02014R0065 — MT — 07.03.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2014

tal-1 ta’ Ottubru 2013

li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 029 31.1.2014, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/254 tat-30 ta' Novembru 2016

  L 38

1

15.2.2017


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 061, 5.3.2015, p.  26 (65/2014)




▼B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2014

tal-1 ta’ Ottubru 2013

li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta’ appikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar u d-dispożizzjoni tal-informazzjoni supplimentarja dwar il-prodott għall-fran tal-elettriku u tal-gass domestiċi (anki meta jkunu inkorporati fil-kukers) u għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, anki meta jintużaw għal skopijiet li mhumiex domestiċi.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a) fran li jużaw sorsi oħra tal-enerġija flok l-elettriku jew il-gass;

(b) fran li joffru l-funzjoni li “jsaħħan bil-microwave”;

(c) fran żgħar;

(d) fran portabbli;

(e) fran li jaħdmu bil-ħżin tas-sħana;

(f) fran li jissaħħnu bil-fwar bħala l-mezz ewlieni tat-tisħin tagħhom;

(g) fran maħsubin biex jaħdmu biss bil-gassijiet tat-“tielet familja” (il-propan u l-butan).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “forn” tfisser apparat jew parti minnu li jkollhom kavità waħda jew aktar u biex jaħdmu jeħtieġu l-elettriku u/jew il-gass u fihom jitħejja l-ikel fil-modalità Konvenzjonali jew fil-modalità Fann mixgħul;

(2) “kavità” tfisser kompartiment magħluq li t-temperatura ta’ ġo fih tista’ tiġi kkontrollata għall-preparazzjoni tal-ikel;

(3) “forn b’diversi kavitajiet” tfisser forn b’żewġ kavitajiet jew aktar u kull waħda minnhom tissaħħan għaliha;

(4) “forn żgħir” tfisser forn b’kull kavità tkun wiesgħa u fonda inqas minn 250 mm jew għolja inqas minn 120 mm;

(5) “forn portabbli” tfisser forn b’massa tal-prodott inqas minn 18 kg, sakemm ma jkunx iddisinjat għal installazzjonijiet inkorporati;

(6) “isaħħan bil-microwave” tfisser li jsaħħan l-ikel bl-enerġija elettromanjetika;

(7) “modalità Konvenzjonali” tfisser il-modalità ta’ forn li jkun qed jaħdem biss bil-konvezzjoni naturali biex jiċċirkola arja msaħħna fil-kavità tal-forn;

(8) “modalità Fann mixgħul” tfisser il-modalità ta’ forn meta l-fann inkorporat fih ikun qed jiċċirkola arja msaħħna fil-kavità tal-forn;

(9) “ċiklu” tfisser il-perjodu tat-tisħin ta’ tagħbija standard f’kavità tal-forn f’kundizzjonijiet definiti;

(10) “kuker” tfisser apparat li jkun fih forn u ħobb li jużaw il-gass jew l-elettriku;

(11) “modalità Mħaddem” tfisser il-qagħda ta’ forn meta jkun qed jintuża;

(12) “sors tas-sħana” tfisser forma ewlenija tal-enerġija biex jissaħħan il-forn;

(13) “estrattur tal-kukers” tfisser apparat li jaħdem b’mutur li huwa stess jikkontrolla, maħsub biex jiġbor l-arja kkontaminata minn fuq il-ħobb, jew li jkun fih sistema ta’ estrazzjoni tal-arja ‘l isfel maħsuba biex tiġi installata ħdejn estratturi tat-tisjir, ħobbs jew prodotti simili fit-tisjir li jiġbdu l-fwar f’pajp tal-eġżost intern.

(14) “modalità Funzjonament awtomatiku waqt il-perjodu tat-tisjir” tfisser qagħda li fiha l-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers waqt il-perjodu tat-tisjir jiġi kkontrollat awtomatikament bis-senser(s), anki fejn jidħlu l-umdità, it-temperatura, eċċ;

(15) “estrattur tal-kukers kompletament awtomatiku” tfisser estrattur tal-kukers li fih il-fluss tal-arja u/jew funzjonijiet oħra jiġi kkontrollat awtomatikament bis-senser(s) matul il-ġurnata kollha anki waqt il-perjodu tat-tisjir;

(16) “il-punt tal-effiċjenza massima” (BEP) tfisser il-punt tat-tħaddim tal-estrattur tal-kukers li jkollu effiċjenza fluwidodinamika massima (FDEestrattur);

(17) “effiċjenza tat-tidwil” (LEestrattur) tfisser il-proporzjon bejn il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku u l-enerġija tas-sistema tat-tidwil f’lux/W;

(18) “effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet” (GFEestrattur) tfisser l-ammont relattiv ta’ grass li jinqabad fil-filters tal-grass tal-estratturi tal-kukers;

(19) “modalità Mitfi” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni jew jipprovdi biss indikazzjoni ta’ qagħda ta’ modalità Mitfi, jew jipprovdi biss funzjonalitajiet maħsuba biex jiżguraw kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(20) “modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-apparat ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, jiddependi fuq l-input tal-enerġija mill-mejnijiet tal-elettriku biex ikun jista’ jaħdem kif suppost u jagħti l-funzjoni biss ta’ riattivazzjoni, jew il-funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni biss li l-funzjoni ta’ riattivazzjoni hija attivata, u/jew turija tal-informazzjoni jew tal-istatus li tista’ ddum żmien indefinit;

(21) “funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, inkluża l-modalità attiva, bi swiċċ mill-bogħod, inkluż il-kontroll mill-bogħod, senser intern, jew kronometru għal qagħda li tagħti funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija;

