02014L0023 — MT — 01.01.2022 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2014/23/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 094 28.3.2014, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2172 tal-24 ta' Novembru 2015

  L 307

9

25.11.2015

 M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2366 tat-18 ta' Diċembru 2017

  L 337

21

19.12.2017

 M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1827 tat-30 ta’ Ottubru 2019

  L 279

23

31.10.2019

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1951 tal-10 ta’ Novembru 2021

  L 398

21

11.11.2021


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 114, 5.5.2015, p.  24 (2014/23/UE)

►C2

Rettifika, ĠU L 082, 26.3.2018, p.  17 (2014/23/UE)




▼B

DIRETTIVA 2014/23/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I

Kamp ta’ applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijet

TAQSIMA 1

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI ĠENERALI, DEFINIZZJONIJIET U LIMITU MASSIMU

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2

Prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi

Artikolu 3

Prinċipju ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza

Artikolu 4

Libertà għad-definizzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Artikolu 6

Awtoritajiet kontraenti

Artikolu 7

Entitajiet kontraenti

Artikolu 8

Limitu massimu u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni

Artikolu 9

Reviżjoni tal-limitu

TAQSIMA II

ESKLUŻJONIJIET

Artikolu 10

Esklużjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti

Artikolu 11

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika

Article 12

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma

Artikolu 13

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża affiljata

Artikolu 14

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta

Artikolu 15

Notifika tal-informazzjoni minn entitajiet kontraenti

Artikolu 16

Esklużjoni ta’ attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni

Artikolu 17

Konċessjonijiet bejn entitajiet fi ħdan is-settur pubbliku

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 18

Tul taż-żmien tal-konċessjoni

Artikolu 19

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 20

Kuntratti mħallta

Artikolu 21

Kuntratti ta’ akkwist imħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà

Artikolu 22

Kuntratti li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet oħra

Artikolu 23

Konċessjonijiet li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà

TAQSIMA IV

SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Artikolu 24

Konċessjonijiet riżervati

Artikolu 25

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

KAPITOLU II

Prinċipji

Artikolu 26

Operaturi ekonomiċi

Artikolu 27

Nomenklaturi

Artikolu 28

Kunfidenzjalità

Artikolu 29

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

TITOLU II

REGOLI DWAR L-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET PRINĊIPJI ĠENERALI U GARANZIJI PROĊEDURALI

KAPITOLU I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 30

Prinċipji ġenerali

Artikolu 31

Avviżi ta’ konċessjonijiet

Artikolu 32

Avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni

Artikolu 33

Forma u mod ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

Artikolu 34

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti ta’ konċessjoni

Article 35

Ġlieda kontra l-korruzzjoni u prevenzjoni ta’ konflitti ta’ interess

KAPITOLU II

Garanziji proċedurali

Artikolu 36

Rekwiżiti tekniċi u funzjonali

Artikolu 37

Garanziji proċedurali

Artikolu 38

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

Artikolu 39

Limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni

Artikolu 40

Għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u lill-offerenti

Artikolu 41

Kriterji tal-għoti

TITOLU III

REGOLI DWAR IL-PRESTAZZJONI TA’ KONĊESSJONIJIET

Artikolu 42

Subkuntrattar

Artikolu 43

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 44

Terminazzjoni ta’ konċessjonijiet

Artikolu 45

Monitoraġġ u rappurtar

TITOLU IV

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 89/665/KEE U 92/13/KEE

Artikolu 46

Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE

Artikolu 47

Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE

TITOLU V

SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Eżerċitar tad-delega

Artikolu 49

Proċedura ta’ urġenza

Artikolu 50

Proċedura ta’ Kumitat

Artikolu 51

Traspożizzjoni

Artikolu 52

Dispożizzjonijiet transitorji

Artikolu 53

Monitoraġġ u rappurtar

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

Artikolu 55

Destinatarji

ANNESSI

ANNESS I

LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (7) TAL-ARTIKOLU 5

ANNESS II

ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7

ANNESS III

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 7(2)

ANNESS IV

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19

ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31

ANNESS VI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONI LI JIRRIGWARDAW KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U OĦRAJN SPEĊIFIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31(3)

ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

ANNESS VIII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SPEĊIFIĊI OĦRA, MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

ANNESS IX

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

ANNESS X

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET SOĊJALI U AMBJENTALI INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 30(3)

ANNESS XI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-MODIFIKI GĦAL KONĊESSJONI MATUL IT-TERMINU TAGĦHA SKONT L-ARTIKOLU 43



TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI U DEFINIZZJONIJIET



KAPITOLU I

Kamp ta’ applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet



Taqsima I

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni, prinċipji ġenerali, definizzjonijiet u limitu

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti permezz ta’ konċessjoni, li l-valur tagħha huwa stmat li huwa inqas mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 8.
2.  

Din id-Direttiva tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi, lil operaturi ekonomiċi minn:

(a) 

Awtoritajiet kontraenti; jew

(b) 

Entitajiet kontraenti, sakemm ix-xogħlijiet jew is-servizzi jkunu maħsuba għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II.

3.  
L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija soġġetta għall-Artikolu 346 TFUE.
4.  
Ftehimiet, deċiżjonijiet jew strumenti legali oħra li jorganizzaw it-trasferiment tas-setgħat u r-repsonsabbiltajiet għat-twettiq ta’ kompiti pubbliċi bejn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew raggruppamenti ta’ awtoritajiet jew entitajiet kontraenti, u li ma jipprovdux li tingħata rimunerazzjoni għal prestazzjoni kuntrattwali, jitqiesu bħala materja ta’ organizzazzjoni interna tal-Istat Membru kkonċernat u, bħala tali, li mhuma affettwati bl-ebda mod minn din id-Direttiva.

Artikolu 2

Prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi

1.  
Din id-Direttiva tirrikonoxxi l-prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali f’konformità mad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni. Dawk l-awtoritajiet huma ħielsa li jiddeċiedi kif l-aħjar imexxu l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew il-provvista ta’ servizzi, biex jiġu żgurati b’mod partikolari livell għoli ta’ kwalità, sikurezza u affordabbiltà, trattament ugwali u l-promozzjoni ta’ aċċess universali u ta’ drittijiet tal-utent fis-servizzi pubbliċi.

Dawk l-awtoritajiet jistgħu jagħżlu li jwettqu l-kompiti ta’ interess pubbliku tagħhom bir-riżorsi proprji tagħhom, jew f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew li jgħadduhom lil operaturi ekonomiċi.

2.  
Din id-Direttiva ma taffettwax is-sistemi tal-Istati Membri tas-sjieda tal-proprjetà.B’mod partikolari ma teħtieġx il-privatizzazzjoni ta’ intrapriżi pubbliċi li jipprovdu servizzi lill-pubbliku.

Artikolu 3

Prinċipju ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza

1.  
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.

It-tfassil tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, inkluż l-istima tal-valur, m’għandux isir bil-ħsieb li din tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi jew ċerti xogħlijiet, provvisti jew servizzi.

2.  
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jimmiraw li jiżguraw trasparenza fil-proċedura tal-għoti u fit-twettiq tal-kuntratt, filwaqt li jikkonformaw mal-Artikolu 28.

Artikolu 4

Libertà għad-definizzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

1.  
Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawk is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u għal liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma taffettwax il-mod li bih l-Istati Membri jorganizzaw is-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali.
2.  
Is-servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali għandhom jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“konċessjonijiet” tfisser konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi, kif definit fil-punti (a) u (b):

(a) 

“konċessjoni ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub li permezz tiegħu entità kontraenti jew awtorità kontraenti waħda jew aktar jafdaw l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni għal din id-delega tikkonsisti unikament fid-dritt ta’ sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.

(b) 

“konċessjoni ta’ servizzi” tfisser kuntratt b’interess pekunjarju konkluż bil-miktub, li permezz tiegħu awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar tafda l-forniment u l-ġestjoni ta’ servizzi li mhumiex twettiq ta’ xogħlijiet kif imsemmi fil-punt (a) lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni għal din tkun tikkonsisti unikament fid-dritt ta’ sfruttament tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.

L-għoti ta’ konċessjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi għandu jinvolvi t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operattiv fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew servizzi, li jinkludi riskju ta’ domanda jew ta’ disponibbiltà jew tat-tnejn. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operattiv, f’kondizzjonijiet ta’ operazzjoni normali, meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. Il-parti tar-riskju ttrasferita lill-konċessjonarju għandha tinvolvi esponiment reali għall-inċertezzi tas-suq, b’tali mod li kwalunkwe telf potenzjali stmat imġarrab mill-konċessjonarju m’għandux ikun biss nominali jew negliġibbli;

(2) 

“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew entità pubblika, jew grupp ta’ persuni jew entitajiet bħal dawn, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, li joffri li jwettaq xogħlijiet u/jew biċċa xogħol, li jipprovdi prodotti jew li jforni servizzi fis-suq;

(3) 

“kandidat” tfisser operatur ekonomiku li jkun wieġeb għal stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni;

(4) 

“offerent” tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

(5) 

“konċessjonarju” tfisser operatur ekonomiku li jkun ingħata konċessjoni;

(6) 

“miktub” jew “bil-miktub” tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew figuri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew sussegwentement ikkommunikati, inkluż informazzjoni trasmessa u maħżuna b’mezzi elettroniċi;

(7) 

“eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet” tfisser l-eżekuzzjoni, jew kemm it-tfassil kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I jew ta’ biċċa xogħol, jew ir-realizzazzjoni, b’liema mezz li jkun, ta’ biċċa xogħol li tikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew it-tfassil tal-biċċa xogħol;

(8) 

“biċċa xogħol” tfisser ir-riżultat ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew inġinerija ċivili meħudin bħala ħaġa waħda li huwa suffiċjenti fih innifsu biex jissodisfa funzjoni ekonomika jew teknika;

(9) 

“mezzi elettroniċi” tfisser tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trasmessa, imwassla u riċevuta permezz ta’ wajers, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra;

(10) 

“dritt esklużivi” tfisser dritt mogħti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ppubblikata li hi kompatibbli mat-Trattati li l-effett tagħha jkun li tillimita l-eżerċizzju ta’ attività għal operatur ekonomiku waħdieni u li taffettwa sostanzjalment l-abbiltà ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jwettqu attività bħal din;

(11) 

“dritt speċjali” tfisser dritt mogħti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva pubblikata li hija kompatibbli mat-Trattati li l-effett tagħha jkun li tillimita l-eżerċizzju ta’ attività għal żewġ operaturi ekonomiċi jew aktar u li taffettwa sostanzjalment l-abbiltà ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jwettqu attività bħal din;

(12) 

“dokument ta’ konċessjoni” tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti biex jiddeskrivu jew jiddeterminaw l-elementi tal-konċessjoni jew il-proċedura, inkluż l-avviż ta’ konċessjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kondizzjonijiet proposti tal-konċessjoni, il-formati għall-preżentazzjoni tad-dokumenti mill-kandidati u l-offerenti, l-informazzjoni dwar obbligi ġeneralment applikabbli u kwalunkwe dokument addizzjonali;

(13) 

“innovazzjoni” tfisser l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz, proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitat għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, ta’ metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew ta’ metodu organizzazzjonali ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni li fost oħrajn ikollha l-għan li tgħin biex jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020.

Artikolu 6

Awtoritajiet kontraenti

1.  
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “awtoritajiet kontraenti” tfisser awtorità Statali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet ifformati minn tali awtorità waħda jew aktar jew tali korp irregolat mil-liġi pubblika wieħed jew aktar għajr dawk l-awtoritajiet, korpi jew assoċjazzjonijiet li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II u li jagħtu konċessjoni għat-twettiq ta’ waħda minn dawk l-attivitajiet.
2.  
“Awtoritajiet reġjonali” tinkludi l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li mhumiex elenkati b’mod eżawrjenti f’NUTS 1 u 2, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
3.  
“Awtoritajiet lokali” tinkludi l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 3 u l-unitajiet amministrattivi iżgħar, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003.
4.  

“Korpi regolati mil-liġi pubblika” tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a) 

huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jissodisfaw il-bżonnijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx karattru industrijali jew kummerċjali;

(b) 

għandhom personalità ġuridika; u

(c) 

huma ffinanzjati, fil-parti l-kbira, mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika; jew huma soġġetti għal superviżjoni maniġerjali minn dawk il-korpi jew awtoritajiet; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika.

Artikolu 7

Entitajiet kontraenti

1.  

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “entitajiet kontraenti” tfisser entitajiet li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II u jagħtu konċessjoni għat-twettiq ta’ waħda minn dawk l-attivitajiet, u li huma waħda minn dan li ġej:

(a) 

l-awtoritajiet statali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew minn tali korp wieħed jew aktar irregolat mil-liġi pubblika;

(b) 

impriżi pubbliċi kif definiti fil-paragrafu 3b ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

entitajiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, iżda li joperaw abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, mogħtija għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet msemmija fl-Anness II.

2.  

L-entitajiet li jkunu ngħataw drittijiet speċjali jew esklużivi permezz ta’ proċedura li fiha tkun ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi, m’għandhomx jikkostitwixxu “entitajiet kontraenti” fis-sens tal-punt (c) tal-paragrafu 1. Tali proċeduri għandhom jinkludu:

(a) 

proċeduri ta’ akkwist b’sejħa minn qabel għal kompetizzjoni skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u d-Direttiva 2014/25/UE id-Direttiva 2009/81/KE jew din id-Direttiva;

(b) 

proċeduri skont atti legali oħra tal-Unjoni, elenkati fl-Anness III, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 dwar l-emendi għal-lista tal-atti legali tal-Unjoni stabbilita fl-Anness III fejn meħtieġ minħabba t-tħassir jew l-emendar ta’ dawk l-atti, jew minħabba l-adozzjoni ta’ atti ġodda.
4.  
“Impriża pubblika” tfisser kwalunkwe impriża li fuqha l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza dominanti bis-saħħa tas-sjieda tagħhom fuqha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha.

Influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti għandha tkun mistennija fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk l-awtoritajiet, b’mod dirett jew indirett:

(a) 

ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;

(b) 

jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti li jkollhom l-ishma maħruġin mill-impriża;

(c) 

ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża.

