza fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal ettari eliġibbli ddikjarati għall-finijiet ta’ dik l-iskema, dawk l-ettari eliġibbli biss għandhom jiġu meqjusa li huma determinati skont it-tifsira tal-punt (23)(a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014.

Artikolu 36

Applikazzjoni tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

1.  Bil-għan li jiġi divrenzjat il-pagament uniku skont l-erja kif stipulat fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) ir-referenza għall-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jikkunsidraw miżura waħda biss jew għadd ta’ miżuri implimentati skont dawk il-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ;

(b) l-Istati Membri jistgħu, f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, jiddeċiedi dwar il-livell ta’ appoġġ biex jiġu kkunsidrati għal wieħed jew aktar mill-iskemi applikati mill-Istat Membru inkwistjoni f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(3) ta’ dak ir-Regolament u, fejn xieraq, mat-tielet subparagrafu ta’ dik id-dispożizzjoni. Madankollu, meta tiġi kkunsidrata l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema relevanti fl-2014, l-ammont użat sabiex jiddivrenzjaw il-pagament uniku skont l-erja ma jistax ikun ogħla mill-ammont korrispondenti mogħti lil bidwi individwali taħt tali skema fl-2014;

(c) meta jitqies l-appoġġ mogħti f’konformità mal-Artikolu 68(1)(c) u l-Artikoli 126, 127 u 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, tali divrenzjar ma għandux jipperikola l-karattru diżakkoppjat ta’ dawk l-iskemi.

Din id-divrenzjar għandu jkun disponibbli għall-bdiewa li rċevew fl-2014 l-għajnuna msemmija fit-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-ammont għal kull ettaru għandu jiġi stabbilit kull sena billi jiġi diviż l-ammont li jiddivrenzja l-pagament uniku skont l-erja disponibbli għal bidwi individwali bin-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat mill-bidwi skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2.  Jekk l-ammont ta’ appoġġ skont skema waħda jew għadd ta’ skemi ta’ appoġġ imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 b’rabta mal-2014 huwa inqas mill-ammont jew ammonti korrispondenti fis-sena ta’ qabel is-snin affetwati minn force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Istat Membru għandu jqis l-appoġġ mogħti bħala parti mill-iskemi ta’ appoġġ ikkonċernati fis-sena ta’ qabel is-snin affetwati minn force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu għal każijiet fejn il-pagamenti diretti relatati mal-2014 ikunu aktar baxxi minn ċertu perċentwal tal-ammonti korrispondenti fis-sena ta’ qabel is-snin milquta minn force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali. Dan il-perċentwal ma għandux ikun inqas minn 85 %.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li f’każ ta’ wirt attwali jew antiċipat, id-divrenzjar tal-pagament uniku skont l-erja għandu jkun disponibbli għall-bidwi li jkun wiret l-azjenda, dment li dan il-bidwi jkun eliġibbli taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

Artikolu 37

Produzzjoni tal-qanneb skont l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja

L-Artikolu 9 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.



KAPITOLU 3

APPROĊĊ EKOLOĠIKU



TAQSIMA 1

Ekwivalenza

Artikolu 38

Rekwiżiti applikabbli għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali

1.  L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw il-prattiki ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 43(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jaħtru awtorità ta’ ċertifikazzjoni pubblika jew privata waħda jew aktar li tiċċertifika li l-bidwi jirrispetta l-prattiki fl-azjenda tiegħu li jikkonformaw mal-Artikolu 43(3) ta’ dak ir-Regolament.

2.  L-awtoritajiet pubbliċi jew privati għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandu jkollhom l-għarfien, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettqu l-kompiti ta’ ċertifikazzjoni;

(b) għandu jkollhom biżżejjed staff kwalifikat u esperjenzat;

(c) għandhom ikunu imparzjali u ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni.

L-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni privati għandhom ikunu akkreditati bl-EN ISO/IEC 17021 (Rekwiżiti għal korpi li jipprovdu l-awditjar u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni) jew bl-EN ISO/IEC 17065 (Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi) fis-settur tal-produzzjoni agrikola. L-akkreditazzjoni għandha titwettaq biss minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni fi Stat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

3.  Il-ħatra ta’ awtorità ta’ ċertifikazzjoni pubblika jew privata għandha tiġi revokata, meta din ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-ħatra tagħha stipulati fil-paragrafu 2.

Artikolu 39

Kalkolu tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

1.  Għall-bdiewa li jiddeċiedu li josservaw il-prattiki msemmija fil-punti 3 u 4 tat-Taqsima I u l-punt 7 tat-Taqsima III tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u kwalunkwe prattika ekwivalenti oħra miżjuda ma’ dak l-Anness li għaliha jkun meħtieġ kalkolu speċifiku sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju, bħala prattiki ekwivalenti skont l-Artikolu 43(3)(a) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom inaqqsu mill-ammont ta’ appoġġ għal kull ettaru kkalkolat skont l-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ammont li jikkorrispondi għal terz tal-pagament għal approċċ aktar ekoloġiku medju għal kull ettaru fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat għal kull prattika ekoloġika li l-prattika tkun ekwivalenti għaliha.

Il-pagament għal approċċ aktar ekoloġiku medju għal kull ettaru fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat għandu jiġi ikkalkolat abbażi tal-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-medja tal-limiti massimi nazzjonali għas-snin mill-2015 sal-2019 stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament u n-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 33 jew l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2015. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw il-prattiki msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu diġà mill-2015, jistgħu jagħtu stima tal-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet li jkunu saru fl-2014 skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 43(9) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistgħu jiddeċiedu li japplikaw it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq bażi individwali b’ammont li jikkorrispondi għal terz tal-pagament għal approċċ aktar ekoloġiku medju għal kull ettaru tal-bidwi kkonċernat.

Il-pagament għal approċċ aktar ekoloġiku medju għall-bidwi għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-medja tal-pagament individwali kkalkolat skont it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 43(9) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-snin bejn l-2015 u l-2019 u l-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati mill-bidwi skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament fl-2015.



TAQSIMA 2

Diversifikazzjoni tal-għelejjel

Artikolu 40

Kalkolu tal-ishma ta’ għelejjel differenti għad-diversifikazzjoni ta’ għelejjel

1.  Għall-fini tal-kalkolu tal-ishma ta’ għelejjel differenti kif inhu stipulat fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jitqies il-perjodu li huwa l-iktar parti relevanti tal-perjodu ta’ kultivazzjoni u se jitqiesu l-prattiki tradizzjonali ta’ kultivazzjoni fil-kuntest nazzjonali. ►M3  Dak il-perjodu jista' jiġi stabbilit fuq livell nazzjonali, reġjonali jew subreġjonali xieraq. ◄

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa ta’ dak il-perjodu fi żmien stipulat. Fil-firxa totali tal-art li tinħarat ta’ kull azjenda, kull ettaru għandu jitqies darba waħda biss f’sena waħda ta’ pretensjoni għall-fini tal-kalkolu tal-ishma ta’ għelejjel differenti.

2.  Għall-kalkolu tal-ishma ta’ għelejjel differenti, iż-żona koperta minn għalla tista’ tinkludi fatturi ta’ pajsaġġ li jiffurmaw parti miż-żona eliġibbli skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014.

3.  Fuq erja fejn jinżergħu għelejjel mħallta billi jitkabbru fl-istess waqt żewġ għelejjel jew aktar f’ringieli distinti, kull għalla għandha tingħadd bħala għalla distinta meta tkun tkopri mill-inqas 25 % ta’ dik l-erja. Iż-żona koperta mill-għelejjel differenti għandha tiġi kkalkolata b’diviżjoni taż-żona fejn jiġi applikat żrigħ imħallat bin-numru ta’ għelejjel li jgħattu tal-inqas 25 % ta’ dik iż-żona, ikun xi jkun is-sehem propju ta’ għalla f’dik iż-żona.

Rigward iż-żoni fejn jiġi applikat iż-żrigħ imħallat permezz tat-tkabbir ta’ għalla ewlieni li tinżera’ ma’ għalla oħra, iż-żona tiġi kkunsidrata bħala mgħottija biss mill-għalla ewlenija.

Żoni li fihom tinżera’ taħlita ta’ żrieragħ, indipendentament mill-għelejjel speċifiċi inklużi fit-taħlita, għandha titqies li hija koperta b’għalla waħda biss. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, din l-għalla waħidha għandha tissejjaħ “għalla mħallta”. Fejn jista’ jkun stabbilit li l-ispeċijiet inklużi f’taħlitiet differenti ta’ żrieragħ huma differenti minn xulxin, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu dawk it-taħlitiet ta’ żrieragħ differenti bħala għelejjel singoli distinti, sakemm dawk it-taħlitiet differenti ta’ żrieragħ ma jintużaw għall-għalla msemmija fl-Artikolu 44(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

▼M3

L-erjas fejn jikbru għelejjel differenti ħdejn xulxin, fejn kull għalla waħda tkopri erja li tkun iżgħar mid-daqs minimu stabbilit mill-Istati Membri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jistgħu jitqiesu mill-Istati Membri bħala koperti minn “għalla mħallta” waħda kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

▼B



TAQSIMA 3

Bwar permanenti

Artikolu 41

Qafas għad-deżinjazzjoni ta’ żoni oħra ta’ bwar permanenti sensittivi għall-ambjent barra ż-żoni ta’ Natura 2000

Żoni ta’ bwar permanenti ambjentalment sensittivi barra miż-żoni koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE jew mid-Direttiva 2009/147/KE kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jingħażlu abbażi ta’ kriterju wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a) li jkopru ħamrija organika b’perċentwal għoli ta’ karbonju organiku, bħal mhuma t-torbiera jew l-artijiet mistagħdra;

(b) li jħaddnu ħabitati elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE jew li huma protetti taħt leġiżlazzjoni nazzjonali;

(c) li jħaddnu speċi ta’ pjanti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE jew li huma protetti taħt leġiżlazzjoni nazzjonali;

(d) li huma ta’ importanza sinifikanti għal speċi ta’ għasafar selvaġġi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE;

(e) li huma ta’ importanza sinifikanti għal speċi ta’ annimali selvaġġi protetti taħt id-Direttiva 92/43/KEE jew li huma protetti taħt leġiżlazzjoni nazzjonali;

(f) li jkopru bur permanenti ta’ valur naturalistiku għoli kif inhu ddefinit mill-kriterji oġġettivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru;

(g) li jkopru ħamrija b’riskju għoli ta’ erożjoni.

(h) li jkunu jinsabu f’żona sensittiva nominata fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir idrografiku skont id-Direttiva 2000/60/KE.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li kull sena jżidu żoni magħżula ġodda u għandhom jinfurmaw lill-bdiewa kkonċernati dwar dik id-deċiżjoni fi żmien stipulat.

Artikolu 42

Konverżjoni mill-ġdid f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu dwar żoni ta’ bwar permanenti sensittivi għall-ambjent

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), fejn bidwi kkonverta jew għażaq bur permanenti li jkun soġġett għall-obbligu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi għall-obbligu li jikkonverti ż-żona mill-ġdid f’bur permanenti u, abbażi ta’ każ b’każ, jista’ jagħti istruzzjonijiet preċiżi li l-bidwi kkonċernat għandu jirrispetta dwar kif wieħed għandu jsewwi l-ħsara ambjentali li saret sabiex jerġa’ jistabbilixxi l-istatus ambjentalment sensittiv.

