2013R0549 — MT — 24.08.2015 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 549/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2013

dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 174 26.6.2013, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1342 tat-22 ta' April 2015

  L 207

35

4.8.2015




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 549/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2013

dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 ),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja ( 2 ),

Billi:

(1)

It-tfassil ta’ politika fl-Unjoni u s-sorveljanza tal-ekonomiji tal-Istati Membri u tal-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) jeħtieġu informazzjoni li tista’ titqabbel, u li hi aġġornata u affidabbli dwar l-istruttura tal-ekonomija u l-iżvilupp tal-qagħda ekonomika ta’ kull Stat Membru jew reġjun.

(2)

Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol fis-sorveljanza tal-ekonomiji tal-Istati Membri u tal-UEM u, b’mod partikolari, tirrapporta b’mod regolari lill-Kunsill dwar il-progress ta’ Stati Membri fil-qadi ta’ dmirijiethom relatati mal-UEM.

(3)

Iċ-ċittadini tal-Unjoni jeħtieġu l-kontijiet ekonomiċi bħala strument bażiku għall-analiżi tal-qagħda ekonomika ta’ Stat Membru jew reġjun. Għall-fini tal-komparabbiltà, dawn il-kontijiet għandhom jitfasslu fuq il-bażi ta’ sett wieħed ta’ prinċipji li ma jkunux miftuħa għal interpretazzjonijiet differenti. L-informazzjoni pprovduta għandha tkun kemm jista’ jkun preċiża, kompluta u fil-ħin sabiex tiżgura trasparenza massima għas-setturi kollha.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mill-aggregati tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali għall-finijiet tal-amministrazzjoni tal-Unjoni u, partikolarment, il-kalkoli tal-baġit;

(5)

Fl-1970, ġie ppubblikat dokument amministrattiv bl-isem ta’ “Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (SEK)”, li jkopri l-qasam regolat minn dan ir-Regolament. Dan id-dokument kien tfassal unikament mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej u fuq ir-responsabbiltà tiegħu biss, u kien ir-riżultat ta’ ħidma ta’ bosta snin, minn dak l-uffiċċju, flimkien mal-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri, immirata lejn it-tfassil ta’ sistema tal-kontijiet nazzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-politika ekonomika u soċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Kien jikkostitwixxi l-verżjoni tal-Komunità tas-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti li ntużaw mill-Komunitajiet sa dak iż-żmien. Sabiex it-test oriġinali jiġi aġġornat fl-1979 ġiet ippubblikata t-tieni edizzjoni tad-dokument ( 3 ).

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità ( 4 ) waqqaf sistema ta’ kontijiet nazzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-politika ekonomika, soċjali u reġjonali tal-Komunità. Dik is-sistema kienet konsistenti b’mod ġenerali ma’ dik li kienet dak iż-żmien is-Sistema l-ġdida ta’ Kontijiet Nazzjonali li ġiet adottata mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti fi Frar 1993 (1993 SNA) biex ir-riżultati fil-pajjiżi membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti jkunu jistgħu jitqabblu internazzjonalment.

(7)

L-1993 SNA ġiet aġġornata taħt forma ta’ Sistema ġdida ta’ Kontijiet Nazzjonali (SNA 2008) adottata mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti fi Frar 2009 sabiex il-kontijiet nazzjonali jiġu aktar konformi mal-ambjent ekonomiku l-ġdid, mal-progressi fir-riċerka metodoloġika, u mal-ħtiġijiet tal-utenti.

(8)

Jeħtieġ li tiġi rriveduta s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2223/96 (is-SEK 95) sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ġodda fl-SNA biex is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet riveduta, kif stabbilita minn dan ir-Regolament tkun tikkostitwixxi verżjoni tal-SNA 2008 li tkun adattata għall-istrutturi tal-ekonomiji tal-Istati Membri, u biex id-data tal-Unjoni tkun tista’ titqabbel ma’ dik li tiġi kkompilata mill-imsieħba internazzjonali ewlenin tagħha.

(9)

Għall-fini li jiġu stabbiliti kontijiet ekonomiċi ambjentali bħala kontijiet komplementari għas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet riveduta, ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej ( 5 ) stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, il-kompilazzjoni, it-trasmissjoni u l-valutazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej.

(10)

Fil-każ tal-kontijiet ambjentali u soċjali, għandu wkoll jittieħed kont sħiħ tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Awwissu 2009, bl-isem ta’ “Il-PDG u lil hinn minnu — Inkejlu l-progress f’dinja li dejjem tinbidel”. Jeħtieġ li jitwettqu b’mod vigoruż studji metodoloġiċi u testijiet ta’ data, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet relatati mal-’Il-PDG u lil hinn minnu’ u l-Istrateġija Ewropa 2020 bl-għan li jiġi żviluppat approċċ ta’ kejl aktar komprensiv għall-benessri u l-progress sabiex jingħata appoġġ għall-promozzjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiva. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu indirizzati l-esternalitajiet ambjentali u l-inugwaljanzi soċjali. Għandu wkoll jittieħed kont tal-bidliet fil-produttività. Dan għandu jippermetti li d-data li tikkomplementa l-aggregati tal-PDG issir disponibbli kemm jista’ jkun malajr. Fl-2013 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Komunikazzjoni ta’ segwitu dwar “Il-PDG u lil hinn minnu” u fl-2014, jekk adatt, proposti leġislattivi. Id-data dwar il-kontijiet nazzjonali u reġjonali għandha tiġi meqjusa bħala mezz wieħed li permezz tiegħu jiġu segwiti dawk il-miri.

(11)

L-użu possibbli ta’ metodi ġodda, awtomatizzati u f’ħin reali, għall-ġbir, għandu jiġi esplorat.

(12)

Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet riveduta stabbilita b’dan ir-Regolament (SEK 2010) tinkludi metodoloġija, u programm ta’ trasmissjoni li jiddefinixxi l-kontijiet u t-tabelli li jridu jiġu pprovduti mill-Istati Membri skont l-iskadenzi speċifikati. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli dawk il-kontijiet u t-tabelli għall-utenti f’dati speċifiċi u, fejn rilevanti, skont kalendarju ta’ rilaxx imħabbar minn qabel, b’mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza tal-konverġenza ekonomika u l-ksib ta’ koordinazzjoni mill-qrib tal-politika ekonomika tal-Istati Membri.

(13)

Fil-pubblikazzjoni tad-data, għandu jiġi adottat approċċ orjentat lejn l-utent, u b’hekk tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli u utli għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-partijiet interessati oħra.

(14)

Is-SEK 2010 għandha gradwalment tieħu post is-sistemi l-oħrajn kollha bħala qafas ta’ referenza tal-istandards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontabbiltà għat-tfassil tal-kontijiet tal-Istati Membri għall-finijiet tal-Unjoni, biex b’hekk jinkisbu riżultati li jistgħu jitqabblu bejn l-Istati Membri.

(15)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) ( 6 ), l-istatistika kollha tal-Istati Membri li tiġi trasmessa lill-Kummissjoni u li għandha tiġi mqassma skont l-unitajiet territorjali għandha tuża l-klassifikazzjoni NUTS. Għaldaqstant, sabiex tiġi stabbilita statistika reġjonali li tista’ titqabbel, l-unitajiet territorjali għandhom jiġu ddefiniti skont il-klassifikazzjoni NUTS.

(16)

It-trasmissjoni ta’ data mill-Istati Membri, inkluż it-trasmissjoni ta’ data kunfidenzjali, hija rregolata mir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea ( 7 ). Il-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiżguraw ukoll il-protezzjoni ta’ data kunfidenzjali u li ma jsir l-ebda żvelar illegali jew użu mhux statistiku meta tiġi prodotta u disseminata statistika Ewropea.

(17)

Twaqqaf grupp ta’ ħidma biex jeżamina aktar fil-fond il-kwistjoni tat-trattament tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja kkalkulati indirettament (FISIM) fil-kontijiet nazzjonali, inkluż l-eżami ta’ metodu aġġustat għar-riskju li jeskludi r-riskju mill-kalkoli tal-FISIM sabiex jirrifletti l-kost mistenni fil-futur tar-riskju realizzat. Meta jitqiesu r-riżultati tat-task force, jista’ jkun meħtieġ li tiġi emendata l-metodoloġija għall-kalkolu u l-allokazzjoni tal-FISIM, permezz ta’ att delegat, biex jiġu pprovduti riżultati mtejba.

(18)

In-nefqa għar-riċerka u l-iżvilupp tikkostitwixxi investiment u għalhekk għandha tiġi reġistrata bħala formazzjoni ta’ kapital gross fiss. Iżda, jeħtieġ li jiġi speċifikat, permezz ta’ att delegat, il-format tad-data dwar in-nefqa għar-riċerka u l-iżvilupp li trid tiġi reġistrata bħala formazzjoni ta’ kapital gross fiss att delegatmeta jintlaħaq livell suffiċjenti ta’ fiduċja fl-affidabbiltà u l-komparabbiltà tad-data permezz ta’ eżerċizzju ta’ prova bbażat fuq l-iżvilupp ta’ tabelli supplementari.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri ( 8 ) tesiġi l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti dwar passivi kontinġenti b’impatti potenzjalment kbar fuq il-baġits pubbliċi, inklużi l-garanziji governattivi, is-self inadempjenti u l-passivi li jirriżultaw mill-operat ta’ korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż id-daqs tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti jirrikjedu pubblikazzjoni addizzjonali għal dik rikjesta taħt dan ir-Regolament.

(20)

F’Ġunju 2012, il-Kummissjoni (Eurostat) stabbilixxiet Task Force għall-implikazzjonijiet tad-Direttiva 2011/85/UE għall-ġbir u d-disseminazzjoni ta’ data fiskali, li kkonċentrat fuq l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti relatati mal-passivi kontinġenti u ma’ informazzjoni oħra relatata li jistgħu jindikaw impatti potenzjalment kbar fuq il-baġits pubbliċi, inklużi garanziji governattivi, debiti ta’ korporazzjonijiet pubbliċi, Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPPs), self inadempjenti, u parteċipazzjoni governattiva fil-kapital ta’ korporazzjonijiet. L-implimentazzjoni sħiħa tal-ħidma ta’ dik it-Task Force għandha tikkontribwixxi għall-analiżi xierqa tar-relazzjonijiet ekonomiċi sottostanti ta’ kuntratti tat-tip PPP, inklużi r-riskji marbuta mal-kostruzzjoni, mad-disponibbiltà u mad-domanda kif adatt, u tieħu kont tal-passivi impliċiti li ma jidhrux fil-karti tal-bilanċ ta’ PPPs, biex b’hekk jiġu msaħħa t-trasparenza u l-affidabbilità tal-istatistika dwar debiti.

(21)

Il-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE ( 9 ) (KPE) qed iwettaq ħidma fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-pensjonijiet u r-riformi tal-pensjonijiet. Il-ħidma tal-esperti tal-istatistika minn naħa waħda u l-esperti fuq it-tixjiħ tal-popolazzjonijiet li jaħdmu taħt l-awspiċji tal-KPE min-naħa l-oħra għandha tkun ikkoordinata mill-qrib, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew, fir-rigward tas-suppożizzjonijiet makroenonomiċi u ta’ parametri attwarjali oħrajn sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komprabbiltà bejn il-pajjiżi tar-riżultati kif ukoll il-komunikazzjoni effiċjenti għall-utenti u l-partijiet interessati tad-data u l-informazzjoni rigward il-pensjonijiet. Għandu jkun iċċarat ukoll li l-intitolamenti għall-pensjonijiet akkumulati sa ċerta data fl-assigurazzjoni soċjali mhumiex fihom infushom kejl tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(22)

Id-data u l-informazzjoni dwar il-passivi kontinġenti tal-Istati Membri huma pprovduti fil-kuntest tal-ħidma relatata mal-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Sa Lulju 2018, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport li jevalwa jekk dawn id-data għandhiex issir disponibbli fil-kuntest tas-SEK 2010.

(23)

Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza tal-kontijiet reġjonali tal-Istati Membri għall-politiki reġjonali, ekonomiċi u ta’ koeżjoni soċjali tal-Unjoni kif ukoll għall-analiżi tal-interdipendenzi ekonomiċi. Barra minn hekk, hija rikonoxxuta l-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza tal-kontijiet f’livell reġjonali, inkluż il-kontijiet governattivi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandu jagħti attenzjoni partikolari lid-data fiskali ta’ reġjuni fejn l-Istati Membri għandhom reġjuni jew Gvernijiet awtonomi.

(24)

Sabiex jiġi emendat l-Anness A għal dan ir-Regolament bil-ħsieb li tiġi żgurata l-interpretazzjoni armonizzata jew il-komparabilità internazzjonali tiegħu, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tingħata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-TFUE, huwa importanti li l-Kummissjoni twettaq matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, fejn rilevanti, konsultazzjonijiet mal-Bank Ċentrali Ewropew fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(25)

Il-parti l-kbira tal-aggregati statistiċi użati fil-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni, b’mod partikolari l-proċeduri ta’ defiċit eċċessiv u ta’ żbilanċi makroekonomiċi, huma ddefiniti b’referenza għas-SEK. Meta tipprovdi data u rapporti taħt dawk il-proċeduri, il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni adatta rigward l-impatti fuq l-aggregati rilevanti tal-bidliet fil-metodoloġija tas-SEK 2010 kif introdotti permezz ta’ atti delegati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(26)

Il-Kummissjoni għandha twettaq l-evalwazzjoni dwar jekk id-data dwarir-Riċerka u l-Iżvilupp tkunx laħqet livell suffiċjenti ta’ kwalità f’termini kemm ta’ prezzijiet attwali kif ukoll ta’ volum għall-finijiet tal-kontijiet nazzjonali qabel tmiem Mejju 2013, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, bil-ħsieb li jiġu żgurati id-affidabbiltà u l-komparabbiltà tad-data tas-SEK dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp.

(27)

Billi l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ser teħtieġ adattamenti importanti fis-sistemi tal-istatistika nazzjonali, ser jingħataw derogi mill-Kummissjoni lill-Istati Membri. B’mod partikolari, il-programm tat-trasmissjoni tad-data tal-kontijiet nazzjonali għandu jieħu kont tal-bidliet fundamentali fil-politika u fl-istatistika li seħħew f’ċerti Stati Membri matul il-perijodi ta’ referenza tal-programm. Id-derogi mogħtija mill-Kummissjoni għandhom ikunu temporanji u soġġetti għal reviżjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti appoġġ lill-Istati Membri kkonċernati fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-adattamenti rikjesti għas-sistemi statistiċi tagħhom b’mod li dawk id-derogi jistgħu jitwaqqfu kemm jista’ jkun malajr.

(28)

It-tnaqqis fl-iskadenzi għat-trasmissjoni jista’ jżid piż u spejjeż sinifikanti għal dawk li jirrispondu u l-istituti nazzjonali ta’ statistika fl-Unjoni, bir-riskju li tiġi prodotta kwalità aktar baxxa ta’ data. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat bilanċ bejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi meta jiġu ffissati l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data.

(29)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu mogħtija setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 10 ).

(30)

Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta’ Sistema tal-Kontijiet (SEK) riveduta, ma jistgħax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta l-miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dan l-għan.

(31)

Il-Kumitat dwar is-Sistema tal-Istatistika Ewropea ġie kkonsultat.

(32)

Il-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE tat-13 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti ( 11 ) u l-Kumitat dwar id-Dħul Gross Nazzjonali (Kumitat DNG) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq (Regolament DGN) ( 12 ) ġew ikkonsultati,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament iwaqqaf is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (“is-SEK 2010” jew “is-SEK”).

2.  Is-SEK 2010 jipprevedi:

(a) metodoloġija (Anness A) dwar standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontabbiltà li għandhom jintużaw għat-tħejjija tal-kontijiet u t-tabelli fuq bażijiet li jistgħu jitqabblu għall-finijiet tal-Unjoni, flimkien mar-riżultati kif meħtieġ taħt l-Artikolu 3;

(b) programm (Anness B) li jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien sa meta l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) il-kontijiet u t-tabelli li jridu jiġu kkompilati skont il-metodoloġija msemmija fil-punt (a).

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 u 10, dan ir-Regolament għandu japplika għall-atti kollha tal-Unjoni li jirreferu għas-SEK jew id-definizzjonijiet tagħha.

4.  Dan ir-Regolament ma jobbligax lil xi Stat Membru li juża s-SEK 2010 fil-kompilazzjoni tal-kontijiet għall-iskopijiet tiegħu stess.

Artikolu 2

Metodoloġija

1.  Il-metodoloġija tas-SEK 2010 msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 (2) hija stabbilita fl-Anness A.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegatiatti delegati skont l-Artikolu 7, rigward emendi fil-metodoloġija tas-SEK 2010 sabiex jiġu speċifikati u mtejba l-kontenut tagħha għall-iskop li tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata jew biex tiżgura komparabbiltà internazzjonali sakemm ma jbiddlux il-kunċetti bażiċi tagħha, ma jeħtiġux riżorsi addizzjonali għall-produtturi fis-Sistema tal-Istatistika Ewropea għall-implimentazzjoni tagħhom, u ma jikkawżawx bidla fir-riżorsi proprji.

3.  Fl-eventwalità ta’ dubju rigward l-implementazzjoni korretta tar-regoli ta’ kontabbiltà tas-SEK 2010, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob kjarifika mingħand il-Kummissjoni (Eurostat). Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġixxi minnufih kemm fl-eżami tat-talba kif ukoll fil-komunikazzjoni tal-parir tagħha dwar il-kjarifika mitluba lill-Istat Membru kkonċernat u l-Istati Membri l-oħrajn kollha.

4.  L-Istati Membri għandhom iwettqu l-kalkolu u l-allokazzjoni tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja kkalkulati b’mod indirett (FISIM) fil-kontijiet nazzjonali skont il-metodoloġija deskritta fl-Anness A. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta qabel 17 Settembru 2013 atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7 li jistabbilixxu metodoloġija riveduta għall-kalkolu u l-allokazzjoni tal-FISIM. Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq l-unitajiet rispondenti.

5.  L-infiq għar-riċerka u l-iżvilupp għandu jiġi reġistrat, mill-Istati Membri, bħala formazzjoni ta’ kapital gross fiss. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegatif’konformità mal-Artikolu 7 biex tiżgura l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tad-data tas-SEK 2010 tal-Istati Membri dwar ir-riċerka u l-iżvilupp. Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-tali atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq l-unitajiet rispondenti.

Artikolu 3

Trasmissjoni ta’ data lill-Kummissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) il-kontijiet u t-tabelli stabbiliti fl-Anness B fil-limiti taż-żmien speċifikati fih għal kull tabella.

2.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni d-data u l-metadata rikjesta b’dan ir-Regolament b’konformità ma’ standard ta’ skambju speċifikat u arranġamenti prattiċi oħrajn.

Id-data għandha tiġi trasmessa jew imtellgħa b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni. L-istandard ta’ skambju u arranġamenti prattiċi oħrajn għat-trasmissjoni tad-data għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-kwalità

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-data li trid tiġi trasmessa skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-kwalità tad-data li għandha tiġi trasmessa skont l-Artikolu 3.

3.  Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità msemmijin fil-paragrafu 1 għad-data koperta minn dan ir-Regolament, il-modalitajiet, l-istruttura, l-indikaturi tal-frekwenza u tal-valutazzjoni tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).

4.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa.

Artikolu 5

Data tal-applikazzjoni u tal-ewwel trasmissjoni tad-data

1.  Is-SEK 2010 għandha tiġi applikata għall-ewwel darba għad-data stabbilita f’konformità mal-Anness B li trid tiġi trasmessa mill-1 ta’ Settembru 2014.

2.  Id-data għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) f’konformità mal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Anness B.

3.  F’konformità mal-paragrafu 1, sakemm isseħħ l-ewwel trasmissjoni tad-data fuq il-bażi tas-SEK 2010, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) il-kontijiet u t-tabelli stabbiliti bl-applikazzjoni tas-SEK 95.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artiklu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet ( 13 ), il-Kummissjoni u l-Istati Membru kkonċernati għandhom jikkontrollaw li dan ir-Regolament ikun qed jiġi applikat korrettament u għandhom jippreżentaw ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Derogi

1.  Safejn sistema tal-istatistika nazzjonali tirrikjedi adattamenti importanti għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħti derogi temporanji lill-Istati Membri permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk id-derogi għandhom jiskadu mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħti deroga temporanja f’konformità mal-paragrafu 1 biss għal perijodu li hu suffiċjenti biex jippermetti lill-Istat Membru kkonċernat jadatta s-sistemi statistiċi tiegħu. Il-proporzjon tal-PDG tal-Istat Membru fl-Unjoni jew fiż-żona tal-euro ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi ġustifikazzjoni għall-għoti ta’ deroga. Fejn adatt, il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri kkonċeranti fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-adattamenti rikjesti għas-sistemi statistiċi tagħhom.

3.  Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba ġustifikata kif xieraq lill-Kummissjoni mhux aktar minn 17 Ottubru 2013.

Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat dwar is-Sistema tal-Istatistika Ewropea, għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-derogi mogħtija sabiex ikun ivverifikat jekk dawn ikunux għadhom iġġustifikati.

Artikolu 7

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) u (5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn 16 Lulju 2013. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ xahrejn minn 16 Lulju 2013. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonawgħal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2), (4) u (5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2), (4) u (5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 8

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew għas-Sistema tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 9

Kooperazzjoni ma’ kumitati oħrajn

1.  Fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fil-kompetenza tal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti stabbilit bid-Deċiżjoni 2006/856/KE, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni ta’ dak il-Kumitat skont l-Artikolu 2 ta’ dik id-Deċiżjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Kumitat dwar id-Dħul Nazzjonali Gross (’il-Kumitat GNI’), stabbilit bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, kull informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li hija meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijie tal-Kumitat GNI.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet transitorji

1.  Għal finijiet ta’ baġit u ta’ riżorsi proprji, is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003 u l-atti legali marbuta miegħu, b’mod partikolari r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud ( 14 ), għandha tkompli tkun is-SEK 95 sakemm tibqa’ fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej ( 15 ).

2.  Għall-fini tad-determinazzjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT, u b’eċċezzjoni mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jużaw data bbażata fuq is-SEK 2010 waqt li d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom tibqa’ fis-seħħ, fejn id-data SEK 95 meħtieġa fid-dettall ma tkunx disponibbli.

Artikolu 11

Rappurtar dwar passivi impliċiti

Sal-2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih informazzjoni eżistenti dwar PPPs u passivi impliċiti oħrajn, inkluż passivi kontinġenti, lil hinn mill-Gvern.

Sal-2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ieħor lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-punt sa fejn l-informazzjoni dwar il-passivi ppubblikata mill-Kummissjoni (Eurostat) jirrappreżenta l-passivi impliċiti kollha, inklużi passivi kontinġenti, lil hinn mill-Gvern.

Artikolu 12

Reviżjoni

Sal-1 ta’ Lulju 2018 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:

(a) il-kwalità tad-data rigward il-kontijiet nazzjonali u reġjonali;

(b) l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament u tal-proċess ta’ sorveljanza applikat għas-SEK 2010; u

(c) il-progess dwar data rigward passivi kontinġenti u fuq id-disponibbiltà tad-data tas-SEK 2010 u l-passivi kontinġenti.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS A

KAPITOLU 1

KARATTERISTIĊI ĠENERALI U PRINĊIPJI BAŻIĊI

KARATTERISTIĊI ĠENERALI

Globalizzazzjoni

L-UŻI TAS-SEK 2010

Qafas għal analiżi u politika

Karatteristiċi tal-kunċetti tas-SEK 2010

Klassifikazzjoni skont is-settur

Kontijiet satellitari

Is-SEK 2010 u l-SNA 2008

Is-SEK 2010 u s-SEK 95

PRINĊIPJI BAŻIĊI TAS-SEK 2010 BĦALA SISTEMA

Unitajiet tal-istatistika u r-raggruppamenti tagħhom

Unitajiet istituzzjonali u setturi

Unitajiet lokali tat-tip ta’ attività u industriji

Unitajiet residenti u mhux residenti; ekonomija totali u l-bqija tad-dinja

Flussi u stokks

Flussi

Transazzjonijiet

Karatteristiċi tat-transazzjonijiet

Interazzjonijiet versus transazzjonijiet intraunitarji

Transazzjonijiet monetarji kontra dawk mhux monetarji

Transazzjonijiet b’kontropartijiet jew mingħajr

Trasferimenti rranġati mill-ġdid

Bidla fir-rotta

Qsim

Rikonoxximent tal-parti prinċipali ta’ transazzjoni

Każijiet dubjużi

Bidliet oħrajn fl-assi

Bidliet oħrajn fil-volum ta’ assi u passivi

Qligħ u telf nominali

Stokks

Is-sistema ta’ kontijiet u l-aggregati

Regoli tal-kontabbiltà

Terminoloġija għaż-żewġ naħat tal-kontijiet

Informazzjoni doppja/informazzjoni kwadruppla

Valutazzjoni

Valutazzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-prodotti

Valutazzjoni bi prezzijiet kostanti

Żmien ta’ reġistrazzjoni

Konsolidazzjoni u netting

Konsolidazzjoni

Netting

Kontijiet, entrati saldatorji u aggregati

Is-sekwenza ta’ kontijiet

Il-kont ta’ oġġetti u servizzi

Il-kont tal-bqija tad-dinja

Entrati saldatorji

Aggregati

PDG: aggregat prinċipali

Il-qafas ta’ input–output

Tabelli ta’ Provvista u Użu

Tabelli simmetriċi ta’ input–output

KAPITOLU 2

UNITAJIET U RAGRUPPAMENTI TA’ UNITAJIET

IL-LIMITI TAL-EKONOMIJA NAZZJONALI

L-UNITAJIET ISTITUZZJONALI

Uffiċċji ċentrali u kumpanniji holding

Gruppi ta' korporazzjonijiet

Entitajiet bi Skop Speċjali

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

Sussidjarji artifiċjali

Unitajiet bi skop speċjali ta’ gvern ġenerali

IS-SETTURI ISTITUZZJONALI

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji (S.11001)

Korporazzjonijiet privati nazzjonali mhux finanzjarji (S.11002)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji kkontrollati minn barra l-pajjiż (S.11003)

Korporazzjonijiet finanzjarji (S.12)

Intermedjarji finanzjarji

Awżiljari finanzjarji

Korporazzjonijiet finanzjarji għajr għal intermedjarji finanzjarji u awżiljari finanzjarji

Unitajiet istituzzjonali inklużi fis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji

Sottosetturi ta’ korporazzjonijiet finanzjarji

L-ikkombinar tas-sottosetturi ta’ korporazzjonijiet finanzjarji

Qsim sekondarju tas-sottosetturi tal-korporazzjonijiet finanzjarji f’korporazzjonijiet finanzjarji pubbliċi, nazzjonali, privati u dawk taħt kontroll barrani

Bank ċentrali (S.121)

Korporazzjoniet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122)

MMF (S.123)

Fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr għall-korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u l-fondi ta’ pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet finanzjarji vetturi involuti fi transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (FVC)

Operaturi tat-titoli u d-derivattivi, korporazzjonijiet finanzjarji involuti fl-għoti b’self u korporazzjonijiet finanzjarji speċjalizzati

Awżiljari finanzjarji (S.126)

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u l-korporazzjonijiet tal-għoti ta’ flus b’self (S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Gvern ġenerali (S.13)

L-gvern ċentrali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1311)

Il-gvern tal-Istat (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1312)

Il-gvern lokali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1313)

Il-fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314)

Unitajiet domestiċi (S.14)

Min iħaddem u l-ħaddiema għal rashom (S.141 u S.142)

Impjegati (S.143)

Riċevituri ta’ introjtu minn proprjetà (S.1441)

Riċevituri ta’ pensjonijiet (S.1442)

Riċevituri ta’ trasferimenti oħra (S.1443)

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.15)

Il-bqija tad-dinja (S.2)

Klassifikazzjoni tas-setturi tal-unitajiet produtturi għal forom legali standard ewlenin ta’ sjieda

UNITAJIET U INDUSTRIJI TAT-TIP TA’ ATTIVITÀ LOKALI

L-unità tat-tip ta' attività lokali

Industriji

Klassifikazzjoni tal-industriji

UNITAJIET TA’ PRODUZZJONI OMOĠENJA U FERGĦAT OMOĠENJI

L-unità ta’ produzzjoni omoġenja

Il-fergħa omoġenja

KAPITOLU 3

TRANSAZZJONIJIET FI PRODOTTI U ASSI MHUX PRODOTTI

TRANSAZZJONIJIET FI PRODOTTI INĠENERALI

PRODUZZJONI U OUTPUT

Attivitajiet prinċipali, sekondarji u anċillari

Prodott (P.1)

Unitajiet istituzzjonali: distinzjoni bejn tas-suq, għall-użu finali proprju u mhux tas-suq

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-output

Prodotti tal-agrikoltura, tal-forestrija u s-sajd (Sezzjoni A)

Prodotti manifatturati (Sezzjoni C); Xogħol tal-kostruzzjoni (Sezzjoni F)

Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi (Sezzjoni G)

Trasport u Ħżin (Sezzjoni H)

Akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel (Sezzjoni I)

Servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni: (Sezzjoni K): lL-output tal-bank ċentrali

Servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni: (Sezzjoni K): Sservizzi finanzjarji inġenerali

Is-servizzi finanzjarji provduti għal ħlas dirett

Is-servizzi finanzjarji mħallsa permezz ta’ “loading charges” fuq l-imgħax

Is-servizzi finanzjarji li jikkonsistu fl-akkwist u d-dispożizzjoni minn assi u passivi finanzjarji fis-swieq finanzjarji

Is-servizzi finanzjarji provduti fl-iskemi tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni, fejn l-attività tkun iffinanzjata bl-iċċarġjar ta’ kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni u minn redditu fuq it-tfaddil

Servizzi immobiljari (Sezzjoni L)

Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi; (Sezzjoni M) Servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ (Sezzjoni N)

Amministrazzjoni pubblika u servizzi ta’ difiża, servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorji. (Sezzjoni O)

Servizzi ta’ edukazzjoni; (Sezzjoni P); Servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali (Sezzjoni Q)

Arti, servizzi ta’ divertiment u ta’ rikreazzjoni (Sezzjoni R); Servizzi oħra (Sezzjoni S)

Unitajiet domestiċi privati bħala persuni li jħaddmu (Sezzjoni T)

KONSUM INTERMEDJU (P.2)

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-konsum intermedju

KONSUM FINALI (P.3, P.4)

Infiq tal-konsum finali (P.3)

Konsum Finali Attwali (P.4)

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-infiq tal-konsum finali

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-konsum finali attwali

FORMAZZJONI TA’ KAPITAL GROSS (P.5)

Formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51g)

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-formazzjoni ta’ kapital fiss gross

Konsum ta’ kapital fiss (P.51c)

Bidliet fl-inventarji (P.52)

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-bidliet fl-inventarji

Akkwisti nieqas iċ-ċessjonijiet tal-oġġetti ta’ valur (P.53)

ESPORTAZZJONIJIET U IMPORTAZZJONIJIET TA’ OĠĠETTI U SERVIZZI (P.6 U P.7)

Esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta’ oġġetti (P.61 u P.71)

Esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta’ servizzi (P.62 u P.72)

TRANSAZZJONIJIET F’OĠĠETTI EŻISTENTI

AKKWISTI MINGĦAJR IĊ-ĊESSJONIJIET TA’ ASSI MHUX PRODOTTI (NP)

KAPITOLU 4

TRANSAZZJONIJIET DISTRIBUTTIVI

KUMPENS TAL-IMPJEGATI (D.1)

Pagi u salarji (D.11)

Pagi u salarji fi flus

Pagi u salarji in natura

Kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem (D.12)

Il-kontribuzzjonijiet soċjali effettivi ta’ min iħaddem (D.121)

Il-kontribuzzjonijiet soċjali imputati ta’ min iħaddem (D.122)

TAXXI FUQ IL-PRODUZZJONI U L-IMPORTAZZJONIJIET (D.2)

Taxxi fuq il-prodotti (D.21)

Taxxi tat-tip tal-valur miżjud (VAT) (D.211)

Taxxi u dazji fuq l-importazzjonijiet minbarra l-VAT (D.212)

Taxxi fuq il-prodotti, minbarra l-VAT u t-taxxi fuq l-importazzjonijiet (D.214)

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29)

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet imħallsa lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet: ħin tar-reġistrazzjoni u l-ammonti li għandhom jiġu rreġistrati

SUSSIDJI (D.3)

Sussidji fuq il-prodotti (D.31)

Sussidji fuq l-importazzjonijiet (D.311)

Sussidji oħrajn fuq il-prodotti (D.319)

Sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni (D.39)

INTROJTU MILL-PROPRJETÀ (D.4)

Imgħax (D.41)

Imgħax fuq depożiti u self

Imgħax fuq it-titoli tad-dejn

L-imgħax fuq il-kambjali u strumenti simili fuq żmien qasir

L-imgħax fuq bonds u obbligazzjonijiet

Tpartit tar-rata tal-imgħax u ftehimiet ta’ rata bil-quddiem

Imgħax fuq kirjiet finanzjarji

Imgħax ieħor

Ħin tar-reġistrazzjoni

Introjtu distribwit tal-korporazzjonijiet (D.42)

Dividendi (D.421)

Prelevamenti mill-introjtu ta’ kważi korporazzjonijiet (D.422)

Qligħ investit mill-ġdid fuq investiment dirett barrani (D.43)

Introjtu ieħor minn investiment (D.44)

Introjtu mill-investiment attribwibbli lid-detenturi ta’ poloz tal-assigurazzjoni (D.441)

Introjtu mill-investiment pagabbli fuq intitolamenti tal-pensjoni (D.442)

Introjtu mill-investiment attribwibbli lill-azzjonisti tal-fond tal-investiment kollettiv (D.443)

Renta (D.45)

Renta fuq l-art

Renta fuq assi taħt l-art

TAXXI KURRENTI FUQ L-INTROJTU, IL-ĠID, EĊĊ. (D.5)

Taxxi fuq l-introjtu (D.51)

