2014R0361 — MT — 30.04.2014 — 000.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 361/2014

tad-9 ta' April 2014

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 107 10.4.2014, p. 39)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 258, 3.10.2015, p.  11 (361/2014)

►C2

Rettifika, ĠU L 300, 17.11.2015, p.  49 (361/2014)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 361/2014

tad-9 ta' April 2014

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) u (5), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 28(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jipprovdi li s-servizzi regolari u ċerti servizzi speċjali regolari għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni;

(2)

L-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament jiddikjara li s-servizzi okkażjonali ddefiniti fl-Artikolu 2(4), filwaqt li jitwettqu, għandhom ikunu koperti minn dokument ta' kontroll;

(3)

L-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament jipprovdi li l-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom definiti fl-Artikolu 2(5) għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta' ċertifikati;

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli li jirregolaw l-użu tad-dokumenti ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament u l-mezz ta' komunikazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, tal-ismijiet tat-trasportaturi li jagħmlu dawk is-servizzi okkażjonali u l-punti ta' konnessjoni waqt il-vjaġġ;

(5)

Huwa meħtieġ li għal raġunijiet ta' sempliċità, tiġi standardizzata l-formola tal-vjaġġ għas-servizzi okkażjonali internazzjonali u għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali;

(6)

Il-formola tal-vjaġġ użata bħala dokument ta' kontroll fil-qafas tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi regolari speċjali għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar;

(7)

Huwa meħtieġ li jiġu standardizzati l-formoli għall-komunikazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-informazzjoni statistika relatata man-numru ta' awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari kif ukoll operazzjonijiet ta' kabotaġġ;

(8)

Għal raġunijiet ta' trasparenza u sempliċità, id-dokumenti mudell kollha adottati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 tat-2 ta' Ottubru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 u (KE) Nru 12/98 fir-rigward ta' dokumenti għat-trasport ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank ( 2 ) għandhom jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 applikabbli għal servizzi internazzjonali bil-kowċ u x-xarabank;

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 2121/98 għandu għalhekk jiġi rrevokat;

(10)

L-Istati Membri jeħtieġu ż-żmien biex jistampaw u jqassmu d-dokumenti l-ġodda. Għalhekk fil-frattemp it-trasportaturi għandhom ikunu jistgħu jkomplu jużaw id-dokumenti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2121/98, li għandu jispeċifika li dawn iqisu d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009;

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat dwar it-Trasport bit-Triq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



TAQSIMA I

DOKUMENT TAL-KONTROLL

Artikolu 1

►C2

 

Id-dokument tal-kontroll (il-formola tal-vjaġġ) għas-servizzi okkażjonali msemmija fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

 ◄

2.  Il-formoli tal-vjaġġ għandhom ikunu f'kotba ta' 25 formola, dupplikati, u distakkabbli. Kull ktieb għandu jkollu numru. Il-formoli għandhom ikunu wkoll numerati mill-1 sal-25. Il-qoxra tal-ktieb għandha tikkonforma mal-mudell fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jadattaw dawn il-ħtiġijiet mal-ipproċessar kompjuterizzat tal-formoli tal-vjaġġ.

Artikolu 2

1.  Il-ktieb imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jsir f'isem it-trasportatur u ma għandux ikun trasferibbli.

2.  Il-formola tal-vjaġġ għandha timtela b'tali mod li tinqara u b'ittri li ma jitħassrux, f'żewġ kopji, mit-trasportatur jew mis-sewwieq għal kull vjaġġ qabel it-tluq. Din għandha tkun valida għall-vjaġġ kollu.

3.  Il-kopja ta' fuq tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-vettura matul il-vjaġġ kollu li tkun tirreferi għalih. Għandha tinżamm kopja fil-bażi tal-kumpanija.

