02014R0241 — MT — 09.05.2023 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M5  REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 241/2014

tas-7 ta’ Jannar 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet ◄

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 074 14.3.2014, p. 8)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/488 tal-4 ta' Settembru 2014

  L 78

1

24.3.2015

►M2

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/850 tat-30 ta' Jannar 2015

  L 135

1

2.6.2015

►M3

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015

  L 150

1

17.6.2015

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2176 tat-12 ta’ Novembru 2020

  L 433

27

22.12.2020

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/827 tal-11 ta’ Ottubru 2022

  L 104

1

19.4.2023




▼B

▼M5

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 241/2014

tas-7 ta’ Jannar 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli li jikkonċernaw:

(a) 

it-tifsira ta’ “prevedibbli”, meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk imposti jew dividendi prevedibbli tnaqqsux mill-fondi proprji skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

il-kundizzjonijiet li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikkwalifika bħala mutwa, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni tat-tfaddil jew istituzzjoni simili, skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M5

(c) 

il-forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett tal-istrumenti ta’ fondi proprji, f’konformità mal-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 72b(7)(a), ta’ dak ir-Regolament;

▼B

(d) 

in-natura tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija neċessarji meta r-rifjut mill-istituzzjoni għat-tifdija ta’ strumenti ta’ fondi proprji jkun ipprojbit skont il-liġi nazzjonali applikabbli, skont l-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e) 

l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M4

(f) 

l-applikazzjoni tat-tnaqqis mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tnaqqis ieħor tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, entrati tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2 f’konformità mal-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

(g) 

il-kriterji skont liema l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet inaqqsu l-ammont tal-assi fil-fond ta’ pensjonijiet b’benefiċċji definiti, skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h) 

il-forma u t-tip ta’ inċentivi għat-tifdija, it-tip tal-valwazzjoni pożittiva ta’ strument ta’ Grad 1 Addizzjonali wara valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali fuq bażi temporanja u l-proċeduri u t-twaqqit madwar avvenimenti ta’ skattatura, karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni u l-użu ta’ entitajiet b’għan speċjali, skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M5

(ha) 

il-forma u n-natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 72b(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), u l-Artikolu 72c(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, f’konformità mal-Artikolu 72b(7)(b), ta’ dak ir-Regolament;

▼M5

(i) 

il-firxa tal-konservatiżmu meħtieġ fl-istimi użati bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskoperturi sottostanti għal parteċipazzjonijiet indiretti li jirriżultaw minn parteċipazzjonijiet tal-indiċi u t-tifsira ta’ operazzjonalment ta’ piż biex l-istituzzjoni timmonitorja dawk l-iskoperturi sottostanti, f’konformità mal-Artikolu 76(4)(a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

(j) 

ċerti kundizzjonijiet dettaljati li jridu jiġu ssodisfati qabel ma jingħata permess superviżorju biex jitnaqqsu l-fondi proprji, u l-proċess rilevanti, skont l-Artikolu 78(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M5

(ja) 

il-proċedura, inklużi l-limiti u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni, għall-għoti tal-permess biex jitnaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, u l-proċess ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 78a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M5

(k) 

il-kundizzjonijiet għal rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji u l-istrumenti eliġibbli li għandhom jiġu pprovduti, f’konformità mal-Artikolu 79(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

(l) 

it-tipi ta’ assi li jistgħu jirrelataw mal-operazzjonijiet ta’ entità bi skop speċjali u l-kunċetti ta’ minimu u insinifikanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Grad 1 Addizzjonali Kwalifikattiv u tal-kapital tal-Grad 2 maħruġa minn entità bi skop speċjali skont l-Artikolu 83(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(m) 

il-kondizzjonijiet dettaljati għall-aġġustamenti tal-fondi proprji skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali, skont l-Artikolu 481(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(n) 

il-kundizzjonijiet għal entrati esklużi mill-anterjorità fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji, skont Artikolu 487(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M3

(o) 

il-kondizzjonijiet skont liema l-indiċi għandhom jitqiesu bħala li jikkwalifikaw bħala indiċi wiesgħa tas-suq, skont l-Artikolu 73(7) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013;

(p) 

il-kalkolu tas-subkonsolidat meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 84(2) u l-Artikoli 85 u 87 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont l- Artikolu 84(4) ta' dak ir-Regolament.

▼M5

Artikolu 1a

L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal entitajiet soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 8, 9 u 20, u tal-Kapitolu IV, it-Taqsima 2 ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jitqiesu bħala “istituzzjonijiet”, u “obbligazzjonijiet eliġibbli” kif imsemmija fl-Artikolu 45b u l-Artikolu 45f(2)(a), ta’ dik id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala “strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli”.



▼M5

KAPITOLU II

ELEMENTI TA’ FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI



TAQSIMA 1

Kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u entrati u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli

▼B



Subtaqsima 1

Dividendi u imposti prevedibbli

Artikolu 2

Tifsira ta’ “prevedibbli” f’dividend prevedibbli għall-finijiet tal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li jrid jitnaqqas minn istituzzjonijiet mill-profitt interim jew ta’ tmiem is-sena kif previst fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-paragrafi 2 sa 4.
2.  
Meta l-korp tal-maniġment tal-istituzzjoni jkun formalment ħa deċiżjoni jew ippropona deċiżjoni lill-korp relevanti tal-istituzzjoni rigward l-ammont ta’ dividendi li għandhom jitqassmu, dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-profitt interim jew ta’ tmiem is-sena korrispondenti.
3.  
Meta d-dividendi interim jitħallsu, l-ammont reżidwu ta’ profitt interim li jirriżulta mill-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 2, li għandu jiżdied mal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandu jitnaqqas, filwaqt li jitqiesu r-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4, bl-ammont ta’ kwalunkwe dividend prevedibbli li jista’ jkun mistenni jitħallas minn dik il-profitt interim reżidwu, mad-dividendi finali għas-sena finanzjarja sħiħa.
4.  
Qabel il-korp maniġerjali jkun formalment ħa deċiżjoni jew ippropona deċiżjoni lill-korp rilevanti dwar it-tqassim ta’ dividendi, l-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandu jitnaqqas mill-istituzzjonijiet mill-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena għandu jkun daqs l-ammont ta’ profitti interim jew ta’ tmiem is-sena multiplikat bil-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi.
5.  
Il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-politika tad-dividendi approvata għall-perjodu rilevanti mill-korp tal-maniġment jew entità rilevanti oħra.
6.  
Fejn il-politika tad-dividendi fiha firxa ta’ żborż minflok valur fiss, għall-fini tal-paragrafu 2 għandu jintuża l-għolja valur fil-firxa.
7.  

Fin-nuqqas ta’ politika approvata tad-dividendi, jew meta, fl-opinjoni tal-awtorità kompetenti, huwa probabbli li l-istituzzjoni mhux se tapplika l-politika tagħha tad-dividendi jew din il-politika ma tkunx bażi prudenti fuq hix jiġi ddeterminat l-ammont tat-tnaqqis, il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi għandu jiġi bbażat fuq l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-medja tal-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi tul it-tliet snin ta’ qabel is-sena meqjusa;

(b) 

il-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi tas-sena ta’ qabel is-sena meqjusa.

8.  
L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-istituzzjoni taġġusta l-kalkolu tal-proporzjon tal-iżborż tad-dividendi kif deskritt fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 biex jiġu esklużi dividendi eċċezzjonali mħallsa matul il-perjodu.
9.  
L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandu jitnaqqas għandu jiġi determinat billi titqies kwalunkwe restrizzjoni fuq id-distribuzzjonijiet, b’mod partikolari r-restrizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 141 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ). L-ammont ta’ profitt wara t-tnaqqis ta’ imposti prevedibbli suġġetti għal dawn ir-restrizzjonijiet jista’ jiġi inklużi b’mod sħiħ fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta tintlaħaq il-kundizzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 26 (tal-Artikolu 2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jkunu applikabbli restrizzjonijiet ta’ dan it-tip, id-dividendi prevedibbli li għandhom jitnaqqsu għandhom ikunu bbażati fuq il-pjan ta’ konservazzjoni kapitali maqbul mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 142 tad-Direttiva 2013/36/UE.
10.  
L-ammont ta’ dividendi prevedibbli li għandhom jitħallsu f’forma li ma tnaqqasx l-ammont tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, bħal dividendi fil-forma ta’ ishma, magħrufa bħala dividendi scrip, ma għandux jitnaqqas mill-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena li għandhom jiġu inklużi fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
11.  
L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li sar it-tnaqqis neċessarju kollu fil-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena kif ukoll dak kollu relatat ma’ dividendi prevedibbli, jew skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor, qabel ma tippermetti lill-istituzzjoni tinkludi profitti interim jew ta’ tmiem is-sena fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

Artikolu 3

Tifsira ta’ “prevedibbli” f’imposta prevedibbli għall-finijiet tal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

L-ammont ta’ imposti prevedibbli li għandu jitqies għandu jkun magħmul minn dawn:

(a) 

l-ammont tat-taxxi;

(b) 

l-ammont ta’ kull obbligu jew ċirkostanza li tqum matul il-perjodu ta’ rappurtar relatat li x’aktarx ser inaqqsu l-profitti tal-istituzzjoni u li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx issodisfata li saru aġġustamenti fil-valur, bħal aġġustamenti fil-valur addizzjonali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew il-provvedimenti kollha meħtieġa.

2.  
Imposti prevedibbli ma jkunu għandhom ma tqisux fl-introjtu għandhom jiġu assenjati fil-perjodu interim li matulu jkunu ġġarrbu sabiex kull perjodu interim iġorr ammont raġonevoli minn dawn l-imposti. Avvenimenti materjali jew mhux rikorrenti għandhom jitqiesu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien fil-perjodu interim li jseħħu fih.
3.  
L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li sar it-tnaqqis neċessarju kollu fil-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena kif ukoll dak kollu relatat ma’ imposti prevedibbli, jew skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor, qabel ma tippermetti lill-istituzzjoni tinkludi profitti interim jew ta’ tmiem is-sena fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.



Subtaqsima 2

Soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil, mutwi u istituzzjonijiet simili

Artikolu 4

Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4:
2.  

Biex tikkwalifika bħala soċjetà koperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

fl-Awstrija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “eingetragene Genossenschaft (e.Gen.)” jew “registrierte Genossenschaft” skont il-“Gesetz über Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften (GenG)”;

(b) 

fil-Belġju: istituzzjonijiet reġistrati bħala “société coopérative/cooperative vennostchap” u approvati skont id-Digriet Irjali tat-8 ta’ Jannar 1962 li jistipula l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ gruppi nazzjonali ta’ soċjetajiet kooperattivi u soċjetajiet kooperattivi;

(c) 

f’Ċipru: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Συνεργατικό Πιστωτικό Ίδρυμα ή ΣΠΙ” stabbiliti bis-saħħa tal-Liġijiet tas-Soċjetajiet Kooperattivi tal-1985;

(d) 

fir-Repubblika Ċeka: istituzzjonijiet awtorizzati bħala “spořitelní a úvěrní družstvo” skont “zákon upravující činnost spořitelních a úvěrních družstev”;

(e) 

fid-Danimarka: istituzzjonijiet reġistrati bħala “andelskasser” jew “sammenslutninger af andelskasser” skont l-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju;

(f) 

fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala waħda minn dawn:

(1) 

“Osuuspankki” jew “andelsbank” skont “laki osuuspankeista ja muista osuuskuntamuotoisista luottolaitoksista” jew “lag om andelsbanker och andra kreditinstitut i andelslagsform”;

(2) 

“Muu osuuskuntamuotoinen luottolaitos” jew “annat kreditinstitut i andelslagsform” skont “laki osuuspankeista ja muista osuuskuntamuotoisista luottolaitoksista” jew “lag om andelsbanker och andra kreditinstitut i andelslagsform”;

(3) 

“Keskusyhteisö” jew “centralinstitutet” skont “laki talletuspankkien yhteenliittymästä” jew “lag om en sammanslutning av inlåningsbanker”;

(g) 

fi Franza: istituzzjonijiet reġistrati bħala “sociétés coopératives” skont “Loi n 47-1775 du 10 Settembru 1947 portant statut de la coopération” u awtorizzati bħala “banques mutualistes ou coopératives” skont “Code monétaire et financier, partie législative, Livre V, titre Ier, chapitre II”;

(h) 

fil-Ġermanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “eingetragene Genossenschaft (eG)” skont il-“Gesetz betreffend die Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften (Genossenschaftsgesetz –GenG)”;

(i) 

fil-Greċja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Πιστωτικοί Συνεταιρισμοί” skont il-Liġi tal-Kooperattivi 1667/1986 li joperaw bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jistgħu jiġu kkategoratizzati bħala “Συνεταιριστική Τράπεζα” skont il-Liġi Bankarja 3601/2007;

(j) 

fl-Ungerija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Szövetkezeti hitelintézet” skont l-Att CXII tal-1996 dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu u l-Intraprizi Finanzjarji;

(k) 

fl-Italja: istituzzjonijiet reġistrati bħala waħda minn dawn:

(1) 

“Banche popolari” msemmija fid-Digriet Leġiżlattiv tal-1 ta’ Settembru 1993, Nru 385;

(2) 

“Banche di credito cooperativo” msemmija fid-Digriet Leġiżlattiv tal-1 ta’ Settembru 1993, Nru 385;

(3) 

“Banche di garanzia collettiva dei fidi” msemmija fl-Art. 13 tal-Liġi Digriet tat-30 ta’ Settembru 2003, Nru 269, li nbidlet f’Liġi fl-24 ta’ Novembru 2003, Nru 326;

▼M5

(ka) 

fil-Litwanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Centrinė kredito unija” taħt “Centrinių kredito unijų įstatymas”;

▼B

(l) 

fil-Lussemburgu: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sociétés coopératives” kif definit fit-Taqsima VI tal-liġi tal-10 ta’ Awwissu 1915 dwar il-kumpaniji kummerċjali;

(m) 

fil-Pajjiżi l-Baxxi: istituzzjonijiet reġistrati bħala “coöperaties” jew “onderlinge waarborgmaatschappijen” skont it-“Titolu 3 tal-Ktieb 2 Rechtspersonen tal-Burgerlijk wetboek”;

(n) 

fil-Polonja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “bank spółdzielczy” skont id-dispożizzjonijiet ta’ “Prawo bankowe”;

(o) 

fil-Portugal: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Caixa de Crédito Agrícola Mútuo” jew bħala “Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo” skont ir-“Regime Jurídico do Crédito Agrícola Mútuo e das Cooperativas de Crédito Agrícola” approvat mid-Decreto-Lei n.o 24/91, de 11 de Janeiro;

(p) 

fir-Rumanija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Organizații cooperatiste de credit” skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 99/2006 dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-adegwatezza tal-kapital, approvata b’emendi u supplimenti bil-Liġi nru 227/2007;

(q) 

fi Spanja: Istituzzjonijiet reġistrati bħala “Cooperativas de Crédito” skont “Ley 13/1989, de 26 de mayo, de Cooperativas de Crédito”;

▼M5

(r) 

fl-Iżvezja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Medlemsbank” jew bħala “Kreditmarknadsförening” skont il-Lag (2004:297) om bank- och finansieringsrörelse;

▼B

(s) 

fir-Renju Unit: istituzzjonijiet reġistrati bħala “cooperative societies” skont l-“Industrial and Provident Societies Act 1965” u skont l-“Industrial and Provident Societies Act (Northern Ireland) 1969”.

3.  
Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
4.  
Biex tikkwalifika bħala soċjetà kooperattiva għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta d-detenturi, li jistgħu jkunu membri jew mhux membri tal-istituzzjoni, tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fil-paragrafu (3) jkollhom il-kapaċità jirriżenjaw, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huma jistgħu wkoll jkollhom id-dritt ipoġġu l-istrument kapitali lura fl-istituzzjoni, iżda suġġett biss għar-restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli, l-istatuti tal-kumpanija, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ta’ dan ir-Regolament. Dan ma jimpedixxix lill-istituzzjoni milli toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-membri u mhux membri li ma jagħtux dritt li l-istrument kapitali jitqiegħed lura fl-istituzzjoni.

Artikolu 5

Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4:
2.  

Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

fl-Awstrija: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparkasse” skont il-para. 1 (1) tal-“Bundesgesetz über die Ordnung des Sparkassenwesens (Sparkassengesetz – SpG)”;

(b) 

fid-Danimarka: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparekasser” skont l-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju;

(c) 

fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Säästöpankki” jew “Sparbank” skont “Säästöpankkilaki ‘jew “Sparbankslag”;

(d) 

fil-Ġermanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparkasse” kif ġej:

(1) 

Sparkassengesetz für Baden-Württemberg (SpG)”;

(2) 

Gesetz über die öffentlichen Sparkassen (Sparkassengesetz – SpkG) in Bayern‘;

(3) 

“Gesetz über die Berliner Sparkasse und die Umwandlung der Landesbank Berlin – Girozentrale – in eine Aktiengesellschaft (Berliner Sparkassengesetz – SpkG)”;

(4) 

“Brandenburgisches Sparkassengesetz (BbgSpkG)”;

(5) 

“Sparkassengesetz für öffentlich-rechtliche Sparkassen im Lande Bremen (Bremisches Sparkassengesetz)”;

(6) 

“Hessisches Sparkassengesetz”;

(7) 

“Sparkassengesetz des Landes Mecklenburg-Vorpommern (SpkG)”;

(8) 

“Niedersächsisches Sparkassengesetz (NSpG)”;

(9) 

“Sparkassengesetz Nordrhein-Westfalen (Sparkassengesetz – SpkG);

(10) 

Sparkassengesetz (SpkG) für Rheinland-Pfalz”;

(11) 

“Saarländisches Sparkassengesetz (SSpG)”;

(12) 

“Gesetz über die öffentlich-rechtlichen Kreditinstitute im Freistaat Sachsen und die Sachsen-Finanzgruppe”;

(13) 

“Sparkassengesetz des Landes Sachsen-Anhalt (SpkG-LSA)”;

(14) 

“Sparkassengesetz für das Land Schleswig-Holstein (Sparkassengesetz – SpkG)”;

(15) 

“Thüringer Sparkassengesetz (ThürSpkG)”.

(e) 

fi Spanja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Cajas de Ahorros” skont ‘Real Decreto-Ley 2532/1929, de 21 de noviembre, sobre Régimen del Ahorro Popular;

(f) 

fl-Isvezja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Sparbank” skont “Sparbankslag (1987:619)”.

3.  
Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4.  
Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-somma tal-kapital, ir-riżervi u l-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena, ma tistax, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, titqassam lid-detenturi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni tal-Grad 1. Din il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet issodisfata anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fuq bażi ta’ negozju avvjat, dritt għal parti mill-profitti u r-riżervi, fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm din il-parti tkun proporzjonata mal-kontribuzzjoni tagħhom fil-kapital u r-riżervi jew, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, skont arranġament alternattiv. L-istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni, id-dritt għar-riżervi li ma jeħtiġlux ikun proporzjonat mal-kontribuzzjoni fil-kapital u r-riżervi sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 6

Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala mutwa għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragarfi 2, 3 u 4.
2.  

Biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni għandu jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

fid-Danimarka: Assoċjazzjonijiet (“Foreninger”) jew fondi (“Fonde”) li joriġinaw mill-konverżjoni ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni (“Forsikringsselskaber”), instituzzjonijiet tal-kreditu ipotekarju (“Realkreditinstitutter”), banek tat-tfaddil (“Sparekasser”), banek tat-tfaddil kooperattivi (“Andelskasser”) u affiljazzjonijiet ta’ banek tat-tfaddil kooperattivi (“Sammenslutninger af andelskasser”) f’kumpaniji b’responsabbiltà limitata kif definit fl-Att Daniż tan-Negozju Finanzjarju;

(b) 

fl-Irlanda: istituzzjonijiet reġistrati bħala “building societies” skont il-‘Building Societies Act 1989;

(c) 

fir-Renju Unit: istituzzjonijiet reġistrati bħala “building societies” skont il-Building Societies Act 1986; istituzzjonijiet reġistrati bħala “savings bank” skont is-Savings Bank (Scotland) Act 1819.

3.  
Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tista’ toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, biss strumenti kapitali imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
4.  
Biex tikkwalifika bħala mutwa għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ammont totali jew ammont parzjali tas-somma tal-kapital u r-riżervi jkun proprjetà tal-membri tal-istituzzjoni, li ma jibbenefikawx, fil-kors normali tan-negozju, minn distribuzzjoni diretta tar-riżervi, b’mod partikolari permezz ta’ ħlas ta’ dividendi. Dawn il-kondizzjonijiet jitqiesu li jkunu ġew issodisfati anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu dritt fuq il-profitti u r-riżervi, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 7

Tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli bħala istituzzjoni simili għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali applikabbli tikwalifika bħala istituzzjoni simili għall-kooperattivi, il-mutwi u l-istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2.  

Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi u istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istatus ġuridiku ta’ istituzzjoni jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

fl-Awstrija: il-“Pfandbriefstelle der österreichischen Landes-Hypothekenbanken” skont il-“Bundesgesetz über die Pfandbriefstelle der österreichischen Landes-Hypothekenbanken (Pfandbriefstelle-Gesetz – PfBrStG)”;

(b) 

fil-Finlandja: istituzzjonijiet reġistrati bħala “Hypoteekkiyhdistys” jew “Hypoteksförening” skont “Laki hypoteekkiyhdistyksistä” jew “Lag om hypoteksföreningar”.

3.  
Rir-rigward tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi jew istituzzjoni tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ toħroġ biss, skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-kumpanija, fil-livell tal-entità legali, strumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4.  

Biex tikkwalifika bħala istituzzjoni simili għal kooperattivi, mutwi u istituzzjonijiet tat-tfaddil għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandha tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew aktar:

(a) 

meta d-detenturi, li jistgħu jkunu membri jew mhux membri tal-istituzzjoni, tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fil-paragrafu 3 jkollhom il-kapaċità jirriżenjaw, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, huma jistgħu wkoll jkollhom id-dritt ipoġġu l-istrument kapitali lura fl-istituzzjoni, iżda suġġett biss għar-restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli, l-istatuti tal-kumpanija u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ta’ dan ir-Regolament. Dak ma jimpedixxix lill-istituzzjoni milli toħroġ, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-membri u mhux membri li ma jagħtux dritt li l-istrument kapitali jitqiegħed lura fl-istituzzjoni;

(b) 

is-somma tal-kapital, ir-riżervi u l-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena, ma tistax, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, titqassam lid-detenturi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni tal-Grad 1. Dik il-kundizzjoni titqies li tkun ġiet issodisfata anke meta l-istituzzjoni toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fuq bażi ta’ negozju avvjat, dritt għal parti mill-profitti u r-riżervi, fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm dik il-parti tkun proporzjonata mal-kontribuzzjoni tagħhom fil-kapital u r-riżervi jew, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali applikabbli, skont arranġament alternattiv. L-istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jagħtu lid-detenturi, fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni, id-dritt għar-riżervi li ma jeħtiġlux ikun proporzjonat mal-kontribuzzjoni fil-kapital u r-riżervi sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 29(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

l-ammont totali jew ammont parzjali tas-somma tal-kapital u r-riżervi huwa proprjetà tal-membri tal-istituzzjoni, li ma jibbenefikawx, fil-kors normali tan-negozju, minn distribuzzjoni diretta tar-riżervi, b’mod partikolari permezz ta’ ħlas ta’ dividendi.

▼M2

Artikolu 7a

Distribuzzjonijiet multipli li jikkostitwixxu ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji

1.  

Id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jitqiesu li ma jikkostitwixxux ġibda sproporzjonata fuq il-kapital meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a) 

il-multiplu tad-dividend ikun multiplu tad-distribuzzjoni mħallsa fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot u mhux ammont fiss predeterminat;

(b) 

il-multiplu tad-dividend ikun stabbilit b'mod kuntrattwali jew skont l-istatuti tal-istituzzjoni;

(c) 

il-multiplu tad-dividend ma jkunx revedibbli;

(d) 

l-istess multiplu tad-dividend japplika għall-istrumenti kollha b'multiplu tad-dividend;

(e) 

l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend ma jirrappreżentax aktar minn 125 % tal-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni bi dritt tal-vot.

Dan jiġi espress f'forma formulajka bħala:

image

fejn:

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend;
l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend;
(f) 

l-ammont totali tad-distribuzzjonijiet imħallsa fuq l-istrumenti kollha tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul perjodu ta' sena ma jaqbiżx 105 % tal-ammont li kieku jitħallas jekk l-istrumenti b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, jirċievu l-istess distribuzzjonijiet bħala strumenti bi dritt tal-vot.

Dan jiġi espress f'forma formulajka bħala:

image

fejn:

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend;
l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend;
X tirrappreżenta l-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot;
Y tirrappreżenta l-għadd ta' strumenti bla dritt tal-vot;

Il-formula tapplika fuq bażi ta' sena.

2.  
Jekk il-kundizzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 1 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti b'multiplu tad-dividend li jaqbeż il-livell limitu definit fih biss jitqies li jikkawża ġibda sproporzjonata fuq il-kapital.
3.  
Jekk l-ebda kundizzjoni tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ma tkun issodisfata, l-istrumenti kollha pendenti b'multiplu tad-dividend jitqiesu li jikkawżaw ġibda sproporzjonata fuq il-kapital.

Artikolu 7b

Distribuzzjonijiet preferenzjali rigward id-drittijiet preferenzjali għal pagamenti ta' distribuzzjonijiet

1.  
Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, distribuzzjoni fuq strument tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitqies bħala preferenzjali fir-rigward ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jekk ikun hemm livelli differenzjati ta' distribuzzjonijiet, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7a ta' dan ir-Regolament.
2.  

Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, maħruġin minn istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk id-distribuzzjoni tkun multiplu tad-distribuzzjoni fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot u dik id-distribuzzjoni multipla tkun stabbilita b'mod kuntrattwali jew statutorju, id-distribuzzjonijiet jitqiesu bħala mhux preferenzjali jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a) 

il-multiplu tad-dividend ikun multiplu tad-distribuzzjoni mħallsa fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot u mhux ammont fiss predeterminat;

(b) 

il-multiplu tad-dividend ikun stabbilit b'mod kuntrattwali jew skont l-istatuti tal-istituzzjoni;

(c) 

il-multiplu tad-dividend ma jkunx revedibbli;

(d) 

l-istess multiplu tad-dividend japplika għall-istrumenti kollha b'multiplu tad-dividend;

(e) 

l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend ma jirrappreżentax aktar minn 125 % tal-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni bi dritt tal-vot.

Dan jiġi espress f'forma formulajka bħala:

image

fejn:

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend;
l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend;
(f) 

l-ammont totali tad-distribuzzjonijiet imħallsa fuq l-istrumenti kollha tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul perjodu ta' sena ma jaqbiżx 105 % tal-ammont li kieku jitħallas jekk l-istrumenti b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, jirċievu l-istess distribuzzjonijiet bħala strumenti bi dritt tal-vot.

Dan jiġi espress f'forma formulajka bħala:

image

fejn:

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend;
l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend;
X tirrappreżenta l-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot;
Y tirrappreżenta l-għadd ta' strumenti bla dritt tal-vot;

Il-formula tapplika fuq bażi ta' sena.

3.  
Jekk il-kundizzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti b'multiplu tad-dividend li jaqbeż il-livell limitu definit fih biss jiġi skwalifikat mill-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.
4.  
Jekk l-ebda kundizzjoni tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 2 ma tkun issodisfata, l-istrumenti kollha pendenti b'multiplu tad-dividend jiġu skwalifikati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.
5.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, fejn id-distribuzzjonijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwita Komuni huma espressi, għall-istrumenti bi dritt tal-vot jew mingħajru, b'referenza għall-prezz tax-xiri mal-ħruġ tal-istrument, il-formuli jiġu adattati kif ġej, għall-istrumenti jew l-istrumenti li huma espressi b'referenza għall-prezz tax-xiri mal-ħruġ:

(a) 

l tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed mingħajr multiplu tad-dividend diviż bil-prezz tax-xiri mal-ħruġ ta' dak l-istrument;

(b) 

k tirrappreżenta l-ammont tad-distribuzzjoni fuq strument wieħed b'multiplu tad-dividend diviż bil-prezz tax-xiri mal-ħruġ ta' dak l-istrument.

6.  
Għall-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, maħruġin minn istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk id-distribuzzjoni ma tkunx multiplu tad-distribuzzjoni fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot, id-distribuzzjonijiet jitqiesu bħala mhux preferenzjali jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 u ż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8 jiġu ssodisfati.
7.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 6, tapplika xi waħda mill-kundizzjonijiet (a) jew (b):

(a) 

jiġu ssodisfati dawn iż-żewġ punti (i) u (ii):

(i) 

l-istrument b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot, jista' jinkiteb u jinżamm biss mid-detenturi tal-istrumenti bi dritt tal-vot;

(ii) 

l-għadd ta' drittijiet tal-vot ta' kull detentur uniku huwa limitat;

(b) 

id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot maħruġa mill-istituzzjonijiet huma soġġetti għal limitu massimu stabbilit skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

8.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 6 biss, japplikaw dawn iż-żewġ definizzjonijiet:

(a) 

l-istituzzjoni turi li l-medja tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti bi dritt tal-vot matul il-ħames snin preċedenti hija baxxa meta mqabbla ma' strumenti komparabbli oħrajn;

(b) 

l-istituzzjoni turi li l-proporzjon tal-ħlas huwa baxx, jekk il-proporzjon tal-ħlas jiġi kkalkulat b'mod konformi mal-Artikolu 7c. Proporzjon tal-ħlas taħt it-30 % jitqies bħala baxx.

9.  

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 7, id-drittijiet tal-vot ta' kull detentur uniku jitqiesu bħala limitati f'dawn il-każijiet:

(a) 

jekk kull detentur jirċievi dritt tal-vot wieħed biss irrispettivament mill-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot għal kull detentur;

(b) 

jekk l-għadd ta' drittijiet tal-vot ikollhom limitu massimu irrispettivament mill-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot miżmuma minn kull detentur;

(c) 

jekk l-għadd ta' strumenti bi dritt tal-vot li jista' jkollu kull detentur ikun limitat skont l-istatuti tal-istituzzjoni jew skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

10.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-perjodu ta' sena jitqies li jintemm fid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni.
11.  

L-istituzzjonijiet jivvalutaw il-konformità bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 7 u 8, u jinfurmaw lill-awtorità kompetenti dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħhom, għallinqas f'dawn is-sitwazzjonijiet:

(a) 

kull darba li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tad-distribuzzjonijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b) 

kull darba li tinħareġ klassi ġdida ta' strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni b'inqas drittijiet tal-vot, jew l-ebda dritt tal-vot.

12.  
Jekk il-kundizzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 8 ma tkunx issodisfata, l-ammont tal-istrumenti bla dritt tal-vot li d-distribuzzjonijiet għalihom jaqbżu l-limitu massimu ddefinit fihom jitqiesu li jinvolvu distribuzzjonijiet preferenzjali.
13.  
Jekk il-kundizzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 8 ma tiġix issodisfata, id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti kollha pendenti bla dritt tal-vot jitqiesu bħala preferenzjali sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.
14.  
Jekk ma tkun issodisfata l-ebda kundizzjoni tal-paragrafu 7, id-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti kollha pendenti bla dritt tal-vot jitqiesu bħala preferenzjali sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.
15.  

Ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 7(a), jew ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 8, jew iż-żewġ rekwiżiti jistgħu jiġu rrinunzjati, kif xieraq, jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

istituzzjoni tikser jew, fost l-oħrajn minħabba kundizzjoni finanzjarja li tiddeterjora malajr, aktarx li fil-futur qarib tikser xi wieħed mir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

l-awtorità kompetenti titlob lill-istituzzjoni sabiex iżżid b'mod urġenti il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha f'perjodu speċifiku u tivvaluta li l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi ssewwi jew tevita l-ksur imsemmi fil-punt (a) f'dak il-perjodu speċifiku, mingħajr ma ddur għar-rinunzja msemmija f'dan il-paragrafu.

Artikolu 7c

Kalkolu tal-proporzjon tal-ħlas għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 7b(8)

1.  

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 7b(8), l-istituzzjonijiet jagħżlu l-metodu deskritt fil-punt (a) jew il-punt (b) sabiex jikkalkulaw il-proporzjon tal-ħlas. L-istituzzjoni ssegwi l-metodu magħżul b'mod konsistenti maż-żmien.

