02014R0215 — MT — 13.03.2021 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 (ĠU L 069 8.3.2014, p. 65) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1232/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 |
L 332 |
5 |
19.11.2014 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/276 tat-23 ta' Frar 2018 |
L 54 |
4 |
24.2.2018 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/439 tat-3 ta’ Marzu 2021 |
L 85 |
149 |
12.3.2021 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 215/2014
tas-7 ta’ Marzu 2014
li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej
KAPITOLU I
IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DDETERMINAT L-APPOĠĠ GĦALL-OBJETTIVI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA GĦAL KULL FOND ESI
(Awtorizzazzjoni skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Artikolu 1
Il-metodoloġija għall-kalkolu ta’ appoġġ mill-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-objettivi tat-tibdil fil-klima
Il-kalkolu ta’appoġġ li jintuża għall-objettivi tal-bidla fil-klima mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni għandu jitwettaq f’żewġ stadji kif ġej:
il-koeffiċjenti stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament se jiġu applikati minn kodiċi ta' intervent skont il-qasam għad-dejta finanzjarja rrappurtata għal dawk il-kodiċijiet;
skont id-dejta finanzjarja rrappurtata kontra l-kodiċijiet ta’ intervent skont il-qasam li jkollu koeffiċjent ta’ żero, fejn id-dejta finanzjarja tiġi rrapportata f’dimensjoni tal-objettiv tematiku kontra l-kodiċijiet 04 u 05 stabbiliti fit-Tabella 5 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, id-dejta se tiġi mgħobbija b’koeffiċjent ta’ 40 % f’termini tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi tat-tibdil fil-klima.
Artikolu 2
Il-metodoloġija għall-kalkolu ta’ appoġġ mill-FAEŻR għall-objettivi tat-tibdil fil-klima
Artikolu 3
Il-metodoloġija għall-kalkolu ta’ appoġġ mill-FEMS għall-objettivi tat-tibdil fil-klima
L-appoġġ mill-FEMS għall-objettivi tat-tibdil fil-klima se jiġi kkalkulat abbażi tal-informazzjoni li ġejja:
l-ammont indikattiv ta’ appoġġ li jrid jintuża għall-għanijiet tal-bidla fil-klima mill-FEMS f’kull programm kif imsemmi fl-Artikolu 27(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
il-koeffiċjenti stabbiliti għall-miżuri ewlenin appoġġjati mill-FEMS kif stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament;
rappurtar mill-Istati Membri dwar l-approprjazzjonijiet finanzjarji u n-nefqa skont il-miżura f'rapporti annwali ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;
l-informazzjoni u d-dejta pprovduta mill-Istati Membri dwar operazzjonijiet magħżula għal finanzjament skont l-Artikolu 97(1)(a) u 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
KAPITOLU II
ID-DETERMINAZZJONI TAL-ISTADJI IMPORTANTI U L-MIRI FIL-QAFAS TAL-PRESTAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-KISBA TAGĦHOM
(Awtorizzazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Artikolu 4
Informazzjoni li se tiġi rreġistrata mill-korpi li jippreparaw il-programmi
L-informazzjoni rreġistrata mill-korpi li jippreparaw il-programmi se tippermetti l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragradu 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-istadji importanti u l-miri. Dan jinkludi:
dejta jew evidenza li tintuża biex jiġi stmat il-valur tal-istadji importanti u l-miri u l-metodu tal-kalkolu, pereżempju dejta dwar spejjeż għal kull unità, parametri referenzjarji, standard jew rata tal-passat ta’ implimentazzjoni, parir espert u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ex-ante;
informazzjoni dwar is-sehem mill-allokazzjoni finanzjarja rrappreżentata minn operazzjonijiet, li għalihom l-indikaturi tal-eżiti u tal-passi prinċipali tal-implimentazzjoni stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni jikkorrispondu, kif ukoll spjegazzjoni ta’ kif dak is-sehem ġie kkalkulat;
informazzjoni dwar kif il-metodoloġija u l-mekkaniżmi li jiżguraw konsistenza fil-funzjonament tal-qafas ta’ prestazzjoni stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija skont l-Artikolu 15(1)(b)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġew applikati;
spjegazzjoni dwar l-għażla ta’ indikaturi tar-riżultati jew tal-passi prinċipali tal-implimentazzjoni, fejn dawn ġew inklużi fil-qafas tal-prestazzjoni.
Artikolu 5
Il-kisba tal-istadji importanti u l-miri
Għall-FAEŻR, huma jirreferu għan-nefqa pubblika totali rrealizzata mdaħħla f'sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.