4.  It-trasportatur għandu jkun responsabbli milli jżomm il-formoli tal-vjaġġ.

Artikolu 3

▼C2

Fil-każ ta' servizz internazzjonali okkażjonali pprovdut minn grupp ta' trasportaturi li jkunu jaġixxu f'isem l-istess kuntrattur, u li jistgħu jinkludu l-vjaġġaturi li jkunu sejrin jaqbdu koinċidenza waqt il-vjaġġ ma' trasportatur differenti tal-istess grupp, il-kopja oriġinali tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-vettura li tkun qed twettaq is-servizz.

▼B

Artikolu 4

►C2

 

Il-kopji tal-formoli tal-vjaġġ li jkunu ġew użati bħala dokument ta' kontroll għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali skont l-Artikolu 15(b) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandhom jiġu rritornati mit-trasportatur lill-awtorità jew lill-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità jew mill-aġenzija.

 ◄

2.  Fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi regolari speċjali skont l-Artikolu 15(a) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, il-formola tal-vjaġġ fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandha timtela fil-forma ta' dikjarazzjoni ta' kull xahar u tiġi rritornata mit-trasportatur lill-awtorità jew l-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment b'konformità mal-proċeduri stabbiliti minn dik l-awtorità jew aġenzija.

Artikolu 5

Il-formola tal-vjaġġ għandha tippermetti lid-detentur, matul servizz okkażjonali internazzjonali, li jagħmel eskursjonijiet lokali fi Stat Membru għajr dak li t-trasportatur ikun stabbilit fih, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. L-eskursjonijiet lokali għandhom jiddaħħlu fil-formoli tal-vjaġġ qabel it-tluq tal-vetturi għall-eskursjoni kkonċernata. Il-kopja oriġinali tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fil-vettura sakemm iddum l-eskursjoni lokali.

Artikolu 6

▼C2

Id-dokument ta' kontroll għandu jiġu ppreżentat fuq talba ta' kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

▼B



TAQSIMA II

AWTORIZZAZZJONIJIET

Artikolu 7

1.  L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għal servizzi regolari u għal servizzi regolari speċjali soġġetti għall-awtorizzazzjoni għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness III.

2.  L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu din l-informazzjoni segwenti:

(a) l-iskeda tal-ħinijiet;

(b) ir-rati tal-ħlas;

(c) kopja awtentika ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank għall-kiri jew kumpens kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009;

(d) l-informazzjoni dwar it-tip u l-volum tas-servizz li l-applikant ikun qiegħed jippjana li jipprovdi, fil-każ ta' applikazzjoni biex joħloq servizz, jew li ġie pprovdut, fil-każ ta' applikazzjoni għal tiġdid ta' awtorizzazzjoni;

(e) mappa ta' skala xierqa, li fuqha jkun hemm immarkata r-rotta u l-postijiet ta' waqfien fejn għandhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri;

(f) skeda ta' sewqan li tkun tippermetti verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-perjodi ta' sewqan u ta' mistrieħ.

►C2

 

L-applikanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri li huma jikkunsidraw li tista' tkun rilevanti jew li tintalab mill-awtorità emittenti b'sostenn għall-applikazzjoni.

 ◄

Artikolu 8

1.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness IV.

2.  Kull vettura li twettaq servizz u li tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni għandu jkollha fuqha awtorizzazzjoni jew kopja ċċertifikata mill-awtorità emittenti.

3.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi għal massimu ta' ħames snin.



TAQSIMA III

ĊERTIFIKATI

Artikolu 9

►C2

 

Iċ-ċertifikati għall-ħidmiet ta' trasport għal rashom kif definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

 ◄

2.  L-intrapriżi li jitolbu ċertifikat għandhom jipprovdu lill-awtorità emittenti evidenza jew assigurazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jkunu ġew issodisfati.

3.  Kull vettura li twettaq servizz li jkun soġġett għal sistema ta' ċertifikati għandu jkollha fuqha, sakemm idum il-vjaġġ, ċertifikat jew kopja awtentikata, li għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat malli din tintalab.

4.  Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi sa massimu ta' ħames snin.