(a) 

bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodi ta' ħames snin preċedenti, diviżi bis-somma ta' profitti relatata mal- perjodi preċedenti ta' ħames snin;

(b) 

għall-perjodu mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2017 biss:

(i) 

fl-2014, bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodu ta' sena preċedenti, diviża bis-somma ta' profitti relatata mal-perjodu preċendi ta' sena;

(ii) 

fl-2015, bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodi ta' sentejn preċedenti, diviża bis-somma ta' profitti relatata mal-perjodi preċedenti ta' sentejn;

(iii) 

fl-2016, bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodi ta' tliet snin preċedenti, diviża bis-somma ta' profitti relatata mal-perjodi preċedenti ta' tliet snin;

(iv) 

fl-2017, bħala s-somma tad-distribuzzjonijiet relatata mat-total tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni matul il-perjodi ta' erba' snin preċedenti, diviża bis-somma ta' profitti relatata mal-perjodi preżedenti ta' erba' snin;

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-profitti jfissru l-ammont rapportat fir-Ringiela 670 tal-Mudell 2 tal-Anness III għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 ( 2 ), jew, fejn applikabbli, l-ammont rapportat fir-Ringiela 670 tal-Mudell 2 tal-Anness IV għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju tal-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 7d

Distribuzzjonijiet preferenzjali rigward l-ordni tal-pagamenti ta' distribuzzjoni

Għall-finijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, distribuzzjoni fuq strument tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitqies bħala preferenzjali fir-rigward ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni u rigward l-ordni ta' pagamenti ta' distribuzzjoni jekk mill-inqas tiġi ssodisfata waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) 

id-distribuzzjonijiet jiġu deċiżi fi żminijiet differenti;

(b) 

id-distribuzzjonijiet jitħallsu fi żminijiet differenti;

(c) 

ikun hemm obbligu fuq l-emittent li jħallas id-distribuzzjonijiet fuq tip wieħed ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni qabel jitħallsu d-distribuzzjonijiet fuq tip ieħor ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(d) 

distribuzzjoni titħallas fuq xi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni iżda mhux fuq oħrajn, sakemm ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 7b(7).

▼B



Subtaqsima 3

Finanzjament indirett

▼M5

Artikolu 8

Finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali għall-finijiet tal-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c), u l-Artikolu 63(c), u tal-obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 72b(2)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali skont l-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c) u l-Artikolu 63(c), u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 72b(2)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jitqies finanzjament li ma huwiex dirett.
2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, finanzjament dirett għandu jirreferi għal sitwazzjonijiet li fihom istituzzjoni tkun tat self jew fondi oħra fi kwalunkwe forma lil investitur li jintużaw għall-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni.
3.  

Finanzjament dirett għandu jinkludi wkoll finanzjament mogħti għal skopijiet oħra apparti l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(36) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew li titqies li hija parti relatata fis-sens tad-definizzjonijiet fil-paragrafu 9 tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 24 dwar Divulgazzjonijiet fuq Partijiet Relatati kif applikati fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), filwaqt li titqies kwalunkwe gwida addizzjonali kif mogħtija mill-awtorità kompetenti għall-istrumenti kapitali, jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti għall-obbligazzjonijiet, jekk l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi dan kollu li ġej:

(a) 

it-tranżazzjoni titwettaq bl-istess kundizzjonijiet bħal tranżazzjonijiet oħra ma’ terzi persuni;

(b) 

il-persuna fiżika jew ġuridika jew il-parti relatata ma jkollhiex tiddependi fuq id-distribuzzjonijiet jew fuq il-bejgħ ta’ strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet miżmuma biex issostni l-pagament tal-imgħax u r-ripagament tal-finanzjament.

Artikolu 9

Forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali għall-finijiet tal-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c), u l-Artikolu 63(c), u tal-obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 72b(2)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

Il-forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett tal-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-finanzjament tal-akkwist tas-sjieda minn investitur, mal-ħruġ jew wara, ta’ strumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni minn kwalunkwe entità li fiha l-istituzzjoni jkollha kontroll dirett jew indirett jew minn entitajiet inklużi fi kwalunkwe minn dan li ġej:

(i) 

l-ambitu tal-kontabbiltà jew il-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

(ii) 

l-ambitu tal-karta tal-bilanċ konsolidata jew tal-kalkolu aggregat estiż, fejn ekwivalenti għall-kontijiet konsolidati kif imsemmi fl-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li titħejja mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-network tal-istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li ma humiex organizzati bħala grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni;

(iii) 

l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(b) 

il-finanzjament tal-akkwist tas-sjieda minn investitur, mal-ħruġ jew wara, ta’ strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni minn entitajiet esterni li huma protetti b’garanzija jew bl-użu ta’ derivattivi tal-kreditu jew li huma ggarantiti b’xi mod ieħor sabiex ir-riskju tal-kreditu jiġi ttrasferit lill-istituzzjoni jew lil kwalunkwe entità li fiha l-istituzzjoni għandha kontroll dirett jew indirett jew kwalunkwe entità inkluża fi kwalunkwe minn dan li ġej:

(i) 

l-ambitu tal-kontabbiltà jew il-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

(ii) 

l-ambitu tal-karta tal-bilanċ konsolidata jew tal-kalkolu aggregat estiż, fejn ekwivalenti għall-kontijiet konsolidati kif imsemmi fl-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li titħejja mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-network tal-istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li ma humiex organizzati bħala grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni;

(iii) 

l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2002/87/KE.

(c) 

il-finanzjament ta’ mutwatarju li jgħaddi l-finanzjament lill-investitur aħħari għall-akkwist tas-sjieda, mal-ħruġ jew wara, tal-istrumenti kapitali jew tal-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni.

2.  

Biex jitqies bħala finanzjament indirett għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati wkoll, meta applikabbli:

(a) 

l-investitur ma jkunx inkluż fl-ebda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-ambitu tal-kontabbiltà jew il-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

(ii) 

l-ambitu tal-karta tal-bilanċ konsolidata jew tal-kalkolu aggregat estiż, fejn ekwivalenti għall-kontijiet konsolidati kif imsemmi fl-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li titħejja mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-network tal-istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li ma humiex organizzati bħala grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni;

(iii) 

l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2002/87/KE;

(b) 

l-entità esterna ma tkun inkluża fl-ebda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-ambitu tal-kontabbiltà jew il-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;

(ii) 

l-ambitu tal-karta tal-bilanċ konsolidata jew tal-kalkolu aggregat estiż, fejn ekwivalenti għall-kontijiet konsolidati kif imsemmi fl-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li titħejja mill-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-network tal-istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li ma humiex organizzati bħala grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni;

(iii) 

l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2002/87/KE.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), investitur jitqies li jkun inkluż fl-ambitu tal-kalkolu aggregat estiż jekk l-istrument kapitali jew l-obbligazzjoni rilevanti tkun soġġetta għal konsolidazzjoni jew għal kalkolu aggregat estiż f’konformità mal-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b’mod li jiġi eliminat l-użu multiplu ta’ entrati ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli u kwalunkwe ħolqien ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali. Meta l-permess mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jkunx ingħata, din il-kundizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata meta ż-żewġ entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u l-istituzzjoni jkunu membri tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali u l-entitajiet inaqqsu l-finanzjament ipprovdut għall-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 36(1) minn (f) sa (i), l-Artikolu 56 minn (a) sa (d), u l-Artikolu 66 minn (a) sa (d), għall-istrumenti kapitali, u f’konformità mal-Artikolu 72e minn (a) sa (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall-obbligazzjonijiet, kif applikabbli.

2a.  
Il-forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett tal-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu finanzjament ċirkolari intragrupp.

Għal dawk il-finijiet, finanzjament ċirkolari intragrupp ifisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

sitwazzjonijiet li fihom istituzzjoni tkun tat self jew finanzjament ieħor fi kwalunkwe forma lil waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), permezz ta’ entità oħra msemmija fil-paragrafu 1(a), li jintuża għall-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni;

(b) 

finanzjament mogħti lil waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), għal skopijiet oħra għajr l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni permezz ta’ entità oħra msemmija fil-paragrafu 1(a), dment li, filwaqt li titqies kwalunkwe gwida addizzjonali kif ipprovduta mill-awtorità kompetenti għall-istrumenti kapitali, jew mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti għall-obbligazzjonijiet, l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi dan kollu li ġej:

(i) 

it-tranżazzjoni titwettaq bl-istess kundizzjonijiet bħal tranżazzjonijiet oħra ma’ terzi persuni;

(ii) 

l-investitur ma jkollux jiddependi fuq id-distribuzzjonijiet jew mill-bejgħ ta’ strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet miżmuma biex isostni l-pagament tal-imgħax u r-ripagament tal-finanzjament.

3.  
Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit jekk l-akkwist tas-sjieda ta’ strument kapitali jinvolvix finanzjament dirett jew indirett kif imsemmi fl-Artikolu 8, l-ammont li għandu jitqies għandu jkun nett minn kwalunkwe konċessjoni li tkun saret għal indeboliment ivvalutat individwalment.
4.  
Biex tiġi evitata kwalifika ta’ finanzjament dirett jew indirett skont l-Artikolu 8 u fejn is-self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji jingħataw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni ta’ kreditu jew li titqies li hija parti relatata kif imsemmi fl-Artikolu 8(3), l-istituzzjoni għandha tiżgura li fuq bażi kontinwa ma tkunx ipprovdiet self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji għall-iskop tal-akkwist tas-sjieda direttament jew indirettament ta’ strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni. Meta s-self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji jingħataw lil tipi oħra ta’ partijiet, l-istituzzjoni għandha tagħmel dan il-kontroll fuq bażi tal-aħjar sforz.
5.  

Fir-rigward ta’ mutwi, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili, fejn hemm obbligu skont il-liġi nazzjonali jew l-istatuti tal-istituzzjoni li konsumatur jissottoskrivi strumenti kapitali biex jirċievi self, dak is-self ma għandux jitqies bħala finanzjament dirett jew indirett, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-awtorità kompetenti tqis li l-ammont tas-sottoskrizzjoni huwa immaterjali;

(b) 

l-iskop tas-self ma huwiex l-akkwist tas-sjieda ta’ strumenti kapitali jew tal-obbligazzjonijiet al-istituzzjoni li qiegħda tipprovdi s-self;

(c) 

is-sottoskrizzjoni fi strument kapitali wieħed jew aktar tal-istituzzjoni hija meħtieġa biex il-benefiċjarju tas-self isir membru tal-mutwa, tas-soċjetà kooperattiva jew ta’ istituzzjoni simili.

▼B



Subtaqsima 4

Limitazzjonijiet fuq it-tifdija ta’ strumenti kapitali

Artikolu 10

Limitazzjonijiet fuq it-tifdija ta’ strumenti kapitali maħruġa minn mutwi, istituzzjonijiet tat-tfaddil, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Istituzzjoni tista’ toħroġ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni bil-possibbiltà ta’ tifdija biss fejn din il-possibilità hija prevista mil-liġi nazzjonali applikabbli.
2.  
L-abbiltà li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija skont id-dispożizzjonjiet li jirregolaw l-istrumenti kapitali kif imsemmi fl-Artikolu 29(2)(b) u 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandha tikkomprendi kemm id-dritt li tiddeferixxi t-tifdija kif ukoll id-dritt li tillimita ammont li se jiġi mifdi. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ tiddefferixxi t-tifdija jew tillimita l-ammont li se jiġi mifdi għal perjodu illimitat ta’ żmien skont il-paragrafu 3.
3.  

Il-punt safejn il-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti għandu jiġi ddeterminat mill-istituzzjoni fuq il-bażi tas-sitwazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni fi kwalunkwe ħin, u wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari, iżda mhux biss:

(a) 

Is-sitwazzjoni kumplessiva finanzjarja, tal-likwidità u s-solvenza tal-istituzzjoni;

(b) 

l-ammont tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 u l-kapital totali mqabbel mal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti tal-fondi proprji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit tal-bafer kombinat kif definit fil-punt (6) tal-Artikoli 128 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 11

Limitazzjonijiet fuq it-tifdija ta’ strumenti kapitali maħruġa minn mutwi, istituzzjonijiet tat-tfaddil, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 29(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Il-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispozzjonijiet kuntrattwali jew legali li jirregolaw l-istrumenti ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jillimitaw aktar it-tifdija tal-istrumenti fuq bażi xierqa kif previst fl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-bażijiet tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija inklużi fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali u legali li jirregolaw l-istrument. Huma għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet kuntrattwali korrispondenti meta ma jkunux sodisfatti li l-bażijiet tal-limitazzjonijiet huma xierqa. Fejn l-istrumenti jkunu rregolati mil-liġi nazzjonali fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali, il-leġiżlazzjoni għandha tippermetti lill-istituzzjoni tillimita t-tifdija kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 10 sabiex l-istrument jikkwalifika bħala Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
3.  
Kwalunkwe deċiżjoni li tiġi limitata t-tifdija għandha tkun dokumentata internament u rapportata bil-miktub mill-istituzzjoni lill-awtorità kompetenti, inklużi r-raġunijiet għaliex, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, it-tifdija ġiet parzjalment jew totalment rifjutata jew diferrita.
4.  
Meta jkunu qed jittieħdu diversi deċiżjonijiet, fl-istess perjodu ta’ żmien, li tiġi limitata t-tifdija, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddokumentaw dawn id-deċiżjonijiet f’sett wieħed ta’ dokumenti.



TAQSIMA 2

Filtri Prudenzjali

Artikolu 12

Il-kunċett ta’ qligħ mill-bejgħ għall-finijiet tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Il-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jfisser kwalunkwe qligħ rikonoxxut fuq il-bejgħ għal dik l-istituzzjoni li jiġi rreġistrat bħala żieda fi kwalunkwe element tal-fondi proprji u huwa assoċjat ma’ introjtu ta’ marġni futur li jirriżulta minn bejgħ ta’ assi titolizzati meta jitneħħew mill-karta bilanċjali tal-istituzzjoni fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni.
2.  

Il-qligħ rikonoxxut fuq bejgħ għandu jiġi ddeterminat bħala d-differenza bejn il-punti (a) u (b) li ġejjin kif determinati fl-applikazzjoni tal-qafas tal-kontabbiltà rilevanti:

(a) 

il-valur nett tal-assi riċevuti inkluż kwalunkwe assi ġdid miksub li minnu jitnaqqas kwalunkwe assi ieħor mogħti jew kwalunkwe obbligazzjoni ġdida meħuda;

(b) 

u l-ammont riportat tal-assi titolizzati jew tal-parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat.

▼M5

3.  
Il-qligħ rikonoxxut fuq il-bejgħ li huwa assoċjat mal-introjtu ta’ marġni futur għandu jirreferi, f’dan il-kuntest, għall-“marġni pożittiv” futur mistenni ddefinit bħala l-ġbir tal-imposti finanzjarji u introjtu ieħor mill-imposti riċevuti fir-rigward tal-iskoperturi titolizzati netti mill-ispejjeż u min-nefqiet.

▼B



TAQSIMA 3

Tnaqqis mill-elementi tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1

Artikolu 13

Tnaqqis ta’ telf għas-sena finanzjarja attwali għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Għall-fini li jiġi kkalkulat il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha matul is-sena, u irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni tagħlaqx il-kontijiet finanzjarji tagħha fi tmiem kull perjodu interim, l-istituzzjoni għandha tiddetermina r-rapport tal-introjtu tagħha u tnaqqas kwalunkwe telf li jirriżulta mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta jseħħ.
2.  
Għall-finijiet li jiġu determinati l-kontijiet tal-introjtu ta’ istituzzjoni skont il-paragrafu 1, l-introjtu u l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati skont l-istess proċess u fuq il-bażi tal-istess standards tal-kontabilità bħal dik segwita fir-rapport finanzjarju tal-aħħar tas-sena. Id-dħul u l-ispejjeż għandhom jiġu stmati b’mod prudenti u għandhom jiġu assenjati għall-perjodu interim li fihom ikunu seħħew sabiex kull perjodu interim ikollu ammont raġonevoli ta’ introjtu u spejjeż annwali antiċipati. Avvenimenti materjali jew mhux rikorrenti għandhom jitqiesu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien fil-perjodu interim li jseħħu fih.
3.  
Fejn it-telf għas-sena finanzjarja attwali jkun diġà naqqas l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni bħala riżultat ta’ rapport finanzjarju interim jew tal-aħħar tas-sena, ma jkunx meħtieġ tnaqqis. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, ir-rapport finanzjarju tfisser li l-profitt u t-telf ġew iddeterminati wara għeluq tal-kontijiet interim jew annwali skont il-qafas tal-kontabilità li għalih hija soġġetta l-istituzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità u d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 5 ) dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.
4.  
Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw bl-istess mod għall-qligħ u t-telf inklużi fi introjtu ieħor komprensiv akkumulat.

▼M4

Artikolu 13a

Tnaqqis ta’ assi ta’ software li huma kklassifikati bħala assi intanġibbli għal finijiet kontabilistiċi għall-finijiet tal-Artikolu 36(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-assi ta’ software li huma assi intanġibbli kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (115), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-paragrafi 5 sa 8 ta’ dan l-Artikolu. L-ammont li għandu jitnaqqas għandu jiġi determinat abbażi tal-amortizzament akkumulat prudenzjali kkalkulat f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
2.  