Taxxi kurrenti oħra (D.59)

KONTRIBUZZJONIJIET U BENEFIĊĊJI SOĊJALI (D.6)

Kontribuzzjonijiet soċjali netti (D.61)

Il-kontribuzzjonijiet soċjali effettivi ta’ min iħaddem (D.611)

Kontribuzzjonijiet soċjali imputati ta’ min iħaddem (D.612)

Il-kontribuzzjonijiet soċjali effettivi tal-unitajiet domestiċi (D.613)

Is-supplimenti tal-kontribuzzjonijiet soċjali tal-unitajiet domestiċi (D.614)

Benefiċċji soċjali oħra għajr trasferimenti soċjali in natura (D.62)

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali fi flus kontanti (D.621)

Benefiċċji oħra tal-assigurazzjoni soċjali (D.622)

Benefiċċji tal-għajnuna soċjali fi flus kontanti (D.623)

Trasferimenti soċjali in natura (D.63)

Trasferimenti soċjali in natura — gvern ġenerali u produzzjoni mhux għas-suq tal-NPISHs (D.631)

Trasferimenti soċjali in natura — produzzjoni tas-suq mixtrija mill-gvern ġenerali u l-NPISHs (D.632)

TRASFERIMENTI KURRENTI OĦRA (D.7)

Primjums netti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja (D.71)

Pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja (D.72)

Trasferimenti kurrenti fi ħdan il-gvern ġenerali (D.73)

Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74)

Trasferimenti kurrenti varji (D.75)

Trasferimenti kurrenti lill-NPISHs (D.751)

Trasferimenti kurrenti bejn l-unitajiet domestiċi (D.752)

Trasferimenti kurrenti oħra varji (D.759)

Multi u penali

Lotteriji u logħob tal-azzard

Pagamenti ta’ kumpens

Riżorsi proprji tal-UE bbażati fuq il-VAT u l-introjtu nazzjonali gross (ING) (D.76)

AĠĠUSTAMENT GĦALL-BIDLA FL-INTITOLAMENTI TAL-PENSJONI (D.8)

TRASFERIMENTI KAPITALI (D.9)

Taxxi kapitali (D.91)

Għotjiet ta’ investiment (D.92)

Trasferimenti kapitali oħra (D.99)

OPZJONIJIET FUQ IT-TITOLI TAL-IMPJEGATI (ESOS)

KAPITOLU 5

TRANSAZZJONIJIET FINANZJARJI

KARATTERISTIĊI ĠENERALI TA’ TRANSAZZJONIJIET FINANZJARJI

Assi finanzjarji, pretensjonijiet finanzjarji, u passivi

Assi kontinġenti u passivi kontinġenti

Kategoriji ta’ assi u passivi finanzjarji

Karti tal-bilanċ, kont finanzjarju u flussi oħrajn

Valutazzjoni

Irreġistrar nett u gross

Konsolidazzjoni

Netting

Regoli tal-kontabbiltà għal transazzjonijiet finanzjarji

Transazzjoni finanzjarja bi trasferiment kurrenti jew trasferiment kapitali bħala kontroparti

Transazzjoni finanzjarja bl-introjtu minn proprjetà bħala kontroparti

Żmien ta’ reġistrazzjoni

Kont finanzjarju abbażi ta’ “mingħand min għal għand min”

KLASSIFIKA FID-DETTALL TAT-TRANSAZZJONIJIET FINANZJARJI SKONT IL-KATEGORIJA

Deheb monetarju u drittijiet speċjali ta’ prelevament (F.1)

Deheb monetarju (F.11)

SDRs (F.12)

Flus u depożiti (F.2)

Flus (F.21)

Depożiti (F.22 u F.29)

Depożiti trasferibbli (F.22)

Depożiti oħra (F.29)

Titoli tad-dejn (F.3)

Il-fatturi ewlenin tat-titoli tad-dejn

Klassifikazzjoni skont il-maturità oriġinali u l-munita

Klassifikazzjoni skont it-tip ta’ rata tal-imgħax

Titoli tad-dejn b’rata tal-imgħax fissa

Titoli tad-dejn b’rata tal-imgħax varjabbli

Titoli tad-dejn b’rata tal-imgħax imħallta

Pjazzamenti privati

Titolizzazzjoni

Bonds koperti

Self (F.4)

Il-karatteristiċi ewlenin tas-self

Il-klassifikazzjoni tas-self skont il-maturità oriġinali, il-munita u l-iskop tas-self

Id-distinzjoni bejn transazzjonijiet f’self u transazzjonijiet f’depożiti

Id-distinzjoni bejn transazzjonijiet f’self u transazzjonijiet f’titoli tad-dejn

Id-distinzjoni bejn transazzjonijiet f’self, kreditu kummerċjali u kontijiet kummerċjali

Self ta’ titoli u ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid

Kirjiet finanzjarji

Tipi oħra ta’ self

Assi finanzjarji esklużi mill-kategorija tas-self

Unitajiet jew ishma ta’ fondi tal-investiment jew ta’ ekwità (F.5)

Ekwità (F.51)

Riċevuti depożitorji

Ishma kkwotati (F.511)

Ishma mhux ikkwotati (F.512)

Offerti pubbliċi inizjali, kwotazzjoni fil-borża, tneħħija tal-kwotazzjoni fil-borża u xiri lura tal-ishma

Assi finanzjarji esklużi mit-titoli tal-ekwità

Ekwità oħra (F.519)

Valutazzjoni tat-transazzjonijiet f’ekwità

Unitajiet jew ishma ta’ fondi tal-investimenti (F.52)

Ishma jew unitajiet MMF (F.521)

Ishma /unitajiet f’fond ta’ investiment mhux ta’ MMF (F.522)

Valutazzjoni tat-transazzjonijiet f’ishma jew unitajiet ta’ fondi ta’ investiment

Skemi tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u ta’ garanziji standardizzati (F.6)

Riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (F.61)

Assigurazzjoni fuq il-ħajja u intitolamenti ta’ annwalità (F.62)

Intitolamenti għall-pensjoni (F.63)

Intitolamenti ta’ pensjonijiet kontinġenti

Pretensjonijiet ta’ fondi tal-pensjoni fuq il-maniġers tal-pensjoni (F.64)

Intitolamenti għal benefiċċji li mhumiex pensjoni (F.65)

Dispożizzjonijiet ta’ sejħiet skont garanziji standardizzati (F.66)

Garanziji standardizzati u garanziji ta’ darba biss

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet ta’ stokks tal-impjegati (F.7)

Derivattivi finanzjarji (F.71)

Opzjonijiet

Riporti (forwards)

Opzjonijiet vis–à–vis riporti

Tpartit (swaps)

Ftehimiet ta’ rati tar-riporti (FRAs)

Derivattivi tal-kreditu

Swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu

L-istrumenti finanzjarji li mhumiex inklużi fid-derivattivi finanzjarji

Opzjonijiet ta’ stokks tal-impjegati (F.72)

Il-valutazzjoni ta’ transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji u opzjonijiet ta’ stokks tal-impjegati

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli (F.8)

Krediti u avvanzi kummerċjali (F.81)

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli, minbarra l-krediti u l-avvanzi kummerċjali (F.89)

ANNESS 5.1 —

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAT-TRANSAZZJONIJIET FINANZJARJI

Il-klassifikazzjoni ta’ transazzjonijiet finanzjarji skont il-kategorija

Il-klassifikazzjoni ta’ transazzjonijiet finanzjarji skont in-negozjabbiltà

Titoli strutturati

Il-klassifikazzjoni ta’ transazzjonijiet finanzjarji skont it-tip tal-introjtu

Il-klassifikazzjoni ta’ transazzjonijiet finanzjarji skont it-tip ta’ rata tal-imgħax

Il-klassifikazzjoni ta’ transazzjonijiet finanzjarji skont il-maturità

Maturità fuq medda ta’ żmien qasir u twil

Il-maturità oriġinali u l-maturità rimanenti

Il-klassifikazzjoni ta’ transazzjonijiet finanzjarji skont il-munita

Kejl ta’ flus

KAPITOLU 6

FLUSSI OĦRA

INTRODUZZJONI

BIDLIET OĦRA FL-ASSI U L-PASSIVI

Bidliet oħrajn fil-volum ta’ assi u passivi (minn K.1 sa K.6)

Dieher ekonomiku tal-assi (K.1)

Għejbien ekonomiku ta’ assi mhux prodotti (K.2)

Telfiet katastrofiċi (K.3)

Qbid mhux ikkumpensat (K.4)

Bidliet oħra fil-volum mhux ikklassifikati x’imkien ieħor (K.5)

Bidliet fil-klassifikazzjoni (K.6)

Bidliet fil-klassifikazzjoni tas-setturi u l-istruttura tal-unità istituzzjonali (K.61)

Bidliet fil-klassifikazzjoni tal-assi u l-passivi (K.62)

Qligħ u telf nominali (K.7)

Qligħ u telf nominali newtrali (K.71)

Qligħ u telf nominali u reali (K.72)

Il-qligħ u t-telf nominali bit-tip ta’ assi u passivi finanzjarji

Deheb monetarju u SDRs (AF.1)

Flus u depożiti (AF.2)

Titoli tad-dejn (AF.3)

Self (AF.4)

Ekwità u ishma ta’ fondi ta’ investiment (AF.5)

Skemi tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u ta’ garanziji standardizzati (AF.6)

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet fuq it-titoli tal-impjegati (AF.7)

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli (AF.8)

Assi denominati f’munita barranija

KAPITOLU 7

IL-KARTI TAL-BILANĊ

TIPI TA’ ASSI U PASSIVI

Definizzjoni ta’ ass

ESKLUŻJONIJIET MILL-AMBITU TAL-ASSI U L-PASSIVI

KATEGORIJI TA’ ASSI U PASSIVI

Assi mhux finanzjarji prodotti (AN.1)

Assi mhux finanzjarji u mhux prodotti (AN.2)

Assi u passivi finanzjarji (AF)

VALUTAZZJONI TAL-ENTRATI FIL-KARTI TAL-BILANĊ

Prinċipji ġenerali tal-valutazzjoni

ASSI MHUX FINANZJARJI (AN)

Assi mhux finanzjarji prodotti (AN.1)

Assi fissi (AN.11)

Prodotti tal-proprjetà intellettwali (AN.117)

Spejjeż tat-trasferiment tas-sjieda fuq assi mhux prodotti (AN.116)

Inventarji (AN.12)

Oġġetti ta’ valur (AN.13)

Assi mhux finanzjarji u mhux prodotti (AN.2)

Riżorsi naturali (AN.21)

Art (AN.211)

Riżervi minerali u tal-enerġija (AN.212)

Assi naturali oħrajn (AN.213, AN.214 u AN.215)

Kuntratti, kirjiet u liċenzji (AN.22)

Xiri nieqes il-bejgħ tal-avvjament u l-assi tal-kummerċjalizzazzjoni (AN.23)

ASSI U PASSIVI FINANZJARJI (AF)

Deheb monetarju u SDRs (AF.1)

Flus u depożiti (AF.2)

Titoli tad-dejn (AF.3)

Self (AF.4)

Ekwità u ishma jew unitajiet tal-fond tal-investiment (AF.5)

Skemi tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u ta’ garanziji standardizzati (AF.6)

Derivattivi finanzjarji u opzjonijiet fuq it-titoli tal-impjegati (AF.7)

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli (AF.8)

KARTI TAL-BILANĊ FINANZJARJI

ENTRATI TA’ MEMORANDUM

Oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul (AN.m)

Investiment dirett barrani (AF.m1)

Self mhux produttiv (AF.m2)

Reġistrazzjoni tas-self mhux produttivReġistrazzjoni tas-self mhux produttiv

ANNESS 7.1

DEFINIZZJONI TA' KULL KATEGORIJA TA' ASSI

ANNESS 7.2

MAPPA MILL-KARTA TAL-BILANĊ TAL-FTUĦ GĦALL KARTA TAL-BILANĊ TAL-GĦELUQ

KAPITOLU 8

IS-SEKWENZA TAL-KONTIJIET

INTRODUZZJONI

Is-sekwenza tal-kontijiet

SEKWENZA TAL-KONTIJIET

Kontijiet kurrenti

Kont tal-produzzjoni (I)

Kontijiet tad-distribuzzjoni u tal-użu tal-introjtu (II)

Kontijiet tad-distribuzzjoni primarja tal-introjtu (II.1)

Kont tal-ġenerazzjoni tal-introjtu (II.1.1)

Kont tal-allokazzjoni tal-introjtu primarju (II.1.2)

Kont tal-introjtu imprenditorjali (II.1.2.1)

Kont tal-allokazzjoni tal-introjtu primarju ieħor (II.1.2.2)

Kont tad-distribuzzjoni sekondarja tal-introjtu (II.2)

Kont tar-ridistribuzzjoni tal-introjtu in natura (II.3)

Kont tal-użu tal-introjtu (II.4)

Il-kont tal-użu tal-introjtu disponibbli (II.4.1)

Kont tal-użu tal-introjtu disponibbli aġġustat (II.4.2).

Kontijiet tal-akkumulazzjoni (III)

Kont kapitali (III.1)

Kont tal-bidla fil-valur nett dovut għat-tfaddil u t-trasferimenti kapitali (III.1.1)

Kont tal-akkwisti ta’ assi mhux finanzjarji (III.1.2)

Kont finanzjarju (III.2)

Kont tal-bidliet oħra fl-assi (III.3)

Kont tal-bidliet oħra fil-volum tal-assi (III.3.1)

Kont tar-rivalutazzjoni (III.3.2)

Kont tal-qligħ u t-telf nominali newtrali (III.3.2.1)

Kont tal-qligħ u t-telf nominali reali (III.3.2.2)

Karti tal-bilanċ (IV)

Karta tal-bilanċ tal-ftuħ (IV.1)

Bidliet fil-karta tal-bilanċ (IV.2)

Karta tal-bilanċ tal-għeluq (IV.3)

KONTIJIET TAL-BQIJA TAD-DINJA (V)

Kontijiet kurrenti

Kont estern tal-oġġetti u s-servizzi (V.I)

Kont estern tal-introjti primarji u t-trasferimenti kurrenti (V.II)

Kontijiet ta’ akkumulazzjoni esterna (V.III)

Kont kapitali (V.III.1)

Kont finanzjarju (V.III.2)

Kont tal-bidliet oħra fl-assi (V.III.3)

Karti tal-bilanċ (V.IV)

KONT TAL-OĠĠETTI U S-SERVIZZI (0)

KONTIJIET EKONOMIĊI INTEGRATI

AGGREGATI

Prodott domestiku gross bil-prezzijiet tas-suq (PDG)

Eċċess operattiv tal-ekonomija totali

Introjtu mħallat tal-ekonomija totali

Introjtu mħallat tal-ekonomija totali

Introjtu nazzjonali (bil-prezzijiet tas-suq)

Introjtu disponibbli nazzjonali

Tfaddil

Bilanċ estern kurrenti

Għoti ta’ self nett (+) jew teħid ta’ self nett (–) tal-ekonomija totali

Valur nett tal-ekonomija totali

Nefqa u dħul tal-gvern ġenerali

KAPITOLU 9

TABELLI TAL-PROVVISTA U L-UŻU U L-QAFAS INPUT–OUTPUT

INTRODUZZJONI

DESKRIZZJONI

GĦODDA TAL-ISTATISTIKA

GĦODDA GĦALL-ANALIŻI

IT-TABELLI TAL-PROVVISTA U L-UŻU F’AKTAR DETTALL

Klassifikazzjonijiet

Prinċipji ta’ valutazzjoni

Marġnijiet tal-kummerċ u t-trasport

Taxxi nieqes is-sussidji fuq il-prodozzjoni u l-importazzjonijiet

Kunċetti bażiċi oħra

Informazzjoni supplimentari

SORSI TAD-DATA U BBILANĊJAR

GĦODDA GĦALL-ANALIŻI U L-ESTENSJONIJIET

KAPITOLU 10

KEJL TA’ PREZZ U TA’ VOLUM

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-INDIĊIJIET TA’ PREZZ U TA’ VOLUM FIL-KONTIJIET NAZZJONALI

Is-sistema integrata tal-indiċijiet ta’ prezz u ta’ volum

Indiċijiet oħra ta’ prezz u ta’ volum

PRINĊIPJI ĠENERALI TAL-KEJL TAL-INDIĊIJIET TA’ PREZZ U TA’ VOLUM

Definizzjoni tal-prezzijiet u tal-volumi tal-prodotti tas-suq

Kwalità, prezz u prodotti omoġenji

Prezzijiet u volum

Prodotti ġodda

Prinċipji għal servizzi mhux tas-suq

Prinċipji għall-valur miżjud u l-PDG

PROBLEMI SPEĊIFIĊI FL-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI

Taxxi u sussidji fuq prodotti u importazzjonijiet

Taxxi oħra u sussidji fuq il-produzzjoni

Konsum ta’ kapital fiss

Kumpens tal-impjegati

Stokkijiet ta’ assi fissi prodotti u inventarji

KEJL TA’ INTROJTU REALI GĦALL-EKONOMIJA TOTALI

INDIĊIJIET TA’ PREZZ U VOLUM INTERSPAZJALI

KAPITOLU 11

POPOLAZZJONI U INPUTS TA’ XOGĦOL

POPOLAZZJONI TOTALI

POPOLAZZJONI EKONOMIKAMENT ATTIVA

IMPJIEG

Impjegati

Persuni li jaħdmu għal rashom

Impjieg u residenza

QGĦAD

IMPJIEGI

Impjiegi u residenza

L-EKONOMIJA MHUX OSSERVATA

TOTAL TA’ SIGĦAT MAĦDUMA

Speċifikar tas-sigħat effettivament maħduma

EKWIVALENZA FULL–TIME

INPUT TA’ XOGĦOL TAL-IMPJEGATI B’KUMPENS KOSTANTI

KEJL TA’ PRODUTTIVITÀ

KAPITOLU 12

KONTIJIET NAZZJONALI TRIMESTRALI

INTRODUZZJONI

KARATTERISTIĊI SPEĊIFIĊI TAL-KONTIJIET NAZZJONALI TRIMESTRALI

Ħin ta’ reġistrazzjoni

Ħidma li għaddejja

Attivitajiet ikkonċentrati f’perijodi speċifiċi fi żmien sena

Pagamenti ta’ frekwenza baxxa

Stimi rapidi

Ibbilanċjar u valutazzjoni komparattiva ta’ kontijiet nazzjonali trimestrali

Ibbilanċjar

Konsistenza bejn il-kontijiet trimestrali u annwali — valutazzjoni komparattiva

Kejl marbut mal-indiċi–katina ta’ tibdil fil-prezz u l-volum

Aġġustamenti staġjonali u kalendarji

Sekwenza tal-ġbir tal-kejl tal-volum marbut mal-indiċi–katina aġġustat staġjonalment

KAPITOLU 13

KONTIJIET REĠJONALI

INTRODUZZJONI

TERRITORJU REĠJONALI

UNITAJIET U KONTIJIET REĠJONALI

Unitajiet istituzzjonali

Unitajiet tat-tip ta' attività lokali u attivitajiet ta' produzzjoni reġjonali skont l-industrija

METODI TA' REĠJONALIZZAZZJONI

AGGREGATI GĦALL-ATTIVITAJIET TA' PRODUZZJONI

Il-valur miżjud gross u l-prodott domestiku gross skont ir-reġjun

L-allokazjoni tal-FISIM lill-industriji utenti

Impjiegi

Kumpens tal-impjegati

It-transizzjoni mill-valur miżjud gross reġjonali għall-PGD reġjonali

Rati tat-Tkabbir tal-Volum tal-valur miżjud gross reġjonali

KONTIJIET REĠJONALI TAL-INTROJTU TAL-UNITAJIET DOMESTIĊI

KAPITOLU 14

SERVIZZI TA’ INTERMEDJAZZJONI FINANZJARJA MKEJLA INDIRETTAMENT (FISIM)

IL-KUNĊETT TA’ FISIM U L-IMPATT TAL-ALLOKAZZJONI GĦALL-UTENT TAGĦHOM FUQ L-AGGREGATI EWLENIN

KALKOLU TAL-PRODUZZJONI TAL-FISIM SKONT IS-SETTUR S.122 U S.125

Data statistika meħtieġa

Rati ta’ referenza

Rata ta’ referenza interna

Rati ta’ referenza esterni

Diżaggregazzjoni dettaljata tal-FISIM skont is-settur istituzzjonali

Diżaggregazzjoni fil-konsum intermedjarju u finali tal-FISIM allokati lill-unitajiet domestiċi

KALKOLU TA’ IMPORTAZZJONIJIET TAL-FISIM

FISIM F’TERMINI TA’ VOLUM

KALKOLU TAL-FISIM SKONT L-INDUSTRIJA

L-OUTPUT TAL-BANK ĊENTRALI

KAPITOLU 15

KUNTRATTI, KIRJIET U LIĊENZJI

INTRODUZZJONI

ID-DISTINZJONI BEJN KERA OPERATORJA, KERA TA’ RIŻORSI U KERA FINANZJARJA

Kiri operatorju

Kirjiet finanzjarji

Kirjiet ta’ riżorsi

Permessi biex jintuża riżors naturali

Permessi biex isiru attivitajiet speċifiċi

Sħubijiet pubbliċi–privati (ppp)

Kuntratti ta’ konċessjoni ta’ servizz

Kirjiet operatorji negozjabbli (an.221)

Intitolamenti għal oġġetti u servizzi futuri fuq bażi esklussiva (an.224)

KAPITOLU 16

ASSIGURAZZJONI

INTRODUZZJONI

Assigurazzjoni diretta

Riassigurazzjoni

L-unitajiet involuti

PRODUZZJONI TAL-ASSIGURAZZJONI DIRETTA

Primjums maqlugħa

Supplimenti tal-primjum

Aġġustament tal-pretensjonijiet magħmula u benefiċċji dovuti

Aġġustament tal-pretensjonijiet li tħallsu fl-assigurazzjoni mhux tal-ħajja

Benefiċċji dovuti tal-assigurazzjoni tal-ħajja

Riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni

Definizzjoni tal-produzzjoni tal-assigurazzjoni

Assigurazzjoni mhux tal-ħajja

Assigurazzjoni tal-ħajja

Riassigurazzjoni

TRANSAZZJONIJIET ASSOĊJATI MAL-ASSIGURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA

Allokazzjoni tal-output tal-assigurazzjoni fost l-utenti

Servizzi tal-assigurazzjoni mogħtija lil u mill-bqija tad-dinja

Id-dħul tal-kontabbiltà

TRANSAZZJONIJIET TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-ĦAJJA

TRANSAZZJONIJIET ASSOĊJATI MAR-RIASSIGURAZZJONI

IT-TRANSAZZJONIJIET ASSOĊJATI MAL-AWŻILJARJI TAL-ASSIGURAZZJONI

ANNWALITAJIET

REĠISTRAZZJONI TAL-PRETENSJONIJIET TAL-ASSIGURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA

Trattament ta’ pretensjonijiet aġġustati

Trattament tat-telf katastrofiku

KAPITOLU 17

ASSIGURAZZJONI SOĊJALI INKLUŻ IL-PENSJONIJIET

INTRODUZZJONI

Skemi tal-assigurazzjoni soċjali, assistenza soċjali u poloz tal-assigurazzjoni individwali

Benefiċċji soċjali

Benefiċċji soċjali pprovduti mill-gvern ġenerali

Benefiċċji soċjali pprovduti minn unitajiet istituzzjonali oħra

Il-pensjonijiet u forom oħra ta’ benefiċċji

BENEFIĊĊJI TAL-ASSIGURAZZJONI SOĊJALI MINBARRA L-PENSJONIJIET

Skemi tas-sigurtà soċjali minbarra l-iskemi tal-pensjoni

Skemi oħra tal-assigurazzjoni soċjali marbuta mal-impjiegi

Reġistrazzjoni tal-istokks u l-flussi skont it-tip ta’ skema tal-assigurazzjoni soċjali mhux tal-pensjoni

Skemi tas-sigurtà soċjali

Skemi oħra tal-assigurazzjoni soċjali mhux tal-pensjoni marbuta mal-impjiegi

PENSJONIJIET

Tipi ta’ skemi tal-pensjonijiet

L-iskemi tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali

Skemi oħra tal-pensjoni marbuta mal-impjiegi

Skemi ta' kontribuzzjoni definita

Skemi ta' benefiċċju definit

Skemi nozzjonali ta’ kontribuzzjoni definita u skemi ibridi

Skemi ta’ benefiċċju definit paragunati ma’ skemi ta’ kontribuzzjoni definita

Amministratur tal-pensjonijiet, maniġer tal-pensjonijiet, fond tal-pensjoni u skema tal-pensjoni ta’ diversi persuni li jħaddmu

Reġistrazzjoni tal-istokks u l-flussi skont it-tip ta’ skema tal-pensjoni fl-assigurazzjoni soċjali

Transazzjonijiet għall-iskemi tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali

Transazzjonijiet għal skemi oħra tal-pensjoni marbuta mal-impjiegi

Transazzjonijiet għal skemi tal-pensjoni b'kontribuzzjoni definita

Flussi oħra marbuta ma' skemi tal-pensjoni b'kontribuzzjoni definita

Transazzjonijiet għal skemi tal-pensjoni b'benefiċċju definit

TABELLA SUPPLIMENTARI GĦALL-INTITOLAMENTI TAL-PENSJONI FL-ASSIGURAZZJONI SOĊJALI AKKUMULATI SA ĊERTU DATA

Disinn tat-tabella supplimentari

Il-kolonni tat-tabella

Ir-ringieli tat-tabella

Karti tal-bilanċ tal-ftuħ u l-għeluq

Bidliet fl-intitolamenti tal-pensjoni minħabba t-transazzjonijiet

Bidliet fl-intitolamenti tal-pensjoni dovuti għal flussi ekonomiċi oħra

Indikaturi relatati

Suppożizzjonijiet attwarji

Intitolamenti dovuti sa ċerta data

Rata ta' skont

Tkabbir fil-pagi

Assunzjonijiet demografiċi

KAPITOLU 18

KONTIJIET TAL-BQIJA TAD-DINJA

INTRODUZZJONI

TERRITORJU EKONOMIKU

Ir-residenza

UNITAJIET ISTITUZZJONALI

FERGĦAT BĦALA TERMINU UŻAT FIL-KONTIJIET INTERNAZZJONALI TAL-BILANĊ TAL-PAGAMENTI

UNITAJIET RESIDENTI NOZZJONALI

INTRAPRIŻI MULTI-TERRITORJALI

ANALIŻI ĠEOGRAFIKA

IL-KONTIJIET INTERNAZZJONALI TAL-BILANĊ TAL-PAGAMENTI

ENTRATI SALDATORJI FIL-KONTIJIET KURRENTI TAL-KONTIJIET INTERNAZZJONALI

IL-KONTIJIET GĦAS-SETTUR TAL-BQIJA TAD-DINJA U R-RELAZZJONI TAGĦHOM MAL-KONTIJIET INTERNAZZJONALI TAL-BILANĊ TAL-PAGAMENTI

Il-kont estern tal-oġġetti u s-servizzi

Valutazzjoni

Prodotti għall-Ipproċessar

Negozjar

Oġġetti li jaqgħu taħt in-negozjar

Esportazzjonijiet u importazzjonijiet tal-FISIM

Il-kont estern tal-introjtu primarju u sekondarju

Il-kont ta’ introjtu primarju

Introjtu minn investiment dirett

Il-kont tal-introjtu sekondarju (trasferimenti kurrenti) tal-BPM 6

Il-kont tal-kapital estern

Il-kont finanzjarju estern u l-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali (IIP)

KARTI TAL-BILANĊ GĦAS-SETTUR TAL-BQIJA TAD-DINJA

KAPITOLU 19

KONTIJIET EWROPEJ

INTRODUZZJONI

MILL-KONTIJIET NAZZJONALI GĦAL DAWK EWROPEJ

Konverżjoni ta’ data fil-muniti differenti

Istituzzjonijiet Ewropej

Il-kont tal-bqija tad-dinja

Bilanċjar tat-transazzjonijiet

Miżuri ta’ prezz u ta’ volum

Karti tal-bilanċ

Matriċijiet “minn min għal min”

ANNESS 19.1 —

IL-KONTIJIET TAL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ

Riżorsi

Użi

Konsolidazzjoni

KAPITOLU 20

IL-KONTIJIET TAL-GVERN

INTRODUZZJONI

DEFINIZZJONI TAS-SETTUR TAL-GVERN ĠENERALI

Identifikazzjoni tal-unitajiet fil-gvern

Unitajiet tal-gvern

NPIs klassifikati fis-settur tal-gvern ġenerali

Unitajiet oħra tal-gvern ġenerali

Kontroll pubbliku

Delineazzjoni tas-suq/mhux tas-suq

Il-kunċett ta’ prezzijiet ekonomikament sinifikanti

Kriterji tax-xerrej tal-output ta’ produttur pubbliku

L-output jinbiegħ biss lill-gvern

L-output jinbiegħ biss lill-gvern

L-output jinbiegħ lill-gvern u lil oħrajn

It-test tas-suq/mhux tas-suq

Intermedjazzjoni finanzjarja u l-limitu tal-gvern

Każijiet dubjużi

Uffiċċji Prinċipali Pubbliċi

Fondi tal-pensjonijiet

Kważikorporazzjonijiet

Aġenziji ta’ ristrutturar

Aġenziji ta’ privatizzazzjoni

Strutturi ta’ annullament

Entitajiet bi skop speċjali

Impriżi konġunti

Aġenziji regolatorji tas-suq

Awtoritajiet supranazzjonali

Is-sottosetturi tal-gvern ġenerali

Gvern ċentrali

Gvern statali

Gvern lokali

Fondi tas-sigurtà soċjali

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-ISTATISTIKA TAL-FINANZI TAL-GVERN

Qafas

Dħul

Taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali

Bejgħ

Dħul ieħor

Nfiq

Kumpens tal-impjegati u konsum intermedju

Nfiq f’benefiċċji soċjali

Imgħax

Nfiq attwali ieħor

Nfiq kapitali

Konnessjoni ma’ nfiq tal-konsum finali tal-gvern (P.3)

Nfiq tal-gvern skont il-funzjoni (COFOG)

Entrati saldatorji

L-għoti ta’ self nett/it-teħid ta’ self nett (B.9)

Bidliet fil-valur nett minħabba tfaddil u trasferimenti ta’ kapital (B.101)

Finanzjament

Transazzjonijiet f’assi

Transazzjonijiet f’passivi

Flussi ekonomiċi oħra

Kont ta’ rivalutazzjoni

Kont tal-bidliet l-oħra fil-volum tal-assi

Karti tal-bilanċ

Konsolidazzjoni

KWISTJONIJIET TA’ KONTABBILTÀ RELATATI MAL-GVERN ĠENERALI

Dħul mit-taxxa

Karattru tad-dħul mit-taxxa

Krediti tat-taxxa

Ammonti li għandhom jiġu rreġistrati

Ammonti li ma jinġabrux

Żmien ta’ reġistrazzjoni

Reġistrazzjoni tad-dovuti

Reġistrazzjoni tad-dovuti tat-taxxi

Imgħax

Bonds skontati u bil-kupuni żero

Titoli marbuta mal-indiċi

Derivattivi finanzjarji

Deċiżjonijiet tal-qorti

Nfiq Mmilitari

Relazzjonijiet tal-gvern ġenerali mal-korporazzjonijiet pubbliċi

Investiment ta’ ekwità f’korporazzjonijiet pubbliċi u distribuzzjoni tal-qligħ

Investiment ta’ ekwità

Injezzjonijiet ta’ kapital

Sussidji u injezzjonijiet ta’ kapital

Regoli applikabbli għal ċirkostanzi partikolari

Operazzjonijiet fiskali

Distribuzzjonijiet tal-korporazzjonijiet pubbliċi

Dividendi versus l-irtirar ta’ ekwità

Taxxi versus l-irtirar ta’ ekwità

Privatizzazzjoni u nazzjonalizzazzjoni

Privatizzazzjoni

Privatizzazzjonijiet indiretti

Nazzjonalizzazzjoni

Transazzjonijiet mal-bank ċentrali

Ristrutturar, fużjonijiet, u riklassifikazzjonijiet

Operazzjonijiet ta’ dejn

Assunzjonijiet ta’ dejn, kanċellazzjoni ta’ dejn u tħassir ta’ dejn

Assunzjoni u kanċellazzjoni ta’ dejn

Assunzjoni ta’ dejn li tinvolvi trasferiment ta’ assi mhux finanzjarji

Tħassir jew deprezzament ta’ dejn

Ristrutturar ieħor tad-dejn

Xiri ta’ dejn ’il fuq mill-valur tas-suq

Annullamenti u Kawzjonijiet

Garanziji tad-dejn

Garanziji tat-tip derivattiv

Garanziji standardizzati

Garanziji ta’ darba

Titolizzazzjoni

Definizzjoni

Kriterji għar-rikonoxximent ta’ bejgħ

Reġistrazzjoni tal-flussi

Kwistjonijiet oħra

Obbligi tal-pensjoni

Ħlasijiet ta’ somom f’daqqa

Sħubiji pubbliċi–privati

Ambitu tal-PPP

Sjieda ekonomika u allokazzjoni tal-ass

Kwistjonijiet tal-kontabbiltà

Transazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u supranazzjonali

Assistenza għall-iżvilupp

IS-SETTUR PUBBLIKU

Kontroll tas-settur pubbliku

Banek ċentrali

Kważikorporazzjonijiet pubbliċi

Entitajiet bi Skop Speċjali u Mhux residenti

Impriżi konġunti

KAPITOLU 21

RABTIET BEJN KONTIJIET TAN-NEGOZJI U KONTIJIET NAZZJONALI U L-KEJL TAL-ATTIVITÀ KORPORATTIVA

XI REGOLI U METODI SPEĊFIĊI TAL-KONTABBILTÀ TAN-NEGOZJI

Żmien ta’ reġistrazzjoni

Entrata doppja u entrata kwadrupla tal-kontabbiltà

Valutazzjoni

Dikjarazzjoni tal-introjtu u l-karta tal-bilanċ

KONTIJIET NAZZJONALI U KONTIJIET TAN-NEGOZJI:

KWISTJONIJIET PRATTIĊITRANSIZZJONI MINN KONTIJIET TAN-NEGOZJI GĦAL KONTIJIET NAZZJONALI: L-EŻEMPJU TA’ INTRAPRIŻI MHUX FINANZJARJI

Aġġustamenti kunċettwali

Aġġustamenti biex tinkiseb konsistenza mal-kontijiet ta’ setturi oħra

Eżempji ta’ aġġustamenti għall-eżawrjenza

KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI

Qligħ/telf nominali

Globalizzazzjoni

Merġers u akkwisti

KAPITOLU 22

KONTIJIET SATELLITA

INTRODUZZJONI

Klassifikazzjonijiet funzjonali

KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAL-KONTIJIET SATELLITA

Kontijiet satellita funzjonali

Kontijiet ta’ settur speċjali

Inklużjoni ta’ data mhux monetarja

Dettall addizzjonali u kunċetti supplimentari

Kunċetti bażiċi differenti

Użu ta’ mmudellar u inklużjoni ta’ riżultati sperimentali

Tfassil u kompilazzjoni ta’ kontijiet satellita

DISA’ KONTIJIET SATELLITA SPEĊIFIĊI

Kontijiet agrikoli

Kontijiet ambjentali

Kontijiet tas-Saħħa

Kontijiet tal-produzzjoni tal-unitajiet domestiċi

Kontijiet tax-xogħol u SAM

Kontijiet tal-produttuvità u tat-tkabbir

Kontijiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&Ż)

Kontijiet tal-protezzjoni soċjali

Kontijiet satellita tat-turiżmu

KAPITOLU 23

KLASSIFIKAZZJONIJIET

INTRODUZZJONI

KLASSIFIKAZZJONI TA’ SETTURI ISTITUZZJONALI (S)

KLASSIFIKAZZJONI TA’ TRANSAZZJONIJIET U FLUSSI OĦRA

Transazzjonijiet fi prodotti (P)

Transazzjonijiet f’assi mhux finanzjarji u mhux prodotti (kodiċijiet NP)

Transazzjonijiet distributtivi (D)

Trasferimenti kurrenti fi flus kontanti u i natura (D.5-D.8)

Transazzjonijiet f’assi u passivi finanzjarji (F)

Bidliet oħra fl-assi (K)

KLASSIFIKAZZJONI TA’ ENTRATI SALDATORJI U VALUR NETT (B)

KLASSIFIKAZZJONI TAL-ENTRATI FIL-KARTI TAL-BILANĊ (L)

KLASSIFIKAZZJONI TAL-ASSI (A)

Assi mhux finanzjarji (AN)

Assi finanzjarji (AF)

KLASSIFIKAZZJONI TA’ ENTRATI SUPPLIMENTARI

Self mhux produttiv

Servizzi tal-kapital

Tabella tal-pensjonijiet

Oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul

Investiment dirett barrani

Pożizzjonijiet kontinġenti

Flus u depożiti

Klassifikazzjoni tat-titoli ta’ dejn skont il-maturità pendenti

Titoli ta’ dejn ikkwotati u mhux ikkwotati

Self fit-tul b’maturità pendenti ta’ inqas minn sena u self fit-tul iggarantit b’ipoteka

Ishma ta’ investiment ikkwotati u mhux ikkwotati

Arretrati ta’ mgħax u ta’ ħlasijiet lura

Rimessi personali u totali

RAGGRUPPAMENT U KODIFIKAZZJONI TA’ INDUSTRIJI (A) U PRODOTTI (P)

KLASSIFIKAZZJONI TAL-FUNZJONIJIET TAL-GVERN (COFOG)

KLASSIFIKAZZJONI TAL-KONSUM INDIVIDWALI SKONT L-ISKOP (Coicop)

KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISKOPIJIET TA’ ISTITUZZJONIJIET MINGĦAJR QLIGĦ LI JOFFRU SERVIZZ LILL-UNITAJIET DOMESTIĊI (COPNI)

KLASSIFIKAZZJONI TA' NFIQ TA' PRODUTTURI SKONT L-ISKOP (COPP)

KAPITOLU 24

IL-KONTIJIET

Tabella 24.1

Kont 0: Kont tal-oġġetti u tas-servizzi

Tabella 24.2

Sekwenza sħiħa tal-kontijiet għall-ekonomija totali

Tabella 24.3

Sekwenza sħiħa tal-kontijiet għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Tabella 24.4

Sekwenza sħiħa tal-kontijiet għal korporazzjonijiet finanzjarji

Tabella 24.5

Sekwenza sħiħa tal-kontijiet tal-gvern ġenerali

Tabella 24.6

Sekwenza sħiħa tal-kontijiet tal-unitajiet domestiċi

Tabella 24.7

Sekwenza sħiħa tal-kontijiet ta’ istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi




KAPITOLU 1

KARATTERISTIĊI ĠENERALI U PRINĊIPJI BAŻIĊI

KARATTERISTIĊI ĠENERALI

1.01 Is-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet (minn hawn ’il quddiem issir referenza għaliha bħala “s-SEK 2010”, jew “s-SEK”) huwa qafas ta’ kontabbiltà internazzjonalment kompatibbli għal deskrizzjoni sistematika u dettaljata ta’ ekonomija totali (jiġifieri reġjun, pajjiż jew grupp ta’ pajjiżi), il-komponenti tiegħu u r-relazzjonijiet tiegħu ma’ ekonomiji totali oħrajn.

1.02 Il-predeċessur tas-SEK 2010, is-sistema Ewropea tal-kontijiet 1995 (s-SEK 95) ġie ppubblikat fl-196 ( 16 ). Il-metodoliġija kif stipulata f’dan l-Anness tas-SEK 2010 għandu l-istess struttura tal-pubblikazzjoni SEK 95 għall-ewwel 13-il kapitolu, iżda wara għandu 11-il kapitolu ġdid li jelaboraw aspetti mis-sistema li jirriflettu żviluppi fil-kejl ta’ ekonomiji moderni, jew fl-użu tas-SEK 95 fl-Unjoni Ewropea (l-UE).

1.03 L-istruttura ta’ dan il-manwal hija kif ġej. Il-Kapitolu 1 ikopri l-karatteristiċi bażiċi tas-sistema f’termini ta’ kunċetti, u jistabbilixxi l-prinċipji tas-SEK u jiddeskrivi l-unitajiet statistiċi fundamentali u r-raggruppamenti tagħhom. Jagħti ħarsa ġenerali lejn is-sekwenza ta’ kontijiet, u deskrizzjoni qasira tal-aggregati prinċipali u r-rwol tat-tabelli tal-provvista u l-użu u l-qafas ta’ input–output. Il-Kapitolu 2 jiddeskrivi l-unitajiet istituzzjonali użati fil-kejl tal-ekonomija, u kif dawn l-unitajiet jiġu klassifikati f’setturi u fi gruppi oħra biex jippermettu li ssir analiżi. Il-Kapitolu 3 jiddeskrivi t-transazzjonijiet kollha fir-rigward tal-prodotti (oġġetti u servizzi), u l-assi mhux prodotti, fis-sistema. Il-Kapitolu 4 jiddeskrivi t-transazzjonijiet kollha fl-ekonomija relatati mad-distribuzzjoni u r-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid fl-ekonomija. Il-Kapitolu 5 jiddeskrivi t-transazzjonijiet finanzjarji fl-ekonomija. Il-Kapitolu 6 jiddeskrivi t-tibdiliet li jistgħu jseħħu fil-valur tal-assi permezz ta’ avvenimenti mhux ekonomiċi jew tibdiliet fil-prezzijiet. Il-Kapitolu 7 jiddeskrivi l-karti tal-bilanċ u l-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-attivi u l-passivi. Il-Kapitolu 8 jistabbilixxi s-sekwenza tal-kontijiet u l-entrati saldatorji assoċjati ma’ kull kont. Il-Kapitolu 9 jiddeskrivi t-tabelli tal-provvista u l-użu, u r-rwol tagħhom fit-tlaqqigħ tal-kejl tal-introjtu, tal-output u tan-nefqa fl-ekonomija. Jiddeskrivi wkoll it-tabelli tal-input–output li jistgħu jinħarġu mit-tabelli tal-provvista u l-użu. Il-Kapitolu 10 jiddeskrivi l-bażi kunċettwali għall-kejl tal-prezz u l-volum assoċjat mal-valuri nominali li qegħdin fil-kontijiet. Il-Kapitolu 11 jiddeskrivi l-kejl tal-popolazzjoni u tas-swieq tax-xogħol li jistgħu jintużaw flimkien mal-kejl tal-kontijiet nazzjonali fl-analiżi ekonomika. Il-Kapitolu 12 jagħti deskrizzjoni qasira tal-kontijiet nazzjonali trimestrali, u kif inhuma differenti mill-kontijiet annwali.

1.04 Il-Kapitolu 13 jiddeskrivi l-iskopijiet, il-kunċetti u l-kwistjonijiet ta’ kumpilazzjoni fit-tfassil ta’ sett ta’ kontijiet reġjonali. Il-Kapitolu 14 ikopri l-miżuri tas-servizzi finanzjarji pprovduti minn intermedjarji finanzjarji u li huma ffinanzjati permezz ta’ rċevuti ta’ interess nett, u jirrifletti snin ta’ riċerka u żvilupp mill-Istati Membri sabiex ikun hemm kejl robust u armonizzat fl-Istati Membri kollha. Il-Kapitolu 15 dwar il-kuntratti, il-kiri u l-liċenzji huwa neċessarju sabiex jiġi deskritt qasam ta’ importanza dejjem akbar fil-kontijiet nazzjonali. Il-Kapitoli 16 u 17 dwar l-assigurazzjoni, l-assigurazzjoni soċjali u l-pensjonijiet jiddeskrivu kif dawn l-arranġamenti huma mmaniġġjati fil-kontijiet nazzjonali, minħabba li d-domandi ta’ ridistribuzzjoni jsiru ta’ interess dejjem akbar hekk kif il-popolazzjonijiet jixjieħu. Il-Kapitolu 18 ikopri l-kontijiet tal-bqija tad-dinja, li huma l-kontijiet nazzjonali ekwivalenti għall-kontijiet tas-sistema ta’ kejl tal-bilanċ tal-pagamenti. Il-Kapitolu 19 dwar il-Kontijiet Ewropej huwa ġdid ukoll, u jkopri aspetti tal-kontijiet nazzjonali, fejn l-arranġamenti istituzzjonali u kummerċjali Ewropej iqajmu kwistjonijiet li jirrikjedu approċċ armonizzat. Il-Kapitolu 20 jiddeskrivi l-kontijiet għas-settur tal-gvern — qasam ta’ interess speċjali hekk kif kwistjonijiet ta’ prudenza fiskali mill-Istati Membri jkompli jkunu kritiċi għat-twettiq tal-politika ekonomika fl-UE. Il-Kapitolu 21 jiddeskrivi r-rabtiet bejn il-kontijiet tan-negozju u l-kontijiet nazzjonali, qasam ta’ interess dejjem akbar hekk kif il-korporazzjonijiet multinazzjonali jsiru responsabbli minn sehem dejjem akbar tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) għall-pajjiżi kollha. Il-Kapitolu 22 jiddeskrivi r-relazzjoni tal-kontijiet satellita mal-kontijiet nazzjonali prinċipali. Il-Kapitoli 23 u 24 qegħdin għal skopijiet ta’ referenza; Il-Kapitolu 23 jistabbilixxi l-klassifikazzjonijiet użati għas-setturi, l-attivitajiet u l-prodotti fis-SEK 2010, u l-Kapitolu 24 jistabbilixxi s-sekwenza kompluta ta’ kontijiet għal kull settur.

1.05 L-istruttura tas-SEK 2010 hija konsistenti mal-linji gwida dinjija dwar il-kontabilità nazzjonali li jinsabu fis-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali 2008 (SNA 2008), apparti minn ċerti differenzi fil-preżentazzjoni u l-grad ogħla ta’ preċiżjoni ta’ xi kunċetti tas-SEK 2010 li jintużaw għal għanijiet speċifiċi tal-UE. Dawk il-linji gwida nħolqu taħt ir-responsabilità konġunta tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat), l-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD) u l-Bank Dinji. Is-SEK 2010 tenfasizza aktar iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet tad-data fl-UE. Bħall-SNA 2008, is-SEK 2010 hija armonizzata mal-kunċetti u l-klassifikazzjonijiet użati f’ħafna statistika soċjali u ekonomika Ewropea oħra (pereżempju, l-istatistika dwar il-qagħad, l-istatistika dwar il-manifattura u l-istatistika dwar il-kummerċ estern). Is-SEK 2010 għalhekk isservi bħala l-qafas ta’ referenza ċentrali għall-istatistika soċjali u ekonomika tal-UE u l-Istati Membri tagħha.

1.06 Il-qafas tas-SEK jikkonsisti f’żewġ settijiet prinċipali ta’ tabelli:

(a) il-kontijiet tas-settur istituzzjonali;

(b) il-qafas input–output, u l-kontijiet skont l-industrija.

1.07 Il-kontijiet settorjali jipprovdu, skont is-settur istituzzjonali, deskrizzjoni sistematika tal-istadji differenti tal-proċess ekonomiku: produzzjoni, ġenerazzjoni tal-introjtu, distribuzzjoni tal-introjtu, ridistribuzzjoni tal-introjtu, użu tal-introjtu u akkumulu finanzjarju u mhux finanzjarju. Il-kontijiet settorjali jinkludu wkoll karti tal-bilanċ sabiex jiddeskrivu l-istokks ta’ assi, passivi u valur nett fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu bażi tal-kontijiet.

1.08 Il-qafas input–output, permezz tat-tabelli ta’ provvista u użu, jistabbilixxi f’aktar dettall il-proċess tal-produzzjoni (struttura tal-ispiża, introjtu ġġenerat u xogħol) u l-flussi ta’ oġġetti u servizzi (output, importazzjonijiet, esportazzjonijiet, konsum finali, konsum intermedju u formazzjoni tal-kapital skont il-grupp tal-prodott). Żewġ identitajiet importanti ta’ kontabbiltà huma riflessi f’dan il-qafas: is-somma tal-introjtu ġġenerat f’industrija hija ugwali għall-valur miżjud prodott minn dik l-industrija; u, għal kwalunkwe prodott jew raggruppament ta’ prodotti, il-provvista hija ugwali għad-domanda.

1.09 Is-SEK 2010 tinkludi kunċetti ta’ popolazzjoni u xogħol. Tali kunċetti huma relevanti għall-kontijiet settorjali, il-kontijiet skont l-industrija u l-qafas ta’ provvista u użu.

1.10 Is-SEK 2010 mhix ristretta għall-kontabbiltà nazzjonali annwali, iżda tapplika wkoll għall-kontijiet ta’ kontabbiltà trimestrali jew perijodu iqsar jew itwal. Hija tapplika wkoll għall-kontijiet reġjonali.

1.11 Is-SEK 2010 teżisti flimkien mal-SNA 2008 minħabba l-użi tal-miżuri ta’ kontijiet nazzjonali fl-UE. L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġbir u l-preżentazzjoni tal-kontijiet nazzjonali tagħhom stess sabiex jiddeskrivu s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiżi tagħhom. L-Istati Membri jikkompilaw ukoll sett ta’ kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni (Eurostat) bħala parti minn programm ta’ trażmissjoni regolari tad-data, għall-użi ta’ politika soċjali, ekonomika u fiskali prinċipali fl-Unjoni. Dawk l-użi jinkludu d-determinazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet monetarji tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE permezz “tar-raba’ riżorsa’”, għajnuna għal reġjuni tal-UE permezz tal-programm ta’ fondi strutturali u s-sorveljanza tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri fil-qafas tal-proċedura tad-defiċit eċċessiv u tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

1.12 Sabiex l-imposti u l-benefiċċji jitqassmu skont il-miżuri kkompilati u ppreżentati b’mod strettament konsistenti, l-istatistika ekonomika użata għal dawk l-iskopijiet għandha tiġi kkompilata skont l-istess kunċetti u regoli. Is-SEK 2010 hija regolament li jistabbilixxi regoli, konvenzjonijiet, definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-produzzjoni tal-kontijiet nazzjonali fl-Istati Membri li għandhom jagħmlu parti mill-programm ta’ trażmissjoni tad-data, kif inhu stabbilit fl-Anness B għal dan ir-Regolament.

1.13 Minħabba s-somom ta’ flus kbar ħafna involuti fis-sistema ta’ kontribuzzjonijiet u benefiċċji operata fl-UE, huwa essenzjali li s-sistema ta’ kejl tkun applikata b’mod konsistenti f’kull Stat Membru. F’tali ċirkostanzi, huwa importanti li jiġi adottat approċċ ta’ attenzjoni għal stimi li ma jistgħux jiġu osservati direttament fis-suq, u għandu jiġi evitat l-użu ta’ proċeduri fuq il-bażi ta’ mudell għall-istima tal-kejl fil-kontijiet nazzjonali.

1.14 Il-kunċetti tas-SEK 2010, f’diversi istanzi, huma aktar speċifiċi u preċiżi minn dawk tal-SNA 2008 sabiex tiġi żgurata kemm jista’ jkun il-konsistenza bejn il-miżuri tal-Istati Membri dderivati mill-kontijiet nazzjonali. Dan ir-rekwiżit fundamentali għal stimi konsistenti b’saħħithom irriżulta fl-identifikazzjoni ta’ sett prinċipali ta’ kontijiet fl-UE. Fejn il-livell ta’ konsistenza tal-kejl madwar l-Istati Membri jitiqes li mhux biżżejjed, l-istimi tal-aħħar huma ġeneralment inklużi f’hekk imsejħa “kontijiet mhux prinċipali” li jkopru t-tabelli supplementari u l-kontijiet satellitari.

1.15 Eżempju fejn inħasset il-ħtieġa li tintuża kawtela fit-tfassil tas-SEK 2010 jinsab fil-qasam tal-passivi tal-pensjonijiet. Il-każ li fih dawn jiġu mkejla sabiex jassistu fl-analiżi ekonomika huwa wieħed b’saħħtu, iżda r-rekwiżit kritiku biex l-UE toħloq kontijiet li huma konsistenti fiż-żmien u fl-ispazju rrikjeda approċċ b’attenzjoni.

Globalizzazzjoni

1.16 In-natura dejjem aktar globali tal-attività ekonomika żiedet il-kummerċ internazzjonali fil-forom kollha tiegħu, u żiedet l-isfidi għall-pajjiżi li jirreġistraw l-ekonomiji domestiċi tagħhom fil-kontijiet nazzjonali. Il-globalizzazzjoni hija l-proċess multidinamiku u multidimensjonali li permezz tiegħu r-riżorsi nazzjonali jsiru aktar mobbli internazzjonalment, filwaqt li l-ekonomiji nazzjonali jsiru dejjem aktar interdipendenti. Il-karatteristika tal-globalizzazzjoni li potenzjalment tikkawża l-aktar problemi ta’ kejl għall-kontijiet nazzjonali, hija s-sehem dejjem akbar tat-transazzjonijiet internazzjonali li jitwettqu minn kumpanniji multinazzjonali, li fihom it-transazzjonijiet bejn il-fruntieri jsiru bejn kumpanniji prinċipali, sussidjarji u affiljati. Madankollu jeżistu sfidi oħrajn, u din li ġejja hija lista aktar eżawrjenti ta’ kwistjonijiet dwar id-data:

(1) il-prezz tat-trasferiment bejn korporazzjonijiet affiljati (valutazzjoni tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet);

(2) iż-żieda fl-ipproċessar tan-nollijiet, fejn il-prodotti huma nnegozjati bejn il-fruntieri nazzjonali mingħajr ma jinbidel il-proprejtarju (prodotti għall-ipproċessar), u merkanzija;

(3) il-kummerċ internazzjonali permezz tal-internet, kemm għall-korporazzjonijiet u għall-unitajiet domestiċi;

(4) il-kummerċ u użu tal-assi ta’ proprjetà intellettwali madwar id-dinja;

(5) il-ħaddiema li jaħdmu barra mill-pajjiż, u li jibagħtu ammonti sinifikanti mill-paga lill-familja fit-territorju domestiku (rimessi tal-ħaddiema, bħala parti minn trasferimenti personali);

(6) il-korporazzjonijiet multinazzjonali li jorganizzaw in-negozju tagħhom bejn il-fruntieri nazzjonali, sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza tal-produzzjoni u jimminimizzaw il-piż globali tat-taxxa. Dan jista’ joħloq strutturi korporattivi artifiċjali li jistgħu ma jirriflettux ir-realtà ekonomika;

(7) l-użu ta’ vetturi offshore ta’ finanzjament (Entitajiet għal Skopijiet Speċjali u forom oħrajn) sabiex jirranġaw finanzjament għal attivitajiet globali;

(8) ir-riesportazzjoni tal-oġġetti, u fl-UE t-trasport ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri wara li jidħlu fl-Unjoni (kważi-trasport);

(9) iż-żieda fir-relazzjonijiet barranin ta’ investiment dirett, u l-ħtieġa li jiġu identifikati u allokati l-flussi ta’ investiment dirett.

1.17 Dawn l-aspetti kulma jmur aktar komuni tal-globalizzazzjoni jagħmlu l-qbid u l-kejl preċiż ta’ flussi bejn il-fruntieri sfida dejjem akbar għall-istatistika nazzjonali. Saħansitra b’sistema komprensiva u b’saħħitha ta’ ġbir u kejl għall-informazzjoni fis-settur tal-bqija tad-dinja (u għalhekk anke fil-kontijiet internazzjonali li jinsabu fil-bilanċ tal-pagamenti), il-globalizzazzjoni ser iżżid il-ħtieġa għal sforzi żejda sabiex tinżamm il-kwalità tal-kontijiet nazzjonali għall-ekonomiji kollha, u r-raggruppamenti tal-ekonomiji.

L-UŻI TAS-SEK 2010

Qafas għal analiżi u politika

1.18 Il-qafas tas-SEK jista’ jintuża sabiex jiġu analizzati u evalwati:

(a) l-istruttura ta’ ekonomija totali. Xi tipi ta’ kejl użati huma:

(1) valur miżjud u xogħol skont l-industrija;

(2) valur miżjud u xogħol skont ir-reġjun;

(3) introjtu distribwit skont is-settur;

(4) importazzjonijiet u esportazzjonijiet skont il-grupp tal-prodott;

(5) infiq tal-konsum finali skont l-intestatura funzjonali u l-grupp tal-prodott;

(6) formazzjoni tal-kapital fiss u stokk tal-kapital fiss skont l-industrija;

(7) il-kompożizzjoni tal-istokks u l-flussi ta’ assi finanzjarji skont it-tip ta’ assi u skont is-settur.

(b) partijiet jew aspetti speċifiċi ta’ ekonomija. Xi eżempji huma:

(1) servizzi bankarji u finanzjament fl-ekonomija nazzjonali;

(2) l-irwol tal-gvern u l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu;

(3) l-ekonomija ta’ reġjun speċifiku (meta pparagunata ma’ dik tan-nazzjon kollu);

(4) livelli ta’ tfaddil tal-unità domestika u ta’ dejn;

(c) l-iżvilupp ta’ ekonomija biż-żmien. Xi eżempji huma:

(1) l-analiżi tar-rati ta’ tkabbir tal-PDG;

(2) l-analiżi tal-inflazzjoni;

(3) l-analiżi ta’ tendenzi staġunali fin-nefqa tal-unità domestika fuq il-bażi ta’ kontijiet trimestrali;

(4) l-analiżi tal-bidla fl-importanza ta’ tipi partikolari ta’ strumenti finanzjarji biż-żmien, pereżempju ż-żieda fl-importanza tad-derivattivi finanzjarji;

(5) il-paragun tal-istrutturi industrijali tal-ekonomija nazzjonali fuq medda twila ta’ żmien;

(d) ekonomija totali f’relazzjoni ma’ ekonomiji oħrajn. Xi eżempji huma:

(1) il-paragun tal-irwol u d-daqs tal-gvern fl-Istati Membri tal-UE;

(2) l-analiżi tal-interdipendenzi bejn l-ekonomiji tal-UE, b'kont meħud tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom;

(3) l-analiżi tal-kompożizzjoni u d-destinazzjoni ta’ esportazzjonijiet tal-UE;

(4) il-paragun tar-rati ta’ tkabbir tal-PDG jew tal-introjtu disponibbli per capita fl-UE u ekonomiji żviluppati oħrajn.

1.19 Għall-UE u l-Istati Membri tagħha, iċ-ċifri mill-qafas tas-SEK għandhom rwol prinċipali fil-formolazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki soċjali u ekonomiċi tagħhom.

L-eżempji li ġejjin juru użi tal-qafas tas-SEK:

(a) il-monitraġġ u l-gwida tat-tfassil tal-politika monetarja u makroekonomika fiż-żona tal-euro, u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ konverġenza għall-unjoni ekonomika u monetarja (EMU) f’termini taċ-ċifri ta’ kontijiet nazzjonali (pereżempju r-rati ta’ tkabbir tal-PDG);

(b) id-definizzjoni tal-kriterji għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv: kejl ta’ defiċit u dejn tal-gvern;

(c) l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lil reġjuni fl-UE: l-allokazzjoni tal-fondi għan-nefqa għal reġjuni li jużaw l-istatistika tal-kontijiet reġjonali;

(d) id-determinazzjoni tar-riżorsi proprji tal-baġit tal-UE. Din tal-aħħar jiddependi fuq iċ-ċifri tal-kontijiet nazzjonali bi tliet modi:

(1) ir-riżorsi totali għall-UE huma ddeterminati bħala perċentwali mis-somma tad-dħul nazzjonali gross (DNG) tal-Istati Membri;

(2) it-tielet riżorsa proprja tal-UE hija r-riżorsa proprja tal-VAT. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għal din ir-riżorsa huma fil-biċċa l-kbira ddeterminati miċ-ċifri tal-kontijiet nazzjonali, għaliex dawn iċ-ċifri jintużaw sabiex tiġi kkalkolata rata medja tal-VAT;

(3) il-qisien relattivi tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għar-raba’ riżorsa proprja tal-UE huma bbażati fuq l-istimi tad-dħul nazzjonali gross tagħhom. Dawn l-istimi huma l-bażi tal-biċċa l-kbira tal-pagamenti tal-Istati Membri.

Karatteristiċi tal-kunċetti tas-SEK 2010

1.20 Sabiex jistabbilixxu bilanċ bejn il-ħtiġijiet tad-data u l-possibbiltajiet tad-data, il-kunċetti fis-SEK 2010 għandhom diversi karatteristiċi importanti. Il-karatteristiċi huma li l-kontijiet huma:

(a) kompatibbli internazzjonalment;

(b) armonizzati ma’ dawk f’sistemi statistiċi soċjali u ekonomiċi oħrajn;

(c) konsistenti;

(d) operattivi, jiġifieri jistgħu jiġu mkejla fil-prattika;

(e) differenti mill-biċċa l-kbira tal-kunċetti amministrattivi;

(f) stabbiliti sew u fissi għal perijodu twil;

(g) iffukati fuq id-deskrizzjoni tal-proċess ekonomiku f’termini monetarji li jistgħu jiġu osservati fil-pront;

(h) kapaċi japplikaw f’sitwazzjonijiet differenti u għal skopijiet differenti.

1.21 Il-kunċetti fis-SEK 2010 huma kompatibbli internazzjonalment għaliex:

(a) il-kunċetti fis-SEK 2010 huma konsistenti ma’ dawk fil-linji gwida dinjija dwar il-kontabbiltà nazzjonali, jiġifieri l-SNA 2008;

(b) għall-Istati Membri, is-SEK 2010 hija l-istandard għas-sottomissjoni tad-data ta’ kontijiet nazzjonali lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha.

(c) il-kompatibbiltà internazzjonali tal-kunċetti hija essenzjali meta titqabbel l-istatistika għal pajjiżi differenti.

1.22 Il-kunċetti tas-SEK 2010 huma armonizzati ma’ dawk fi statistika soċjali u ekonomika oħra minħabba li s-SEK 2010 tuża l-kunċetti u l-klassifikazzjonijiet (eż. klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea “NACE” rev. 2 ( 17 )) użati għal statistika soċjali u ekonomika oħra tal-Istati Membri, eż. l-istatistika dwar il-manifattura u l-istatistika dwar il-kummerċ estern u l-istatistika dwar l-impjiegi; inżammu kemm jista’ jkun ftit differenzi kunċettwali. Barra minn hekk, il-kunċetti u klassifikazzjonijiet fis-SEK 2010 huma armonizzati ma’ dawk tan-Nazzjonijiet Uniti.

Din l-armonizzazzjoni ma’ statistika soċjali u ekonomika tgħin fl-irbit u l-paragun ma’ dawn iċ-ċifri biex tkun tista’ tiġi żgurata l-kwalità taċ-ċifri tal-kontijiet nazzjonali. Barra minn hekk, l-informazzjoni inkluża f’din l-istatistika speċifika tista’ tiġi relatata aħjar mal-istatistika ġenerali dwar l-ekonomija nazzjonali.

1.23 Il-kunċetti komuni użati fil-qafas tal-kontabbiltà nazzjonali u s-sistemi soċjali u ekonomiċi ta’ statistika l-oħrajn jippermettu li jiġi dderivat kejl konsistenti. Pereżempju, jistgħu jiġu kkalkulati l-proporzjonijiet li ġejjin:

(a) ċifri ta’ produttività, bħall-valur miżjud għal kull siegħa maħduma (dawn iċ-ċifri jirrikjedu konsistenza bejn il-kunċetti ta’ valur miżjud u sigħat maħdumin);

(b) introjtu nazzjonali disponibbli per capita (dan il-proporzjon jirrikjedi konsistenza bejn il-kunċetti ta’ introjtu nazzjonali disponibbli u kejl tal-popolazzjoni);

(c) formazzjoni ta’ kapital fiss bħala perċentwali tal-provvista ta’ kapital fiss (dan il-proporzjon jirrikjedi konsistenza bejn id-definizzjonijiet ta’ dawn il-flussi u l-istokks);

(d) defiċit tal-gvern u dejn tal-gvern bħala perċentwali tal-prodott domestiku gross (dawn iċ-ċifri jirrikjedu konsistenza bejn il-kunċetti ta’ defiċit tal-gvern, dejn tal-gvern u prodott domestiku gross).

Il-konsistenza interna tal-kunċetti tippermetti wkoll li l-istimi jiġu dderivati mir-residwi, pereżempju t-tfaddil jista’ jiġi stmat bħala d-differenza bejn l-introjtu disponibbli u l-infiq tal-konsum finali.

1.24 Il-kunċetti fis-SEK 2010 huma applikati b’kunsiderazzjoni għall-ġbir u għall-kejl tad-data. Il-karattru operattiv huwa żvelat b’diversi modi fil-gwida dwar it-tfassil tal-kontijiet:

(a) l-attivitajiet u l-merkanzija huma deskritti biss meta jkunu ta’ daqs sinifikanti. Pereżempju: produzzjoni għal kont proprju ta’ merkanzija minn unitajiet domestiċi, bħall-insiġ tad-drapp u l-produzzjoni tal-fuħħar, ma għandhiex tiġi reġistrata bħala produzzjoni, għaliex dawn mhumiex sinifikanti għall-pajjiżi tal-UE;

(b) xi kunċetti huma akkumpanjati minn gwida dwar kif għandhom jiġu stmati. Pereżempju, fid-definizzjoni tal-konsum tal-kapital fiss, issir referenza għat-tnaqqis lineari fil-prezz. Għall-istima tal-provvista ta’ kapital fiss, il-Metodu tal-Inventarju Perpetwu għandu jiġi applikat meta ma jkunx hemm informazzjoni diretta dwar il-provvista tal-assi fissi. Eżempju ieħor huwa l-valutazzjoni tal-produzzjoni għal kont proprju: fil-prinċipju, din għandha tiġi vvalutata bi prezzijiet bażiċi, iżda jekk neċessarju l-valutazzjoni tal-prezzijiet bażiċi tista’ tiġi prevista billi jiġu miżjuda d-diversi spejjeż involuti;

(c) xi konvenzjonijiet ġew adottati. Pereżempju s-servizzi kollettivi pprovduti mill-gvern huma kollha kklassifikati bħala infiq tal-konsum finali.

1.25 Madankollu, id-data meħtieġa għall-istatistika dwar il-kontijiet nazzjonali tista’ ma tkunx faċli biex tinġabar direttament, minħabba li l-kunċetti sottostanti huma normalment diverġenti mill-kunċetti sottostanti tas-sorsi amministrattivi tad-data. Xi eżempji tas-sorsi amministrattivi huma kontijiet tan-negozji, rekords dwar diversi tipi ta’ taxxi (VAT, taxxa tal-introjtu personali, imposti fuq l-importazzjoni, eċċ.), data dwar is-sigurtà soċjali u data minn bordijiet ta’ kontroll dwar is-servizzi bankarji u l-assigurazzjoni. Din id-data amministrattiva sservi bħala input għall-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali. Inġenerali, dawn jiġu ttrasformati sabiex ikunu konformi mas-SEK.

Il-kunċetti fis-SEK normalment ivarjaw mill-kontropartijiet amministrattivi tagħhom minħabba li:

(a) il-kunċetti amministrattivi jvarjaw bejn il-pajjiżi. Bħala konsegwenza, il-kompatibilità internazzjonali mhijiex possibbli bl-użu tal-kunċetti amministrattivi;

(b) il-kunċetti amministrattivi jinbidlu maż-żmien. Bħala konsegwenza, il-paraguni maż-żmien mhumiex possibbli permezz tal-kunċetti amministrattivi;

(c) il-kunċetti sottostanti għas-sorsi ta’ data amministrattiva normalment mhumiex konsistenti fost sistemi amministrattivi differenti. Madankollu, l-irbit u t-tqabbil tad-data, li huma kruċjali għall-ikkompilar taċ-ċifri tal-kontijiet nazzjonali, huma possibbli biss permezz ta’ sett ta’ kunċetti konsistenti;

(d) il-kunċetti amministrattivi ġeneralment mhumiex ottimali għall-analiżi ekonomika u l-evalwazzjoni tal-politika ekonomika.