(22) “turija tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tagħti informazzjoni jew turi l-istatus tat-tagħmir fuq skrin, inklużi l-arloġġi;

(23) “utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri prodott jew li jkun mistenni jixtrih;

(24) “post tal-bejgħ” tfisser post fejn jintwera l-apparat u/jew fejn jitqiegħed għall-bejgħ jew għall-kiri;

(25) “mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jitqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi bħal mudell ieħor li l-istess manifattur jew importatur iqiegħed fis-suq b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

Artikolu 3

Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

1. Fir-rigward tat-tikketti, l-iskedi tat-tagħrif u d-dokumentazzjoni teknika

(a) Għall-fran domestiċi:

(i) kull forn domestiku jkollu tikketta/i stampata bl-informazzjoni fil-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III għal kull kavità tal-forn;

(ii) kif jistabbilixxi l-punt A tal-Anness IV, tkun disponibbli skeda tat-tagħrif tal-prodott għall-fran domestiċi li jitqiegħdu fis-suq;

(iii) kif jistipula l-punt A tal-Anness V, id-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jitolbuha;

(iv) kull riklam ta’ mudell speċifiku ta’ forn domestiku jkun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz;

(v) xi materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku ta’ forn domestiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, inkluża l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell;

(vi) tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull kavità ta’ kull mudell tal-forn domestiku;

(vii) skeda tat-tagħrif elettronika dwar il-prodott stabbilita fil-punt A tal-Anness IV tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell tal-forn domestiku;

(b) Għall-estratturi tal-kukers domestiċi:

(i) kull estrattur tal-kukers domestiku jkollu tikketta/i stampata bl-informazzjoni fil-format stabbilit fil-punt 2 tal-Anness III;

(ii) kif jistabbilixxi l-punt B tal-Anness IV, tkun disponibbli skeda tat-tagħrif tal-prodott għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq;

(iii) kif jistipula l-punt B tal-Anness V, id-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jitolbuha;

(iv) kull riklam ta’ mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku jkun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz;

(v) xi materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, inkluża l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell;

(vi) tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell tal-estrattur tal-kukers domestiku;

(vii) skeda tat-tagħrif elettronika dwar il-prodott stabbilita fil-punt B tal-Anness IV tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell tal-estrattur tal-kukers domestiku.

2. Fir-rigward tal-klassijiet tal-effiċjenza:

(a) Għall-fran domestiċi, għandha tinstab il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-kavità tal-forn skont il-punt 1 tal-Anness I, u l-punt 1 tal-Anness II.

(b) Għall-estratturi tal-kukers domestiċi,

(i) għandhom jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika skont il-punt 2(a) tal-Anness I u l-punt 2.1. tal-Anness II;

(ii) għandhom jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza fluwidodinamika skont il-punt 2(b) tal-Anness I u l-punt 2.2. tal-Anness II;

(iii) għandhom jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza tat-tidwil skont il-punt 2(c) tal-Anness I u l-punt 2.3. tal-Anness II;

(iv) għandhom jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet skont il-punt 2(d) tal-Anness I u l-punt 2.4. tal-Anness II.

3. Fir-rigward tal-formati tat-tikketti:

(a) Għall-fran domestiċi, il-format tat-tikketta għall-kavità tal-forn għandu jkun kif stipulat fil-punt 1 tal-Anness III, għall-apparat li se jitqiegħed fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2015.

(b) Għall-estratturi tal-kukers domestiċi, il-format tat-tikketta għandu jkun kif stipulat fil-punt 2 tal-Anness III, skont din l-iskeda taż-żmien:

(i) għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2015 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A, B, C, D, E, F, u G, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2.1.1 tal-Anness III (it-Tikketta 1) jew, meta l-fornituri jidhrilhom li jixraq, skont il-punt 2.1.2 ta’ dak l-Anness (it-Tikketta 2);

(ii) għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2016 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+, A, B, C, D, E, u F, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2.1.2 tal-Anness III (it-Tikketta 2) jew, meta l-fornituri jidhrilhom li jixraq, skont il-punt 2.1.3 ta’ dak l-Anness (it-Tikketta 3);

(iii) għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2018 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A++, A+, A, B, C, D, u E, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2.1.3 tal-Anness III (it-Tikketta 3) jew, meta l-fornituri jidhrilhom li jixraq, skont il-punt 2.1.4 ta’ dak l-Anness (it-Tikketta 4);

(iv) għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jitqiegħdu fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2020 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++, A++, A+, A, B, C, u D, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2.1.4 tal-Anness III (it-Tikketta 4).

Artikolu 4

Ir-responsabbiltajiet tan-negozjanti

In-negozjanti għandhom jiżguraw li:

1. Għall-fran domestiċi:

(a) kull forn ippreżentat fil-post tal-bejgħ ikollu t-tikketta għal kull kavità mogħtija mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) li tidher fuq quddiem jew fuq il-wiċċ tal-apparat, jew esposta sew fuq l-apparat ħalli tkun tidher ċara u tingħaraf bħala t-tikketta tal-mudell mingħajr il-bżonn li wieħed joqgħod jaqra l-isem tad-ditta jew in-numru tal-mudell fuq it-tikketta;

(b) meta l-utent aħħari ma jkunx mistenni jara l-prodott muri, kif jispeċifika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/30/UE, il-fran għall-bejgħ jew għall-kiri jiġu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-parti A tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, ħlief meta l-offerta ssir bl-Internet u minflok ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c) kull riklam ta’ kull għamla jew mezz ta’ bejgħ mill-bogħod u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mudell speċifiku ta’ forn ikollhom referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz;

(d) kull materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi ta’ forn ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell.