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-amortizzament akkumulat prudenzjali tal-assi ta’ software msemmi fil-paragrafu 1 billi jimmultiplikaw l-ammont miksub mill-kalkolu msemmi fil-punt (a) bin-numru ta’ jiem imsemmi fil-punt (b):

(a) 

l-ammont li l-assi ta’ software jkun ġie rikonoxxut bih inizjalment fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, diviż b’wieħed minn dawn li ġejjin (skont liema huwa l-inqas):

(i) 

in-numru ta’ jiem ta’ ħajja utli tal-assi ta’ software, kif stmat għal finijiet kontabilistiċi;

(ii) 

tliet snin, espressi f’jiem, li jibdew mid-data msemmija fil-paragrafu 3;

(b) 

in-numru ta’ jiem li jkunu għaddew mid-data msemmija fil-paragrafu 3, dment li dan ma jaqbiżx il-perjodu msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.

3.  
L-amortizzament akkumulat prudenzjali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat li jibda mid-data li fiha l-assi ta’ software jkun disponibbli għall-użu u jibda jiġi amortizzat għal finijiet kontabilistiċi.
4.  
B’deroga mill-paragrafu 3, meta assi ta’ software jkun ġie akkwistat minn kwalunkwe impriża, inkluża entità tas-settur mhux finanzjarju, li tkun parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni, l-amortizzament akkumulat prudenzjali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat mid-data li fiha dak l-assi ta’ software jkun beda jiġi amortizzat skont il-qafas kontabilistiku applikabbli fuq il-karta tal-bilanċ ta’ dik l-impriża.
5.  

L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni l-ammont li jirriżulta mid-differenza, jekk dan ikun pożittiv, bejn l-ammont fil-punt (a) u l-ammont fil-punt (b):

(a) 

l-amortizzament akkumulat prudenzjali ta’ assi ta’ software kkalkulat f’konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;

(b) 

l-ammont tal-amortizzament akkumulat u kwalunkwe telf minn indeboliment akkumulat ta’ dak l-assi ta’ software rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ ta’ dik l-istituzzjoni skont il-qafas kontabilistiku applikabbli.

6.  
B’deroga mill-paragrafu 5, sad-data li fiha l-assi ta’ software jkun disponibbli għall-użu u jibda jiġi amortizzat għal finijiet kontabilistiċi, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni l-ammont sħiħ li l-assi ta’ software inkwistjoni jkunu rikonoxxuti bih fil-karta tal-bilanċ ta’ dik l-istituzzjoni skont il-qafas kontabilistiku applikabbli.
7.  
L-amortizzamenti prudenzjali u t-tnaqqis ippreżentati f’dan l-Artikolu għandhom isiru b’mod separat għal kull assi ta’ software.
8.  
L-investimenti tal-istituzzjonijiet fiż-żamma, it-titjib jew l-aġġornament tal-assi ta’ software eżistenti għandhom jiġu trattati bħala assi għajr l-assi ta’ software relatati, dment li dawk l-investimenti jiġu rikonoxxuti bħala assi intanġibbli fuq il-karta tal-bilanċ ta’ dik l-istituzzjoni skont il-qafas kontabilistiku applikabbli.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-amortizzament akkumulat prudenzjali ta’ dawk l-investimenti fiż-żamma, it-titjib jew l-aġġornament tal-assi ta’ software eżistenti għandu jiġi kkalkulat mid-data li fiha jibdew jiġu amortizzati skont il-qafas kontabilistiku applikabbli.

L-amortizzament akkumulat prudenzjali tal-assi ta’ software eżistenti relatati għandu jkompli jiġi kkalkulat mid-data tal-amortizzament inizjali tagħhom stess għal finijiet kontabilistiċi u sa tmiem il-perjodu tal-amortizzament prudenzjali determinat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 2.

▼B

Artikolu 14

Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
It-tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura skont l-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jsir skont il-paragrafi 2 u 3.
2.  
It-tpaċija bejn l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati għandha ssir separatament għal kull entità taxxabbli. L-obbligazzjonijiet tat-taxxa differita assoċjati għandhom ikunu limitati għal dawk li jinħolqu mil-liġi tat-taxxa tal-istess ġurisdizzjoni tal-assi tat-taxxa differita. Għall-kalkolu tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita f’livell konsolidat, entità taxxabbli tinkludi kwalunkwe għadd ta’ entitajiet li huma membri tal-istess grupp tat-taxxa, konsolidazzjoni fiskali, għaqda fiskali jew dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata skont il-liġi nazzjonali applikabbli.
3.  

L-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li huma eliġibbli għat-tpaċija tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura huwa ugwali għad-differenza bejn l-ammont fil-punt (a) u l-ammont fil-punt (b):

(a) 

l-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita kif rikonoxxut skont taħt il-qafas tal-kontabilità applikabbli;

(b) 

l-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li joħorġu minn assi intanġibbli u minn assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċji definiti.

Artikolu 15

Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċji definiti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 41(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss il-permess minn qabel imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn l-abbiltà bla restrizzjonijiet li tuża l-assi rispettivi tal-fond tal-pensjonijiet b’benefiċċji definiti tinvolvi aċċess immedjat u bla xkiel għall-assi bħal meta l-użu tal-assi ma jiġix impedit minn restrizzjoni ta’ kwalunkwe tip u ma jkun hemm pretensjonijiet tal-ebda tip minn partijiet terzi fuq dawn l-assi.
2.  
Aċċess bla xkiel għall-assi x’aktarx ikun jeżisti meta l-istituzzjoni ma tkunx meħtieġa titlob u tirċievi approvazzjoni speċifika mill-manager tal-fondi tal-pensjoni jew mingħand il-benefiċjarji tal-pensjoni kull darba li tkun trid taċċessja fondi żejda fil-pjan.

▼M3

Artikolu 15a

Parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(f), (h) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

Għall-finijiet tal-Artikoli 15c, 15d, 15e u 15i ta' dan ir-Regolament, “entità intermedja” kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(114) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tikkonsisti minn waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin li jkollhom strumenti kapitali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju:

(a) 

impenn għal investiment kollettiv;

(b) 

fond tal-pensjoni minbarra fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti;

(c) 

fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti, fejn l-istituzzjoni qiegħda tappoġġa r-riskju tal-investiment u fejn il-fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit mhuwiex indipendenti mill-istituzzjoni sponsor tiegħu;

(d) 

l-entitajiet li huma direttament jew indirettament taħt il-kontroll jew taħt influwenza sinifikanti ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) 

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(2) 

l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji ta' dik l-impriża prinċipali;

(3) 

il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji ta' dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali;

(4) 

il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali ta' attività mħallta tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji ta' dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali ta' attività mħallta;

(5) 

il-kumpanija prinċipali azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji ta' dik il-kumpanija prinċipali azzjonarja finanzjarja mħallta;

(e) 

l-entitajiet li huma flimkien, direttament jew indirettament, taħt il-kontroll jew taħt influwenza sinifikanti ta' istituzzjoni waħda, diversi istituzzjonijiet, jew netwerk tal-istituzzjonijiet, li jkunu membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali, jew fl-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet affiljati ma' korp ċentrali li mhumiex organizzati bħala grupp li għalih tappartjeni l-istituzzjoni;

(f) 

l-entitajiet bi skop speċjali;

(g) 

l-entitajiet li l-attività tagħhom hija li jżommu strumenti finanzjarji ta' entitajiet tas-settur finanzjarju;

(h) 

kwalunkwe entità li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tintuża bl-intenzjoni li jiġu evitati r-regoli li jirrigwardaw it-tnaqqis ta' parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi.

2.  

Mingħajr ħsara għall-punt (h) tal-paragrafu 1, “entità intermedjarja” kif imsemmi fl- Artikolu 4(1)(114) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 ma tinkludix:

(a) 

kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta, istituzzjonijiet, impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni;

(b) 

l-entitajiet li huma, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, suġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE;

(c) 

l-entitajiet tas-settur finanzjarju għajr dawk imsemmija fil-punt (a), li huma sorveljati u meħtieġa li jnaqqsu parteċipazzjonijiet diretti u indiretti ta' strumenti kapitali proprja tagħhom u parteċipazzjonijiet fi strumenti kapitali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju mill-kapital regolatorju tagħhom.

3.  

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti jitqies li jkun indipendenti mill-istituzzjoni sponsor tiegħu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti huwa legalment separat mill-istituzzjoni sponsor u l-governanza tiegħu hija indipendenti;

(b) 

l-istatuti, l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u r-regoli interni speċifiċi tal-fond tal-pensjoni, kif applikabbli, ikunu ġew approvati minn regolatur indipendenti; jew ir-regoli li jirregolaw l-inkorporazzjoni u l-funzjonament tal-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti, kif applikabbli, huma stabbiliti fid-dritt nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru rilevanti;

(c) 

il-fiduċjarji jew l-amministraturi tal-fond tal-pensjoni definit għandhom l-obbligu skont id-dritt nazzjonali applikabbli li jaġixxu b'mod imparzjali fl-aħjar interessi tal-benefiċjarji tal-iskema minflok dawk tal-isponsor, biex jimmaniġġjaw b'mod prudenti l-assi tal-fond tal-pensjoni definit u li jikkonformaw mar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti, l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u r-regoli interni tal-fond speċifiku tal-pensjoni kif applikabbli, jew il-qafas statutorju jew regolatorju deskritt fil-punt (b);

(d) 

l-istatuti jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni jew ir-regoli li jirregolaw l-inkorporazzjoni u l-funzjonament tal-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti msemmijin fil-punt (b) jinkludu restrizzjonijiet fuq l-investimenti li l-iskema tal-pensjoni definita tista' tagħmel fi strumenti ta' fondi proprji maħruġa mill-istituzzjoni sponsor.

4.  
Meta l-fond tal-pensjoni b'benefiċċji definiti msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jkollu strumenti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni sponsor, l-istituzzjoni sponsor tittratta dik l-azjenda bħala parteċipazzjoni indiretta ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1 jew strumenti proprji ta' Grad 2, kif applikabbli. L-ammont li jrid jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli, tal-istituzzjoni sponsor, jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 15c.

Artikolu 15b

Parteċipazzjonijiet sintetiċi għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(f), (h) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

Il-prodotti finanzjarju li ġejjin għadhom jitqiesu bħal parteċipazzjonijiet sintetiċi ta' strumenti kapitali skont il-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a) 

strumenti derivattivi li jkollhom strumenti kapitali ta' entità tas-settur finanzjarju bħala bażi tagħhom jew li l-entità tas-settur finanzjarju tkun l-entità ta' referenza tagħhom;

(b) 

garanziji jew protezzjoni tal-kreditu pprovduta lil parti terza fir-rigward tal-investimenti tal-parti terza bi strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju.

2.  

Il-prodotti finanzjarji previsti fil-paragrafu 1 jinkludu dan li ġej:

(a) 

investimenti fi swaps tar-redditu totali fuq strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju;

(b) 

opzjonijiet eżerċitabbli mixtrija minn istituzzjoni jew strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju;

(c) 

opzjonijiet put mibjugħa mill-istituzzjoni fuq strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju jew kwalunkwe obbligu kuntrattwali attwali jew kontinġenti tal-istituzzjoni li tixtri l-istrumenti ta' fondi propjri;

(d) 

investimenti fi ftehimiet ta' xiri ta' forwards fuq strument kapitali ta' entità fis-settur finanzjarju.

Artikolu 15c

Kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-ammont ta' parteċipazzjonijiet indiretti li għandu jitnaqqas minn Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif rikjest f'punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi kkalkulat b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) 

skont l-approċċ standard stabbilit fl-Artikolu 15d;

(b) 

fejn l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-approċċ deskritt fl-Artikolu 15d huwa ta' piż eċċessiv, skont l-approċċ deskritt ibbażat fuq struttura fl-Artikolu 15e. L-approċċ deskritt ibbażat fuq struttura fl-Artikolu 15e ma jintużax minn istituzzjonijiet biex jiġi kkalkulat l-ammont ta' dan it-tnaqqis f'dak li għandu x'jaqsam ma' investimenti f'entitajiet intermedji msemmija fl-Artikolu 15a(1)(d) u (e).

Artikolu 15d

Approċċ standard għall-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

L-ammont ta' parteċipazzjonijiet indiretti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li għandu jitnaqqas kif rikjest minn punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi kkalkulat b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) 

fejn l-iskoperturi tal-investituri kollha lill-entità intermedja jitqiesu pari passu, l-ammont ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament immultiplikat bl-ammont tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entità tas-settur finanzjarju miżmuma mill-entità intermedja;

(b) 

fejn l-iskoperturi tal-investituri kollha lill-entità intermedja ma jitqisux pari passu, l-ammont ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament immultiplikat b'dak li jiġi l-inqas bejn l-ammonti li ġejjin

(i) 

l-ammont tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entità tas-settur finazjarju miżmum minn entità intermedja;

(ii) 

l-iskopertura tal-istituzzjoni għall-entità intermedja, flimkien mal-finanzjament l-ieħor kollu pprovdut għal din l-entità intermedja li jitqiesu pari passu mal-iskopertura tal-istituzzjoni.

2.  
Il-metodu tal-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 1 isir għal kull porzjon ta' finanzjament li jitqies pari passu mal-fondi mogħtija mill-istituzzjoni.
3.  
Il-perċentwal ta' finanzjament għall-finijiet tal-paragrafu 1 ikun l-iskopertura tal-istituzzjoni lill-entità intermedja diviż bis-somma tal-iskopertura tal-istituzzjoni għall-entità intermedja u tal-iskoperturi l-oħra kollha għal din l-entità intermedja li jitqiesu pari passu mal-iskopertura tal-istituzzjoni.
4.  
Il-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 1 isir b'mod separat għal kull parteċipazzjoni fl-entità tas-settur finanzjarju miżmuma minn kull entità intermedja.
5.  

Fejn investimenti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entità fis-settur finanzjarju jkunu miżmuma indirettament permezz ta' entitajiet intermedji sussegwenti jew diversi, il-perċenwal tal-finanzjament stipulat fil-paragrafu 1 ikun determinat billi jiġi diviż l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammonti ta' finanzjament ipprovduti mill-istituzzjoni għall-entitajiet intermedji, bl-ammonti ta' finanzjament ipprovduti minn dawn l-entitajiet intermedji għal entitajiet intermedji sussegwenti, u bl-ammonti ta' finanzjament ipprovdut minn dawn l-entitajiet intermedji sussegwenti lill-entità tas-settur finanzjarju.

(b) 

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammonti ta' strumenti kapitali jew strumenti oħra kif rilevanti, maħruġa minn kull entità intermedja

6.  
Il-persentaġġ tal-finanzjament imsemmi fil-paragrafu 5 jkun ikkalkulat separatament għal kull parteċipazzjoni f'entità tas-settur finanzjarju u miżmuma minn entitajiet intermedji għal kull porzjon ta' finanzjament li jitqies pari passu ma' fondi pprovduti mill-istituzzjoni u l-entitajiet intermedjarji sussegwenti.

Artikolu 15e

Approċċ standard għall-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet indiretti għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-ammont li għandu jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament, kif definit fl-Artikolu 15d(3) ta' dan ir-Regolament immultiplikat bl-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmuma mill-entità intermedja.
2.  
L-ammont li għandu jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun ugwali għall-perċentwal ta' finanzjament, kif definit fl-Artikolu 15d(3) immultiplikat bl-ammont aggregat ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entitajiet tas-settur finanzjarju miżmuma mill-entità intermedja.
3.  
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjoni tikkalkula separatament l-ammont aggregat għal kull entità intermedja tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni li l-entità intermedja għandha u l-ammont aggregat tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet oħra tas-settur finazjarju miżmuma mill-entità intermedja.
4.  
L-istituzzjoni tikkunsidra l-ammont tal-parteċipazzjonijiet fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entitajiet tas-settur finanzjarju kkalkulat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu bħala investiment sinifikanti msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tnaqqas l-ammont skont il-punt (i) tal-Artikolu 36(1) ta' dak ir-Regolament.
5.  
Fejn investimenti fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jkunu miżmuma indirettament permezz ta' entitajiet intermedji sussegwenti jew diversi, il-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 15d japplikaw.
6.  
Fejn istituzzjoni ma tkunx kapaċi tidentifika l-ammonti aggregati li l-entità intermedja iżżomm fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jew fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet oħra fis-settur finanzjarju, l-istituzzjoni tistma l-ammonti li ma tkunx tista' tidentifika billi tuża l-ammonti massimi li l-entità intermedja hi kapaċi żomm fuq il-bażi tal-mandati tal-investiment tagħha.
7.  
Fejn l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddetermina, abbażi tal-mandat tal-investiment, l-ammont massimu li l-entità intermedja għandha fl-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jew fi strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet fis-settur finanzjarju, l-istituzzjoni tittratta l-ammont ta' finanzjament li għandha fl-entità intermedja bħala investiment fl-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha stess u tnaqqashom skont il-punt (f) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
8.  