Wara li tiġi stabbilita n-nonkonformità, il-bidwi għandu jiġi informat mingħajr dewmien dwar l-obbligu li jikkonverti mill-ġdid u dwar id-data li qabilha għandu jikkonforma ma’ dan l-obbligu. Dik id-data ma għandhiex tkun iktar tard mid-data għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika għas-sena ta’ wara, jew fil-każ tal-Isvezja u l-Finlandja, it-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

B’deroga mill-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-art konvertita mill-ġdid għandha tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti mill-ewwel jum tal-konverżjoni mill-ġdid tagħha u għandha tkun soġġetta għall-obbligu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 43

Kalkolu tal-proporzjon ta’ bur permanenti

1.  Żoni ddikjarati minn bdiewa li qed jipparteċipaw fl-iskema tal-bdiewa żgħar imsemmija fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif ukoll l-unitajiet ta’ azjenda użati għall-produzzjoni organika skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 9 ) bla ma jkun inkluż fil-proporzjon taż-żoni ta’ bwar permanenti għaż-żona agrikola totali u l-proporzjon ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  Iż-żoni ddikjarati minn bdiewa fl-2012 bħala art għar-ragħa permanenti li ġiet ikkonvertita f’art għal użi oħra jistgħu jitnaqqsu mill-kalkolu taż-żoni ta’ bwar permanenti skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, san-numru ta’ ettari ta’ ragħa permanenti jew bur permanenti li l-bdiewa stabbilixxew wara l-2012 u ddikjaraw fl-2015 fuq livell nazzjonali, reġjonali, sottoreġjonali jew tal-azjenda, dment li ġew issodisfati r-regoli eżistenti dwar il-manutenzjoni ta’ ragħa permanenti kif stipulat fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Meta jiġi kkalkulat in-numru ta’ ettari ta’ mergħat permanenti jew ta’ bwar permanenti stabbiliti wara l-2012 kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, ettari ta’ mergħat permanenti jew bwar permanenti biss f’żona agrikola ddikjarata fl-2012, fl-2013 jew fl-2014 skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jitqiesu.

▼M5

3.  L-Istati Membri għandhom jadattaw il-proporzjon ta' referenza jekk iqisu li hemm impatt sinifikanti fuq l-evoluzzjoni tal-proporzjon dovuta, b'mod partikolari, għal bidla fl-erja ta' produzzjoni organika, bidla fil-popolazzjoni ta' parteċipanti fl-iskema tal-bdiewa ż-żgħar jew meta Stat Membru jieħu deċiżjoni skont il-punt (a), (b) jew (c) tat-tielet subparagarafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bla dewmien dwar l-adattament li sar u l-ġustifikazzjoni għal dak l-adattament.

▼B

Artikolu 44

Manutenzjoni tal-proporzjon ta’ bur permanenti

▼M5

1.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-obbligu individwali ta' bdiewa biex ma jikkonvertux, anke meta japplikaw il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, biex ma jaħartux erjas ta' bur permanenti mingħajr awtorizzazzjoni individwali minn qabel. Il-bdiewa għandhom jiġu mgħarrfa b'dak l-obbligu mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ qabel il-15 ta' Novembru tas-sena li fiha l-Istat Membru kkonċernat jistabbilixxi dan. Dak l-obbligu għandu japplika biss għall-bdiewa li huma soġġetti għall-obbligi skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta' erjas ta' bur permanenti li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni jista' jiddependi fuq l-applikazzjoni tal-għan u tal-kriterji nondiskriminatorji inkluż il-kriterji ambjentali. Jekk l-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu hija soġġetta għall-kundizzjoni li erja oħra b'numru korrispondenti ta' ettari tkun se tiġi stabbilita bħala bur permanenti jew, meta l-Istati Membri japplikaw il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għall-kundizzjoni li erja oħra jew l-istess waħda hija stabbilita bħala bur permanenti, dik l-erja għandha, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti mill-ewwel ġurnata wara l-konverżjoni inkluż il-ħrit. Erjas bħal dawn għandhom jintużaw għat-tkabbir ta' ħxejjex jew ta' foraġġ erbaċew ieħor għal ħames snin konsekuttivi wara d-data tal-konverżjoni tagħhom inkluż il-ħrit. Madankollu, jekk l-Istat Membru jiddeċiedi b'dan il-mod, meta l-bdiewa jikkonvertu erjas li kienu diġà qed jintużaw għat-tkabbir ta' ħxejjex jew ta' foraġġ erbaċew ieħor f'erjas ta' bur permanenti, dawn l-erjas għandhom jintużaw għat-tkabbir ta' ħxejjex jew ta' foraġġ erbaċew ieħor għall-bqija tas-snin li hemm bżonn biex jintlaħqu l-ħames snin konsekuttivi.

▼B

2.  Meta jkun stabbilit li l-proporzjon imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 naqas b’aktar minn 5 % meta mqabbel mal-proporzjon ta’ referenza msemmi f’dak l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi għall-obbligu li jikkonverti ż-żoni mill-ġdid fi bwar permanenti u għar-regoli biex tiġi evitata konverżjoni ġdida taż-żoni ta’ bwar permanenti.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-firxa ta’ bdiewa soġġetti għall-obbligu tal-konverżjoni mill-ġdid minn bdiewa li:

(a) huma soġġetti għall-obbligi skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta’ żoni ta’ bur permanenti li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 45(1) ta’ dak ir-Regolament; u

(b) skont applikazzjonijiet sottomessi b’konformità mal-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 waqt is-sentejn ta’ qabel, jew fl-2015 waqt it-tliet snin ta’ qabel, għandhom żoni agrikoli għad-dispożizzjoni tagħhom li ġew ikkonvertiti minn żoni ta’ bwar permanenti jew minn art b’bur permanenti f’żoni għall-użi oħra.

Fejn il-perjodi msemmija f’punt (b) tat-tieni subparagrafu jinkludu s-snin kalendarji qabel l-2015, l-obbligu tal-konverżjoni mill-ġdid għandhom japplikaw għal żoni li ġew ikkonvertiti f’żoni għal użi oħra minn art b’mergħa permanenti li kienu soġġetti għall-obbligazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tal-Artikolu 93(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Fid-determinazzjoni ta’ liema bdiewa għandhom jikkonvertu żoni f’żoni ta’ bwar permanenti, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jimponu l-obbligu fuq bdiewa li għandhom għad-diżpozzizzjoni tagħhom żona li kienet ikkonvertita minn żona ta’ bur permanenti jew minn art b’bur permanenti f’żona għal użi oħra, bi ksur tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, jekk applikabbli, imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009. Dawn il-bdiewa għandhom jikkonvertu ż-żona kollha kkonvertita.

3.  Jekk l-applikazzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2 ma twassalx għal żieda fil-proporzjon imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li taqbeż il-limitu ta’ 5 %, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li bdiewa li għandhom għad-diżpożizzjoni tagħhom żona li kienet ikkonvertita minn żona ta’ bur permanenti jew minn art b’mergħa permanenti f’żona għal użi oħra waqt il-perjodi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, għandhom jikkonvertu wkoll perċentwal ta’ dik iż-żona konvertita f’żoni ta’ bwar permanenti jew jistabbilixxu żona oħra li tikkorrispondi ma’ dak il-perċentwal bħala żona ta’ bur permanenti. Dak il-perċentwal għandu jiġi kkalkolat abbażi taż-żona kkonvertita mill-bidwi waqt il-perjodi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u ż-żona meħtieġa biex il-proporzjon imsemmi fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jaqbeż il-limitu ta’ 5 %.

Għall-kalkolu tal-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, miż-żona kkonvertita mill-bidwi, dawk iż-żoni li saru bwar permanenti wara l-31 ta’ Diċembru 2015, dment li jwettqu kontroverifiki amministrattivi tal-bur permanenti ddikjarat b’mod annwali fl-applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali permezz ta’ intersezzjoni spazjali maż-żona ddikjarata bħala żona ta’ ragħa permanenti fl-2015 irreġistrata fis-sistema ta’ identifikazzjoni għal ħbula art agrikoli u li dawk iż-żoni ta’ bwar permanenti ma kinux stabbiliti bħala riżultat ta’ obbligu li tiġi kkonvertita mill-ġdid jew li tiġi stabbilita żona ta’ bur permanenti skont il-paragrafu 2 jew dan il-paragrafu. Madankollu, meta t-tali esklużjoni ma tippermettix li jiżdied il-proporzjon imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 iktar mil-limitu ta’ 5 %, l-Istati Membri ma għandhomx jeskludu dawk iż-żoni.

Iż-żoni ta’ bwar permanenti jew art b’ragħa permanenti li l-bdiewa ħolqu fil-kuntest tal-impenji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ( 10 ) u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma għandhomx jiġu kkunsidrati fiż-żona kkonvertita mill-bidwi għall-kalkolu tal-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Il-bdiewa għandhom ikunu mgħarrfa dwar l-obbligu individwali tal-konverżjoni mill-ġdid u dwar ir-regoli biex jevitaw konverżjoni ġdida ta’ bur permanenti, mingħajr dewmien u dejjem qabel il-31 ta’ Diċemrbu tas-sena li fiha jiġi stabbilit it-tnaqqis ta’ aktar minn 5 %. Għandu jitħares l-obbligu ta’ konverżjoni mill-ġdid qabel id-data għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika għas-sena ta’ wara, jew fil-każ tal-Isvezja u l-Finlandja, it-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

B’deroga mill-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, żoni konvertiti mill-ġdid jew stabbiliti bħala żoni ta’ bwar permanenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala bur permanenti mill-ewwel ġurnata tal-konverżjoni mill-ġdid jew tat-twaqqif. Dawk iż-żoni għandhom jintużaw għat-tkabbir ta’ ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor għal mill-inqas ħames snin konsekuttivi wara d-data ta’ konverżjoni tagħhom, jew, jekk l-Istat Membru jiddeċiedi dan, fejn il-bdiewa jikkonvertu żoni li diġà kienu użati biex jitkabbru ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor f’żoni ta’ bwar permanenti, dawn iż-żoni għandhom jintużaw għat-tkabbir ta’ ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor għan-numru ta’ snin li hemm bżonn sabiex jilħqu l-ħames snin konsekuttivi.



TAQSIMA 4

Żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika

Artikolu 45

Aktar kriterji għat-tipi ta’ żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika

1.  Sabiex it-tipi ta’ żoni elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jikkwalifikaw bħala żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 11 ta’ dan l-Artikolu.

▼M5

2.  Fuq art li titħalla tistrieħ u art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar) ma għandux ikun hemm produzzjoni agrikola. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu li matulu l-art għandha titħalla tistrieħ f'sena kalendarja partikolari. Dak il-perjodu ma għandux ikun iqsar minn sitt xhur. Fir-rigward tal-erjas li huma art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista tal-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar li jridu jintużaw. Speċijiet ta' pjanti aljeni invażivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) ma għandhomx għalfejn jidhru fuq il-lista. Erjas bħal dawn ma għandhomx jinkludu erjas koperti b'għelejjel li normalment jinżergħu għall-ħsad. L-Istati Membri jistgħu jistbalixxu aktar rekwiżiti. Erjas bħal dawn jistgħu jinkludu speċijiet erbaċej sakemm l-għelejjel li jintużaw għall-produzzjoni tal-għasel jibqgħu predominanti. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit “ebda produzzjoni” li huwa stabbilit fil-paragrafu 10a, id-doqqajs jista' jintuża fuq erjas ta' art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar).