2. Għall-estratturi tal-kukers domestiċi:

(a) kull forn ippreżentat fil-post tal-bejgħ ikollu t-tikketta għal kull kavità mogħtija mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) li tidher fuq quddiem jew fuq il-wiċċ tal-apparat, jew esposta sew fuq l-apparat ħalli tkun tidher ċara u tingħaraf bħala t-tikketta tal-mudell mingħajr il-bżonn li wieħed joqgħod jaqra l-isem tad-ditta jew in-numru tal-mudell fuq it-tikketta;

(b) meta l-utent aħħari ma jkunx mistenni jara l-prodott muri, kif jispeċifika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/30/UE, l-estratturi tal-kukers domestiċi għall-bejgħ jew għall-kiri jiġu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-parti B tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; ħlief meta l-offerta ssir bl-Internet u minflok ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c) kull riklam ta’ kull għamla jew mezz ta’ bejgħ mill-bogħod u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku jkollhom referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz;

(d) kull materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi ta’ estrattur tal-kukers domestiku jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell.

Artikolu 5

Miżuri tal-kejl u l-kalkolu

L-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb bi proċeduri tal-kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-aqwa metodi tal-kejl u l-kalkolu rikonoxxuti.

Artikolu 6

Il-proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Meta jsiru l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness VIII.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 8

Revoka

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE għandha titħassar mill-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Ilfran domestiċi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li jitqiegħdu fis-suq jew li jkunu għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-1 ta’ Jannar 2015 għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/40/KE.

2.  Mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ April 2015, in-negozjanti jistgħu japplikaw l-Artikolu 4(1)(b) għal fran speċifiċi li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni.

3.  Mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ April 2015, in-negozjanti jistgħu japplikaw l-Artikolu 4(2)(b) għal estratturi tal-kukers speċifiċi li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni.

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Madanakollu, l-Artikolu 3(1)(a)(iv) u (v), l-Artikolu 3(1)(b)(iv) u (v), l-Artikolu 4(1)(b), (c) u (d), u l-Artikolu 4(2)(b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Klassijiet tal-effiċjenza

1.   IL-FRAN DOMESTIĊI

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-fran domestiċi għandhom jiġu stabbiliti b’mod separat għal kull kavità skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness. L-effiċjenza enerġetika tal-fran għandha tiġi stabbilita skont il-punt 1. tal-Anness II.



It-Tabella 1

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-fran domestiċi

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità)

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEIkavità < 45

A++

45 ≤ EEIkavità < 62

A+

62 ≤ EEIkavità < 82

A

82 ≤ EEIkavità < 107

B

107 ≤ EEIkavità < 132

C

132 ≤ EEIkavità < 159

D (l-inqas effiċjenti)

EEIkavità ≥ 159

2.   L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

(a) Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandhom jiġu stabbiliti skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness. L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 2.1 tal-Anness II.



It-Tabella 2

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-estratturi tal-kukers domestiċi

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur)

Tikketta 1

Tikketta 2

Tikketta 3

Tikketta 4

A+++ (l-iktar effiċjenti)

 

 

 

EEIestrattur < 30

A++

 

 

EEIestrattur < 37

30≤ EEIestrattur < 37

A+

 

EEIestrattur < 45

37≤ EEIestrattur < 45

37≤ EEIestrattur < 45

A

EEIestrattur < 55

45≤ EEIestrattur < 55

45≤ EEIestrattur < 55

45≤ EEIestrattur < 55

B

55≤ EEIestrattur < 70

55≤ EEIestrattur < 70

55≤ EEIestrattur < 70

55≤ EEIestrattur < 70

C

70≤ EEIestrattur < 85

70≤ EEIestrattur < 85

70≤ EEIestrattur < 85

70≤ EEIestrattur < 85

D

85≤ EEIestrattur < 100

85≤ EEIestrattur < 100

85≤ EEIestrattur < 100

EEIestrattur ≥ 85

E

100≤EEIestrattur< 110

100≤ EEIestrattur < 110

EEIestrattur ≥ 100

 

F

110≤EEIestrattur< 120

EEIestrattur ≥ 110

 

 

G (l-inqas effiċjenti)

EEIestrattur ≥ 120

 

 

 

(b) Il-klassijiet tal-effiċjenza fluwidodinamika ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza fluwidodinamika tiegħu (FDEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 3 li ġejja. L-effiċjenza fluwidodinamika tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.2 tal-Anness II.



It-Tabella 3

Il-klassijiet tal-effiċjenza fluwidodinamika tal-estratturi tal-kukers domestiċi

Klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika

Effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)

A (l-iktar effiċjenti)

FDEestrattur > 28

B

23 < FDEestrattur ≤ 28

C

18 < FDEestrattur ≤ 23

D

13 < FDEestrattur ≤ 18

E

8 < FDEestrattur ≤ 13

F

4 < FDEestrattur ≤ 8

G (l-inqas effiċjenti)

FDEestrattur ≤ 4

(c) Il-klassijiet tal-effiċjenza tat-tidwil ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza tat-tidwil tiegħu (LEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 4 li ġejja. L-effiċjenza tat-tidwil tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.3 tal-Anness II.



It-Tabella 4

Il-klassijiet tal-effiċjenza tat-tidwil tal-estratturi tal-kukers domestiċi

Klassi tal-effiċjenza tat-tidwil

Effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur)

A (l-iktar effiċjenti)

LEestrattur > 28

B

20 < LEestrattur ≤ 28

C

16 < LEestrattur ≤ 20

D

12 < LEestrattur ≤ 16

E

8 < LEestrattur ≤ 12

F

4 < LEestrattur ≤ 8

G (l-inqas effiċjenti)

LEestrattur ≤ 4

(d) Il-klassijiet tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet tiegħu (GFEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 5 li ġejja. L-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.4 tal-Anness II.