B'deroga mill-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni tittratta l-ammont ta' finanzjament li żżomm fl-entità intermedja bħala investiment mhux sinifikanti u tnaqqashom skont il-punt (h) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-ammonti ta' finanzjament huma inqas minn 0,25 % tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni;

(b) 

l-ammonti ta' finanzjament huma inqas minn EUR 10 miljuni.

(c) 

l-istituzzjoni ma tistax raġonevolment tiddetermina l-ammonti tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha li żżomm l-entità intermedja.

9.  
Fejn il-finanzjament tal-entità intermedja jkun fil-forma ta' unitajiet jew ishma ta' CIU, l-istituzzjoni tista' tistrieħ fuq partijiet terzi identifikati fl-Artikolu 132(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Artikolu, li tikkalkula u tirrapporta l-ammonti aggregati msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 15f

Il-kalkolu ta' parteċipazzjonijiet sintetiċi għall-finijiet tal-punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36 (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

L-ammont ta' parteċipazzjonijiet sintetiċi li għandu jitnaqqas minn Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif rikjest minn punti (f), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikun kif ġej:

(a) 

għal parteċipazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar:

(i) 

għal opzjonijiet, l-ammont ekwivalenti delta tal-istrumenti rilevanti kkalkulati skont it-Titolu IV tal-Parti III tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

għal xi parteċipazzjonijiet sintetiċi oħrajn, l-ammont nominali jew l-ammont nozzjonali, kif applikabbli.

(b) 

għal parteċipazzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar:

(i) 

għal opzjonijiet ta' eżerċizzju, il-valur tas-suq kurrenti;

(ii) 

għal xi parteċipazzjonijiet sintetiċi oħrajn, l-ammont nominali jew l-ammont nozzjonali, kif applikabbli.

2.  
Istituzzjoni għandha tnaqqas il-parteċipazzjonijiet sintetiċi msemmija fil-paragrafu 1 mid-data tal-firma tal-kuntratt bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti.

Artikolu 15g

Kalkolu ta' investimenti sinifikanti għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sabiex jiġi vvalutat jekk l-istituzzjoni jkollhiex sjieda ta' aktar minn 10 % tal-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni maħruġa minn entità fis-settur finanzjarju, skont il-punt (a) tal-Artikolu 43 ta' dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet jgħoddu l-ammonti ta' pożizzjonijiet twal grossi tagħhom f'parteċipazzjonijiet diretti, kif ukoll parteċipazzjonijiet indiretti ta' strumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' din l-entità tas-settur finanzjarju msemmija fil-punti (d) u (h) tal-Artikolu 15a(1) ta' dan ir-Regolament.
2.  
Parteċipazzjonijiet indiretti u sintetiċi jiġu kkunsidrati mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma ssodisfati.

Artikolu 15h

Parteċipazzjonijiet ta' Grad 1 u ta' Grad 2 Addizzjonali

Il-metodoloġija msemmija fl-Artikoli 15a sa 15f ta' dan ir-Regolament tapplika mutatis mutandis għal parteċipazzjonijiet ta' Grad 1 Addizzjonali għall-finijiet tal-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għal parteċipazzjonijiet ta' Grad 2 għall-finijiet tal-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 66 ta' dak ir-Regolament, fejn referenzi għal Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinqraw bħala referenzi għal Grad 1 jew Grad 2 Addizzjonali kif applikabbli.

Artikolu 15i

L-ordni u l-ammont massimu ta' tnaqqis ta' parteċipazzjonijiet indiretti ta' strumenti ta' fondi proprji ta' entitajiet tas-settur finanzjarju

1.  
Suġġett għal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3, kif applikabbli, fejn l-entità intermedja jkollha strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, strumenti tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju, l-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitnaqqsu l-ewwel, strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jiġu mnaqqsa t-tieni, u l-aħħar jitnaqqsu l-istrumenti ta' Grad 2.
2.  
Fejn l-entità intermedja jkollha strumenti ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet, fl-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu għal kull tip ta' parteċipazzjoni l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-parteċipazzjonijiet ta' strumenti ta' fondi proprji tagħhom stess l-ewwel.
3.  

Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju indirettament, l-ammont li għandu jitnaqqas mill-fondi proprji tal-istituzzjoni m'għandux ikun ogħla mill-ammont l-aktar baxx tal-ammonti li ġejjin:

(a) 

il-finanzjament totali pprovdut mill-istituzzjoni lill-entità intermedja;

(b) 

l-ammont tal-istrumenti tal-fondi proprji miżmuma mill-entità intermedja fl-entità tas-settur finanzjarju.

Artikolu 15j

Avvjament

Għall-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jidentifikawx avvjament separatament meta jiġi ddeterminat l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas skont l-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 16

Tnaqqis ta’ imposti prevedibbli tat-taxxi għall-finijiet tal-Artikolu 36(1)(l) u l-Artikolu 56(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tapplika qafas ta’ kontabilità u politiki ta’ kontabilità li jipprevedu r-rikonoxximent sħiħ tal-obbligazzjonijiet attwali u differiti tat-taxxa relatati ma’ tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew fir-rapport tal-introjtu, l-istituzzjoni tista’ tikkunsidra li l-imposti tat-taxxi prevedibbli diġà tqiesu. L-awtorità kompetenti għandha tkun issodisfata li jkun sar it-tnaqqis kollu meħtieġ, jew skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli jew skont kwalunkwe aġġustament ieħor.
2.  
Meta l-istituzzjoni tkun qed tikkalkula il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha fuq il-bażi ta’ rapporti finanzjarji mħejjija skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, il-kundizzjoni tal-paragrafu 1 titqies li ġiet issodisfata.
3.  
Meta l-kundizzjoni tal-paragrafu 1 ma tkunx issodisfata, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha bl-ammont stmat tal-imposti tat-taxxa attwali u differita li jkunu għadhom mhux rikonoxxuti fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu relatati ma’ tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew fir-rapport tal-introjtu. L-ammont stmat ta’ imposti tat-taxxa attwali u differita għandu jiġu ddeterminat bl-użu ta’ approċċ ekwivalenti għal dak mogħti mir-Regolament (KE) Nru 1606/2002. L-ammont stmat tal-imposti tat-taxxa differita ma jistax jiġi nnettjat b’assi ta’ taxxa differita li mhumiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.



TAQSIMA 4

Tnaqqis ieħor fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, tal-Grad 1 addizzjonali u tal-Grad 2

Artikolu 17

Tnaqqis ieħor fl-istrumenti kapitali tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

Parteċipazzjonijiet fi strumenti kapitali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kif definit fl-Artikolu 4(26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jitnaqqsu skont il-kalkoli li ġejjin:

(a) 

l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-istituzzjoni finanzjarja li ħarġithom u, meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun suġġetta għal rekwiżiti ta’ solvenza, li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) 

l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-emittent u, meta l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx suġġetta għal rekwiżiti ta’ solvenza, li jkunu perpetwi, jassorbu l-ewwel u proporzjonalment l-akbar sehem mit-telf meta jseħħ, jikklassifikaw taħt il-pretensjonijiet l-oħra kollha fil-każ ta’ insolvenza u likwidazzjoni u ma għandhomx distribuzzjonijiet preferenzjali jew predeterminati għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(c) 

kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(d) 

kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Jekk l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ kapital tal-Grad 1 Adizzjonali ma jkunx biżżejjed, il-bqija tal-ammont żejjed għandu jitnaqqas minn mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(e) 

kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-istituzzjoni finanzjarja skont il-qafas prudenzjali rilevanti applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet fil-punti (a), (b), (c) jew (d) japplikaw għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

2.  
Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-tnaqqis kif previst fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali bbażati fuq approċċ tat-tnaqqis korrispondenti. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-approċċ tat-tnaqqis korrispondenti għandu jfisser approċċ li japplika t-tnaqqis għall-istess komponent ta’ kapital li għalih il-kapital ikun jikkwalifika li kieku nħareġ mill-istituzzjoni stess.
3.  

It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika f’dawn il-każijiet:

(a) 

meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun awtorizzata u taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti u soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali ekwivalenti għal dawk applikati lill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan l-approċċ għandu jkun applikat lill-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiż terz biss meta tkun saret, skont dak ir-regolament, valutazzjoni tal-ekwivalenza tar-reġim prudenzjali tal-pajjiż terz konċernat u meta jkun ġie konkluż li r-reġim prudenzjali tal-pajjiż terz konċernat huwa tal-inqas ekwivalenti għal dak applikata fl-Unjoni.

(b) 

meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun istituzzjoni tal-flus elettroniċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u ma tibbenefikax minn eżenzjonijiet fakultattivi kif previst fl-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva;

(c) 

meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun istituzzjoni tal-pagamenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u ma tibbenefikax minn rinunzja kif previst fl-Artikolu 26 ta’ dik id-Direttiva;

(d) 

meta l-istituzzjoni finanzjarja tkun maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) jew kumpanija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).

Artikolu 18

Strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

Parteċipazzjonijiet fi strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz li huma soġġetti għal reġim ta’ solvenza li jew ġie vvalutat bħala mhux ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 227 ta’ dik id-Direttiva, jew li ma ġiex ivvalutat, għandhom jitnaqqsu kif ġej:

(a) 

l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiz terz li ħarġuhom, u li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti skont r-reġim tal-pajjiż terz għandhom jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) 

kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(c) 

kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont f’eċċess jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont f’eċċess li jibqa’ għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(d) 

għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz li huma soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali ta’ solvenza, kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz skont ir-reġim ta’ solvenza rilevanti applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet (a), (b) jew (c) japplikaw, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

2.  
Fejn ir-reġim ta’ solvenza ta’ pajjiż terz, inklużi r-regoli dwar il-fondi proprji, ikun ġie vvalutat bħala ekwivalenti għal dak stabilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 227 ta’ dik id-Direttiva, parteċipazzjonijiet ta’ strument kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-pajjiż terz għandhom jiġu ttrattati bħala parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni awtorizzati skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE.
3.  
Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-tnaqqis kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 44, il-punt (b) tal-Artikolu 58 u l-punt (b) tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli, għal parteċipazzjonijiet ta’ entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji.

Artikolu 19

Strumenti kapitali ta’ impriżi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE għall-finijiet tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali ta’ impriżi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva għandhom jitnaqqsu kif ġej:

(a) 

l-istrumenti kollha li jikkwalifikaw bħala kapital skont il-liġi tal-kumpaniji applikabbli għall-impriża li ħarġithom u li huma inklużi fil-Grad tal-ogħla kwalità tal-fondi proprji regolatorji mingħajr limiti għandhom jitnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) 

kwalunkwe strument subordinat li jassorbi t-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat, inkluż id-diskrezzjoni li jikkanċella pagament bil-kupun, għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(c) 

kwalunkwe strument subordinat ieħor għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 2. Jekk l-ammont ta’ dawn l-istrumenti subordinati jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 2, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali. Meta l-ammont f’eċċess jaqbeż l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, l-ammont f’eċċess li jibqa’ għandu jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(d) 

kwalunkwe strument ieħor inkluż fil-fondi proprji tal-impriża skont ir-reġim ta’ solvenza applikabbli jew kwalunkwe strument ieħor li għalih l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-kundizzjonijiet (a), (b) jew (c) japplikaw għandhom jitnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.



▼M5

KAPITOLU III

KAPITAL U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI TA’ GRAD 1 U GRAD 2 ADDIZZJONALI

▼B



TAQSIMA 1

Forma u n-natura tal-inċentivi biex jinfdew

▼M5

Artikolu 20

Il-forma u n-natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(g), l-Artikolu 63(h), l-Artikolu 72b(2)(g), u l-Artikolu 72c(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Inċentivi għat-tifdija għandha tfisser il-karatteristiċi kollha li jipprovdu, fid-data tal-ħruġ, aspettattiva li l-istrument kapitali jew l-obbligazzjoni x’aktarx se tiġi mifdija.
2.  

L-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-forom li ġejjin:

(a) 

għażla eżerċitabbli flimkien ma’ żieda fil-firxa tal-kreditu tal-istrument jew l-obbligazzjoni jekk l-għażla ma tiġix eżerċitata;

(b) 

għażla eżerċitabbli flimkien ma’ rekwiżit jew għażla għall-investitur li jikkonverti l-istrument jew l-obbligazzjoni fi strument ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta l-għażla ma tiġix eżerċitata;

(c) 

għażla eżerċitabbli flimkien ma’ bidla fir-rata ta’ referenza meta l-firxa tal-kreditu fuq it-tieni rata ta’ referenza tkun akbar mir-rata tal-pagament inizjali inqas ir-rata tal-iswap;

(d) 

għażla eżerċitabbli flimkien ma’ żieda tal-ammont tat-tifdija fil-futur;

(e) 

għażla ta’ rikummerċjalizzazzjoni flimkien ma’ żieda fil-firxa tal-kreditu tal-istrument jew l-obbligazzjoni jew bidla fir-rata ta’ referenza fejn il-firxa tal-kreditu fuq it-tieni rata ta’ referenza tkun akbar mir-rata tal-pagament inizjali li minnha titnaqqas ir-rata tal-iswap meta l-istrument jew l-obbligazzjoni ma tiġix rikummerċjalizzata;

(f) 

kummerċjalizzazzjoni tal-istrument jew l-obbligazzjoni b’mod li jissuġġerixxi lill-investituri li l-istrument se jiġi eżerċitat.

▼B



TAQSIMA 2

Konverżjoni jew valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali

Artikolu 21

In-natura tal-valwazzjoni pożittiva tal-ammont kapitali wara valwazzjoni negattiva għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(n) u l-Artikolu 52(2)(c)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Il-valwazzjoni negattiva tal-ammont kapitali għandha tapplika fuq bażi prorata għad-detenturi kollha ta’ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali li jinkludu mekkaniżmu simili ta’ valwazzjoni negattiva u livell ta’ skattatura identiku.
2.  

Biex il-valwazzjoni negattiva titqies temporanja, iridu jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe distribuzzjoni pagabbli wara l-valwazzjoni negattiva għandha tkun ibbażata fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital;

(b) 

valwazzjonijiet pożittivi għandhom ikunu bbażati fuq il-profitti wara li l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitti finali;

(c) 

kwalunkwe valwazzjoni pożittiva tal-istrument jew pagament ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jsir bid-diskrezzjoni sħiħa tal-istituzzjoni soġġetta għal-limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-punti (d) sa (f) u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjoni li twettaq jew taċċellera valwazzjoni pożittiva skont ċirkostanzi speċifiċi;

(d) 

valwazzjoni pożittiva għandha jitwettaq fuq bażi prorata bejn strumenti simili tal-Grad 1 Addizzjonali li kienu soġġetti għal valwazzjoni negattiva;

(e) 

l-ammont massimu li għandu jiġi attribwit għas-somma tal-valwazzjoni pożittiva tal-istrument flimkien mal-pagamenti ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandu jkun ugwali għall-profitt tal-istituzzjoni multiplikat bl-ammont miksub bid-diviżjoni tal-ammont determinat fil-punt (1) bl-ammont determinat fil-punt (2):

(1) 

is-somma tal-ammont nominali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali kollha tal-istituzzjoni qabel il-valwazzjoni negattiva li kienu soġġetti għal valwazzjoni negattiva;

(2) 

it-total tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.

(f) 

is-somma ta’ kwalunkwe ammont ta’ valwazzjoni pożittiva u l-pagamenti ta’ kupuni fuq l-ammont imnaqqas tal-kapital għandha tiġi ttrattata bħala pagament li jirriżulta fi tnaqqis tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u għandha tkun soġġetta, flimkien ma’ distribuzzjonijiet oħrajn fl-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, għar-restrizzjonijiet marbuta mal-ammont massimu distribwibbli kif imsemmi fl-Artikolu 141(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, kif trasposta fil-liġi jew ir-regolamentazzjoni nazzjonali.

3.  
Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 2, il-kalkolu għandu jsir fil-mument meta twettaq il-valwazzjoni pożittiva.