Artikolu 6
Il-kisba tal-istadji importanti u l-miri
Artikolu 7
Il-qafas ta' prestazzjoni għall-assi prijoritarji imsemmija fl-Artikolu 96(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u assi prijoritarji li jintegraw il-YEI
KAPITOLU III
IN-NOMENKLATURA TA’ KATEGORIJI TA’ INTERVENT GĦALL-FEŻR, IL-FSE U L-FOND TA’ KOEŻJONI SKONT L-INVESTIMENT LI GĦANDU FIL-MIRA T-TKABBIR EKONOMIKU U L-IMPJIEGI
Artikolu 8
Kategoriji ta' intervent għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni
(Awtorizzazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Il-Kodiċijiet 102 sa 120 stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw biss għall-FSE.
Il-Kodiċi 103 stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament biss se tapplika għall-YEI.
Il-Kodiċijiet 121, 122 u 123 stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FSE.
Il-kodiċijiet stabbiliti fit-Tabella 5 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw biss għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni.
Il-kodiċijiet stabbiliti fit-Tabella 6 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw biss għall-FSE u l-YEI.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 3 l-Anness III ta’ dan ir-Regolament se japplika b’effett mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-FEMS.
Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
In-nomenklatura għall-kategoriji ta’ intervent tal-Fondi ( 3 )taħt l-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
TABELLA 1: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT
1. IL-QASAM TAL-INTERVENT |
Il-koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima |
I Investiment produttiv: |
|
001 L-investiment ġeneriku produttiv fl-intrapriżi żgħar –u medji (‘SMEs’) |
0 % |
002 Il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni fl-intrapriżi kbar |
0 % |
003 Investiment produttiv f’intrapriżi kbar marbuta ma' ekonomija b’konsum baxx ta’ karbonju |
40 % |
004 Investiment produttiv marbut mal-kooperazzjoni bejn intrapriżi kbar u l-SMEs għall-iżvilupp ta' prodotti u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (“ICT”), il-kummerċ elettroniku u t-tkabbir fid-domanda għall-ICT. |
0 % |
II Infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi u investiment relatat: |
|
Infrastruttura tal-enerġija |
|
005 Elettriku (il-ħażna u t-trażmissjoni) |
0 % |
006 Elettriku (il-ħażna u t-trażmissjoni) |
0 % |
007 Gass naturali |
0 % |
008 Gass naturali (TEN-E) |
0 % |
009 Enerġija rinovabbli: ir-riħ |
100 % |
010 Enerġija rinovabbli: ix-xemx |
100 % |
011 Enerġija rinovabbli: il-bijomassa |
100 % |
012 Enerġija rinovabbli oħra (inkluża enerġija idroelettrika, ġeotermali u dik tal-baħar) u l-integrazzjoni tal-enerġija rinovabbli (inkluż il-ħżin, il-kurrent għall-gass u infrastruttura għall-idroġenu rinovabbli) |
100 % |
013 Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura pubblika, proġetti ta’ dimostrazzjoni u miżuri ta’ appoġġ |
100 % |
014 Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk ta’ djar eżistenti, proġetti ta’ dimostrazzjoni u miżuri ta’ appoġġ |
100 % |
015 Sistemi Intelliġenti ta' Distribuzzjoni ta' Enerġija b’livell ta’ vultaġġ baxx u medju (inklużi grids intelliġenti u sistemi tal-ICT) |
100 % |
016 Koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u tisħin distrettwali |
100 % |
L-infrastruttura ambjentali |
|
017 Il-ġestjoni tal-iskart domestiku, (inkluż il-minimizzazzjoni, l-issortjar, il-miżuri ta’ riċiklaġġ) |
0 % |
018 Il-ġestjoni tal-iskart domestiku, (inkluż it-trattament mekkaniku bijoloġiku, it-trattament termali, l-inċinerazzjoni u l-miżuri b'rabta mal-miżbliet) |
0 % |
019 Il-ġestjoni ta’ skart kummerċjali, industrijali jew perikoluż |
0 % |
020 Il-provvista tal-ilma għall-konsum mill-bniedem (estrazzjoni, trattament, ħażna u infrastruttura għad-distribuzzjoni) |
0 % |
021 Il-ġestjoni tal-ilma u l-konservazzjoni tal-ilma tax-xorb (inkluż il-ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar, il-provvista tal-ilma, miżuri speċifiċi għall-adattament għat-tibdil fil-klima, kejl distrettwali u tal-konsumaturi, sistemi ta’ tariffi u tnaqqis fit-tnixxija) |
40 % |
022 Trattament tad-dranaġġ |
0 % |
023 Miżuri ambjentali mmirati biex inaqqsu l-emmissjonijiet tal-gassijiet serra u/jew jiġu evitati (inkluż it-trattament u l-ħażna ta’ gass tal-metanu u kompostjar) |
100 % |
L-infrastruttura tat-trasport |
|
024 Il-ferroviji (TEN-T Ewlieni) |
40 % |
025 Il-ferroviji (TEN-T komprensiv) |