B'deroga mill-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, art li titħalla tistrieħ u art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar) għandhom jibqgħu art li tinħarat biex jiġi ssodisfat l-għan ta' erja b'fokus ekoloġiku għal aktar minn ħames snin.

▼B

3.  Ir-raba’ mtarraġ għandu jkun raba’ mtarraġ li jkun protett skont KAAT 7 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif ukoll raba’ mtarraġ ieħor. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkunsidraw biss bħala żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika raba’ mtarraġ protett skont il-KAAT 7. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jikkunsidraw raba’ mtarraġ ieħor għandhom jistabbilixxu kriterji għal dak ir-raba’ mtarraġ ieħor, inkluż it-tul minimu bbażat fuq speċifiċitajiet nazzjonali jew reġjonali.

▼M3

4.  Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi u jistgħu jkunu dawk protetti bil-KAAT 7, bl-SMR 2 jew bl-SMR 3 kif imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u/jew wieħed jew aktar mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a) is-sisien tal-ħaxix, il-ħbula msaġġra jew is-siġar f'linja;

(b) is-siġar iżolati;

(c) il-gruppi żgħar tas-siġar fl-għelieqi inklużi s-siġar, l-arbuxelli jew il-ġebel;

(d) l-għadajjar. Il-ġibjuni magħmula mill-konkrit jew mill-plastik ma għandhomx jitqiesu bħala erja b'fokus ekoloġiku;

(e) il-fossijiet, inklużi l-kanali tal-ilma miftuħin għall-finijiet ta' irrigazzjoni jew skular. Il-kanali b'ħitan tal-konkrit ma għandhomx jitqiesu bħala erja b'fokus ekoloġiku.

(f) il-ħitan tal-ġebel tradizzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-għażla tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ għal dawk skont il-KAAT 7, l-SMR 2 jew l-SMR 3 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u/jew għal wieħed jew aktar mill-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu.

Għas-sisien tal-ħaxix, il-ħbula msaġġra u s-siġar f'linja kif ukoll il-fossijiet imsemmija fil-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu, rispettivament, l-erja li għandha tiġi kkwalifikata bħala erja b'fokus ekoloġiku għandha tiġi kkalkulata sa wisa' massima ta' 10 metri.

Għall-gruppi żgħar tas-siġar fl-għelieqi u l-għadajjar imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, rispettivament, l-erja li għandha tiġi kkwalifikata bħala erja b'fokus ekoloġiku għandha tiġi kkalkulata sa daqs massimu ta' 0,3 ettari.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu daqs minimu għall-għadajjar. Fejn ikun hemm ħabel b'veġetazzjoni riparja tul l-ilma, l-erja korrispondenti għandha tiġi inkluża bil-għan li tiġi kkalkulata l-erja b'fokus ekoloġiku. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji sabiex jiżguraw li l-għadajjar ikunu ta' valur naturali, filwaqt li jqisu r-rwol li l-għadajjar naturali għandhom għall-konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċijiet.

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji minimi bbażati fuq speċifiċitajiet nazzjonali jew reġjonali, inkluż limiti fuq id-dimensjonijiet ta' għoli u wisa'.

5.  Il-biċċiet art ta' lqugħ u l-ġmiem tal-għelieqi jistgħu jkunu kwalunkwe biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem tal-għelieqi inklużi dawk il-biċċiet art ta' lqugħ tul il-kanali tal-ilma meħtieġa skont il-KAAT 1, l-SMR 1 jew l-SMR 10 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew il-ġmiem tal-għelieqi protetti skont il-KAAT 7, SMR 2 jew SMR 3 kif imsemmi f'dak l-Anness.

L-Istati Membri ma għandhomx jillimitaw l-għażla tal-biċċiet art ta' lqugħ u tal-ġmiem tal-għelieqi għal dawk meħtieġa fir-regoli ta' kundizzjonalità msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-wisa' minima tal-biċċiet art ta' lqugħ u tal-ġmiem tal-għelieqi li ma għandhiex tkun anqas minn (1) metru għal skopijiet ta' erjas b'fokus ekoloġiku. Tul il-kanali tal-ilma għandha tiġi inkluża veġetazzjoni riparja bil-għan li tiġi kkalkulata l-erja b'fokus ekoloġiku. Ma għandu jkun hemm l-ebda produzzjoni agrikola fuq il-biċċiet art ta' lqugħ u l-ġmiem tal-għelieqi.

Għall-biċċiet art ta' lqugħ u l-ġmiem tal-għelieqi minbarra dawk meħtieġa jew protetti skont il-KAAT 1, il-KAAT 7, l-SMR1, l-SMR2, l-SMR 3 jew l-SMR 10 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-erja li għandha tiġi kkwalifikata bħala erja b'fokus ekoloġiku għandha tiġi kkalkulata sa wisa' massima ta' 20 metru.

▼M3

5a.  Għall-finijiet tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-erjas imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala erjas jew karatteristiċi li jmissu ma' xulxin meta jkunu maġenb erja b'fokus ekoloġiku direttament maġenb l-art li tinħarat tal-azjenda.

▼B

6.  L-ettari agroforestali tfisser raba’ li tinħarat eleġibbli għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku li hemm referenza għaliha fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li tissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom kien jew qiegħed jingħata appoġġ skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

▼M3

7.  Fir-rigward tal-ħbula ta' ettari eliġibbli tul it-trufijiet tal-foresti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu l-produzzjoni agrikola jew jistabbilixxu rekwiżit tal-ebda produzzjoni agrikola, jew li jipprovdu ż-żewġ alternattivi lill-bdiewa. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-wisa' minima ta' dawk il-ħbula, li ma għandhiex tkun inqas minn (1) metru.

L-erja li għandha tiġi kkwalifikata bħala erja b'fokus ekoloġiku għandha tiġi kkalkulata sa wisa' massima ta' 10 metri meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu l-produzzjoni agrikola u 20 metru meta l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jippermettux il-produzzjoni agrikola.

8.  Għal erjas bi msajġar ta' newba qasira bla użu ta' fertilizzant minerali u/jew ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' speċijiet li jistgħu jintużaw għal dak il-għan, billi jagħżlu mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 l-aktar speċijiet xierqa minn perspettiva ekoloġika, u b'hekk jeskludu l-ispeċijiet li b'mod ċar mhumiex indiġeni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll ir-rekwiżiti fir-rigward tal-użu ta' fertilizzanti minerali u/jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f'każ li l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu tagħhom, filwaqt li jżommu f'moħħhom l-għan tal-erjas b'fokus ekoloġiku b'mod partikolari biex tiġi salvagwardjata u mtejba l-bijodiversità.

▼M5

8a.  Fuq l-erjas bil-Miscanthus u bis-Silphium perfoliatum l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ħlief fl-ewwel sena li fiha ż-żewġ speċijiet ikunu qed jiġu stabbiliti minn bidwi. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu jew jistabbilixxu rekwiżiti fir-rigward tal-użu ta' fertilizzanti minerali fuq dawk l-erjas, filwaqt li jżommu f'moħħhom l-għan tal-erjas b'fokus ekoloġiku biex b'mod partikolari jipproteġu u jtejbu l-bijodiversità.

▼M3

9.  L-erjas b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali għandhom jinkludu dawn l-erjas stabbiliti skont ir-rekwiżiti fil-SMR 1 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif ukoll erjas oħrajn b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali, bil-kundizzjoni li dawn ikunu ġew stabbiliti billi tinżera' taħlita ta' speċijiet ta' għelejjel jew billi jinżergħu addizzjonalment ħaxix jew għelejjel leguminużi fl-għalla ewlenija.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista tat-taħlitiet ta' speċijiet ta' għelejjel li għandhom jintużaw u jistabbilixxu l-perjodu fuq livell nazzjonali, reġjonali, subreġjonali jew tar-razzett li matulu jridu jkunu fis-seħħ l-erjas b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali meta jiġu stabbiliti biż-żrigħ ta' taħlita ta' speċijiet tal-għelejjel. Dan il-perjodu ma għandux ikun inqas minn tmien ġimgħat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-metodi tal-produzzjoni.

L-erjas b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali ma għandhomx jinkludu l-erjas b'għelejjel tax-xitwa li jinżergħu fil-ħarifa normalment għall-ħsad jew għar-ragħa. Dawn ma għandhomx jinkludu wkoll l-erjas koperti minn prattiki ekwivalenti msemmija fil-punti I.3 u 4 tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

10.  Fl-erjas b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu, il-bdiewa għandhom ikabbru dawk l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu inklużi f'lista stabbilita mill-Istat Membru. Dik il-lista għandha tinkludi l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu li l-Istat Membru jidhirlu li jkunu jikkontribwixxu għall-għan ta' titjib tal-bijodiversità, u tista' tinkludi taħlitiet ta' għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu ma' għelejjel oħra diment li l-ispeċijiet tal-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu jkunu predominanti. Dawk l-għelejjel għandhom ikunu preżenti fl-istaġun tat-tkabbir. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali l-aktar fir-rigward tal-metodu tal-roduzzjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li titqies il-ħtieġa li jiġu ssodisfati l-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE u tad-Direttiva 2000/60/KE, minħabba l-potenzjal li għandhom l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu biex iżidu r-riskju ta' lissija fil-ħarifa.

L-erjas b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu ma għandhomx jinkludu l-erjas koperti minn prattiki ekwivalenti msemmija fil-punti I.3 u 4 tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

▼M3

10a.  Għall-finijiet tal-paragrafi 2, 5 u 7, l-“ebda produzzjoni agrikola” tfisser l-ebda attività agrikola kif definita fl-Artikolu 4(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti definiti skont il-KAAT 4 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għandhom ikunu permessi azzjonijiet immirati biex jistabbilixxu kopertura tal-ħamrija ħadra għal finijiet ta' bijodiversità, inkluż iż-żrigħ ta' taħlitiet ta' żerriegħa tal-fjuri selvaġġi.

Madankollu, permezz ta' deroga mir-rekwiżit tal-ebda produzzjoni, għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 7, l-Istati Membri jistgħu jippermettu il-ħsad jew ir-ragħa fuq biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem tal-għelieqi kif ukoll fuq ħbula ta' ettari eliġibbli tul it-trufijiet ta' foresti mingħajr il-produzzjoni, diment li l-ħabel ikun jista' jibqa' jingħaraf mill-art agrikola ta' maġenbu.

10b.  L-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jkun projbit fl-erjas kollha msemmija fil-paragrafi 2, 9 u 10 kif ukoll fl-erjas bi produzzjoni agrikola li jissemmew fil-paragrafu 7.

10c.  Fl-erjas imsemmija fil-paragrafu 9 stabbiliti minn ħaxix jew għelejjel leguminużi miżrugħa addizzjonalment fl-għalla ewlenija, din il-projbizzjoni għandha tapplika mill-mument tal-ħsad tal-għalla ewlenija saż-żrigħ tal-għalla ewlenija li jkun imiss.

▼B

11.  Bidwi jista’ jiddikjara l-istess żona jew karatteristika tal-pajsaġġ darba biss f’sena ta’ pretensjoni sabiex ikun konformi mar-rekwiżit ta’ żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika.

Artikolu 46

Regoli għall-implimentazzjoni reġjonali taż-żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika

1.  L-Istati Membri li jagħżlu l-implimentazzjoni reġjonali prevista fl-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiddefinixxu r-reġjuni għall-finijiet ta’ dak l-Artikolu. Ir-reġjuni li għandhom jiġu definiti għandhom jikkonsistu minn żoni ġeografiċi uniċi u omoġenji b’kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali simili. Għal dan il-għan, omoġeneità għandha tirreferi għat-tip ta’ ħamrija, l-elevazzjoni, kif ukoll għall-preżenza taż-żoni naturali u seminaturali.