TAQSIMA IV

KOMUNIKAZZJONI TA' DEJTA STATISTIKA

Artikolu 10

Id-dejta dwar ħidmiet tat-trasport ta' kabotaġġ imsemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandha tiġi kkomunikata f'forma ta' tabella f'konformità mal-mudell fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.



TAQSIMA V

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' ħażniet eżistenti tal-formoli tal-vjaġġ, applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, awtorizzazzjonijiet u ċertifikati mfassla f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2121/98 sal-31 ta' Diċembru 2015.

2.  L-Istati Membri l-oħra għandhom jaċċettaw il-formoli tal-vjaġġ u l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni fit-territorju tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2015.

3.  L-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati mfassla f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 u maħruġa qabel il-31 ta' Diċembru 2015 se jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 12

▼C2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 huwa mħassar.

▼B

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼C1




ANNESS I

image

▼C2




ANNESS II

Qoxra

(Karta sintetika format DIN A4 100 g/m2 jew aktar)

Għandha tiġi fformulata fil-lingwa(i) uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li hu stabbilit fih it-trasportatur



L-ISTAT EMITTENTI

L-awtorità kompetenti

Sinjal internazzjonali ta' distinzjoni (1)

(1)   L-Awstrija (A), il-Belġju (B), il-Bulgarija (BG), il-Kroazja (HR), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), id-Danimarka (DK), l-Estonja (EST), il-Finlandja (FIN), Franza (F), il-Ġermanja (D), il-Greċja (GR), l-Irlanda (IRL), l-Italja (I), il-Latvja (LV), il-Litwanja (LT), il-Lussemburgu (L), l-Ungerija (H), Malta (M), il-Pajjiżi l-Baxxi (NL), il-Polonja (PL), il-Portugall (P), ir-Rumanija (RO), is-Slovakkja (SK), is-Slovenja (SLO), Spanja (E), l-Isvezja (S), ir-Renju Unit (UK).

KTIEB Nru….

tal-formoli tal-vjaġġ:

(a)   għal servizzi internazzjonali okkażjonali bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Istati Membri, maħruġin fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009;

(b)   għal operazzjonijet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali mwettqa fi Stat Membru minbarra dak li hu stabbilit fih it-trasportatur, maħruġa fuq i-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

għal: …

(Kunjom u isem jew isem kummerċjali tat-trasportatur)

(Indirizz sħiħ, numru tat-telefon u tal-fax)



(Il-post u d-data tal-ħruġ)

(Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew l-aġenzija emittenti)

(It-tieni paġna)

Għandha tiġi fformulata fil-lingwa(i) uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li hu stabbilit fih it-trasportatur

AVVIŻ IMPORTANTI

A.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. L-Artikolu 12(1), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jiddikjaraw li s-servizzi okkażjonali għandhom jitwettqu waqt li jkunu koperti b'dokument ta' kontroll (il-formola tal-vjaġġ tinqala' mill-ktieb tal-formoli tal-vjaġġ maħruġa lil trasportatur).

2. L-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jiddefinixxi servizzi okkażjonali bħala servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u l-karatteristika ewlenija tagħhom hija t-trasport ta' gruppi ta' passiġġieri maħluq fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu;

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 servizzi regolari huma servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati tul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati, u li huma miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn ikun xieraq, għal prenotazzjoni obbligatorja.

In-natura regolari tas-servizz mhix affettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.

Is-servizzi, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifikati ta' passiġġieri bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, huma meqjusa bħala servizzi regolari. Dawn is-servizzi jissejħu “servizzi regolari speċjali” u jinkludu:

(a) it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol,

(b) it-trasport ta' tfal tal-iskola u studenti lejn u mill-istituzzjoni edukattiva. Il-fatt li servizz speċjali jista' jinbidel skont il-ħtiġijet tal-utenti ma għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.