Artikolu 8

Limitu u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni

1.  
Din id-Direttiva tapplika għal konċessjonijiet li l-valur tagħhom huwa daqs jew aktar minn ►M4  EUR 5 382 000  ◄ .
2.  
Il-valur ta’ konċessjoni għandu jkun il-fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, kif stmat mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti, b’kont meħud tax-xogħlijiet u s-servizzi li jkunu s-suġġett tal-konċessjoni, kif ukoll il-fornimenti inċidentali ta’ tali xogħlijiet u servizzi.

Din l-istima għandha tkun valida fil-ħin li fih jintbagħat l-avviż ta’ konċessjoni, jew, f’każijiet fejn ma jkunx previst avviż, fil-ħin li fih l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tibda l-proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni, pereżempju, fejn opportun, billi tikkuntattja lill-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-konċessjonijiet.

Għall-fini tal-paragrafu -1, jekk il-valur tal-konċessjoni fil-ħin tal-għoti jkun ta’ aktar minn 20 % ogħla mill-valur stmat tagħha, l-istima valida għandha tkun il-valur tal-konċessjoni fil-ħin tal-għoti.

3.  

Il-valur stmat tal-konċessjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta’ metodu oġġettiv speċifikat fid-dokumenti tal-konċessjoni. Meta jikkalkolaw il-valur stmat tal-konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom, fejn applikabbli, iqisu b’mod partikolari:

(a) 

il-valur ta’ kwalunkwe forma ta’ opzjoni u kwalunkwe estensjoni tad-durata tal-konċessjoni;

(b) 

id-dħul minn ħlasijiet ta’ tariffi u multi mill-utenti tax-xogħlijiet jew servizzi għajr dawk miġbura f’isem l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti;

(c) 

il-ħlasijiet jew kwalunkwe vantaġġ finanzjarju tkun xi tkun il-forma tagħhom magħmula mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew kwalunkwe awtorità pubblika oħra lill-konċessjonarju inkluż il-kumpens għall-konformità ma’ obbligu ta’ servizz pubbliku u sussidji ta’ investiment pubbliku;

(d) 

il-valur ta’ għotjiet jew ta’ kwalunkwe vantaġġ finanzjarju ieħor tkun xi tkun il-forma tagħhom minn partijiet terzi għat-twettiq tal-konċessjoni;

(e) 

id-dħul mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi li jagħmlu parti mill-konċessjoni;

(f) 

il-valur tal-provvisti u s-servizzi kollha li jkunu disponibbli lill-konċessjonarju mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti, sakemm ikunu neċessarji għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew l-għoti tas-servizzi;

(g) 

kwalunkwe premju jew ħlas lil kandidati jew offerenti.

4.  
L-għażla tal-metodu użat għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni m’għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Konċessjoni m’għandhiex tkun subdiviża bl-effett li ma titħalliex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dan ma jkunx ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi.
5.  
Fejn biċċa xogħol jew servizz propost jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ konċessjonijiet fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jittieħed kont tal-valur totali stmat tal-lottijiet kollha bħal dawn.
6.  
Meta l-valur kollettiv tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

Artikolu 9

Reviżjoni tal-limitu

1.  
Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limitu stabbilit fl-Artikolu 8(1) jikkorrispondi għal-limitu stabbilit fil-Ftehim tal- Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (il-“FAP”) għal konċessjonijiet għal xogħol u għandha fejn neċessarju, tirrevedi dak il-limitu massimu skont dan l-Artikolu.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolazzjoni stabbilit fil-FAP, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur tal-limiti fuq il-bażi tal-valur medju ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perijodu ta’ 24 xahar li jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li jibda jkollha effett mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euros sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-FAP, imfissra f’SDRs.

2.  
Kull sentejn mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valuri, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munità tagħhom mhix l-euro tal-limitu stabbilit imsemmi fl-Artikolu 8(1), riveduti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

F’konformità mal-metodu ta’ kalkolu stabbilit fil-FAP, id-determinazzjoni ta’ dawn il-valuri għandha tkun ibbażata fuq il-valuri medji ta’ kuljum ta’ dawk il-muniti, li jikkorrispondu għal-limitu stabbilit applikabbli mogħti f’euro matul l-24 xahar li jintemmu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limitu rivedut imsemmi fil-paragrafu 1, il-valuri korrispondenti tagħhom fil-muniti nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, u l-valur iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru wara r-reviżjoni tagħhom.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex tadatta l-metodoloġija stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe bidla fil-metodoloġija pprovduta fil-FAP għar-reviżjoni tal-limitu stabbilit imsemmi fl-Artikolu 8(1) u għad-determinazzjoni tal-valuri korrispondenti fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munità tagħhom mhijiex l-euro, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex tirrevedi l-limitu stabbilit imsemmi fl-Artikolu 8(1) skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.  
Fejn ikun meħtieġ li dak il-limitu jiġi rivedut u ż-żmien limitat jimpedixxi l-użu tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 48 u għalhekk raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 49 għandha tapplika għal atti ddelegati adottati skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.



Taqsima II

Esklużjonijiet

Artikolu 10

Esklużjonijiet applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti

1.  
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizzi mogħtija lil awtorità kontraenti jew lil entità kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) jew lil assoċjazzjoni tagħhom abbażi ta’ dritt esklużiv.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizzi mogħtija lil operatur ekonomiku abbażi ta’ dritt esklużiv li jkun ingħata skont it-TFUE u atti legali tal-Unjoni li jistabbilixxu regoli komuni għal aċċess għas-suq applikabbli għall-attivitajiet msemmija fl-Anness II.

2.  
B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn leġislazzjoni settorjali tal-Unjoni msemmija f’dak is-subparagrafu ma tipprevedix obbligi ta’ trasparenza speċifiċi għas-settur, għandu japplika l-Artikolu 32.

Fejn Stat Membru jagħti dritt esklużiv lil operatur ekonomiku għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xahar wara l-għoti ta’ dak id-dritt esklużiv.

3.  
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru bbażati fuq l-għoti ta’ liċenzja operattiva fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew għal konċessjonijiet għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.
4.  

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti hija obbligata tagħti jew torganizza f’konformità ma’ proċeduri li jkunu differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż f’konformità mat-TFUE bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-isfruttament konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b) 

organizzazzjoni internazzjonali.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-konċessjonijiet ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn dik l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ konċessjonijiet ikkofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri applikabbli tal-akkwist.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrumenti legali kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku msemmi fl-Artikolu 50.

Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE.

5.  

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE, li huma rregolati minn:

(a) 

regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali jew arranġament bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar;

(b) 

regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali konkluż jew arranġament dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-garanzji mogħtija minn xi Stat Membru jew pajjiż terz;

(c) 

regoli speċifiċi proċedurali ta’ organizzazzjoni internazzjonali, li tixtri għal skopijiet tagħha jew ta’ kuntratti li għandhom jingħataw minn Stat Membru bi qbil ma’ dawk ir-regoli.

6.  

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet, fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a) 

konċessjonijiet li fir-rigward tagħhom, l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tobbliga lil Stat Membru biex iforni informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu; jew fejn l-akkwist u l-prestazzjoni tal-konċessjoni huma ddikjarati bħala sigrieta jew għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta’ sigurtà speċjali f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru dment li l-Istat Membru jkun stabbilixxa li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu garantiti permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 7;

(b) 

konċessjonijiet mogħtija fil-qafas tal-programm kooperattiv imsemmi fl-Artikolu 13(c) tad-Direttiva 2009/81/KE;

(c) 

konċessjonijiet mogħtija minn gvern lil gvern ieħor relatati ma’ xogħlijiet u servizzi marbuta direttament ma’ tagħmir militari jew tagħmir sensittiv, jew xogħlijiet u servizzi speċifikament għal raġunijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi;

(d) 

konċessjonijiet mogħtija f’pajjiż terz, li jsiru meta jkunu stazzjonati forzi militari barra mit-territorju tal-Unjoni, fejn ħtiġijiet operattivi jitolbu li dawk il-konċessjonijiet ikunu konklużi ma’ operaturi ekonomiċi li jinsabu fiż-żona tal-operazzjonijiet; u

(e) 

konċessjonijiet b’xi mod ieħor eżentati taħt din id-Direttiva.

7.  
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li mhumiex eżentati b’mod ieħor taħt il-paragrafu 6 sa fejn il-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi ggarantita permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, pereżempju bl-impożizzjoni ta’ rekwiżiti mmirati għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħmel disponibbl, fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni kif previst f’din id-Direttiva.
8.  

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għal:

(a) 

l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ art, bini eżistenti, jew proprjetà immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom;

(b) 

l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programm maħsub għas-servizzi tal-media awdjoviżiva jew servizzi tal-media radjofoniċi, li huma mogħtija minn fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi, jew il-konċessjonijiet għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programmi, li jingħataw lill-fornituri tas-servizz tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “servizzi tal-media awdjoviżiva” u “fornituri ta’ servizzi tal-media” għandu jkollhom, rispettivament, l-istess tifsira bħal dik fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 1(1)tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). “Programm” għandu jkollu l-istess tifsira bħal dak fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, iżda għandu jinkludi wkoll programmi radjofoniċi u materjali tal-programmi radjofoniċi. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “materjal tal-programm” għandu jkollu l-istess tifsira bħal “programm”.

(c) 

servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni;

(d) 

kwalunkwe wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:

(i) 

rappreżentanza legali ta’ klijent minn avukat fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE ( 5 ) fi:

— 
arbitraġġ jew konċiljazzjoni miżmuma minn Stat Membru, pajjiż terz jew quddiem istanza internazzjonali ta’ arbitraġġ jew konċiljazzjoni, jew
— 
proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati, it-tribunali jew l-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru, jew pajjiż terz jew quddiem qrati, tribunali jew istituzzjonijiet internazzjonali;
(ii) 

parir legali mogħti bi tħejjija għal kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti msemmi fil-punti (i) ta’ dan il-punt jew meta jkun hemm indikazzjoni konkreta u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii) 

servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(iv) 

servizzi legali mogħtija minn trustees jew gwardjani maħturin jew servizzi legali oħrajn li l-fornituri tagħhom huma indikati minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat jew minn liġi għat-twettiq ta’ kompiti speċifiċi taħt is-superviżjoni ta’ tribunali jew qrati bħal dawn;

(v) 

servizzi legali oħrajn li fl-Istat Membru kkonċernat huma konnessi, anki b’mod okkażjonali, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali;

(e) 

servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(f) 

self, sew jekk marbut mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra kif ukoll jekk le;

(g) 

servizzi ta’ difiża ċivili, protezzjoni ċivili, u ta’ prevenzjoni ta’ perikolu li huma fornuti minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, u li huma koperti mill-kodiċi CPV li ġejjin: 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8, 98113100-9 u 85143000-3 minbarra servizzi tal-ambulanza għat-trasport ta’ pazjenti;

(h) 

servizzi ta’ kampanji politiċi, li huma koperti mill-kodiċi CPV 79341400-0, 92111230-3 u 92111240-6, meta mogħtija minn partit politiku fil-kuntest ta’ kampanja elettorali;

9.  
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għas-servizzi ta’ lotterija, li huma koperti mill-kodiċi CPV 92351100-7, mogħtija minn Stat Membru lil operatur ekonomiku fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv mogħti. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, il-kunċett ta’ dritt esklużiv ma jkoprix drittijiet esklużivi kif imsemmi fl-Artikolu 7(2).

L-għoti ta’ tali dritt esklużiv għandu jkun soġġett għal pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.  
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom f’pajjiż terz, f’kondizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta’ netwerk jew żona ġeografika fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 11

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li għandhom l-għan prinċipali li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu jew jisfruttaw netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni, jew li jipprovdu lill-pubbliku servizz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni elettronika.

Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, “netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni” u servizz ta’ komunikazzjoni elettronika’ għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

Artikolu 12

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma

1.  

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija għal:

(a) 

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;

(b) 

il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil tali netwerks.

2.  

Din id-Direttiva ma għandha lanqas tapplika għal konċessjonijiet b’wieħed, jew it-tnejn, mis-suġġetti li ġejjin meta huma jkunu konnessi ma’ attività msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew dranaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawk il-proġetti jew minn stallazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-dranaġġ; jew

(b) 

ir-rimi jew it-trattament tad-dranaġġ.

Artikolu 13

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża affiljata

1.  
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “impriża affiljata” tfisser kwalunkwe impriza li l-kontijiet annwali tagħha huma konsolidati ma’ dawk tal-entità kontraenti skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/34/UE.
2.  

Fil-każ ta’ entitajiet, li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, “impriża affiljata” għandha tfisser kwalunkwe impriża li:

(a) 

tista’ tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;

(b) 

tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti; jew

(c) 

bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “influwenza dominanti” għandu jkollha l-istess tifsira bħal fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(4).

3.  

Minkejja l-Artikolu 17 u dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija:

(a) 

minn entità kontraenti lil impriża affiljata; jew

(b) 

minn impriża konġunta, iffurmata esklużivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-fini li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Anness II, lil impriża li hija affiljata ma’ waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti.

4.  

Il-paragrafu 3 għandu japplika għal:

(a) 

konċessjonijiet ta’ servizzi dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata matul it-tliet snin preċedenti, b’kont meħud tas-servizzi kollha pprovduti minn dik l-impriża, ikun ġej mill-forniment ta’ servizzi lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;

(b) 

konċessjonijiet ta’ xogħol dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, matul it-tliet snin preċedenti b’kont meħud tax-xogħol kollu pprovdut minn dik l-impriża, ikun ġej mill-forniment ta’ xogħol lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom.

5.  
Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot l-impriża affiljata jew meta bdiet l-attivitajiet, il-fatturat ma jkunx disponibbli għat-tliet snin ta’ qabel, ikun biżżejjed li dik l-impriża turi li l-fatturat imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (a) jew (b), ikun kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet kummerċjali.
6.  
Fejn aktar minn impriża waħda affiljati mal-entità kontraenti, li magħha jifformaw grupp ekonomiku, tipprovdi l-istess servizzi jew xogħlijiet, jew simili, il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkolati billi jitqies il-fatturat totali li jkun ġej mill-forniment tas-servizzi jew tax-xogħlijiet rispettivament minn dawk l-impriżi affiljati.