2.  Fir-reġjuni definiti, l-Istati Membri għandhom jagħżlu ż-żoni fejn għandhom jiġu implimentati sa nofs il-punti perċentwali tar-rekwiżit tal-erja ta’ konċentrazzjoni ekoloġika.

3.  Fir-rigward taż-żoni definiti, l-Istati Membri għandhom jipprevedu obbligi speċifiċi għall-bdiewa jew gruppi ta’ bdiewa li jipparteċipaw. Dawk l-obbligi għandhom jiżguraw strutturi kontigwi maġenb żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika. L-obbligi għall-bdiewa jew il-gruppi ta’ bdiewa li jipparteċipaw għandhom jinkludu rekwiżit li kull bidwi li jipparteċipa għandu jkollu tal-anqas 50 % taż-żona soġġetta għall-obbligu stipulat fl-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-art tal-azjenda tiegħu fir-reġjun u skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) ta’ dak ir-Regolament.

4.  L-obbligi għall-bdiewa jew gruppi ta’ bdiewa li jipparteċipaw għandhom jiżguraw li ż-żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika kontigwi msemmija fil-paragrafu 3 jikkonsistu f’żona waħda jew aktar minn dawk imsemmija fil-punti (a), (c), (d) u (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

5.  Fl-għażla taż-żoni u l-previżjoni tal-obbligi kif inhu msemmi fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, jekk ikun applikabbli, il-bijodiversità eżistenti nazzjonali jew reġjonali u/jew il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u strateġiji ta’ adattament, il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri idrografiċi jew bżonnijiet identifikati bil-għan li tiġi żgurata l-koerenza ekoloġika tan-netwerk Natura 2000, kif inhu msemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE jew biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Infrastruttura Ekoloġika.

6.  Qabel ma jistipulaw l-obbligi għall-bdiewa, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-bdiewa jew lill-gruppi ta’ bdiewa kkonċernati u partijiet interessati oħrajn. Wara konsultazzjoni bħal din, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan dettaljat finalizzat għall-implimentazzjoni reġjonali u għandhom jinfurmaw lill-partijiet interessati li pparteċipaw fil-konsultazzjoni u lill-bdiewa u lill-gruppi ta’ bdiewa kkonċernati b’dan il-pjan, inkluża l-għażla taż-żoni u l-obbligi għall-bdiewa jew il-gruppi ta’ bdiewa li jipparteċipaw u b’mod partikolari l-perċentwal preċiż li kull bidwi individwali għandu jimplimenta fl-azjenda tiegħu stess. L-Istati Membri għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lill-bidwi mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ qabel dik li fiha l-implimentazzjoni reġjonali tkun se tapplika jew għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-waqt xieraq biex il-bidwi jkun jista’ jagħmel l-applikazzjoni tiegħu kif xieraq.

Mingħajr preġudizzju għall-pagamenti lill-bdiewa msemmija fl-Artikolu 43(9) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stipulati l-arranġamenti fir-rigward tal-kumpensi finanzjarji bejn il-bdiewa u fir-rigward tal-penali amministrattivi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità dwar iż-żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika kontigwi.

Artikolu 47

Regoli għall-implimentazzjoni kollettiva u l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati minn azjendi li għandhom jitqiesu li jinsabu fil-viċin

1.  L-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu li ssir implimentazzjoni kollettiva kif inhu stipulat fl-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandhom jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-azjendi li jitqiesu li jinsabu fil-viċin u li jużaw xi waħda minn dawn:

(a) bdiewa li 80 % tal-azjenda tagħhom tkun fl-istess muniċipalità;

(b) bdiewa li 80 % tal-azjenda tagħhom tkun f’żona b’raġġ li jinkludi numru ta’ kilometri li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u li jkun sa massimu ta’ 15-il kilometru.

2.  L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħżlu żoni li fihom hija possibbli l-implimentazzjoni kollettiva u li jagħżlu obbligi ta’ impożizzjoni fuq il-bdiewa jew il-gruppi ta’ bdiewa li jipparteċipaw, għandhom jikkunsidraw il-bijodiversità eżistenti nazzjonali jew reġjonali u/jew il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-istrateġiji ta’ adattament, il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri idrografiċi jew il-bżonnijiet identifikati bil-għan li tiġi żgurata l-koerenza ekoloġika tan-netwerk Natura 2000 imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE jew li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-infrastruttura ekoloġika.

3.  L-obbligi għall-bdiewa jew il-gruppi ta’ bdiewa li jipparteċipaw u li huma msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-kundizzjoni li ż-żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika kontigwi jikkonsistu minn żona waħda jew aktar minn dawk imsemmija fil-punti (a), (c), (d) u (h) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

4.  Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni kollettiva għandhom jikkonkludu ftehim bil-miktub li jinkludi d-dettalji dwar l-arranġamenti interni tal-kumpens finanzjarju u dwar il-penali amministrattivi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità dwar iż-żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika komuni.

Artikolu 48

Determinazzjoni tal-proporzjon tal-foresta meta mqabbla mal-art agrikola

1.  L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-Artikolu 46(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jistabbilixxu l-perċentwal ta’ foresti meta mqabbla mal-erja tal-wiċċ tal-art totali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu abbażi tad-dejta disponibbli mill-Eurostat. Id-dejta dwar il-foresti għandha tirreferi għad-definizzjonijiet hekk kif inhuma applikati mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti u għandha teskludi ż-żona taħt art bis-siġar oħra. L-erja tal-wiċċ tal-art totali għandha teskludi l-erja taħt l-ilmijiet interni inklużi x-xmajjar u l-lagi.

2.  Il-proporzjon tal-foresta meta mqabbla mal-art agrikola msemmi fl-Artikolu 46(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jiġi kkalkolat bl-użu tad-dejta disponibbli mill-Eurostat. Jekk ma jkunx hemm dejta disponibbli mill-Eurostat dwar l-art taħt l-art forestali u agrikola, fl-iskala meħtieġa biex jiġi vvalutat il-proporzjon tal-foresta fuq livell ta’ erja ekwivalenti għal-livell LAU2 jew fil-livell ta’ unità delineata li tkopri żona ġeografika waħda ċara kontigwa li jkollha kundizzjonijiet agrikoli simili, jistgħu jintużaw sorsi ta’ dejta oħrajn.

L-Istati Membri għandhom juru li użaw dejta aġġornata u konsistenti dwar l-art taħt l-art forestali u agrikola, li tirrifletti sa fejn huwa possibbli, is-sitwazzjoni reali.

3.  Id-dejta u l-kalkoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu validi għal tliet snin. Wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu, l-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw ukoll l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 46(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u jġeddu dak il-perjodu ta’ tliet snin għandhom jikkalkolaw il-proporzjonijiet mill-ġdid skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu bl-użu tal-aktar dejta riċenti disponibbli possibbli.

F’każ li bidliet fil-limiti amministrattivi jaffettaw il-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 2, id-dejta u l-kalkoli għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid u kull bidla fl-applikazzjoni tal-eżenzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.



KAPITOLU 4

PAGAMENT LILL-BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ

Artikolu 49

Aċċess ta’ persuni ġuridiċi għall-pagamenti lill-bdiewa żgħażagħ

1.  Il-pagamenti annwali lill-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jingħataw lil persuna ġuridika irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) il-persuna ġuridika tkun intitolata għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u jkollha drittijiet għall-pagament attivati jew ettari eliġibbli ddikjarati, kif imsemmi fl-Artikolu 50(4) ta’ dak ir-Regolament;

▼M2

(b) bidwi żagħżugħ fis-sens tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jeżerċita kontroll effettiv u fuq tul ta' żmien fuq il-persuna ġuridika f'termini tad-deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni, mal-benefiċċji u mar-riskji finanzjarji għal kull sena li għaliha l-persuna ġuridika tapplika għall-pagament taħt l-iskema tal-bdiewa żgħażagħ. Meta diversi persuni fiżiċi, inkluż persuni li mhumiex bdiewa żgħażagħ, jipparteċipaw fil-kapital jew fil-ġestjoni tal-persuna ġuridika, il-bdiewa żgħażagħ għandhom għal kull sena li għaliha l-persuna ġuridika tapplika għall-pagament taħt l-iskema tal-bdiewa żgħażagħ, ikunu kapaċi li jeżerċitaw kontroll effettiv u fuq żmien twil bħal dan jew waħidhom jew flimkien ma' bdiewa oħrajn, soġġett għall-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu;

▼B

(c) mill-inqas wieħed mill-bdiewa żgħażagħ li jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (b), tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jekk hemm, sakemm l-Istati Membri jkunu ddeċidew li dawk il-kriterji għandhom japplikaw għal kull bidwi żagħżugħ bħal dan.

Meta persuna ġuridika tkun ikkontrollata unikament jew b’mod konġunt minn persuna ġuridika oħra, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna fiżika li jkollha kontroll fuq dik il-persuna ġuridika.

▼M2

1a.  Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, mis-sena kalendarja 2016 jew 2017, il-bdiewa żgħażagħ għandhom jeżerċitaw il-kontroll effettiv u fuq żmien twil li hemm referenza għalih f'dak il-punt biss. Deċiżjoni bħal din għandha tittieħed qabel id-data tal-ftuħ tal-perjodu tal-applikazzjoni għall-ewwel sena li tapplika għaliha u għandha tittieħed darba biss. L-ebda deċiżjoni bħal din ma għandha tkun possibbli wara d-data tal-ftuħ tal-perjodu ta' applikazzjoni għas-sena kalendarja 2017.

Meta l-Istati Membri jużaw id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu, biex tiġi ddeterminata d-data ta' stabbiliment li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 50(2)(a) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-perjodu li fih il-bidwi żagħżugħ jeżerċita kontroll b'mod konġunt flimkien ma' bdiewa oħra f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fis-snin kalendarji ta' qabel is-sena kalendarja li fiha din id-deroga tiġi applikata, għandu jiġi kkunsidrat.

Jekk l-Istati Membri jużaw din id-deroga, huma għandhom jiddeċiedu jekk jeżiġux jew le kontroll uniku minn bdiewa żgħażagħ għal dawk il-persuni ġuridiċi jew gruppi ta' persuni fiżiċi li jkunu diġà rċevew pagament taħt l-iskema tal-bdiewa żgħażagħ fis-sena (snin) qabel is-sena li fiha din id-deroga hija applikata filwaqt li bidwi żagħżugħ jew bdiewa żgħażagħ eżerċitaw il-kontroll b'mod konġunt flimkien ma' bdiewa li ma kinux bdiewa żgħażagħ.

▼B

2.  Il-pagament imsemmi fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandux jibqa’ jingħata jekk il-bdiewa żgħażagħ kollha li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u, fejn xieraq, fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ikunu waqqfu l-kontroll fuq il-persuna ġuridika.

3.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) kwalunkwe referenza fl-Artikolu 50(4) sa (10) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal “bidwi” għandha tinftiehem bħala referenza għall-persuna ġuridika msemmija f’dan l-Artikolu;

(b) ir-referenza għall-ewwel sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandha tinftiehem bħala referenza għall-ewwel applikazzjoni tal-persuna ġuridika għall-pagament taħt l-iskema tal-bdiewa żgħażagħ;

(c) mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, ir-referenza fit-tieni sentenza tal-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għall-“istabbiliment” għandha tinftiehem bħala referenza għall-istabbiliment mill-bdiewa żgħażagħ li għandhom kontroll fuq il-persuna ġuridika skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

▼M3

Bidwi żagħżugħ li jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika skont it-tifsira tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għall-finijiet tal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ma għandux ikollu aktar minn 40 sena fis-sena tal-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni fl-Iskema tal-Pagament Bażiku jew fl-Iskema tal-Pagament Uniku Skont l-Erja minn dik il-persuna ġuridika b'bidwi żagħżugħ li jkollu l-kontroll.