3. Il-formola tal-vjaġġ hija valida għall-vjaġġ kollu.

4. Il-liċenzja Komunitarja u l-formola tal-vjaġġ jintitolaw lid-detentur biex jagħmel:

i. servizzi internazzjonali okkażjonali bil-kowċ u bix-xarabank bejn żewġ Stati Membri jew aktar;

ii. operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali fi Stat Membru għajr dak li fih ikun stabbilit it-trasportatur.

5. Qabel il-bidu ta' kull servizz it-trasportatur jew is-sewwieq għandhom jimlew żewġ kopji tal-formola tal-vjaġġ. Il-kopja tal-formola tal-vjaġġ għandha tibqa' fl-impriża. Is-sewwieq għandu jżomm il-kopja oriġinali fil-vettura matul il-vjaġġ u jippreżentaha meta jiġi mitlub minn uffiċjali tal-infurzar.

6. Is-sewwieq għandu jirritorna l-formola tal-vjaġġ lill-intrapriża li tkun tathielu fit-tmiem tal-vjaġġ imsemmi. It-trasportatur għandu jkun responsabbli milli jżomm id-dokumenti. Dawn għandhom jiġu mimlija b'mod ċar u li ma jkunx jista' jitħassar.

(It-tielet paġna)

B.   DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL SERVIZZI INTERNAZZJONALI OKKAŻJONALI

1. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jgħid li l-organizzazzjoni tas-servizzi paralleli jew temporanji komparabbli mas-servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lill-istess klijentela bħal tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni.

2. Fi ħdan il-qafas tas-servizzi okkażjonali internazzjonali, it-trasportaturi jistgħu jagħmlu eskursjonijiet lokali fl-Istati Membri għajr f'dak li jkunu stabbiliti fih. Tali servizzi huma maħsuba għal passiġġieri mhux residenti li qabel ġew ittrasportati mill-istess trasportatur fi ħdan il-qafas tas-servizzi okkażjonali internazzjonali. Dawn għandhom ikunu trasportati fl-istess vettura jew f'vettura oħra li tkun tappartjeni lill-istess trasportatur jew grupp ta' trasportaturi.

3. Fil-każ ta' eskursjonijiet lokali, il-formola tal-vjaġġ għandha timtela' qabel it-tluq tal-vettura għall-eskursjoni msemmija.

4. Fil-każ ta' servizz okkażjonali internazzjonali pprovdut minn grupp ta' trasportaturi li jkunu jaġixxu f'isem l-istess klijent, u li jistgħu jinkludu l-passiġġieri li jkunu sejrin jaqbdu koinċidenza waqt il-vjaġġ ma' trasportatur differenti tal-istess grupp, il-kopja oriġinali tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-vettura li tkun qiegħda twettaq is-servizz. Fil-bażi ta' kull trasportatur involut għandha tinżamm kopja tal-formola tal-vjaġġ.

C.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA' KABOTAĠĠ FIL-FORMA TA' SERVIZZI OKKAŻJONALI

1. L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandhom ikunu suġġetti, ħlief fejn ikun provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward dawn li ġejjin:

(i) il-kundizzjonijiet li jmexxu il-kuntratt tat-trasport;

(ii) il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi fit-triq;

(iii) ir-rekwiżiti relatati mat-trasport ta' ċerti kategoriji ta' passiġġieri, b'mod partikolari t-tfal tal-iskola, tfal u l-persuni b'nuqqas ta' mobilità;

(iv) il-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ;

(v) it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq servizzi ta' trasport. F'dan il-qasam, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud ( 3 ), partikolarment l-Artikolu 48 moqri flimkien mal-Artikoli 193 u 194 għandu japplika għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

2. L-istandards tekniċi għall-kostruzzjoni u t-tagħmir li l-vetturi wżati biex iwettqu l-operazzjonijiet ta' trasport ta' kabotaġġ iridu jilħqu huma dawk stabbiliti għall-vetturi li jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni fit-trasport internazzjonali.

3. L-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li saret referenza għalihom fil-punti 1 u 2 hawn fuq għat-trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk imposti fuq trasportaturi stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti, biex jevitaw kull diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità jew post fejn ikunu stabbiliti.

4. Fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali, il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu rritornati mit-trasportatur lill-awtorità jew il-korp kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità jew mill-korp. ( 4 )

5. Fil-każ ta' servizz okkażjonali fil-forma ta' kabotaġġ il-formoli tal-vjaġġ għandhom jimtlew fil-forma ta' dikjarazzjoni ta' kull xahar u jiġu rritornati mit-trasportatur lill-awtorità jew l-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità jew mill-korp.

▼C1




ANNESS III

Qoxra

(Karta sintentika A4 Format DIN)

Għandha tiġi fformulata fil-lingwa(i) uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hu stabbilit it-trasportatur

APPLIKAZZJONI ( 5 ):

BIEX WIEĦED JIBDA SERVIZZ REGOLARI □

BIEX WIEĦED JIBDA SERVIZZ REGOLARI SPEĊJALI ( 6 ) □

BIEX TIĠEDDED AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZ ( 7 ) □

BIEX JINBIDLU L-KUNDIZZJONIJIET TA' SERVIZZ AWTORIZZAT (7)  □

li jsir bil-kowċ u bix-xarabank bejn Stati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009

għal: …

(L-awtorità kompetenti)

1.

Il-kunjom u l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz, it-tel.efown, il-fakx u/jew l-indirizz tal-posta elettronika tal-applikant u, fejn ikun xieraq, tat-trasportatur maniġerjali fil-każ ta' assoċjazzjoni (pool):

2.

Is-servizz(i) mwettqa (7) 



minn impriża □

bħala membru ta' assoċjazzjoni (pool) □

bħala sottokuntrattur □

3.

Ismijiet u indirizzi-:

tat-Trasportatur trasportatur(i) assoċjat(i) jew sottokuntrattur(i) ( 8 ) ( 9 )

3.1

…tel. …

3.2

…tel. …

3.3

…tel. …

3.4

…tel …

(It-tieni paġna tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni)

4.

Fil-każ ta' servizz regolari speċjali

4.1

Kategorija ta' passiġġieri …

5.

It-tul ta' żmien li għalih qed tintalab l-awtorizazzjoni jew id-data li fiha jintemm is-servizz:

6.

Ir-rotta prinċipali tas-servizz (issottolinja l-postijiet mnejn jitrikkbu l-passiġġieri)

7.

Il-perjodu ta' operat

8.

Il-frekwenza (kuljum, kull ġimgħa. eċċ.)

9.

Nollijiet: …L-anness mehmuż

10.

Inkludi skeda tas-sewqan li tkun tippermetti verifika tal-konformità mal-leġi żlazzjoni tal-Unjoni dwar il-perjodi ta' sewqan u ta' mistrieħ.

11.

L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet jew tal-kopji tal-awtorizzazzjonijiet mitluba ( 10 ):

12.

Kwalunkwe informazzjoni oħra:



13.

 

(Post u data)

(Il-firma tal-applikant)

(It-tielet paġna tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni)

AVVIŻ IMPORTANTI

1. Dawn li ġejjin jinthemżu mal-applikazzjoni, kif ikun xieraq:

(a) l-iskeda tal-ħinijiet;

(b) l-iskala tan-nollijiet;

(c) kopja awtentikata ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew b'kumpens kif provdut fl-Artikolu 4 tar-Regolamnent (KE) Nru 1073/2009;

(d) l-informazzjoni dwar it-tip u l-volum tas-servizz li l-applikant ikun beħsiebu jipprovdi fil-każ ta' servizz ġdid, jew li ġie pprovdut fil-każ ta' tiġdid ta' awtorizzazzjoni;

(e) mappa ta' skala xierqa, li fuqha jkun hemm immarkata r-rotta u l-postijiet tal-waqfiet fejn il-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu;

(f) skeda ta' sewqan li tkun tippermetti verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-perjodi ta' sewqan u ta' mistrieħ.