Artikolu 14

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta

Minkejja l-Artikolu 17 u jekk l-impriża konġunta tkun twaqqfet sabiex twettaq l-attività konċernata fuq perijodu ta’ mill-anqas tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti, li jifformawha, ser jibqgħu parti minnha għal mill-inqas l-istess perijodu din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn kwalunkwe minn dawn:

(a) 

impriża konġunta, iffurmata esklussivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bil-għan li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Anness II, għal waħda minn dawn l-entitajiet kontraenti, jew

(b) 

entità kontraenti lil tali impriża konġunta li tifforma parti minnha.

Artikolu 15

Notifika ta’ informazzjoni minn entitajiet kontraenti

L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, bl-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) u (3) u l-Artikolu 14:

(a) 

l-ismijiet tal-impriżi jew tal-impriżi konġunti kkonċernati;

(b) 

in-natura u l-valur tal-konċessjonijiet involuti;

(c) 

provi meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni, li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħatat il-konċessjonijiet u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14.

Artikolu 16

Esklużjoni ta’ attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti fejn, għall-Istat Membru fejn għandhom isiru tali konċessjonijiet, ikun ġie stabbilit skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE li l-attività tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 17

Konċessjonijiet bejn entitajiet fis-settur pubbliku

1.  

Konċessjoni mogħtija minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti kif imsemmi fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) lil persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew pubbliku għandhom jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfatti:

(a) 

l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess; u

(b) 

aktar minn 80 % tal-attivitajiet tal-persuna ġuridika kkontrollata jitwettqu fil-prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti; u

(c) 

mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, meħtieġa minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu meta din teżerċita influwenza deċiżiva fuq iż-żewġ oġġettivi strateġiċi u deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata. Dak il-kontroll jista’ jkun ukoll eżerċitat minn persuna ġuridika oħra, li hija stess tkun ikkontrollata bl-istess mod mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

2.  
Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta persuna ġuridika kkontrollata li hija awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) tagħti konċessjoni lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti ta’ kontroll tagħha, jew lil persuna ġuridika oħra kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti jew entità kontraenti, dment li ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika li tkun qed tingħata l-konċessjoni bl-bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, meħtieġa minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.
3.  

Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1), li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew pubbliku skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ madankollu tagħti konċessjoni lil dik il-persuna ġuridika mingħajr ma tapplika din id-Direttiva fejn ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) teżerċita kontroll konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti oħra fuq dik il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

(b) 

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu fil-prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti; u

(c) 

mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, meħtieġa minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) jeżerċitaw kontroll konġunt fuq persuna ġuridika fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfatti:

(i) 

il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma magħmulin minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti kollha. Rappreżentanti individwali jistgħu jirrappreżentaw l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti kollha, jew diversi minnhom;

(ii) 

dawk l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw konġuntament influwenza deċiżiva fuq l-għanijiet strateġiċi u d-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; u

(iii) 

l-entità ġuridika kkontrollata ma jkollha l-ebda interessi li jmorru kontra dawk tal-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti ta’ kontroll.

4.  

Kuntratt konkluż esklużivament bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew aktar kif imsemmi fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) ma jaqax fl-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti bl-għan li jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi li huma għandhom iwettqu jkunu pprovduti bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet li għandhom komuni;

(b) 

l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hi rregolata unikament minn konsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-interess pubbliku; u

(c) 

l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti jwettqu inqas minn 20 % tal-attivitajiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni;

5.  
Sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u fil-punt (c) tal-paragrafu 4, għandu jiġi kkunsidrat il-fatturat totali medju jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħall-ispejjeż imġarrba mill-persuna ġuridika rilevanti, mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) fir-rigward tas-servizzi, il-provvisti u x-xogħlijiet għat-tliet snin qabel l-għoti ta’ konċessjoni.

Fejn, minħabba d-data li fiha nħolqot dik il-persuna ġuridika, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew ta’ meta bdew l-attivitajiet jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva bħall-ispejjeż, mhijiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew ma għadhiex rilevanti, għandu jkun biżżejjed li jintwera li l-kejl tal-attività huwa kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.



Taqsima III

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 18

Tul ta’ żmien tal-konċessjoni

1.  
It-tul ta’ żmien tal-konċessjonijiet għandu jkun limitat. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tivvaluta t-tul ta’ żmien abbażi tax-xogħlijiet jew is-servizzi mitluba.
2.  
Għal konċessjonijiet li jdumu aktar minn ħames snin, il-tul ta’ żmien massimu tal-konċessjoni m’għandux jeċċedi ż-żmien li konċessjonarju jista’ jkun mistenni jieħu biex jiġbor l-investimenti mwettqa fl-operazzjonijiet tax-xogħlijiet jew tas-servizzi flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq il-kapital investit b’kont meħud tal-investimenti li jkunu meħtieġa jiksbu l-objettivi kuntrattwali speċifiċi.

L-investimenti li jkunu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu għandhom jinkludu kemm l-investimenti inizjali kif ukoll dawk ta’ matul il-ħajja tal-konċessjoni.

Artikolu 19

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti biss għall-obbligi li ġejjin mill-Artikolu 31(3) u l-Artikoli 32, 46 u 47.

Artikolu 20

Kuntratti mħallta

1.  
Konċessjonijiet li għandhom bħala s-suġġett tagħhom kemm xogħlijiet kif ukoll servizzi għandhom jingħataw f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta’ konċessjoni li jikkaretterizza s-suġġett prinċipali tal-kuntratt inkwistjoni.

Fil-każ ta’ konċessjonijiet imħallta li jikkonsistu parzjalment minn servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV u parzjalment minn servizzi oħra, is-suġġett prinċipali għandu jkun iddeterminat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi rispettivi jkun ogħla.

2.  
Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4. Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari ma jkunux oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 5.

Fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva.

Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, li waħda minnhom tkun soġġetta jew għall-Anness II ta’ din id-Direttiva jew għad-Direttiva 2014/25/UE, id-dispożizzjonijiet applikabbli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/25/UE, rispettivament.

3.  
Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom elementi koperti minn din id-Direttiva kif ukoll elementi oħra, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, din id-Direttiva għandha tapplika, dment li mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 21, għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li b’mod ieħor kienu jaqgħu taħt sistema legali differenti u irrispettivament minn liema sistema legali dawk il-partijiet kienu b’mod ieħor ikunu soġġetti għaliha.

4.  
Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li fihom elementi ta’ konċessjonijiet kif ukoll elementi ta’ kuntratti pubbliċi koperti mid-Direttiva 2014/24/UE jew kuntratti koperti mid-Direttiva 2014/25/UE, il-kuntratt imħallat għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE jew mad-Direttiva 2014/25/UE rispettivament.
5.  
Meta l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex oġġettivament separabbli, is-sistema legali applikabbli għandha tkun iddeterminata abbażi tas-suġġett prinċipali ta’ dak il-kuntratt.

Fil-każ li tali kuntratti jinvolvu kemm elementi ta’ konċessjoni ta’ servizzi kif ukoll ta’ kuntratt ta’ provvista, is-suġġett prinċipali għandu jiġi ddeterminat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew tal-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.

Artikolu 21

Kuntratti ta’ akkwist imħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà

1.  
Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li għandhom bħala s-suġġett tagħhom elementi ta’ konċessjoni koperta minn din id-Direttiva u akkwist jew elementi oħra koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE għandu japplika dan l-Artikolu.

Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, li waħda minnhom tkun soġġetta jew għall-Anness II ta’ din id-Direttiva jew għad-Direttiva 2014/25/UE, u attività oħra tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, id-dispożizzjonijiet applikabbli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/25/UE, rispettivament.

2.  
Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lill-partijiet separati jew li jagħtu kuntratt waħdieni.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin biex tiġi ddeterminata s-sistema legali applikabbli:

(a) 

fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jew partijiet differenti jkunu koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE u d-Direttiva 2009/81/KE rispettivament, il-kuntratt għandu jingħata mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi;

(b) 

fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mid-Direttiva 2009/81/KE, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva jew f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE, dment li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.

Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma għandhiex, madankollu, tittieħed biex teskludi kuntratti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

3.  
Fejn l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex separabbli oġġettivament, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn huwa jinkludi elementi li għalihom japplika l-Artikolu 346 TFUE. Inkella l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tagħżel li tagħti kuntratt f’konformità ma’ din id-Direttiva jew f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE.

Artikolu 22

Kuntratti li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet oħra

1.  
B’deroga mill-Artikolu 20, fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt separat, id-deċiżjoni dwar liema regoli għandhom japplikaw għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

Minkejja l-Artikolu 20, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu,. Madankollu, fejn waħda mill-attivitajiet ikkonċernati tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva.

L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati m’għandhiex issir bl-għan li jiġi eskluż il-kuntratt jew il-kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2014/24/UE jew 2014/25/UE.

2.  
Kuntratt li huwa maħsub li jkorpi diversi attivitajiet għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha huwa jkun maħsub prinċipalment.
3.  

Fil-każ ta’ kuntratti li għalihom ikun oġġettivament impossibbli li jiġi ddeterminat għal liema attività huwa jkun maħsub prinċipalment, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati skont dan li ġej:

(a) 

il-konċessjoni għandha tingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha l-kuntratt ikun maħsub tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u l-attività l-oħra tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti;

(b) 

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha hu maħsub il-kuntratt tkun soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/24/UE;

(c) 

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra mhija soġġetta la għal din id-Direttiva, la għad-Direttiva 2014/24/UE u lanqas għad-Direttiva 2014/25/UE.

Artikolu 23

Konċessjonijiet li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà

1.  
Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

Minkejja l-Artikolu 21, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandu japplika l-paragrafi 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati madankollu m’għandhiex tittieħed bl-għan li kuntratt jew kuntratti jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

2.  

Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin li jkopru attività li hija soġġetta għal din id-Direttiva u oħra li hija:

(a) 

koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE; jew

(b) 

soġġetta għad-Direttiva 2009/81/KE

l-entità kontraenti tista’:

(i) 

tagħti kuntratt mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-każijiet imniżżlin taħt punt (a); jew

(ii) 

tagħti kuntratt jew f’konformità ma’ din id-Direttiva jew f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE, fil-każijiet imniżżlin taħt punt (b). L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti mid-Direttiva 2009/81/KE.

Il-kuntratti msemmijin taħt punt (b), li jinkludu wkoll akkwist jew elementi oħra li huma koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jistgħu jingħataw mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu hija bil-kondizzjoni li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi u d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma titteħidx għall-fini li kuntratt jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.



Taqsima IV

Sitwazzjonijiet Speċifiċi

Artikolu 24

Konċessjonijiet riżervati

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjoni għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew li jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-konċessjonijiet jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm mill-inqas 30 % tal-impjegati ta’dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew il-programmi ekonomiċi jkunu ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati. L-avviż tal-konċessjonijiet jew, fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi kif definiti fl-Artikolu 19, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel għandu jagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

Artikolu 25

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal konċessjonijiet ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti mill-kodiċi CPV 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-benefiċċji jmorru esklużivament għand l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq tan-negozju tagħha; u

(b) 

is-servizz provdut ikun kompletament remunerat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.



KAPITOLU II

Prinċipji

Artikolu 26

Operaturi ekonomiċi

1.  
L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz rilevanti, m’għandhomx jiġu rrifjutati unikament minħabba r-raġuni li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.

Il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fl-applikazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mill-prestazzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.

2.  
Il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni. Huma ma jistgħux jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti biex ikollhom forma legali speċifika sabiex jippreżentaw offerta jew talba biex jipparteċipaw.

Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkjarifikaw fid-dokumenti tal-konċessjoni kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-istatus ekonomiku u finanzjarju jew tal-kapaċità teknika u professjonali msemmija fl-Artikolu 38 dment li dan ikun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u jkun proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti. Kwalunkwe kondizzjoni għall-prestazzjoni ta’ konċessjoni minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u proporzjonati.

3.  
Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu lill-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi li jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ngħataw il-kuntratt, sa fejn dik il-bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.

Artikolu 27

Nomenklaturi

1.  
Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest ta’ għoti ta’ konċessjonijiet għandha ssir billi jintuża l-“Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV)” kif adottat mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex tadatta l-kodiċi CPV msemmija f’din id-Direttiva, fejn bidliet fin-nomenklatura tas-CPV jkollhom jiġu riflessi f’din id-Direttiva u dment li ma jimplikawx modifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 28

Kunfidenzjalità

1.  
Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’din id-Direttiva jew fid-dritt nazzjonali li għaliha l-awtorità kontraenti tkun soġġetta, b’mod partikolari leġislazzjoni li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr ħsara għall-obbligi relatati mar-reklamar ta’ kuntratti ta’ konċessjoni mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 32 u 40, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti m’għandhiex tiżvela informazzjoni mgħoddija lilha minn operaturi ekonomiċi li huma indikaw bħala kunfidenzjali, inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

Dan l-Artikolu m’għandux jimpedixxi l-iżvelar pubbliku tal-partijiet mhux kunfidenzjali tal-kuntratti konklużi, inkluża kwalunkwe bidla sussegwenti.

2.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ timponi fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li tipproteġi n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li hija tagħmel disponibbli permezz tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni.

Artikolu 29

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

1.  

Ħlief fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi jkun obbligatorju skont l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 34, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu mezz ta’ komunikazzjoni wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin għall-iskambju tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni kollha:

(a) 

mezzi elettroniċi;

(b) 

posta jew fax;

(c) 

komunikazzjoni bil-fomm, inkluż bit-telefon fir-rigward ta’ komunikazzjoni li mhijiex l-elementi essenzjali ta’ proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, u sakemm il-kontenut tal-komunikazzjoni bil-fomm jiġi dokumentat b’mod suffiċjenti fuq mezz durabbli;

(d) 

twassil bl-idejn iċċertifikat b’konferma ta’ rċevuta.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni għal konċessjonijiet, u jmorru lil hinn mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 34.

2.  
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula għandhom ikunu ġeneralment disponibbli u mhux diskriminatorji, u m’għandhomx jirristrinġu l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċeduri tal-għoti tal-konċessjoni. L-għodod u t-tagħmir li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, għandhom ikunu interoperabbli mal-prodotti tat-teknoliġija ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni fl-użu ġenerali.