▼B

4.  Fejn diversi bdiewa żgħażagħ, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, ikunu akkwistaw kontroll fuq il-persuna ġuridika f’mumenti differenti ta’ żmien, l-aktar akkwist ta’ kontroll kmieni għandu jitqies bħala l-ħin tal-“istabbiliment” imsemmi fit-tieni sentenza tal-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 50

Aċċess ta’ grupp ta’ persuni fiżiċi għall-pagamenti lill-bdiewa żgħażagħ

L-Artikolu 49 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ grupp ta’ persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li għalihom ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 49(1)(a) ta’ dan ir-Regolament huma ssodisfati fil-livell tal-grupp.



KAPITOLU 5

APPOĠĠ AKKOPPJAT



TAQSIMA 1

Appoġġ akkoppjat volontarju

Artikolu 51

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “miżuri ta’ appoġġ akkoppjat” tfisser miżuri li jimplimentaw l-appoġġ volontarju akkoppjat imsemmi fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 52

Prinċipji ġenerali

1.  Ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi u soċjoekonomiċi u l-potenzjal agrikolu reġjonali, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva. Reġjuni bħal dawn jistgħu jvarjaw minn reġjuni oħra stabbiliti taħt l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  Meta jiddefinixxu t-tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi msemmija fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari l-istrutturi tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet relevanti tar-reġjun jew tas-settur ikkonċernat.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 53

Kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw kriterji tal-eliġibbiltà għall-miżuri tal-appoġġ akkoppjat f’konformità mal-qafas stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1307/2013 u mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

2.  Iż-żoni u r-rendimenti u n-numru ta’ annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fil-livell reġjonali jew fil-livell settorjali. Huma għandhom jirriflettu r-rendimenti massimi, iż-żona kkultivata jew in-numru ta’ annimali milħuqa fir-reġjun jew fis-settur fil-mira f’mill-inqas sena fil-perjodu ta’ ħames snin qabel is-sena tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 53(1) ta’ dak ir-Regolament.

▼M3

Il-pagament annwali għandu jkun espress bħala l-ammont ta' appoġġ għal kull unità. Dan jista' jkun wieħed mill-ammonti li ġejjin jew, meta l-erja jew l-għadd ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ ma jkunx jaqbeż l-erja jew l-għadd ta' annimali stabbiliti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ammont bejniethom:

(a) il-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament tal-miżura kif notifikat skont il-punt (3)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u l-erja jew l-għadd ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ fis-sena inkwistjoni;

(b) il-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament tal-miżura kif notifikat skont il-punt (3)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u l-erja jew l-għadd ta' annimali stabbilit kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

▼M4

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għall-ammont unitarju tal-appoġġ li hemm referenza għalih fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ammonti unitarji modulati għal ċerti kategoriji ta' bdiewa jew fil-livell tal-azjendi agrikoli sabiex jiġu kkunsidrati l-ekonomiji ta' skala li jirriżultaw mid-daqs tal-istrutturi ta' produzzjoni fit-tip ta' biedja speċifika fil-mira jew fis-settur agrikolu speċifiku, jew, jekk il-miżura timmira lejn reġjun jew settur sħiħ, fir-reġjun jew fis-settur ikkonċernat. L-Artikolu 67(1) ta' dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għan-notifika ta' deċiżjonijiet bħal dawn.

▼B

3.  Fejn l-appoġġ akkoppjat tal-miżura jkun jikkonċerna ż-żerriegħa taż-żejt msemmiji fl-Anness tal-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq iż-żerriegħa taż-żejt fi ħdan il-qafas tal-GATT, it-total ta’ żoni massimi li għandhom ikunu appoġġjati kif notifikat mill-Istati Membri ma għandux jaqbeż żona massima għall-Unjoni sħiħa għall-fini ta’ żgurar ta’ konformità mal-impenji internazzjonali tagħha.

Fejn tinqabeż iż-żona massima msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaġġustaw iż-żona notifikata bl-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ tnaqqis li jirriżulta mill-proporzjon bejn iż-żona massima u t-total taż-żoni notifikati għall-appoġġ taż-żerriegħa taż-żejt msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

4.  Fejn il-miżura tal-appoġġ akkoppjat tkun tikkonċerna annimali bovini u/jew nagħaġ u mogħoż, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għall-appoġġ, ir-rekwiżiti li l-annimali jiġu identifikati u rreġistrati previsti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 ( 13 ) rispettivament.

▼M1

Madankollu, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra ta' eliġibbiltà, annimal għandu jitqies ukoll eliġibbli għall-appoġġ meta r-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu jiġu ssodisfati sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru u li ma għandhiex tkun iktar tard:

(a) mill-ewwel jum tal-perjodu taż-żamma tal-annimal, meta jiġi applikat perjodu taż-żamma;

(b) minn data magħżula abbażi ta' kriterji oġġettivi u konsistenti mal-miżura korrispondenti nnotifikata skont l-Anness I, meta ma jiġi applikat l-ebda perjodu taż-żamma.

Sal-15 ta' Settembru 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dati msemmija fit-tieni sottoparagrafu.

▼B

5.  L-Istati Membri ma jistgħux jagħtu appoġġ akkoppjat relatat maż-żona lil żoni li mhumiex żoni eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 32(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Meta l-Istati Membri jagħtu appoġġ akkoppjat għall-qanneb, għandha tapplika l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

▼M2

Artikolu 53a

Trasferiment ta' fondi bejn miżuri

1.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw l-ammonti notifikati skont il-punt (3)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament għall-finijiet ta' finanzjament wieħed jew ta' diversi miżuri oħra ta' appoġġ skont il-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-istess sena ta' talba.

It-trasferiment ta' fondi bejn miżuri ta' appoġġ ma għandux jirriżulta fin-nullità tal-miżura ta' appoġġ notifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-Artikolu 67(1) u (2) ta' dan ir-Regolament.

▼M4

2.  Meta l-erja jew l-għadd ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat volontarju fis-sena tat-talba kkonċernata jkunu ugwali għal jew jaqbżu l-erja jew in-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif notifikat skont il-punt (3)(j) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-miżura ta' appoġġ ma għandhiex tibbenefika minn trasferiment ta' fondi minn xi miżura(i) oħra ta' appoġġ.

3.  Meta l-erja jew in-numru ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat volontarju fis-sena tat-talba kkonċernata jkunu inqas meta mqabbla mal-erja jew man-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif notifikat skont il-punt (3)(j) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, it-trasferiment ta' fondi ma għandux jirriżulta f'ammont unitarju li jsir anqas mill-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament kif notifikat skont il-punt (3)(i) ta' dak l-Anness u l-erja jew in-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

▼M2

4.  Meta l-Istati Membri jagħtu appoġġ akkoppjat għal għelejjel li fihom il-proteini filwaqt li jużaw il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 53(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, it-trasferiment ta' fondi ma għandux jirriżulta f'appoġġ disponibbli għall-għelejjel li fihom il-proteini li jkun anqas minn 2 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

5.  Deċiżjoni ta' trasferiment ta' fondi bejn il-miżuri ta' appoġġ għandha tittieħed qabel id-data tal-ewwel pagament jew il-pagament bil-quddiem lill-bdiewa fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju. Madankollu, fir-rigward ta' trasferimenti minn u għal miżuri li għalihom għadu ma sar l-ebda ħlas, deċiżjoni bħal din tista' tittieħed wara dik id-data, iżda mhux aktar tard minn:

(a) l-aħħar jum tax-xahar li fih isir l-ewwel pagament jew pagament bil-quddiem lill-bdiewa fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju;

(b) it-30 ta' Novembru, meta dak l-ewwel pagament jew pagament bil-quddiem ikun sar fil-perjodu mis-16 sal-31 ta' Ottubru.

6.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun biħsiebu jieħu deċiżjoni ta' trasferiment ta' fondi bejn il-miżuri ta' appoġġ għandha tinforma lill-bdiewa bil-possibbiltà ta' trasferiment qabel id-data tal-ftuħ tal-perjodu tal-applikazzjoni.

▼B

Artikolu 54

Konsistenza u kumulazzjoni tal-appoġġ

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 52(8) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-miżuri pprovduti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) għandhom jitqiesu bħala “miżuri u politiki oħrajn tal-Unjoni”.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsistenza bejn:

(a) miżuri ta’ appoġġ akkoppjat u miżuri implimentati skont miżuri u politiki oħra tal-Unjoni;

(b) miżuri ta’ appoġġ akkoppjat differenti;

(c) miżuri ta’ appoġġ akkoppjat u miżuri ffinanzjati mill-għanjuna statali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ appoġġ akkoppjat ma jfixklux it-tħaddim tajjeb ta’ miżuri oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu.

▼M2

3.  Meta appoġġ taħt ċertu miżura ta' appoġġ akkoppjat jista' jingħata wkoll taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat oħra, jew taħt miżura implimentata skont miżuri u politiki oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bidwi kkonċernat jista' jirċievi appoġġ li għandu fil-mira l-objettiv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 taħt miżura waħda biss bħal din għal kull settur, reġjun, tip ta' biedja speċifika jew settur agrikolu speċifiku li hija fil-mira skont l-Artikolu 52(3) ta' dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 55

Kriterji għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jeżisti nuqqas ta’ alternattivi jekk:

(a) l-ebda produzzjoni oħra għajr il-produzzjoni soġġetta għal miżura ta’ appoġġ akkoppjat ma tkun tista’ titwettaq fir-reġjun jew fis-settur fil-mira jew il-kontinwazzjoni ta’ produzzjoni ta’ dan it-tip tkun teħtieġ bidliet sinifikanti fl-istrutturi ta’ produzzjoni; jew

(b) il-konverżjoni lejn produzzjoni oħra tkun limitata ħafna minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ art jew tal-infrastrutturi adattati għal dik il-produzzjoni, it-tnaqqis sinifikanti konsekuttiv fl-għadd ta’ azjendi, il-livell ta’ investimenti meħtieġa li jirriżultaw mill-konverżjoni jew minħabba raġunijiet simili.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 55(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jkun meħtieġ li tiġi pprovduta provvista stabbli lill-industrija lokali tal-ipproċessar meta sospensjoni jew tnaqqis tal-produzzjoni fir-reġjun jew is-settur fil-mira jkun mistenni li jkollu impatt negattiv fuq l-attività u l-vijabbiltà ekonomika relatata jew f’intrapriżi downstream li jiddependu b’mod sinifikanti fuq produzzjoni bħal din, bħal proċessuri ta’ materja prima, biċċeriji jew industriji tal-ikel. Tali intrapriżi downstream jeħtieġ li jkunu lokalizzati fir-reġjun rispettiv jew jeħtieġ li jkunu jiddependu b’mod sinifikanti fuq is-settur għat-tkomplija tal-attività tagħhom.

3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 55(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, taqlib kontinwu fis-suq relatat għandu jeżisti fejn il-bdiewa fir-reġjun jew is-settur fil-mira huma affettwati mit-telf ekonomiku li jirriżulta b’mod partikolari minn okkorrenza ta’ tniġġis, kontaminazzjoni jew degradazzjoni fil-kwalità tal-ambjent relatat ma’ avveniment speċifiku ta’ ambitu ġeografiku limitat.