40 % |
026 Ferroviji oħra |
40 % |
027 L-assi mobbli tal-ferrovija |
40 % |
028 In-netwerk ewlieni — tal-awtostradi u t-toroq TEN-T (kostruzzjonijiet ġodda) |
0 % |
029 In-netwerk komprensiv — tal-awtostradi u t-toroq TEN-T (kostruzzjonijiet ġodda) |
0 % |
030 Rabtiet ta' toroq sekondarji man-netwerk tat-toroq u nodi TEN-T (kostruzzjonijiet ġodda) |
0 % |
031 Toroq nazzjonali u reġjonali oħra (kostruzzjonijiet ġodda) |
0 % |
032 Toroq b'aċċess lokali (kostruzzjonijiet ġodda) |
0 % |
033 Toroq TEN-T mibnija mill-ġdid jew imtejba |
0 % |
034 Toroq oħra mibnija mill-ġdid jew imtejba (awtostrada, nazzjonali, reġjonali jew lokali) |
0 % |
035 Trasport multimodali (TEN-T) |
40 % |
036 Trasport multimodali |
40 % |
037 Ajruporti (TEN-T) (1) |
0 % |
038 Ajruporti oħra (1) |
0 % |
039 Portijiet tal-baħar (TEN-T) |
40 % |
040 Portijiet oħra tal-baħar |
40 % |
041 Passaġġi fuq l-ilma interni u portijiet (TEN-T) |
40 % |
042 Passaġġi fuq l-ilma interni u portijiet (reġjonali u lokali) |
40 % |
Trasport sostenibbli |
|
043 Infrastruttura u l-promozzjoni tat-trasport urban nadif (inkluż tagħmir u vetturi ferrovjarji) |
40 % |
044 Sistemi intelliġenti tat-trasport (inkluż l-introduzzjoni tal-ġestjoni tad-domanda, sistemi ta’ nollijiet, monitoraġġ ta' kontroll tal-IT u sistemi ta’ informazzjoni) |
40 % |
L-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) |
|
045 ICT: Netwerk backhaul/ewlenija |
0 % |
046 ICT: Netwerk broadband ta' veloċità għolja (ċirkwiti lokali/ta' aċċess; >/= 30 Mbps) |
0 % |
047 ICT: Netwerk broadband ta' veloċità għolja ħafna (ċirkwiti lokali/ta' aċċess; >/= 100 Mbps) |
0 % |
048 ICT: Tipi oħra ta’ infrastrutturi tal-ICT/riżorsi tal-kompjuter fuq skala kbira/tagħmir (inklużi infrastruttura elettronika, ċentri tad-dejta u sensers; ukoll meta inkorporati f’infrastruttura oħra bħal faċilitajiet għar-riċerka, l-infrastruttura ambjentali u soċjali) |
0 % |
III Infrastruttura soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni u investiment relatat |
|
049 L-infrastruttura tal-edukazzjoni għall-edukazzjoni terzjarja |
0 % |
050 L-infrastruttura tal-edukazzjoni għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti |
0 % |
051 L-infrastruttura tal-edukazzjoni fl-edukazzjoni skolastika (edukazzjoni primarja u sekondarja ġenerali) |
0 % |
052 L-infrastruttura tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal |
0 % |
053 L-infrastruttura tas-saħħa |
0 % |
054 L-infrastruttura għall-housing |
0 % |
055 Infrastruttura soċjali oħra li tikkontribwixxi għal żvilupp reġjonali u lokali |
0 % |
IV L-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu: |
|
Ir-Riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni |
|
056 L-investiment fl-infrastruttura, il-kapaċitajiet u tagħmir tal-SMEs direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni |
0 % |
057 L-investiment fl-infrastruttura, il-kapaċitajiet u tagħmir ta' kumpaniji kbar direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni |
0 % |
058 L-infrastruttura tar-riċerka u l-innovazzjoni (pubblika) |
0 % |
059 L-infrastruttura tar-riċerka u l-innovazzjoni (privata, inkluż il-parks tax-xjenza) |
0 % |
060 L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fiċ-ċentri pubbliċi ta’ riċerka u ċentri ta’ kompetenza inkluż in-netwerking |
0 % |
061 L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fiċ-ċentri privati ta’ riċerka inkluż in-netwerking |
0 % |
062 It-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-intrapriżi ta' benefiċċju primarjament għall-SMEs |
0 % |
063 L-appoġġ tar-raggruppamenti u netwerks kummerċjali primarjament ta' benefiċċju għall-SMEs |
0 % |
064 Il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni fl-SMEs (inkluż skemi ta’ kupuni, il-proċess, id-disinn, l-innovazzjoni soċjali u tas-servizz) |
0 % |
065 L-infrastruttura ta’ riċerka u innovazzjoni, il-proċessi, it-trasferiment ta’ teknoloġija u kooperazzjoni f’intrapriżi li jiffokaw fuq ekonomija b’konsum baxx tal-karbonju u reżistenza għat-tibdil fil-klima |
100 % |
Żvilupp tan-negozju |
|
066 Servizzi ta’ appoġġ avvanzat għall-SMEs u l-gruppi ta’ SMEs (inkluż il-ġestjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u servizzi ta’ disinn) |
0 % |
067 L-iżvilupp tan-negozju tal-SMEs, appoġġ għall-intraprenditorija u għall-inkubazzjoni (inkluż l-appoġġ għal spin offs u spin outs) |
0 % |
068 L-effiċjenza tal-enerġija u proġetti ta’ dimostrazzjoni fl-SMEs u miżuri ta’ appoġġ |