Artikolu 22

Proċeduri u skedar biex ikun stabbilit li seħħ avveniment skattatur għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Meta l-istituzzjoni tkun stabbiliet li l-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jkun waqa’ taħt il-livell li jattiva l-konverżjoni jew il-valwazzjoni negattiva tal-istrument fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti previst fit-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-korp maniġerjali jew kwalunkwe korp rilevanti ieħor tal-istituzzjoni għandu, mingħajr dewmien, jiddetermina li jkun seħħ avveniment skattatur u għandu jkun hemm obbligu irrevokabbli għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrument.
2.  
L-ammont li għandu ssirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit għandu jiġi stabbilit kemm jista’ jkun malajr u fi żmien massimu ta’ xahar minn meta jiġi stabbilit li jkun seħħ l-avveniment skattatur skont il-paragrafu 1.
3.  
L-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-perjodu massimu ta’ xahar msemmi fil-paragrafu 2 jitnaqqas f’każijiet meta tivvaluta li ġiet stabbilita biżżejjed ċertezza dwar l-ammont li għandu jiġi kkonvertit jew valwat ‘l isfel jew f’każijiet fejn tivvaluta li hija meħtieġa konverżjoni jew valwazzjoni negattiva immedjata.
4.  
Meta analiżi indipendenti tal-ammont li għandu ssirlu valwazzjoni negattiva jew jiġi kkonvertit tkun meħtieġa skont id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-istrument tal-Grad 1 Addizzjonali, jew meta l-awtorità kompetenti titlob analiżi indipendenti għad-determinazzjoni tal-ammont li għandu jiġi valwat ‘l isfel jew ikkonvertit, il-korp maniġerjali jew kwalunkwe korp ieħor rilevanti tal-istituzzjoni għandu jara li dan isir minnufih. Dik analiżi indipendenti għandha titwettaq malajr kemm jista’ jkun u ma għandhiex toħloq impedimenti lill-istituzzjoni milli tagħmel valwazzjoni negattiva jew tikkonverti strument tal-Grad 1 Addizzjonali u biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3.



TAQSIMA 3

Karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni

Artikolu 23

Karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(o) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-istituzzjoni tikkumpensa lid-detenturi eżistenti ta’ strumenti kapitali meta jinħareġ strument kapitali ġdid.



TAQSIMA 4

Użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji

Artikolu 24

Użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(p) u l-Artikolu 63(n) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Meta l-istituzzjoni jew entità fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 toħroġ strument kapitali li huwa sottoskritt minn entità bi skop speċjali, dan l-istrument kapitali ma għandux, fil-livell tal-istituzzjoni jew tal-entità msemmija hawn fuq, jirċievi rikonoxximent bħala kapital ta’ kwalità ogħla mill-kwalità l-aktar baxxa tal-kapital maħruġ lill-entità bi skop speċjali u l-kapital maħruġ lil partijiet terzi mill-entità bi skop speċjali. Dak ir-rekwiżit għandu japplika fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali.
2.  
Id-drittijiet tad-detenturi tal-istrumenti maħruġa minn entità bi skop speċjali ma għandhomx ikunu aktar favorevoli milli kieku l-istrument kien maħruġ direttament mill-istituzzjoni jew mill-entità fl-ambitu ta’ konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M3

Artikolu 24a

Distribuzzjoni fuq strument ta' fondi proprji — indiċijiet ta' suq wiesa'

1.  

Indiċi ta' rata ta' mgħax jitqies li jkun indiċi ta' suq wiesa' jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huwa użat biex jiġu ffissati rati ta' self interbankarju f'munita waħda jew aktar;

(b) 

jintuża bħala rata ta' referenza għal dejn b'rata varjabbli maħruġ mill-istituzzjoni fl-istess munita, fejn applikabbli;

(c) 

huwa kkalkulat bħala rata medja minn korp indipendenti tal-istituzzjonijiet li qed jikkontribwixxu għall-indiċi (“il-bord”);

(d) 

kull waħda mir-rati stabbiliti taħt l-indiċi hija bbażata fuq kwotazzjonijiet sottomessi minn bord ta' istituzzjonijiet attiv f'dak is-suq interbankarju;

(e) 

Il-kompożizzjoni tal-bord imsemmi fil-punt (c) tiżgura livell suffiċjenti ta' rappreżentanza tal-istituzzjonijiet preżenti fl-Istat Membru.

2.  

Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, livell suffiċjenti ta' rappreżentanza jitqies bħala miksub f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn il-bord imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jinkludi mill-inqas 6 kontributuri differenti qabel kwalunkwe skontar ta' kwotazzjoni jiġi applikat għall-għanijiet tal-iffissar tar-rata;

(b) 

fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

il-bord imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jinkludi mill-inqas 4 kontributuri differenti qabel kwalunkwe skontar ta' kwotazzjoni jiġi applikat għall-għanijiet tal-iffissar tar-rata;

(ii) 

il-kontributuri għall-bord imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jirrappreżentaw mill-inqas 60 % tas-suq relatat.

3.  
Is-suq relatat imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 ikun is-somma tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kontributuri effettivi għall-bord fil-munita domestika diviża bl-għadd tal-assi u l-obbligazzjonijiet fil-munita domestika ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istat Membru rilevanti, inkluż friegħi stabbiliti fl-Istat Membru, u l-fondi tas-swieq tal-flus fl-Istat Membru rilevanti.
4.  
Indiċi tal-ishma jitqies bħala indiċi ta' suq wiesa' fejn ikun iddiversifikat b'mod xieraq skont l-Artikolu 344 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼B



KAPITOLU IV

REKWIŻITI ĠENERALI



TAQSIMA 1

Parteċipazzjonijiet indiretti bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi

▼M5

Artikolu 25

Livell ta’ konservattiżmu meħtieġ f’estimi għall-kalkolu tal-iskoperturi użati bħala alternattiva għall-iskoperturi sottostanti għall-finijiet tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

Stima tkun konservattiva biżżejjed meta tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-mandat ta’ investiment tal-indiċi jispeċifika li strument ta’ fondi proprji ta’ entità mis-settur finanzjarju jew strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ istituzzjoni li hija parti mill-indiċi ma jistax jaqbeż perċentwal massimu tal-indiċi, l-istituzzjoni tuża dak il-perċentwal bħala stima għall-valur tal-parteċipazzjonijiet li huma mnaqqsa mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli f’konformità mal-Artikolu 17(2) jew mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’sitwazzjonijiet li fihom l-istituzzjoni ma tistax tiddetermina n-natura preċiża tal-parteċipazzjoni, jew, għal istituzzjoni soġġetta għar-rekwiżiti tal-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-entrati tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha;

(b) 

meta l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddetermina l-perċentwal massimu msemmi fil-punt (a) u meta l-indiċi, kif jixhed il-mandat ta’ investiment tiegħu jew informazzjoni rilevanti oħra, jinkludi strumenti ta’ fondi proprji ta’ entitajiet mis-settur finanzjarju jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ istituzzjonijiet, l-istituzzjoni tnaqqas l-ammont sħiħ tal-parteċipazzjonijiet fl-indiċi mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2, kif applikabbli f’konformità mal-Artikolu 17(2) jew mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’sitwazzjonijiet li fihom l-istituzzjoni ma tistax tiddetermina n-natura preċiża tal-parteċipazzjoni, jew, għal istituzzjoni soġġetta għar-rekwiżiti tal-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-entrati tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha.

2.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

parteċipazzjoni indiretta li tirriżulta minn parteċipazzjoni f’indiċi tinkludi l-proporzjon tal-indiċi investit fi strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet mis-settur finanzjarju u fi strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-indiċi;

(b) 

indiċi jinkludi l-fondi tal-indiċi, l-indiċijiet tal-ekwità jew tal-bonds jew kwalunkwe skema oħra li fiha l-istrument sottostanti jkun strument ta’ fondi proprji maħruġ minn entità tas-settur finanzjarju jew strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġ minn istituzzjoni.

▼B

Artikolu 26

Tifsira ta’ operattivament ta’ piż fl-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

▼M5

1.  
Għall-fini tal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, operattivament ta’ piż tfisser sitwazzjonijiet li fihom il-prinċipju taċ-ċar kristall fuq bażi kontinwa għall-parteċipazzjonijiet kapitali f’entitajiet mis-settur finanzjarju jew għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f’istituzzjonijiet fuq bażi kontinwa ma huwiex ġustifikat, kif ivvalutat mill-awtoritajiet kompetenti. Fil-valutazzjoni tagħhom tan-natura ta’ sitwazzjonijiet operattivament ta’ piż, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-materjalità limitata u perjodu qasir tal-parteċipazzjoni ta’ tali pożizzjonijiet. Perjodu qasir ta’ parteċipazzjoni għandu jirrikjedi li tintwera l-likwidità qawwija tal-indiċi mill-istituzzjoni.

▼B

2.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, pożizzjoni għandha titqies bħala ta’ materjalità baxxa meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-iskopertura netta individwali li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi, imkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, ma taqbiżx it-2 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulat fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

l-iskopertura netta aggregata li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi, imkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, ma taqbiżx it-5 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulat fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

is-somma tal-iskopertura netta aggregata li tirriżulta minn parteċipazzjonijiet ta’ indiċi mkejjel qabel ma jitwettaq kwalunkwe eżerċizzju skont il-prinċipju tal-ċar kristal, u kwalunkwe parteċipazzjoni oħra li għandha titnaqqas skont l-Artikolu 36(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma taqbiżx l-10 % tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif ikkalkulati fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M5



TAQSIMA 2

Permess għat-tnaqqis ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli



Sottotaqsima 1

Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji

Artikolu 27

Tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 78(1)(a) u l-Artikolu 78(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 78(1)(a) u skont l-Artikolu 78(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tfisser li l-profittabbiltà tal-istituzzjoni, kif ivvalutata mill-awtorità kompetenti, tibqa’ soda jew ma tgħaddi mill-ebda bidla negattiva wara s-sostituzzjoni tal-istrumenti jew tal-kontijiet tal-premium azzjonarju msemmija fl-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament bi strumenti ta’ fondi proprji tal-istess kwalità jew ta’ kwalità aħjar, f’dik id-data u fil-futur prevedibbli. Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti għandha tqis il-profittabbiltà tal-istituzzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ stress.

Artikolu 28

Ir-rekwiżiti tal-proċess inklużi l-limiti u l-proċeduri għal applikazzjoni minn istituzzjoni biex jitnaqqsu l-fondi proprji skont l-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti ta’ strumenti ta’ fondi proprji ma għandhomx jitħabbru lid-detenturi tal-istrumenti qabel l-istituzzjoni tkun kisbet permess minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti.
2.  
Meta l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu mistennija li jseħħu b’ċertezza suffiċjenti, u ladarba jinkiseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-ammonti korrispondenti ta’ strumenti ta’ fondi proprji li għandhom jiġu mifdija, imnaqqsa jew riakkwistati jew l-ammonti tal-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati li għandhom jitnaqqsu jew jiġu distribwiti, kif applikabbli, mill-elementi korrispondenti tal-fondi proprji tagħha qabel ma jseħħu t-tifdijiet, it-tnaqqis, ix-xiri mill-ġdid jew id-distribuzzjonijiet effettivi. Għandu jitqies li teżisti biżżejjed ċertezza b’mod partikolari meta l-istituzzjoni tkun ħabbret pubblikament l-intenzjoni tagħha li tifdi, tnaqqas jew tirriakkwista strument ta’ fondi proprji.
3.  
Fil-każ ta’ permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont determinat minn qabel li għalih l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess tagħha għandu jitnaqqas mill-elementi korrispondenti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni mill-mument li tingħata l-awtorizzazzjoni.
4.  
Meta japplikaw għal permess minn qabel, inkluż permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament, u meta l-istrumenti ta’ fondi proprji relatati jinxtraw sabiex jiġu ttrasferiti lill-impjegati tal-istituzzjoni bħala parti mir-remunerazzjoni tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li dawk l-istrumenti jinxtraw għal dak l-iskop speċifiku. B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, dawk l-istrumenti għandhom jitnaqqsu mill-elementi korrispondenti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, għaż-żmien li jinżammu mill-istituzzjoni. Tnaqqis ma jibqax meħtieġ meta l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe azzjoni f’konformità ma’ dan il-paragrafu jkunu diġà inklużi fil-fondi proprji bħala riżultat ta’ rapport finanzjarju interim jew ta’ tmiem is-sena.
5.  
L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess minn qabel, minbarra l-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal perjodu ta’ żmien speċifikat, meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament, li ma għandux jaqbeż sena.
6.  
Il-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, kif applikabbli.

Artikolu 29

Preżentazzjoni mill-istituzzjoni ta’ applikazzjoni biex jitnaqqsu l-fondi proprji skont l-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Istituzzjoni għandha tippreżenta applikazzjoni għal permess minn qabel, inkluż il-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, lill-awtorità kompetenti qabel ma tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament.
2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, kif applikabbli.

Artikolu 30

Kontenut tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29 għandha tkun akkumpanjata minn dan kollu li ġej:

(a) 

spjegazzjoni tajba tar-raġunijiet biex titwettaq waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

informazzjoni dwar jekk il-permess mitlub huwiex ibbażat fuq l-Artikolu 78(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) jew (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fuq l-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

meta l-istituzzjoni tfittex li tixtri, tifdi jew tixtri mill-ġdid strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 jew kontijiet tal-premiums azzjonarji relatati matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom skont l-Artikolu 78(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu;

(d) 

informazzjoni attwali u li tħares ’il quddiem li għandha tkopri mill-inqas perjodu ta’ tliet snin, dwar l-ammonti u l-perċentwali li jikkorrispondu għar-rekwiżiti li ġejjin għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli:

(i) 

ir-rekwiżit ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni stabbilit fl-Artikolu 92(1)(a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżit ta’ kapital tal-Grad 1 stabbilit fl-Artikolu 92(1)(b), ta’ dak ir-Regolament, u r-rekwiżit ta’ fondi proprji stabbilit fl-Artikolu 92(1)(c), ta’ dak ir-Regolament;

(ii) 

biex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, ir-rekwiżit addizzjonali ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE, fejn applikabbli, ir-rekwiżit addizzjonali ta’ kapital tal-Grad 1 imsemmi fl-Artikolu 104a ta’ dik id-Direttiva, fejn applikabbli, u r-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilit fl-Artikolu 104a ta’ dik id-Direttiva, fejn applikabbli;

(iii) 

ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinat imsemmi fl-Artikolu 128(6) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iv) 

ir-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ stabbilit fl-Artikolu 92(1)(d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fejn applikabbli kwalunkwe aġġustament f’konformità mal-Artikolu 429a(7) ta’ dak ir-Regolament;

(v) 

biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, ir-rekwiżit addizzjonali ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE, fejn applikabbli, ir-rekwiżit addizzjonali ta’ kapital tal-Grad 1 imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE, fejn applikabbli;

(vi) 

ir-rekwiżit ta’ riżerva għall-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-G-SII ta’ Grad 1 stabbilit fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn applikabbli;

(vii) 

ir-rekwiżit ibbażat fuq ir-riskju għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit fl-Artikolu 92a(1)(a), jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn applikabbli, u r-rekwiżit mhux ibbażat fuq ir-riskju għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 92a(1)(b), jew l-Artikolu 92b ta’ dak ir-Regolament, fejn applikabbli;

(viii) 

ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE kif meħtieġ f’konformità mal-Artikoli 45e u 45f ta’ dik id-Direttiva, kif applikabbli, u kkalkolat bħala l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, u espress bħala perċentwali tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-istituzzjoni, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espress bħala perċentwali tal-kejl tal-iskopertura totali tal-entità rilevanti, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e) 

informazzjoni attwali u li tħares ’il quddiem dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u l-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma biex tiġi żgurata l-konformità, rispettivament, mar-rekwiżiti msemmija fil-punti minn (d)(i) sa (d)(viii) qabel u wara t-twettiq ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

il-valutazzjoni fil-qosor tal-istituzzjoni dwar l-impatt tal-azzjoni li l-istituzzjoni ppjanat li tieħu f’konformità mal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u kwalunkwe azzjoni bħal din li l-istituzzjoni tipprevedi wkoll li twettaq fi żmien perjodu ta’ tliet snin, dwar il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti minn (d)(i) sa (d)(viii);

(g) 

meta l-istituzzjoni tfittex li tbiddel l-istrumenti ta’ fondi proprji jew il-kontijiet tal-premiums azzjonisti relatati skont l-Artikolu 78(1)(a), jew l-Artikolu 78(4)(d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(i) 

informazzjoni dwar il-maturità residwa tal-istrumenti ta’ fondi proprji mibdula, jekk ikun hemm, u l-maturità tal-istrumenti ta’ fondi proprji li jieħdu posthom;

(ii) 

il-klassifikazzjoni fil-ġerarkija tal-insolvenza tal-istrumenti ta’ fondi proprji mibdula u tal-istrumenti ta’ fondi proprji li jieħdu posthom;

(iii) 

l-ispiża tal-istrumenti ta’ fondi proprji li jibdlu l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premiums kondiviżi msemmija fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv) 

l-iskeda ta’ żmien ippjanata tal-ħruġ tal-istrumenti ta’ fondi proprji li jieħdu post l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premiums azzjonisti msemmija fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v) 

l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 78(1)(a), jew l-Artikolu 78(4)(d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h) 

evalwazzjoni tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom u jekk il-livell ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli jiżgurax kopertura xierqa ta’ dawn ir-riskji, inklużi testijiet tal-istress fuq ir-riskji prinċipali li jinvolvu telf potenzjali f’xenarji differenti;

(i) 

il-kopertura f’termini ta’ fondi proprji tal-gwida applikabbli dwar il-livell propost u l-kompożizzjoni ta’ fondi proprji addizzjonali kkomunikati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 104b(3) tad-Direttiva 2013/36/UE qabel u wara t-twettiq ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jkopru perjodu ta’ tliet snin;

(j) 

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa meħtieġa mill-awtorità kompetenti biex tevalwa kemm huwa xieraq li jingħata permess f’konformità mal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-finijiet tal-punt (e), l-informazzjoni għandha tkopri mill-inqas perjodu ta’ tliet snin u, fir-rigward tal-obbligazzjonijiet, għandha tinkludi speċifikazzjonijiet tal-ammonti li ġejjin, kif applikabbli:

(a) 

obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

obbligazzjonijiet li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ippermettiet li tikkwalifika bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

obbligazzjonijiet li huma inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ entitajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45b(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(d) 

obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn b’derivattivi inkorporati inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45(b)(2), tad-Direttiva 2014/59/UE;

(e) 

obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja li jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti konsolidati tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ istituzzjoni soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 88a ta’ dak ir-Regolament jew ta’ entità ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(f) 

l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kkunsidrati għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal istituzzjonijiet li huma sussidjarji materjali ta’ G-SIIs mhux tal-UE skont l-Artikolu 92b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżit minimu tal-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li huma stess ma humiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 45f(2)(a), tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.  
L-awtorità kompetenti għandha tirrinunzja l-preżentazzjoni ta’ xi informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 meta tkun issodisfata li diġà għandha dik l-informazzjoni.
3.  
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti, fejn applikabbli.