4.  Meta tivvaluta l-livell ta’ appoġġ akkoppjat li jirriżulta mill-miżuri biex jiġi approvat bħala nnotifikat mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tqis il-livell ta’ pagamenti diretti akkoppjati mogħtija matul mill-inqas sena fi żmien il-perjodu ta’ referenza 2010-2014 kif imsemmi fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.



TAQSIMA 2

Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton

Artikolu 56

Awtorizzazzjoni ta’ art agrikola għall-produzzjoni tal-qoton

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji oġġettivi abbażi ta’ liema art agrikola hija awtorizzata skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Dawn il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a) l-ekonomija agrikola ta’ dawk ir-reġjuni fejn il-qoton huwa għalla ewlenija;

(b) il-ħamrija u l-klima fiż-żoni kkonċernati;

(c) il-ġestjoni tal-ilma għat-tisqija;

(d) sistemi tan-newba u metodi ta’ kultivazzjoni li l-aktar jipproteġu l-ambjent.

Artikolu 57

Awtorizzazzjoni tal-varjetajiet għaż-żrigħ

Għall-finijiet tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-varjetajiet reġistrati fil-“Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli” li huma pprovduti fid-Direttiva 2002/53/KE li huma adattati għall-bżonnijiet tas-suq.

Artikolu 58

Rekwiżiti tal-eliġibbiltà

Iż-żrigħ taż-żoni msemmija fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 għandu jsir billi tinkiseb densità minima tat-tħawwil, li għandha tkun stipulata mill-Istat Membru abbażi tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tat-temp u l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjun, fejn xieraq.

Artikolu 59

Prattiki agronomiċi

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-prattiki agronomiċi meħtieġa għaż-żamma u l-ħsad tal-għelejjel f’kundizzjonijiet normali tat-tkabbir.

Artikolu 60

Approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali

1.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom japprovaw għal perjodu ta’ sena, li jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu, kull organizzazzjoni interprofessjonali msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li tapplika biex issir organizzazzjoni approvata bħal din u li:

(a) tkopri żona totali ta’ mill-inqas 4 000 ettaru kif stabbilit mill-Istat Membru li tissodisfa l-kriterji tal-awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament;

(b) tinkludi mill-inqas impriża tal-ħalġ waħda; u

(c) adottat regoli interni ta’ ħidma, b’mod partikolari dwar il-kundizzjonijiet tas-sħubija u l-miżati, skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni.

2.  Fejn jinstab li organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tirrispettax il-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jirtira l-approvazzjoni sakemm in-nuqqas ta’ rispett tal-kriterji kkonċernati ma jiġix solvut f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Fejn huwa ppjanat li l-approvazzjoni tiġi rtirata, l-Istat Membru għandu jinnotifika dik l-intenzjoni lill-organizzazzjoni interprofessjonali, flimkien mar-raġunijiet għall-irtirar. L-Istat Membru għandu jagħti permess lill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha fi żmien speċifikat.

Il-bdiewa membri ta’ organizzazzjoni interprofessjonali approvata li l-approvazzjoni tagħha ġiet irtirata skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitilfu d-dritt tagħhom għaż-żieda tal-għajnuna prevista fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 61

Obbligi tal-produtturi

1.  Produttur ma għandux ikun membru ta’ aktar minn organizzazzjoni interprofessjonali approvata waħda msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  Produttur li huwa membru ta’ organizzazzjoni interprofessjonali għandu jwassal il-qoton tiegħu lil ħallieġ tal-qoton u li jifforma parti mill-istess organizzazzjoni.

3.  Il-parteċipazzjoni ta’ produtturi f’organizzazzjoni interprofessjonali approvata għandha tkun ir-riżultat ta’ sħubija volontarja.



KAPITOLU 6

NOTIFIKI

Artikolu 62

Notifiki relatati mad-definizzjonijiet u dispożizzjonijiet relatati

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 sal-31 ta’ Jannar 2015. Tali notifika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali deċiżjonijiet, il-ġustifikazzjoni tagħhom u l-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom ittieħdu dawn id-deċiżjonijiet.

Artikolu 63

Notifiki relatati mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 8 sal-31 ta’ Jannar 2015. Tali notifika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali deċiżjonijiet, il-ġustifikazzjoni tagħhom u l-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom ittieħdu dawn id-deċiżjonijiet.

Artikolu 64

Notifiki relatati mal-pagament bażiku

1.  Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet tiegħu skont l-Artikoli 22(2) u (3), 24(10), 29 u 40(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, it-tali notifika għandha tinkludi dettalji dwar tali deċiżjonijiet. Barra minn hekk, għal deċiżjonijiet skont l-Artikoli 24(10), 29 u 40(4) ta’ dak ir-Regolament, għandha tkun inkluża ġustifikazzjoni fejn tkun relevanti.

Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, tali notifika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali deċiżjonijiet, il-ġustifikazzjoni tagħhom u l-kriterji oġġettivi li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet, b’mod partikolari l-kriterji użati għad-definizzjoni tar-reġjuni skont l-Artikolu 23(1) ta’ dak ir-Regolament, il-kriterji użati għad-diviżjoni tal-livelli massimi nazzjonali bejn ir-reġjuni skont l-Artikolu 23(2) ta’ dak ir-Regolament u l-kriterji użati għal kwalunkwe modifiki progressivi annwali skont l-Artikolu 23(3) ta’ dak ir-Regolament.

2.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażliet stipulati fl-Artikoli 30(7), 30(11)(b), 32(3)(b), 32(5) u 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ tali deċiżjoni dwar id-dettalji ta’ dawk id-deċiżjonijiet kif ukoll il-ġustifikazzjoni u, fejn relevanti, il-kriterji oġġettivi li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet.

F’każ ta’ eżami tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ tali deċiżjoni eżaminata.

3.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla stipulata fl-Artikolu 34(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sal-31 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ tali deċiżjoni.

4.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażliet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(1) u fl-Artikolu 40(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ qabel l-ewwel applikazzjoni ta’ tali deċiżjoni bid-dettalji ta’ dawk id-deċiżjonijiet kif ukoll il-ġustifikazzjoni u, fejn relevanti, il-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 65

Notifiki relatati ma’ approċċ aktar ekoloġiku

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a) sal-15 ta’ Diċembru 2014:

(i) jekk ikun applikabbli, id-deċiżjoni tagħhom li jikkalkulaw il-pagament li hemm referenza għalih fl-Artikolu 43(9) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 skont it-tielet subparagrafu ta’ dak il-paragrafu;

(ii) jekk applikabbli, id-deċiżjoni tagħhom li jaħtru aktar żoni ta’ bwar permanenti sensittivi li hemm referenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(iii) jekk applikabbli, id-deċiżjoni tagħhom li japplikaw il-bur permanenti msemmi fl-Artikolu 43(9) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fil-livell reġjonali kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2) ta’ dak ir-Regolament;

(b) sal-15 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata, id-deċiżjoni biex tingħażel żona ta’ bur permanenti ambjentalment sensittiva ġdida kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41 ta’ dan ir-Regolament;

(c) sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena, għas-sena ta’ pretensjoni kkonċernata:

(i) in-numru totali ta’ bdiewa li jridu japplikaw tal-inqas obbligu ta’ approċċ aktar ekoloġiku wieħed imsemmi fl-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u n-numru totali ta’ ettari ddikjarat mit-tali bdiewa;

▼M3

(ii) l-għadd totali ta' bdiewa eżentati minn prattika waħda jew aktar ta' prattiki tal-ekoloġizzazzjoni u l-għadd ta' ettari ddikjarati minn dawn il-bdiewa, l-għadd ta' bdiewa eżentati mill-prattiki kollha għax ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-għadd ta' bdiewa li jipparteċipaw fl-Iskema għall-Bdiewa Żgħar, l-għadd ta' bdiewa eżentati mill-obbligu ta' diversifikazzjoni tal-għelejjel, u l-għadd ta' bdiewa eżentati mill-obbligu tal-erja b'fokus ekoloġiku, u l-għadd rispettiv ta' ettari ddikjarati minn dawn il-bdiewa;

▼B

(iii) in-numru totali ta’ bdiewa li japplikaw il-miżuri ekwivalenti, li jiddistingwu l-bdiewa li japplikaw l-ekwivalenza skont l-Artikolu 43(3)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u n-numru rispettiv ta’ ettari ddikjarat mit-tali bdiewa;

(iv) in-numru totali ta’ bdiewa soġġetti għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel, maqsumin skont in-numru ta’ bdiewa soġġetti għal diversifikazzjoni b’żewġ għelejjel u n-numru ta’ bdiewa soġġetti għal diversifikazzjoni bi tliet għelejjel u inkluż in-numru rispettiv ta’ ettari ta’ art li tista’ tinħarat iddikjarat minn tali bdiewa;

(v) in-numru totali ta’ bdiewa kkunsidrati għall-kalkolu tal-proporzjon taż-żoni ta’ bwar permanenti meta mqabbla maż-żona agrikola totali u n-numru totali ta’ ettari koperti minn bwar permanenti ddikjarat minn tali bdiewa;

▼M3

(vi) l-għadd totali ta' bdiewa li jiddikjaraw bwar permanenti ambjentalment sensittivi, l-għadd totali ta' ettari koperti minn bwar permanenti ambjentalment sensittivi ddikjarati minn dawn il-bdiewa, l-għadd totali ta' ettari ta' bwar permanenti ambjentalment sensittivi magħżulin u l-għadd totali ta' ettari ta' bur permanenti f'erjas koperti mid-Direttiva 92/43/KEE jew id-Direttiva 2009/147/KE;

▼B

(vii) in-numru totali ta’ bdiewa soġġetti għall-obbligu ta’ żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika, in-numru totali ta’ ettari li jistgħu jinħartu minn tali bdiewa u n-numru totali ta’ ettari ddikjarati bħala żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika qabel l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ ponderazzjoni, maqsumin skont it-tip ta’ konċentrazzjoni ekoloġika kif inhu elenkat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(viii) in-numru totali ta’ bdiewa li jimplimentaw l-obbligu taż-żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika fil-livell reġjonali jew kollettiv u n-numru totali ta’ ettari li jistgħu jinħartu ddikjarat minn tali bdiewa;

(d) sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena, il-proporzjon ta’ referenza u l-proporzjon annwali ta’ żoni ta’ bwar permanenti meta mqabbla maż-żona agrikola totali, kif ukoll l-informazzjoni dwar l-obbligi stabbiliti fil-livell tal-azjenda skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament;

▼M3

(e) sal-1 ta' Awwissu ta' kull sena, il-perjodu li għandu jitqies għall-kalkolu tal-ishma tal-għelejjel differenti skont l-Artikolu 40(1) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-livell ġeografiku li ġie stabbilit fih dak il-perjodu.

