02014Q0621(01) — MT — 27.07.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-BORD SUPERVIŻORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

(ĠU L 182 21.6.2014, p. 56)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

EMENDA 1/2014 TAL-15 TA' DIĊEMBRU 2014GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-BORD SUPERVIŻORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW 

  L 68

88

13.3.2015

►M2

EMENDA 1/2020 TAT-23 TA’ LULJU 2020 GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-BORD SUPERVIŻORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW 

  L 241

43

27.7.2020




▼B

IR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-BORD SUPERVIŻORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW





KAPITOLU PRELIMINARI

Artikolu 1

Natura supplimentari

Dawn ir-Regoli tal-Proċedura għandhom jissupplimentaw ir-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew. It-termini użati f'dawn ir-Regoli tal-Proċedura għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fir-regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew.



KAPITOLU I

IL-BORD SUPERVIŻORJU

Artikolu 2

Laqgħat tal-Bord Superviżorju

2.1.  Il-Bord Superviżorju għandu jidddeċiedi dwar id-dati tal-laqgħat tiegħu fuq proposta mill-President. Il-Bord Superviżorju għandu, fil-prinċipju, jiltaqa' regolarment skont skeda li huwa għandu jiddeċiedi fi żmien biżżejjed qabel il-bidu ta' kull sena kalendarja.

2.2.  Il-President għandu jsejjaħ laqgħa tal-Bord Superviżorju jekk tiġi ppreżentata talba biex issir laqgħa minn tal-inqas tlieta mill-membri tiegħu.

2.3.  Il-President jista' wkoll isejjaħ laqgħat tal-Bord Superviżorju kull meta huwa jidhirlu li dan ikun meħtieġ. F'dawn il-każijiet, dan għandu jiġi speċifikat fin-nota ta' trasmissjoni.

2.4.  Fuq talba tal-President, id-deliberazzjonijiet tal-Bord Superviżorju jistgħu jsiru wkoll permezz ta' telekonferenza, ħlief jekk issir oġġezzjoni minn tal-inqas tliet membri tal-Bord Superviżorju.

Artikolu 3

Attendenza għal-laqgħat tal-Bord Superviżorju

3.1.  Ħlief kif ipprovdut f'dawn ir-Regoli, l-attendenza għal-laqgħat tal-Bord Superviżorju għandha tkun ristretta għall-membri tiegħu u, meta l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx il-bank ċentrali nazzjonali, għar-rappreżentant tal-bank ċentrali nazzjonali.

3.2.  Kull rappreżentant tal-awtorità nazzjonali kompetenti jista' normalment ikun akkumpanjat minn persuna waħda. Jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tkunx il-bank ċentrali nazzjonali, dan il-paragrafu għandu japplika għar-rappreżentant li jkollu d-dritt tal-vot. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll f'każ ta' attendenza minn supplent, kif ipprovdut fl-Artikolu 3.3.

3.3.  Jekk rappreżentant ta' awtorità nazzjonali kompetenti jew, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tkunx il-bank ċentrali nazzjonali, rappreżentant tal-bank ċentrali nazzjonali, ma jkunx jista' jattendi, huwa għandu jaħtar supplent bil-miktub biex jattendi u juża d-dritt tal-vot tiegħu kif applikabbli, ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor fil-komunikazzjoni bil-miktub. Din il-komunikazzjoni bil-miktub għandha tintbagħat lill-President f'ħin bizzejjed qabel il-laqgħa.

3.4.  Fin-nuqqas kemm tal-President kif ukoll tal-Viċi President, il-Bord Superviżorju għandu jkun ippresedut mill-aktar membru anzjan tal-Bord Superviżorju, fl-ewwel lok skont kemm ikun ilu membru, u skont l-età f'każ fejn żewġ membri jew aktar ikun ilhom membri għall-istess tul ta' żmien.