It-Tabella 5

Il-klassijiet tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur) tal-estratturi tal-kukers domestiċi

Klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet

Effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (f’perċentwali)

A (l-iktar effiċjenti)

GFEestrattur > 95

B

85 < GFEestrattur ≤ 95

C

75 < GFEestrattur ≤ 85

D

65 < GFEestrattur ≤ 75

E

55 < GFEestrattur ≤ 65

F

45 < GFEestrattur ≤ 55

G (l-inqas effiċjenti)

GFEestrattur ≤ 45




ANNESS II

Il-kejl u l-kalkoli

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintuża metodu li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, fosthom l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati f’dan l-Anness.

1.   IL-FRAN DOMESTIĊI

Il-konsum tal-enerġija ta’ kavità ta’ forn domestiku għandu jitkejjel għal ċiklu wieħed standardizzat, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Fann mixgħul, jekk din tkun disponibbli, billi tissaħħan tagħbija standardizzata mxarrba fl-ilma. Għandu jiġi vverifikat li t-temperatura ta’ ġol-kavità tal-forn tilħaq it-temperatura magħżula tat-termostat u/jew tal-iskrin tal-kontroll tal-forn waqt li jkun qed isir it-test. Fil-kalkoli li ġejjin għandu jintuża l-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu li jikkorrispondi għall-modalità bl-aħjar prestazzjoni (il-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul).

Għal kull kavità ta’ forn domestiku, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għandu jiġi kkalkulat skont il-formoli li ġejjin:

għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku:

image

image

(f’kWh);

għall-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass:

image

image

(f’MJ)

fejn:

EEIkavità = l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità ta’ forn domestiku, f’perċentwali, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

SECkavità tal-elettriku = il-konsum standard tal-enerġija (tal-elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

SECkavità tal-gass = il-konsum standard tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

V = il-volum tal-kavità tal-forn domestiku f’litri (L), imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

ECkavità tal-elettriku = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

ECkavità tal-gass = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali.

2.   L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

2.1.    Kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur)

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur ) huwa kkalkulat kif ġej:

image

u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

fejn:

  SAECestrattur huwa l-konsum annwali standard tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

  AECestrattur huwa l-konsum annwali tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

Il-konsum annwali standard tal-enerġija (SAECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

  WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

  WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

Il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku huwa kkalkulat kif ġej:

(i) għall-estratturi tal-kukers domestiċi li huma kompletament awtomatiċi:

▼C1

image

(ii) għall-estratturi tal-kukers domestiċi l-oħrajn kollha:

image

fejn:

  tL huwa l-ħin medju tat-tidwil ta’ kuljum, mogħti f’minuti (tL = 120);

  tH huwa l-ħin medju tal-użu ta’ kuljum tal-estratturi tal-kukers domestiċi, mogħti f’minuti (tH = 60);

  Po huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-modalità Mitfi, mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

  Ps huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-modalità Stennija, mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

  f huwa l-fattur ta’ żieda fil-ħin, ikkalkulat kif ġej u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali:

 
image

2.2.    Kalkolu tal-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)

L-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur ) fil-punt tal-effiċjenza massima hija kkalkulata permezz tal-formola li ġejja u hija mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali:

image

fejn:

  QBEP hija r-rata tal-fluss tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

  PBEP hija d-differenza fil-pressjoni statika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’Pa u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

  WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

2.3.    Kalkolu tal-effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur)

L-effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur) ta’ estrattur tal-kukers domestiku tirreferi għall-proporzjon tal-luminazzjoni medja meta mqabbla mal-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil. Din għandha tiġi kkalkulata f’lux għal kull Watt kif ġej u għandha titqarreb għall-eqreb numru sħiħ:

image

fejn:

  Emedja hija l-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir, imkejla f’kundizzjonijiet standard, mogħtija f’lux u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

  WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

2.4.    Kalkolu tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur)

L-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur) ta’ estrattur tal-kukers domestiku tirreferi għall-ammont relattiv ta’ grass maqbud mill-filtri tal-grass tal-estrattur tal-kukers. Din għandha tiġi kkalkulata kif ġej u għandha titqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali:

image

fejn:

wg = il-massa taż-żejt fil-filtru tal-grass, inklużi l-partijiet kollha li jservu ta’ għata li jistgħu jinqalgħu, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

wr = il-massa taż-żejt maqbuda fil-pajpijiet tal-arja tal-estrattur tal-kukers, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

wt = il-massa taż-żejt maqbuda fil-filtru assolut, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali.

2.5.    L-istorbju

Il-livell ta’ storbju (f’dB) jitkejjel bħala l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (valur medju ppeżat - LWA), ta’ estrattur tal-kukers domestiku meta jkun qed jitħaddem bl-ogħla konfigurazzjoni tiegħu għall-użu normali, imqarrbin għall-eqreb numru sħiħ.