▼B

2.  Fin-notifika li għandha ssir sal-1 ta’ Awwissu 2014 skont l-Artikolu 46(8) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan li ġej:

(a) id-deċiżjoni tagħhom dwar liema żoni elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jitqiesu bħala żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika, li sal-1 ta’ Ottubru 2014, trid tiġi supplimentata minn informazzjoni dwar it-tali deċiżjonijiet, inkluż dwar il-kundizzjonijiet applikabbli fuq dawk iż-żoni minħabba deċiżjonijiet mill-Istati Membri;

(b) informazzjoni dettaljata dwar l-użu ta’ fatturi ta’ konverżjoni u ta’ ponderazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.  Fin-notifika tagħhom li għandha ssir sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel, l-ewwel applikazzjoni tad-deċiżjoni relevanti skont l-Artikolu 46(8) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan li ġej:

(a) għall-Istati Membri li jagħżlu l-implimentazzjoni reġjonali msemmija fl-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, informazzjoni dwar id-definizzjoni tar-reġjuni, l-għażla taż-żoni, iż-żoni magħżulin għall-finijiet tal-Artikolu 46(4) ta’ dan ir-Regolament, u informazzjoni li tiġġustifika kif din l-implimentazzjoni reġjonali ssostni l-implimentazzjoni ta’ politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima u l-bijodiversità;

(b) għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu li tintuża l-implimentazzjoni kollettiva msemmija fl-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-għażla taż-żoni u ż-żoni magħżulin għall-fini tal-Artikolu 47(3) ta’ dan ir-Regolament, jekk applikabbli.

4.  Fin-notifika tagħhom li għandha ssir sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel l-ewwel applikazzjoni tad-deċiżjoni relevanti skont l-Artikolu 46(8) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 46(7) ta’ dak ir-Regolament li jiddeċiedu li japplikaw l-eżenzjoni prevista f’dik id-dispożizzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ dik id-deċiżjoni, inklużi d-dejta u l-kalkoli li juru li l-kundizzjonijiet kollha għall-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 46(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma ssodisfati.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għad-deċiżjonijiet biex tiġi applikata wkoll l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 46(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u jġeddu l-perjodu ta’ tliet snin kif inhu stipulat fl-Artikolu 48(3) ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament bi kwalunkwe tibdil fl-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 46(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 66

Notifiki relatati mal-pagamenti lill-bdiewa żgħażagħ

1.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-Artikolu 50(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għall-kalkolu tal-pagament lill-bdiewa żgħażagħ, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-metodu għall-kalkolu tal-pagament magħżul u l-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 50(9) ta’ dak ir-Regolament sal-31 ta’ Jannar 2015.

2.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li jiddefinixxi l-kriterji tal-eliġibbiltà skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew li japplika l-metodu ta’ kalkolu msemmi fl-Artikolu 50(10) ta’ dak ir-Regolament, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2015 dwar it-tali deċiżjoni.

3.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla li jikkalkula mill-ġdid in-numru fiss ta’ ettari kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50(10) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu tas-sena li għaliha tali kalkulazzjoni mill-ġdid ta’ din it-tali deċiżjoni tapplika u jipprovdi ġustifikazzjoni kif ukoll il-kriterji oġġettivi li skonthom tkun ittieħdet id-deċiżjoni.

▼M2

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 49(1a) mhux aktar tard minn 15-il jum wara d-data li fiha tkun ittieħdet dik id-deċiżjoni.

▼B

Artikolu 67

Notifiki relatati mal-appoġġ akkoppjat volontarju

1.  In-notifiki msemmija fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jinkludu l-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

▼M3 —————

▼M2

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 53a(1) sal-ewwel jum tax-xahar ta' wara dak li fih ikun sar l-ewwel pagament jew pagament bil-quddiem lill-bdiewa fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju. Madankollu, meta ħlas bħal dan ikun sar fil-perjodu mis-16 sal-31 ta' Ottubru, dik in-notifika għandha ssir sal-1 ta' Diċembru. Dik in-notifika għandha tinkludi dan li ġej:

(a) lista tal-miżuri affettwati u l-ammonti trasferiti;

(b) għal kull miżura affettwata, iż-żoni eliġibbli jew l-għadd ta' annimali fis-sena ta' talba rilevanti, wara li jkunu saru l-verifiki kollha tal-applikazzjonijiet ippreżentati;

▼M4

(c) għal kull miżura affettwata, ġustifikazzjoni li turi li t-trasferiment huwa konsistenti man-natura tal-iskema li tillimita l-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li d-deċiżjonijiet notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54 ta' dak ir-Regolament u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma jsirux nulli.

▼B

Artikolu 68

Notifiki dwar ir-rekwiżiti minimi biex wieħed jirċievi pagamenti diretti

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2014 b’kull deċiżjoni li ħadu skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 69

Notifiki dwar il-pagament ta’ distribuzzjoni mill-ġdid

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħti pagament ta’ distribuzzjoni mill-ġdid skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, in-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jkun fiha d-dettalji ta’ dik id-deċiżjoni, inklużi d-dettalji u l-ġustifikazzjoni tal-kalkolu tal-pagament ta’ distribuzzjoni mill-ġdid u, fejn xieraq, informazzjoni dwar kull applikazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 41(2) ta’ dak ir-Regolament u dwar kwalunkwe gradwazzjoni fi ħdan l-għadd ta’ ettari skont l-Artikolu 41(5) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 70

Notifiki dwar il-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħti pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2014 b’kull deċiżjoni li ħa skont l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Notifika bħal din għandu jkun fiha d-dettalji ta’ din id-deċiżjoni inkluża, fejn ikun xieraq, informazzjoni dwar kull restrizzjoni tal-pagamenti għal ċerti żoni skont l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dwar kull applikazzjoni tal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 48(4) ta’ dak ir-Regolament u dwar kull applikazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 48(5) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 71

Notifiki dwar l-iskema tal-bdiewa żgħar

Meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-iskema tal-bdiewa żgħar skont it-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2014 b’kull deċiżjoni li ħa skont dan it-Titolu.

Notifika bħal din għandu jkun fiha d-dettalji ta’ din id-deċiżjoni, inkluża l-possibbiltà ta’ inklużjoni awtomatika ta’ bdiewa skont l-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-kalkolu tal-pagament skont l-Artikolu 63 ta’ dak ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni dwar il-finanzjament imsemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, bla dewmien u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li magħha jkollu x’jaqsam il-pagament.

Artikolu 72

Applikazzjoni tal-Artikolu 8(1), 41(4) jew 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal membri ta’ persuni ġuridiċi jew gruppi

Meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-Artikolu 8(4), 41(8) jew 52(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2014 bid-dettalji ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 73

Tnaqqis lineari tal-pagamenti

Meta jiġi applikat xi tnaqqis lineari li jissemma fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 51(2) jew fl-Artikolu 65(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal ta’ tnaqqis applikat bla dewmien u sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja li matulha ntalbu l-pagamenti diretti mnaqqsa b’mod lineari.

Artikolu 74

Talba għal informazzjoni dwar miżuri li ħadu l-Istati Membri

Meta jkun meħtieġ, sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu dettalji dwar xi miżuri li ħadu biex jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew dwar kull regola adottata mill-Kummissjoni abbażi ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 75

Rapporti

1.  Meta l-Bulgarija u r-Rumanija jiddeċiedu li jagħtu pagamenti diretti nazzjonali komplementari skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dawn għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2016. Għal kull pagament dirett nazzjonali komplementari, ir-rapport għandu jkun fih l-għadd ta’ benefiċjarji, l-ammont totali ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari li ngħataw, l-ettari li għalihom ingħata l-pagament u r-rata tal-pagament fejn relevanti.

2.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħti għajnuna nazzjonali tranżitorja skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dan għandu jressaq rapport annwali lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara l-implimentazzjoni ta’ dik l-għajnuna nazzjonali tranżitorja. Għal kull settur, ir-rapport għandu jkun fih l-għadd ta’ benefiċjarji, l-ammont ta’ għajnuna nazzjonali tranżitorja li ngħatat, l-ettari, l-għadd ta’ annimali jew unitajiet oħra li għalihom ingħatat l-għajnuna u r-rata ta’ dik l-għajnuna meta relevanti.

Artikolu 76

Notifika tad-deċiżjoni li tirriżulta minn reviżjoni

Meta deċiżjoni notifikata lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew dan ir-Regolament tista’ tiġi riveduta, il-Kummissjoni għandha tinnotifika bid-deċiżjoni li tirriżulta mir-reviżjoni fi żmien perjodu ta’ erba’ ġimgħat minn meta tittieħdet din id-deċiżjoni, sakemm ma jkunx stabbilit limitu taż-żmien differenti għal din in-notifika fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Din in-notifika għandu jkun fiha d-dettalji tad-deċiżjoni u, meta relevanti, ġustifikazzjoni u l-kriterji oġġettivi li fuqhom issejset din id-deċiżjoni.



KAPITOLU 7

EMENDAR, TĦASSIR U DĦUL FIS-SEĦĦ

Artikolu 77

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 78

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1120/2009 u (KE) Nru 1121/2009 huma revokati.

Madankollu, huma għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna relatati mas-snin kalendarji qabel is-sena kalendarja 2015.

Artikolu 79

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fir-rigward ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna relatati mas-snin kalendarji sussegwenti s-sena kalendarja 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M4




ANNESS I

Kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 67(1)

L-informazzjoni għandha tinkludi:

(1) il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal kull sena sal-2020;

(2) it-titolu ta' kull miżura ta' appoġġ;

(3) deskrizzjoni ta' kull miżura ta' appoġġ, li tinkludi mill-anqas:

(a) ir-reġjun jew is-settur fil-mira;

(b) it-tipi speċifiċi ta' biedja u/jew is-setturi agrikoli speċifiċi magħżula kif ukoll deskrizzjoni tad-diffikultajiet li nstabu u, fejn applikabbli, il-kriterji stabbiliti mill-Istati Membri biex jiddefinixxu r-reġjuni msemmija fl-Artikolu 52(1) ta' dan ir-Regolament;

(c) l-importanza ekonomika, soċjali jew ambjentali relatata;

(d) kwalunkwe implimentazzjoni tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 52(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(e) it-tul tagħha;

(f) il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà applikabbli;

(g) għal Stati Membri li japplikaw it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) ta' dan ir-Regolament, il-kriterji applikati għall-istabbiliment ta' kull ammont unitarju modulat skont dak is-subparagrafu;

(h) l-ammont(i) unitarju/i stmat(i) ta' appoġġ ikkalkulat(i) skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) ta' dan ir-Regolament;

(i) l-ammont iffissat għall-finanzjament;

(j) l-erjas u r-rendimenti fissi jew in-numru fiss ta' annimali skont l-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(k) fejn xieraq, iż-żona massima stabbilita għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-appoġġ għal dawk iż-żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt imsemmija fl-Artikolu 53(3) ta' dan ir-Regolament;

(l) kwalunkwe miżura eżistenti applikata skont skemi oħra ta' għajnuna mill-Unjoni jew skont miżuri ffinanzjati minn għajnuniet statali fl-istess reġjun jew settur bħala miżura ta' appoġġ akkoppjat u, fejn ikun meħtieġ, il-kriterji u r-regoli amministrattivi biex jiġi żgurat li appoġġ li jimmira li jindirizza l-istess diffikultà kif imsemmija fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma jingħatax ukoll skont skemi oħra ta' appoġġ mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 52(9) ta' dak ir-Regolament;

(4) fejn xieraq, id-deskrizzjoni ddettaljata tas-sitwazzjoni partikolari fir-reġjun jew fis-settur immirat u l-karatteristiċi tat-tipi ta' biedja jew setturi agrikoli speċifiċi, li minħabba fihom il-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma jkunx biżżejjed biex jindirizza d-diffikultajiet identifikati u li jiġġustifikaw livell ogħla ta' appoġġ skont l-Artikolu 54(2) ta' dak ir-Regolament;