3.5.  Fuq stedina mill-President, rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u/jew rappreżentant tal-Awtorità Bankarja Ewropea jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi. Il-President għandu jistieden lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-Awtorità Bankarja Ewropea jekk talba għal tali stedina tiġi ppreżentata minn tal-inqas tliet membri tal-Bord Superviżorju. B'applikazzjoni tal-istess regoli, il-Bord Superviżorju jista' jistieden ukoll lil persuni oħrajn biex jattendu għal-laqgħat tiegħu jekk jidhirlu li huwa xieraq li jsir dan.

Artikolu 4

Organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Bord Ġenerali

4.1.  Il-Bord Superviżorju għandu jadotta l-aġenda għal kull laqgħa. Aġenda provizorja għandha titħejja mill-President u għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti relatati, lill-membri tal-Bord Superviżorju tal-anqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa relevanti, ħlief f'każijiet ta' emerġenza, f'liema kaz il-President għandu jaġixxi kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi. Il-Bord Superviżorju jista' jiddeċiedi li jneħħi jew iżid punti mal-aġenda provviżorja fuq proposta mill-President jew minn kwalunkwe membru ieħor tal-Bord Superviżorju. Ħlief f'każ ta' emerġenzi, punt għandu jitneħħa mill-aġenda provviżorja fuq talba ta' mill-anqas tliet membri tal-Bord Superviżorju jekk id-dokumenti relatati ma jkunux ġew ippreżentati lill-membri tal-Bord Superviżorju fil-ħin.

4.2.  Il-minuti tal-laqgħat tal-Bord Superviżorju għandhom jiġi ppreżentati għall-approvazzjoni mill-membri tiegħu fil-laqgħa ta' wara (jew jekk meħtieġ qabel permezz ta' proċedura bil-miktub) u għandhom ikunu ffirmati mill-President.

Artikolu 5

Aċċess għall-informazzjoni

Il-membri kollha tal-Bord Superviżorju għandhom ikollhom aċċess regolari għal informazzjoni aġġornata dwar l-istituzzjonijiet meqjusin bħala sinifikanti skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. L-informazzjoni disponibbli lill-membri tal-Bord Superviżorju għandha tinkludi partiti ta' informazzjoni ewlenin li jippermettu għarfien tajjeb ta' dawn l-istituzzjonijiet. Il-Bord Superviżorju jista' jadotta mudelli interni għall-iskambju ta' informazzjoni għal dan l-iskop.

Artikolu 6

Votazzjoni

6.1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet ta' kull Stat Membru parteċipanti għandhom jitqiesu flimkien bħala membru wieħed.

6.2.  Ħlief jekk ikun indikat espressament mod ieħor bil-miktub mill-awtorità nazzjonali kompetenti, id-dritt tal-vot għandu jiġi eżerċitat mir-rappreżentant tal-awtorità kompetenti nazzjonali jew is-supplent tiegħu skont l-Artikolu 3.3.

▼M2

6.3.  Sabiex ikun jista’ jittieħed vot fi ħdan il-Bord Superviżorju, għandu jkun hemm kworum ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li għandhom id-dritt tal-vot fil-ħin li ssir il-votazzjoni. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-President jista’ jsejjaħ laqgħa straordinarja li fiha l-membri tal-Bord Superviżorju jistgħu jivvutaw mingħajr ma jitqies il-kworum.

▼B

6.4.  Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jipproċedi biex jivvota fuq talba tal-President. Il-President għandu jagħti bidu wkoll għal proċedura ta' votazzjoni fuq talba minn tliet membri tal-Panel ta' Medjazzjoni.

6.5.  Ħlief fejn jipprovdi mod ieħor ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bord Superviżorju għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu li jkollhom dritt ta' vot. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. F'każ ta' parità, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, japplikaw ir-regoli tal-votazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 13c tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew.

6.6.  Il-President jista' jibda votazzjoni sigrieta jekk jintalab jagħmel hekk minn tal-inqas tliet membri tal-Bord Superviżorju li jkollhom dritt għal vot.