1.26 Madankollu, is-sorsi ta’ data amministrattiva jilħqu tajjeb ħafna l-ħtiġijiet tad-data tal-kontijiet nazzjonali u l-istatistika l-oħra, għaliex:

(a) kunċetti u klassifikazzjonijiet oriġinarjament imfasslin għal skopijiet ta’ statistika jiġu adottati wkoll għal skopijiet amministrattivi, pereżempju l-klassifikazzjoni tan-nefqa tal-gvern skont it-tip;

(b) sorsi ta’ data amministrattiva jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod espliċitu l-ħtiġijiet tad-data (separati) tal-istatistika; dan japplika, pereżempju, għas-sistema Intranet li tipprovdi informazzjoni dwar il-kunsinni ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri.

1.27 Il-kunċetti prinċipali fis-SEK huma stabbiliti tajjeb u fissi għal perijodu twil, għaliex:

(a) ġew approvati bħala l-istandard internazzjonali għal ħafna snin;

(b) fil-linji gwida internazzjonali suċċessivi dwar il-kontabbiltà nazzjonali, ftit li xejn jinbidlu mill-kunċetti sottostanti.

Din il-kontinwità kunċettwali tnaqqas il-ħtieġa li tiġi rikalkolata s-serje tal-ħin. Barra minn hekk, din tillimita l-vulnerabilità tal-kunċetti għal pressjoni politika nazzjonali u internazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet, iċ-ċifri tal-kontijiet nazzjonali kienu kapaċi jservu bħala bażi ta’ data oġġettiva għall-politika u l-analiżi ekonomika.

1.28 Il-kunċetti tas-SEK 2010 huma ffukati fuq id-deskrizzjoni tal-proċess ekonomiku f’termini monetarji u immedjatament osservabbli. L-istokks u flussi li mhumiex immedjatament osservabbli f’termini monetarji, jew li ma għandhomx kontroparti monetarja ċara, ma jiġux irreġistrati fis-SEK.

Dan il-prinċipju ma ġiex applikat b’mod strett, għaliex ir-rekwiżit tal-konsistenza u l-ħtiġijiet tal-utenti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll. Pereżempju, il-konsistenza tirrikjedi li l-valur tas-servizzi kollettivi prodotti mill-gvern jiġi rreġistrat bħala output, għaliex il-ħlas tal-kumpens ta’ impjegati u x-xiri ta’ kull tip ta’ oġġetti u servizzi mill-gvern huma immedjatament osservabbli f’termini monetarji. Barra minn hekk, għal skopijiet ta’ analiżi u politika ekonomika, id-deskrizzjoni tas-servizzi kollettivi tal-gvern b’relazzjoni mal-bqija tal-ekonomija nazzjonali żżid l-utilità tal-kontijiet nazzjonali fl-intier tagħhom.

1.29 L-ambitu tal-kunċetti fis-SEK jista’ jintwera billi jiġu kkunsidrati xi kwistjonijiet konfinali importanti.

Dawn li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati taħt il-konfini ta’ produzzjoni tas-SEK (ara l-paragrafi minn 3.07 sa 3.09):

(a) produzzjoni ta’ servizzi individwali u kollettivi mill-gvern;

(b) produzzjoni għal kont proprju ta’ servizzi ta’ djar minn proprjetarji–okkupanti;

(c) produzzjoni ta’ oġġetti għall-konsum proprju finali, pereżempju ta’ prodotti agrikoli;

(d) kostruzzjoni għal kont proprju, inkluża dik minn unitajiet domestiċi;

(e) produzzjoni ta’ servizzi minn persunal domestiku mħallas;

(f) tgħammir tal-ħut fl-akkwakultura;

(g) produzzjoni pprojbita mil-liġi, sakemm l-unitajiet kollha involuti fit-transazzjoni ma jidħlux fiha b’mod volontarju;

(h) produzzjoni li d-dħul minnha mhux iddikjarat bis-sħiħ lill-awtoritajiet fiskali, pereżempju l-produzzjoni klandestina ta’ tessuti.

1.30 Dawn li ġejjin jaqgħu barra mill-konfini tal-produzzjoni, u ma għandhomx jiġu rreġistrati fis-SEK:

(a) servizzi domestiċi u personali prodotti u kkonsmati fl-istess unità domestika, pereżempju tindif, preparazzjoni tal-ikel jew kura ta’ nies morda jew anzjani;

(b) servizzi ta’ volontarjat li ma jwasslux għall-produzzjoni ta’ prodotti, pereżempju kura u tindif mingħajr ħlas;

(c) tgħammir naturali tal-ħut f’nofs l-ibħra.

1.31 Is-SEK tirreġistra l-output kollu li jirriżulta mill-produzzjoni fil-konfini tal-produzzjoni. Madankollu, l-output tal-attivitajiet anċillari ma għandux jiġi rreġistrat. L-inputs kollha kkunsmati minn attività anċillari għandhom ikunu ttrattati bħala inputs fl-attività li hija tappoġġa. Jekk stabbiliment involut biss f’attivitajiet anċillari jkun osservabbli statistikament, jiġifieri li jkun hemm disponibbli faċilment il-kontijiet separati għall-produzzjoni li jwettaq, jew jekk ikun f’post ġeografikament differenti mill-istabbiliment li jaqdi, dan għandu jitniżżel bħala unità separata u jiġi allokat lill-klassifikazzjoni industrijali li tikkorrispondi mal-attività prinċipali tiegħu, fil-kontijiet nazzjonali u wkoll dawk reġjonali. Fin-nuqqas ta’ data bażika adegwata disponibbli, l-output tal-attività anċillari jista’ jiġi stmat billi jingħaddu l-ispejjeż.

1.32 Jekk l-attivitajiet huma kkunsidrati bħala produzzjoni u l-output tagħhom jiġi rreġistrat, mela l-introjtu konkomitanti, ix-xogħol, il-konsum finali, eċċ. jiġu rreġistrati wkoll. Pereżempju, minħabba li l-produzzjoni għal kont proprju ta’ servizzi ta’ djar minn proprjetarju okkupanti hija rreġistrata bħala produzzjoni, l-infiq tal-konsum finali li jiġġenera għal dawn il-proprjetarji-okkupanti jiġi rreġistrat ukoll bl-istess mod. Dan iżomm il-konsistenza mas-sistemi ta’ statistika tax-xogħol, li fihom ix-xogħol għas-sjieda tad-djar ma jkunx irreġistrat. Peress li b'definizzjoni ma hemm ebda kontribut ta’ xogħol fil-produzzjoni tas-servizzi ta’ abitazzjonijiet okkupati mill-proprjetarju, ma jkun irreġistrat ebda xogħol. Dan iżomm il-konsistenza mas-sistema tal-istatistika dwar ix-xogħol, fejn mhu reġistrat ebda xogħol għas-sjieda tal-abitazzjonijiet. Il-kontra japplika meta l-attivitajiet mhumiex irreġistrati bħala produzzjoni: servizzi domestiċi prodotti u kkonsmati fl-istess unità domestika ma jiġġenerawx introjtu jew infiq tal-konsum finali u mhux involut xogħol.

1.33 Is-SEK tistabbilixxi ukoll konvenzjonijiet, rigward:

(a) il-valutazzjoni tal-output tal-gvern;

(b) il-valutazzjoni tal-output tas-servizzi ta’ assigurazzjoni u s-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett;

(c) ir-reġistrazzjoni tas-servizzi kollettivi kollha pprovduti mill-gvern bħala infiq tal-konsum finali u l-ebda wieħed bħala konsum intermedju;

Klassifikazzjoni skont is-settur

1.34 Il-kontijiet tas-setturi huma kkreati permezz tal-allokazzjoni ta’ unitajiet għas-setturi u dan jippermetti li t-transazzjonijiet u l-entrati saldatorji ta’ kontijiet jiġu ppreżentati skont is-settur. Il-preżentazzjoni skont is-settur tikxef ħafna miżuri prinċipali għal skopijiet ta’ politika ekonomika u fiskali. Is-setturi prinċipali huma l-unitajiet domesitiċi, il-gvern, il-korporazzjonijiet (finanzjarji u mhux finanzjarji), istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs) u l-bqija tad-dinja.

Id-distinzjoni bejn l-attività tas-suq u dik li mhix tas-suq hija waħda importanti. Entità kkontrollata mill-gvern, li jintwera li hija korporazzjoni tas-suq, tiġi kklassifikata fis-settur tal-korporazzjoni, barra mis-settur tal-gvern ġenerali. Għaldaqstant id-defiċit u l-livelli ta’ dejn tal-korporazzjoni mhumiex sejrin ikunu parti mid-defiċit u d-dejn tal-gvern ġenerali.

1.35 Huwa importanti li jiġu stabbiliti kriterji ċari u b’saħħithom għall-allokazzjonijiet ta’ entitajiet għas-setturi.

Is-settur pubbliku jikkonsisti mill-unitajiet istituzzjonali kollha residenti fl-ekonomija kkontrollati mill-gvern. Is-settur privat jikkonsisti mill-unitajiet residenti l-oħrajn kollha.

It-Tabella 1.1 tistabbilixxi l-kriterji użati sabiex issir distinzjoni bejn is-settur pubbliku u privat, u fis-settur pubbliku bejn is-settur tal-gvern u s-settur tal-korporazzjonijiet pubbliċi, u fis-settur privat bejn is-settur tal-NPISHs u s-settur tal-korporazzjonijiet privati.



Tabella 1.1

Kriterji

Ikkontrollati mill-gvern

(Settur pubbliku)

Ikkontrollati privatament

(Settur privat)

Output mhux tas-suq

Gvern ġenerali

NPISH

Output tas-suq

Korporazzjonijiet pubbliċi

Korporazzjonijiet privati

1.36 Il-kontroll huwa ddefinit bħala l-kapaċità li tiġi ddeterminata l-politika jew il-programm ġenerali ta’ unità istituzzjonali. Aktar dettalji marbuta mad-definizzjoni ta’ kontroll huma mogħtija fil-paragrafi 2.35 sa 2.39.

1.37 Id-diffrenzjar bejn tas-suq u mhux tas-suq, u għalhekk, għall-entitajiet tas-settur pubbliku, li jikklassifikawhom fis-settur tal-gvern ġenerali jew fis-settur tal-korporazzjonijiet, tiġi deċiża permezz tar-regola li ġejja:

Attività għandha titqies bħala attività tas-suq meta l-oġġetti u s-servizzi korrispondenti jiġu kkumerċjalizzati taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(1) il-bejjiegħa jaġixxu sabiex jimmassimizzaw il-profitti tagħhom fuq medda twila ta’ żmien, u jagħmlu dan billi jbigħu l-oġġetti u s-servizzi liberament fis-suq, u lil min ikun lest li jħallas il-prezz mitlub;

(2) ix-xerrejja jaġixxu sabiex jimmassimizzaw l-utilità tagħhom minħabba r-riżorsi limitati tagħhom, billi jixtru skont liema prodotti jaqdu bl-aqwa mod il-ħtiġijiet tagħhom bil-prezz offrut;

(3) jeżistu swieq effettivi fejn il-bejjiegħa u x-xerrejja għandhom aċċess għal informazzjoni dwar is-suq. Suq effettiv jista’ jopera anke jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jintlaħqux totalment.

1.38 Id-dettall fil-qafas kunċettwali tas-SEK joffri l-opportunità għall-flessibilità: xi kunċetti mhumiex preżenti b’mod espliċitu fis-SEK iżda jistgħu madankollu jiġu faċilment idderivati minnha. Eżempju huwa l-ħolqien ta’ setturi ġodda mill-arranġament mill-ġdid tas-sottosetturi ddefiniti fis-SEK.

1.39 Il-flessibilità teżisti wkoll permezz tal-possibilità li jiġu introdotti kriterji addizzjonali li ma jidħlux f’kunflitt mal-loġika tas-sistema. Pereżempju, dawn il-kriterji jistgħu jippermettu li l-kontijiet tas-sottosetturi jitfasslu permezz tal-iskala ta’ xogħol għall-unitajiet tal-produtturi jew il-qies tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi. Għax-xogħol, sottoklassifikazzjoni skont il-livell ta’ edukazzjoni, età u sess tista’ tiġi introdotta.

Kontijiet satellitari

1.40 Għal xi ħtiġijiet tad-data, għandhom jitfasslu kontijiet satellitari separati.

Xi eżempji huma:

(a) Matriċijiet ta’ Kontabbiltà Soċjali (SAMs);

(b) ir-rwol tat-turiżmu fl-ekonomija nazzjonali;

(c) l-analiżi tal-ispejjeż u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa;

(d) riċerka u żvilupp rikonoxxuti bħala formazzjoni kapitali ta’ proprjetà intellettwali;

(e) rikonoxximent tal-kapital uman bħala assi fl-ekonomija nazzjonali;

(f) l-analiżi tal-introjtu u n-nefqa tal-unitajiet domestiċi fuq il-bażi tal-kunċetti mikroorjentati ta’ introjtu u nefqa;

(g) l-interazzjoni bejn l-ambjent u l-ekonomija;

(h) produzzjoni fl-unitajiet domestiċi;

(i) l-analiżi tal-bidliet fil-benesseri;

(j) l-analiżi tad-differenzi bejn iċ-ċifri tal-kontijiet nazzjonali u l-kontijiet tan-negozju u l-influwenza tagħhom fuq is-swieq tal-istokks u l-iskambju;

(k) l-istima tad-dħul tat-taxxa.

1.41 Il-kontijiet satellitari jservu tali ħtiġijiet tad-data billi:

(a) juru aktar dettall fejn meħtieġ u jħallu barra dettalji żejda;

(b) ikabbru l-iskop tal-qafas ta’ kontabbiltà biż-żieda ta’ informazzjoni mhux monetarja, pereżempju dwar it-tniġġis u l-assi ambjentali;

(c) jibdlu xi kunċetti bażiċi, pereżempju billi jkabbru l-kunċett ta’ formazzjoni tal-kapital bin-nefqa fuq l-edukazzjoni.

1.42 Matriċi ta’ Kontabbiltà Soċjali (SAM) hija preżentazzjoni matriċi li telabora r-rabtiet bejn it-tabelli ta’ provvista u użu u l-kontijiet tas-settur. SAM tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar il-livell u l-kompożizzjoni tax-xogħol, permezz ta’ suddiviżjoni tal-kumpens ta’ impjegati skont it-tip ta’ persuna impjegata. Din is-suddiviżjoni tapplika kemm għall-użu ta’ xogħol skont l-industrija, kif muri fit-tabelli ta’ użu, u l-provvista ta’ xogħol skont is-sottogrupp soċjoekonomiku, kif muri fl-allokazzjoni tal-kont tal-introjtu primarju għas-sottosetturi tas-settur tal-unitajiet domestiċi. B’dan il-mod, il-provvista u l-użu ta’ diversi kategoriji ta’ xogħol jintwerew b’mod sistematiku.

1.43 Fil-kontijiet satellitari għandhom jinżammu l-kunċetti bażiċi u l-klassifikazzjonijiet kollha tal-qafas ċentrali tas-SEK 2010. Għandhom jiġu introdotti tibdiliet fil-kunċetti biss meta dan ikun l-iskop tal-kont satellitari. F’tali każijiet, il-kont satellitari għandu jkun fih ukoll tabella li turi r-rabta bejn l-aggregati prinċipali fil-kont satellitari u dawk fil-qafas ċentrali. B’dan il-mod, il-qafas ċentrali jżomm ir-rwol tiegħu bħala qafas ta’ referenza u fl-istess ħin jiġu indirizzati ħtiġijiet aktar speċifiċi.

1.44 F’termini ġenerali, il-qafas ċentrali ma jinkludix kejl tal-istokks u l-flussi li mhumiex immedjatament osservabbli f’termini monetarji (jew mingħajr kontroparti monetarja ċara). Min-natura tagħhom, l-analiżi ta’ tali stokks u flussi tinqeda normalment tajjeb ukoll bl-ikkompilar ta’ statistiċi f’termini mhux monetarji, pereżempju:

(a) il-produzzjoni fl-unitajiet domestiċi tista’ tiġi deskritta f’termini ta’ sigħat allokati għal użi alternattivi;

(b) l-edukazzjoni tista’ tiġi deskritta f’termini ta’ tip ta’ edukazzjoni, l-għadd ta’ studenti, l-għadd medju ta’ snin ta’ edukazzjoni qabel tinkiseb diploma, eċċ.;

(c) l-effetti tat-tniġġis jistgħu jiġu deskritti f’termini ta’ bidliet fl-għadd ta’ speċijiet ħajjin, is-saħħa tas-siġar fil-foresta, il-volum tal-iskart, l-ammonti ta’ monossidu tal-karbonju u radjazzjoni, eċċ.

1.45 Il-kontijiet satellitari jippermettu li tali statistiċi f’unitajiet mhux monetarji jintrabtu mal-kontijiet nazzjonali fil-qafas ċentrali. L-użu tal-klassifikazzjonijiet użati fil-qafas ċentrali għal tali statistika nonmonetarja, jippermetti li ssir din ir-rabta, pereżempju l-klassifikazzjoni skont it-tip ta’ unità domestika jew il-klassifikazzjoni skont l-industrija. B’dan il-mod, jitfassal qafas konsistenti u estiż. Dan il-qafas jista’ wara jservi bħala bażi ta’ data għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-interazzjoni bejn il-varjabbli fil-qafas ċentrali u dawk fil-parti estiża.

1.46 Il-qafas ċentrali u l-aggregati prinċipali tiegħu ma jiddeskrivux bidliet fil-benesseri. Jistgħu jitfasslu kontijiet estiżi li jinkludu wkoll il-valuri monetarji imputati ta’, pereżempju:

(a) servizzi domestiċi u personali prodotti u kkonsmati fl-istess unità domestika;

(b) bidliet fil-ħin liberu;

(c) faċilitajiet u żvantaġġi tal-ħajja urbana;

(d) inugwaljanzi fid-distribuzzjoni tal-introjtu lill-persuni.

1.47 Il-kontijiet estiżi jistgħu wkoll jikklassifikaw mill-ġdid in-nefqa finali fuq ħtiġijiet ta’ dispjaċir (pereżempju d-difiża) bħala konsum intermedju, jiġifieri li ma jikkontribwixxux għall-benesseri. B’mod simili, il-ħsara minħabba għargħar u diżastri naturali oħrajn tista’ tiġi kklassifikata bħala konsum intermedju, jiġifieri bħala tnaqqis fil-benesseri (assoluti). B’dan il-mod, wieħed jista’ jipprova jibni indikatur ġenerali ħafna u imperfett ħafna tal-bidliet fil-benesseri. Madankollu, il-benesseri għandu ħafna dimensjonijiet, li l-biċċa l-kbira minnhom ma jiġux espressi l-aħjar f’termini monetarji. Soluzzjoni aħjar għall-kejl tal-benesseri hija għaldaqstant l-użu, għal kull dimensjoni, ta’ indikaturi u unitajiet ta’ kejl separati. L-indikaturi jistgħu jkunu, pereżempju, il-mortalità fit-tfal, l-istennija tal-ħajja, il-litteriżmu fl-adulti u l-introjtu nazzjonali per capita. Dawn l-indikaturi jistgħu jiġu inkorporati f’kont satellitari.

1.48 Sabiex jinkiseb qafas konsistenti u internazzjonalment kompatibbli, il-kunċetti amministrattivi ma jintużawx fis-SEK. Madankollu, għal kull tip ta’ skop nazzjonali, il-ksib ta’ ċifri fuq il-bażi ta’ kunċetti amministrattivi jista’ jkun utli ħafna. Pereżempju, għall-istima tad-dħul mit-taxxi, hija meħtieġa statistika ta’ dħul taxxabbli. Tali statistika tista’ tiġi pprovduta billi jsiru xi modifiki fl-istatistika tal-kontijiet nazzjonali.

1.49 Jista’ jittieħed approċċ simili għall-kunċetti użati fil-politika ekonomika nazzjonali, pereżempju għal:

(a) il-kunċett ta’ inflazzjoni użat sabiex jiżdiedu l-pensjonijiet, il-benefiċċji tal-qgħad jew il-kumpens tal-impjegati għall-ħaddiema taċ-ċivil;

(b) il-kunċetti ta’ taxxi, kontribuzzjonijiet soċjali, gvern u settur kollettiv użati fid-diskussjoni tal-qies ottimali tas-settur kollettiv;

(c) il-kunċett ta’ setturi/industriji “strateġiċi” użati fil-politika ekonomika nazzjonali jew il-politika ekonomika tal-UE;

(d) il-kunċett ta’ “investimenti fin-negozju” użat fil-politika ekonomika nazzjonali;

(e) tabella li tindika r-reġistrazzjoni kollha tal-pensjonijiet.

Il-kontijiet satellitari jew it-tabelli supplementari jistgħu jaqdu tali ħtiġijiet tad-data.

Is-SEK 2010 u l-SNA 2008

1.50 Is-SEK 2010 hija bbażata fuq il-kunċetti tas-SNA 2008 li tipprovdi linji gwida dwar il-kontabbiltà nazzjonali għall-pajjiżi kollha madwar id-dinja. Madankollu, hemm diversi differenzi bejn is-SEK 2010 u l-SNA 2008:

(a) differenzi fil-preżentazzjoni:

(1) fis-SEK 2010 kemm kapitoli separati dwar transazzjonijiet tal-prodotti, transazzjonijiet distributtivi u transazzjonijiet finanzjarji. Għall-kuntrarju ta’ dan, fl-SNA 2008 dawn it-transazzjonijiet huma spjegati f’kapitoli rranġati skont il-kont, pereżempju kapitoli dwar il-kont tal-produzzjoni, il-kont tad-distribuzzjoni primarja tal-introjtu, il-kont tal-kapital u l-kont tal-bqija tad-dinja;

(2) is-SEK 2010 tiddeskrivi kunċett billi tipprovdi definizzjoni u lista ta’ dak li hu inkluż u dak li hu eskluż. L-SNA 2008 normalment tiddeskrivi kunċetti f’termini aktar ġenerali u tispjega r-razzjonal wara l-konvenzjonijiet adottati;

(b) il-kunċetti tas-SEK 2010 huma f’diversi każijiet aktar speċifiċi u preċiżi minn dawk tal-SNA 2008:

(1) l-SNA 2008 ma fihiex kriterji speċifiċi dwar id-distinzjoni bejn il-kategorizzazzjoni tal-output tas-suq, għal użu finali proprju jew mhux tas-suq. Għaldaqstant, is-SEK introduċiet gwida aktar dettaljata sabiex tiżgura approċċ aktar uniformi;

(2) is-SEK 2010 tassumi li diversi tipi ta’ produzzjoni mill-unitajiet domestiċi ta’ prodotti, bħall-insiġ tad-drapp u l-manifattura tal-għamara, mhumiex sinifikanti fl-Istati Membri u għalhekk ma hemmx bżonn jiġu rreġistrati;

(3) is-SEK 2010 tirreferi għal arranġamenti istituzzjonali fl-UE, bħas-sistema Intrastat għar-reġistrazzjoni ta’ flussi ta’ oġġetti intra-UE u ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-UE;

(4) is-SEK 2010 fiha klassifikazzjonijiet speċifiċi għall-UE, pereżempju l-klassifikazzjoni ta’ prodotti skont l-attivita’ (CPA) ( 18 ) għall-prodotti u n-NACE Reviżjoni 2 għall-industriji (it-tnejn huma armonizzati mal-klassifikazzjonijiet korrispondenti tan-Nazzjonijiet Uniti);

(5) is-SEK 2010 fiha klassifikazzjoni addizzjonali għat-transazzjonijiet esterni kollha: dawn jinqasmu f’dawk bejn ir-residenti tal-UE u dawk b’residenti minn barra l-UE;

(6) is-SEK 2010 fiha riarranġament tas-sottosetturi tal-SNA 2008 għas-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji, sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Unjoni Monetarja Ewropea. L-SEK 2010 tista’ tkun aktar speċifika mill-SNA, peress li s-SEK 2010 tapplika primarjament għall-Istati Membri. Għall-ħtiġijiet tad-data tal-Unjoni Ewropea, is-SEK għandha tkun ukoll aktar speċifika.

Is-SEK 2010 u s-SEK 95

1.51 Is-SEK 2010 tvarja mis-SEK 95 kemm fl-ambitu u kemm fil-kunċetti. Il-biċċa l-kbira tad-differenzi jikkorrispondu mad-differenzi bejn l-SNA 1993 u l-SNA 2008. Id-differenzi prinċipali huma:

(a) ir-rikonoxximent tar-riċerka u l-iżvilupp bħala formazzjoni tal-kapital li jwasslu għal assi ta’ proprjetà intellettwali. Din il-bidla għandha tiġi rreġistrata f’kont satellitari, u inkluża fil-kontijiet prinċipali meta s-saħħa u l-armonizzazzjoni suffiċjenti tal-miżuri huma osservabbli fost l-Istati Membri;

(b) nefqiet fuq is-sistemi ta’ armi li jilħqu d-definizzjoni ġenerali ta’ assi ġew ikklassifikati bħala formazzjoni ta’ kapital fiss, aktar milli nefqa intermedja;

(c) il-kunċett analitiku tas-servizzi tal-kapital ġie introdott għall-produzzjoni fis-suq, sabiex tabella supplementari li turihom bħala komponent tal-valur miżjud tkun tista’ tiġi prodotta;

(d) il-konfini tal-assi finanzjarji ġew estiżi sabiex jinkludu kopertura usa’ tal-kuntratti finanzarji derivattivi;

(e) regoli ġodda għar-reġistrazzjoni ta’ benefiċċji tal-pensjoni. Tabella supplementari ġiet introdotta fil-kontijiet, sabiex tippermetti li l-istimi jiġu rreġistrati għall-intitolamenti fl-assigurazzjoni soċjalia’, finanzjati jew mhux finanzjati. Il-firxa sħiħa ta’ informazzjoni meħtieġa għal analiżi komprensiva hija pprovduta f’din it-tabella li turi l-intitolamenti u l-flussi assoċjati mal-iskemi tal-pensjoni privati u pubbliċi kollha, finanzjati jew mhux finanzjati, u li tinkludi skemi tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali;

(f) l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-bidla fis-sjieda tal-oġġetti saret universali, li tat bħala riżultat bidliet fir-reġistrazzjoni tal-merkanzija, u oġġetti mibgħuta għall-ipproċessar, kemm barra mill-pajjiż u fl-ekonomija domestika. Dan jirriżulta f’oġġetti mibgħuta barra mill-pajjiż għall-ipproċessar li jiġu rreġistrati fuq bażi netta, għall-kuntrarju ta’ bażi gross fl-SNA 1993 u s-SEK 95. Din il-bidla għandha implikazzjonijiet sinifikanti għar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet fil-qafas ta’ provvista u użu;

(g) tingħata aktar gwida dwar il-korporazzjonijiet finanzjarji inġenerali, u l-entitajiet bi skop speċjali (SPEs) b’mod partikolari. It-trattament tal-SPEs ikkontrollati mill-gvern inbidel sabiex jiġi żgurat li l-passivi tal-SPEs jintwerew fil-kontijiet tal-gvern;

(h) it-trattament tas-superdividendi mħallsin minn korporazzjonijiet pubbliċi ġie ċċarat, jiġifieri għandhom jiġu ttrattati bħala pagamenti eċċezzjonali u rtirar mill-ekwità;

(i) Iil-prinċipji tat-trattament tas-sħubijiet pubbliċi-privati ġew stabbiliti, u t-trattament tal-aġenziji ta’ ristrutturar ġie estiż;

(j) it-transazzjonijiet bejn il-gvern u l-korporazzjonijiet pubbliċi, flimkien mal-vetturi ta’ titolarizzazzjoni, ġew iċċarati sabiex itejbu r-reġistrazzjoni ta’ oġġetti li jistgħu jaffettwaw id-dejn tal-gvern b’mod sinifikanti;

(k) it-trattament tal-garanziji tas-self ġie ċċarat, u ġie introdott trattament ġdid għall-garanziji standardizzati tas-self, bħall-garanziji tal-kreditu ta’ esportazzjoni u tal-garanziji tas-self lill-istudenti. It-trattament il-ġdid huwa li, sal-punt li probabbilment jiġu msejħa l-garanziji, l-assi u l-passivi finanzjarji għandhom jiġu rikonoxxuti fil-kontijiet.

1.52 Il-bidliet fis-SEK 2010 meta mqabbla mas-SEK 95 mhumiex ristretti għal bidliet kunċettwali. Hemm differenzi maġġuri fl-iskop, b’kapitoli ġodda dwar il-kontijiet satellitari, il-kontijiet tal-gvern u l-kontijiet tal-bqija tad-dinja. Hemm ukoll estensjonijiet sinifikanti għall-kapitoli dwar kontijiet trimestrali u kontijiet reġjonali.

PRINĊIPJI BAŻIĊI TAS-SEK 2010 BĦALA SISTEMA

1.53 Il-karatteristiċi prinċipali tas-sistema huma:

(a) unitajiet ta’ statistika u r-raggruppamenti tagħhom;

(b) flussi u stokks;

(c) is-sistema ta’ kontijiet u l-aggregati;

(d) il-qafas ta’ input–output.

Unitajiet tal-istatistika u r-raggruppamenti tagħhom

1.54 Is-sistema SEK 2010 tuża żewġ tipi ta’ unitajiet u żewġ modi korrispondenti ta’ kif tiġi suddiviża l-ekonomija, li huma kemmxejn differenti u jservu skopijiet analitiċi separati.

1.55 L-ewwel skop tad-deskrizzjoni tal-introjtu, in-nefqa u l-flussi finanzjarji, u l-karti tal-bilanċ, jintlaħaq mir-ragruppament tal-unitajiet istituzzjonali f’setturi fuq il-bażi ta’ funzjonijiet, mġieba u għanijiet prinċipali tagħhom.

1.56 It-tieni skop tad-deskrizzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni u għall-analiżi input–output, jintlaħaq billi s-sistema ta’ ggruppa unitajiet lokali tat-tip ta’ attività (KAUs lokali) f’industriji fuq il-bażi ta’ tip ta’ attività tagħhom. Attività hija kkaratterizzata minn input ta’ oġġetti, proċess ta’ produzzjoni u output ta’ oġġetti.

Unitajiet istituzzjonali u setturi

1.57 L-unitajiet istituzzjonali huma entitajiet ekonomiċi li kapaċi jkunu proprjetarji ta’ oġġetti u assi, jidħlu għal passivi u jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet ekonomiċi u transazzjonijiet ma’ unitajiet oħrajn fihom infushom. Għall-iskopijiet tas-sistema SEK 2010, l-unitajiet istituzzjonali huma raggruppati flimkien f’ħames setturi istituzzjonali domestiċi reċiprokament esklużivi:

(a) korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(b) korporazzjonijiet finanzjarji;

(c) ġvern ġenerali;

(d) unitajiet domestiċi;

(e) istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi.

Il-ħames setturi flimkien jagħmlu l-ekonomija domestika totali. Kull settur huwa maqsum ukoll f’sottosetturi. Is-sistema SEK 2010 tippermetti sett komplut ta’ kontijiet ta’ fluss u karti tal-bilanċ li għandhom jiġu kkompilati għal kull settur, u għal kull sottosettur, u għall-ekonomija totali. Unitajiet mhux residenti jistgħu jinteraġixxu ma’ dawn il-ħames setturi domestiċi, u l-interazzjonijiet jintwerew bejn il-ħames setturi domestiċi u s-sitt settur istituzzjonali: is-settur tal-bqija tad-dinja.

Unitajiet lokali tat-tip ta’ attività u industriji

1.58 Meta l-unitajiet istituzzjonali jwettqu aktar minn attività waħda, huma għandhom jiġu sseparati f’dak li jikkonċerna t-tip ta’ attività. KAUs ta’ attività lokali jippermettu li ssir din il-preżentazzjoni.

Fil-kapaċità tiegħu bħala produttur, KAU lokali tiġbor flimkien il-partijiet kollha ta’ unità istituzzjonali li jinsabu f’sit wieħed jew f’siti li jinsabu qrib xulxin, u li jikkontribwixxu għall-prestazzjoni ta’ attività fil-livell ta’ klassi (erba’ numri) tan-NACE Rev. 2.

1.59 KAUs lokali jiġu rreġistrati għal kull attività sekondarja; madankollu, jekk id-dokumenti tal-kontabbiltà meħtieġa għad-deskrizzjoni ta’ tali attivitajiet mhumiex disponibbli, KAU lokali tikkumbina attività sekondarja waħda jew aktar. Il-grupp ta’ KAUs lokali kollha involuti fl-istess tip ta’ attività, jew simili, jikkostitwixxi industrija.

Unità istituzzjonali jinkludi KAU lokali waħda jew aktar; KAU lokali hija proprjetà ta’ unità istituzzjonali waħda u waħda biss.

1.60 Għal analiżi tal-proċess ta’ produzzjoni, tintuża unità analitika ta’ produzzjoni. Din l-unità, tkun osservabbli biss meta KAU lokali tipproduċi tip ta’ prodott wieħed, u ma twettaqx attivitajiet sekondarji. Din l-unità hija magħrufa bħala unità tal-produzzjoni omoġena. Ir-raggruppamenti ta’ tali unitajiet jikkostitwixxu fergħat omoġenji.

Unitajiet residenti u mhux residenti; ekonomija totali u l-bqija tad-dinja

1.61 L-ekonomija totali hija definita f’termini ta’ unitajiet residenti. Unità hija unità residenti ta’ pajjiż meta jkollha ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti fit-territorju ekonomiku ta’ dak il-pajjiż — jiġifieri, meta tinvolvi ruħha għal perijodu estiż (sena jew aktar) f’attivitajiet ekonomiċi f’dan it-territorju. Is-setturi istituzzjonali msemmija fil-paragrafu 1.57 huma gruppi ta’ unitajiet istituzzjonali residenti.

1.62 L-unitajiet residenti jinvolvu rwieħhom fi transazzjonijiet ma’ unitajiet mhux residenti (jiġifieri, unitajiet li huma residenti f’ekonomiji oħrajn). Dawn it-transazzjonijiet huma transazzjonijiet esterni tal-ekonomija u huma raggruppati fil-kont tal-bqija tad-dinja. Għalhekk, il-bqija tad-dinja għandha rwol simili għal dak ta’ settur istituzzjonali, għalkemm unitajiet mhux residenti huma inklużi biss sa fejn dawn huma involuti fi transazzjonijiet ta’ unitajiet istituzzjonali residenti.