(5) fejn xieraq, il-prova tal-eżistenza ta' waħda mill-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 55(1)(a), (b), (c) jew (d) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

▼B




ANNESS II




“ANNESS X

Il-konverżjoni u l-fatturi ta’ ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3) ( *1 )



Karatteristiċi

Fattur ta’ konverżjoni

(m/siġra għal m2)

Fattur ta’ ponderazzjoni

Żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika

(jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi)

Art mistrieħa (għal kull 1m2)

mhux applikabbli

1

1 m2

Raba’ mtarraġ (kull 1 m)

2

1

2 m2

Karatteristiċi tal-pajsaġġ:

 

 

 

 

Sies tal-ħaxix/meded art bis-siġar (għal kull 1 m)

5

2

10 m2

Siġra iżolata (għal kull siġra)

20

1,5

30 m2

Siġar f’linja (kull 1 m)

5

2

10 m2

Grupp ta’ siġar/Gruppi żgħar ta’ siġar fl-għelieqi (għal kull 1m2)

mhux applikabbli

1,5

1,5 m2

Ġmiem tal-għalqa (kull 1 m)

6

1,5

9 m2

Għadajjar (għal kull 1m2)

mhux applikabbli

1,5

1,5 m2

Fossijiet (għal kull 1 m)

3

2

6 m2

Ħitan tal-ġebel tradizzjonali (kull 1 m)

1

1

1 m2

Karatteristiċi oħrajn mhux elenkati hawn fuq iżda protetti skont KAAT7, SMR 2 jew SMR 3 (għal kull 1m2)

mhux applikabbli

1

1 m2

Artijiet ta’ lqugħ (kull 1 m)

6

1,5

9 m2

Ettari agroforestali (għal kull 1m2)

mhux applikabbli

1

1 m2

Strixxi ta’ ettari eleġibbli tul trufijiet tal-foresti (kull 1 m)

 

 

 

 

 

Mingħajr produzzjoni

Bil-produzzjoni

6

6

1,5

0,3

9 m2

1,8 m2

Żoni b’imsaġar ta’ newba qasira (għal kull 1m2)

mhux applikabbli

0,3

0,3 m2

Żoni msaġġra kif imsemmi fl-Artikolu 32(2)(b)(ii) (għal kull m2)

mhux applikabbli

1

1 m2

Żoni b’għelejjel li jikbru malajr jew b’kopertura veġetali (għal kull 1m2)

mhux applikabbli

0,3

0,3 m2

Żoni b’għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu (għal kull 1m2)

mhux applikabbli

0,3

0,3 m2

▼M3




ANNESS III

Metodu tal-Unjoni biex jiġi stabbilit b'mod kwantitattiv il-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol fil-varjetajiet tal-qanneb

1.    Il-kamp ta' applikazzjoni

Il-metodu stabbilit f'dan l-Anness ifittex li jistabbilixxi l-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “THC”) ta' varjetajiet tal-qanneb (Cannabis sativa L.). Skont kif xieraq, il-metodu jinvolvi l-applikazzjoni tal-proċedura A jew B kif deskritt f'dan l-Anness.

Dan il-metodu hu bbażat fuq l-istabbilizzazzjoni kwantitattiva tat-THC permezz tal-kromatografija b'fażi gassuża (GC) wara l-estrazzjoni b'solvent xieraq.

1.1.    Il-proċedura A

Il-proċedura A għandha tintuża għall-verifiki tal-produzzjoni tal-qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fl-Artikolu 30(g) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 ( 15 ).

1.2.    Il-proċedura B

Il-proċedura B għandha tintuża fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014.

2.    It-teħid tal-kampjuni

2.1.    Il-kampjuni

Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul il-ġurnata u b'mod sistematiku biex ikun żgurat li l-kampjun ikun jirrappreżenta l-uċuħ tal-għalqa iżda ma jkunx jinkludi l-uċuħ tat-truf.

2.1.1.

Għall-proċedura A: minn wiċċ tar-raba' mhux maħsud ta' varjetà partikolari tal-qanneb, għandha tittieħed biċċa twila 30 cm li jkun fiha tal-inqas inflorexxenza femminili waħda għal kull pjanta magħżula. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul perjodu li jibda wara 20 jum wara li tibda l-fjoritura sa għaxart (10) ijiem wara li din tintemm.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-kampjuni jittieħdu matul il-perjodu minn meta tibda l-fjoritura sa 20 jum wara diment li, għal kull varjetà mkabbra, jittieħdu kampjuni rappreżentattivi oħra skont l-ewwel subparagrafu matul il-perjodu minn 20 jum wara li tibda l-fjoritura sa għaxart (10) ijiem wara li din tintemm.

Għall-qanneb imkabbar bħala għalla intermedja, jekk ma jkunx hemm inflorexxenza femminili, għandhom jittieħdu t-30 cm ta' fuq nett taz-zokk. F'dak il-każ, il-kampjuni għandhom jittieħdu eżattament qabel tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni, meta l-weraq jibdew jisfaru kemm kemm, iżda mhux aktar tard minn meta jibda l-perjodu previst tal-ġlata.

2.1.2.

Għall-proċedura B: minn wiċċ tar-raba' mhux maħsud ta' varjetà partikolari tal-qanneb, għandu jittieħed it-terz ta' fuq ta' kull pjanta magħżula. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul l-għaxart (10) ijiem wara li tintemm il-fjoritura, jew għall-qanneb imkabbar bħala għalla intermedja, jekk ma jkunx hemm inflorexxenza femminili, eżattament qabel tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni, meta l-weraq jibdew jisfaru kemm kemm, iżda mhux aktar tard minn meta jibda l-perjodu previst tal-ġlata. Fil-każ ta' varjetajiet li għandhom organi maskili u femminili fuq pjanti separati, għandhom jittieħdu biss il-pjanti femminili.

2.2.    Id-daqs tal-kampjun

Għall-proċedura A: il-kampjun għandu jkun fih partijiet ta' 50 pjanta għal kull għalqa.

Għall-proċedura B: il-kampjun għandu jkun fih partijiet ta' 200 pjanta għal kull għalqa.

Kull kampjun għandu jitqiegħed f'basket tad-drapp jew tal-karti mingħajr ma jitgħaffeġ u għandu jintbagħat fil-laboratorju għall-analiżi.

L-Istat Membru jista' jipprevedi li jittieħed kampjun ieħor għal kontroanaliżi, jekk ikun meħtieġ, u dan għandu jżommu l-produttur jew il-korp responsabbli għall-analiżi.

2.3.    It-tnixxif u l-ħżin tal-kampjun

Il-kampjuni għandhom jibdew jitnixxfu minnufih u, f'kull każ, fi żmien 48 siegħa permezz ta' xi metodu b'temperatura ta' inqas minn 70 °C.

Il-kampjuni għandhom jitnixxfu sakemm jintlaħaq piż kostanti u sakemm jintlaħaq kontenut ta' ndewwa ta' bejn 8 % u 13 %.

Wara li jitnixxfu, il-kampjuni għandhom jinħażnu mingħajr ma jitgħaffġu f'post mudlam b'temperatura ta' inqas minn 25 °C.

3.    L-istabbilizzazzjoni tal-kontenut tat-THC

3.1.    It-tħejjija tal-kampjun għat-test

Iz-zkuk u ż-żerriegħa li huma akbar minn 2 mm għandhom jitneħħew mill-kampjuni mnixxfa.

Il-kampjuni mnixxfa għandhom jintaħnu biex jinkiseb trab parzjalment fin (li jgħaddi minn passatur b'toqob ta' millimetru (1 mm)).

It-trab jista' jinħażen għal għaxar (10) ġimgħat f'post mudlam u niexef b'temperatura ta' inqas minn 25 °C.

3.2.    Reaġenti u taħlita likwida għall-estrazzjoni

Reaġenti

 Δ9-tetraidrokannabinol, pur għall-għanijiet tal-kromatografija,

 Skwalan, pur għall-għanijiet tal-kromatografija, bħala standard intern.

Taħlita likwida għall-estrazzjoni:

 35 mg ta' skwalan għal kull 100 ml ta' eżan.

3.3.    Estrazzjoni tat-THC

100 mg tal-kampjun tat-test f'forma ta' trab għandhom jintiżnu, jitqiegħdu f'tubu taċ-ċentrifugazzjoni u magħhom jiżdiedu 5 ml mit-taħlita likwida għall-estrazzjoni li jkun fiha l-istandard intern.

Il-kampjun għandu jitqiegħed f'banju ultrasoniku u jitħalla għal 20 minuta. Dan għandu jingħadda minn proċess taċ-ċentrifugazzjoni għal ħames minuti bi 3 000 r.p.m u mbagħad għandha titneħħa t-taħlita likwida tat-THC supernatanti. It-taħlita likwida għandha tiġi injettata fil-kromatografu u għandha ssir analiżi kwantitattiva.

3.4.    Il-kromatografija b'fażi gassuża

(a)   L-apparat

 kromatografu tal-gass b'individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma u injettatur maqsum/mhux maqsum,

 kolonna li tippermetti separazzjoni tajba tal-kannabinojdi, pereżempju kolonna kapillari tal-ħġieġ li tkun twila 25 m u li jkollha dijametru ta' 0,22 mm, imxappa b'5 % ta' fażi ta' fenil-metil-silossan mhux polari.

(b)   Il-firxiet tal-kalibrazzjoni

Tal-inqas tliet punti għall-proċedura A u ħames punti għall-proċedura B, inkluż il-punti 0,04 u 0,50 mg/ml ta' THC f'taħlita likwida għall-estrazzjoni.

(c)   Il-kundizzjonijiet tat-test

Il-kundizzjonijiet li ġejjin qed jingħataw bħala eżempju għall-kolonna msemmija fil-punt (a):

 temperatura tal-forn: 260 °C;

 temperatura tal-injettatur: 300 °C;

 temperatura tal-individwatur: 300 °C.

(d)

Il-volum injettat: 1 μl.

4.    Ir-riżultati

Is-sejbiet għandhom jingħataw bħala ċifra b'żewġ ċifri wara l-punt deċimali, mogħtija fi grammi ta' THC għal kull 100 gramma tal-kampjun analitiku mnixxef sakemm jintlaħaq piż kostanti. Għandha tiġi applikata tolleranza ta' 0,03 g għal kull 100 g.

 Għall-proċedura A: riżultat stabbilit wieħed għal kull kampjun tat-test.

Iżda meta r-riżultat miksub jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jiġi stabbilit riżultat ieħor għal kull kampjun tal-analiżi u r-riżultat għandu jkun il-valur medju taż-żewġ riżultati stabbiliti.

 Għall-proċedura B: ir-riżultat għandu jikkorrispondi għall-valur medju ta' żewġ riżultati stabbiliti għal kull kampjun tat-test.



( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 2 ) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).

( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

( 5 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta' landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b'mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku, u t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta' dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).

( 6 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

( 7 ) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

( 8 ) Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

( 12 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

( 13 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

( 14 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, p. 671).

( *1 ) Il-fatturi ta’ konverżjoni u ponderazzjoni għandhom japplikaw ukoll għal karatteristiċi inklużi fil-prattiki ekwivalenti kif stipulat fit-Taqsima III tal-Anness IX li huma l-istess bħall-karatteristiċi elenkati f’dan l-Anness u kif speċifikati fl-Artikolu 45 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1), għall-iskop uniku ta’ kalkolu taż-żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika tal-azjenda, kif imsemmi fl-Artikolu 46(1) ta’ dan ir-Regolament.”

( 15 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).