6.7.  Il-votazzjoni tista' ssir ukoll bi proċedura bil-miktub, sakemm ma joġġezzjonawx tal-inqas tliet membri tal-Bord Superviżorju li jkollhom dritt għal vot. F'dak il-każ, il-punt għandu jitpoġġa fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Bord Superviżorju. Proċedura bil-miktub normalment tkun tirrikjedi mhux inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol għall-kunsiderazzjoni minn kull membru tal-Bord Superviżorju u rekord ta' tali deliberazzjonijiet fil-proċedimenti tal-laqgħa sussegwenti tal-Bord Superviżorju. In-nuqqas ta' vot espliċitu minn membru tal-Bord Superviżorju fi proċedura bil-miktub għandu jitqies bħala approvazzjoni.

▼M2

6.8.  Għal kwalunkwe proċedura bil-miktub, membru tal-Bord Superviżorju jista’ jawtorizza espressament lil persuna oħra biex tiffirma l-vot tagħhom jew kumment tagħhom dwar is-sustanza kif approvat minnhom personalment.

▼B

Artikolu 7

Emerġenzi

7.1.  F'każijiet ta' emerġenza, il-President jew, fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, il-Viċi President, għandu jlaqqa' l-Bord Superviżorju fil-ħin biex jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa, kif ikun xieraq anki permezz ta' telekonferenzi b'deroga mill-Artikolu 2.4. Meta jsejjaħ laqgħa bħal din, il-President jew, fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, il-Viċi President għandu jagħmilha ċara fl-ittra ta' stedina li, b'deroga mill-Artikolu 6.3, jekk kworum ta' 50 % għal deċiżjonijiet ta' emerġenza ma jintlaħaqx, il-laqgħa tiġi xolta u minnufih wara tinfetaħ laqgħa straordinarja fejn id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-kworum.

7.2.  Il-Bord Superviżorju jista' jistabbilixxi iktar regoli interni fuq l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u miżuri oħrajn f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

Artikolu 8

Delega ta' poter

8.1.  Il-Bord Superviżorju jista' jawtorizza lill-President jew lill-Viċi President biex jieħu f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, miżuri ta' maniġment jew amministrattivi ddefiniti sew, inkluż l-użu ta' strumenti bi tħejjija għal deċiżjoni li għandha titieħed kollettivament mill-membri tal-Bord Superviżorju f'xi żmien wara u l-istrumenti li jimplimentaw id-deċiżjonijiet finali meħudin mill-Bord Superviżorju.

8.2.  Il-Bord Superviżorju jista' jitlob wkoll lill-President jew lill-Viċi President biex jadotta (i) it-test definittiv ta' kwalunkwe strument kif iddefinit fl-Artikolu 8.1 bil-kundizzjoni li s-sustanza ta' tali strument tkun diġà ġiet iddeterminata fid-diskussjoni, u/jew (ii) deċiżjonijiet finali, fejn tali delega tinvolvi poteri eżekuttivi limitati u ddefiniti b'mod ċar, li l-eżerċizzju tagħhom huwa suġġett għal rieżami strett fid-dawl tal-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-Bord Superviżorju.

8.3.  Id-delegi u d-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikoli 8.1 u 8.2 għandhom jiġu rrekordjati fil-proċedimenti tal-laqgħat tal-Bord Superviżorju.



KAPITOLU II

KUMITAT TA' TMEXXIJA

Artikolu 9

Il-Kumitat ta' Tmexxija

Qiegħed jiġi stabbilit Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26(10) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Artikolu 10

Mandat

10.1.  Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jappoġġa l-attivitajiet tal-Bord Superviżorju u għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Bord Superviżorju.

10.2.  Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jeżegwixxi l-kompiti preparatorji tiegħu fl-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali u għandu jaħdem fi trasparenza sħiħa mal-Bord Superviżorju.

Artikolu 11

Kompożizzjoni u ħatra ta' membri

11.1.  Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn tmien membri tal-Bord Superviżorju: il-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju, rappreżentant wieħed tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u ħames rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

11.2.  Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun ippresedut mill-President tal-Bord Superviżorju jew, fin-nuqqas eċċezzjonali tal-President, mill-Viċi President.