F’kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità tal-applikazzjonijiet u tal-offerti jiġu ppreservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-applikazzjonijiet u l-offerti meta l-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tagħhom ikun skada u fl-ebda ħin ieħor.



TITOLU II

REGOLI DWAR L-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET:

PRINĊIPJI ĠENERALI, U GARANZIJI PROĊEDURALI



KAPITOLU I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 30

Prinċipji ġenerali

1.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandu jkollha l-libertà li torganizza l-proċedura li twassal għall-għażla ta’ konċessjonarju soġġett għal konformità ma’ din id-Direttiva.
2.  
It-tfassil tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni għandu jirrispetta l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3. B’mod partikolari matul il-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti m’għandhiex tipprovdi informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti lil xi kandidati jew offerenti vantaġġ fuq oħrajn.
3.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adatti biex jiżguraw li fil-prestazzjoni ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, l-operaturi ekonomiċi jkunu konformi mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness X.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex temenda l-lista fl-Anness X, fejn meħtieġ, biex iżżid ftehimiet internazzjonali ġodda li jkunu ġew ratifikati mill-Istati Membri kollha jew fejn il-ftehimiet internazzjonali eżistenti msemmija ma jibqgħux ratifikati mill-Istati Membri kollha jew li nbidlu b’xi mod ieħor, pereżempju fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-kontenut jew id-denominazzjoni tagħhom.

Artikolu 31

Avviżi ta’ konċessjonijiet

1.  
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jkunu jixtiequ jagħtu konċessjoni għandhom juru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż ta’ konċessjoni.
2.  
Avviżi ta’ konċessjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Anness V u, fejn adatt, kull informazzjoni oħra meqjusa utli mill-awtorità jew l-entità kontraenti, skont il-format tal-formoli standard.
3.  
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jkunu jixtiequ jagħtu konċessjoni għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Anness IV għandhom juru l-intenzjoni tagħhom ta’ għoti ta’ konċessjoni ppjanat permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni minn qabel. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI.
4.  

B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa jippubblikaw avviż ta’ konċessjoni fejn ix-xogħol u s-servizzi jkunu jistgħu jingħataw biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) 

l-għan tal-konċessjoni jkun il-ħolqien jew l-akkwist ta’ opra tal-arti jew prestazzjoni artistika unika;

(b) 

in-nuqqas ta’ kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi;

(c) 

l-eżistenza ta’ dritt esklużiv;

(d) 

il-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet esklużivi ħlief dawk definiti fil-punt (10) tal-Artikolu 5.

L-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhuwiex konsegwenza ta’ limitazzjoni artifiċjali fil-parametri tal-għoti ta’ konċessjoni.

5.  

B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti m’għandhiex tkun meħtieġa tippubblika avviż ta’ konċessjoni ġdid meta ma tkun ġiet preżentata l-ebda applikazzjoni jew l-ebda sejħa għal offerta jew l-ebda sejħa għal offerta adatta jew l-ebda applikazzjoni adatta bi tweġiba għal proċedura ta’ konċessjoni preċedenti, dment li l-kondizzjonijiet inizjali tal-kuntratt ta’ konċessjoni ma jinbidlux sostanzjalment u dment li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni meta hija titlob hekk;

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, offerta għandha titqies bħala li mhix adatta meta tkun irrelevanti għall-konċessjoni, filwaqt li b’mod ċar ma tkunx kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti tal-konċessjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, applikazzjoni għandha titqies bħala mhux adatta:

▼C1

(a) 

fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista' jiġi eskluż skont l-Artikolu 38(4) sa (9) jew ma jissodisfax il-kriterji ta' għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti skont l-Artikolu 38(1);

▼B

(b) 

fejn l-applikazzjonijiet jinkludu offerti li mhumiex adatti fit-tifsira tat-tieni subparagrafu.

Artikolu 32

Avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni

1.  
Mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti ta’ konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu, f’konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikolu 33, avviż tal-għoti ta’ konċessjoni dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni. Għal servizzi soċjali jew servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV, tali avviżi jistgħu, madankollu, jiġu raggruppati kull trimestru. F’dak il-każ, għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 48 jum minn tmiem kull trimestru.
2.  
L-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VII, jew fir-rigward ta’ konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV, l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VIII, u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 33.

Artikolu 33

Forma u mod ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

▼C1

1.  
L-avviżi ta' konċessjoni, l-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni u l-avviż imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Annessi V, VI, VII, VIII u XI u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.

▼B

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk il-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50.

2.  
L-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati skont l-Anness IX. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti konferma lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, li tindika d-data tal-pubblikazzjoni li għandha tikkostitwixxi l-prova tal-pubblikazzjoni. L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu. L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-avviżi mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni.
3.  
L-avviżi ta’ konċessjoni għandhom jiġu ppubblikati sħaħ f’waħda jew aktar mil-lingiw uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif magħżul mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti. Dik il-verżjoni lingwistika jew dawk il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jikkostitwixxu l-uniku test awtentiku jew l-uniċi testi awtentiċi. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
4.  
L-avviżi ta’ konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni m’għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel ma jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ħlief jekk il-pubblikazzjoni fil-livell tal-Unjoni ma sseħħx fi żmien 48 siegħa minn meta l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jikkonferma li rċieva l-avviż mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 2. L-avviżi ta’ konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni ppubblikati fil-livell nazzjonali m’għandux ikun fihom informazzjoni oħra minbarra dik fl-avviżi mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, iżda għandhom jindikaw id-data ta’ meta jintbagħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 34

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti ta’ konċessjoni

1.  
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom joffru b’mezzi elettroniċi aċċess sħiħ, dirett, mingħajr restrizzjonijiet u mingħajr ħlas għad-dokumenti ta’ konċessjoni mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ konċessjoni jew, fejn l-avviż tal-konċessjoni ma jkunx jinkludi l-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerti, mid-data li fiha tkun intbagħtet l-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerti. It-test tal-avviż ta’ konċessjoni jew ta’ dawn l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz tal-Internet li fuqu huma aċċessibbli d-dokumenti ta’ konċessjoni.
2.  
Fejn, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, minħabba raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà jew tekniċi jew minħabba li n-natura partikolarment sensittiva tal-informazzjoni kummerċjali tirrikjedi livell għoli ħafna ta’ protezzjoni, l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-konċessjoni ma jkunx jista’ jiġi offrut, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta, li d-dokumenti tal-konċessjoni kkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra li mhumiex mezzi elettroniċi u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti għandha tiġi estiża.
3.  
Dment li jkunu ntalbu fi żmien tajjeb minn qabel, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jew id-dipartimenti kompetenti għandhom jipprovdu lill-applikanti jew lill-offerenti kollha li jipparteċipaw fil-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni informazzjoni addizzjonali relatata mad-dokumenti ta’ konċessjoni mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza ffissata għall-wasla tal-offerti.

Artikolu 35

Ġlieda kontra l-korruzzjoni u prevenzjoni ta’ konflitti ta’ interess

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti biex jieħdu miżuri adatti sabiex jiġġieldu l-frodi, il-favoritiżmu u l-korruzzjoni u biex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq ta’ proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkun żgurat trattament ugwali għall-kandidati u l-offerenti kollha.

Il-kunċett ta’ konflitti ta’ interess għandu mill-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku jew interess personali ieħor li jista’ jitqies bħala li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni.

Fir-rigward tal-konflitti ta’ interess il-miżuri adottati m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jipprevjenu konflitt ta’ interess potenzjali jew jeliminaw konflitt ta’ interess identifikat.



KAPITOLU II

Garanziji proċedurali

Artikolu 36

Rekwiżiti tekniċi u funzjonali

1.  
Ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa mix-xogħlijiet jew mis-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. Huma għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-konċessjoni.

Dawk il-karatteristiċi jistgħu wkoll jirreferu għall-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew tal-forniment tax-xogħlijiet jew is-servizzi mitluba dment li huma jkunu marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonati għall-valur tiegħu u għall-objettivi tiegħu. Il-karatteristiċi jistgħu pereżempju jinkludu l-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, it-tfassil li jieħu kont tar-rekwiżiti kollha (inkluż aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà) u l-valutazzjoni tal-konformità, il-prestazzjoni, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tal-ittestjar, l-immarkar u t-tikkettar, jew l-istruzzjonijiet għall-utent.

2.  
Jekk ma jkunx iġġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali m’għandhomx jirreferu għal ditta jew sors speċifiku, jew għal proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew is-servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu ffavoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Tali referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, meta ma tkunx possibbli deskrizzjoni biżżejjed preċiża u intelliġibbli tas-suġġett tal-kuntratt. Tali referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.
3.  
Awtorità kontraenti jew entità kontraenti m’għandhiex tiċħad offerta minħabba r-raġuni li x-xogħlijiet u s-servizzi offruti, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tekniċi u funzjonali li hi rreferiet għalihom, ladarba l-offerent juri bi kwalunkwe mezz xieraq li s-soluzzjonijiet li ppropona ssodisfaw b’mod ekwivalenti r-rekwiżiti tekniċi u funzjonali.

Artikolu 37

Garanziji proċedurali

1.  

Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji tal-għotja stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti skont l-Artikolu 41 dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti, fejn applikabbli, mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti;

(b) 

l-offerent ikun konformi mal-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 38(1);

(c) 

l-offerent ma jkunx eskluż milli jipparteċipa fil-proċedura tal-għotja f’konformità mal-Artikolu 38(4) sa (7), u soġġett għall-Artikolu 38(9).

Ir-rekwiżiti minimi msemmijin fil-punt (a) għandhom jinkludu kondizzjonijiet u karatteristiċi (partikolarment tekniċi, fiżiċi, funzjonali u legali) li kwalunkwe sejħa għal offerti għandha tissodisfa jew ikollha.

2.  

L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tipprovdi:

(a) 

fl-avviż tal-konċessjoni, deskrizzjoni tal-konċessjoni u tal-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni;

(b) 

fl-avviż tal-konċessjoni, fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta jew f’dokumenti oħra tal-konċessjoni, deskrizzjoni tal-kriterji tal-għotja u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu.

3.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tillimita l-għadd ta’ kandidati jew offerenti għal livell xieraq, bil-kondizzjoni li dan isir b’mod trasparenti u abbażi ta’ kriterji oġġettivi. L-għadd ta’ kandidati jew offerenti mistiedna għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.
4.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tikkomunika deskrizzjoni tal-organizzazzjoni prevista tal-proċedura u skadenza indikattiva għat-tlestija lill-parteċipanti kollha. Kwalunkwe modifika għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti kollha u, jekk il-modifika tkun tikkonċerna elementi żvelati fl-avviż tal-konċessjoni, hija għandha tiġi rreklamata lill-operaturi ekonomiċi kollha.
5.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tipprevedi reġistrazzjoni xierqa tal-istadji tal-proċedura bl-użu tal-mezzi li hija tqis li jkunu xierqa, soġġett għal konformità mal-Artikolu 28(1).
6.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tagħmel negozjati mal-kandidati u l-offerenti. Is-suġġett tal-konċessjoni, il-kriterji tal-għotja u r-rekwiżiti minimi m’għandhomx jinbidlu matul in-negozjati.

Artikolu 38

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

1.  
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw il-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni relatati mal-kapaċità professjonali u teknika u l-istatus finanzjarju u ekonomiku tal-kandidati jew l-offerenti, abbażi ta’ awtodikjarazzjonijiet, referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-avviż tal-konċessjoni li għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni. Il-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni għandhom ikunu relatati u proporzjonati għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kapaċità tal-konċessjonarju li jwettaq il-konċessjoni, b’kont meħud tas-suġġett tal-konċessjoni u l-fini li tiżgura kompetizzjoni ġenwina.
2.  
Bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1, operatur ekonomiku jista’, fejn xieraq u għal konċessjoni partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu magħhom. Fejn operatur ekonomiku jixtieq joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, huwa għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, matul il-perijodu tal-konċessjoni, ir-riżorsi neċessarji, pereżempju, billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dak l-għan. Fir-rigward tal-qagħda finanzjarja, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli konġuntament għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
3.  
Taħt l-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 26 jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.
4.  

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn huma jkunu stabbilixxew li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) 

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżijoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI ( 9 );

(b) 

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ( 10 ) u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/ĠAI ( 11 ), kif ukoll korruzjoni kif definita fil-liġi nazzjonali tal-awtorità jew l-entità kontraenti jew l-operatur ekonomiku;

(c) 

frodi fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ( 12 );

(d) 

reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/JHA ( 13 ) rispettivament, jew inċitazzjoni, għajnuna jew tixwix jew tentattivi għal twettiq ta’ reat, kif spjegat fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas;

(e) 

ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).

(f) 

tħaddim tat-tfal u forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ).

L-obbligu li operatur ekonomiku jiġi eskluż għandu japplika wkoll fejn il-persuna kkundannata b’sentenza definittiva tkun membru tal-korp amministrattiv, ta’ tmexxija jew ta’ superviżjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku jew li għandu setgħat ta’ rappreżentazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fi ħdanu.

Entitajiet kontraenti oħra mhux imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn ikunu konxji li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

5.  
Awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu l-operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn ikunu konxji li l-operatur ekonomiku ma jkunx issodosfa l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u fejn dan ġie stabbilit b’deċiżjoni ġurddizzjarja jew amministrattiva li jkollha effett finali u vinkolanti skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn ikun stabbiliti jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) jistgħu jeskludu jew jintalbu mill-Istati Membri biex jeskludu milli jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni operatur ekonomiku li l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun tista’ turi b’mezzi adatti li l-operatur ekonomiku ma jkunx issodisfa obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

Dan il-paragrafu m’għandux japplika aktar meta operatur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu billi ħallas jew daħal fi ftehim vinkolanti bil-ħsieb li jitħallsu t-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali debiti, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interess akkumulat jew multi.

6.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafi 4 u 5, fuq bażi eċċezzjonali, għal raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku bħas-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafu 5, fejn esklużjoni tkun b’mod ċar sproporzjonata, b’mod partikolari fejn ammonti żgħar biss ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jkunux tħallsu jew fejn l-operatur ekonomiku kien informat bl-ammont eżatt dovut wara li kiser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u f’dan il-perijodu ma kellux il-possibbiltà li jieħu miżuri kif previst fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 qabel l-iskadenza tal-perijodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu.