100 % |
069 L-appoġġ għal proċessi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs |
40 % |
070 Il-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija f’impriżi kbar |
100 % |
071 Żvilupp u promozzjoni ta’ intrapriżi speċjalizzati fil-provvediment ta' servizzi li jikkontribwixxu għal ekonomija b’konsum baxx tal-karbonju u reżistenza għat-tibdil fil-klima (inkluż appoġġ għal servizzi bħal dawn) |
100 % |
072 L-infrastruttura tan-negozju għall-SMEs (inkluż parks u siti industrijali) |
0 % |
073 L-appoġġ għall-intrapriżi soċjali (SMEs) |
0 % |
074 L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi ta' turiżmu kummerċjali fl-SMEs |
0 % |
075 L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi ta' turiżmu kummerċjali fl-SMEs jew għalihom. |
0 % |
076 L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi kulturali u kreattivi fl-SMEs |
0 % |
077 L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ servizzi kulturali u kreattivi fl-SMEs jew għalihom. |
0 % |
It-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni (ICT) — l-istimulazzjoni tad-domanda, l-applikazzjonijiet u s-servizzi |
|
078 Servizzi u applikazzjonijiet elettroniċi tal-gvern (inkluż l-akkwist elettroniku, il-miżuri tal-ICT li jappoġġjaw ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-miżuri b'rabta maċ-ċibersigurtà, il-fiduċja u l-privatezza, il-Ġustizzja elettronika u d-Demokrazija elettronika) |
0 % |
079 L-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku (inkluż dejta miftuħa tal-Kultura elettronika, il-libreriji diġitali, il-Kontenut elettroniku u t-Turiżmu elettroniku) |
0 % |
080 L-Inklużjoni elettronika, l-Aċċessibilità elettronika, is-servizzi u applikazzjonijiet b'rabta mat-Tagħlim elettroniku u l-Edukazzjoni elettronika, il-litteriżmu diġitali |
0 % |
081 Soluzzjonijiet tal-ICT li jindirizzaw l-isfida tat-tixjiħ f'saħħtu attiv u s-servizzi u applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika (inkluż il-Kura elettronika u l-għajxien megħjun kuntestwalment) |
0 % |
082 Is-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-ICT għall-SMEs (inkluż il-Kummerċ elettroniku, in-Negozju elettroniku u l-proċessi ta’ negozji f’netwerk), laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u negozji tal-ICT li għadhom jibdew) |
0 % |
L-Ambjent |
|
083 Miżuri b'rabta mal-kwalità tal-arja |
40 % |
084 Il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC) |
40 % |
085 Il-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità, il-ħarsien tan-natura u l-infrastruttura ekoloġika |
40 % |
086 Il-protezzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli ta’ siti ta’ Natura 2000 |
40 % |
087 Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima eż. l-erożjoni, in-nirien, l-għargħar, il-maltempati u n-nixfa, inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u sistemi u infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri. |
100 % |
088 Prevenzjoni tar-riskju u ġestjoni ta’ riskji naturali mhux marbuta mal-klima (jiġifieri terremoti) u riskji marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem (pereżempju inċidenti teknoloġiċi), inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri. |
0 % |
089 Riabilitazzjoni ta’ siti industrijali u art ikkontaminata |
0 % |
090 Rotot għar-roti u għall-mixi |
100 % |
091 L-iżvilupp u promozzjoni ta’ potenzjali tat-turiżmu ta’ żoni naturali |
0 % |
092 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi ta’ turiżmu pubbliku |
0 % |
093 L-iżvilupp u l-promozzjoni tas-servizzi tat-turiżmu pubbliku |
0 % |
094 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi pubbliċi tal-kultura u l-wirt |
0 % |
095 L-iżvilupp u l-promozzjoni tas-servizzi pubbliċi tal-kultura u l-wirt |
0 % |
Oħrajn |
|
096 Il-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-FEŻR jew azzjonijiet li jappoġġjaw il-kapaċità istituzzjonali tal-inizjattivi FSE |
0 % |
097 Inizjattivi ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-Komunità f’żoni urbani u rurali |
0 % |
098 Ir-reġjuni ultraperiferiċi: kumpens għal kwalunkwe spejjeż addizzjonali minħabba nuqqas kbir ta’ aċċessibbiltà u frammentazzjoni territorjali |
0 % |
099 Ir-reġjuni ultraperiferiċi: azzjoni speċifika indirizzata biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali minħabba fatturi relatati mad-daqs tas-suq |
0 % |
100 Ir-reġjuni ultraperiferiċi: sostenn biex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi u d-diffikultajiet fl-għoti tal-għajnuna |