2. L-applikanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri li huma jikkunsidraw li tista' tkun rilevanti jew li tintalab mill-awtorità emittenti.

3. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dawn is-servizzi li ġejjin huma soġġetti għal awtorizzazzjoni:

(a) is-servizzi regolari, is-servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifiċi fuq rotot speċifiċi, fejn il-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati. Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni obbligatorja. In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.

(b) is-servizzi speċjali regolari mhux koperti minn kuntratt bejn l-organizzatur u t-trasportatur. Is-servizzi, irrispettivament minn min jorganizzhom, li jipprovdu trasport għal kategoriji speċifiċi ta' passiġġieri bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, jitqiesu bħala servizzi regolari. Dawk is-servizzi jissejħu “servizzi regolari speċjali” u jinkludu:

(i) it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u l-post tax-xogħol;

(ii) it-trasport ta' tfal tal-iskola u studenti lejn u mill-istituzzjoni edukattiva.

Il-fatt li servizz speċjali jista' jvarja skont il-bżonnijiet tal-utenti, ma jaffettwax l-klassifikazzjoni tiegħu bħala servizz regolari speċjali.

4. L-applikazzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li minnu jitlaq is-servizz, jiġifieri waħda mill-vendi tas-servizz.

5. Il-perjodu massimu tal-validità tal-awtorizzazzjoni huwa ta' ħames snin.

▼C2




ANNESS IV

(L-ewwel paġna tal-awtorizzazzjoni)

(Kulur Pantone 182 (roża), jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, karta sintetika A4 format DIN 100 g/m2 jew aktar)

Għandha tiġi fformulata fil-lingwa(i) uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hu stabbilit it-trasportatur



L-ISTAT EMITTENTI

L-awtorità kompetenti

Sinjal internazzjonali ta' distinzjoni (1)

(1)   L-Awstrija (A), il-Belġju (B), il-Bulgarija (BG), il-Kroazja (HR), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), id-Danimarka (DK), l-Estonja (EST), il-Finlandja (FIN), Franza (F), il-Ġermanja (D), il-Greċja (GR), l-Irlanda (IRL), l-Italja (I), il-Latvja (LV), il-Litwanja (LT), il-Lussemburgu (L), l-Ungerija (H), Malta (M), il-Pajjiżi l-Baxxi (NL), il-Polonja (PL), il-Portugall (P), ir-Rumanija (RO), is-Slovakkja (SK), is-Slovenja (SLO), Spanja (E), l-Isvezja (S), ir-Renju Unit (UK).

AWTORIZZAZZJONI Nru ….

għal servizz regolari ( 11 )

għal servizz regolari speċjali

bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Istati Membri skont

Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009

għal: …

(Il-kunjom, l-isem jew l-isem kummerċjali tad-ditta tat-trasportatur jew tat-trasportatur maniġerjali fil-każ ta' assoċjazzjoni ta' impriżi (pool))

Indirizz: …

Tel., faks u/jew e-mail: …

Isem, indirizz, numri tat-telefon u tal-fakx u/jew indirizz tal-posta elettronika tas-soċji jew tal-membri tal-assoċjazzjoni tal-impriżi (pool) u sottokuntratturi.

(1) 

(2) 

(3) 

(4) 

(5) 

Il-lista mehmuża, jekk ikun il-każ

Id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni: …



(Il-post u d-data tal-ħruġ)

(Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew l-aġenzija emittenti)

(It-tieni paġna tal-awtorizzazzjoni Nru …)

1. Ir-rotta:

(a) Il-post tat-tluq tas-servizz: …

(b) Il-post tal-wasla tas-servizz: …

(c) L-itinerarju prinċipali, fejn il-postijiet mnejn jitrikkbu u jitniżżlu l-passiġġieri jiġu sottolinjati: …