7.  

L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jintalbu minn Stat Membru biex jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta’ konċessjoni kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fejn ikun jista’ jintwera bi kwalunkwe mezz adatt kwalunkwe ksur tal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 30(3).

(b) 

fejn l-operatur ekonomiku jkun fallut jew ikun soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, fejn l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn ikun daħal f’arranġament ma’ kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jkunu sospiżi jew huwa jkun qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’, iżda, tiddeċiedi li ma teskludihx jew hija tkun rikjesta mill-Istat Membru biex ma teskludix operatur ekonomiku li jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ hawn fuq fejn hija tkun stabbilixxiet li l-operatur ekonomiku inkwistjoni ser ikun jista’ jwettaq il-konċessjoni, b’kont meħud tar-regoli u l-miżuri nazzjonali applikabbli dwar il-kontinwità tan-negozju fil-każ ta’ dawk is-sitwazzjonijiet;

(c) 

fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalunkwe mezz adatt li l-operatur ekonomiku jkun ħati ta’ miskondotta professjonali serja, li titfa’ dubji fuq l-integrazzjoni tiegħu;

(d) 

fejn konflitt ta’ interess fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 35, ma jkunx jista’ jiġi rimedjat b’mod effettiv bi kwalunkwe miżura oħra inqas intrusiva;

(e) 

fejn l-awtorità kontraenti għandha indikazzjonijiet plawżibbli biżżejjed biex tikkonkludi li l-operatur ekonomiku ikun daħal fi qbil ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn bl-għan li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(f) 

fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fil-prestazzjoni ta’ rekwiżit sostantiv taħt konċessjoni preċedenti jew kuntratt preċedenti ma’ awtorità kontraenti jew ma’ entità kontraenti kif definit f’din id-Direttiva jew fid-Direttiva 2014/25/UE li wassal għat-terminazzjoni antiċipata ta’ dan il-kuntratt preċedenti, penali jew sanzjonijiet komparabbli;

(g) 

fejn l-operatur ekonomiku kien ħati ta’ rappreżentazzjoni qarrieqa serja fl-għoti tal-informazzjoni rikjesta għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew biex jiġu sodisfatti l-kriterji ta’ selezzjoni, ikun żamm tali informazzjoni jew ma jistax jippreżenta d-dokumenti meħtieġa għas-sostenn ta’ tali informazzjoni;

(h) 

fejn l-operatur ekonomiku ikun ħa azzjoni biex jinfluwenza b’mod mhux xieraq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, biex jakkwista informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni jew biex deliberatament jagħti informazzjoni qarrieqa li jista’ jkollha influwenza materjali fuq deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-esklużjoni, is-selezzjoni jew l-għoti;

(i) 

fil-każ ta’ konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmijin fid-Direttiva 2009/81/KE, fejn l-operatur ekonomiku jkun instab, abbażi ta’ kwalunkwe mezz ta’ evidenza, inklużi sorsi ta’ data protetta, li ma kellux l-affidabbiltà meħtieġa biex jiġu evitati riskji għas-sigurtà tal-Istat Membru.

8.  
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom, fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, jeskludu operatur ekonomiku meta jirriżulta li l-operatur ekonomiku inkwistjoni jkun, fir-rigward ta’ atti mwettqa jew li tħallew barra, sew jekk qabel kif ukoll jekk matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jiġu mitluba mill-Istati Membri biex jeskludu operatur ekonomiku fejn jirriżulta li l-operatur ekonomiku inkwistjoni jkun, fir-rigward ta’ atti mwettqa jew li tħallew barra, sew jekk qabel kif ukoll jekk matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 u fil-paragrafu 7.

9.  
Kwalunkwe operatur ekonomiku li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 7 jista’ jipprovdi evidenza, bil għan li l-miżuri meħudin mill-operatur ekonomiku jkunu biżżejjed biex juru l-affidabbiltà tiegħu minkejja l-eżistenza tar-raġuni għall-esklużjoni rilevanti. Jekk tali evidenza titqies li hija suffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat m’għandux ikun eskluż mill-proċedura.

Għal din il-fini, l-operatur ekonomiku għandu juri li hu ħallas jew impenja ruħu li jikkumpensa għal kwalunkwe dannu maħluq mir-reat kriminali jew mill-kondotta ħażina, li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u li ħa miżuri konkreti tekniċi, organizzattivi u tal-persunal li huma xierqa sabiex jipprevjenu reati kriminali jew kondotta ħażina ulterjuri. Il-miżuri meħuda mill-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu evalwati billi jieħdu kont tal-gravità u ċ-ċirkostanzi partikolari tar-reat kriminali jew tal-kondotta ħażina. Fejn il-miżuri huma meqjusa bħala insuffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jirċievi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

Operatur ekonomiku li jkun ġie eskluż b’sentenza definittiva milli jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist jew ta’ għoti ta’ konċessjoni m’għandux ikun intitolat li jagħmel użu mill-possibbiltà prevista taħt dan il-paragrafu matul il-perijodu ta’ esklużjoni li jirriżulta minn dik is-sentenza fl-Istati Membri fejn is-sentenza tkun effettiva.

10.  
Permezz ta’ dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u b’kont meħud tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, il-kondizzjonijiet implimentattivi ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, huma għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu tal-esklużjoni jekk ma ttieħdet l-ebda miżura, kif speċifikat fil-paragrafu 9 mill-operatur ekonomiku biex juri l-kredibbiltà tiegħu. Fejn il-perijodu ta’ esklużjoni ma jkunx ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali, dak il-perijodu m’għandux ikun itwal minn ħames snin mid-data tal-kundanna bis-sentenza finali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 u tliet snin mid-data tal-avveniment rilevanti fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 7.

Artikolu 39

Limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni

1.  
Meta jistipulaw il-limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet jew ta’ offerti, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu kont b’mod partikolari tal-kumplessità tal-konċessjoni u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti jew tal-applikazzjonijiet mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien minimi stipulati f’dan l-Artikolu.
2.  
Fejn l-applikazzjonijiet jew l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fis-sit jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti li jsostnu d-dokumenti ta’ għoti tal-konċessjoni, il-limiti ta’ żmien għall-wasla tal-applikazzjonijiet għall-konċessjoni jew għall-wasla tal-offerti, għandhom jiġu ffissati sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru konxji dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jipproduċu l-applikazzjonijiet jew l-offerti u, fi kwalunkwe eventwalità għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.
3.  
Il-limitu ta’ żmien minimu għall-wasla tal-applikazzjonijiet irrispettivament minn jekk dawn jinkludux l-offerti għall-konċessjoni, għandu jkun 30 jum mid-data li fiha jkun intbagħat l-avviż għall-konċessjoni.
4.  
Fejn il-proċedura sseħħ fi stadji suċċessivi l-limitu minimu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti inizjali għandu jkun ta’ 22 jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta.
5.  
Il-limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jista’ jitnaqqas b’ħamest ijiem fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 29.

Artikolu 40

Għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u lill-offerenti

1.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha, mill-aktar fis possibbli, tinforma lil kull kandidat u offerent bid-deċiżjonijiet meħuda rigward l-għoti ta’ konċessjoni, inkluż isem l-offerent magħżul, ir-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni jew l-offerta tiegħu u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li ma jingħatax kuntratt li għalih kien hemm pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ konċessjoni jew li terġa’ tinbeda l-proċedura.

Barra minn hekk, fuq talba tal-parti kkonċernata, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha, mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ talba bil-miktub, tinforma lil kwalunkwe offerent li jkun għamel offerta ammissibbli dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula

2.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tiddeċiedi li żżomm ċerta informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, rigward il-kuntratt, meta l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jimpedixxi l-infurzar tal-liġi, b’xi mod ieħor imur kontra l-interess pubbliku jew jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi, sew jekk privati kif ukoll jekk pubbliċi, jew jista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn dawn l-operaturi.

Artikolu 41

Kriterji tal-għoti

1.  
Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jiżguraw li l-offerti jiġu vvalutati f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva biex jiġi identifikat vantaġġ ekonomiku ġenerali għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.
2.  
Il-kriterji ta’ għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni, u m’għandhomx jikkonferixxu libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti. Dawn jistgħu jinkludu, fost oħrajn, kriterji ambjentali, soċjali jew relatati mal-innovazzjoni.

Dawk il-kriterji għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi vverifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti.

L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandhom jivverifikaw jekk l-offerti jissodisfawx b’mod adatt il-kriterji tal-għoti.

3.  
L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha telenka l-kriterji f’ordni dekrexxenti ta’ importanza.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tirċievi offerta li tipproponi soluzzjoni innovattiva b’livell eċċezzjonali ta’ prestazzjoni funzjonali li ma setgħetx tiġi prevista minn awtorità jew entità kontraenti diliġenti, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’, b’mod eċċezzjonali, timmodifika l-ordni ta’ prevalenza tal-kriterji tal-għoti biex jittieħed kont ta’ dik is-soluzzjoni innovativa. F’dak il-każ, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tinforma lill-offerenti kollha dwar il-modifika tal-ordni ta’ prevalenza u għandha toħroġ stedina ġdida għall-preżentazzjoni ta’ offerti, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien minimi msemmija fl-Artikolu 39(4). Fejn il-kriterji tal-għoti jkunu ġew ippubblikati fil-ħin tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tippubblika konċessjoni ġdida, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien minimi msemmijin fl-Artikolu 39(3).

Il-modifika fl-ordni ta’ prevalenza m’għandhiex twassal għal diskriminazzjoni.



TITOLU III

REGOLI DWAR IL-PRESTAZZJONI TA’ KONĊESSJONIJIET

Artikolu 42

Subkuntrattar

1.  
L-osservanza tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 30(3) mis-subkuntratturi għandha tiġi żgurata permezz ta’ azzjoni adatta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaġixxu fi ħdan l-ambitu tar-responsabbiltà u l-mandat tagħhom.
2.  
Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru biex titlob lill-offerent jew lill-applikant biex jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-konċessjoni li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala subkuntratt lil partijiet terzi u jindika kwalunkwe subkuntrattur propost. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-konċessjonarju prinċipali.
3.  
Fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u fir-rigward ta’ servizzi li għandhom jiġu pprovduti fil-faċilità taħt is-sorveljanza tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti, wara l-għoti tal-konċessjoni u mhux aktar tard minn meta l-prestazzjoni tal-konċessjoni tibda, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha titlob lill-konċessjonarju jindika lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u r-rappreżentanti legali tas-subkuntratturi tiegħu, involuti f’tali xogħlijiet u servizzi, sa fejn dawn ikunu magħrufa f’dak il-mument. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha titlob lill-konċessjonarju biex jgħarrafha bi kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni matul il-konċessjoni kif ukoll bl-informazzjoni meħtieġa għal kwalunkwe subkuntrattur ġdid li huwa jinvolvi sussegwentement f’tali xogħlijiet jew servizzi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu direttament fuq il-konċessjonarju l-obbligu li jagħti l-informazzjoni rikjesta.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx japplikaw għal fornituri.

L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu jew jistgħu jkunu meħtieġa minn Stati Membri biex jestendu l-obbligi previsti fl-ewwel subparagrafu għal pereżempju:

(a) 

konċessjonijiet ta’ servizzi oħra minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jingħataw fil-faċilitajiet taħt is-sorveljanza tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti jew għal fornituri involuti f’konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi;

(b) 

subkuntratturi tas-subkuntratturi tal-konċessjonarju jew aktar ‘l isfel fil-katina tas-subkuntrattar.

4.  

Bl-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 30(3), jistgħu jittieħdu miżuri adatti, bħal:

(a) 

Fejn id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-subkuntratturi u l-konċessjonarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3).

(b) 

L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jivverifikaw jew jistgħu jintalbu minn Stati Membri biex jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ subkuntratturi skont l-Artikolu 38(4) sa (10). F’tali każijiet, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha titlob lill-operatur ekonomiku biex jibdel subkuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika wriet li hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tintalab minn Stat Membru biex titlob lill-operatur ekonomiku biex jibdel subkuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika wriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni.

5.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli aktar stretti dwar ir-responsabilità skont id-dritt nazzjonali.
6.  
L-Istati Membri li jkunu għażlu li jipprevedu miżuri skont il-paragrafi 1 u 3 għandhom, bil-liġi, b’regolament jew b’dispożizzjonijiet amministrattivi oħra u filwaqt li jikkunsidraw il-liġi tal-Unjoni, jispeċifikaw il-kondizzjonijiet implimentattivi għal dawk il-miżuri. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikabbiltà tagħhom, pereżempju fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti, ċerti kategoriji ta’ awtoritajiet kontraenti, entitajiet kontraenti jew operaturi ekonomiċi jew fir-rigward ta’ ċerti ammonti.

Artikolu 43

Modifika tal-kuntratti matul it-terminu tagħhom

1.  