40 % |
101 L-iffinanzjar transversali taħt il-FEŻR (appoġġ għal azzjonijiet tat-tip FSE meħtieġa għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-parti FEŻR tal-operazzjoni u li jkunu direttament marbuta miegħu) |
0 % |
V Il-promozzjoni għall-impjieg sostenibbli u ta' kwalità u appoġġ lill-mobilità tal-forza tax-xogħol: |
|
102 L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għan-nies inattivi, inkluż nies li ilhom qiegħda u 'l bogħod mis-suq tax-xogħol, ukoll permezz ta’ inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol |
0 % |
103 L-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol ta’ żgħażagħ, b’mod partikolari dawk li m’għandhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, inkluż iż-żgħażagħ f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u ż-żgħażagħ minn komunitajiet marġinalizzati, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ |
0 % |
104 Ix-xogħol indipendenti, l-imprenditorija u l-ħolqien ta’ negozju inkluż l-intrapriżi innovativi mikro, żgħar u medji |
0 % |
105 L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha, inkluż fl-aċċess għall-impjiegi, il-progress fil-karriera, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata u l-promozzjoni ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali |
0 % |
106 Adattament ta’ ħaddiema, intrapriżi u intraprendituri għall-bidla |
0 % |
107 Xjuħija attiva u b'saħħitha |
0 % |
108 Il-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, bħal servizzi ta’ impjiegi pubbliċi u privati, u t-titjib tat-tqabbil tal-ħtiġijiet mas-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' azzjonijiet li jtejbu l-mobilità transnazzjonali tax-xogħol kif ukoll permezz ta’ skemi ta’ mobilità u kooperazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati rilevanti |
0 % |
VI Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni: |
|
109 Inklużjoni attiva, inkluż bil-għan li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva, u li titjieb l-impjegabilità |
0 % |
110 L-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma |
0 % |
111 Il-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs |
0 % |
112 It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi bi prezz li jista’ jintlaħaq, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, inkluż il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali |
0 % |
113 Il-promozzjoni tal-intraprenditorija soċjali u l-integrazzjoni vokazzjonali fl-intrapriżi soċjali u l-ekonomija soċjali u solidali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal impjiegi |
0 % |
114 Strateġiji lokali għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità; |
0 % |
VII L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u tagħlim tul il-ħajja: |
|
115 It-tnaqqis u l-evitar tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità tajba fil-bidu tat-tfulija, l-edukazzjoni primarja u sekondarja inkluż mogħdijiet ta' tagħlim formali, mhux formali u informali għall-integrazzjoni mill-ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ |
0 % |
116 It-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni terzjarja u l-edukazzjoni ekwivalenti u l-effiċjenza tagħha, u l-aċċess għaliha, bil-għan li jiżdiedu l-livelli ta’ parteċipazzjoni u ta’ kisba, speċjalment għal gruppi żvantaġġati |
0 % |
117 It-titjib fl-aċċess ugwali għat-tagħlim tul il-ħajja għall-gruppi tal-etajiet kollha f’kuntesti formali, mhux formali u informali, it-titjib tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol, u l-promozzjoni ta’ mogħdijiet ta’ tagħlim flessibbli inkluż permezz ta’ gwida għall-għażla tal-karriera u l-validazzjoni ta’ kompetenzi miksuba |
0 % |
118 It-titjib tar-rilevanza tas-suq tax-xogħol mas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, u t-tisħiħ ta’ sistemi ta’ taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi għal antiċipazzjoni tal-ħiliet, l-adattament tal-kurrikula u l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, inklużi s-sistemi ta’ tagħlim doppju u skemi ta’ apprendistat |
0 % |
VIII It-tisħiħ fil-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti: |
|
119 L-investiment f’kapaċità istituzzjonali, kif ukoll l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubblika u s-servizzi pubbliċi fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali bil-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba |
0 % |
