2014D0730 — MT — 21.10.2014 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/730/PESK

tal-20 ta' Ottubru 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

(ĠU L 301, 21.10.2014, p.36)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 305, 24.10.2014, p. 116 (2014/730/PESK)




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/730/PESK

tal-20 ta' Ottubru 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu.

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja ( 1 ) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, 16-il persuna u żewġ entitajiet għandhom jinżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

L-informazzjoni relatata ma' tliet persuni u entità waħda li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha wkoll tiġi aġġornata.

(4)

B'segwitu għas-sentenza tat-3 ta' Lulju 2014 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-203/12 ( 2 ), Mohamad Nedal Alchaar vs il-Kunsill, Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar għandu jitneħħa mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

I. Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi u ġuridiċi kif stabbilit fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

A.    Persuni



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Houmam Jaza'iri

(magħruf ukoll bħala Humam al-Jazaeri)

Data tat-twelid: 1977

Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Esteru mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

2.

Mohamad Amer Mardini

(magħruf ukoll bħala Mohammad Amer Mardini)

Data tat-twelid: 1959.

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tal-Edukazzjoni Għolja mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

3.

Mohamad Ghazi Jalali

(magħruf ukoll bħala Mohammad Ghazi al-Jalali)

Data tat-twelid: 1969

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tal-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

4.

Kamal Cheikha

(magħruf ukoll bħala Kamal al-Sheikha)

Data tat-twelid: 1961.

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tar-Riżorsi tal-Ilma mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

5.

Hassan Nouri

(magħruf ukoll bħala Hassan al-Nouri)

Data tat-twelid: 9.2.1960

Ministru tal-Iżvilupp Amministrattiv mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

6.

Mohammad Walid Ghazal

Data tat-twelid: 1951.

Post tat-twelid: Aleppo.

Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

7.

Khalaf Souleymane Abdallah

(magħruf ukoll bħala Khalaf Sleiman al-Abdullah)

Data tat-twelid: 1960.

Post tat-twelid: Deir Ezzor

Ministru tax-Xogħol mis-27.08.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

8.

Nizar Wahbeh Yazaji

(magħruf ukoll bħala Nizar Wehbe Yazigi)

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tas-Saħħa mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

9.

Hassan Safiyeh

(magħruf ukoll bħala Hassan Safiye)

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Latakia

Ministru tal-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatru mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

10.

Issam Khalil

Data tat-twelid: 1965

Post tat-twelid: Banias

Ministru tal-Kultura mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

11.

Mohammad Mouti' Mouayyad

(magħruf ukoll bħala Mohammad Muti'a Moayyad)

Data tat-twelid: 1968

Post tat-twelid: Ariha (Idlib)

Ministru tal-Istat mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

12.

Ghazwan Kheir Bek

(magħruf ukoll bħala Ghazqan Kheir Bek)

Data tat-twelid: 1961.

Post tat-twelid: Latakia

Ministru tat-Trasport mis-27.8.2014. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

13.

Ġeneral Maġġur Ghassan Ahmed Ghannan

(magħruf ukoll bħala l-Ġeneral Maġġur Ghassan Ghannan, magħrul ukoll bħala l-Brigadier Ġeneral Ghassan Ahmad Ghanem)

 

Bħala kmandant tal-155 Missile Brigade, huwa qed jappoġġa lir-reġim Sirjan u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu responsabbli għall-isparar ta' mill-anqas 25 Missila Scud lejn diversi postijiet ċivili bejn Jannar u Marzu 2013. Assoċjat ma' Maher al-Assad.

21.10.2014

14.

Kurunell Mohammed Bilal

(magħruf ukoll bħala Tenent Kurunell Muhammad Bilal)

 

Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru tas-Sirja, hu jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat.

21.10.2014

15.

Mohamed Faraha

(magħruf ukoll bħala Muhammad Farahat)

 

Viċi President tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni ta' Tri-Ocean Energy, li ġiet elenkata mill-Kunsill peress li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan, għaldaqstant hu assoċjat ma' entità elenkata.

Fid-dawl tal-pożizzjoni għolja tiegħu fi Tri-Ocean Energy, hu responsabbli għall-attivitajiet tal-entità fil-forniment taż-żejt lir-reġim.

21.10.2014

16.

Abdelhamid Khamis Abdullah

(magħruf ukoll bħala Abdulhamid Khamis Abdullah

magħruf ukoll bħala Hamid Khamis

magħruf ukoll bħala Abdelhamid Khamis Ahmad Adballa)

 

President tal-Overseas Petroleum Trading Company (OPT), li ġiet elenkata mill-Kunsill peress li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan. Hu kkoordina kunsinni ta' żejt lir-reġim Sirjan mal-kumpannija taż-żejt elenkata tal-istat Sirjan Sytrol. Għaldaqstant, qed jibbenefika minn u jipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan.

Fid-dawl tal-pożizzjoni tiegħu bħala l-aktar persuna anzjana fl-entità hu responsabbli għall-attivitajiet tagħha.

21.10.2014

B.    Entitajiet



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Pangates International Corp Ltd

(magħrufa wkoll bħala Pangates)

PO Box 8177Sharjah Airport International Free ZoneL-Emirati Għarab Magħquda

Pangates taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan. Għaldaqstant, hi qed tappoġġa lir-reġim Sirjan u tibbenefika minnu. Hi assoċjata wkoll mal-kumpannija taż-żejt Sirjana elenkata Sytrol.

21.10.2014

2.

Abdulkarim Group

(magħrufa ukoll bħala Al Karim for Trade and Industry/Al Karim Group)

5797 DamaskuSirja

Kumpannija prinċipali ta' Pangates li għandha kontroll operattiv fuqha. Bħala tali, tipprovdi appoġġ lil u qed tibbenefika mir-reġim Sirjan. Hi assoċjata wkoll mal-kumpannija taż-żejt Sirjana elenkata Sytrol.

21.10.2014

II. L-entrati dwar il-persuni elenkati hawn taħt, kif stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, huma ssostitwiti mill-entrati li ġejjin.

A.    Persuni



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

6.

Muhammad (image) Dib (image) Zaytun (image)

(magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun)

Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1951;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport diplomatiku Nru D000001300

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

►C1  9.5.2011 ◄

33.

Ayman (image) Jabir (image)

(magħruf ukoll bħala Jaber)

Post tat-twelid: Latakia

Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizzja ta' Shabiha. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u fil-koordinazzjoni tal-gruppi tal-milizzja ta' Shabiha. Jipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju lir-reġim.

►C1  1.8.2011 ◄

50.

Tarif (image) Akhras (image,image)

(magħruf ukoll bħala Al Akhras)

Data tat-twelid: 2 ta' Ġunju 1951;

Post tat-twelid: Homs, Sirja;

Passaport Sirjan Nru 0000092405

Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda appoġġ loġistiku għar-reġim (karozzi tal-linja u tank loaders).

►C1  2.9.2011 ◄

B.    Entitajiet



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

17.

Souruh Company

(magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company)

Indirizz: Adra Free Zone Area Damascus — Syria;Tel: +963-11-5327266;Mobile: +963-933-526812;+963-932-878282;Fax:+963-11-5316396Email: sorohco@gmail.comWebsite: http://sites.google.com/site/sorohco

Il-maġġoranza tal-azzjonijiet tal-kumpannija jappartjenu direttament jew indirettament lil Rami Makhlouf.

►C1  23.9.2011 ◄

III. Il-persuna elenkata hawn taħt tneħħiet mil-lista stabbilita fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

118. Dr. Mohammad ( image) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Nidal ( image) Al-Shaar ( image) (magħruf ukoll bħala Al-Chaar, Al-Sha'ar, Al-Cha'ar).



( 1 ) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

( 2 ) Għadha ma ġietx ippubblikata.