Artikolu 30a

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi ppreżentata ma’ applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Meta jintalab permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal azzjoni skont l-Artikolu 77(1)(a) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni għandha tispeċifika l-ammont ta’ kull ħarġa rilevanti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li hija soġġetta għal dik l-applikazzjoni.
2.  

Meta jintalab permess ġenerali minn qabel għal azzjoni skont l-Artikolu 77(1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tispeċifika fl-applikazzjoni dan kollu li ġej:

(a) 

l-ammont ta’ kull ħruġ pendenti rilevanti soġġett għat-talba;

(b) 

l-ammont riportat totali ta’ strumenti pendenti f’kull grad rilevanti tal-kapital.

3.  
Applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel għal azzjoni skont l-Artikolu 77(1)(a) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista’ tinkludi strumenti ta’ fondi proprji li għad iridu jinħarġu, soġġett għal speċifikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), kif applikabbli, li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti wara l-ħruġ rilevanti.
4.  
Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, fejn applikabbli.

Artikolu 30b

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata ma’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Qabel l-iskadenza ta’ permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, istituzzjoni tista’ tippreżenta applikazzjoni għat-tiġdid tiegħu għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena addizzjonali kull darba, dment li l-istituzzjoni ma titlobx żieda fl-ammont stabbilit minn qabel meta ngħata l-permess ġenerali minn qabel u ma tbiddilx ir-raġunament kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)(a), meta ntalab il-permess ġenerali minn qabel oriġinali.
2.  
Meta tapplika għat-tiġdid tal-permess ġenerali minn qabel msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) minn (a) sa (d), (f), (g) u (i).

Artikolu 31

It-twaqqit tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Għal permess minn qabel, għajr permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 lill-awtorità kompetenti mill-inqas erba’ xhur qabel id-data li fiha waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi mħabbra lid-detenturi tal-istrumenti.
2.  
Għal permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 30 u 30a lill-awtorità kompetenti mill-inqas erba’ xhur qabel id-data li fiha titwettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
3.  
B’deroga mill-paragrafu 2, meta jintalab tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 30b, l-istituzzjoni għandha tibgħat l-applikazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 30, 30a u 30b lill-awtorità kompetenti mill-inqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih ikun ingħata l-permess ġenerali minn qabel oriġinali.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ u f’ċirkostanzi eċċezzjonali jibagħtu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 fi żmien iqsar mill-perjodi stabbiliti f’dawk il-paragrafi.
5.  
L-awtorità kompetenti għandha tipproċessa applikazzjoni jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-informazzjoni l-ġdida li jirċievu matul dak il-perjodu, li fih kwalunkwe informazzjoni ġdida bħal din tkun disponibbli u meta jqisu li dik l-informazzjoni hija materjali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproċessaw l-applikazzjoni biss meta jkunu sodisfatti li l-istituzzjoni tkun ipprovditilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 30 u, fejn applikabbli, l-Artikoli 30a u 30b.

Artikolu 32

Applikazzjonijiet għal tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti minn mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Fir-rigward tat-tifdija ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 1 u 2, u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti bl-istess frekwenza bħal dik użata mill-korp kompetenti tal-istituzzjoni biex jeżamina t-tifdijiet.
2.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess tagħhom bil-quddiem għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal ċertu ammont determinat minn qabel li għandu jiġi mifdi, nett mill-ammont tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti mħallsa ġodda tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni matul perjodu sa sena. Dan l-ammont determinat minn qabel jista’ jkun sa 2 % tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jekk ikunu ssodisfati li din l-azzjoni ma hijiex se toħloq periklu għas-sitwazzjoni attwali jew futura tas-solvenza tal-istituzzjoni.



Sottotaqsima 2

Permess biex jitnaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 32a

Tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 78a(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 78a(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tfisser li l-profittabbiltà tal-istituzzjoni, kif ivvalutata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tibqa’ soda jew ma tgħaddi mill-ebda bidla negattiva wara l-bidla tal-istrumenti tal-obbligazzjoni eliġibbli bi strumenti ta’ fondi proprji jew tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ kwalità ugwali jew ogħla, f’dik id-data u fil-futur prevedibbli. Il-valutazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqis il-profittabbiltà tal-istituzzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ stress.

Artikolu 32b

Ir-rekwiżiti tal-proċess, inklużi l-limiti u l-proċeduri għal applikazzjoni minn istituzzjoni biex jitnaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Xiri, tifdijiet, ħlas lura u xiri mill-ġdid ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ma għandhomx jitħabbru lid-detenturi tal-istrumenti qabel l-istituzzjoni tkun kisbet permess minn qabel mingħand l-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
2.  
Meta l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu mistennija li jseħħu b’biżżejjed ċertezza, u ladarba jinkiseb il-permess minn qabel tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-ammonti li għandhom jiġu mixtrija, mifdija, imħallsa lura jew mixtrija mill-ġdid mill-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni qabel ma jseħħu x-xiri, it-tifdijiet, il-ħlasijiet lura jew ix-xiri mill-ġdid effettivi. Għandu jitqies li teżisti biżżejjed ċertezza b’mod partikolari meta l-istituzzjoni tkun ħabbret pubblikament l-intenzjoni tagħha li tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri lura strument ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli.
3.  
Fil-każ ta’ permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont determinat minn qabel li għalih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tat il-permess tagħha għandu jitnaqqas mill-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni mill-mument li fih tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.
4.  
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tagħti permess minn qabel, minbarra l-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal perjodu ta’ żmien speċifikat, meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) ta’ dak ir-Regolament, li ma għandux jaqbeż sena.
5.  
Meta jintalab permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont determinat minn qabel li għalih jingħata l-permess ġenerali minn qabel ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont totali ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli pendenti.
6.  
Il-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli.

Artikolu 32c

Preżentazzjoni mill-istituzzjoni ta’ applikazzjoni biex jitnaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Istituzzjoni għandha tippreżenta applikazzjoni għal permess minn qabel, inkluż il-permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni qabel ma tieħu azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) ta’ dak ir-Regolament.
2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u ta’ subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli.

Artikolu 32d

Kontenut tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32c għandha tkun akkumpanjata minn dan kollu li ġej:

(a) 

spjegazzjoni tajba tar-raġunijiet biex titwettaq waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

informazzjoni dwar jekk il-permess mitlub huwiex ibbażat fuq l-Artikolu 78a(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) jew (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew dwar l-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

informazzjoni attwali u li tħares ’il quddiem li għandha tkopri mill-inqas perjodu ta’ tliet snin, dwar ir-rekwiżiti li ġejjin għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli:

(i) 

ir-rekwiżit ibbażat fuq ir-riskju għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit fl-Artikolu 92a(1)(a), jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn applikabbli, u r-rekwiżit mhux ibbażat fuq ir-riskju għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 92a(1)(b), jew l-Artikolu 92b ta’ dak ir-Regolament, fejn applikabbli;

(ii) 

ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE kkalkolat f’konformità mal-Artikoli 45e u 45f ta’ dik id-Direttiva, kif applikabbli, bl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espressi bħala perċentwali tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità rilevanti, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espress bħala perċentwali tal-kejl tal-iskopertura totali tal-entità rilevanti, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) 

ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinat imsemmi fl-Artikolu 128(6) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d) 

informazzjoni attwali u li tħares ’il quddiem dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma biex tiġi żgurata l-konformità, rispettivament, mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (c)(i), (c)(ii) u (c)(iii), qabel u wara t-twettiq tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-informazzjoni għandha tkopri mill-inqas perjodu ta’ tliet snin u għandha, fir-rigward tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, tinkludi speċifikazzjonijiet tal-ammonti li ġejjin, kif applikabbli:

(i) 

obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

obbligazzjonijiet li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ippermettiet li tikkwalifika bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) 

obbligazzjonijiet li huma inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ entitajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45b(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(iv) 

obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn b’derivattivi inkorporati inklużi fl-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45b(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(v) 

obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja li jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti konsolidati tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ istituzzjoni soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 88a ta’ dak ir-Regolament jew ta’ entità ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(vi) 

l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kkunsidrati għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal istituzzjonijiet li huma sussidjarji materjali ta’ G-SIIs mhux tal-UE skont l-Artikolu 92b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżit minimu tal-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li huma stess ma humiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 45f(2)(a), tad-Direttiva 2014/59/UE;

(e) 

il-valutazzjoni fil-qosor tal-istituzzjoni dwar l-impatt tal-azzjoni li l-istituzzjoni ppjanat li tieħu f’konformità mal-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u kwalunkwe azzjoni bħal din li l-istituzzjoni tipprevedi wkoll li twettaq fi żmien perjodu ta’ tliet snin, dwar il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(c)(i), (c)(ii) u (c)(iii);

(f) 

meta l-istituzzjoni tfittex li tibdel strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 78a(1)(a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(i) 

informazzjoni dwar il-maturità residwa tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mibdula u l-maturità tal-fondi proprji jew tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jieħdu posthom;

(ii) 

il-klassifikazzjoni tal-insolvenza tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mibdula u tal-istrumenti ta’ fondi proprji jew tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jieħdu posthom;

(iii) 

L-ispiża tal-fondi proprji jew tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jieħdu post l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;

(iv) 

l-iskeda ta’ żmien ippjanata tal-ħruġ tal-istrumenti ta’ fondi proprji jew tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jieħdu post l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v) 

l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 78a(1)(a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g) 

evalwazzjoni tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, b’mod partikolari jekk il-livell ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli jiżgurax kopertura xierqa ta’ dawn ir-riskji, inklużi eżiti ta’ testijiet tal-istress fuq ir-riskji prinċipali li juru telf potenzjali;

(h) 

fejn japplika l-Artikolu 78a(1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, wiri li s-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta’ fondi proprji hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-fondi proprji;

(i) 

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa meħtieġa mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tevalwa kemm huwa xieraq li jingħata permess f’konformità mal-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.  
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tirrinunzja l-preżentazzjoni ta’ xi informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 meta tkun issodisfata li diġà għandha dik l-informazzjoni.
3.  
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u ta’ subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli.

Artikolu 32e

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi ppreżentata mal-applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Meta jintalab permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal azzjoni skont l-Artikolu 77(2) ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjoni għandha tispeċifika fl-applikazzjoni l-ammont totali ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli pendenti, inkluż l-ammont totali ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli pendenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 88a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tal-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.
2.  
Applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel għal azzjoni skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista’ tinkludi strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li għad iridu jinħarġu, soġġett għal speċifikazzjoni tal-ammont finali msemmi fil-paragrafu 1, li għandu jiġi pprovdut lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni wara l-ħruġ ikkonċernat.

Artikolu 32f

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata ma’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Qabel l-iskadenza tal-permess ġenerali minn qabel mogħti skont l-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, istituzzjoni tista’ tippreżenta applikazzjoni għat-tiġdid tiegħu għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena addizzjonali kull darba, dment li l-istituzzjoni ma titlobx żieda fl-ammont determinat minn qabel meta ngħata l-permess ġenerali minn qabel oriġinali u ma tbiddilx ir-raġunament imsemmi fl-Artikolu 32d(1)(a), meta ntalab il-permess ġenerali minn qabel oriġinali.
2.  
Meta tapplika għat-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32d(1)(a), (b), (c), (e), (f) u (h).

Artikolu 32g

It-twaqqit tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Għal permess minn qabel, għajr il-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32d lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mill-inqas erba’ xhur qabel id-data li fiha waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi mħabbra lid-detenturi tal-istrumenti.
2.  
Għall-permess ġenerali minn qabel imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 32d u 32e lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mill-inqas erba’ xhur qabel id-data li fiha titwettaq waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
3.  
B’deroga mill-paragrafu 2, meta jintalab tiġdid tal-permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 32f, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 32d, 32e u 32f lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mill-inqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih ikun ingħata l-permess ġenerali minn qabel oriġinali.
4.  
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ u f’ċirkostanzi eċċezzjonali jibagħtu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 fi żmien iqsar mill-perjodi stabbiliti f’dawk il-paragrafi.
5.  
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tipproċessa applikazzjoni jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 4. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-informazzjoni l-ġdida li jirċievu matul dak il-perjodu, li fih kwalunkwe informazzjoni ġdida bħal din tkun disponibbli u meta jqisu li dik l-informazzjoni hija materjali. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jipproċessaw l-applikazzjoni biss meta jkunu ssodisfati li l-istituzzjoni tkun ipprovditilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 32d u, fejn applikabbli, l-Artikoli 32e u 32f.

Artikolu 32h

Rekwiżiti simplifikati għall-istituzzjonijiet li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun stabbiliet ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE f’livell li ma jaqbiżx ammont suffiċjenti biex jiġi assorbit it-telf

1.  

B’deroga mill-Artikoli 32d, 32e u 32f, meta l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32c tiġi ppreżentata minn istituzzjoni li għaliha l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun stabbiliet ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE f’livell li ma jaqbiżx ammont suffiċjenti biex jiġi assorbit it-telf f’konformità mal-Artikolu 45c(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva, dik l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dan kollu li ġej:

(a) 

spjegazzjoni tajba tar-raġunijiet biex titwettaq waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

informazzjoni dwar jekk il-permess mitlub huwiex ibbażat fuq l-Artikolu 78a(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) jew (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew dwar l-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament.

2.  
Permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mogħti wara applikazzjoni magħmula f’konformità mal-paragrafu 1, ma għandux ikun soġġett għar-restrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 32b(5) ta’ dan ir-Regolament.
3.  
B’deroga mill-Artikolu 32g, l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32c lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi mħabbra lid-detenturi tal-istrumenti jew, fil-każ ta’ applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament, mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha titwettaq waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4.  
Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma topponix bil-miktub l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32c fil-perjodi speċifikati fil-paragrafu 3, il-permess għandu jitqies bħala mogħti.
5.  
Dan l-artikolu għandu japplika fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u ta’ subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli.