120 Il-bini tal-kapaċità għall-partijiet interessati kollha fil-mod ta' kif iwasslu l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l-impjiegi u l-politiki soċjali, inkluż permezz ta’ patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni tar-riforma fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali |
0 % |
IX L-assistenza teknika: |
|
121 It-tħejjija, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u l-ispezzjoni |
0 % |
122 L-evalwazzjoni u l-istudji; |
0 % |
123 L-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
0 % |
(1)
Ristretti għal investimenti marbuta mal-ħarsien ambjentali jew akkumpanjati minn investimenti meħtieġa sabiex jittaffa jew jitnaqqas l-impatt ħażin tagħhom fuq l-ambjent. |
TABELLA 2: IL-KODIĊI GĦALL-FORMA TAD-DIMENSJONI TAL-FINANZI
2. IL-FORMA TAL-FINANZI |
01 Għotja li ma titħallasx lura |
02 Għotja li titħallas lura |
03 Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: kapital tar-riskju u ekwità jew l-ekwivalenti tagħhom |
04 Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: self jew l-ekwivalenti tagħha |
05 Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: garanzija jew l-ekwivalenti tagħha |
06 Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: sussidju fir-rata' tal-interessi, sussidju fil-miżata tal-garanzija, appoġġ tekniku jew l-ekwivalenti tagħhom |
07 Premju |
TABELLA 3: IL-KODIĊIIJET GĦAD-DIMENSJONI TERRITORJALI
3. IT-TIP TA' TERRITORJU |
01 Żoni Urbani kbar (b’densità għolja ta’ popolazzjoni > 50 000 popolazzjoni) |
02 Żoni Urbani żgħar (b’densità medja ta’ popolazzjoni > 5 000 popolazzjoni) |
03 Żoni rurali (b’popolazzjoni żgħira) |
04 Iż-żona ta’ kooperazzjoni makroreġjonali |
05 Il-kooperazzjoni fost iż-żoni ta’ programm nazzjonali jew reġjonali fil-kuntest nazzjonali |
06 Il-kooperazzjoni transnazzjonali FSE |
07 Mhux applikabbli |
TABELLA 4: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TERRITORJALI TAL-MEKKANIŻMI EŻEKUTTIVI
4. IL-MEKKANŻMI EŻEKUTTIVI TERRITORJALI |
01 Investiment Territorjali Integrat — Urban |
02 Approċċi integrati oħra lejn l-iżvilupp urban sostenibbli |
03 Investiment Territorjali Integrat — Ieħor |
04 Approċċi integrati oħra lejn l-iżvilupp rurali sostenibbli |
05 Approċċi integrati oħra lejn l-iżvilupp urban/rurali sostenibbli |
06 Inizjattivi għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità |
07 Mhux applikabbli |
TABELLA 5: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-OBJETTIV TEMATIKU
5. OBJETTIV TEMATIKU (FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni) |
01 It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni |
02 It-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom |
03 it-titjib tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju |
04 l-appoġġ għat-trasferiment lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-oqsma kollha |
05 Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji |
06 Il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi |
07 Il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin |
08 Il-promozzjoni ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u l-appoġġ għall-mobilità fil-forza tax-xogħol |
09 Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni |
10 L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja |
11 It-tisħiħ fil-kapaċitajiet istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti |
12 Mhux applikabbli (Assistenza teknika biss) |
13 Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija |
TABELLA 6: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAT-TEMA SEKONDARJA TAĦT L-FSE
6. IT-TEMA SEKONDARJA FSE |
Il-koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima |
01 L-appoġġ għall-bidla f'ekonomija b’karbonju baxx, ekonomija li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti |
100 % |
02 L-innovazzjoni soċjali |
0 % |
03 It-titjib tal-kompetittività tal-SMEs |
0 % |
04 It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni |
0 % |
05 It-tisħiħ tal-aċċessibilità għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom |
0 % |
06 In-nondiskriminazzjoni |
0 % |
07 L-ugwaljanza bejn is-sessi |
0 % |
08 Mhux applikabbli |
0 % |
TABELLA 7: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-ATTIVITÀ EKONOMIKA
7. L-ATTIVITÀ EKONOMIKA |
01 L-Agrikoltura u l-foresterija; |
02 Is-sajd u l-akkwakultura |
03 Il-manifattura ta’ prodotti tal-ikel u tax-xorb |
04 Il-manifattura tat-tessuti u tal-prodotti tat-tessuti |
05 Il-manifattura ta’ tagħmir għat-trasport |