2. Il-perjodi tal-operat: …

3. Il-frekwenza: …

4. L-iskeda tal-ħinijiet: …

5. Is-servizz regolari speċjali:

 Il-kategorija tal-passiġġieri: …

6. Kundizzjonijiet oħra jew punti speċjali (eż. operazzjonijiet ta' kabotaġġ awtorizzati ( 12 )):

(It-timbru u/jew firma tal-awtorità li ħarġet l-awtorizzazzjoni)

(It-tielet paġna tal-awtorizzazzjoni)

Għandha tiġi fformulata fil-lingwa(i) uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit it-trasportatur

AVVIŻ IMPORTANTI

1. Din l-awtorizzazzjoni hija valida għall-vjaġġ kollu. Tista' tintuża biss minbarra minn parti li isimha jidher imniżżel fuqha.

2. L-awtorizzazzjoni jew kopja awtentika ċċertifikata mill-awtorità emittenti għandha tinżamm fil-vettura sakemm idum il-vjaġġ u għandha tintwera meta jiġi mitluba minn uffiċjali tal-infurzar.

3. Kopja awtentikata ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fil-vettura.




ANNESS V

(L-ewwel paġna taċ-ċertifikat)

(Kulur Pantone 100 (isfar), jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, karta sintetika A4 format DIN 100 g/m2 jew aktar)

Għandha tiġi fformulata fil-lingwa(i) uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hu stabbilit it-trasportatur



L-ISTAT EMITTENTI

L-awtorità kompetenti

Sinjal internazzjonali ta' distinzjoni (1)

(1)   L-Awstrija (A), il-Belġju (B), il-Bulgarija (BG), il-Kroazja (HR), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), id-Danimarka (DK), l-Estonja (EST), il-Finlandja (FIN), Franza (F), il-Ġermanja (D), il-Greċja (GR), l-Irlanda (IRL), l-Italja (I), il-Latvja (LV), il-Litwanja (LT), il-Lussemburgu (L), l-Ungerija (H), Malta (M), il-Pajjiżi l-Baxxi (NL), il-Polonja (PL), il-Portugall (P), ir-Rumanija (RO), is-Slovakkja (SK), is-Slovenja (SLO), Spanja (E), l-Isvezja (S), ir-Renju Unit (UK).

ĊERTIFIKAT

maħruġ għal operazzjonijiet ta' trasport għal rashom bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009

(Parti għall-persuna jew għall-entità li topera trasport għal rashom)

Is-sottoskritt …

responsabbli mill-impriża, korp bla qliegħ jew xi ħaġa oħra (iddeskrivi)

(Il-kunjom u l-isem jew l-isem uffiċjali, l-indirizz sħiħ)

jiċċertifika li:

 is-servizz ta' trasport provdut huwa bla qliegħ u mhux kummerċjali

 it-trasport huwa biss attività anċillari għall-persuna jew għall-entità

 in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kowċ jew tax-xarabank Nru …huwa l-proprjetà tal-persuna jew tal-entità jew inkiseb minnhom b'kundizzjonijiet diferiti jew huwa s-suġġett ta' kuntratt ta' kiri fit-tul.

 il-kowċ jew ix-xarabank se jinstaq minn membru tal-persunal tas-sottoskrit jew l-entità jew mis-sottoskritt innifsu jew mill-persunal impjegat minn jew li jitqiegħed għad-disposizzjoni tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali.

(Firma tal-persuna jew tar-rappreżentant tal-entità)

(Il-parti għall-awtorità kompetenti)

Dan huwa ċertifikat fis-sens tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.