ANNESS III

It-tikketta

1.   IT-TIKKETTA GĦALL-FRAN DOMESTIĊI

1.1.    Il-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku

1.1.1.    Il-preżentazzjoni tat-tikketta – għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bl-elettriku

image

1.1.2.    Tagħrif fuq it-tikketta – għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I. isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II. l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur;

III. is-sors tal-enerġija tal-forn domestiku;

IV. il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-kavità stabbilita skont l-Anness I. It-tarf tal-vleġġa li fiha tidher l-ittra ta’ indikazzjoni għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V. il-volum tal-kavità li jista’ jintuża, f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

VI. il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu, mogħti f’kWh għal kull ċiklu (il-konsum tal-elettriku), għall-funzjoni(jiet) tat-tisħin tal-kavità (konvenzjonali u jekk disponibbli, bil-konvezzjoni tal-arja sfurzata) abbażi ta’ tagħbija standard stabbilita skont il-proċeduri tat-testijiet, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali (ECkavità tal-elettriku ).

1.1.3.    Id-disinn tat-tikketta – għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku

Id-disinn tat-tikketta għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bl-elettriku għandu jkun bħal dak tal-istampa li ġejja:

image

fejn:

(i) It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 85 millimetru u għolja mill-inqas 170 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(ii) L-isfond għandu jkun abjad.

(iii) Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(iv) It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t’hawn fuq):

image   Il-linja tal-bordura: 4 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri.

image   Il-lowgo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

image   Il-lowgo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00; pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 70 millimetru, għoli: 14-il millimetru.

image   Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – tul: 70 millimetru.

image   L-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

  Il-vleġeġ: għoli: 5,5 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: millimetru (1) – kuluri:

 

l-aqwa klassi: X-00-X-00

it-tieni klassi: 70-00-X-00

it-tielet klassi: 30-00-X-00

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00

il-ħames klassi: 00-30-X-00

is-sitt klassi: 00-70-X-00

l-aħħar klassi: 00-X-X-00

  Il-kliem: Calibri tipa grassa 18-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 12-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

image   Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

  Il-vleġġa: wisa’: 20 millimetru, għoli: 10 millimetri, 100 % iswed;

  Il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 18-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

image   Il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu

  Il-bordura: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa grassa 19-il pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

image   Il-volum

  Il-bordura: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa grassa 20 pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

image   L-asterisk: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed.

image   In-numru tar-Regolament: Calibri tipa grassa 10 pt, 100 % iswed.

image   Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu

image   L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

image  Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 70 bi 13-il millimetru.

1.2.    Il-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass

1.2.1.    Il-preżentazzjoni tat-tikketta – għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass

image

1.2.2.    Tagħrif fuq it-tikketta

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I. isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II. l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur;

III. is-sors tal-enerġija tal-forn domestiku;

IV. il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-kavità stabbilita skont l-Anness I. It-tarf tal-vleġġa li fiha tidher l-ittra ta’ indikazzjoni għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V. il-volum tal-kavità li jista’ jintuża, f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

VI. il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu, mogħti f’MJ għal kull ċiklu u f’kWh għal kull ċiklu ( 2 ) (il-konsum tal-gass), għall-funzjoni(jiet) tat-tisħin tal-kavità (konvenzjonali u jekk disponibbli, bil-konvezzjoni tal-arja sfurzata) abbażi ta’ tagħbija standard stabbilita skont il-proċeduri tat-testijiet, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali (ECkavità tal-gass ).

1.2.3.    Id-disinn tat-tikketta – għall-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass

Id-disinn tat-tikketta għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass għandu jkun bħal dak tal-istampa li ġejja:

image

fejn:

(i) It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 85 millimetru u għolja mill-inqas 170 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(ii) L-isfond għandu jkun abjad.

(iii) Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(iv) It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t’hawn fuq):

image   Il-linja tal-bordura: 4 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri.

image   Il-lowgo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

image   Il-lowgo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00; pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 70 millimetru, għoli: 14-il millimetru.

image   Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – tul: 70 millimetru.

image   L-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

  Il-vleġeġ: għoli: 5,5 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: millimetru (1) – kuluri:

 

l-aqwa klassi: X-00-X-00

it-tieni klassi: 70-00-X-00

it-tielet klassi: 30-00-X-00

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00

il-ħames klassi: 00-30-X-00

is-sitt klassi: 00-70-X-00

l-aħħar klassi: 00-X-X-00

  Il-kliem: Calibri tipa grassa 18-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 12-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

image   Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

  Il-vleġġa: wisa’: 20 millimetru, għoli: 10 millimetri, 100 % iswed;

  Il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 18-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

image   Il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu

  Il-bordura: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa grassa 19-il pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

image   Il-volum

  Il-bordura: 1,5 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa grassa 20 pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

image   L-asterisk: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed.

image   In-numru tar-Regolament: Calibri tipa grassa 10 pt, 100 % iswed.

image   Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu

image   L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

image  Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 70 bi 13-il millimetru.

2.   IT-TIKKETTA GĦALL-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

2.1.    Il-formati tat-tikketta

2.1.1.    L-estratturi tal-kukers domestiċi li jaqgħu fil-klassijiet A sa G tal-effiċjenza enerġetika (it-Tikketta 1)

image

2.1.2.    L-estratturi tal-kukers domestiċi li jaqgħu fil-klassijiet A+ sa F tal-effiċjenza enerġetika (it-Tikketta 2)

image

2.1.3.    L-estratturi tal-kukers domestiċi li jaqgħu fil-klassijiet A++ sa E tal-effiċjenza enerġetika (it-Tikketta 3)

image

2.1.4.    L-estratturi tal-kukers domestiċi li jaqgħu fil-klassijiet A+++ sa D tal-effiċjenza enerġetika (it-Tikketta 4)

image

2.2.    Tagħrif fuq it-tikketta – għall-estratturi tal-kukers domestiċi

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I. isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II. l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur;

III. il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-estrattur tal-kukers domestiku, stabbilita skont l-Anness I. It-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-estrattur tal-kukers domestiku għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

IV. il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur), ikkalkulat skont l-Anness II, mogħti f’kWh u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

V. il-klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika, stabbilita skont l-Anness I;

VI. il-klassi tal-effiċjenza tat-tidwil, stabbilita skont l-Anness I;

VII. il-klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet, stabbilita skont l-Anness I;

VIII. il-livell ta’ storbju, stabbilit skont il-punt 2.5. tal-Anness II u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

2.3.    Id-disinn tat-tikketta – għall-estratturi tal-kukers domestiċi

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun bħal dak tal-istampa li ġejja:

image

fejn:

(i) It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 60 millimetru u għolja mill-inqas 120 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(ii) L-isfond għandu jkun abjad.