1.63 Unitajiet residenti nozzjonali, ittrattati fis-sistema SEK 2010 bħala unitajiet istituzzjonali, huma ddefiniti bħala:

(a) dawk il-partijiet tal-unitajiet mhux residenti li għandhom ċentru predominanti ta’ interess ekonomiku (normalment li jinvolvu rwieħhom fi transazzjonijiet ekonomiċi ta’ sena jew aktar) fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż;

(b) unitajiet mhux residenti fil-kapaċità tagħhom bħala proprjetarji ta’ art jew bini fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż, iżda fir-rigward tat-transazzjonijiet li jaffettwaw tali art jew bini biss.

Flussi u stokks

1.64 Żewġ tipi bażiċi ta’ informazzjoni jiġu rreġistrati: flussi u stokks.

Il-flussi jirreferu għal azzjonijiet u effetti ta’ avvenimenti li jseħħu waqt perijodu partikolari ta’ żmien, filwaqt li l-istokks jirreferu għal pożizzjonijiet f’mument partikolari.

Flussi

1.65 Il-flussi jirriflettu l-ħolqien, it-trasformazzjoni, l-iskambju, it-trasferiment jew l-estinzjoni tal-valur ekonomiku. Huma jinvolvu bidliet fil-valur tal-assi jew passivi ta’ unità istituzzjonali. Il-flussi ekonomiċi huma ta’ żewġ tipi: transazzjonijiet, u bidliet oħrajn fl-assi.

It-transazzjonijiet jidhru fil-kontijiet u t-tabelli kollha li fihom jidhru l-flussi, minbarra l-kont tal-bidliet l-oħra fil-volum tal-assi u l-kont tar-rivalutazzjoni. Bidliet oħrajn fl-assi jiġu rreġistrati biss f’dawk iż-żewġ kontijiet.

It-transazzjonijiet elementari u flussi oħrajn huma raggruppati f’għadd relattivament żgħir ta’ tipi skont in-natura tagħhom.

1.66 Transazzjoni hija fluss ekonomiku li hija interazzjoni bejn unitajiet istituzzjonali bi ftehim reċiproku jew azzjoni f’unità istituzzjonali li huwa utli li tiġi ttrattata bħala transazzjoni, għaliex l-unità tkun qiegħda topera f’żewġ kapaċitajiet differenti. It-transazzjonijiet jinqasmu f’erba’ gruppi prinċipali:

(a) transazzjonijiet fil-prodotti: li jiddeskrivu l-oriġini (output domestiku jew importazzjonijiet) u l-użu (konsum intermedju, konsum finali, formazzjoni tal-kapital — li tkopri l-konsum ta’ kapital fiss — jew esportazzjonijiet) tal-prodotti;

(b) transazzjonijiet distributtivi: li jiddeskrivu kif il-valur miżjud iġġenerat bil-produzzjoni jitqassam lix-xogħol, il-kapital u l-gvern, u r-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid (taxxi fuq l-introjtu u l-ġid u trasferimenti oħrajn);

(c) Transazzjonijiet finanzjarji: li jiddeskrivu l-akkwist nett ta’ assi finanzjarji jew il-ħlas nett ta’ passivi għal kull tip ta’ strument finanzjarju. Tali transazzjonijiet iseħħu kemm bħala kontropartijiet ta’ transazzjonijiet mhux finanzjarji, u kemm bħala transazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji biss;

(d) Transazzjonijiet li mhumiex inklużi fit-tliet gruppi ta’ hawn fuq: akkwisti mingħajr ċessjonijiet ta’ assi mhux prodotti u mhux finanzjarji.

1.67 Il-biċċa l-kbira tat-transazzjonijiet huma interazzjonijiet bejn żewġ unitajiet istituzzjonali jew aktar. Madankollu, is-sistema SEK 2010 tirreġistra xi azzjonijiet fl-unitajiet istituzzjonali bħala transazzjonijiet. L-iskop tar-reġistrazzjoni ta’ dawn it-transazzjonijiet intraunitarji huwa li tingħata stampa analitikament aktar utli ta’ output, użi finali u spejjeż.

1.68 Il-konsum tal-kapital fiss, irreġistrat mis-sistema SEK 2010 bħala spiża, huwa transazzjoni intraunitarja. Il-biċċa l-kbira tat-transazzjonijiet intraunitarji l-oħrajn huma transazzjonijiet fi prodotti, tipikament irreġistrati meta unitajiet istituzzjonali li joperaw kemm bħala produtturi u bħala konsumaturi finali, jagħżlu li jikkonsmaw ftit mill-output li jkunu pproduċew. Dan huwa sikwit il-każ għall-unitajiet domestiċi u l-gvern ġenerali.

1.69 L-output prodott minn unità istituzzjonali stess użat għal użi finali fl-istess unità istituzzjonali għandu jiġi rreġistrat. L-output prodott minnha stess li jintuża għall-konsum intermedju fl-istess unità istituzzjonali huwa rreġistrat biss meta l-produzzjoni u l-konsum intermedju jseħħu f’KAUs lokali differenti fl-istess unità istituzzjonali. L-output prodott u użat bħala konsum intermedju fl-istess KAU lokali, ma għandux jiġi rreġistrat.

1.70 It-transazzjonijiet ikunu transazzjonijiet monetarji meta l-unitajiet involuti jagħmlu jew jirċievu pagamenti, jew jidħlu għal passivi jew jirċievu l-assi denominati f’unitajiet ta’ munita.

It-transazzjonijiet li ma jinvolvux l-iskambju ta’ flus kontanti, jew assi jew passivi denominati f’unitajiet ta’ munita, huma transazzjonijiet mhux monetarji. It-transazzjonijiet intraunità huma transazzjonijiet mhux monetarji. It-transazzjonijiet mhux monetarji li jinvolvu aktar minn unità istituzzjonali waħda jseħħu fost transazzjonijiet ta’ prodotti (tpartit ta’ prodotti), transazzjonijiet distributtivi (remunerazzjoni in natura, trasferimenti in natura, eċċ.) u transazzjonijiet oħrajn (tpartit ta’ assi mhux prodotti u mhux finanzjarji). Is-sistema SEK 2010 tirreġistra t-transazzjonijiet kollha f’termini monetarji. Il-valuri li għandhom jiġu rreġistrati għat-transazzjonijiet mhux monetarji għandhom għalhekk jiġu mkejla indirettament jew inkella stmati.

1.71 It-transazzjonijiet li jinvolvu aktar minn unità waħda, huma transazzjonijiet ta’ żewġ tipi. Jistgħu jkunu ta’ “xi ħaġa għal xi ħaġa”, jiġifieri transazzjonijiet reċiproki, jew ta’ “xi ħaġa għal xejn”, jiġifieri transazzjonijiet mhux reċiproki. It-transazzjonijiet reċiproki huma skambji bejn unitajiet istituzzjonali, pereżempju l-forniment ta’ oġġetti, servizzi jew assi għal kontroparti, pereżempju flus kontanti. It-transazzjonijiet mhux reċiproki huma pagamenti fi flus kontanti jew in natura minn unità istituzzjonali waħda għal oħra mingħajr kontroparti. It-transazzjonijiet reċiproki jseħħu fl-erba’ gruppi ta’ transazzjonijiet, filwaqt li t-transazzjonijiet mhux reċiproki huma prinċipalment transazzjonijiet distributtivi, pereżempju, taxxi, benefiċċji ta’ assistenza soċjali jew rigali. Tali transazzjonijiet mhux reċiproki jissejħu trasferimenti.

1.72 It-transazzjonijiet huma rreġistrati bl-istess mod kif jidhru għall-unitajiet istituzzjonali involuti. Madankollu, xi transazzjonijiet huma rranġati mill-ġdid sabiex joħorġu r-relazzjonijiet ekonomiċi sottostanti b’mod aktar ċar. It-transazzjonijiet jistgħu jiġu rranġati mill-ġdid bi tliet modi: bidla fir-rotta, qsim u rikonoxximent tal-parti prinċipali ta’ transazzjoni.

1.73 Transazzjoni li f’għajnejn l-unitajiet involuti tkun tidher bħala li qiegħda sseħħ direttament bejn unitajiet A u Ċ tista’ tiġi rreġistrata fil-kontijiet bħala li qiegħda sseħħ indirettament permezz ta’ unità B terza. Għalhekk, it-transazzjoni singola bejn A u Ċ hija rreġistrata bħala żewġ transazzjonijiet: waħda bejn A u B, u waħda bejn B u Ċ. F’dan il-każ it-transazzjoni tinbidlilha r-rotta.

1.74 Eżempju ta’ bidla fir-rotta huwa l-mod li bih il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem, imħallsin direttament minn min iħaddem lill-fondi tal-assigurazzjoni soċjali, jitniżżlu fil-kontijiet. Is-sistema tirreġistra dawn il-pagamenti bħala żewġ transazzjonijiet: min iħaddem iħallas il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem lill-impjegati tiegħu, u l-impjegati jħallsu l-istess kontribuzzjonijiet lill-fondi tal-assigurazzjoni soċjali. Bħall-bidliet kollha fir-rotta, l-iskop tal-bidla fir-rotta huwa li tinħareġ is-sustanza ekonomika wara t-transazzjoni, li f’dan il-każ huwa li jintwerew il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem bħala kontribuzzjonijiet imħallsin għall-benefiċċju tal-impjegati.

1.75 Tip ieħor ta’ bidla fir-rotta huwa dak tat-transazzjonijiet irreġistrati bħala li jseħħu bejn żewġ unitajiet istituzzjonali jew aktar, minkejja li, skont il-partijiet involuti, l-ebda transazzjoni ma tkun sseħħet. Bħala eżempju hemm it-trattament tal-introjtu mill-proprjetà gwadanjat minn ċerti fondi ta’ assigurazzjoni, li jinżamm mill-impriżi tal-assigurazzjoni. Is-sistema tirreġistra dan l-introjtu mill-proprjetà bħala li jitħallas mill-impriżi ta’ assigurazzjoni lid-detenturi tal-polza, li wara jħallsu lura l-istess ammont lill-impriżi ta’ assigurazzjoni bħala supplimenti tal-primjums.

1.76 Meta transazzjoni li f’għajnejn il-partijiet involuti tkun tidher bħala transazzjoni singola tiġi rreġistrata bħala żewġ transazzjonijiet jew aktar ikklassifikati b’mod differenti, it-transazzjoni tiġi maqsuma. Il-qsim ma jinvolvix l-involviment ta’ unitajiet addizzjonali fit-transazzjonijiet.

1.77 Il-ħlas tal-primjums ta’ assigurazzjoni mhux għall-ħajja huwa transazzjoni tipikament maqsuma. Minkejja li d-detenturi tal-polza u l-assiguraturi jikkunsidraw dawn il-pagamenti bħala transazzjoni waħda, is-sistema SEK 2010 taqsmu f’żewġ transazzjonijiet kemmxejn differenti: pagamenti bi skambju għal servizzi pprovduti ta’ assigurazzjoni mhux għall-ħajja, u primjums netti ta’ assigurazzjoni mhux għall-ħajja. Ir-reġistrazzjoni tal-bejgħ ta’ prodott bħala l-bejgħ tal-prodott u l-bejgħ ta’ marġni tal-kummerċ hija eżempju ieħor ta’ qsim.

1.78 Meta unità twettaq transazzjoni f’isem unità oħra (il-prinċipal) u hija ffinanzjata minn dik l-unità, it-transazzjoni tkun irreġistrata esklużivament fil-kontijiet tal-prinċipal. Bħala regola, wieħed ma għandux imur lil hinn minn dan il-prinċipju billi jjipprova, pereżempju, jalloka t-taxxi jew is-sussidji tal-pagaturi aħħarin jew il-benefiċjarji aħħarin taħt l-adozzjoni ta’ suppożizzjonijiet.

Eżempju wieħed huwa l-ġbir tat-taxxi minn unità tal-gvern waħda f’isem oħra. Taxxa tiġi attribwita lil unità tal-gvern li: teżerċita l-awtorità li timponi t-taxxa (bħala prinċipal jew permezz tal-awtorità ddelegata tal-prinċipal), u jkollha d-diskrezzjoni finali biex tistabbilixxi u tvarja r-rata tat-taxxa.

1.79 Id-definizzjoni ta’ transazzjoni timplika li interazzjoni bejn unitajiet istituzzjonali għandha tkun bi ftehim reċiproku. Meta titwettaq transazzjoni bi ftehim reċiproku, l-għarfien minn qabel u l-kunsens tal-unitajiet istituzzjonali huma implikati. Il-ħlas tat-taxxi, tal-multi u tal-penali jsir bi ftehim reċiproku peress li min iħallas huwa ċittadin soġġett għal-liġi tal-pajjiż. Madankollu, il-qbid mhux kompensat ta’ assi mhux ikkunsidrat bħala transazzjoni, anke meta impost mil-liġi.

Azzjonijiet ekonomiċi illegali għandhom jiġu kkunsidrati bħala transazzjonijiet meta l-unitajiet kollha involuti jidħlu fl-azzjonijiet bi ftehim reċiproku. Għalhekk, xiri, bejgħ u tpartit ta’ drogi illegali jew proprjetà misruqa huma transazzjonijiet, filwaqt li s-serq mhuwiex.

1.80 Bidliet oħrajn fil-bidliet tar-reġistrazzjoni tal-assi li ma jirriżultawx minn transazzjonijiet. Dawn huma jew:

(a) bidliet oħra fil-volum ta’ assi u passivi; jew

(b) qligħ u telf nominali.

1.81 Bidliet oħrajn fil-volum ta’ reġistrazzjonijiet ta’ assi u passivi jinqasmu fi tliet kategoriji prinċipali:

(a) dieher u għajbien normali ta’ assi minbarra dawk bi transazzjonijiet;

(b) bidliet fl-assi u l-passivi minħabba avvenimenti eċċezzjonali mhux mistennija li mhumiex ta’ natura ekonomika;

(c) bidliet fil-klassifikazzjoni u l-istruttura.

1.82 Eżempji ta’ bidliet fil-kategorija msemmija fil-punt a) tal-paragrafu 1.81 huma l-iskoperta jew it-tnaqqis ta’ assi taħt l-art, u t-tkabbir naturali ta’ riżorsi bijoloġiċi mhux naturali. L-eżempji ta’ bidliet fil-kategorija msemmija fil-punt b) tal-paragrafu 1.81 huma t-telf ta’ assi minħabba diżastri naturali, gwerra jew atti serji ta’ kriminalità. Il-kanċellazzjoni unilaterali ta’ dejn u l-qbid mhux kompensat ta’ assi jappartjenu wkoll għall-kategorija b). Eżempju ta’ bidla fil-kategorija msemmija fil-punt c) tal-paragrafu 1.81 huwa l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ unità istituzzjonali minn settur għal ieħor.

1.83 Ikun hemm qligħ u telf nominali meta jkun hemm bidliet fil-prezz tal-assi. Dawn iseħħu fuq it-tipi kollha ta’ assi finanzjarji u mhux finanzjarji, u fuq il-passivi. Il-qligħ u t-telf nominali jakkumulaw lill-proprjetarji ta’ assi u passivi purament b’riżultat tal-holding ta’ assi u passivi matul iż-żmien, mingħajr ma jiġu ttrasformati bi kwalunkwe mod.

1.84 Il-qligħ u t-telf nominali mkejla fuq il-bażi ta’ prezzijiet attwali tas-suq jissejħu qligħ u telf nominali. Dawn jistgħu jiġu dekomposti fi qligħ u telf nominali newtrali, li jirriflettu bidliet fil-livell tal-prezz ġenerali, u qligħ u telf reali ta’ holdings, li jirriflettu bidliet fil-prezz tal-assi lil hinn mill-bidla fil-prezz ġenerali.

Stokks

1.85 L-istokks huma l-holdings ta’ assi u passivi f’mument partikolari. L-istokks huma rreġistrati fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull perijodu bażi tal-kontijiet. Il-kontijiet li juru l-istokks jissejħu karti tal-bilanċ.

1.86 L-istokks huma rreġistrati wkoll għall-popolazzjoni u x-xogħol. Madankollu, tali stokks huma rreġistrati bħala valuri medji matul il-perijodu bażi tal-kontijiet. L-istokks huma rreġistrati għall-assi kollha fil-konfini tas-sistema; jiġifieri, għal assi u passivi finanzjarji u assi mhux finanzjarji, kemm prodotti u mhux prodotti. Madankollu, il-kopertura ta’ dawk l-assi li jintużaw f’attività ekonomika u li huma soġġetti għal drittijiet ta’ proprjetà hija limitata.

1.87 Għaldaqstant, l-istokks għal assi bħall-kapital uman u r-riżorsi naturali li huma proprjetà mhumiex irreġistrati.

Fil-konfini tagħha, is-sistema SEK 2010 hija eżawrjenti fir-rigward kemm tal-flussi u tal-istokks. Dan jimplika li l-bidliet kollha fl-istokks jistgħu jiġu spjegati bis-sħiħ permezz tal-flussi rreġistrati.

Is-sistema ta’ kontijiet u l-aggregati

Regoli tal-kontabbiltà

1.88 Kont jirreġistra l-bidliet fil-valur dovut għal unità jew settur skont in-natura tal-flussi ekonomiċi murija fil-kont. Hija tabella b'żewġ kolonni. Il-kontijiet attwali huma dawk li juru l-produzzjoni, il-ġenerazzjoni u l-allokazzjoni tal-introjtu, id-distribuzzjoni u r-ridistribuzzjoni tal-introjtu, u l-użu tiegħu. Il-kontijiet ta’ kumulu huma l-kontijiet kapitali u finanzjarji, u l-bidliet l-oħra fil-kontijiet tal-volum.

1.89 Is-sistema SEK 2010 turi r-“riżorsi” fuq in-naħa leminija tal-kontijiet kurrenti fejn jidhru t-transazzjonijiet li jżidu l-valur ekonomiku ta’ unità jew settur. In-naħa xellugija tal-kontijiet, turi l-użi–transazzjonijiet li jnaqqsu l-valur ekonomiku. In-naħa leminija tal-kontijiet tad-dovuti turi “bidliet fil-passivi u l-valur nett” u n-naħa xellugija turi “bidliet fl-assi”. Il-karti tal-bilanċ huma ppreżentati bil-“passivi u valur nett” (id-differenza bejn assi u passivi) fuq in-naħa leminija u l-“assi” fuq ix-xellug. Paragun bejn żewġ karti tal-bilanċ suċċessivi juri bidliet fil-passivi u l-valur nett u bidliet fl-assi.

1.90 Fis-SEK issir distinzjoni bejn il-proprjetà legali u l-proprjetà ekonomika. Il-kriterju għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta’ merkanzija minn unità waħda għal oħra huwa li l-proprjetà ekonomika tgħaddi minn waħda għall-oħra. Il-proprjetarju legali huwa l-unità intitolata bil-liġi għall-benefiċċji tal-pussess. Madankollu, proprjetarju legali jista’ jagħmel kuntratt ma’ unità oħra sabiex din tal-aħħar taċċetta r-riskji u l-kumpensi mill-użu tal-merkanzija prodotta, inkambju għall-ħlas li jintlaħaq ftehim dwaru. In-natura tal-ftehim hija kirja finanzjarja, li fiha l-pagamenti jirriflettu biss it-tqegħid tal-assi għad-dispożizzjoni ta’ min jissellef mingħand il-fornitur. Pereżempju, meta bank ikun il-proprjetarju legali ta’ ajruplan, iżda jidħol f’arranġament ta’ kirja finanzjarja ma’ kumpanija tal-ajru sabiex topera l-ajruplan, il-kumpanija tal-ajru titqies bħala l-proprjetarju tal-ajruplan għall-finijiet tat-transazzjonijiet fil-kontijiet. Fl-istess ħin li l-kumpanija tal-ajru tintwera bħala li xtrat l-ajruplan, jiġi imputat self mill-bank lill-kumpanija tal-ajru li jirrifletti l-ammonti li għandhom jitħallsu fil-futur għall-użu tal-ajruplan.

1.91 Għal unità jew settur, il-kontabbiltà nazzjonali hija bbażata fuq il-prinċipju tal-informazzjoni doppja. Kull transazzjoni għandha tiġi rreġistrata darbtejn, darba bħala riżorsa (jew bidla fil-passivi) u darba bħala użu (jew bidla fl-assi). It-total tat-transazzjonijiet irreġistrati bħala riżorsi jew bidliet fil-passivi u t-total tat-transazzjonijiet irreġistrati bħala użi jew bidliet fl-assi għandhom ikunu ugwali, u b’hekk jippermettu li tiġi vverifikata l-konsistenza tal-kontijiet.

1.92 Il-kontijiet nazzjonali — bl-unitajiet kollha u s-setturi kollha — għandhom ikunu bbażati fuq prinċipju ta’ informazzjoni kwadruppla, minħabba li l-biċċa l-kbira tat-transazzjonijiet jinvolvu żewġ unitajiet istituzzjonali. Kull transazzjoni għandha tiġi rreġistrata darbtejn miż-żewġ partijiet involuti fit-transazzjoni. Pereżempju, benefiċċju soċjali fi flus kontanti mħallas minn unità tal-gvern lil unità domestika jiġi rreġistrat fil-kontijiet tal-gvern bħala użu taħt trasferimenti u akkwist negattiv ta’ assi taħt flus u depożiti; fil-kontijiet tas-settur tal-unitajiet domestiċi, din hija rreġistrata bħala riżorsa taħt trasferimenti u akkwist ta’ assi taħt flus u depożiti.

1.93 It-transazzjonijiet f’unità waħda (bħall-konsum tal-output mill-istess unità li pproduċietu) jirrikjedu żewġ biċċiet ta’ informazzjoni biss, li l-valuri tagħhom għandhom jiġu stmati.

Valutazzjoni

1.94 Bl-eċċezzjoni ta’ xi varjabbli li jikkonċernaw il-popolazzjoni u x-xogħol, is-sistema SEK 2010 turi l-flussi u l-istokks kollha f’termini monetarji. Il-flussi u l-istokks għandhom jitkejlu skont il-valur tal-kambju tagħhom, jiġifieri l-valur li bih il-flussi u l-istokks jiġu, jew ikunu jistgħu jiġu, skambjati għal flus kontanti. B’hekk, il-prezzijiet tas-suq huma r-referenza tas-SEK għall-valutazzjoni.

1.95 Fil-każ tat-transazzjonijiet monetarji u l-holdings ta’ flus kontanti u passivi, il-valuri rikjesti huma direttament disponibbli. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-oħrajn, l-aħjar metodu għall-valutazzjoni huwa b’referenza għall-prezzijiet tas-suq għal merkanzija, servizzi u assi analogi. Dan il-metodu jintuża, pereżempju għat-tpartit u għas-servizzi ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid. Meta l-prezzijiet tas-suq għal prodotti analogi mhumiex disponibbli, pereżempju fil-każ ta’ servizzi mhux tas-suq prodotti mill-gvern, il-valutazzjoni ssir billi jingħaddu l-ispejjeż tal-produzzjoni. Jekk ma jkunx hemm prezz tas-suq li jista’ jservi ta’ referenza, u l-ispejjeż ma jkunux disponibbli, imbagħad il-flussi u l-istokks ikunu jistgħu jiġu vvalutati fuq il-valur attwali skontat tar-ritorni futuri mistennija. Dan il-metodu tal-aħħar għandu jintuża biss bħala l-aħħar rimedju.

1.96 L-istokks jiġu vvalutati fuq il-prezzijiet attwali fil-mument li għalih hija relatata l-karta tal-bilanċ, mhux għall-mument tal-produzzjoni jew l-akkwist tal-merkanzija jew l-assi li jiffurmaw l-istokks. Huwa neċessarju li l-istokks jiġu vvalutati fuq il-valuri attwali tal-akkwist, stmati u bil-miktub, jew fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni.

1.97 Bħala riżultat tal-ispejjeż tat-trasport, il-marġnijiet tal-kummerċ u t-taxxi bit-tnaqqis ta’ sussidji fuq prodotti, il-produttur u l-utent ta’ prodott partikolari normalment jipperċepixxu l-valur tiegħu b’mod differenti. Sabiex iżżomm kemm jista’ jkun qrib tal-fehmiet tal-partijiet involuti fit-transazzjoni, is-sistema SEK 2010 tirreġistra l-użi kollha fuq il-prezzijiet tax-xerrej, li jinkludu l-ispejjeż tat-trasport, il-marġnijiet tal-kummerċ u t-taxxi bit-tnaqqis ta’ sussidji fuq prodotti, filwaqt li l-output huwa rreġistrat bi prezzijiet bażiċi, li jeskludu dawk l-elementi.

1.98 L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti għandhom jiġu rreġistrati f’valuri konfinali. L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet totali huma vvalutati fil-fruntiera doganali tal-esportatur, jew ħielsa abbord (free on board — FOB). Servizzi ta’ trasport u assigurazzjoni barranin bejn il-fruntieri tal-importatur u l-esportatur mhumiex inklużi fil-valur tal-merkanzija iżda huma rreġistrati taħt servizzi. Minħabba li jista’ ma jkunx possibbli li jinkisbu valuri FOB għall-analiżi dettaljata tal-prodott, it-tabelli li fihom dettalji dwar il-kummerċ barrani juru l-oġġetti impurtati vvalutati fil-fruntiera doganali tal-importatur (valur CIF). Is-servizzi kollha ta’ trasport u assigurazzjoni għall-fruntiera tal-importatur huma inklużi fil-valur tal-oġġetti impurtati. Sa fejn dawn is-servizzi jikkonċernaw is-servizzi domestiċi, isir aġġustament FOB/CIF globali f’din il-preżentazzjoni.

1.99 Valutazzjoni bi prezzijiet kostanti hija l-valutazzjoni ta’ flussi u stokks matul il-perijodu bażi tal-kontijiet bil-prezzijiet ta’ perijodu preċedenti. L-iskop tal-valutazzjoni bi prezzijiet kostanti huwa li jiġu dekomposti l-bidliet biż-żmien fil-valuri ta’ flussi u stokks fi prezz u bidla fil-volum. Flussi u stokks bi prezzijiet kostanti huma deskritti li huma f’termini ta’ volum.

1.100 Ħafna flussi u stokks, pereżempju l-introjtu, ma għandhomx dimensjonijiet ta’ prezz u kwantità tagħhom stess. Madankollu, il-kapaċità tal-akkwist ta’ tali varjabbli tista’ tinkiseb permezz tat-tnaqqis ta’ valuri attwali b’indiċi ta’ prezzijiet xieraq, pereżempju l-indiċi ta’ prezzijiet għal użi nazzjonali finali, esklużi l-bidliet fl-inventarju. Flussi u stokks imnaqqsin huwa deskritt ukoll li huma f’termini reali. Eżempju huwa l-introjtu reali disponibbli.

Żmien ta’ reġistrazzjoni

1.101 Il-flussi għandhom jiġu rreġistrati fuq il-bażi tad-dovuti; jiġifieri, meta l-valur ekonomiku huwa maħluq, ittrasformat jew mitfi, jew meta jiġu ttrasformati jew ikkanċellati pretensjonijiet u passivi riżultanti.

1.102 L-output huwa rreġistrat meta jkun prodott u mhux meta jħallas għalih xerrej. Il-bejgħ ta’ ass huwa rreġistrat meta jinbidel il-proprjetarju tal-ass, mhux meta jsir il-ħlas korrispondenti. L-interess huwa rreġistrat fil-perijodu bażi tal-kontijiet meta jakkumula, irrelevanti minn jekk tħallasx f’dak il-perijodu jew le. Ir-reġistrazzjoni fuq il-bażi tad-dovuti tapplika għall-flussi kollha, monetarji u mhux monetarji u intraunità kif ukoll flussi bejn l-unitajiet.

1.103 Jista’ jkun neċessarju li dan l-approċċ ma jibqax daqstant rigoruż għat-taxxi u flussi oħrajn li jikkonċernaw il-gvern ġenerali, li huma ta’ sikwit irreġistrati fuq bażi ta’ flus kontanti fil-kontijiet tal-gvern. Jista’ jkun diffiċli li titwettaq trasformazzjoni eżatta ta’ tali flussi mill-bażi ta’ flus kontanti għall-bażi tad-dovuti u għalhekk jista’ jintuża metodu approssimattiv.

1.104 Bħala eċċezzjoni għar-regoli ġenerali li jirregolaw ir-reġistrazzjoni tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali pagabbli lill-gvern ġenerali, dawn jistgħu jiġu rreġistrati bħala nett mill-parti li x'aktarx ma tinġabarx jew, jekk din il-parti hija inkluża, tiġi newtralizzata fl-istess perijodu bażi tal-kontijiet permezz ta’ trasferiment tal-kapital mill-gvern ġenerali għas-setturi relevanti.

1.105 Il-flussi għandhom jiġu rreġistrati fl-istess mument għall-unitajiet istituzzjonali kollha involuti u għall-kontijiet kollha. L-unitajiet istituzzjonali mhux dejjem japplikaw l-istess regoli ta’ kontabbiltà. Anki meta japplikawhom, jista’ jkun hemm differenzi fir-reġistrazzjoni proprja għal raġunijiet prattiċi bħad-dewmien fil-komunikazzjoni. Konsegwentement, it-transazzjonijiet jistgħu jiġu rreġistrati f’mumenti differenti mit-transazzjonijiet involuti. Dawn id-diskrepanzi għandhom jiġu eliminati permezz tal-aġġustamenti.

Konsolidazzjoni u netting

1.106 Il-konsolidazzjoni tirreferi għall-eliminazzjoni, kemm mill-użi u mir-riżorsi, ta’ transazzjonijiet li jseħħu bejn l-unitajiet meta jkunu aggruppati, u għall-eliminazzjoni ta’ assi u passivi finanzjarji reċiproki. Dan jiġri komunament meta l-kontijiet ta’ sottosetturi tal-gvern ġenerali huma kkombinati.

1.107 Bħala prinċipju, il-flussi u l-istokks bejn l-unitajiet kostitwenti fis-sottosetturi jew is-setturi m'għandhomx ikunu konsolidati.

1.108 Madankollu, il-kontijiet konsolidati jistgħu jinbnew għal preżentazzjonijiet u analiżi komplementari. L-informazzjoni dwar it-transazzjonijiet ta’ tali (sub)setturi ma’ setturi oħrajn u l-pożizzjoni finanzjarja “esterna” korrispondenti tista’ tkun aktar sinifikanti miċ-ċifri grossi globali.

1.109 Barra minn hekk, il-kontijiet u t-tabelli li juru r-relazzjoni kreditur/debitur jipprovdu stampa dettaljata tal-finanzjament tal-ekonomija u huma kkunsidrati utli ħafna għall-fehim tal-kanali li minnhom jiċċaqilqu l-eċċessi ta’ finanzjament minn dak li finalment jagħti s-self għal dak li finalment jieħu s-self.

1.110 Unitajiet jew setturi individwali jistgħu jkollhom l-istess tip ta’ transazzjoni kemm bħala użu u bħala riżorsa (pereżempju, it-tnejn li huma jħallsu u jirċievu l-interessi) u l-istess tip ta’ strument finanzjarju kemm bħala ass u bħala passiv. L-approċċ fis-SEK huwa reġistrazzjoni gross, minbarra l-grad ta’ netting inerenti fil-klassifikazzjonijiet fihom infushom.

1.111 In-netting huwa impliċitu f’diversi kategoriji ta’ transazzjonijiet, u l-aktar eżempju eċċellenti huwa l-“bidliet fl-inventarji”, li jenfasizza l-aspett sinifikanti b’mod analitiku tal-formazzjoni globali tal-kapital aktar milli l-intraċċar ta’ kuljum ta’ addizzjonijiet u rtirar. B’mod simili, bi ftit eċċezzjonijiet, il-kont finanzjarju u bidliet oħrajn fil-kontijiet tal-assi jirreġistraw żieda fl-assi u l-passivi fuq bażi netta, u tinħareġ il-konsegwenza finali ta’ dawk it-tipi ta’ flussi fi tmiem il-perijodu bażi tal-kontijiet.

Kontijiet, entrati saldatorji u aggregati

1.112 Għall-unitajiet jew il-gruppi ta’ unitajiet, il-kontijiet differenti jirreġistraw transazzjonijiet li huma konnessi ma’ aspett speċifiku tal-ħajja ekonomika (pereżempju, il-produzzjoni). Għall-kont ta’ produzzjoni, it-tranżazzjonijiet ma jindikawx bilanċ bejn l-utenti u r-riżorsi mingħajr l-introduzzjoni ta’ entrata saldatorja. Bl-istess mod, entrata saldatorja (valur nett) għandha tiġi introdotta bejn it-total tal-assi u t-total tal-passivi ta’ unità istituzzjonali jew settur. L-entrati saldatorji huma miżuri sinifikanti ta’ prestazzjoni ekonomika fihom infushom. Meta jingħaddu għall-ekonomija sħiħa, huma jkunu aggregati sinifikanti.

Is-sekwenza ta’ kontijiet

1.113 Is-sistema SEK 2010 hija mibnija madwar sekwenza ta’ kontijiet interkonnessi. Is-sekwenza sħiħa ta’ kontijiet għall-unitajiet istituzzjonali u s-setturi hija magħmula minn kontijiet kurrenti, kontijiet tad-dovuti u karti tal-bilanċ.

1.114 Il-kontijiet kurrenti jittrattaw il-produzzjoni, il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u r-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-użu ta’ tali introjtu f’forma ta’ konsum finali. Il-kontijiet tad-dovuti jkopru bidliet fl-assi u l-passivi u bidliet fil-valur nett (id-differenza għal kwalunkwe unità istituzzjonali jew grupp ta’ unitajiet bejn l-assi u l-passivi tagħha). Il-karti tal-bilanċ jippreżentaw stokks ta’ assi u passivi u l-valur nett.