Artikolu 32i

Il-proċess ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta jingħata l-permess imsemmi fl-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Meta istituzzjoni tippreżenta applikazzjoni kompluta għal permess minn qabel, inkluż il-permess ġenerali minn qabel msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tibgħat dik l-applikazzjoni minnufih lill-awtorità kompetenti, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32d u, fejn applikabbli, l-Artikolu 32e, l-Artikolu 32f jew l-Artikolu 32h.
2.  
Fl-istess ħin tat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tagħmel talba għal konsultazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar l-applikazzjoni li tirċievi, li għandha tinkludi l-iskambju reċiproku ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew kompetenti.
3.  
L-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandhom jaqblu dwar terminu adegwat biex jipprovdu rispons għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur mill-mument li fih tasal it-talba għall-konsultazzjoni u li għandu jitnaqqas għal xahrejn meta l-konsultazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32f jew permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32h. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet riċevuti mill-awtorità kompetenti qabel ma tieħu deċiżjoni dwar il-permess.
4.  
Meta l-ftehim tal-awtorità kompetenti jkun meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 78a(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti, fi żmien xahrejn mit-talba għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jew fi żmien xahar meta l-konsultazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32f jew permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32h, li bih, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li huwa meħtieġ li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni jridu jaqbżu r-rekwiżiti tagħha.
5.  
Fi żmien tliet ġimgħat jew, meta l-konsultazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32f jew permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32h, fi żmien ġimagħtejn, wara li tirċievi l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat il-ftehim bil-miktub tagħha lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. F’każ li l-awtorità kompetenti ma taqbilx jew parzjalment ma taqbilx mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, hija għandha tinforma lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’dak il-perjodu, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha.
6.  
B’deroga mill-paragrafu 3, meta l-ftehim tal-awtorità kompetenti jkun meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 78a(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi tweġiba għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fl-istess ħin tat-trażmissjoni tal-ftehim bil-miktub tagħha lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 5.
7.  
B’deroga mill-paragrafi minn 3 sa 6, meta l-perjodu massimu ta’ żmien għall-ipproċessar tal-applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ikun iqsar minn erba’ xhur f’konformità mal-Artikolu 32g, il-paragrafi 3 jew 4, il-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu miftiehma bejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti filwaqt li jitqies il-perjodu ta’ żmien massimu rilevanti.
8.  
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 sabiex jiżguraw li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi pproċessata fi kwalunkwe każ fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 32g(1), (2), (3) jew (4).
9.  
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti d-deċiżjoni meħuda dwar il-permess mingħajr dewmien żejjed. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha wkoll tinforma lill-awtorità kompetenti f’każ ta’ rtirar tal-permess ġenerali minn qabel meta istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta’ dak il-permess.



TAQSIMA 3

Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 33

Rinunzja temporanja għat-tnaqqis mill-fondi proprji għall-finijiet tal-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

▼B

1.  
Rinunzja temporanja ma għandhiex tkun itwal mill-qafas ta’ żmien previst skont il-pjan operazzjonali tal-assistenza finanzjarja. Dik ir-rinunzja ma għandhiex tingħata għal perjodu itwal minn ħames (5) snin.

▼M5

2.  
Ir-rinunzja għandha tapplika biss fir-rigward ta’ parteċipazzjonijiet ġodda ta’ strumenti ta’ fondi proprji f’entità tas-settur finanzjarju jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f’istituzzjoni soġġetta għall-operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja.
3.  
Għall-finijiet li tingħata rinunzja temporanja għat-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli, awtorità kompetenti tista’ tqis li l-parteċipazzjonijiet temporanji msemmija fl-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li se jinżammu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja, imfassla biex jirriorganizzaw u jsalvaw entità fis-settur finanzjarju meta l-operazzjoni titwettaq skont pjan u tiġi approvat mill-awtorità kompetenti, u meta l-pjan jimmarka biċ-ċar fażijiet, skedar u objettivi u jispeċifika l-interazzjoni bejn il-parteċipazzjonijiet temporanji u l-operazzjoni tal-assistenza finanzjarja.

▼B



KAPITOLU V

INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI

Artikolu 34

It-tipi ta’ assi li jistgħu jirrelataw mal-operat ta’ entitajiet bi skop speċjali u t-tifsira ta’ minimu u insinifikanti fir-rigward ta’ kapital kwalifikanti tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2 maħruġ minn entitajiet bi skop speċjali għall-finijiet tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

L-assi ta’ entità bi skop speċjali għandhom jitqiesu li huma minimi u insinifikanti meta jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-assi ta’ entità bi skop speċjali li mhumiex magħmula mill-investimenti fil-fondi proprji tas-sussidjarja relatata huma limitati għal assi fi flus biex tħallas il-kupuni u tifdi l-istrumenti ta’ fondi proprji li jkunu dovuti;

(b) 

l-ammont tal-assi tal-entità bi skop speċjali għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ma jkunx ogħla minn 0,5 % tal-medja tal-assi totali tal-entità bi skop speċjali matul l-aħħar tliet snin.

2.  

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti istituzzjoni tuża perċentwali ogħla bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-ogħla perċentwali huwa neċessarju biex jippermetti esklussivament il-kopertura tal-ispejjeż ordinarji tal-entità bi skop speċjali;

(b) 

l-ammont nominali korrispondenti ma jaqbiżx EUR 500 000 .

▼M3

Artikolu 34a

Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

1.  
Għall-finijiet tal-ispeċifikar tal-kalkolu tas-subkonsolidament meħtieġ skont l-Artikolu 84(2) u l-Artikoli 85(2) u 87(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-interessi minoritarji li jikkwalifikaw ta' sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81 ta' dak ir-Regolament li hija stess tkun impriża prinċipali ta' entità msemmija fl-Artikolu 81(1) ta' dak ir-Regolament jiġu kkalkolati kif deskritt fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu.
2.  
Fejn awtorità kompetenti tkun eżerċitat id-diskrezzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu li għandu jsir skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jsir fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tal-istituzzjoni daqs li kieku ma ġietx eżerċitata d-diskrezzjoni.
3.  

Fejn is-sussidjarja tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 abbażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata tagħha japplika t-trattament li ġej:

(a) 

il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja fuq il-bażi konsolidata tagħha msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 84(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinkludi interessi minoritarji eliġibbli li jistgħu jirriżultaw mis-sussidjarji tagħha stess ikkalkulati skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(b) 

għall-iskop tal-kalkolu tas-subkonsolidazzjoni l-ammont tal-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni meħtieġ skont il-punt (i) tal-Artikolu 84(1)(a) tar-tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun l-ammont meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja fil-livell tas-sitwazzjoni kkonsolidata tagħha kkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament. Rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE huma dawk iffissati mill-awtorità kompetenti tas-sussidjarja;

(c) 

l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni rikjest, skont il-punt (ii) tal-Artikolu 84(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun il-kontribuzzjoni tas-sussidjarja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni stess tal-istituzzjoni li għaliha l-interessi minoritarji eliġibbli huma kkalkulati fuq bażi konsolidata. Għall-finijiet tal-ikkalkular tal-kontribuzzjoni, it-tranżazzjonijiet kollha fost l-impriżi ta' grupp inklużi f'ambitu ta' konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni jkunu eliminati.

4.  
Meta s-sussidjarja tkun qed twettaq il-konsolidazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3, ma tinkludix rekwiżiti kapitali li joħorġu minn sussidjarji li mhumiex inklużi fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidament tal-istituzzjoni li għaliha l-interessi minoritarji eliġibbli huma kkalkulati.
5.  
Fejn l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 84(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tapplika għal sussidjarja, kwalunkwe impriża prinċipali tas-sussidjarja li tibbenefika mill-eżenzjoni tista' tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha l-interessi minoritarji li jirriżultaw mis-sussidjarji tas-sussidjarja nnifisha li tibbenefika mill-eżenzjoni, sakemm il-kalkoli msemmija l-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament u f'dan ir-Regolament ikunu saru għal kull wieħed minn dawk is-sussidjarji. L-ammont ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni inkluż fil-Fondi Proprji fil-livell tal-impriża prinċipali ma jaqbiżx l-ammont li jista' jiġi inkluż jekk l-ebda rinunzja ma kienet ingħatat lis-sussidjarja.
6.  
Fejn istituzzjoni prinċipali jkollha sussidjarju intermedja li mhijiex imsemmija fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fejn din is-sussidjarja intermedja nnifisha għandha sussidjarji li huma msemmija fl-Artikolu 81(1) ta' dak ir-Regolament, l-istituzzjoni prinċipali tista' tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha l-ammont ta' interess minoritarju li jirriżulta minn dawk is-sussidjarji kkalkulat skont l-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-istituzzjoni prinċipali ma tistax tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha kwalunkwe interess minoritarju li jirriżulta minn sussidjarja intermedjarja li mhijiex imsemmija fl- Artikolu 81(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.
7.  
Il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tapplika wkoll mutatis mutandis għall-kalkolu tal-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ammont ta' fondi proprji kwalifikattivi skont l-Artikolu 87 ta' dak ir-Regolament, fejn ir-referenzi għall-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinqraw bħala referenzi għall-Grad 1 jew fondi proprji.

▼M1



KAPITOLU Va

FONDI PROPRJI ABBAŻI TAL-ISPEJJEŻ ĠENERALI FISSI

Artikolu 34b

Kalkolu tal-kapital eliġibbli ta' mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti għall-finijiet tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “ditta” tfisser entità msemmija fil-punt (2)(c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew ditta tal-investiment.
2.  

Għall-finijiet tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-ditti għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom tas-sena preċedenti, billi jużaw iċ-ċifri li jirriżultaw mill-qafas tal-kontabilità applikabbli, billi jnaqqsu l-entrati li ġejjin mill-ispejjeż totali wara t-tqassim tal-profitti lill-azzjonisti fir-rapporti finanzjarji annwali awditjati l-aktar reċenti tagħhom, jew, meta ma jkunux disponibbli rapporti awditjati, fir-rapporti finanzjarji annwali validati mis-superviżuri nazzjonali:

(a) 

bonusijiet lill-persunal kompletament diskrezzjonali;

(b) 

is-sehem mill-profitti tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab, sal-punt li ma jkunux għalkollox diskrezzjonali;

(c) 

approprjazzjonijiet oħra ta' profitti u rimunerazzjoni varjabbli oħra, sal-punt li ma jkunux għalkollox diskrezzjonali;

(d) 

kummissjoni u tariffi kondiviżi pagabbli li huma relatati direttament mall-kummissjoni u t-tariffi riċevibbli, li huma inklużi fil-fatturat, u meta l-ħlas tal-kummissjoni u t-tariffi pagabbli jkun kontinġenti fuq ir-rikavat attwali tal-kummissjoni u t-tariffi riċevibbli;

(e) 

tariffi, senserija u pagamenti oħra mħallsa lil kmamar tal-ikklerjar, boroż u sensara intermedji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, ir-reġistrazzjoni jew l-ikklerjar ta' tranżazzjonijiet;

(f) 

tariffi għall-aġenti marbuta kif definiti fil-punt 25 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE, fejn applikabbli;

(g) 

l-imgħax imħallas lil konsumaturi fuq flus ta' klijenti;

(h) 

l-ispejjeż nonrikorrenti minn attivitajiet mhux ordinarji.

3.  

Fejn l-ispejjeż fissi ġew imġarrba f'isem id-ditti minn partijiet terzi oħra minbarra l-aġenti marbuta, u dawn l-ispejjeż fissi ma jkunux diġà inklużi fit-total tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2, id-ditti jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta jkun disponibbli elenku tal-ispejjeż ta' dawk il-partijiet terzi, id-ditti jiddeterminaw l-ammont ta' spejjeż fissi li dawk il-partijiet terzi jkunu ġarrbu f'isimhom u iżidu dak l-ammont maċ-ċifra li tirriżulta mill-paragrafu 2;

(b) 

meta l-elenku msemmi fil-punt (a) ma jkunx disponibbli, id-ditti jiddeterminaw l-ammont ta' spejjeż imġarrba f'isimhom minn dawk il-partijiet terzi skont il-pjanijiet kummerċjali tad-ditta u jżidu dak l-ammont maċ-ċifra li tirriżulta mill-paragrafu 2.

4.  
Meta d-ditta tagħmel użu minn aġenti marbuta, hija għandha żżid ammont ugwali għal 35 % tat-tariffi kollha relatati mal-aġenti marbuta maċ-ċifra li tirriżulta mill-paragrafu 2.
5.  
Meta r-rapporti finanzjarji awditjati l-aktar reċenti tad-ditta ma jirriflettux perjodu ta' tnax-il xahar, id-ditta taqsam ir-riżultat tal-kalkolu tal-paragrafi 2 sa 4 bl-għadd ta' xhur li huma riflessi f'dawk ir-rapporti finanzjarji u mbagħad timmultiplika r-riżultat bi tnax sabiex tipproduċi ammont annwali ekwivalenti.

Artikolu 34c

Kundizzjonijiet għall-aġġustament, mill-awtorità kompetenti, tar-rekwiżit li jinżamm kapital eliġibbli ta' mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  

Għad-ditti msemmija fit-tieni subparagrafu, bidla fin-negozju ta' ditta titqies materjali jekk kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a) 

il-bidla fin-negozju tad-ditta tirriżulta f'bidla ta' 20 % jew aktar fl-ispejjeż ġenerali fissi proġettati tad-ditta;

(b) 

il-bidla fin-negozju tad-ditta tirriżulta f'bidliet fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tad-ditta abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati ta' EUR 2 miljun jew aktar.

Id-ditti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jkunu dawk li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji attwali tagħhom abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi jkunu ta' EUR 125 000 jew aktar;

(b) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

abbażi tal-ispejjeż fissi attwali, ikunu inqas minn EUR 125 000 ;

(ii) 

abbażi tal-ispejjeż fissi proġettati, ikunu ta' EUR 150 000 jew aktar.

2.  
Għad-ditti msemmija fit-tieni subparagrafu, bidla fin-negozju ta' ditta titqies materjali meta l-bidla fin-negozju tad-ditta tirriżulta f'bidla ta' 100 % jew aktar fl-ispejjeż ġenerali fissi proġettati tad-ditta.

Id-ditti msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu dawk li jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom abbażi tal-ispejjeż fissi attwali, ikunu inqas minn EUR 125 000 ;

(b) 

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom abbażi tal-ispejjeż fissi proġettati, ikunu inqas minn EUR 150 000 .

Artikolu 34d

Il-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-każ ta' ditta li ma tkunx ilha f'negozju għal sena skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Meta ditta ma tkunx ilha f'negozju għal aktar minn sena mill-jum li fih tkun bdiet tinnegozja, għall-kalkolu tal-entrati fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 34b(2), hija tuża l-ispejjeż ġenerali fissi proġettati inklużi fil-baġit tagħha għall-ewwel tnax-il xahar ta' negozjar, kif sottomessi fl-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni.

▼B



KAPITOLU VI

SPEĊIFIKAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 575/2013 FIR-RIGWARD TAL-FONDI PROPRJI

Artikolu 35

Filtri addizzjonali u tnaqqis għall-finijiet tal-Artikolu 481(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
L-aġġustamenti fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2, skont l-Artikolu 481 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu applikati skont il-paragrafi 2 sa 7.
2.  
Meta, skont l-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dak it-tnaqqis u l-filtri jirriżultaw minn entrati ta’ fondi proprji kif imsemmi fil-punt (a), (b) u (c) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
3.  
F’każijiet oħra apparti minn dawk koperti mill-paragrafu (1), u fejn, skont il-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dawn it-tnaqqisiet u l-filtri ġew applikati fuq it-total tal-entrati kif imsemmi fl-Artikolu 57(a) sa (ca) tad-Direttiva 2006/48/KE, u b’kunsiderazzjoni għall-Artikoli 154 ta’ dik id-Direttiva, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali.
4.  
Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
5.  
F’każijiet oħra apparti minn dawk koperti mill-paragrafi 1 u 2, u fejn, skont il-miżuri tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, dawn it-tnaqqisiet u l-filtri ġew applikati fuq entrati ta’ fondi proprji kif imsemmi fl-Artikolu 57(d) sa (h) jew fuq il-fondi proprji totali tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, l-aġġustament għandu jsir fl-entrati tal-Grad 2.
6.  
Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 2 jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali.
7.  
Meta l-ammont tal-entrati tal-Grad 2 u tal-Grad 1 Addizzjonali jkun aktar baxx mill-aġġustament relatat, l-aġġustament reżidwu għandu jsir fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

Artikolu 36

Entrati esklużi mill-anterjorità ta’ strument kapitali li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fl-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji skont Artikolu 487(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.  
Meta jaffordjaw li jkollhom strumenti ta’ fondi proprji, it-trattament stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 487 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, strumenti jistgħu jiġu ttrattati b’dan il-mod b’mod sħiħ jew parzjalment. Kwalunkwe trattament bħal dan ma għandu jkollu l-ebda effett fuq il-kalkolu tal-limitu kif speċifikat fl-Artikolu 486(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2.  
L-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jerġgħu jiġu trattati bħala entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm dawn ikunu entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) ta’ dak ir-Regolament, u sakemm l-ammont tagħhom ma jibqax jaqbeż l-perċentwali applikabbli msemmija fl-Artikoli 486(2) ta’ dak ir-Regolament.
3.  
L-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jerġgħu jiġu trattati bħala entrati msemmija fl-Artikolu 484(4), sakemm dawn ikunu entrati msemmija fl-Artikolu 484(3) jew l-Artikolu 484(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u sakemm l-ammont tagħhom ma jibqax jaqbeż l-perċentwali applikabbli msemmija fl-Artikoli 486(3) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 37

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 2 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontijiet (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

( 4 ) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

( 7 ) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

( 8 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2007, p. 1).

( 9 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

( 10 ) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).