(iii) Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(iv) It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t’hawn fuq):

image   Il-linja tal-bordura: 3 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2 millimetri.

image   Il-lowgo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

image   Il-lowgo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 51 millimetru, għoli: 10 millimetri.

image   Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 51 millimetru.

image   L-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

  Il-vleġeġ: għoli: 4 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,75 millimetru – kuluri:

 

l-aqwa klassi: X-00-X-00

it-tieni klassi: 70-00-X-00

it-tielet klassi: 30-00-X-00

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00

il-ħames klassi: 00-30-X-00

is-sitt klassi: 00-70-X-00

l-aħħar klassi: 00-X-X-00

  Il-kliem: Calibri tipa grassa 10 pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 7 pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

image   Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

  Il-vleġġa: wisa’: 15-il millimetru, għoli: 8 millimetri, 100 % iswed;

  Il-kliem: Calibri tipa grassa 17-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad; is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 12-il pt, bl-abjad u allinjat f’ringiela waħda.

image   Il-konsum annwali tal-enerġija

  Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa grassa 21 pt, 100 % iswed u Calibri tipa normali 8 pt, 100 % iswed.

image   L-effiċjenza fluwidodinamika

 Il-pittogramma kif murija;

  Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed u Calibri tipa grassa 11,5 pt, 100 % iswed.

image   L-effiċjenza tat-tidwil

  Il-pittogramma kif murija;

  Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed u Calibri tipa grassa 11,5 pt, 100 % iswed.

image   L-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet

  Il-pittogramma kif murija;

  Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed u Calibri tipa grassa 14-il pt, 100 % iswed.

image   Il-livell ta’ storbju

  Il-pittogramma kif murija;

  Il-bordura: 1 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 2,5 millimetri;

  Il-valur: Calibri tipa normali 6 pt, 100 % iswed u Calibri tipa grassa 11,5 pt, 100 % iswed.

image   In-numru tar-Regolament: Calibri tipa grassa 8 pt, 100 % iswed.

image   Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu

image   L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

image  Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 51 b’9 millimetri.




ANNESS IV

L-iskeda tat-tagħrif

A.   L-ISKEDA TAT-TAGĦRIF GĦALL-FRAN DOMESTIĊI

1. It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-fran domestiċi msemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(ii) għandu jingħata kif iddefinit hawn taħt u fl-ordni mogħtija hawn taħt, u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f’materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:

(a) isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b) l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, li tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur li għandhom valuri ddikjarati differenti għal xi wieħed mill-parametri inklużi fit-tikketta għall-forn domestiku (il-punt 1 tal-Anness III);

(c) l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għal kull kavità tal-mudell, ikkalkulat skont il-punt 1 tal-Anness II u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali; l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ddikjarat m’għandux jaqbeż l-indiċi rrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(d) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell għal kull kavità, kif iddefinita fit-Tabella 1 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(e) il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu għal kull kavità, jekk dan ikun disponibbli, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Konvezzjoni bil-fann mixgħul; il-konsum tal-enerġija mkejjel għandu jingħata f’kWh (għall-fran li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass) u f’MJ (għall-fran li jaħdmu bil-gass), u għandu jitqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(f) l-għadd ta’ kavitajiet, is-sors (jew is-sorsi) tas-sħana għal kull kavità u l-volum ta’ kull kavità.

2. Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti tal-iskema tal-ekotikketta tal-UE, meta mudell ikun ingħata ekotikketta tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, tista’ tiżdied kopja ta’ dik l-ekotikketta ( 3 ).

3. Skeda waħda tat-tagħrif tista’ tkopri għadd ta’ mudelli tal-fran domestiċi fornuti mill-istess fornitur.

4. It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif jista’ jingħata bħala kopja tat-tikketta ta’ kull kavità, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandu jingħata wkoll it-tagħrif imniżżel fil-punt 1 li ma jkunx diġà muri fuq it-tikketta.

B.   L-ISKEDA TAT-TAGĦRIF GĦALL-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

1. It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-estratturi tal-kukers domestiċi msemmija fl-Artikolu 3(1)(b)(ii) għandu jingħata kif iddefinit hawn taħt u fl-ordni mogħtija hawn taħt, u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f’materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:

(a) isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b) l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, li tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur li għandhom valuri ddikjarati differenti għal xi wieħed mill-parametri inklużi fit-tikketta għall-estrattur tal-kukers domestiku (il-punt 2 tal-Anness III);