06 Il-manifattura ta’ kompjuters, prodotti elettroniċi u ottiċi |
07 Industriji oħra ta' manifattura mhux speċifikati |
08 Il-kostruzzjoni |
09 It-tћaffir fil-minjieri u t-tħaffir fil-barrieri (inkluż għal materjali li jipproduċu l-enerġija) |
10 L-elettriku, il-gass, l-ilma sħun u l-arja kkundizzjonata |
11 Il-provvista tal-ilma, id-dranaġġ, l-immaniġġjar tal-iskart u attivitajiet ta’ rimedju |
12 It-trasport u l-ħżin |
13 Attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż it-telekomunikazzjoni, attivitajiet ta’ servizz tal-informatika, l-ipprogrammar tal-kompjuters, konsulenza u attivitajiet relatati |
14 Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut |
15 It-turiżmu, attivitajiet b'rabta ma' servizzi ta’ akkomodazzjoni u tal-ikel |
16 Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni |
17 Attivitajiet ta' negozju, kiri, u tal-proprjeta' immobbli |
18 L-amministrazzjoni pubblika |
19 Edukazzjoni |
20 Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem |
21 Attiviatjiet marbuta ma' xogħol soċjali, servizzi tal-komunità, servizzi soċjali u personali |
22 Attivitajiet marbuta mal-ambjent u mat-tibdil fil-klima |
23 Arti, divertiment, l-industriji kreattivi u rikreazzjoni |
24 Servizzi oħra mhux speċifikati |
TABELLA 8: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-POST
8. IL-POST (2) |
|
Il-Kodiċi |
Il-post |
|
Il-kodiċi tar-reġjun jew taż-żona fejn tinstab/qed titwettaq l-operazzjoni, kif stabbilit fin-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
(1)
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1). |
ANNESS II
Il-koeffiëjenti biex jiāu kkalkolati l-ammonti ta’ appoāā għall-objettivi tat-tibdil fil- klima fil-kaŜ tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-IŜvilupp Rurali skont l-Artikolu 2
L-Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (1) |
Qasam ta' ffukar/prijorità |
Koeffiċjent |
Artikolu 5(3)(b) |
L-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-azjendi agrikoli |
40 % |
Artikolu 5(4) |
Ir-restawr, l-ippreżervar u t-titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u mal-forestrija (l-oqsma ta' ffukar kollha) |
100 % |
Artikolu 5(5) |
Il-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u ekonomija reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija (l-oqsma ta' ffukar kollha) |
100 % |
Artikolu 5(6)(b) |
It-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali |
40 % |
(1)
Ir-Regolament (KE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAERŻ) (ĠU L 347, 20.12.2003, p. 487). |
ANNESS III
Il-koeffiċjenti biex jiġu kkalkolati l-ammonti ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil- klima fil-każ tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd skont l-Artikolu 3
L-Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 |
Titolu tal-Miżura |
Koeffiċjent |
KAPITOLU I |
||
Żvilupp sostenibbli tas-Sajd |
||
Artikolu 26 |
Innovazzjoni (+ l-Art. 44(3) Sajd intern) |
0 %* (1) |
Artikolu 27 |
Servizzi konsultattivi (+ l-Art. 44(3) Sajd intern) |
0 % |
Artikolu 28 |
Sħubiji bejn xjentisti u sajjieda (+ l-Art. 44(3) Sajd intern) |
0 %* |
Artikolu 29(1) + (2) |
Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ lil konjuġi u lis-sieħeb/sieħba għall-ħajja (+ l-Art. 44(1)(a) Sajd intern) |
0 %* |
Artikolu 29(3) |
Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord il-biċċiet tal-baħar SSCF/djalogu soċjali |
0 %* |
Artikolu 30 |
Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul (+ l-Art. 44(4) Sajd intern) |
0 %* |
Artikolu 31 |
Appoġġ fil-bidu għal sajjieda żgħażagħ (+ l-Art. 44(2) Sajd intern) |
0 % |
Artikolu 32 |
Saħħa u sikurezza (+ l-Art. 44(1)(b) Sajd intern) |
0 % |
Artikolu 33 |
Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd |
40 % |
Artikolu 34 |
Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd |
100 % |
Artikolu 35 |
Fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi avversi u inċidenti ambjentali |
40 % |
Artikolu 36 |
Appoġġ għal sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd |
40 % |
Artikolu 37 |
Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali |
0 % |
Artikolu 38 |
Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament ta' sajd għall-protezzjoni tal-ispeċi (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern) |
40 % |
Artikolu 39 |
Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern) |
40 % |
Artikolu 40(1)(a) |
Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità marittima — ġbir ta' rkaptu tas-sajd li jintilef u skart marittimu |