1.115 Is-sekwenza ta’ kontijiet għall-KAUs u l-industriji lokali titqassar għall-ewwel kont kurrenti: il-kont tal-produzzjoni u l-kont tal-ġenerazzjoni tal-introjtu, li l-entrata saldatorja tagħhom hija eċċess operattiv.

Il-kont ta’ oġġetti u servizzi

1.116 Il-kont ta’ oġġetti u servizzi juri, għall-ekonomija fl-intier tagħha jew għal gruppi ta’ prodotti, ir-riżorsi totali (output u oġġetti impurtati) u l-użi ta’ oġġetti u servizzi (konsum intermedju, konsum finali, bidliet fl-inventarju, formazzjoni tal-kapital gross fiss, akkwisti bit-tnaqqis taċ-ċessjonijiet ta’ affarijiet prezzjużi, u oġġetti esportati). Dan il-kont mhux kont fl-istess sens tal-oħrajn fis-sekwenza, u ma jiġġenerax entrata saldatorja li tiġi mgħoddija għall-kont li jmiss fis-sekwenza. Huwa pjuttost il-preżentazzjoni f’forma ta’ tabella ta’ identità tal-kontabbiltà, li skont hi l-provvista hija ugwali għad-domanda għall-prodotti u l-gruppi ta’ prodotti kollha fl-ekonomija.

Il-kont tal-bqija tad-dinja

1.117 Il-kont tal-bqija tad-dinja jkopri transazzjonijiet bejn unitajiet istituzzjonali residenti u mhux residenti u stokks relatati ta’ assi u passivi.

Minħabba li l-bqija tad-dinja għandha rwol fl-istruttura tal-kontabbiltà simili għal dik ta’ settur istituzzjonali, il-kont tal-bqija tad-dinja huwa stabbilit mill-perspettiva tal-bqija tad-dinja. Riżorsa għall-bqija tad-dinja hija użu għall-ekonomija totali u viċe versa. Jekk l-entrata saldatorja hija pożittiva, dan ifisser eċċess tal-bqija tad-dinja u defiċit mill-ekonomija totali, u viċe versa jekk l-entrata saldatorja hija negattiva.

Il-kont tal-bqija tad-dinja mhuwiex bħall-kontijiet tas-setturi l-oħrajn għaliex ma jurix it-transazzjonijiet ta’ kontabbiltà kollha fil-bqija tad-dinja, iżda dawk biss li għandhom kontroparti fl-ekonomija domestika li qiegħda tiġi mkejla.

Entrati saldatorji

1.118 Entrata saldatorja tinkiseb billi jitnaqqas il-valur totali ta’ informazzjoni fuq naħa waħda ta’ kont mill-valur totali fuq in-naħa l-oħra.

L-entrati saldatorji jinkorporaw ħafna informazzjoni u jinkludu ftit mill-aktar informazzjoni importanti fil-kontijiet, kif jintwera fl-eżempji li ġejjin ta’ entrati saldatorji: valur miżjud, eċċess operattiv, introjtu disponibbli, tfaddil, tislif nett/self nett.

Id-dijagramma li ġejja turi s-sekwenza ta’ kontijiet f’forma ta’ fluss — kull entrata saldatorja tintwera b’tipa skura.

image

1.119 L-ewwel kont fis-sekwenza huwa l-kont ta’ produzzjoni, li jirreġistra l-outputs u l-inputs tal-proċess ta’ produzzjoni, u jħalli l-valur miżjud bħala l-entrata saldatorja.

1.120 Wara, il-valur miżjud jitmexxa ’l quddiem għall-kont li jmiss li huwa l-kont tal-ġenerazzjoni tal-introjtu. Hawn il-kumpens tal-impjegati fil-proċess ta’ produzzjoni jiġi rreġistrat, kif ukoll it-taxxi dovuti lill-gvern minħabba l-produzzjoni, sabiex l-eċċess operattiv (jew introjtu imħallat minn min jaħdem għal rasu tas-settur tal-unitajiet domestiċi) ikun jista’ tiġi dderivat bħala l-entrata saldatorja għal kull settur. Dan il-pass huwa neċessarju sabiex l-ammont ta’ valur miżjud miżmum fis-settur tal-produzzjoni bħala eċċess operattiv jew introjtu mħallat ikun jista’ jiġi mkejjel.

1.121 Imbagħad il-valur miżjud, diżaggregat f’kumpens tal-impjegati, taxxi u eċċess operattiv/introjtu mħallat, jitmexxa ’l quddiem permezz ta’ din id-diżaggregazzjoni għall-allokazzjoni ta’ kont tal-introjtu primarju. Id-diżaggregazzjoni tippermetti l-allokazzjoni ta’ introjtu minn kull fattur għas-settur riċevitur, kuntrarju għas-settur tal-produzzjoni. Pereżempju, il-kumpens kollu tal-impjegati huwa allokat bejn is-settur tal-unitajiet domestiċi u s-settur tal-bqija tad-dinja, filwaqt li l-eċċess operattiv jibqa’ fis-settur tal-korporazzjonijiet fejn huwa ġġenerat. Il-flussi tal-introjtu mill-proprjetà fis-settur, u dawk barra mis-settur, huma rreġistrati f’dan il-kont ukoll, sabiex l-entrata saldatorja tkun il-bilanċ ta’ introjtu primarju li jnixxi fis-settur.

1.122 Il-kont li jmiss jirreġistra r-ridistribuzzjoni ta’ dan l-introjtu permezz ta’ trasferimenti — il-kont tad-distribuzzjoni sekondarja tal-introjtu. L-istrumenti prinċipali tar-ridistribuzzjoni huma t-taxxi tal-gvern fuq, u l-benefiċċji soċjali għal, is-settur tal-unitajiet domestiċi. L-entrata saldatorja hija l-introjtu disponibbli.

1.123 Is-sekwenza prinċipali ta’ kontijiet prinċipali tkompli għall-użu ta’ kont tal-introjtu disponibbli; kont relevanti għas-settur tal-unitajiet domestiċi minħabba li hawn tiġi rreġistrata n-nefqa finali tal-unitajiet domestiċi, u t-tfaddil tal-unitajiet domestiċi jitħalla bħala l-entrata saldatorja.

1.124 Fl-istess ħin jinħoloq kont parallel, il-kont tar-ridistribuzzjoni in natura tal-introjtu. Dan il-kont għandu l-iskop speċifiku li jintwerew it-trasferimenti soċjali in natura bħala trasferiment imputat mill-gvern għas-settur tal-unitajiet domestiċi, sabiex l-introjtu tal-unitajiet domestiċi jkun jista’ jitla’ bil-valur tas-servizzi individwali tal-gvern. Fil-kont li jmiss (l-użu tal-kont ta’ introjtu disponibbli aġġustat), l-użu tal-unitajiet domestiċi ta’ introjtu disponibbli jiżdied bl-istess ammont, bħallikieku s-settur tal-unitajiet domestiċi kien qiegħed jixtri s-servizzi individwali pprovduti mill-gvern. Dawk iż-żewġ imputazzjonijiet jinġiebu fix-xejn, sabiex l-entrata saldatorja tkun it-tfaddil, identiku għat-tfaddil fis-sekwenza prinċipali ta’ kontijiet.

1.125 It-tfaddil jittieħed għall-kont tal-kapital fejn jintuża biex jiffinanzja l-formazzjoni tal-kapital, u jippermetti t-trasferimenti tal-kapital ’il ġewwa u ’l barra mis-setturi. Nfiq nieqes jew infiq żejjed fuq l-akkwist ta’ assi reali jirriżultaw fl-entrata saldatorja jew f’self. It-tislif nett huwa eċċess misluf, u s-self nett huwa l-finanzjament ta’ defiċit.

1.126 Finalment, il-kontijiet finanzjarji jintlaħqu, fejn jitfasslu t-tislif u s-self dettaljati ta’ kull settur sabiex tiġi osservata entrata saldatorja tat-tislif jew is-self nett. Dan għandu jaqbel eżattament mal-entrata saldatorja tat-tislif/self nett tal-kont kapitali, u kwalunkwe differenza għandha tkun diskrepanza ta’ kejl bejn ir-reġistrazzjonijiet reali u finanzjarji tal-attività ekonomika.

1.127 Meta tiġi kkunsidrata r-ringiela tal-aħħar tad-dijagramma, il-kont fuq in-naħa tax-xellug huwa l-karta tal-bilanċ tal-ftuħ, li juri l-livell tal-assi u l-passivi kollha, kemm reali u finanzjarji, bil-bidu ta’ perijodu speċifiku. Il-ġid ta’ ekonomija huwa mkejjel permezz tal-valur nett tagħha (assi mingħajr il-passivi) u dan jintwera fl-aħħar tal-karta tal-bilanċ.

1.128 Mix-xellug għal-lemin tal-bilanċi ta’ ftuħ, id-diversi bidliet fl-assi u l-passivi li jseħħu fil-perijodu bażi tal-kontijiet huma rreġistrati. Il-kont tal-kapital u l-kontijiet finanzjarji juru l-bidliet minħabba t-transazzjonijiet f’assi reali u assi finanzjarji u passivi rispettivament. Fin-nuqqas ta’ effetti oħrajn, dan jippermetti l-kalkolu immedjat tal-pożizzjoni ta’ għeluq, billi l-bidliet jiżdiedu mal-pożizzjoni tal-ftuħ.

1.129 Madankollu l-bidliet jistgħu jseħħu barra miċ-ċiklu ekonomiku ta’ produzzjoni u konsum, u tali bidliet jaffettwaw il-valuri tal-assi u l-passivi fil-perijodu ta’ għeluq. Tip ta’ bidla huwa bidla fil-volum ta’ assi — bidliet reali fil-kapital fiss li jirriżulta minn avvenimenti li mhumiex parti mill-ekonomija. Eżempju ta’ dan huwa telf katastrofiku — terremot kbir, fejn ammont sinifikanti ta’ assi jitkissru mhux permezz ta’ transazzjoni ekonomika ta’ skambju jew trasferiment. Dan it-telf għandu jiġi rreġistrat fil-bidliet l-oħrajn fil-kont tal-volumi, sabiex jirrappreżenta l-livell aktar baxx ta’ assi milli mistenni purament billi jintwerew l-avvenimenti ekonomiċi. It-tieni mod ta’ kif l-assi (u l-passivi) jistgħu jibdlu l-valur, minbarra bħala riżultat ta’ transazzjoni ekonomika, huwa permezz ta’ bidla fil-prezz li tirriżulta minn qligħ u telf nominali fl-istokk ta’ assi miżmuma. Din il-bidla hija rreġistrata fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni. Li jiġu permessi dawn iż-żewġ effetti żejda fuq il-valuri tal-istokk ta’ assi u passivi jippermetti li l-valuri tal-karta tal-bilanċ ta’ għeluq jiġu stmati bħala l-pożizzjoni tal-ftuħ aġġustata għal dawn il-bidliet fil-fluss ta’ kontijiet tal-aħħar ringiela taċ-ċifra.

Aggregati

1.130 L-aggregati huma valuri komposti li jkejlu r-riżultat tal-attività tal-ekonomija totali; pereżempju, output, valur miżjud, introjtu disponibbli, konsum finali, tfaddil, formazzjoni tal-kapital, eċċ. Għalkemm il-kalkolu tal-aggregati mhuwiex l-iskop uniku tas-SEK, huma importanti bħala indikaturi sommarji għal skopijiet ta’ analiżi makroekonomika u ta’ paraguni fuq firxa ta’ żmien u spazju.

1.131 Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ aggregati:

(a) l-aggregati li jirreferu direttament għal transazzjonijiet fis-sistema SEK 2010, bħal output ta’ oġġetti u servizzi, konsum finali, formazzjoni tal-kapital gross fiss, kumpens ta’ impjegati, eċċ.;

(b) l-aggregati li jirrappreżentaw entrati saldatorji fil-kontijiet, bħall-PDG bil-prezzijiet tas-suq, l-eċċess operattiv tal-ekonomija totali, DNG, introjtu nazzjonali disponibbli, tfaddil, bilanċ kurrenti estern u l-valur nett tal-ekonomija totali (il-ġid nazzjonali).

1.132 Jeżistu użi importanti għall-kejl tal-kontijiet nazzjonali per capita tal-popolazzjoni. Għall-aggregati ta’ firxa wiesgħa bħall-PDG jew id-dħul nazzjonali jew il-konsum finali tal-unitajiet domestiċi, id-denominatur li komunament jintuża huwa l-popolazzjoni (residenti) totali. Meta jiġu sottosetturati l-kontijiet jew parti mill-kontijiet tas-settur tal-unitajiet domestiċi, data dwar l-għadd ta’ unitajiet domestiċi u l-għadd ta’ persuni li jagħmlu parti minn kull sottosettur tintuża wkoll.

1.133 Il-PDG huwa wieħed mill-aggregati prinċipali fis-SEK. Il-PDG huwa kejl tal-attività ekonomika totali li sseħħ f’territorju ekonomiku u li tlaqqa’ l-output mad-domanda finali fl-ekonomija. Hemm tliet modi li bihom jiġi mkejjel il-PDG bi prezzijiet tas-suq:

(1) l-approċċ ta’ produzzjoni, bħala t-total tal-valuri miżjuda mill-attivitajiet kollha li jipproduċu oġġetti u servizzi, flimkien ma’ taxxi bit-tnaqqis ta’ sussidji fuq il-prodotti;

(2) l-approċċ ta’ nefqa, bħala t-total tan-nefqiet finali kollha li jsiru bil-konsum tal-output finali tal-ekonomija, jew biż-żieda mal-ġid, flimkien mal-esportazzjonijiet bit-tnaqqis tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi;

(3) l-approċċ tal-introjtu, bħala t-total tal-introjtu kollu gwadanjat fil-proċess tal-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi flimkien mat-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet bit-tnaqqis ta’ sussidji.

1.134 Dawn it-tliet approċċi sabiex jiġi mkejjel il-PDG jirriflettu wkoll il-modi differenti li bihom il-PDG jista’ jiġi kkunsidrat f’termini ta’ komponenti. Il-valur miżjud jista’ jinqasam skont is-settur istituzzjonali, u skont it-tip ta’ attività jew industrija li qiegħda tikkontribwixxi għat-total, pereżempju agrikoltura, manifattura, bini, servizzi, eċċ.

In-nefqiet finali jistgħu jinqasmu skont it-tip: nefqa tal-unitajiet domestiċi, nefqa finali tal-NPISH, nefqa finali tal-gvern, bidla fl-inventarji, formazzjoni ta’ kapital fiss u esportazzjonijiet, bit-tnaqqis tal-ispiża tal-importazzjonijiet.

L-introjtu totali gwadanjat jista’ jinqasam skont it-tip ta’ introjtu — kumpens tax-xogħol, u eċċess operattiv.

1.135 Sabiex tinkiseb l-aħjar stima tal-PDG, hija prattika tajba li l-elementi ta’ dawn it-tliet approċċi jiġu introdotti f’qafas ta’ provvista u użu. Dan jippermetti li l-valur miżjud u l-istimi tal-introjtu skont l-industrija jiġu rrikonċiljati, u li jiġu bbilanċjati l-provvista u d-domanda għall-prodotti. Dan l-approċċ integrat jiżgura l-konsistenza bejn il-komponenti tal-PDG, u stima aħjar tal-livell ta’ PDG milli kieku jintuża biss kwalunkwe wieħed mit-tliet approċċi. Billi jitnaqqas il-konsum tal-kapital fiss mill-PDG, jinkiseb il-prodott nett domestiku bi prezzijiet tas-suq (NDP).

Il-qafas ta’ input–output

1.136 Il-qafas ta’ Input–Output (I-O) jgħaqqad flimkien komponenti mill-Valur Miżjud Gross (GVA), l-inputs u outputs tal-industriji, il-provvista u domanda għall-prodotti, u l-kompożizzjoni tal-użi u r-riżorsi minn settur istituzzjonali għal ieħor għall-ekonomija. Dan il-qafas jaqsam l-ekonomija sabiex juri t-transazzjonijiet tal-oġġetti u s-servizzi kollha bejn l-industriji u l-konsumaturi finali għal perijodu singolu (pereżempju, trimestru jew sena). L-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata b’żewġ modi:

(a) tabelli ta’ Provvista u Użu;

(b) tabelli Simmetriċi ta’ Input–Output.

Tabelli ta’ Provvista u Użu

1.137 It-tabelli ta’ provvista u użu juru l-ekonomija kollha skont l-industrija (pereżempju, l-industrija tal-karozzi) u l-prodotti (pereżempju, oġġetti tal-isports). It-tabelli juru r-rabtiet bejn komponenti tal-GVA, l-inputs u outputs tal-industrija, u l-provvista u domanda tal-prodotti. It-tabelli ta’ provvista u użu jorbtu flimkien setturi istituzzjonali differenti tal-ekonomija (eż. korporazzjonijiet pubbliċi) flimkien mad-dettall tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi, nefqa tal-gvern, nefqa tal-unitajiet domestiċi u l-NPISHs u l-formazzjoni tal-kapital.

1.138 Il-produzzjoni tat-tabelli ta’ provvista u użu tippermetti eżaminazzjoni tal-konsistenza u l-koerenza ta’ komponenti tal-Kontijiet Nazzjonali f’qafas singolu dettaljat u, billi jiġu inkorporati l-komponenti tat-tliet approċċi mal-kejl tal-PDG (jiġifieri l-produzzjoni, l-introjtu u n-nefqa), tippermetti stima singola tal-PDG li għandha tiġi ddeterminata.

1.139 Meta bbilanċjati b’mod integrat, it-tabelli ta’pProvvista u użu jipprovdu wkoll koerenza u konsistenza meta jorbtu flimkien il-komponenti tat-tliet kontijiet li ġejjin, u dawn huma:

(1) il-kont ta’ oġġetti u servizzi;

(2) il-kont ta’ produzzjoni (skont l-industrija u skont is-settur istituzzjonali); u

(3) il-kont ta’ ġenerazzjoni tad-dħul (skont l-industrija u skont is-settur istituzzjonali).

Tabelli simmetriċi ta’ input–output

1.140 It-Tabelli simmetriċi ta’ input–output huma dderivati mid-data fit-Tabelli ta’ provvista u użu u sorsi addizzjonali oħrajn sabiex jiffurmaw il-bażi teoretika għall-analiżi sussegwenti.

1.141 Dawn it-tabelli fihom tabelli simmetriċi (prodott wara prodott jew industrija wara industrija), l-Leontief Invers u analiżi dijanjostika oħra bħall-multiplikaturi tal-output. Dawn it-tabelli juru b’mod separat il-konsum ta’ oġġetti u servizzi prodotti u impurtati domestikament, u jipprovdu qafas teoretiku għal analiżi strutturali ulterjuri tal-ekonomija, inkluża l-kompożizzjoni u l-effett tal-bidliet fid-domanda finali fuq l-ekonomija.




KAPITOLU 2

UNITAJIET U RAGRUPPAMENTI TA’ UNITAJIET

2.01 L-ekonomija ta’ pajjiż hija sistema li biha istituzzjonijiet u persuni jinteraġixxu permezz ta’ skambji u trasferimenti ta’ oġġetti, servizzi u mezzi ta’ pagament (pereżempju flus kontanti) għall-produzzjoni u l-konsum ta’ oġġetti u servizzi.

Fl-ekonomija, unitajiet involuti f’interattività huma entitajiet ekonomiċi b’kapaċitajiet għal pussess ta’ assi, irfigħ ta’ responsabbiltajiet finanzjarji u involviment f’attivitajiet ekonomiċi u transazzjonijiet ma’ entitajiet oħrajn. Dawn jissejħu unitajiet istituzzjonali.

Id-definizzjonijiet tal-unitajiet użati fil-kontijiet nazzjonali jservu għal diversi skopijiet. L-ewwel nett, l-unitajiet huma l-elementi fundamentali li jintużaw biex jiddefinixxu l-ekonomiji f’termini ġeografiċi, pereżempju nazzjonijiet, reġjuni u gruppi ta’ nazzjonijiet bħalma huma unjonijiet monetarji jew politiċi. It-tieni, huma s-sisien essenzjali għar-raggruppament ta’ unitajiet f’setturi istituzzjonali. It-tielet, huma essenzjali għad-definizzjoni ta’ liema flussi u stokks ta’ fondi għandhom jiġu rreġistrati. Fil-prinċipju, transazzjonijiet bejn diversi partijiet tal-istess unità istituzzjonali ma jiġux irreġistrati fil-kontijiet nazzjonali.

2.02 L-unitajiet u r-ragruppamenti ta’ unitajiet użati fil-kontijiet nazzjonali għandhom jiġu definiti b’referenza għat-tip ta’ analiżi ekonomika li għaliha huma maħsubin, u mhux f’termini tat-tipi ta’ unitajiet li s-soltu jintużaw għall-istħarriġ ta’ statistika. It-tipi ta’ unitajiet (pereżempju impriżi, kumpanniji holding, unitajiet tat-tip ta’ attività, unitajiet lokali, dipartimenti governattivi, istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt, unitajiet domestiċi, eċċ.) ma jistgħux ikunu sodisfaċenti għall-għanijiet tal-kontijiet nazzjonali, għaliex dawn ikunu bbażati fuq kriterji ta’ natura legali, amministrattiva jew ta’ kontabbiltà.

L-uffiċjali inkarigati mill-istatistika għandhom iqisu d-definizzjonijiet tal-unitajiet ta’ analiżi kif stabbilit fis-SEK 2010), sabiex jiżguraw li fis-sondaġġi li fihom tkun inġabret id-data, jiddaħħlu gradwalment l-elementi kollha tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi kkompilata d-data msejsa fuq l-unitajiet ta’ analiżi użati fis-SEK 2010.

2.03 Karatteristika tas-sistema SEK 2010 hija l-użu ta’ tipi ta’ unitajiet li jikkorrispondu għal tliet metodi ta’ kif tista’ tiġi suddiviża l-ekonomija:

(1) sabiex jiġu analizzati l-flussi u l-pożizzjonijiet, huwa essenzjali li jingħażlu unitajiet li jiggarantixxu l-possibbiltà li jkunu jistgħu jiġu studjati r-relazzjonijiet tal-imġieba bejn l-aġenti ekonomiċi;

(2) sabiex jiġi analizzat il-proċess tal-produzzjoni, huwa essenzjali li jingħażlu unitajiet li juru r-relazzjonijiet ta’ natura teknikoekonomika, jew li jirriflettu attivitajiet lokali;

(3) sabiex ikun possibbli li ssir analiżi reġjonali, huma meħtieġa unitajiet li jirriflettu tipi lokali ta’ attività.

L-unitajiet istituzzjonali huma ddefiniti biex jiġi ssodisfat l-ewwel wieħed minn dawn l-għanijiet. Ir-relazzjonijiet, ta’ mġiba kif deskritti fil-punt (1), jeżiġu unitajiet li jirriflettu l-attività ekonomika istituzzjonali sħiħa tagħhom.

Il-proċessi ta’ produzzjoni, ir-relazzjonijiet teknikoekonomiċi u l-analiżi reġjonali msemmija fil-punti (2) u (3) jeżiġu unitajiet bħalma huma KAUs lokali. Deskrizzjoni ta’ dawn l-unitajiet tidher aktar ’il quddiem f’dan il-kapitolu.

Qabel ma jingħataw definizzjonijiet tal-unitajiet użati fis-SEK 2010, huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti l-limiti tal-ekonomija nazzjonali.

IL-LIMITI TAL-EKONOMIJA NAZZJONALI

2.04 L-unitajiet li jikkostitwixxu l-ekonomija ta’ pajjiż u li l-flussi u stokks ta’ fondi tagħhom huma rreġistrati fis-SEK 2010 huma dawk li huma residenti. Unità istituzzjonali hija residenti f’pajjiż meta jkollha ċ-ċentru tal-interess ekonomiku predominanti tagħha fit-territorju ekonomiku ta' dak il-pajjiż. Tali unitajiet huma magħrufin bħala unitajiet residenti irrispettivament min-nazzjonalità, mill-għamla ġuridika jew mill-preżenza fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż waqt li jwettqu xi transazzjoni.

2.05 Territorju ekonomiku jikkonsisti f’dan li ġej:

(a) iż-żona (it-territorju ġeografiku) li taqa’ taħt l-amministrazzjoni effettiva u l-kontroll ekonomiku ta’ gvern uniku;

(b) iż-żoni ħielsa kollha, inklużi l-imħażen doganali u l-fabbriki taħt il-kontroll tad-dwana;

(c) l-ispazju tal-ajru nazzjonali, l-ibħra territorjali u l-pjattaforma kontinentali li tinsab fl-ibħra internazzjonali, li għaliha l-pajjiż igawdi minn drittijiet esklużivi;

(d) żoni territorjali, fejn dawn ikunu territorji ġeografiċi li jinsabu fil-bqija tal-dinja u użati, skont trattati jew ftehim internazzjonali bejn l-Istati, minn aġenziji ġenerali tal-gvern tal-pajjiż (bħal ambaxxati, konsulati, bażijiet militari, bażijiet xjentifiċi, eċċ.);

(e) depożiti ta’ żejt, gass naturali, eċċ. f’ibħra internazzjonali lil hinn mill-pjattaforma kontinentali tal-pajjiż, imħaddma minn unitajiet residenti fit-territorju kif iddefinit fil-punti (a) sa (d).

Bastimenti tas-sajd, bastimenti oħra, pjattaformi f’wiċċ il-baħar u inġenji tal-ajru huma ttrattati fis-SEK bħalma huwa ttrattat tagħmir ieħor mobbli, kemm jekk ikun proprjetà ta’ u/jew operat minn unitajiet residenti fil-pajjiż, u jekk ikun proprjetà ta’ dawk li mhux residenti u operat minn unitajiet residenti. Transazzjonijiet li jinvolvu s-sjieda (formazzjoni ta’ kapital fiss gross) u użu (kera, assigurazzjoni, eċċ.) ta’ tagħmir mobbli huma attribwiti lill-ekonomija tal-pajjiż li fih is-sid u/jew l-operatur huma residenti rispettivament. F’każijiet ta’ leasing, finanzjarju, huwa preżunt tibdil fis-sjieda.

Territorju ekonomiku jista’ jkun żona ikbar jew iżgħar minn dik iddefinita hawn fuq. Eżempju ta’ żona ikbar hu unjoni monterja bħall-Unjoni Monetarja Ewropea; eżempju ta' żona iżgħar hu parti ta' pajjiż bħal reġjun.

2.06 Territorju ekonomiku jeskludi żoni li jkunu jinsabu lil hinn mit-territorju u ’l barra minnu.

Il-partijiet tat-territorju ġeografiku proprju tal-pajjiż użati minn dawn l-organizzazzjonijiet li ġejjin huma esklużi wkoll:

(a) aġenziji ġenerali governattivi ta’ pajjiżi oħra;

(b) l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni Ewropea; u

(c) istituzzjonijiet internazzjonali li jaqgħu taħt trattati internazzjonali bejn l-istati.

It-territorji użati mill-istituzzjonijiet u entitajiet tal-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali huma territorji ekonomiċi separati. Aspett ta’ territorji ta’ dan it-tip huwa li l-uniċi residenti huma l-istituzzjonijiet.

2.07 “Ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti” jindika l-eżistenza ta’ lokalità fit-territorju ekonomiku ta' pajjiż fejn unità tkun involuta f’attivitajiet u transazzjonijiet ekonomiċi fuq skala sinifikanti, jew għal perijodu indefinit jew għal matul żmien limitat iżda għal perijodu ta’ żmien twil (għal żmien sena jew aktar). Is-sjieda tal-art u l-bini fit-territorju ekonomiku titqies biżżejjed fiha nnifisha biex is-sid ikollu ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti hemmhekk.

L-impriżi kważi dejjem ikunu marbuta ma’ ekonomija unika biss. Teżisti t-tendenza li jirriżultaw rekwiżiti ta’ tassazzjoni u legali oħrajn meta tintuża entità legali separata għal operazzjonijiet f’kull ġurisdizzjoni legali. Barra minn dan, hija identifikata unità istituzzjonali separata għal raġunijiet statistiċi meta entità legali unika jkollha operazzjonijiet sostanzjali f’żewġ territorji jew aktar (eż., għall-fergħat, sjieda ta’ art, u impriżi multiterritorjali). Bħala riżultat tal-qsim ta’ entitajiet legali bħal dawn, ir-residenza ta’ kull waħda mill-impriżi sussegwentement identifikata toħroġ ċara. “Ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti” ma tfissirx li entitajiet b’operazzjonijiet sostanzjali f’żewġ territorji jew aktar ma għandhomx jinqasmu.

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dimensjoni fiżika ta’ intrapriża, ir-residenza tagħha tiġi ddeterminata skont it-territorju ekonomiku li bil-liġijiet tiegħu l-intrapriża tkun inkorporata jew irreġistrata.

2.08 L-unitajiet li jitqiesu bħala residenti ta’ pajjiż jistgħu jerġgħu jinqasmu kif ġej:

(a) unitajiet li huma involuti fil-produzzjoni, il-finanzi, l-assigurazzjoni u r-ridistribuzzjoni, f’rabta mat-transazzjonijiet kollha tagħhom ħlief dawk marbuta mas-sjieda tal-art u l-bini;

(b) unitajiet li huma prinċipalment involuti fil-konsum, f’rabta mat-transazzjonijiet kollha tagħhom ħlief dawk marbuta mas-sjieda tal-art u l-bini;

(c) l-unitajiet kollha fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien ta’ art u bini ħlief għas-sidien ta’ żoni lil hinn u ’l barra mit-territorju li huma parti mit-territorju ekonomiku ta’ pajjiżi oħra jew li huma stati indipendenti.

2.09 Fejn għandhom x’jaqsmu unitajiet li mhumiex unitajiet domestiċi, għandha ssir distinzjoni bejn iż-żewġ każijiet li ġejjin fir-rigward tat-transazzjonijiet kollha tagħhom għajr għal dawk marbuta ma’ sjieda ta’ art u bini:

(a) attività li hija mwettqa esklussivament fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż: unitajiet li jwettqu attività bħal din huma unitajiet residenti tal-pajjiż;

(b) attività mwettqa għal tul ta’ sena jew aktar fit-territorji ekonomiċi ta’ diversi pajjiżi: dik il-parti tal-unità biss li għandha ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż titqies bħala unità residenti ta’ dak il-pajjiż.

Unità residenti istituzzjonali tista’ tkun unità residenti nozzjonali, fir-rigward tal-attività mwettqa għal tul ta’ sena jew aktar li hija residenti f’pajjiż ieħor. Meta attività ta’ dan it-tip titwettaq għal inqas minn sena, l-attività tibqa' parti mill-attivitajiet tal-unità istituzzjonali produttriċi, u l-ebda unità istituzzjonali separata ma tkun rikonoxxuta. Meta l-attività tkun waħda insinifikanti, anki jekk iddum aktar minn sena, u fil-każ ta’ installazzjoni ta’ tagħmir barra l-pajjiż, l-ebda unità separata ma tiġi rikonoxxuta u l-attivitajiet jiġu rreġistrati bħal dawk tal-unità istituzzjonali produttriċi.

2.10 Unitajiet domestiċi ħlief fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien ta’ art u bini huma unitajiet residenti tat-territorju ekonomiku fejn ikollhom ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti. Huma jibqgħu residenti irrispettivament minn perijodi f’pajjiż barrani ta’ anqas minn sena. Huma għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dan li ġej:

(a) ħaddiema transkonfinali, li huma ddefiniti bħala dawk il-persuni li kuljum jaqsmu l-fruntiera biex imorru għax-xogħol f’pajjiż ġar;

(b) ħaddiema staġunali, li huma ddefiniti bħala persuni li jitilqu mill-pajjiż għal diversi xhur skont l-istaġun, iżda mhux għal aktar minn sena;

(c) turisti, pazjenti, studenti, uffiċjali fuq żjarat, negozjanti, bejjiegħa, artisti u membri ta’ ekwipaġġi li jivvjaġġaw barra mill-pajjiż;

(d) persunal irreklutat lokalment li jaħdem fiż-żoni lil hinn u ’l barra mit-territorju li jaqgħu taħt gvern barrani;

(e) il-persunal tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali ċivili jew militari li l-kwartieri tagħhom jinsabu f’żoni u ’l barra mit-territorju;

(f) rappreżentanti uffiċjali, ċivili jew militari tal-gvern tal-pajjiż (inklużi l-unitajiet domestiċi tagħhom) stabbiliti f’żoni territorjali.

L-istudenti huma dejjem ittrattati bħala residenti, irrispettivament minn kemm ikun twil iż-żmien li jqattgħu jistudjaw barra mill-pajjiż.

2.11 L-unitajiet kollha fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien ta’ art u/jew bini li jiffurmaw parti mit-territorju ekonomiku huma unitajiet residenti jew unitajiet residenti nozzjonali tal-pajjiż li fih ikunu jinsabu dik l-art jew dawk il-bini inkwistjoni.

L-UNITAJIET ISTITUZZJONALI

2.12  Definizzjoni: unità istituzzjonali hija entità ekonomika kkaratterizzata minn awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-eżekuzzjoni tal-funzjoni prinċipali tagħha. Unità residenti titqies bħala unità istituzzjonali fit-territorju ekonomiku fejn għandha ċ-ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti tagħha jekk ikollha awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u, jew iżżomm ġabra sħiħa ta’ kontijiet jew tkun tista’ tikkompila ġabra sħiħa ta’ kontijiet.

Biex ikollha awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tat-twettiq tal-funzjoni prinċipali tagħha, entità għandha tkun:

(a) intitolata għal assi u oġġetti proprji tagħha bis-saħħa ta’ drittijietha; u tkun tista’ tiskambja sjieda ta’ oġġetti u assi permezz ta’ transazzjonijiet ma’ unitajiet istituzzjonali oħra;

(b) permessa tagħmel deċiżjonijiet ekonomiċi u tinvolvi ruħha f’attivitajiet ekonomiċi li għalihom hija nnifisha titqies responsabbli direttament quddiem il-liġi;

(c) kapaċi ġġarrab passivi f’isimha, u tidħol għal obbligi oħrajn jew impenji ulterjuri u tidħol f’kuntratti; u

(d) kapaċi tiġbor ġabra sħiħa ta’ kontijiet li tkun tikkonsisti f’dokumentazzjoni ta’ kontabbiltà li tkopri t-transazzjonijiet kollha li jkunu twettqu matul il-perijodu bażi tal-kontijiet, u karta tal-bilanċ tal-assi u l-passivi.