Il-konċessjonijiet jistgħu jiġu modifikati mingħajr proċedura ġdida tal-għoti ta’ konċessjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur monetarju tagħhom, ikunu ġew previsti fid-dokumenti tal-konċessjoni inizjali bi klawżoli ċari, preċiżi u inekwivoċi, li jistgħu jinkludu klawżoli ta’ reviżjoni tal-valur, jew għażliet. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikkjaraw l-ambitu u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kondizzjonijiet kif dawn jistgħu jintużaw. Huma m’għandhomx jipprevedu modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura globali tal-konċessjoni;

(b) 

għal xogħlijiet jew servizzi addizzjonali mill-konċessjonarju oriġinali li jkunu saru neċessarji u li ma kinux inklużi fil-konċessjoni inizjali fejn il-bidla tal-konċessjonarju:

(i) 

ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti ta’ interkambjalità jew interoperabbiltà ma’ tagħmir, servizzi jew installazzjonijiet eżistenti akkwistati taħt il-konċessjoni inizjali; u

(ii) 

tkun tikkawża inkonvenjenza sinifikanti jew dupplikazzjoni sostanzjali ta’ spejjeż għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

Madankollu, fil-każ ta’ konċessjonijiet mogħtija minn awtorità kontraenti, għall-finijiet li titkompla attività li mhix waħda minn dawk imsemmija fl-Anness II, kwalunkwe żieda fil-valur ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 50 % tal-valur tal-konċessjoni oriġinali. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, dik il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki konsekuttivi ma għandomx ikunu mmirati lejn iċ-ċirkomvenzjoni ta’ din id-Direttiva;

(c) 

fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

il-ħtieġa għal modifika seħħet minħabba ċirkostanzi li awtorità kontraenti jew entità kontraenti diliġenti ma setgħetx tbassar;

(ii) 

il-modifika ma tibdilx in-natura inġenerali tal-konċessjoni;

(iii) 

fil-każ ta’ konċessjonijiet mogħtija minn awtorità kontraenti, għall-finijiet li titkompla attività li mhix waħda minn dawk imsemmija fl-Anness II, kwalunkwe żieda fil-valur ma tistax tkun ta’ aktar minn 50 % tal-valur tal-konċessjoni oriġinali. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, din il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki konsekuttivi ma għandomx ikunu mmirati lejn iċ-ċirkomvenzjoni ta’ din id-Direttiva;

(d) 

fejn konċessjonarju ġdid jibdel lill-konċessjonarju li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun inizjalment tat il-konċessjoni bħala konsegwenza ta’:

(i) 

klawżola ta’ reviżjoni jew għażla inekwivoka f’konformità mal-punt (a);

(ii) 

suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-konċessjonarju inizjali, wara ristrutturar korporattiv, inkluż teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni u akkwist jew insolvenza, ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva stabbiliti inizjalment, dment li dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħra għall-kuntratt u ma jkunx immirat lejn iċ-ċirkomvenzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; jew

(iii) 

fil-każ li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti nnifisha tassumi l-obbligi tal-konċessjonarju prinċipali fir-rigward tas-subkuntratturi tiegħu fejn din il-possibbiltà tkun prevista fil-leġislazzjoni nazzjonali;

(e) 

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, ma jkunux sostanzjali fis-sens tal-paragrafu 4.

L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw konċessjoni fil-każijiet stabbiliti taħt punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż għal dak l-effett f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XI u għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 33.

2.  

Barra minn hekk, u mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 4 jkunux sodisfatti, il-konċessjonijiet jistgħu wkoll jiġu mmodifikati mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura ġdida għall-għoti ta’ konċessjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn il-valur tal-modifika jkun inqas mill-valuri li ġejjin:

(i) 

il-limitu stabbilit fl-Artikolu 8; u

(ii) 

10 % tal-valur tal-konċessjoni inizjali.

Madankollu, il-modifika ma tibdilx in-natura globali tal-konċessjoni. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi.

3.  
Għall-fini tal-kalkolu tal-valur imsemmi fil-paragrafu 2 u fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, il-valur aġġornat għandu jkun il-valur ta’ referenza meta l-konċessjoni tkun tinkludi klawżola ta’ indiċjar. Jekk il-konċessjoni ma tinkludix klawżola ta’ indiċjar, il-valur aġġornat għandu jiġi kkalkolat b’kont meħud tal-inflazzjoni medja fl-Istat Membru tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti.
4.  

Modifika ta’ konċessjoni matul it-terminu tagħha għandha titqies li hija sostanzjali skont it-tifsira ta’ punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-konċessjoni materjalment differenti fil-karattru minn dik inizjalment konkluża. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies li hija sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ applikanti oħra minbarra dawk inizjalment magħżula, jew għall-aċċettazzjoni ta’ offerta minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni;

(b) 

il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-konċessjoni favur il-konċessjonarju b’tali mod li ma kienx previst fil-konċessjoni inizjali;

(c) 

il-modifika testendi l-ambitu tal-konċessjoni b’mod konsiderevoli;

(d) 

fejn konċessjonarju ġdid jibdel lill-konċessjonarju li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kienet inizjalment tat il-konċessjoni f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt punt (d) tal-paragrafu 1.

5.  
Proċedura ġdida għall-għoti ta’ konċessjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva għandha tintalab għal modifiki oħra tad-dispożizzjonijiet ta’ konċessjoni matul it-terminu tagħha minbarra dawk previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 44

Terminazzjoni ta’ konċessjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà skont il-kondizzjonijiet determinati mid-dritt nazzjonali applikabbli, li jitterminaw konċessjoni matul it-terminu tagħha, fejn tiġi sodisfatta waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

tkun saret modifika tal-konċessjoni li tkun teħtieġ proċedura ġdida ta’ għoti ta’ konċessjoni skont l-Artikolu 43;

(b) 

il-konċessjonarju kien, fil-ħin tal-għoti tal-konċessjoni, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38(4) u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni;

(c) 

fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssib li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati minħabba l-fatt li awtorità kontraenti jew entità kontraenti li tappartjeni għal dak l-Istat Membru tkun tat il-konċessjoni inkwistjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi tagħha skont it-Trattati u din id-Direttiva.

Artikolu 45

Monitoraġġ u rappurtar

1.  
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni korretta u effikaċi b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas il-kompiti stipulati f’dan l-Artikolu jitwettqu minn awtorità jew struttura waħda jew aktar. Huma għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet u l-istrutturi kompetenti kollha għal dawn il-kompiti.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tar-regoli għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet tiġi mmonitorjata. Fejn l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ monitoraġġ jidentifikaw ksur speċifiku bħal frodi, korruzzjoni, konflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra, jew problemi sistemiċi, huma għandhom jingħataw is-setgħa biex jindikaw dak il-ksur jew dawk il-problemi lill-awtoritajiet ta’ verifika, lill-qrati jew lit-tribunali nazzjonali jew lil awtoritajiet jew strutturi adegwati oħra, bħall-ombudsman, il-parlamenti nazzjonali jew kumitati tagħhom.
3.  
Ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa ta’ informazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’, l-aktar kull tliet snin, titlob lill-Istati Membri biex jibagħtu lill-Kummissjoni rapport ta’ monitoraġġ li jkopri, ħarsa ġenerali tal-kawżi l-aktar frekwenti ta’ applikazzjoni skorretta tar-regoli għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet, inklużi każijiet possibbli ta’ frodi u aġir illegali ieħor.

4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet tkun disponibbli mingħajr ħlas biex tassisti lill-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti u lill-operaturi ekonomiċi fl-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-Unjoni.



TITOLU IV

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 89/665/KEE U 92/13/KEE

Artikolu 46

Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE

Id-Direttiva 89/665/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 1 il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.  
Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), sakemm tali kuntratti ma jkunx esklużi skont l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11, 12, 15, 16, 17 u 37 ta’ dik id-Direttiva.

Din id-Direttiva tapplika wkoll għal konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, imsemmija fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ), sakemm dawn il-konċessjonijiet ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 10, 11, 12, 17 u 25 ta’ dik id-Direttiva.

Il-kuntratti skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti pubbliċi, ftehimiet ta’ qafas, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi u sistemi dinamiċi ta’ xiri.’

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, għar-raġuni li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.

(2) 

Fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara d-deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jekk jintużaw fax jew mezzi elettroniċi, jew jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jew mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.”;

(b) 

fir-raba’ subparagrafu, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

— 
“— 

sommarju tar-raġunijiet rilevanti, kif jinsabu fl-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, soġġett għall-Artikolu 55(3) ta’ dik id-Direttiva, jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għall-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva u,”

(3) 

l-Artikolu 2b, huwa emendat kif ġej:

(a) 

fl-ewwel paragrafu:

(i) 

il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

jekk id-Direttiva 2014/24/UE jew, fejn rilevanti, id-Direttiva 2014/23/UE ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;”;

(ii) 

il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c) 

fil-każ ta’ kuntratt ibbażat fuq ftehim qafas kif previst fl-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24/UE u fil-każ ta’ kuntratt speċifiku bbażat fuq sistema dinamika ta’ akkwist kif previst fl-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.”;

(b) 

fit-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż għandhom jinbidlu b’li ġej:

— 
“— 

ikun hemm ksur tal-punt (c) tal-Artikolu 33(4) jew tal-Artikoli 34(6) tad-Direttiva 2014/24/UE, u

— 
— 

il-valur tal-kuntratt ikun stmat li huwa ugwali għal jew jaqbeż illimiti massimi stabbiliti fl Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE.”

(4) 

Fl-Artikolu 2c, il-kliem “Direttiva 2004/18/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/24/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;

(5) 

L-Artikolu 2d għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1:

(i) 

il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

jekk l-awtorità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan ikun permissibbli skont id-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE”;

(ii) 

fil-punt (b) il-kliem “Direttiva 2004/18/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/24/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;

(b) 

fil-paragrafu 4, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

— 
“— 

l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa permissibbli skont id-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE,”

(c) 

fil-paragrafu 5, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

— 
“— 

l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt ikun skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(4) jew l-Artikoli 34(6) tad-Direttiva 2014/24/UE,”

(6) 

Fl-Artikolu 2f(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum ta’ wara d-data li fiha:

— 
l-awtorità kontraenti ppubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt skont l-Artikoli 50 u 51 tad-Direttiva 2014/24/UE jew skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2014/23/UE, sakemm dan l-avviż jinkludi ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew
— 
l-awtorità kontraenti infurmat lill-offerenti u lill-kandidati konċernati dwar il-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm din l-informazzjoni jkun fiha sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif jinsabu fl-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, soġġett għall-Artikolu 55(3) ta’ dik id-Direttiva jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għall-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva. Din l-għażla tapplika wkoll għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2b(c) ta’ din id-Direttiva. Din l-għażla tapplika wkoll għall-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b ta’ din id-Direttiva”;
(7) 

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.  
Il-Kummissjoni tista’ tinvoka l-proċedura prevista fil-paragrafi 2 sa 5 meta, qabel ma jiġi konkluż kuntratt, tqis li sar ksur serju tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku matul il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE.”.

Artikolu 47

Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE

Id-Direttiva 92/13/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.  
Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), sakemm tali kuntratti ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 18 sa 24, 27 sa 30, 34 jew 55 ta’ dik id-Direttiva.

Il-kuntratti fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti ta’ provvista, ta’ xogħol u ta’ servizzi, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi, ftehim qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri.

Din id-Direttiva tapplika wkoll għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti, imsemmija fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ) ta’..dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni sakemm dawn il-kuntratti ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 10, 12, 13, 14, 16, 17, u 25 ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, fuq il-bażi li tali deċiżjonijiet jiksru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.

(2) 

L-Artikolu 2a, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara d-deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jekk jintużaw fax jew mezzi elettroniċi, jew jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jew mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.”;

(b) 

fir-raba’ subparagrafu, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

— 
“— 

sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif jinsabu fl-Artikolu 75(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 75(3) ta’ dik id-Direttiva jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva, u”

(3) 

l-Artikolu 2b huwa emendat kif ġej:

(a) 

fl-ewwel paragrafu:

(i) 

il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

jekk id-Direttiva 2014/25/UE jew, fejn rilevanti, id-Direttiva 2014/23/UE ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;”

(ii) 

il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c) 

fil-każ ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri kif previst fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2014/25/UE.”

(b) 

fit-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż huma mibdula minn dan li ġej:

— 
“— 

ikun hemm ksur tal-Artikolu 52(6) tad-Direttiva 2014/25/UE, u

— 
— 

il-valur tal-kuntratt ikun stmat li huwa ugwali għal jew jaqbeż illimiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE.”

(4) 

Fl-Artikolu 2c, il-kliem “Direttiva 2004/17/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/25/UE jew Direttiva 2014/23/UE”

(5) 

L-Artikolu 2d għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1,

(i) 

punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

jekk l-entità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan ikun permissibbli skont id-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE”;

(ii) 

fil-punt (b), il-kliem “Direttiva 2004/17/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/25/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;

(b) 

fil-paragrafu 4, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

— 
“— 

l-entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa permissibbli skont id-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE,”;

(c) 

fil-paragrafu 5, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

— 
“— 

l-entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt huwa f’konformità mal-Artikoli 52(6) tad-Direttiva 2014/25/UE,”

(6) 

Fl-Artikolu 2f(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum ta’ wara d-data li fiha:

— 
l-awtorità kontraenti ppubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt skont l-Artikoli 70 u 71 tad-Direttiva 2014/25/UE jew skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2014/23/UE, sakemm dan l-avviż jinkludi ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-entità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew
— 
l-entità kontraenti informat lill-offerenti u lill-kandidati kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm din l-informazzjoni jkun fiha sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 75(2) ta’ 2014/25/UE soġġett għall-Artikolu 75(3) ta’ dik id-Direttiva jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva. Din l-għażla tapplika wkoll għall-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b ta’ din id-Direttiva;”;
(7) 

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.  
Il-Kummissjoni tista’tinvoka l-proċedura prevista fil-paragrafi 2 sa 5 meta, qabel ma jiġi konkluż kuntratt, tqis li sar ksur serju tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist matul il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, jew f’relazzjoni mal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2014/25/UE fil-każ ta’ entitajiet kontraenti li għalihom tapplika dik id-dispożizzjoni”.



TITOLU V

SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Eżerċitar tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7(3), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mis-17 ta’ April 2014.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7(3), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikat f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att diġà fis-seħħ.
4.  
Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) għandu jidħol fis-seħħ biss fejn ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u l-anqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn (2) min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu ta’ żmien għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 49

Proċedura ta’ urġenza

1.  
Atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw ladarba ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.
2.  
Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(5). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni għal oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 50

Proċedura ta’ Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE ( 16 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 51

Traspożizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ April 2016. Huma għandhom jikkomunikaw it-test tagħhom lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma se jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 52

Dispożizzjonijiet transitorji

Referenzi għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/17/KE u għall-Artikolu 1(3) u (4) u t-Titolu III tad-Direttiva 2004/18/KE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 53

Monitoraġġ u rappurtar

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, partikolarment fir-rigward ta’ fatturi bħall-għoti ta’ kuntratti transkonfinali u l-ispejjeż tat-transazzjonijiet, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 u tirraporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019. L-adegwatezza tal-livell tal-limiti għandha tiġi eżaminata fil-kuntest ta’ negozjati skont il-FAP b’kont meħud tal-impatt tal-inflazzjoni u l-ispejjeż tat-transazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli u adatt, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda tal-ammonti limiti applikabbli taħt il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss.

Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti massimi applikabbli taħt il-FAP, ir-rapport għandu, fejn dan ikun xieraq, ikun segwit minn proposta leġiżlattiva li temenda l-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern tal-esklużjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 b’kont meħud tal-istrutturi speċifiċi tas-settur tal-ilma, u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2021, u kull ħames snin wara dan, abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jipprovdu f’konformità mal-Artikolu 45(3).

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tar-reviżjoni imwettqa f’konformità mar-raba’ paragrafu disponibbli pubblikament.

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet offruti jew mogħtija qabel is-17 ta’ April 2014.

Artikolu 55

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I



LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (7) TAL-ARTIKOLU 5 (1)

Rev. 1 (2)

Kodiċi CPV

TAQSIMA F

KOSTRUZZJONI

Diviżjoni

Grupp

Klassi

Suġġett

Noti

45

 

 

Kostruzzjoni

Din id-diviżjoni tinkludi:

— Kostruzzjoni ta’ bini ġdid u xogħlijiet, restawrar u tiswijiet komuni.

45000000

 

45,1

 

Preparazzjoni tas-sit

 

45100000

 

 

45,11

Demolizzjoni u tifrik ta’ bini; ċaqliq ta’ terrepien

Din il-klassi tinkludi:

— demolizzjoni ta’ bini u strutturi oħrajn,

— tindif ta’ siti ta’ bini,

— skavar, mili ta’ art, livellar u gradazzjoni ta’ siti ta’ kostruzzjoni, tħaffir ta’ trinek, tneħħija ta’ blat, sparar ta’ furnelli, eċċ.

— preparazzjoni tas-sit għat-tħaffir tal-minjieri,

— tneħħija tal-materjal tal-wiċċ u żviluppi u preparamenti oħrajn ta’ proprjetajiet u siti minerali.

Din il-klassi tinkludi wkoll:

— drenaġġ tas-sit tal-bini,

— drenaġġ ta’ art agrikola jew imsaġġra.

45110000

 

 

45,12

Tħaffir u titqib bi prova

Din il-klassi tinkludi:

— tħaffir bi prova, titqib bi prova u teħid ta’ kampjuni għal skopijiet ta’ kostruzzjoni, ġeofiżiċi, ġeoloġiċi jew simili.

Din il-klassi teskludi:

— tħaffir ta’ bjar tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass, ara 11.20,

— tħaffir ta’ bjar tal-ilma, ara 45.25,

— tħaffir ta’ xaftijiet, ara 45.25,

— esplorazzjoni ta’ baċir taż-żejt u tal-gass, stħarriġ ġeofiżiku, ġeoloġiku u siżmiku, ara 74.20.

45120000

 

45,2

 

Bini ta’ kostruzzjonijiet sħaħ jew partijiet tagħhom; inġinerija ċivili

 

45200000

 

 

45,21

Kostruzzjoni ġenerali tal-bini u xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili

Din il-klassi tinkludi:

— kostruzzjoni tat-tipi kollha ta’ bini — kostruzzjonijiet ta’ inġinerija ċivili,

— pontijiet, inklużi dawk għal awtostradi elevati, vijadotti, mini u passaġġi taħt it-triq,

— linji ta’ pajpijiet fit-tul, linji tal-komunikazzjoni u tal-enerġija,

— linji ta’ pajpijiet urbani, linji urbani ta’ komunikazzjoni u tal-enerġija,

— xogħlijiet urbani anċillari,

— assemblaġġ u twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati fuq is-sit.

Din il-klassi teskludi:

— attivitajiet ta’ servizz inċidentali għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, ara 11.20,

— twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati sħaħ minn partijiet awtomanifatturati mhux tal-konkrit, ara d-diviżjonijiet 20, 26 u 28,

— xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra, ara 45.23,

— installazzjonijiet ta’ bini, ara 45.3,

— kompletar ta’ bini, ara 45.4,

— attivitajiet arkitettoniċi u ta’ inġinerija, ara 74.20,

— ġestjoni ta’ proġetti għal kostruzzjoni, ara 74.20.

45210000

Ħlief:

– 45213316

45220000

45231000

45232000

 

 

45,22

Immuntar ta’ kisi u oqfsa ta’ bjut

Din il-klassi tinkludi:

— bini ta’ bjut,

— kisi ta’ bjut,

— issiġillar mill-ilma.

45261000

 

 

45,23

Kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, ajruporti u faċilitajiet sportivi

Din il-klassi tinkludi:

— kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, toroq prinċipali u mogħdijiet oħra għall-vetturi u għall-mixi,

— kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija,

— kostruzzjoni ta’ runways għall-ajruplani,

— xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra,

— żbigħ ta’ marki fuq uċuh tat-toroq u parkeġġi tal-karozzi.

Din il-klassi teskludi:

— ċaqliq preliminari ta’ terrapien, ara 45.11.

45212212 u DA03

45230000

ħlief:

– 45231000

– 45232000

– 45234115

 

 

45,24

Kostruzzjoni ta’ proġetti tal-ilma

Din il-klassi tinkludi

— kostruzzjoni ta’: — mogħdijiet tal-ilma, xogħlijiet f’portijiet u xmajjar, portijiet tad-divertiment (marini), mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmajjar, eċċ.,

— digi,

— tħammil,

— xogħol taħt il-wiċċ.

45240000

 

 

45,25

Xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni li jinvolvi snajja’ speċjali

Din il-klassi tinkludi:

— attivitajiet ta’ kostruzzjoni li jispeċjalizzaw f’aspett wieħed komuni għal tipi differenti ta’ strutturi, li jeħtieġu sengħa jew apparat speċjalizzat,

— kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż tismir ta’ pilastri fl-art,

— tħaffir u kostruzzjoni ta’ bjar tal-ilma, tħaffir ta’ xaftijiet,

— twaqqif ta’ elementi tal-azzar mhux awtomanifatturati,

— tagħwiġ tal-azzar,

— tqegħid ta’ brikks u ssettjar ta’ ġebel,

— scaffolds u armar u żmontar ta’ pjattaformi tax-xogħol, inkluż kiri ta’ scaffolds u pjattaformi tax-xogħol,

— twaqqif ta’ ċmieni u fran industrijali.

Din il-klassi teskludi:

— kiri of scaffolds mingħajr armar u żmontar, ara 71.32

45250000

45262000

 

45,3

 

Installazzjoni ta’ bini

 

45300000

 

 

45,31

Installazzjoni ta’ wajers u attrezzaturi tal-elettriku

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

— wajers u attrezzaturi tal-elettriku,

— sistemi tat-telekomunikazzjoni,

— sistemi ta’ tisħin bl-elettriku,

— antenni u aerials residenzali,

— sistemi ta’ allarm tan-nirien,

— sistemi ta’ allarm kontra s-serq,

— liftijiet u eskalejters,

— kalamiti tas-sajjetti, eċċ.

45213316

45310000

Ħlief:

– 45316000

 

 

45,32

Attivitajiet ta’ xogħol ta’ iżolament

Din il-klassi tinkludi:

— installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ iżolament għas-sħana, il-ħsejjes jew il-vibrazzjoni.

Din il-klassi teskludi:

— issiġillar mill-ilma, ara 45.22.

45320000

 

 

45,33

Tagħmir idrawliku

Din il-klassi tinkludi:

— installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

— tagħmir idrawliku u sanitarju,

— attrezzaturi tal-gass,

— tagħmir u tubi għat-tisħin, il-ventilazzjoni, ir-refriġerazzjoni jew l-ikkondizzjonar tal-arja,

— sistemi ta’ tbexxix.

Din il-klassi teskludi:

— installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, ara 45.31.

45330000

 

 

45,34

Installazzjonijiet oħra f’bini

Din il-klassi tinkludi:

— installazzjoni ta’ sistemi ta’ illuminazzjoni u sinjalar għal toroq, ferroviji, ajruporti u portijiet,

— installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ attrezzaturi u montaġġi mhux klassifikati xi mkien ieħor

45234115

45316000

45340000

 

45,4

 

Kompletar ta’ bini

 

45400000

 

 

45,41

Kisi

Din il-klassi tinkludi:

— applikazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ kisi jew tikħil ta’ ġewwa u ta’ barra, inkluż materjal tal-injam relatat.

45410000

 

 

45,42

Installazzjonijiet mill-mastrudaxxa

Din il-klassi tinkludi:

— installazzjoni ta’ bibien, twieqi, ċaċċiż tal-bibien u tat-twieqi, kċejjen tal-qies, turġien, armaturi tal-ħwienet u ħwejjeġ simili, mhux awtomanifatturati, tal-injam jew ta’ materjal ieħor,

— kompletar ta’ ġewwa bħal soffitti, kisjiet tal-injam tal-ħitan, ħitan diviżorji mobbli, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

— it-tqegħid ta’ parkett u kisi ieħor tal-injam tal-art, ara 45.43.

45420000

 

 

45,43

Kisi tal-art u l-ħitan

Din il-klassi tinkludi:

— tqegħid, kisi bil-madum, dendil jew immontar f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

— madum tal-ħitan jew tal-art taċ-ċeramika, tal-konkrit jew tal-ġebel maqtugħ,

— parkett u kisi ieħor tal-art bl-injam, tapiti u kisi tal-art bil-linolju,

— inkluż tal-gomma jew tal-plastik,

— kisi tal-art jew tal-ħitan bit-terrazzo, l-irħam, il-granit jew bil-lavanja,

— karti tal-ħitan.

45430000

 

 

45,44

Żebgħa u tqegħid ta’ ħġieġ

Din il-klassi tinkludi:

— żebgħa minn ġewwa u minn barra ta’ bini,

— żebgħa ta’ strutturi tal-inġinerija ċivili,

— installazzjoni ta’ ħġieġ, mirja, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

— installazzjoni ta’ twieqi, ara 45.42.

45440000

 

 

45,45

Kompletar ta’ bini ieħor

Din il-klassi tinkludi:

— installazzjoni ta’ pixxini tal-għawm privati,

— tindif bil-fwar, sand blasting u attivitajiet similari fuq barra tal-bini,

— kompletar ieħor ta’ bini u xogħol ta’ rfinar mhux klassifikat xi mkien ieħor

Din il-klassi teskludi:

— tindif min ġewwa ta’ bini u strutturi oħra, ara 74.70.

45212212 u DA04

45450000

 

45,5

 

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew tad-demolizzjoni bl-operatur

 

45500000

 

 

45,50

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew tad-demolizzjoni bl-operatur

Din il-klassi teskludi:

— kiri ta’ makkinarju u apparat għal kostruzzjoni jew demolizzjoni mingħajr operaturi, ara 71.32.

45500000

(1)   

Fil-każ ta’ differenza fl-interpretazzjoni bejn is-CPV u n-NACE, tapplika n-nomenklatura tas-CPV.

(2)   

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).




ANNESS II

ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirregolaw konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti għandhom japplikaw għall-attivitajiet li ġejjin:

1. 

Fir-rigward tal-gass u t-tisħin:

(a) 

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin;

(b) 

il-provvista ta’ gass jew tisħin lil dawn in-netwerks.

▼C1

Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) ta' gass jew tisħin lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

▼B

(i) 

il-produzzjoni ta’ gass jew tisħin minn dik l-entità kontraenti hija l-konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mit-twettiq ta’ attività apparti dawk imsemmija f’dan il-paragrafu jew fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Anness;

(ii) 

il-provvista lin-netwerk pubbliku għandha l-għan biss li tisfrutta ekonomikament dik il-produzzjoni u tammonta għal mhux aktar minn 20 % tal-fatturat ta’ dik l-entità kontraenti abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “provvista” tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ gass. Madankollu, il-produzzjoni ta’ gass fil-forma ta’ estrazzjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Anness.

2. 

Fir-rigward tal-elettriku:

(a) 

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni tal-elettriku;

(b) 

il-provvista tal-elettriku lil dawk in-netwerks fissi.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-provvista tal-elettriku tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ elettriku.

▼C1

Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tal-elettriku lin-netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

▼B

(a) 

il-produzzjoni tal-elettriku minn dik l-entità kontraenti sseħħ minħabba li l-konsum tiegħu huwa meħtieġa għat-twettieq ta’ attività oħra minbarra dawk imsemmija f’dan il-paragrafu jew fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Anness

(b) 

il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraenti stess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ enerġija ta’ dik l-entità kontraenti, abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

3. 

Attivitajiet li għandhom x ‘jaqsmu mal-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, sistemi awtomatizzati, bit-trammijiet, trolley bus, karozza tal-linja jew kejbil.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi tat-trasport, netwerk għandu jiġi kkunsidrat li hu stabbilit fejn is-servizz ikun ipprovdut f’kondizzjonijiet ta’ tħaddim preskritti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, bħal kondizzjonijiet fuq ir-rotot li għandhom jiġu servuti, il-kapaċità li għandha tkun disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz.

4. 

Attivitajiet marbuta mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta’ forniment ta’ ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet terminali oħrajn lill-operaturi tal-ajru, tal-baħar jew fuq l-ilmijiet interni.

5. 

Attivitajiet relatati mal-forniment ta’:

(a) 

servizzi postali;

(b) 

servizzi oħra għajr servizzi postali, bil-kondizzjoni li dawn is-servizzi huma pprovduti minn entità li tipprovdi wkoll servizzi postali skont it-tifsira tal-punt (ii) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u dment li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE ma jkunux sodisfatti fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-punt (ii) tat-tieni subparagrafu.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/67/KE:

(i) 

“oġġett postali”: tfisser oġġett indirizzat fil-forma finali li fiha għandu jinġarr, irrispettivament mit-toqol. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, dawn l-oġġetti jinkludu wkoll pereżempju kotba, katalogi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru, irrispettivament mit-toqol;

(ii) 

“servizzi postali”: tfisser servizzi li jikkonsistu fil-ġbir, l-issortjar, il-ħruġ u t-tqassim ta’ oġġetti postali. Dan għandu jinkludi kemm is-servizzi li jaqgħu fi ħdan, kif ukoll is-servizzi li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizz universali stabbilit f’konformità mad-Direttiva 97/67/KE;

(iii) 

“servizzi oħra għajr servizzi postali”: tfisser servizzi pprovduti fl-oqsma li ġejjin:

— 
servizzi ta’ ġestjoni tas-servizzi tal-posta (servizzi li jseħħu kemm qabel kif ukoll wara d-dispaċċ, inklużi “servizzi ta’ ġestjoni tal-kamra tal-posta”),
— 
servizzi li jikkonċernaw oġġetti postali li mhumiex inklużi fil-punt (a), bħall-posta diretta mhux immarkata b’indirizz,
6. 