(Il-perjodu tal-validità)

(Il-post u d-data tal-ħruġ)

 

 

(Il-firma u t-timbru tal-awtorità kompetenti)

(It-tieni paġna taċ-ċertifikat)

Għandha tiġi fformulata fil-lingwa(i) uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hu stabbilit it-trasportatur

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 “operazzjonijiet tat-trasport għal rashom” tfisser operazzjonijiet li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qliegħ minn persuna fiżika jew ġuridika, fejn:

 l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna fiżika jew legali, u

 l-vetturi wżati jkunu l-proprjetà ta' dik il-persuna fiżika jew legali jew ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b'xiri fit-tul jew ikunu suġġetti għal kuntratt ta' kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna fiżika jew legali jew mill-persuna fiżika nfisha jew minn persunal impjegat minn, jew imqiegħed għad-disposizzjoni, tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali;

2. Trasportaturi indipendenti huma liċenzjati, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 li jwettqu din it-tip ta' operazzjoni tat-trasport mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew il-post tal-istabbiliment sakemm dawn:

 huma awtorizzati fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti biex iwettqu trasport bil-kowċ u bix-xarabank skont il-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali,

 jissodisfaw il-ħtiġijet legali dwar is-sigurtà fit-toroq fir-rigward ta' xufiera u vetturi, kif stipulat, fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

3. L-operazzjonijiet tat-trasport indipendenti kif imsemmi fil-punt 1 huma soġġetti għal sistema ta' ċertifikati.

4. Iċ-ċertifikat jagħti jedd lid-detentur biex iwettaq xogħol ta' trasport internazzjonali bil-kowċ u bix-xarabank għal rasu. Dan jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun irreġistrata u jkun validu għal vjaġġ kollu kemm hu, li jinkludi kwalunkwe vjaġġ ta' transitu.

5. Il-partijiet rilevanti ta' dan iċ-ċertifikat għandhom jimtlew tliet darbiet b'ittri ma jitħassrux mill-persuna jew ir-rappreżentant tal-entità li tkun qed twettaq l-operazzjoni jew mill-awtorità kompetenti. Għandha tinżamm kopja waħda mill-amministrazzjoni u kopja waħda mill-persuna jew l-entità. Is-sewwieq għandu jżomm il-kopja oriġinali jew kopja awtentika ċċertifikata fil-vettura tul il-vjaġġ internazzjonali. Din għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tal-infurzar meta tintalab. Il-persuna jew l-entità, kif ikun il-każ, hija responsabbli għaż-żamma taċ-ċertifikati.

6. Iċ-ċertifikat huwa validu għal massimu ta' ħames snin.




ANNESS VI

MUDELL TAL-KOMUNIKAZZJONI

Imsemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006

L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet maħruġa għall-operazzjonijiet tat-trasport ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi regolari li twettqu f'

…(perjodu ta' sentejn)

fi …(isem l-Istat Membru ospitantI)



Il-pajjiż fejn l-operatur huwa stabbilit

L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet maħruġa

B

 

BG

 

CZ

 

DK

 

D

 

EST

 

GR

 

E

 

F

 

Irl

 

HR

 

I

 

CY

 

LV

 

LT

 

L

 

H

 

M

 

NL

 

A

 

PL

 

P

 

RO

 

SLO

 

SK

 

FIN

 

S

 

UK

 

Total

 



( 1 ) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88.

( 2 ) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 10.

( 3 ) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

( 4 ) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jżidu mal-punt 4 d-dettalji tal-aġenzija responsabbli mill-ġbir tal-formoli tal-vjaġġ u l-proċedura biex tintbagħat l-informazzjoni.

( 5 ) Immarka jew imla kif ikun il-każ.

( 6 ) Servizzi speċjali regolari mhux koperti minn kuntratt bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

( 7 ) Fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

( 8 ) F'kull każ indika jekk hux ikkonċernat membru ta' assoċjazzjoni jew sottokontrattur.

( 9 ) Ehmeż lista jekk ikun il-każ.

( 10 ) Tinġibed l-attenzjoni tal-applikant lejn il-fatt li billi l-awtorizzazzjoni għandha tinżamm fuq il-vettura, l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet li l-applikant irid ikollu għandu jikkorrispondi mal-għadd ta' vetturi meħtieġa biex jingħata s-servizz mitlub fl-istess ħin.

( 11 ) Ħassar kif xieraq.

( 12 ) Kif miftiehem mill-Istat Membru ospitanti u kkomunikat lill-awtorità awtorizzanti, f il-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 8.2 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.