11.3.  Il-Bord Superviżorju għandu jaħtar ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jiġi żgurat bilanċ ġust u rotazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-Bord Superviżorju għandu jsegwi sistema ta' rotazzjoni li biha l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiġu allokati lil erba' gruppi, skont klassifikazzjoni bbażata fuq assi totali bankarji kkonsolidati fl-Istat Membru parteċipanti rilevanti. Kull grupp għandu jkollu minimu ta' membru wieħed fuq il-Kumitat ta' Tmexxija. Il-Bord Superviżorju għandu jirrieżamina dawn il-gruppi fuq bażi annwali jew kull meta Stat Membru jadotta l-euro jew jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE. Ir-rotazzjoni tal-membri fi ħdan kull grupp għandha ssegwi l-ordni alfabetika tal-ismijiet tal-Istati Membri parteċipanti fl-ilsna nazzjonali tagħhom. Il-klassifikazzjoni tal-awtoritjaiet nazzjonali kompetenti fi gruppi u l-għoti ta' siġġijiet fil-Kumitat ta' Tmexxija lill-gruppi huma stabbiliti fl-Anness.

11.4.  Il-mandat tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bħala membri tal-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun ta' sena.

11.5.  Il-President għandu jaħtar ir-rappreżentanti tal-BĊE fil-Kumitat ta' Tmexxija minn fost l-erba' rappreżentanti tal-BĊE fuq il-Bord Superviżorju u jiddetermina l-mandat rispettiv tagħhom.

11.6.  Il-lista ta' membri tal-Kumitat ta' Tmexxija għandha tiġi ppubblikata u aġġornata regolarment.

Artikolu 12

Laqgħat tal-Kumitat ta' Tmexxija

12.1.  Id-dati tal-laqgħat għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat ta' Tmexxija fuq proposta mill-President. Il-President jista' wkoll isejjaħ laqgħat tal-Bord Superviżorju kull meta huwa jidhirlu li dan ikun meħtieġ. Fuq talba tal-President, il-Kumitat tat-Tmexxija jista' jiltaqa' wkoll permezz ta' telekonferenzi, sakemm tal-inqas żewġ membri tal-Kumitat tat-Tmexxija ma joġġezzjonawx.

12.2.  L-aġenda għal kull laqgħa tal-Kumitat tat-Tmexxija għandha tiġi proposta mill-President u adottata fil-bidu tal-laqgħa mill-Kumitat ta' Tmexxija. Il-Membri kollha tal-Kumitat ta' Tmexxija jistgħu jipproponu punti u dokumenti lill-President għall-kunsiderazzjoni mill-Kumitat ta' Tmexxija.

▼M2

12.3.  L-aġenda u d-dokumenti relatati ta’ kwalunkwe laqgħa tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom ikunu disponibbli qabel tali laqgħa għall-membri kollha tal-Bord Superviżorju. Il-proċedimenti ta’ kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom ikunu disponibbli lill-membri kollha tal-Bord Superviżorju qabel il-laqgħa sussegwenti tal-Bord Superviżorju.

▼B

12.4.  Fuq proposta mill-President, il-Kumitat ta' Tmexxija jista' jiddeċiedi li jistieden membru wieħed jew iżjed mill-membri l-oħra tal-Bord Superviżorju biex jattendu laqgħa tiegħu sħiħa jew parti minnha. Meta jiġu diskussi kwistjonijiet speċifiċi relatati ma' istituzzjoni ta' kreditu individwali, għandu jiġi mistieden ir-rappreżentant tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru parteċipanti fejn tinsab dik l-istituzzjoni ta' kreditu.



KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' April 2014.

▼M2




ANNESS

Sistema ta’ rotazzjoni

Għall-finijiet tal- Artikolu 11.3, is-sistema ta’ rotazzjoni li ġejja għandha tapplika, fuq il-bażi tad-data sal-31 ta’ Diċembru 2019:



Grupp

Stat Membru Parteċipanti

Numru ta’ siġġijiet fil-Kumitat ta’ Tmexxija

1

DE

1

FR

2

ES

1

IT

NL

3

BE

2

IE

EL

LU

AT

PT

FI

4

BG

EE

HR

1

CY

LV

LT

MT

SI

SK