02014D0057(01) — MT — 31.12.2020 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2015/298 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2014

dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57)

(riformulazzjoni)

(ĠU L 053 25.2.2015, p. 24)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI (UE) 2015/1195 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' Lulju 2015

  L 193

133

21.7.2015

►M2

DEĊIŻJONI (UE) 2019/2216 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-28 ta’ Novembru 2019

  L 332

183

23.12.2019

►M3

DEĊIŻJONI (UE) 2020/1736 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-12 ta’ Novembru 2020

  L 390

63

20.11.2020




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2015/298 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2014

dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57)

(riformulazzjoni)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a) 

“BĊN” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;

(b) 

“bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro f'ċirkolazzjoni” tfisser il-klejms u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw bejn BĊN u l-BĊE u bejn BĊN u l-BĊNi l-oħrajn bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29;

(c) 

“Dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro f'ċirkolazzjoni” tfisser id-dħul li jsir dovut lill-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tal-klejms tiegħu intra-Eurosistema kontra l-BĊNi relatati mas-sehem tiegħu ta' karti tal-flus tal-euro f'ċirkolazzjoni b'riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23;

▼M3

(d) 

“Id-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli” tfisser id-dħul nett li jirriżulta minn xiri ta’ titoli mill-BĊE: (i) taħt l-SMP skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/5 ( 1 ); (ii) taħt is-CBPP3 skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/8) ( 2 ); (iii) taħt l-ABSPP skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/45; (iv) taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (PSPP) skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/9) ( 3 ); u (v) taħt il-programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) ( 4 ).

▼B

Artikolu 2

Distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro f'ċirkolazzjoni u d-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli

1.  
Id-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus euro f'ċirkolazzjoni u d-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli għandhom ikunu dovuti b'mod sħiħ lill-BĊNi fl-istess sena finanzjarja meta jsiru dovuti u għandhom jitqassmu lill-BĊNi bi proporzjon mal-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE.
2.  
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jiddistribwixxi d-dħul tiegħu minn karti tal-flus tal-euro f'ċirkolazzjoni u d-dħul tiegħu li jirriżulta minn titoli li jkun qala' f'kull sena finanzjarja fl-aħħar jum ta' xogħol f'Jannar tas-sena ta' wara.
3.  
L-ammont tad-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro f'ċirkolazzjoni jista' jitnaqqas b'mod konformi ma' kull deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv fuq il-bażi tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba mill-BĊE b'rabta mal-ħruġ u l-ipproċessar ta' karti tal-flus tal-euro.

Artikolu 3

Deroga mill-Artikolu 2

▼M2

B’deroga mill-Artikolu 2, il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja jekk id-dħul kollu tal-BĊE, jew parti minnu, li jissemma f’dak l-Artikolu għandux jinżamm sal-punt meħtieġ biex jiġi żgurat li l-ammont tad-dħul imqassam ma jaqbiżx il-profitt nett tal-BĊE għal dik is-sena. Kull deċiżjoni ta’ dan it-tip għandha tittieħed meta, fuq il-bażi ta’ stima mmotivata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv ikun jistenna li l-BĊE ser ikollu telf ġenerali annwali jew ser jagħmel profitt nett annwali li jkun inqas mill-ammont stmat tad-dħul tiegħu msemmi fl-Artikolu 2. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja li jittrasferixxi d-dħul kollu tal-BĊE li jissemma f’dak l-Artikolu, jew parti minnu, lejn provvediment għal riskji finanzjarji.

▼B

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u revoka

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2014.
2.  
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/24 hija mħassra b'effett mill-31 ta' Diċembru 2014.
3.  
Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2010/24 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.



( 1 ) Deċiżjoni BĊE/2010/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2010 li tistabbilixxi programm għas-swieq tat-titoli (ĠU L 124, 20.5.2010, p. 8).

( 2 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 6).

( 3 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12).

( 4 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).