(c) il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(d) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, kif iddefinita fit-Tabella 2 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(e) l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun ogħla mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(f) il-klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika, kif iddefinita fit-Tabella 3 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun aħjar mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(g) l-effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħtija f’lux għal kull Watt u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun ogħla mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(h) il-klassi tal-effiċjenza tat-tidwil, kif iddefinita fit-Tabella 4 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun aħjar mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(i) l-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet, ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħtija f’perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun ogħla mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(j) il-klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet, kif iddefinita fit-Tabella 5 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun aħjar mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(k) il-fluss tal-arja (mogħti f’metri kubi fis-siegħa u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ), fil-veloċità minima u massima tal-apparat waqt użu normali, mingħajr l-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali; il-valuri ddikjarati m’għandhomx ikunu ogħla mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(l) jekk ikun disponibbli, il-fluss tal-arja (mogħti f’metri kubi fis-siegħa u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ), meta l-apparat ikun qed jitħaddem bl-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun ogħla mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(m) l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ), fil-veloċità minima u massima tal-apparat disponibbli waqt użu normali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(n) jekk ikunu disponibbli, l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ), meta l-apparat ikun qed jitħaddem bl-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(o) jekk ikun applikabbli, il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi (Po), mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali; il-valuri ddikjarati m’għandhomx ikunu inqas mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(p) jekk ikun applikabbli, il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija (Ps), mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali; il-valuri ddikjarati m’għandhomx ikunu inqas mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V.

2. Skeda waħda tat-tagħrif tista’ tkopri għadd ta’ mudelli tal-estratturi tal-kukers domestiċi fornuti mill-istess fornitur.

3. It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif jista’ jingħata bħala kopja tat-tikketta, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandu jingħata wkoll it-tagħrif imniżżel fil-punt 1 li ma jkunx diġà muri fuq it-tikketta.




ANNESS V

Id-dokumentazzjoni teknika

A.   ID-DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA GĦALL-FRAN DOMESTIĊI

1. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(iii) għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a) isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b) deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-apparat li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat faċilment u mingħajr ambigwità, inkluż l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur li għandhom valuri ddikjarati differenti għal xi wieħed mill-parametri inklużi fit-tikketta għall-forn domestiku (il-punt 1 tal-Anness III);

(c) il-parametri tekniċi għall-kejl, kif ġej:

(i) l-għadd ta’ kavitajiet, il-volum ta’ kull kavità, is-sors (jew is-sorsi) tas-sħana għal kull kavità, u l-funzjoni (jew il-funzjonijiet) tat-tisħin għal kull kavità (konvenzjonali u/jew bil-konvezzjoni tal-arja sfurzata);

(ii) il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu għal kull kavità, jekk dan ikun disponibbli, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Konvezzjoni bil-fann mixgħul; il-konsum tal-enerġija mkejjel għandu jingħata f’kWh (għall-fran li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass) u f’MJ (għall-fran li jaħdmu bil-gass), u għandu jitqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(iii) l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għal kull kavità tal-forn domestiku, ikkalkulat skont il-punt 1 tal-Anness II u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(iv) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità tal-forn domestiku, kif iddefinita fit-Tabella 1 tal-Anness I;

(d) kopja tal-kalkolu u r-riżultati tal-kalkoli magħmulin skont l-Anness II;

(e) fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati użati;

(f) fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(g) l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur.

2. Il-fornituri jistgħu jinkludu tagħrif addizzjonali fi tmiem il-lista mogħtija hawn fuq.

B.   ID-DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA GĦALL-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

1. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(b)(iii) għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a) isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b) deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-apparat li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat faċilment u mingħajr ambigwità, inkluż l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ estrattur tal-kukers domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur li għandhom valuri ddikjarati differenti għal xi wieħed mill-parametri inklużi fit-tikketta għall-estrattur tal-kukers domestiku (il-punt 2 tal-Anness III);

(c) il-parametri tekniċi għall-kejl, kif ġej:

(1) l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(2) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, kif iddefinita fit-Tabella 2 tal-Anness I;

(3) il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(4) il-fattur ta’ żieda fil-ħin (f), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(5) l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(6) il-klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika, kif iddefinita fit-Tabella 3 tal-Anness I;

(7) ir-rata tal-fluss tal-estrattur tal-kukers domestiku mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima (QBEP), mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(8) id-differenza fil-pressjoni statika tal-estrattur tal-kukers domestiku mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima (PBEP), mogħtija f’Pa u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(9) il-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku mkejjel fil-punt tal-effiċjenza massima (WBEP), mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(10) il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (Emedja), mogħtija f’lux u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(11) il-konsum nominali tal-enerġija tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (WL), mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(12) l-effiċjenza tat-tidwil imkejla (LEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mogħtija f’lux għal kull Watt u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(13) il-klassi tal-effiċjenza tat-tidwil, kif iddefinita fit-Tabella 4 tal-Anness I;

(14) l-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet imkejla (GFEestrattur), ikkalkulata skont il-punt 2 tal-Anness II u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(15) il-klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet, kif iddefinita fit-Tabella 5 tal-Anness I;

(16) jekk ikun applikabbli, il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi (Po), mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(17) jekk ikun applikabbli, il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija (Ps), mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(18) l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A, fil-veloċità minima u massima tal-apparat disponibbli waqt użu normali, mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ;

(19) l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A, meta l-apparat ikun qed jitħaddem bl-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali, mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ, jekk ikun hemm it-tali emissjonijiet;

(20) il-valuri tal-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-veloċità minima u massima tal-apparat disponibbli waqt użu normali, mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrbin għal ċifra wara l-punt deċimali;

(21) il-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers domestiku meta dan ikun qed jitħaddem bl-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali, mogħti f’metri kubi fis-siegħa u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali, jekk ikun hemm it-tali fluss;

(d) kopja tal-kalkoli u r-riżultati tal-kalkoli magħmulin skont l-Anness II;

(e) fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati użati;

(f) fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(g) l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur.