0 % |
Artikolu 40(1)(b)-(g) u (i) |
Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità marittima — kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni protetti tal-baħar, inklużi siti ta' NATURA 2000, għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi (+ l-Art. 44(6) Il-fawna u l-flora akkwatika interna) |
40 % |
Artikolu 40(1)(h) |
Protezzjoni u r-restawrazzjoni tal-bijodiversità marittima — skemi ta' kumpens għall-ħsara fil-qbid minn mammiferi u għasafar |
0 % |
Artikolu 41(1)(a), (b) u (c) |
Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima — dwar investimenti abbord; awditi u skemi għall-effiċjenza enerġetika; studji li jivvalutaw il-kontribut ta' sistemi ta' propulsjoni alternattiva u disinji tal-bastimenti (+ Art. 44(1)(d) Sajd intern) |
100 % |
Artikolu 41(2) |
Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni prinċipali jew anċillari |
100 % |
Artikolu 42 |
Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa (+ Art. 44(1)(e) Sajd Intern) |
0 % |
Artikolu 43(1) + (3) |
Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant jew is-siti ta' żbark u l-postijiet ta' kenn, il-bini ta' postijit ta' kenn sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda (+ Art. 44(1)(f) Sajd intern) |
40 % |
Artikolu 43(2) |
Il-portijiet tas-sajd, is-siti ta' żbark, is-swali tal-irkant u l-postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha |
0 % |
KAPITOLU II |
||
Żvilupp sostenibbli fl-Akkwakultura |
||
Artikolu 47 |
Innovazzjoni |
0 %* |
Artikolu 48(1)(a)-(d), (f), (g) u (h) |
Investimenti produttivi fl-akkwakultura |
0 %* |
Artikolu 48(1)(e), (i) u (j) |
Investimenti produttivi fl-akkwakultura — l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis fl-użu tal-ilma u l-kimiċi, sistemi ta' riċirkulazzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-użu tal-ilma |
0 %* |
Artikolu 48(1)(k) |
Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli |
40 % |
Artikolu 49 |
Servizzi ta' ġestjoni, ta' għajnuna u konsulenza għall-farms tal-akkwakultura |
0 %* |
Artikolu 50 |
Il-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking |
0 %* |
Artikolu 51 |
Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura |
40 % |
Artikolu 52 |
Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli |
0 % |
Artikolu 53 |
Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika |
0 %* |
Artikolu 54 |
Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali |
0 %* |
Artikolu 55 |
Miżuri tas-saħħa pubblika |
0 % |
Artikolu 56 |
Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali |
0 % |
Artikolu 57 |
Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura |
40 % |
KAPITOLU III |
||
Żvilupp sostenibbli taż-Żoni tas-Sajd |
||
Artikolu 62(1)(a) |
Appoġġ preparatorju |
0 % |
Artikolu 63 |
Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali (inklużi spejjeż operattivi u animazzjoni) |
40 % |
Artikolu 64 |
Attivitajiet ta' kooperazzjoni |
0 %* |
KAPITOLU IV |
||
Miżuri relatati mal-Kummerċjalizzazzjoni u l-Ipproċessar |
||
Artikolu 66 |
Pjanijiet dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni |
0 %* |
Artikolu 67 |
Għajnuna għall-ħażna |
0 % |
Artikolu 68 |
Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni |
0 %* |
Artikolu 69 |
L-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
0 %* |
KAPITOLU V |
||
Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
||
Artikolu 70 |
Reġim ta' kumpens |
0 % |
KAPITOLU VI |
||
Miżuri ta' akkumpanjament għall-Politika Komuni tas-Sajd b'ġestjoni konġunta |
||
Artikolu 76 |
Kontroll u infurzar |
0 % |
Artikolu 77 |
Ġbir ta' dejta |
0 %* |
KAPITOLU VII |
||
Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri |
||
Artikolu 78 |
Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri |
0 % |
KAPITOLU VIII |
||
Miżuri dwar politika marittima integrata ffinanzjata b'ġestjoni konġunta |
||
Artikolu 80(1)(a) |
Is-Sorveljanza Marittima Integrata |
0*% |
Artikolu 80(1)(b) |
Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali |
40 % |
Artikolu 80(1)(c) |
Jittejjeb l-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar |
40 % |
(1)
Jista' jiġi assenjat piż sa 40 % tal-miżuri mmarkati bl-* fit-Tabella, skont l-Artikolu 3(2). |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 181/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
( 3 ) Il-Fond Ewropew gћall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew.