02014D0450 — MT — 10.12.2024 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/450/PESK tal-10 ta' Lulju 2014 (ĠU L 203 11.7.2014, p. 106) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/413 tas-7 ta' Marzu 2017 |
L 63 |
105 |
9.3.2017 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1948 tal-25 ta' Ottubru 2017 |
L 276 |
60 |
26.10.2017 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/516 tas-27 ta' Marzu 2018 |
L 84 |
22 |
28.3.2018 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/815 tal-20 ta’ Mejju 2021 |
L 180 |
152 |
21.5.2021 |
|
|
L 94 |
48 |
3.4.2023 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/3113 tad-9 ta’ Diċembru 2024 |
L 3113 |
1 |
10.12.2024 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/450/PESK
tal-10 ta' Lulju 2014
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK
Artikolu 1
Huma wkoll ipprojbiti:
l-għoti, direttament jew indirettament, ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' tali oġġetti, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi jew għall-użu fis-Sudan;
l-għoti, direttament jew indirettament, ta' finanzi jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali oġġetti, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi jew għall-użu fis-Sudan;
il-parteċipazzjoni, xjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-oġġett jew l-effett tagħhom huwa ċ-ċirkonvenzjoni tal-miżuri msemmijin fil-punti (a) jew (b).
Artikolu 2
L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għal użu umanitarju, ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem jew għal użu protettiv, jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet imwettqa min-NU, l-Unjoni Afrikana (UA), l-Unjoni Ewropea, jew ta' materjal maħsub għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tan-NU u tal-UA għall-immaniġġar ta' kriżijiet;
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li ġew immanifatturati jew mgħammra b'materjali li jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba unikament għall-użu protettiv, fis-Sudan, minn persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fis-Sudan, jew minn persunal tan-NU jew tal-UA;
l-għoti ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati mat-tagħmir jew il-programmi u operazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a);
l-għoti ta' finanzi u għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir jew il-programmi u operazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a);
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal użat f'operazzonijiet tat-tneħħija tal-mini;
bil-kondizzjoni li tali kunsinni jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru in kwistjoni.
Artikolu 3
Konformement mal-UNSCR 1591(2005), il-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Artikoli 4(1) u 5(1) ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu imposti kontra dawk l-individwi li jfixklu l-proċess ta' paċi, jikkostitwixxu theddida għall-istabbiltà f'Darfur u r-reġjun, iwettqu ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali jew tal-liġi internazzjoniali tad-drittijiet umani jew atroċitajiet oħra, jiksru l-embargo fuq l-armamenti u/jew huma responsabbli għal titjiriet militari offensivi fi u fuq ir-reġjun ta' Darfur, kif nominati mill-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 3 tal-UNSCR 1591(2005) (“Kumitat tas-Sanzjonijiet”).
Il-persuni rilevanti huma elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Artikolu 5
Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi li huma:
meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u tariffi għal-servizzi ta' ta' utilità pubblika;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż imġarrba relatati mal-għoti ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizzi, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi fiż-żamma jew manteniment normali ta' fondi ffriżati, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra;
wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn xieraq, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn ta' xogħol minn tali notifika;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u l-approvazzjoni minn dak il-Kumitat;
l-oġġett ta' garanzija jew deċiżjoni ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, u f'tali każ il-fondi, jistgħu jintużaw assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra biex jissodisfaw dik il-garanzija jew deċiżjoni sakemm il-garanzija jew deċiżjoni kienet imdaħħla qabel id-data tal-UNSCR 1591(2005) u ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija f'dan l-Artikolu, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew seħħew qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,
sakemm kwalunkwe tali imgħax, dħul u ħlasijiet oħra jkomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 6
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista li tinsab fl-Anness u jimplimenta kwalunkwe modifika tagħha abbażi tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 7
Artikolu 8
Artikolu 9
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar. Għandhom jiġu revokati jekk il-Kunsill jiddeċiedi li l-għanijiet tagħhom ikunu ntlaħqu.
Artikolu 10
Id-Deċiżjoni 2011/423/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 4 U 5
1. ELHASSAN, Gaffar Mohammed
Psewdonimu: Gaffar Mohmed Elhassan
Deżinjazzjoni: Ġeneral Maġġur u Kmandant tar-Reġjun Militari tal-Punent għall-Forzi Armati Sudaniżi (SAF)
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Karta ta' identifikazzjoni 4302 ta' ex-impjegat tas-servizzi
Data tat-twelid: 24 ta' Ġunju 1952
Indirizz: El Waha, Omdurman, Sudan
Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006
Informazzjoni oħra: Irtirat mill-Armata Sudaniża. Indirizz tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5282254
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Grupp ta' Esperti jirrapporta li l-Ġeneral Maġġur Gaffar Mohammed Elhassan stqarrilhom li huwa kellu kmand operazzjonali dirett (primarjament kmand tattiku) tal-elementi kollha tas-SAF f'Darfur meta kien jikkmanda r-Reġjun Militari tal-Punent. Elhassan kien f'din il-pożizzjoni ta' Kmandant taż-Żona Militari tal-Punent minn Novembru 2004 (bejn wieħed u ieħor) sal-bidu tal-2006. L-informazzjoni tal-Grupp tgħid li Elhassan kien responsabbli mill-ksur tal-paragrafu 7 ta' SCR 1591 minħabba li permezz tal-pożizzjoni tiegħu huwa talab (minn Khartoum) u awtorizza (mid-29 ta' Marzu 2005) it-trasferiment ta' tagħmir militari f'Darfur mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat 1591. Elhassan innifsu ammetta lill-Grupp ta' Esperti li kienu nġiebu f'Darfur inġenji tal-ajru, magni tal-inġenji tal-ajru u tagħmir militari ieħor minn partijiet oħrajn tas-Sudan bejn id-29 ta' Marzu 2005 u Diċembru 2005. Pereżempju huwa informa lill-Grupp li żewġ ħelikopters tal-attakk Mi-24 inġiebu b'mod mhux awtorizzat f'Darfur bejn it-18 u l-21 ta' Settembru 2005. Hemm ukoll raġunijiet validi biex wieħed jemmen li Elhassan kien direttament responsabbli, bħala Kmandant taż-Żona Militari tal-Punent, mill-awtorizzazzjoni ta' ġlied militari offensiv fiż-żona ta' madwar Abu Hamra, fit-23-24 ta' Lulju 2005 u fiż-żona ta' Jebel Moon f'Darfur tal-Punent, fid-19 ta' Novembru 2005. Il-ħelikopters tal-attakk Mi-24 kienu involuti fiż-żewġ operazzjonijiet u allegatament sparaw fiż-żewġ okkażjonijiet. Il-Grupp ta' Esperti jirrapporta li Elhassan indika lill-Grupp li huwa stess approva t-talbiet għal appoġġ bl-ajru u operazzjonijiet oħrajn tal-ajru fil-kapaċità tiegħu ta' Kmandant taż-Żona Militari tal-Punent. (Ara r-rapport tal-Grupp ta' Esperti, S/2006/65, paragrafi 266-269.) Permezz ta' tali azzjonijiet il-Ġeneral Maġġur Gaffar Mohammed ELHASSAN kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' SCR 1591 u għalhekk jilħaq il-kriterji biex jiġi nominat mill-Kumitat biex ikun soġġett għal sanzjonijiet.
2. ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla
Psewdonimu: a) Sheikh Musa Hilal; b) Abd Allah; c) Abdallah; d) AlNasim; e) Al Nasim; f) AlNaseem; g) Al Naseem; h) AlNasseem; i) Al Nasseem
Nomina: a) eks-Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan mid-distrett ta' Al-Waha, b) eks-konsulent speċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Federali, c) Kap Suprem tat-Tribù ta' Mahamid fit-Tramuntana tad-Darfur
Data tat-twelid: a) 1 ta' Jannar 1964; b) 1959;
Post tat-twelid: Kutum;
Indirizz: a) Kabkabiya, is-Sudan; b) Kutum, is-Sudan (Residenti f'Kabkabiya u l-belt ta' Kutum, fit-Tramuntana ta' Darfur u għex f'Khartoum).
Nazzjonalità: Is-Sudan
Passaport: a) Passaport Diplomatiku D014433, maħruġ fil-21 ta' Frar 2013 (Skada fil-21 ta' Frar 2015);
b) Passaport Diplomatiku D009889, maħruġ fis-17 ta' Frar 2011 (Skada fis-17 ta' Frar 2013)
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Ċertifikat ta' Nazzjonalità A0680623.
Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.
Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795065
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Rapport mill-Human Rights Watch jiddikjara li għandhom memorandum iddatat it-13 ta' Frar 2004 minn uffiċċju tal-gvern lokali fit-Tramuntana ta' Darfur li jordna lill-“unitajiet tas-sigurtà fil-lokalità” biex “jippermettu li l-attivitajiet tal-mujahideen u l-voluntiera taħt il-kmand tax-Xejk Musa Hilal jipproċedu fiż-żoni tat-[Tramuntana ta' Darfur] u jiżguraw il-ħtiġijiet vitali tagħhom”. Fit-28 ta' Settembru 2005, 400 milizzja Għarbija attakkaw il-villaġġi ta' Aro Sharrow (inkluż il-kamp tiegħu ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP)), Acho, u Gozmena f'Darfur tal-Punent. Aħna nemmnu wkoll li Musa Hilal kien preżenti waqt l-attakk fuq il-kamp tal-IDP ta' Aro Sharrow: ibnu kien inqatel waqt l-attakk tal-Armata tal-Liberazzjoni Sudaniża (SLA) fuq Shareia, jiġifieri issa kien involut fi ġlieda personali marbuta mal-familja. Hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li bħala l-Kap Suprem huwa kellu responsabbiltà diretta għal dawn l-azzjonijiet u huwa responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal atroċitajiet oħra.
▼M4 —————
4. MAYU, Jibril Abdulkarim Ibrahim
Psewdonimu: a) General Gibril Abdul Kareem Barey; b) “Tek”; c) Gabril Abdul Kareem Badri
Nomina: Kmandant Operattiv tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp (NMRD)
Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1967
Post tat-twelid: El-Fasher, it-Tramuntana tad-Darfur
Nazzjonalità: Sudaniż mit-twelid
Indirizz: Tine, Sudan (Residenti f'Tine, fuq in-naħa Sudaniża tal-fruntiera maċ-Chad)
Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: a) 192-3238459-9, b) Ċertifikat ta' nazzjonalità akkwistat permezz tat-twelid 302581
Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.
Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795071
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Mayu huwa responsabbli għall-ħtif ta' persunal tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS) f'Darfur matul Ottubru 2005. Mayu jagħmel tentattiv bil-miftuħ li jisfratta l-missjoni tal-AMIS permezz ta' intimidazzjoni; pereżempju huwa hedded li jispara fuq ħelikopters tal-Unjoni Afrikana (UA) u jwaqqagħhom fiż-żona ta' Jebel Moon f'Novembru 2005. Permezz ta' tali azzjonijiet Mayu kiser biċ-ċar SCR 1591(2005) billi huwa jikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà f'Darfur u jissodisfa l-kriterji biex jiġi nominat mill-Kumitat biex ikun soġġett għal sanzjonijiet.
5. JUMA BARKALLA, Abdel Rahman
Nomina: Maġġur Ġeneral tal-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu (RSF) u Kmandant fil-Punent tad-Darfur.
Data tat-twelid: 1 ta’ Jannar 1969.
Post tat-twelid: Bahr Elarab, fil-Lvant tad-Darfur, is-Sudan.
Nazzjonalità: Sudaniż.
Passaport: Sudan P07834700.
Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: Sudan 21052659309.
Data tan-nomina min-NU: 8 ta’ Novembru 2024.
Raġuni għall-elenkar:
Abdel Rahman Juma Barkalla ġie elenkat fit-8 ta’ Novembru 2024 skont il-paragrafu 3(c) tar-Riżoluzzjoni 1591(2005) tal-KSNU.
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdel Rahman Juma Barkalla, Maġġur Ġeneral tal-RSF u l-Kmandant fil-Punent tad-Darfur, qed jiġi nominat għall-azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tad-Darfur, inklużi atti ta’ vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. L-attakki tal-RSF fid-Darfur poġġew mijiet ta’ eluf ta’ ċivili f’riskju minħabba ġlied intensiv, nuqqas ta’ aċċess umanitarju, u vjolenza mmirata lejn il-popolazzjoni ċivili u l-attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
F’Mejju u Ġunju 2023, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili f’El Geneina, fil-Punent tad-Darfur, iffaċċjaw theddid immirat u qtil mill-RSF u l-milizzja alleata. Fl-4 ta’ Awwissu 2023, persuni armati fl-uniformijiet tal-RSF ukoll ħatfu u qatlu l-attivist fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u avukat Ahmed Mohammed Abdullah u l-kollega tiegħu Adam Omer f’Nyala, fin-Nofsinhar tad-Darfur.
Il-Gvernatur tal-Punent tad-Darfur, Khamis Abakar, inqatel fl-14 ta’ Ġunju 2023, u deher l-aħħar ma’ Barkalla (ara S/2024/65, il-paragrafu 71). Filmati fuq il-media soċjali wrew li Abakar kien imġiegħel jidħol f’bini minn suldati tal-RSF, segwiti minn filmat ieħor aktar tard li juri l-ġisem mejjet ta’ Abakar u t-truppi fl-uniformijiet tal-RSF qed jiċċelebraw madwaru.
Bejn Mejju u Novembru 2023, l-RSF u l-milizzji alleati tiegħu wettqu mill-inqas 10 attakki kontra persuni ċivili fil-bliet tal-Punent tad-Darfur ta’ El-Geneina u Ardamata, fejn qatlu eluf ta’ persuni u difnuhom f’aktar minn 13-il qabar tal-massa. Matul dawn l-attakki ġie rrappurtat li ġew wkoll stuprati u abbużati sesswalment nisa u bniet.
6. HAMID MOHAMED, Osman Mohamed
Nomina: Maġġur Ġeneral tal-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu (RSF) u Kap tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-RSF.
Data tat-twelid: 1 ta’ Jannar 1966.
Post tat-twelid: Kadiqali, fin-Nofsinhar tad-Darfur, is-Sudan.
Nazzjonalità: Sudaniż.
Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: Sudan 11540384888.
Data tan-nomina min-NU: 8 ta’ Novembru 2024.
Raġuni għall-elenkar
Osman Mohamed Hamid Mohamed ġie elenkat fit-8 ta’ Novembru 2024 skont il-paragrafu 3(c) tar-Riżoluzzjoni 1591(2005) tal-KSNU.
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Osman Mohamed Hamid Mohamed, Maġġur Ġeneral u Kap tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-RSF, qed jiġi nominat għall-azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tad-Darfur, inklużi atti ta’ vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ta dikjarazzjonijiet f’isem l-RSF wara rebħiet kbar u huwa parti importanti mill-ippjanar operazzjonali tal-RSF. L-attakki tal-RSF fid-Darfur poġġew mijiet ta’ eluf ta’ ċivili f’riskju minħabba ġlied intensiv, nuqqas ta’ aċċess umanitarju, u vjolenza mmirata lejn il-popolazzjoni ċivili u l-attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
F’Mejju u Ġunju 2023, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili f’El Geneina, fil-Punent tad-Darfur, iffaċċjaw theddid immirat u qtil mill-RSF u l-milizzja alleata. Fl-4 ta’ Awwissu 2023, persuni armati fl-uniformijiet tal-RSF ukoll ħatfu u qatlu l-attivist fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u avukat Ahmed Mohammed Abdullah u l-kollega tiegħu Adam Omer f’Nyala, fin-Nofsinhar tad-Darfur.
Fl-14 ta’ Ġunju 2023, il-Gvernatur tal-Puntent tad-Darfur, Khamis Abakar, inqatel wara li ttieħed f’kustodja mill-ġellieda tal-RSF aktar kmieni dakinhar. Filmati fuq il-media soċjali wrew li Abakar kien imġiegħel jidħol f’bini minn suldati tal-RSF, segwiti minn filmat ieħor aktar tard li juri l-ġisem mejjet ta’ Abakar u t-truppi fl-uniformijiet tal-RSF qed jiċċelebraw madwaru.
Bejn Mejju u Novembru 2023, l-RSF u l-milizzji alleati tiegħu wettqu mill-inqas 10 attakki kontra persuni ċivili fil-bliet tal-Punent tad-Darfur ta’ El-Geneina u Ardamata, fejn qatlu eluf ta’ persuni u difnuhom f’aktar minn 13-il qabar tal-massa. Matul dawn l-attakki ġie rrappurtat li ġew wkoll stuprati u abbużati sesswalment nisa u bniet.
( 1 ) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).