Attivitajiet marbuta mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta’:

(a) 

estrazzjoni ta’ żejt jew gass;

(b) 

esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’ faħam jew fjuwils solidi oħra.




ANNESS III

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 7(3)

Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi m’għandhomx jikkostitwixxu “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva. Dan li ġej jelenka proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni li ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva:

(a) 

L-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu installazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(b) 

Awtorizzazzjoni jew stedina għal offerti għall-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet ġodda tal-produzzjoni elettrika f’konformità mad-Direttiva 2009/72/KE;

(ċ) 

L-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li m’għandux jiġi riżervat;

(d) 

Proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-issoktar ta’ attività li tinvolvi l-isfruttar ta’ idrokarburi f’konformità mad-Direttiva 94/22/KE;

(e) 

Kuntratti ta’ servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’karozzi tal-linja, trammijiet, ferrovija jew metro, li ngħataw abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, dment li t-tul tagħhom jikkonforma mal-Artikolu 4(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.




ANNESS IV



SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19

▼C2

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

▼B

79611000-0; 75200000-8; 75231200-6; 75231240-8; 79622000-0 [Servizzi ta’ provvista ta’ persunal ta’ għajnuna domestika]; 79624000-4 [Servizzi ta’ provvista ta’ persunal infermiera] u 79625000-1 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal mediku]minn 85000000-9 sa 85323000-9; 85143000-3,

98133100-5, 98133000-4 u 98200000-5 u 98500000-8 [Djar privati b’persuni impjegati] u 98513000-2 sa 98514000-9 [Servizzi ta’ xogħol manwali ġewwa djar, Servizzi ta’ persunal ta’ aġenzija għal djar, Servizzi ta’ persunal klerikali għal djar, Persunal temporanju ġewwa djar, Servizzi ta’ għajnuna fid-dar u Servizzi domestiċi],

Saħħa, servizzi soċjali u servizzi relatati

85321000-5 u 85322000-2, 75000000-6 [Servizzi ta’ amministrazzjoni, difiża u sigurtà soċjali], 75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80000000-4 Servizzi tal-edukazzjoni u t-taħriġ sa 80660000-8; minn 92000000-1 sa 92342200-2; minn 92360000-2 sa 92700000-8;

79950000-8 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet, fieri u kungressi], 79951000-5 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ seminars], 79952000-2 [Servizzi ta’ avvenimenti], 79952100-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali], 79953000-9 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ festivals], 79954000-6 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ parties], 79955000-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-moda], 79956000-0 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ fieri u wirjiet]

Servizzi amministrattivi, soċjali, edukattivi, tal-kura tas-saħħa u kulturali

75300000-9

Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja (1)

75310000-2, 75311000-9, 75312000-6,

75313000-3, 75313100-4, 75314000-0,

75320000-5, 75330000-8, 75340000-1

Servizzi ta’ benefiċċju

98000000-3; 98120000-0; 98132000-7; 98133110-8 and 98130000-3

Servizzi oħra komunitarji, soċjali u personali inkluż servizzi mogħtija minn sindakati, organizzazzjonijiet politiċi, assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u servizzi oħra ta’ organizzazzjoni bi sħubija.

98131000-0

Servizzi reliġjużi

55100000-1 sa 55410000-7; 55521000-8 sa 55521200-0

[55521000-8 Servizzi tal-ikel għal djar privati, 55521100-9

Servizzi ta’ “meals-on-wheels”, 55521200-0 Servizzi ta’ kunsinna ta’ ikliet].

55520000-1 Servizzi tal-ikel, 55522000-5 Servizzi tal-ikel għal intrapriżi tat-trasport, 55523000-2 Servizzi tal-ikel għal intrapriżi oħra jew istituzzjonijiet oħra, 55524000-9 Servizzi tal-ikel għall-iskejjel

55510000-8 Servizzi ta’ kantin, 55511000-5 Servizzi ta’ kantin u ta’ kafetteriji bi klijentela ristretta, 55512000-2 Servizzi ta’ ġestjoni ta’ kantin, 55523100-3 Servizzi ta’ ikliet għall-iskejjel

Servizzi ta’ lukandi u ristoranti

79100000-5 sa 79140000-7; 75231100-5;

Servizzi legali, sa fejn mhumiex esklużi b’segwitu għall-Artikolu 10(8)(d)

75100000-7 sa 75120000-3; 75123000-4; 75125000-8 sa75131000-3

Servizzi amministrattivi oħra u servizzi tal-gvern

75200000-8 sa 75231000-4

Forniment ta’ servizzi lill-komunità

75231210-9 sa75231230-5; 75240000-0 sa75252000-7; 794300000-7; 98113100-9

“Servizzi relatati ma’ ħabsijiet, servizzi ta’ sigurtà pubblika u ta’ salvataġġ, sa fejn mhumiex esklużi skont il-punt (g) tal-Artikolu 10(8)”

79700000-1 sa 79721000-4 [Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà, Servizzi ta’ sigurtà, Servizzi ta’ monitoraġġ ta’ sistemi tal-allarm, Servizzi ta’ għassa, Servizzi ta’ sorveljanza, Servizzi ta’ sistemi ta’ traċċar, Servizzi ta’ traċċar ta’ min jaħrab mill-ġustizzja, Servizzi ta’ pattulja, Servizzi ta’ rilaxx ta’ beġġ ta’ identifikazzjoni, Servizzi ta’ investigazzjoni u Servizzi ta’ aġenziji tal-investigaturi]

79722000-1[Servizzi ta’ grafoloġija], 79723000-8 [Servizzi tal-analiżi tal-iskart]

Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà.

64000000-6 [Servizzi postali u tat-telekomunikazzjoni], 64100000-7 [Servizzi ta’ posta u courier], 64110000-0 [Servizzi postali], 64111000-7 [Servizzi postali marbuta ma’ gazzetti u perjodiċi], 64112000-4 [Servizzi postali marbuta ma’ ittri], 64113000-1 [Servizzi postali marbuta ma’ pakketti], 64114000-8 [Servizzi minn wara l-bank f’uffiċċju tal-posta], 64115000-5 [Kiri ta’ kaxxa tal-ittri], 64116000-2 [Servizzi post-restante], 64122000-7 [Servizzi interni ta’ posta u messaġġiera għall-uffiċini]

Servizzi Postali

50116510-9 [Servizzi ta’ ffurmar mill-ġdid tat-tajers], 71550000-8 [Servizzi ta’ ħaddied]

Servizzi oħrajn

98900000-2 [Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi ekstraterritorjali] u 98910000-5 [Servizzi speċifiċi għal organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali]

Servizzi internazzjonali

(1)   

Dawn is-servizzi mhumiex koperti bid-Direttiva preżenti meta jiġu organizzati bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħra bħala servizzi ta’ interess ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.




ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

3. Jekk l-applikazzjonijiet għandu jkun fihom offerti, l-indirizz elettroniku jew tal-Internet fejn id-dokumenti tal-konċessjoni ser ikunu disponibbli għal aċċess bla restrizzjoni, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas. Meta aċċess bla restrizzjoni, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas ma jkunx disponibbli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.

4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, l-ordni tal-kobor jew il-valur indikattiv, u, fejn possibbli, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet.

5. Kodiċi CPV. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

6. Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tat-twettiq fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizz; fejn il-konċessjoni hija maqsuma f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott.

7. Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

(a) 

fejn ikun adatt, indikazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix ristretta għal workshops imkennija, jew jekk l-eżekuzzjoni tagħha hix ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

(b) 

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-forniment tas-servizz huwiex riżervat minn dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva għal professjoni partikolari; referenza għad-dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva rilevanti,

(c) 

lista u deskrizzjoni qasira tal-kriterji ta’ elezzjoni fejn applikabbli; livell(i) minimu/i ta’ standards li possibbilment ikunu meħtieġa; indikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa (awtodikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni),

8. Limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet jew il-wasla tal-offerti.

9. Il-kriterji li ser jiġu applikati fl-għoti tal-konċessjoni meta ma jidhrux f’dokumenti tal-konċessjoni oħra.

10. Data ta’ meta jintbagħat l-avviż.

11. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn ikun il-każ, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar l-iskadenza biex jitressqu appelli jew, jekk ikun meħtieġ, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

12. Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-konċessjoni hu soġġett għalihom.

13. L-indirizz fejn l-applikazzjonijiet jew l-offerti għandhom jintbagħtu.

14. Fejn adatt, indikazzjoni tar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet relatati mal-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

15. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.

16. Għal konċessjonijiet tax-xogħlijiet, indikazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hijiex koperta mill-FAP.




ANNESS VI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F’AVVIŻI TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL DWAR KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 31(3)

1. 

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2. 

Fejn ikun adatt, l-indirizz elettroniku jew tal-internett fejn l-ispeċifikazzjonijiet u kwalunwe dokumenti ta’ sostenn ikunu disponibbli.

3. 

Tip ta’ awtorità kontraenti jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

4. 

Kodiċi CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

5. 

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ forniment jew prestazzjoni ta’ servizz tal-konċessjonijiet,

6. 

Deskrizzjoni tas-servizzi, l-ordni indikattiva tal-kobor jew il-valur.

7. 

Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.

8. 

Fejn japplika, l-iskadenza/i biex jiġu kkuntattjati l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti bl-għan ta’ parteċipazzjoni.

9. 

Fejn japplika, deskrizzjoni qasira tal-elementi prinċipali tal-proċedura tal-għoti li għandhom jiġu applikati.

10. 

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti..




ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS u, fejn adatt, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

3. Kodiċi CPV.

4. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tat-twettiq fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizz;

5. Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet.

6. Deskrizzjoni tal-proċedura tal-għoti użata, fil-każ ta’ għoti mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, ġustifikazzjoni.

7. Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 41 li ntużaw għall-għoti tal-konċessjoni jew il-konċessjonijiet.

8. Id-data tad-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet tal-għoti tal-konċessjoni.

9. L-għadd ta’ offerti li waslu fir-rigward ta’ kull għotja, inkluż:

(a) 

l-għadd ta’ offerti li waslu mingħand operaturi ekonomiċi li huma impriżi żgħar u medji;

(b) 

in-numru ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż;

(ċ) 

l-għadd ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku.

10. Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS u fejn applikabbli, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-offerenti li ntgħażlu, inkluża:

(a) 

informazzjoni dwar jekk l-offerent li ntgħażel huwiex impriża żgħira u medja;

(b) 

informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni ngħatatx lil konsorzju.

11. Valur u t-termini finanzjarji prinċipali tal-konċessjoni mogħtija, inkluż

(a) 

prezzijiet tat-tariffi u l-imposti, jekk jeżistu;

(b) 

premjijiet u ħlasijiet, jekk jeżistu;

(ċ) 

kwalunkwe dettall ieħor relatat mal-valur tal-konċessjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8(3).

12. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.

13. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward id-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni

14. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea relevanti għall-konċessjoni(jiet) irreklamati f’dan l-avviż.

15. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

16. Metodu użat biex jiġi kkalkultat il-valur stmat tal-konċessjoni, jekk mhux speċifikat f’dokumenti oħra tal-konċessjoni f’konformità mal-Artikolu 8.

17. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.




ANNESS VIII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONI LI JIRRIGWARDAW KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U OĦRAJN SPEĊIFIĊI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, fejn applikabbli, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

3. Kodiċi CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

4. Indikazzjoni sommarju tas-suġġett tal-konċessjoni.

5. L-għadd ta’ offerti rċevuti.

6. Il-valur tal-offerta magħżula, inkluż it-tariffi u l-prezzijiet.

7. Isem u indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, in-numru tat-telefown, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi magħżula.

8. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.




ANNESS IX

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

1.   Pubblikazzjoni ta’ avviżi

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 31 u 32 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati f’konformità mar-regoli li ġejjin:

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 31 u 32 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità jew l-entità kontraenti l-konferma msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.   Il-format u l-proċeduri sabiex jintbagħtu avviżi b’mod elettroniku

Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-Internet “http://simap.europa.eu”.




ANNESS X

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET SOĊJALI U AMBJENTALI INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 30(3)

Konvenzjoni tal-ILO 87 dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall- Organizzazzjoni;
Konvenzjoni tal-ILO 98 dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv;
Konvenzjoni tal-ILO 29 dwar ix-Xogħol Furzat;
Konvenzjoni tal-ILO 105 dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat;
Konvenzjoni tal-ILO 138 dwar l-Età Minima;
Konvenzjoni tal-ILO 111 dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol);
Konvenzjoni tal-ILO 100 dwar Remunerazzjoni Ugwali;
Konvenzjoni tal-ILO 182 dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal;
Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll tagħha ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;
Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll taċ-Ċaqliq Transkonfinali tal-Iskart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel);
Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar it-Tniġġis Organiku Persistenti (il-Konvenzjoni POPs ta’ Stokkolma);
Konvenzjoni dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Sustanzi Kimiċi li Jagħmlu Ħsara u Pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali (UNEP/FAO) (Il-Konvenzjoni PIC) u t-tliet Protokolli reġjonali tagħha.




ANNESS XI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TA’ MODIFIKI TA’ KONĊESSJONI MATUL IT-TERMINU TAGĦHA SKONT L-ARTIKOLU 43

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2. Kodiċi CPV,

3. Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tat-twettiq ta’ konċessjonijiet ta’ servizz,

4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni qabel u wara l-modifika: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi.

5. Fejn ikun applikabbli, il-modifika tal-valur tal-konċessjoni, inkluż żieda fil-prezzijiet jew tariffi kkawżati mill-modifika.

6. Deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li rrendew meħtieġa l-modifika.

7. Id-data tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-konċessjoni.

8. Fejn ikunu applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi l-ġodda.

9. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.

10. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

11. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) kkonċernat(i) minn dan l-avviż.

12. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

13. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.



( 1 ) Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

( 2 ) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (Ara paġna 243 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

( 4 ) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti b’azzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).

( 6 ) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

( 7 ) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

( 8 ) Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).

( 9 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

( 10 ) ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

( 11 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

( 12 ) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

( 13 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

( 14 ) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

( 15 ) Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Direttiva Kwadru tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

( *1 ) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

( *2 ) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1)”;

( *3 ) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

( *4 ) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).”;

( 16 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).