2. Il-fornituri jistgħu jinkludu tagħrif addizzjonali.




ANNESS VI

It-tagħrif li għandu jingħata f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief fuq l-Internet

A.   IL-FRAN DOMESTIĊI

1. It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a) isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b) l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-identifikatur tal-mudell tal-forn domestiku speċifiku li għalih japplikaw iċ-ċifri mogħtija hawn taħt;

(c) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell għal kull kavità, kif iddefinita fit-Tabella 1 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(d) il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu għal kull kavità, jekk dan ikun disponibbli, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Konvezzjoni bil-fann mixgħul; il-konsum tal-enerġija mkejjel għandu jingħata f’kWh (għall-fran li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass) u f’MJ (għall-fran li jaħdmu bil-gass), u għandu jitqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(e) l-għadd ta’ kavitajiet, is-sors (jew is-sorsi) tas-sħana għal kull kavità u l-volum ta’ kull kavità.

2. Meta jingħata wkoll tagħrif ieħor li jkun jinsab fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott, dan għandu jkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness IV.

3. It-tagħrif kollu msemmi f’dan l-Anness għandu jkun stampat jew muri b’daqs u tipa li jkunu leġġibbli.

B.   L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

1. It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a) isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b) l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-identifikatur tal-mudell tal-estrattur tal-kukers speċifiku li għalih japplikaw iċ-ċifri mogħtija hawn taħt;

(c) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, kif iddefinita fit-Tabella 2 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(d) il-konsum annwali tal-enerġija tal-mudell f’kWh, kif iddefinit fil-punt 2.1. tal-Anness II; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(e) il-klassi tal-effiċjenza fluwidodinamika tal-mudell, kif iddefinita fit-Tabella 3 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(f) il-klassi tal-effiċjenza tat-tidwil tal-mudell, kif iddefinita fit-Tabella 4 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(g) il-klassi tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet tal-mudell, kif iddefinita fit-Tabella 5 tal-Anness I; il-klassi ddikjarata m’għandhiex tkun iktar favorevoli mill-klassi rrappurtata fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V;

(h) l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (valur medju ppeżat - LWA), ta’ estrattur tal-kukers domestiku fil-veloċità minima u massima tal-apparat disponibbli waqt użu normali, mogħtija f’dB u mqarrbin għall-eqreb numru sħiħ; il-valur iddikjarat m’għandux ikun inqas mill-valur irrappurtat fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness V.

2. Meta jingħata wkoll tagħrif ieħor li jkun jinsab fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott, dan għandu jkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness IV.

3. It-tagħrif kollu msemmi f’dan l-Anness għandu jkun stampat jew muri b’daqs u tipa li jkunu leġġibbli.




ANNESS VII

It-tagħrif li għandu jingħata fil-każ tal-bejgħ, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs fuq l-Internet

1. Għall-għanijiet tal-punti 2 sa 5 ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin li jintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet, inklużi l-iskrins tattili jew teknoloġija viżiva oħra;

(b) “wiri ta’ ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċja viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c) “skrin tattilu” tfisser skrin li jaħdem billi jintmiss bħal dak tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate u tal-ismartfowns;

(d) “test alternattiv” tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li t-tagħrif jintwera b’mod mhux grafiku f’każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista’ juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għat-tagħrif, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

2. It-tikketta x-xierqa li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(a)(vi) jew l-Artikolu 3(1)(b)(vi) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3(3). Fil-każ tal-fran, għandha tintwera t-tikketta x-xierqa għal kull kavità tal-forn. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b’mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fl-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera billi jintuża l-wiri ta’ ħaġa ġo oħra. F’dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta’ ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa’ dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

3. L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta’ ħaġa ġo oħra għandha:

(a) tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b) turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; u

(c) tkun f’wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:



image

image

4. Fil-każ tal-wiri ta’ ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a) l-istampa msemmija fil-punt 3 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu ta’ wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b) l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c) it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa’ dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d) it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (“tab”) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e) għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f) it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g) it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

5. L-iskeda tat-tagħrif ix-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(a)(vii) jew l-Artikolu 3(1)(b)(vii) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tat-tagħrif għandu jkun tali li jidher u jinqara b’mod ċar. L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tista’ tintwera billi jintuża l-wiri ta’ ħaġa ġo oħra. F’dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tat-tagħrif għandha tkun immarkata b’mod ċar u li jista’ jinqara bil-kliem “L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta’ ħaġa ġo oħra, l-iskeda tat-tagħrif tal-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa’ dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.

▼M1




ANNESS VIII

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

(b) il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

(c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 6.

(3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.

(5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 6.

(6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

(7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



Tabella 6

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-massa tal-forn, M

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur M dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-volum tal-kavità tal-forn, V

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur V dikjarat b'aktar minn 5 %.

ECelectric cavity , ECgas cavity

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx jaqbżu l-valuri ECelectric cavity u ECgas cavity dikjarati b'iktar minn 5 %.

WBEP , WL

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx jaqbżu l-valuri WBEP u WL dikjarati b'iktar minn 5 %.

QBEP , PBEP

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx ikunu inqas mill-valuri QBEP u PBEP dikjarati b'aktar minn 5 %.

Qmax

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Qmax dikjarat b'iktar minn 8 %.

Emiddle

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur Emiddle dikjarat b'aktar minn 5 %.

GFEhood

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur GFEhood dikjarat b'aktar minn 5 %.

Po , Ps

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Ps m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Ps dikjarati b'iktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Ps ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Ps dikjarati b'iktar minn 0,10 W.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur LWA dikjarat.



( 1 ) Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24).

( 2 ) 1 kWh għal kull ċiklu = 3,6 MJ għal kull ċiklu.

( 3 ) ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.