2.13 Il-prinċipji li ġejjin japplikaw kull meta entità ma jiddistingwixxuhiex il-karatteristiċi ta’ unità istituzzjonali:

(a) l-unitajiet domestiċi dejjem jitqiesu li jgawdu awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet marbuta mat-twettiq tal-funzjoni prinċipali tagħhom u għalhekk huma unitajiet istituzzjonali minkejja dan, anki jekk ma jkollhomx fil-pussess tagħhom ġabra sħiħa ta’ kontijiet;

(b) entitajiet li ma jżommux ġabra sħiħa ta’ kontijiet, u li ma jkunux kapaċi jikkompilaw ġabra sħiħa ta' kontijiet jekk ikun meħtieġ, mhumiex unitajiet istituzzjonali;

(c) entitajiet li, filwaqt li għandhom fil-pussess tagħhom ġabra sħiħa ta’ kontijiet, ma jkollhomx awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huma parti mill-unitajiet li jikkontrollawhom;

(d) entitajiet ma jeħtieġilhomx jippubblikaw il-kontijiet biex ikunu unità istituzzjonali;

(e) entitajiet li jiffurmaw parti minn grupp ta’ unitajiet involuti fil-produzzjoni u li għandhom fil-pussess tagħhom ġabra sħiħa ta’ kontijiet jitqiesu bħala unitajiet istituzzjonali, anki jekk ikunu ċedew parti mill-awtonomija tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet lill-korp ċentrali (l-uffiċċju ċentrali) responsabbli għad-direzzjoni ġenerali tal-grupp; l-uffiċċju ċentrali nnifsu jitqies li huwa unità istituzzjonali li jintgħażel mill-unitajiet li huma kkontrollati minnu;

(f) organizzazzjonijiet li l-istatus tagħhom ikun kważi ta’ korporazzjoni huma entitajiet li jżommu ġabra sħiħa ta’ kontijiet u ma għandhomx status legali. L-imġieba ekonomika u finanzjarja tagħhom hija differenti minn dik tas-sidien tagħhom iżda simili għal dik ta’ korporazzjoni. Dawn jitqiesu li għandhom awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u huma kkunsidrati bħala unitajiet istituzzjonali distinti.

Uffiċċji ċentrali u kumpanniji holding

2.14 L-uffiċċji ċentrali u l-kumpanniji holding huma unitajiet istituzzjonali. Iż-żewġ tipi huma:

(a) uffiċċju ċentrali huwa unità li twettaq kontroll maniġerjali fuq is-sussidjarji tagħha. L-uffiċċji ċentrali huma allokati lis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji dominanti tas-sussidjarji tagħhom, sakemm dawn is-sussidjarji tagħhom kollha jew parti kbira minnhom ma jkunux korporazzjonijiet finanzjarji, f’liema każ jiġu ttrattati bħala awżiljari finanzjarji (S.126) fis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji.

Fejn teżisti taħlita ta’ sussidjarji finanzjarji u sussidjarji mhux finanzjarji, il-klassifikazzjoni tas-settur tiġi stabbilita mis-sehem predominanti bil-valur miżjud.

L-uffiċċji ċentrali huma deskritti taħt l-Istandard Internazzjonali ta' Klassifika Industrijali tar-Reviżjoni ta' Kull Attività Ekonomika (ISIC Rev. 4), it-Taqsima M, il-klassi 7010 (NACE Rev. 2, M 70.10) kif ġej:

Din il-klassi tinkludi s-sorveljanza u l-immaniġġjar ta’ unitajiet oħrajn tal-kumpanija jew l-impriża; ir-responabbiltà għall-ippjanar strateġiku jew organizzattiv u għar-rwol tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpanija jew l-impriża; it-twettiq ta’ kontroll operattiv u l-immaniġġjar ta’ kuljum tal-operazzjoni tal-unitajiet relatati tagħhom.

(b) Kumpanija holding li żżomm l-assi tal-korporazzjonijiet sussidjarji iżda li ma twettaqx attivitajiet maniġerjali hija istituzzjoni finanzjarja kaptiva (S.127) u hija kklassifikata bħala korporazzjoni finanzjarja.

Il-kumpanniji holding huma deskritti taħt ISIC Rev. 4, it-Taqsima K, il-klassi 6420 (NACE Rev. 2, K 64.20), kif ġej:

Din il-klassi tinkludi l-attivitajiet ta’ kumpanniji holding, jiġifieri unitajiet li jżommu l-assi (għandhom f’idejhom livelli ta’ kontroll tal-ekwità) ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-pussess tal-grupp. Il-kumpanniji holding f’din il-klassi ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tinżamm l-ekwità, jiġifieri ma jamministrawx jew ma jimmaniġġjawx unitajiet oħrajn.

Gruppi ta' korporazzjonijiet

2.15 Gruppi kbar ta' korporazzjonijiet jinħolqu meta kumpanija prinċipali tikkontrolla għadd ta' sussidjarji li min-naħa tagħhom jikkontrollaw is-sussidjarji tagħhom, li min-naħa tagħhom ikomplu jsegwu dan il-mudell. Kull membru tal-grupp huwa ttrattat bħala unità istituzzjonali separata jekk dan jissodisfa d-definizzjoni ta’ unità istituzzjonali.

2.16 Vantaġġ li gruppi ta’ korporazzjonijiet ma jiġux ittrattati bħala unitajiet istituzzjonali uniċi huwa li l-gruppi mhux dejjem ikunu stabbli fit-tul taż-żmien, u lanqas ma jkunu faċilment identifikabbli fil-prattika. Jaf ikun diffiċli li wieħed jikseb data dwar gruppi li l-attivitajiet tagħhom mhumiex integrati mill-qrib. Bosta gruppi huma kbar u eteroġeni wisq biex jiġu ttrattati bħala unitajiet uniċi, u d-daqs u l-kompożizzjoni tagħhom jafu jinbidlu maż-żmien minħabba fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet.

Entitajiet bi Skop Speċjali

2.17 Entità bi skop speċjali (SPE) jew vettura b’għan speċjali (SPV) normalment hija kumpanija b’responsabbiltà limitata jew sħubija b’responsabbiltà limitata, maħluq għall-ilħuq ta’ għanijiet ristretti, speċifiċi jew temporanji u biex jiżola riskju finanzjarju, riskju speċifiku marbut mat-tassazzjoni jew riskju regolatorju.

2.18 M’hemmx definizzjoni komuni ta’ SPE, iżda dawn il-karatteristiċi li ġejjin huma tipiċi:

(a) ma jkollhomx impjegati jaħdmu magħhom u lanqas ma jkollhom assi mhux finanzjarji;

(b) il-preżenza fiżika tagħhom ma tkunx prominenti u ma jkollhomx għajr “plakka tar-ramm” jew sinjal li jikkonfermaw il-post tar-reġistrazzjoni tagħhom;

(c) dejjem ikunu marbuta ma’ korporazzjoni oħra, ġeneralment bħala sussidjarja;

(d) ikunu residenti f’territorju differenti mit-territorju ta’ residenza tal-korporazzjonijiet marbuta magħha. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe preżenza fiżika li tqarribha lejn l-istatus ta’ impriża, ir-residenza tagħha hija stabbilita skont it-territorju ekonomiku li abbażi tal-liġijiet tiegħu l-impriża tkun inkorporata jew irreġistrata;

(e) dawn huma mmaniġġjati minn impjegati ta’ korporazzjoni oħra li tista’ jew mhux bilfors tkun relatata magħha. L-SPE tħallas imposti għas-servizzi pprovduti lilha u, min-naħa tagħha, hija tiċċarġja miżata lill-korporazzjoni prinċipali tagħha jew lil korporazzjoni oħra relatata magħha sabiex tkopri dawk l-ispejjeż. Din hija l-unika produzzjoni li l-SPE hija involuta fiha, għalkemm ħafna drabi teħel drittijiet finanzjarji f’isem sidha u ġeneralment tirċievi introjtu mill-investimenti u qligħ nominali fuq l-assi miżmuma minnha.

2.19 Unità ta’ dan it-tip għandha tiġi ttrattata bl-istess mod li bih tiġi ttrattata kwalunkwe unità istituzzjonali oħra, indipendentement minn jekk għandhiex il-karatteristiċi kollha elenkati hawn fuq, jew l-ebda waħda minnhom, jew jekk tiġix deskritta bħala SPE jew tingħatax klassifikazzjoni simili. L-unità tiġi allokata fis-settur u l-industrija skont l-attività prinċipali tagħha sakemm l-SPE ma jkollhiex drittijiet indipendenti ta’ azzjoni.

2.20 Għalhekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi, is-sussidjarji artifiċjali u l-unitajiet bi skop speċjali ta’ gvern ġenerali li mhumiex indipendenti biex jieħdu azzjoni huma allokati lis-settur li fih taqa' l-entità li tikkontrollahom. Hemm eċċezzjoni meta dawn ma jkunux residenti, fejn dawn ikunu rikonoxxuti b’mod separat mill-entità li tikkontrollahom. Iżda fil-każ ta' gvern, l-attivitajiet tas-sussidjarji għandhom jiġu riflessi fil-kontijiet tal-gvern.

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

2.21 Kumpanija holding li sempliċement ikollha fil-pussess tagħha l-assi tas-sussidjarji hija eżempju wieħed ta’ istituzzjoni finanzjarja kaptiva. Eżempji ta' unitajiet oħra li huma wkoll trattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi huma unitajiet li għandhom il-karatteristiċi ta’ SPE kif imfisser hawn fuq, inklużi l-fondi tal-investiment u l-pensjoni u l-unitajiet li jintużaw għaż-żamma u l-immaniġġjar tal-ġid bħala servizz għal individwi jew familji, għall-ħruġ ta’ titoli f’isem kumpanniji relatati (kumpannija bħal din tissejjaħ “conduit”), u li jwettqu funzjonijiet finanzjarji oħra.

2.22 Il-grad ta’ indipendenza li unità jkollha mill-korporazzjoni prinċipali jista’ jintwera billi l-unità tħaddem kontroll sustantiv fuq l-assi u l-passivi tagħha b’mod li tassumi r-riskji u tgawdi mill-kumpens assoċjat mal-assi u l-passivi. Dawn l-unitajiet huma kklassifikati fis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji.

2.23 Entità ta’ dan it-tip li ma tistax tiffunzjona indipendentament mill-korporazzjoni prinċipali tagħha u hija sempliċement detentriċi passiva tal-assi u l-passivi (xi drabi deskritta bħala li taħdem fuq “autopilot”) mhijiex ittrattata bħala unità istituzzjonali separata sakemm ma tkunx residenti f’ekonomija differenti minn dik tal-korporazzjoni prinċipali tagħha. Jekk l-entità tkun residenti fl-istess ekonomija tal-korporazzjoni prinċipali tagħha, hija tiġi ttrattata bħala “sussidjarja artifiċjali” kif imfisser hawn taħt.

Sussidjarji artifiċjali

2.24 Entità sussidjarja li kollha kemm hi tkun il-proprjetà ta’ korporazzjoni prinċipali tista’ tinħoloq biex tipprovdi servizzi lill-korporazzjoni prinċipali, jew lil korporazzjonijiet oħrajn fl-istess grupp, sabiex jiġu evitati t-taxxi, iċekknu l-passivi kemm jista’ jkun f’każ ta’ falliment, jew sabiex jiġu żgurati vantaġġi tekniċi oħrajn taħt il-leġislazzjoni fiskali u komunali fis-seħħ f’pajjiż partikolari.

2.25 B’mod ġenerali, tali tipi ta’ entitajiet ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ unità istituzzjonali għaliex ma għandhomx is-setgħa li jaġixxu indipendentament mill-korporazzjoni prinċipali tagħhom u jistgħu wkoll ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet fuq kemm ikunu jistgħu jżommu jew jinnegozjaw assi li jkollhom fil-karti tal-bilanċ tagħhom. Il-livell ta’ produzzjoni tagħhom u l-prezz li jistgħu jirċievu għalih huma ddeterminati mill-korporazzjoni prinċipali li (possibbilment flimkien ma’ korporazzjonijiet oħrajn fl-istess grupp) hija l-klijent uniku tagħhom. Huma, għaldaqstant, mhumiex ittrattati bħala unitajiet istituzzjonali separati iżda bħala parti integrali tal-korporazzjoni prinċipali u l-kontijiet tagħhom huma kkonsolidati ma’ dawk tal-korporazzjoni prinċipali, sakemm ma jkunux residenti f’territorju ekonomiku differenti minn dak fejn il-prinċipali hija residenti.

2.26 Trid issir distinzjoni bejn sussidjarji artifiċjali bħal dawk li għadhom kemm tfissru u unità li hija responsabbli biss għal attivitajiet anċillari. Attivitajiet anċillari għandhom ambitu limitat għat-tip ta' funzjoni ta' servizz li virtwalment l-impriżi kollha jeħtieġu sa ċertu punt bħat-tindif tal-postijiet tax-xogħol, il-ħdim tas-sistemi tal-paga u l-provvediment tal-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-impriża (ara l-Kapitolu 1, il-paragrafu 1.31).

Unitajiet bi skop speċjali ta’ gvern ġenerali

2.27 Gvern ġenerali jista’ wkoll joħloq unitajiet b’għan speċjali, b’karatteristiċi u funzjonijiet simili għal dawk tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u s-sussidjarji artifiċjali. Dawn l-unitajiet ma għandhomx is-setgħa li jaġixxu indipendentament u l-firxa ta’ transazzjonijiet li jistgħu jimplementaw hija ristretta. Lanqas ma jistgħu jġorru r-riskji u l-kumpensi assoċjati mal-assi u l-passivi li huma jżommu. Jekk dawn l-unitajiet ikunu residenti, għandhom jiġu ttrattati bħala parti integrali tal-gvern ġenerali u mhux bħala unitajiet separati. Jekk ma jkunux residenti, għandhom jiġu ttrattati bħala unitajiet separati. Kwalunkwe transazzjoni implimentata minnhom barra mill-pajjiż għandha tiġi riflessa fi transazzjonijiet korrispondenti mal-gvern. Għalhekk, unità li tissellef minn barra titqies konsegwentement bħala li tkun sellfet l-istess ammont lill-gvern ġenerali, u bl-istess kondizzjonijiet ta’ kif ikun sar it-tislif oriġinali.

2.28 Fil-qosor, il-kontijiet ta’ SPEs mingħajr drittijiet indipendenti ta’ azzjoni huma kkonsolidati mal-korporazzjoni prinċipali, sakemm ma jkunux residenti f’ekonomija differenti minn dik tal-prinċipali. Hemm eċċezzjoni waħda għal din ir-regola ġenerali, u din hija meta SPE li ma tkunx residenti tkun stabbilita mill-gvern.

2.29 Id-definizzjoni ta’ unitajiet residenti nozzjonali għandha tkun:

(a) Dawk il-partijiet ta’ unitajiet mhux residenti li għandhom ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti (li fil-parti l-kbira tal-każi huma unitajiet jinvolvu ruħhom fi produzzjoni ekonomika għal tul ta’ sena jew aktar) fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż;

(b) Unitajiet mhux residenti fil-kapaċità tagħhom bħala proprjetarji ta’ art u/jew bini fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż, iżda fir-rigward tat-transazzjonijiet li jaffettwaw tali art jew bini biss.

L-unitajiet residenti nozzjonali, irrispettivament minn jekk iżommux kontijiet parzjali u irrispettivament mill-awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, għandhom jiġu ttrattati bħala unitajiet istituzzjonali.

2.30 Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala unitajiet istituzzjonali:

(a) Unitajiet li jgawdu minn awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li għandhom ġabra sħiħa ta’ kontijiet bħal:

(1) korporazzjonijiet privati u pubbliċi;

(2) kooperattivi u sħubiji rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti;

(3) produtturi pubbliċi li bis-saħħa ta’ leġislazzjoni speċjali huma rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti;

(4) istituzzjonijiet li l-għan tagħhom mhuwiex dak li jagħmlu l-profitt rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti; u

(5) Aġenziji ta’ gvern ġenerali.

(b) Unitajiet li għandhom ġabra sħiħa ta’ kontijiet u li jitqiesu bħala li għandhom awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet minkejja li ma jkunux inkorporati separatament mill-kumpanija prinċipali tagħhom: unitajiet li l-istatus tagħhom huwa kważi dak ta’ korporazzjoni;

(c) Unitajiet li mhux neċessarjament iżommu ġabra sħiħa ta’ kontijiet, li iżda jitqiesu bħala li għandhom awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, jiġifieri:

(1) unitajiet domestiċi;

(2) unitajiet residenti nozzjonali.

IS-SETTURI ISTITUZZJONALI

2.31 Analiżi makroekonomika ma tqisx l-azzjonijiet ta’ kull unità istituzzjonali separatament iżda tikkunsidra l-attivitajiet aggregati ta’ istituzzjonijiet li huma simili għal xulxin. Għaldaqstant l-unitajiet jiġu kkombinati fi gruppi msejħa setturi istituzzjonali, li wħud minnhom jinqasmu f’sottosetturi.



Tabella 2.1 —  Setturi u sottosetturi

Settur u sottosetturi

 

Pubbliku

Nazzjonali Privat

Ikkontrollat minn barra l-pajjiż

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S.11

S.11001

S.11002

S.11003

Korporazzjonijiet finanzjarji

S.12

 

 

 

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs)

Bank ċentrali

S.121

 

 

 

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħrajn (OMFI)

Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali

S.122

S.12201

S.12202

S.12203

Fondi tas-suq tal-flus kontanti (MMFs)

S.123

S.12301

S.12302

S.12303

Korporazzjonijiet finanzjarji għajr għall-MFIs u Korporazzjonjijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (ICPFs)

Fondi ta’ investiment li mhumiex tal-MMF

S.124

S.12401

S.12402

S.12403

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr għal korporazzjonjijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S.125

S.12501

S.12502

S.12503

Awżiljari finanzjarji

S.126

S.12601

S.12602

S.12603

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jsellfu l-flus

S.127

S.12701

S.12702

S.12703

ICPFs

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (IC)

S.128

S.12801

S.12802

S.12803

Fondi tal-pensjoni (PF)

S.129

S.12901

S.12902

S.12903

Gvern ġenerali

S.13

 

 

 

Amministrazzjoni ċentrali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali)

S.1311

 

 

 

Amministrazzjoni statali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali)

S.1312

 

 

 

Amministrazzjoni lokali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali)

S.1313

 

 

 

Fondi tas-sigurtà soċjali

S.1314

 

 

 

Unitajiet domestiċi

S.14

 

 

 

Min iħaddem u ħaddiema bil-kont proprju tagħhom

S.141+S.142

 

 

 

Impjegati

S.143

 

 

 

Benefiċjarji ta' introjtu minn proprjetà u trasferimenti

S.144

 

 

 

Benefiċjarji ta' introjtu minn proprjetà

S.1441

 

 

 

Pensjonanti

S.1442

 

 

 

Benefiċjarji ta' trasferimenti oħra

S.1443

 

 

 

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt u li jipprovdu servizz lill-unitajiet domestiċi

S.15

 

 

 

Il-bqija tad-dinja

S.2

 

 

 

L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea

S.21

 

 

 

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

S.211

 

 

 

L-Istituzzjonijiet u l-Entitajiet tal-Unjoni Ewropea

S.212

 

 

 

Pajjiżi mhux membri u organizzazzjonijiet internazzjonali mhux residenti fl-Unjoni Ewropea

S.22

 

 

 

2.32 Kull settur u sottosettur jiġbor flimkien l-unitajiet istituzzjonali li għandhom tip ta’ mġiba ekonomika simili.

Dijagramma 2.1 —    Allokazzjoni tal-unitajiet għas-setturi image

2.33 L-unitajiet istituzzjonali huma miġburin f’setturi fuq il-bażi tat-tip ta’ produttur li huma u skont l-attività u l-funzjoni prinċipali tagħhom — elementi li huma kkunsidrati bħala indikattivi tal-imġieba ekonomika tagħhom.

2.34 Dijagramma 2.1 turi kif l-unitajiet huma allokati fis-setturi ewlenin. Sabiex jiġi ddeterminat is-settur ta’ unità li hija residenti u mhux unità domestika, skont id-dijagramma, jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk l-unità hijiex ikkontrollata mill-gvern ġenerali jew le, u jekk hijiex produttur għas-suq jew mhux għas-suq.

2.35 Il-kontroll ta' korporazzjoni finanzjarja jew mhux finanzjarja għandu jiġi definit bħala l-abbiltà li tiddetermina l-politika korporattiva ġenerali, pereżempju billi jingħażlu d-diretturi adattati jekk meħtieġ.

2.36 Unità istituzzjonali unika (korporazzjoni oħra, unità domestika, istituzzjoni li l-għan tagħha mhux li tagħmel profitt jew unità tal-gvern) tiżgura kontroll fuq korporazzjoni jew entità li l-istatus tagħha huwa kważi ta’ korporazzjoni, billi jkollha aktar min-nofs l-ishma bi dritt għall-vot jew inkella billi jkollha kontroll fuq aktar minn nofs is-setgħa għall-votazzjoni mill-azzjonisti.

2.37 Sabiex tikkontrolla aktar min-nofs tas-setgħa li għandhom l-azzjonisti fil-votazzjoni, unità istituzzjonali ma għandu għalfejn ikollha ebda ishma bi dritt għall-vot hi stess. Korporazzjoni speċifika, korporazzjoni Ċ, tista’ tkun sussidjarja ta’ korporazzjoni oħra B li fiha hemm it-tielet korporazzjoni A li jkollha maġġoranza ta’ ishma bi dritt għall-vot. Korporazzjoni Ċ titqies bħala sussidjarja ta’ Korporazzjoni B jekk jew Korporazzjoni B tikkontrolla aktar minn nofs is-setgħa tal-votazzjoni tal-azzjonisti fil-Korporazzjoni Ċ jew Korporazzjoni B hija azzjonista fil-Korporazzjoni Ċ bid-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tad-diretturi ta’ Korporazzjoni Ċ.

2.38 Il-gvern ġenerali jiżgura l-kontroll ta' korporazzjoni b’riżultat ta' leġislazzjoni speċjali, digriet jew regolament li jagħti s-setgħa lill-gvern jiddeċiedi dwar il-politika korporattiva. L-indikaturi li ġejjin huma l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu biex jiġi deċiż jekk korporazzjoni hijiex ikkontrollata minn gvern:

(a) sjieda maġġoritarja tal-interess bil-vot mill-gvern;

(b) kontroll mill-gvern tal-bord jew entità tat-tmexxija;

(c) kontroll mill-gvern tal-ħatra jew it-tneħħija ta’ persunal ewlieni;

(d) kontroll mill-gvern tal-kumitati ewlenin fl-entità;

(e) appartanenza ta' sehem tad-deheb mill-gvern;

(f) regolamenti speċjali;

(g) il-gvern ikun klijent dominanti;

(h) self mill-gvern.

Biżżejjed indikatur wieħed biex jiġi stabbilit il-kontroll, iżda, f’xi każijiet oħra, għadd ta’ indikaturi separati jistgħu flimkien jindikaw il-kontroll.

2.39 Fil-każ tal-istituzzjonijiet li mhumiex intiżi għall-profitt li huma rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti, il-ħames indikaturi tal-kontroll huma meqjusa kif ġej:

(a) il-ħatra tal-uffiċjali;

(b) id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti abilitanti;

(c) il-ftehimiet kuntrattwali;

(d) il-grad tal-finanzjament;

(e) il-grad tal-esponiment tar-riskju tal-gvern.

Bħal fil-każ tal-korporazzjonijiet, biżżejjed indikatur wieħed biex jiġi stabbilit il-kontroll f’xi każijiet, iżda f’każijiet oħra, għadd ta’ indikaturi separati jistgħu flimkien jindikaw il-kontroll.

2.40 Id-differenzjar bejn l-entitajiet tas-suq u dawk li mhumiex tas-suq, u allura fil-każ tal-entitajiet tas-settur pubbliku l-klassifika tagħhom bejn is-settur tal-gvern ġenerali u s-settur tal-korporazzjonijiet, jiddependi fuq il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.37.

2.41 Settur għandu jinqasam f’sottosetturi skont il-kriterji relevanti għas-settur partikolari; pereżempju, il-gvern jista’ jinqasam f’dak ċentrali, statali u lokali u l-fondi tas-sigurtà soċjali. Dan jippermetti deskrizzjoni aktar preċiża tal-imġieba ekonomika tal-unitajiet.

Fil-każ ta' setturi u sottosetturi, il-kontijiet jirreġistraw l-attivitajiet kollha, sew jekk prinċipali inkella sekondarji, tal-unitajiet istituzzjonali koperti mis-settur inkwistjoni.

Kull unità istituzzjonali tappartjeni għal settur jew sottosettur wieħed biss.

2.42 Meta l-funzjoni prinċipali tal-unità istituzzjonali hija li tipproduċi oġġetti jew servizzi, għandu qabel xejn jiġi deċiż it-tip ta' produttur, ħalli jiġi allokat f’settur.

2.43 It-Tabella 2.2 turi t-tip ta’ produttur, u l-attività prinċipali u l-funzjonijiet li jikkaratterizzaw lil kull settur:



Tabella 2.2 —  It-tip ta’ produttur, u l-attivitajiet prinċipali u l-funzjonijiet ikklassifikati skont is-settur

Tip ta’ produttur

Attività prinċipali u funzjoni

Settur

Produttur tas-suq

Produzzjoni ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Produttur tas-suq

Intermedjazzjoni finanzjarja inklużi attivitajiet finanzjarji awżiljari ta' assigurazzjoni

Korporazzjonijiet finanzjarji (S.12)

Produttur pubbliku mhux tas-suq

Produzzjoni u provvista ta' output mhux għas-suq għall-konsum kollettiv u individwali, u li jwettqu transazzjonijiet intiżi għar-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid nazzjonali

Gvern ġenerali (S.13)

Produttur tas-suq jew produttur privat għal użu finali proprju

Konsum

Produzzjoni ta’ output tas-suq u output għal użu proprju

Unitajiet domestiċi (S.14)

Bħala konsumaturi

Bħala intraprendituri

Produttur privat mhux tas-suq

Produzzjoni u provvista ta’ output mhux tas-suq għall-konsum individwali

Istituzzjonijiet mhux intiżi għall-profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.15)

2.44 Is-settur tal-bqija tad-dinja (S.2) jirreferi għall-flussi u l-pożizzjonijiet bejn l-unitajiet residenti u dawk li mhumiex residenti — l-unitajiet li mhumiex residenti mhumiex ikkaratterizzati minn għanijiet u tipi ta’ mġiba simili, iżda huma rikonoxxuti biss permezz tal-flussi u l-pożizzjonijiet tagħhom fl-unitajiet residenti.

Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji (S.11)

2.45  Definizzjoni: Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi tas-suq u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji jinkludi wkoll entitajiet kważi korporazzjonijiet ta' natura mhux finanzjarja. (ara l-paragrafu 2.13(f))

2.46 L-unitajiet istituzzjonali jkopru dawn li ġejjin:

(a) korporazzjonijiet privati u pubbliċi li huma produtturi tas-suq involuti prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji;

(b) kooperattivi u sħubiji rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti li huma produtturi tas-suq involuti prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji;

(c) produtturi pubbliċi li huma rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti u li prinċipalment huma produtturi tas-suq involuti fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji;

(d) istituzzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li huma rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti u li prinċipalment huma produtturi tas-suq involuti fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji;

(e) uffiċċji ċentrali li jikkontrollaw grupp ta' korporazzjonijiet li huma produtturi tas-suq, fejn it-tip ta' attività predominanti tal-grupp tal-korporazzjonijiet kollu kemm hu — imkejjel abbażi tal-valur miżjud — huwa l-produzzjonijiet ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji;

(f) l-SPEs li l-attività prinċipali tagħhom hija l-forniment tal-oġġetti jew servizzi mhux finanzjarji;

(g) entitajiet kważi korporazzjonijiet privati u pubbliċi li huma produtturi tas-suq involuti prinċiparjament fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji.

2.47 “Entitajiet kważi korporazzjonijiet mhux finanzjarji” huma l-entitajiet kollha li huma produtturi tas-suq prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jikkwalifikawhom bħala entitajiet kważi korporazzjonijiet (ara l-punt (f) tal-paragrafu 2.13).

L-entitajiet kważi korporazzjonijiet mhux finanzjarji iridu jżommu biżżejjed informazzjoni li tippermettilhom il-kompilazzjoni ta’ ġabra sħiħa ta' kontijiet, u jitħaddmu bħallikieku kienu korporazzjonijiet. Ir-relazzjoni reali mal-propretarju hi bħal dik ta' korporazzjoni mas-sidien tal-ishma tagħha.

L-entitjiet kważi korporazzjonijiet mhux finanzjarji l-propretarju tagħhom huma unitajiet domestiċi, unitajiet ta' gvern jew istituzzjonijiet mhux intiżi għall-profitt huma miġbura fi grupp ta' korporazzjoni mhux finanzjarji fis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, u mhux fis-settur tal-propretarju tagħhom.

2.48 L-eżistenza ta' ġabra sħiħa ta' kontijiet, inklużi karti tal-bilanċ, mhix kondizzjonijiet suffiċjenti biex produtturi tas-suq jiġu trattati bħala unitajiet istituzzjonali bħal entitajiet kważi korporazzjonijiet. Is-sħubiji u l-produtturi pubbliċi, għajr dawk inklużi fil-punti (a), (b), (c) u (f) tal-paragrafu 2.46 u l-proprjetarjati uniċi — anki jekk iżommu ġabra sħiħa ta' kontijiet — ġeneralment mhumiex unitajiet istituzzjonali distinti billi dawn ma jgawdux minn awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet, billi huma jkunu mmexxijin mill-unitajiet domestiċi, l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt jew il-gvernijiet li huma s-sidien tagħhom.

2.49 Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji jinkludu unitajiet residenti nozzjonali li huma ttrattati bħala entitajiet kważi korporazzjonijiet.

2.50 Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji huwa maqsum fi tliet sottosetturi:

(a) korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji (S.11001);

(b) korporazzjonijiet privati nazzjonali mhux finanzjarji (S.11002);

(c) korporazzjonijiet mhux finanzjarji kkontrollati minn barra l-pajjiż (S.11003).

Sottosettur: Korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji (S.11001)

2.51  Definizzjoni: Fis-sottosettur tal-korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji huma inklużi l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kollha, l-entitajiet li l-istatus tagħhom huwa kważi dak ta’ korporazzjoni u l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt, li huma rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti, li huma produtturi għas-suq, u huma suġġetti għal kontroll minn unitajiet tal-gvern.

2.52 Entitajiet pubbliċi li l-istatus tagħhom huwa kważi dak ta’ korporazzjoni huma entitajiet li s-sjieda diretta tagħhom hija ta’ unitajiet tal-gvern.

Sottosettur: Korporazzjonijiet privati nazzjonali mhux finanzjarji (S.11002)

2.53  Definizzjoni: Is-sottosettur tal-korporazzjonijiet privati nazzjonali mhux finanzjarji huma inklużi l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kollha, l-entitajiet li l-istatus tagħhom huwa kważi dak ta’ korporazzjoni u l-istituzzjonijiet li l-għan tagħhom mhuwiex dak li jagħmlu l-profitt, li huma rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti, u li huma produtturi għas-suq, li mhumiex ikkontrollati mill-gvern jew minn unitajiet istituzzjonali mhux residenti.

Dan is-sottosettur jinkludi unitajiet korporattivi u ta’ status kważi korporattiv ta’ investiment dirett barrani mhux ikklassifikati fis-sottosettur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kkontrollati minn barra l-pajjiż (S.11003).

Sottosettur: Korporazzjonijiet mhux finanzjarji kkontrollati minn barra l-pajjiż (S.11003)

2.54  Definizzjoni: Is-sottosettur ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kkontrollati minn barra l-pajjiż jinkludi l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni li huma kkontrollati minn unitajiet istituzzjonali mhux residenti.

Dan is-sottosettur jinkludi:

(a) is-sussidjarji kollha tal-korporazzjonijiet mhux residenti;

(b) il-korporazzjonijiet kollha kkontrollati minn unità istituzzjonali mhux residenti li fiha nfisha mhijiex korporazzjoni; pereżempju, korporazzjoni li hija kkontrollata minn gvern barrani. Huwa jinkludi wkoll il-korporazzjonijiet ikkontrollati minn grupp ta’ unitajiet mhux residenti li jaġixxu flimkien;

(c) il-fergħat kollha jew aġenziji oħrajn mhux inkorporati ta’ korporazzjonijiet mhux residenti jew produtturi mhux inkorporati li huma unitajiet residenti nozzjonali.

Korporazzjonijiet Finanzjarji (S.12)

2.55  Definizzjoni: Is-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji (S.12) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi tas-suq u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta' servizzi finanzjarji. Tali unitajiet istituzzjonali jikkonsistu fil-korporazzjonijiet u l-entitajiet kważi korporazzjonijiet li huma involuti prinċipalment f’dan li ġej:

(a) l-intermedjazzjoni finanzjarja (intermedjarji finanzjarji); u/jew

(b) attivitajiet finanzjarji awżiljarji (awżiljarji finanzjarji).

Huma inklużi wkoll l-unitajiet istituzzjonali li jipprovdu s-servizzi finanzjarji, li fil-każ tagħhom il-biċċa l-kbira tal-assi jew tal-passivi tagħhom mhumiex soġġetti għal transazzjonijiet fis-swieq miftuħa.

2.56 L-intermedjazzjoni finanzjarja hija l-attività li fiha unità istituzzjonali takkwista assi finanzjarji u ġġarrab passivi fil-kont proprju tagħha bl-involviment ta’ transazzjonijiet fis-suq. L-assi u l-passivi ta' intermedjarji finanzjarji jiġu trasformati jew mogħtija dehra ġdida fir-rigward ta' pereżempju l-maturità, l-iskala, ir-riskju eċċ. fil-proċess tal-intermedjazzjoni finanzjarja.

L-attivitajiet finanzjarji awżiljarji huma attivitajiet relatati ma' intermedjazzjoni finanzjarja, iżda li, fihom infushom, ma jinvolvux intermedjazzjoni finanzjarja.

Intermedjarji finanzjarji

2.57 Il-proċess ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, jikkanala l-fondi bejn partijiet terzi b’eċċess u dawk b’nuqqas ta’ fondi. Intermedjarju finanzjarju ma jaġixxix biss bħala aġent għall-unitajiet istituzzjonali l-oħra iżda jqiegħed lilu nnifsu f’riskju billi jakkwista l-assi finanzjarji u jidħol għar-responsabbiltajiet finanzjarji fuq il-kont proprju tiegħu.

2.58 Fil-proċess ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, jistgħu jkunu involuti l-kategoriji kollha ta’ passività ħlief għall-kategorija ta’ passività ta' kontijiet oħra pagabbli (AF.8). L-assi finanzjarji involuti fil-proċess tal-intermedjazzjoni finanzjarja jistgħu jiġu kklassifikati fi kwalunkwe kategorija għajr għall-kategorija tal-assigurazzjoni, pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati (AF.6) iżda bl-inklużjoni tal-kategorija ta' kontijiet oħrajn riċevibbli. L-intermedjarji finanzjarji jistgħu jinvestu l-fondi tagħhom f’assi mhux finanzjarji inkluż fil-proprjetà immobbli. Biex korporazzjoni tkun tista’ titqies intermedjarja finanzjarja tkun teħtieġ tidħol għar-responsabbiltajiet finanzjarji fis-suq u tittrasforma l-fondi. Il-korporazzjonijiet tal-proprjetà immobbli mhumiex intermedjarji finanzjarji.

2.59 Fil-funzjoni tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni huwa inkluż il-ġbir komuni tar-riskji. Il-passivi ta’ tali istituzzjonijiet huma l-assigurazzjoni, il-pensjoni u l-iskemi ta’ garanzija standardizzati (AF.6). Il-kontropartijiet tal-passivi huma l-investimenti mill-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni, li jaġixxu bħala intermedjarji finanzjarji.

2.60 Il-fondi tal-investiment, li huma msemmija hawn taħt bħala fondi tas-suq tal-flus (MMFs) u fondi mhux tas-suq tal-flus (mhux MMFs) primarjament jidħlu għal responsabbiltajiet finanzjarji permezz tal-ħruġ ta’ ishma jew unitajiet ta’ fondi ta’ investiment (AF.52). Dawn jittrasformaw dawk il-fondi billi jakkwistaw assi finanzjarji u/jew proprjetà immobbli. Il-fondi ta’ investiment huma kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji. Kwalunkwe bidla fil-valur tal-assi u l-passivi tagħhom għajr għall-ishma proprji tagħhom hija riflessa fil-fondi li jappartjenu lilhom (ara l-paragrafu 7.07). Billi l-ammont ta’ fondi proprji huwa ekwivalenti għall-valur tal-ishma jew l-unitajiet tal-fondi ta’ investiment, kwalunkwe bidla fil-valur ta' tali assi u passivi tal-fond tkun riflessa fil-valur tas-suq ta’ dawn l-assi jew unitajiet. Fondi ta’ investiment investiti fi proprjetà immobbli huma intermedjarji finanzjarji.

2.61 L-intermedjazzjoni finanzjarja hija limitata għall-akkwist ta’ assi u l-passivi għal responsabbiltajiet finanzjarji mal-pubbliku ġenerali jew ma’ sottogruppi tiegħu speċifikati u relattivament kbar. Meta l-attività hija limitata għal gruppi żgħar ta’ persuni jew familji, ma sseħħ l-ebda intermedjazzjoni finanzjarja.

2.62 Jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet għal-limitazzjoni ġenerali ta’ intermedjazzjoni finanzjarja għal transazzjonijiet finanzjarji fis-suq. Il-kreditu muniċipali u l-banek tat-tfaddil huma eżempji ta’ dan: dawn iserrħu fuq il-muniċipalità involuta, jew fuq korporazzjonijiet ta’ kiri finanzjarju fit-tul li jkunu jiddependu minn grupp prinċipali ta’ kumpanniji biex jakkwistaw jew jinvestu l-fondi. L-għoti tagħhom b’self u l-aċċettazzjoni tagħhom tat-tfaddil għandhom ikunu indipendenti mill-muniċipalità involuta jew mill-grupp prinċipali, rispettivament, biex jiġu kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji.

Awżiljari finanzjarji

2.63 Attivitajiet awżiljari finanzjarji jinkludu attivitajiet awżiljari ta’ tisrif ta’ transazzjonijiet f’assi finanzjarji u passivi jew ta’ trasformazzjoni jew ippakkettar mill-ġdid ta’ fondi. L-awżiljari finanzjarji ma jesponux lilhom infushom għar-riskji bl-akkwist ta’ assi finanzjarji jew id-dħul għal passivi. L-għan tagħhom huwa li jiffaċilitaw l-intermedjazzjoni finanzjarja. L-uffiċċji ċentrali, li s-sussidjarji tagħhom kollha jew kważi kollha huma korporazzjonijiet finanzjarji huma awżiljari finanzjarji.

Korporazzjonijiet finanzjarji għajr għal intermedjarji finanzjarji u awżiljari finanzjarji

2.64 Korporazzjonijiet finanzjarji oħra għajr għal intermedjarji finanzjarji u awżiljari finanzjarji huma unitajiet istituzzjonali li jipprovdu servizzi finanzjarji. It-transazzjoni tal-parti l-kbira mill-assi u l-passivi tagħhom ma ssirx fi swieq miftuħa.

Unitajiet istituzzjonali inklużi fis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji

2.65 L-unitajiet istituzzjonali inklużi fis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji (S.12) huma dawn:

(a) korporazzjonijiet pubbliċi jew privati li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u/jew f’attivitajiet finanzjarji awżiljari;

(b) kooperattivi u partenarjati rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u/jew f’attivitajiet finanzjarji awżiljari;

(c) produtturi pubbliċi rikonoxxuti bħala entitajiet legali, li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u/jew f’attivitajiet finanzjarji awżiljari;

(d) istituzzjonijiet li l-għan tagħhom mhuwiex dak li jagħmlu profitt rikonoxxuti bħala entitajiet legali, li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u/jew f’attivitajiet finanzjarji awżiljari, jew li jkunu qed iservu bħala korporazzjonijiet finanzjarji;

(e) uffiċċji ċentrali f’każ fejn is-sussidjarji kollha jew il-parti l-kbira tagħhom huma, bħala korporazzjonijiet finanzjarji, prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u/jew f’attivitajiet finanzjarji awżiljari. Dawn l-uffiċċji ċentrali huma kklassifikati bħala awżiljari finanzjarji (S.126);

(f) kumpanniji holding, meta r-rwol ewlieni tal-korporazzjoni huwa ż-żamma tal-assi ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji. In-natura tal-grupp tista’ tkun finanzjarja jew mhux finanzjarja – dan ma jaffettwax il-klassifikazzjoni ta’ kumpanniji holding bħala istituzzjonijiet finanzjarja kaptivi (S.127);

(g) l-SPEs li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu servizzi finanzjarji;

(h) fondi ta’ investiment mhux inkorporati li jinkludu portfolji ta’ investiment li s-sjieda tagħhom hi tal-grupp ta’ parteċipanti, u li, ġeneralment, il-ġestjoni tagħhom hija f’idejn korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn. Dawn il-fondi huma unitajiet istituzzjonali separati mill-korporazzjoni finanzjarja ta’ ġestjoni;

(i) unitajiet mhux inkorporati li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u soġġetti għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni (fil-parti l-kbira tal-każi, ikklassifikati bħala korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali, il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni) jitqiesu bħala unitajiet li jgawdu minn awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li l-immaniġġjar tagħhom huwa awtonomu u indipendenti mis-sidien tagħhom; l-imġieba ekonomika u finanzjarja tagħhom hija simili għal dik ta’ korporazzjonijiet finanzjarji. F’dan il-każ huma ttrattati bħala unitajiet istituzzjonali separati. Eżempju ta’ dan huma l-fergħat ta’ korporazzjonijiet finanzjarji mhux residenti.

Sottosetturi ta’ korporazzjonijiet finanzjarji

2.66 Is-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji jinqasam f’dawn is-sottosetturi:

(a) bank ċentrali (S.121);

(b) korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122);

(c) fondi tas-suq tal-flus (MMFs) (S.123);

(d) fondi ta’ investiment li mhumiex tal-MMF (S.124);

(e) intermedjarji finanzjarji oħra, għajr għal korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125);

(f) awżiljari finanzjarji (S.126);

(g) istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jagħtu l-flus b’self (S.127);

(h) korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128); u

(i) fondi tal-pensjoni (S.129).

L-ikkombinar tas-sottosetturi ta’ korporazzjonijiet finanzjarji

2.67 L-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) kif definiti mill-BĊE jikkonsistu fl-unitajiet istituzzjonali kollha inklużi fis-sottosetturi tal-bank ċentrali (S.121), il-korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti, għajr għall-bank ċentrali (S.122) u l-MMF (S.123).

2.68 Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra jikkonsistu f'dawn l-intermedjarji finanzjarji li permezz tagħhom l-effetti tal-politika monetarja tal-bank ċentrali (S.121) huma trażmessi lill-entitajiet l-oħra tal-ekonomija. Dawn huma korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122) u l-MMF (S.123).

2.69 Intermedjarji finanzjarji li jieħdu ħsieb il-ġbir komuni tar-riskji huma l-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni (ICPF). Dawn jikkonsistu fis-sottosetturi tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) u fondi tal-pensjoni (S.129).

2.70 Korporazzjonijiet finanzjarji għajr għall-MFI u l-ICPF jikkonsistu fis-sottosetturi tal-fondi ta’ investiment li mhumiex l-MMF (S.124), intermedjarji finanzjarji oħra, għajr għall korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni (S.125), l-awżiljari finanzjarji (S.126) u l-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li l-attività tagħhom hija l-għoti ta’ flus b’self (S.127).

Qsim sekondarju tas-sottosetturi tal-korporazzjonijiet finanzjarji f’korporazzjonijiet finanzjarji pubbliċi, nazzjonali, privati u dawk taħt kontroll barrani

2.71 Għajr għas-sottosettur S.121, kull sottosettur jerġa’ jinqasam fi:

(a) korporazzjonijiet finanzjarji pubbliċi;

(b) korporazzjonijiet finanzjarji privati nazzjonali; u

(c) korporazzjonijiet finazjarji kkontrollati minn barra l-pajjiż.

Il-kriterji għal din is-suddiviżjoni huma l-istess bħal fil-każ tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ara l-paragrafi minn 2.51 sa 2.54).



Tabella 2.3 —  Is-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji u s-sottosetturi tiegħu

Setturi u sottosetturi:

Pubbliċi

Nazzjonali Privat

Ikkontrollat minn barra l-pajjiż

Korporazzjonijiet finanzjarji

S.12

 

 

 

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI)

Bank ċentrali

S.121

 

 

 

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħrajn (OMFI)

Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali

S.122

S.12201

S.12202

S.12203

MMF

S.123

S.12301

S.12302

S.12303

Korporazzjonijiet finanzjarji għajr għall-MFI u l-ICPF

Fondi ta’ investiment li mhumiex tal-MMF

S.124

S.12401

S.12402

S.12403

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr għal korporazzjonjijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni;

S.125

S.12501

S.12502

S.12503

Awżiljari finanzjarji

S.126

S.12601

S.12602

S.12603

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jagħtu l-flus b’self

S.127

S.12701

S.12702

S.12703

Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (ICPFs)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (IC)

S.128

S.12801

S.12802

S.12803

Fondi tal-pensjoni (PF)

S.129

S.12901

S.12902

S.12903

Bank ċentrali (S.121);

2.72  Definizzjoni: Is-sottosettur “bank ċentrali” (S.121) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-unitajiet ta’ status kważi korporattiv finanzjarji kollha li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija l-ħruġ tal-munita, iż-żamma tal-valur intern u estern tal-munita u l-kontroll tar-riżervi internazzjonali kollha (jew parti minnhom) tal-pajjiż.

2.73 L-intermedjarji finanzjarji li ġejjin huma kklassifikati fis-sottosettur S.121:

(a) il-bank ċentrali nazzjonali, anki fejn dan jagħmel parti minn Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali;

(b) aġenziji monetarji ċentrali ta’ oriġini essenzjalment pubblika (pereżempju, aġenziji li jimmaniġġjaw skambju internazzjonali jew il-ħruġ tal-munita) li jżommu ġabra sħiħa ta’ kontijiet u li jgawdu awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fejn għandu x’jaqsam il-gvern ċentrali. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet iseħħu jew fil-gvern ċentrali jew fil-bank ċentrali. Ma teżisti l-ebda unità istituzzjonali separata.

2.74 Is-sottosettur S.121 ma jinkludi ebda aġenzija u entità, għajr għall-bank ċentrali, li tirregola jew tissorvelja korporazzjonijiet finanzjarji jew swieq finanzjarji. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126.

Korporazzjoniet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122)

2.75 Definizzjoni: Il-korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għas-sottosettur tal-bank ċentrali (S.122) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-unitajiet ta’ status kważi korporattiv finanzjarji kollha, għajr għal dawk ikklassifikati fil-bank ċentrali u fis-sottosetturi tal-MMF, li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u li n-negozju tagħhom hu li jirċievu d-depożiti u/jew jagħlqu sostituti għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali, jiġifieri mhux biss minn MFIs, u, fuq il-kont proprju tagħhom, japprovaw għoti b’self u/jew jinvestu f’titoli.

2.76 Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali ma jistgħux jiġu deskritti sempliċement bħala “banek”, għaliex dawn jistgħu jkunu jinkludu xi korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux isejħu lilhom infushom banek, jew xi korporazzjonijiet finanzjarji li f’xi pajjiżi ma jkollhomx permess li jagħmlu dan, filwaqt li xi korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn li jiddeskrivu lilhom infushom bħala banek, fil-fatt ma jkunux jistgħu jkunu korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti. L-intermedjarji finanzjarji li ġejjin huma kklassifikati fis-sottosettur S.122:

(a) banek kummerċjali, banek “universali”, banek “għal użu komprensiv”;

(b) banek għat-tfaddil (inklużi banek għat-tfaddil b’kurazija u banek għat-tfaddil, u assoċjazzjonijiet għall-għoti b’self);

(c) istituzzjonijiet postali ġiro, banek postali, banek ġiro;

(d) banek ta’ kreditu rurali, banek ta’ kreditu agrikolu;

(e) banek ta’ kreditu kooperattivi, kooperattivi ta’ kreditu;

(f) banek speċjalizzati (pereżempju banek merkantili, djar għall-ħruġ tal-ittri ta’ kreditu, banek privati); u

(g) l-istituzzjonijiet monetarji elettroniċi prinċipalment involuti fl-intermedjazzjoni finanzjarja.

2.77 L-intermedjarji finanzjarji li ġejjin huma kklassifikati wkoll fis-sottosettur S.122 meta n-negozju tagħhom ikun li jirċievu fondi ripagabbli mingħand il-pubbliku f’forma ta’ depożiti jew f’forom oħra bħalma hu l-ħruġ kontinwattiv ta’ titoli għat-tul.:

(a) korporazzjonijiet involuti fl-għoti tal-ipoteki (inklużi istituti ta’ kreditu fondjarju, banek tal-ipoteki u istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ipoteki);

(b) istituzzjonijiet ta’ kreditu muniċipali.

Inkella, l-intermedjarji finanzjarji huma kklassifikati fis-sottosettur S.124.

2.78 Is-sottosettur S.122 ma jinkludix:

(a) uffiċċji ċentrali li jissorveljaw u jiġġestixxu unitajiet oħrajn ta’ grupp li fih, prinċipalment, ikollu korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali, iżda li ma jkunux korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti. Tali uffiċċji ċentrali huma kklassifikati fis-sottosettur S.126;

(b) istituzzjonijiet li l-għan tagħhom mhuwiex dak li jagħmlu l-profitt rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti li jservu lil korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti, iżda mhumiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126; u

(c) l-istituzzjonijiet monetarji elettroniċi li mhumiex prinċipalment involuti fl-intermedjazzjoni finanzjarja.

MMF (S.123)

2.79  Definizzjoni: Is-sottosettur MMF (S.123) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-unitajiet bi status ta’ kważi korporazzjoni finanzjarji kollha, għajr għal dawk ikklassifikati fis-sottosetturi tal-bank ċentrali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja. In-negozju tagħhom huwa li joħorġu ishma jew unitajiet ta’ fondi ta’ investiment bħala sostituti viċini għal depożiti mingħand unitajiet istituzzjonali, u, fuq il-kont proprju tagħhom, jagħmlu investimenti primarjament f’ishma/unitajiet ta’ fondi tas-swieq tal-flus, titoli għal perijodi qosra ta’ żmien, u/jew depożiti.

2.80 L-intermedjarji finanzjarji li ġejjin huma kklassifikati fis-sottosettur S.123: fondi ta’ investiment inklużi fondi komuni ta’ investiment magħluqin, fondi komuni ta’ investiment miftuħin u skemi ta’ investiment kollettivi li l-ishma jew l-unitajiet tagħhom huma sostituti viċini għal depożiti.

2.81 Is-sottosettur S.123 ma jinkludix:

(a) uffiċċji ċentrali li jissorveljaw u jiġġestixxu grupp li jikkonsisti b’mod predominanti minn MMFs, iżda li huma nfushom mhumiex MMFs. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126;

(b) istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt, rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti li jservu lill-MMFs, iżda li mhumiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126.

Fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124)

2.82  Definizzjoni: Is-sottosettur ta’ fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124) jikkonsisti fl-iskemi ta’ investiment kollettivi kollha għajr għal dawk ikklassifikati fis-sottosettur MMF, li prinċipalment huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja. In-negozju tagħhom huwa li joħorġu ishma jew unitajiet ta’ fondi ta’ investiment li mhumiex sostituti viċini għad-depożiti, u, li fuq il-kont proprju tagħhom, jagħmlu investimenti primarjament f’assi finanzjarji għajr għal assi finanzjarji ta’ perijodu qasir ta’ żmien u f’assi li mhumiex finanzjarji (ġeneralment fi proprjetà immobbli).

2.83 Fondi ta’ investiment li mhumiex MMF ikopru fondi komuni ta’ investiment magħluqin, fondi komuni ta’ investiment miftuħin u skemi ta’ investiment kollettivi li l-ishma jew l-unitajiet tagħhom ta’ fondi ta’ investiment ma jitqisux bħala sostituti viċini għal depożiti.

2.84 L-intermedjarji finanzjarji li ġejjin huma kklassifikati fis-sottosettur S.124:

(a) fondi ta’ investiment flessibbli li l-ishma jew l-unitajiet ta’ fondi ta’ investiment tagħhom huma mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, skont kif mitlub mid-detenturi, mill-assi tal-impriża;

(b) fondi ta’ investiment komuni magħluqa b’kapital azzjonarju fiss, fejn l-investituri li jidħlu jew joħorġu mill-fond ikunu jridu jixtru jew ibigħu ishma eżistenti;

(c) fondi ta’ investiment fi proprjetà immobbli;

(d) fondi ta’ investiment investiti f’fondi oħra (“fondi ta’ fondi”);

(e) hedge funds li jkopru firxa ta’ skemi ta’ investiment kollettivi, li jinvolvu investimenti minimi għoljin, regolamentazzjoni ħafifa, u firxa ta’ strateġiji ta’ investiment.

2.85 Is-sottosettur S.124 ma jinkludix:

(a) fondi ta’ pensjoni li huma parti mis-sottosettur tal-fondi ta’ pensjoni;

(b) fondi tal-gvern bi skop speċjali, li jissejħu fondi ta’ ġid sovran. Fond tal-gvern bi skop speċjali huwa kklassifikat bħala istituzzjoni finanzjarja kaptiva, jekk huwa korporazzjoni finanzjarja. Il-klassifikazzjoni ta’ “fond tal-gvern bi skop speċjali” — jew bħala parti minn settur ta' gvern ġenerali jew bħala parti minn settur tal-korporazzjoni finanzjarja huwa ddeterminat skont il-kriterji dwar unitajiet ta' skop speċjali ta' gvern ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 2.27.

(c) uffiċċji ċentrali li jissorveljaw u jimmaniġġjaw grupp magħmul l-aktar minn fondi ta’ investiment li mhumiex MMF, iżda li huma nfushom mhumiex fondi ta’ investiment. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126;

(d) istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt, rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti li jservu lil fondi ta’ investiment li mhumiex MMF, iżda mhumiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126.

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr għall-korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u l-fondi ta’ pensjoni (S.125)

2.86  Definizzjoni: Is-sottosettur ta’ intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr għall-korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u l-fondi ta’ pensjoni (S.125) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-unitajiet bi status kważi daqs ta’ korporazzjoni finanzjarji kollha li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja billi jidħlu għal passivi f’forom li ma jinkludux il-flus, id-depożiti jew l-ishma ta’ fondi ta’ investiment, jew b’rabta ma’ assigurazzjoni, pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali.

2.87 Is-sottosettur S.125 jinkludi intermedjarji finanzjarji li huma impenjati f’finanzjament għat-tul. Fil-parti l-kbira tal-każi, din il-maturità predominanti tiddistingwi lil dak is-settur mis-sottosettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji l-oħra jew mis-sottosetturi OMFI (S.122 u S.123). Fuq il-bażi tan-nuqqas ta’ eżistenza ta’ passivi fil-forma ta’ ishma ta’ fondi ta’ investiment li ma jitqisux bħala sostituti viċini għad-depożiti jew l-assigurazzjoni, il-pensjoni u l-iskemi ta’ garanzija standardizzati, tista’ tiġi stabbilita l-linja li taqsam lil dan is-sottosettur mis-sottosetturi tal-fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124), il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128), u l-fondi ta’ pensjoni (S.129).

2.88 Is-sottosettur tal-intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr għall-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi ta’ pensjoni (S.125) jiġi suddiviż f’sottosetturi li jikkonsistu f’korporazzjonijiet finanzjarji vettura (FVCs) involuti fi transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, operaturi tat-titoli u d-derivattivi, korporazzjonijiet finanzjarji impenjati fil-qasam tal-għoti b’self, u korporazzjonijiet finanzjarji speċjalizzati. Dan jintwera fit-Tabella 2.4.

Tabella 2.4 —    Is-sottosettur ta’ intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr is-sottosettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125) u s-suddiviżjonijiet tiegħu

Korporazzjonijiet finanzjarji vetturi (FVC) involuti fi transazzjonijiet ta’ totalizzazzjoni;

Operaturi tat-titoli u d-derivattivi;

Korporazzjonijiet finanzjarji involuti f’għoti b’self; u

Korporazzjonijiet finanzjarji speċjalizzati

2.89 Is-sottosettur S.125 ma jinkludix l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt, rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti li jservu lil intermedjarji finanzjarji oħrajn, iżda mhumiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126.

2.90  Definizzjoni: Korporazzjonijiet finanzjarji vetturi involuti fi transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (FVC) huma kumpanniji li jwettqu transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni. FCV li jissodisfaw il-kriterji ta’ unità istituzzjonali huma kklassifikati f’S.125, jew inkella jiġu ttrattati bħala parti integrali mill-kumpanija prinċipali.

2.91 Operaturi tat-titoli u d-derivattivi (fuq il-kont proprju tagħhom) huma intermedjarji finanzjarji fuq il-kont proprju tagħhom.

2.92 Korporazzjonijiet finanzjarji involuti fl-għoti b’self jinkludu, pereżempju, intermedjarji finanzjarji mdaħħla f’:

(a) kiri finanzjarju;

(b) xiri bin-nifs u l-għoti ta’ finanzjament personali jew kummerċjali; jew

(c) fatturament (xiri tad-djun).

2.93 Korporazzjonijiet finanzjarji speċjalizzati huma intermedjarji finanzjarji, pereżempju:

(a) kumpanniji ta’ kapital għal proġetti ta’ riskju u ta’ żvilupp;

(b) kumpanniji tal-finanzjament għall-importazzjoni u l-esportazzjoni; jew

(c) intermedjarji finanzjarji li jakkwistaw depożiti u/jew sostituti viċini għad-depożiti jew li jidħlu għal self fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji; dawn l-intermedjarji finanzjarji jkopru wkoll djar ċentrali tal-interkambju għall-kontropartijiet (CCPs) li jwettqu transazzjonijiet ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġid tal-MFIs.

2.94 Uffiċċji ċentrali li jissorveljaw u jimmaniġġjaw grupp ta’ sussidjarji li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u/jew f’attivitajiet finanzjarji awżiljari huma kklassifikati fis-sottosettur S.126.

Awżiljari finanzjarji (S.126)

2.95  Definizzjoni: Is-sottosettur tal-awżiljari finanzjarji (S.126) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’attivitajiet marbuta mill-qrib ma’ intermedjazzjoni finanzjarja iżda li huma nfushom mhumiex intermedjarji finanzjarji.

2.96 Il-korporazzjonijiet u l-entitajiet kważi korporazzjonijiet finanzjarji li ġejjin huma kklassifikati fis-sottosettur S.126:

(a) sensara tal-assigurazzjoni, amministraturi tas-salvataġġ u l-medja, konsulenti tal-assigurazzjoni u l-pensjoni, eċċ.;

(b) sensara tas-self, sensara tat-titoli, konsulenti dwar l-investiment, eċċ.;

(c) korporazzjonijiet tal-offerti fis-suq li jġestixxu l-ħruġ tat-titoli;

(d) korporazzjonijiet li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija li jiggarantixxu l-fatturi u strumenti simili permezz tal-endorsjar;

(e) korporazzjonijiet li jorganizzaw l-istrumenti derivattivi u tal-lqugħ (hedging instruments), bħalma huma skambji, għażliet u kuntratti ta’ xiri ta' futuri (mingħajr ma jattwaw il-ħruġ tagħhom);

(f) korporazzjonijiet li jipprovdu l-infrastruttura għas-swieq finanzjarji;

(g) awtoritajiet ċentrali ta’ sorveljanza fuq intermedjarji finanzjarji u swieq finanzjarji meta dawn ikunu unitajiet istituzzjonali separati;

(h) amministraturi ta’ fondi ta’ pensjoni, fondi mutwali, eċċ.;

(i) korporazzjonijiet li jipprovdu l-Borża u l-iskambju tal-assigurazzjoni;

(j) istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti li jservu lil korporazzjonijiet finanzjarji, iżda li mhumiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja (ara l-punt (d) tal-paragrafu 2.46);

(k) istituzzjonijiet tal-pagamenti (faċilitajiet tal-pagamenti bejn xerrej u bejjiegħ).

2.97 Is-sottosettur S.126 jinkludi wkoll l-uffiċċji ċentrali li s-sussidjarji tagħhom kollha jew fil-parti l-kbira tagħhom huma korporazzjonijiet finanzjarji.

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u l-korporazzjonijiet tal-għoti ta’ flus b’self (S.127))

2.98  Definizzjoni: Is-sottosettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u l-korporazzjonijiet tal-għoti ta’ flus b’self (S.127) jinkludi l-korporazzjonijiet u lill-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni finanzjarji kollha li la huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira jew tal-assi tagħhom jew il-passivi tagħhom mhumiex innegozjati fis-swieq miftuħa.

2.99 B’mod partikolari, il-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni finanzjarji li ġejjin huma kklassifikati fis-sottosettur 127:

(a) unitajiet rikonoxxuti bħala legali bħalma huma l-kumpanniji fiduċjarji, l-aġenziji tal-proprjetà, l-aġenziji tal-kontabbiltà jew il-kumpanniji fantażma (brass plate);

(b) kumpanniji holding li għandhom fil-pussess tagħhom is-sjieda ta’ livelli ta’ kontroll tal-ekwità ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm din l-ekwità, jiġifieri, ma jkunux jamministraw jew jiġġestixxu unitajiet oħra;

(c) SPEs li jikkwalifikaw bħala unitajiet istituzzjonali u li jiksbu fondi fis-swieq miftuħa biex jintużaw mill-korporazzjoni prinċipali tagħhom;

(d) unitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji esklussivament bil-fondi proprji tagħhom, jew b’fondi pprovduti minn sponsor lil firxa ta’ klijenti u jidħlu għar-riskju finanzjarju tad-debitur inadempjenti. Eżempji ta’ dawn huma dawk li jsellfu l-flus, korporazzjonijiet involuti f’għoti b’self lill-istudenti jew għall-kummerċ barrani minn fondi li joriġinaw mingħand sponsor bħal unità tal-gvern jew istituzzjoni li ma għandhiex għan li tagħmel profitt u stabbilimenti tar-rahan li huma prinċipalment involuti fl-għoti b’self;

(e) fondi tal-gvern bi skop speċjali, li ġeneralment jissejħu fondi ta’ ġid sovran, jekk mhumiex ikklassifikati bħala korporazzjonjijiet finanzjarji.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

2.100  Definizzjoni: Is-sottosettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji prinċipalment fil-forma ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta (ara l-paragrafu 2.59).

2.101 Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni jipprovdu servizzi ta’:

(a) assigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja lil unitajiet individwali jew lil gruppi ta’ unitajiet;

(b) riassigurazzjoni lil korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni oħrajn.

2.102 Servizzi ta’ assigurazzjoni li mhumiex fuq il-ħajja jistgħu jiġu pprovduti fil-forma ta’ assigurazzjoni kontra dawn li ġejjin:

(a) nar (eż. proprjetà kummerċjali jew privata);

(b) responsabbiltà (diżgrazzji aċċidentali);

(c) vetturi bil-mutur (ħsara proprja u responsabbiltà għal terza parti);

(d) baħar, ajru u trasport (inklużi riskji marbutin mal-enerġija);

(e) aċċidenti u s-saħħa; jew

(f) assigurazzjoni finanzjarja (forniment ta’ garanziji jew bonds ta’ pleġġ).

Korporazzjonijiet finanzjarji jew ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu, magħrufin ukoll bħala banek tal-garanziji, jipprovdu garanziji jew bonds ta’ pleġġ biex isostnu t-titolizzazzjoni u prodotti oħra ta’ kreditu.

2.103 Korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni huma, fil-parti l-kbira tagħhom, inkorporati jew entitatjiet mutwali. Entitajiet inkorporati huma l-proprjetà tal-azzjonisti u ħafna minnhom huma kwotati fil-borża. Entitajiet mutwali huma l-proprjetà ta’ detenturi tal-poloz u l-profitti tagħhom imorru għand id-detenturi tal-poloz “bil-profitti” jew “parteċipanti” f’forma ta’ dividends jew bonusijiet. Assiguraturi “kaptivi” huma normalment il-proprjetà ta’ korporazzjoni mhux finanzjarja u l-parti l-kbira tagħhom jinxurjaw ir-riskji tal-azzjonisti tagħhom.



Kaxxa 2.1 –  Tipi ta’ assigurazzjoni

Tip ta’ assigurazzjoni

Settur/Sottosettur

Assigurazzjoni diretta

Assigurazzjoni fuq il-ħajja

Id-detentur tal-polza jħallas pagamenti regolari jew ta' darba lil assiguratur u min-naħa tiegħu, l-assiguratur jiggarantixxi li jħallas lid-detentur tal-polza somma jew pagament fis-sena, f’data speċifika jew qabel.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja

Assigurazzjoni biex tkopri riskji bħal aċċidenti, mard, nar, kreditu, eċċ.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Riassigurazzjoni

Assigurazzjoni mixtrija minn assiguratur biex iħares lilu nnifsu kontra għadd kbir ta’ pretensjonijiet jew pretensjonijiet eċċezzjonalment kbar.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Assigurazzjoni soċjali

Sigurtà soċjali

Il-parteċipanti huma obbligati mill-gvern ġenerali li jassiguraw kontra ċerti riskji soċjali.

Pensjonijiet tas-sigurtà soċjali

Fondi tas-sigurtà soċjali

Sigurtà soċjali oħra

Assigurazzjoni soċjali relatata mal-impjiegi minbarra s-sigurtà soċjali

Min iħaddem jista' jagħmilha bħala kondizzjoni li l-impjegati jassiguraw kontra ċerti riskji soċjali.

Pensjonijiet relatati mal-impjieg

Settur ta' min iħaddem, korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u jew istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu l-unitajiet domestiċi

Assigurazzjoni soċjali oħra relatata mal-impjiegi

2.104 Sottosettur S.128 ma jinkludix:

(a) unitajiet istituzzjonali li jissodisfaw kull wieħed miż-żewġ kriterji elenkati fil-paragrafu 2.117. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.1314;

(b) uffiċċji ċentrali li jissorveljaw u jġestixxu grupp li jkun jikkonsisti predominentement minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, li iżda mhumiex korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fihom infushom. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126;

(c) istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti li jagħtu servizz lil korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, li madanakollu mhumiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126.

Fondi tal-pensjoni (S.129)

2.105  Definizzjoni: Is-sottosettur tal-fondi tal-pensjonijiet (S.129) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjoni bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu introjtu waqt il-pensjoni, u ħafna drabi benefiċċji għal mewt u diżabbiltà.

2.106 Is-sottosettur S.129 jikkonsisti biss f’dawk il-fondi tal-pensjoni tal-assigurazzjoni soċjali li huma unitajiet istituzzjonali separati mill-unitajiet li joħolquhom. Dawn il-fondi awtonomi għandhom awtonomija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jżommu ġabra sħiħa ta’ kontijiet. Il-fondi mhux awtonomi tal-pensjonijiet mhumiex unitajiet istituzzjonali u jibqgħu parti mill-unità istituzzjonali li tistabbilixxihom.

2.107 Eżempji ta’ parteċipanti fi skemi tal-fondi tal-pensjonijiet jinkludu impjegati ta’ intrapriża unika jew grupp ta’ intrapriżi, impjegati ta’ fergħa jew industrija, u persuni li huma tal-istess professjoni. Il-benefiċċji inklużi fil-kuntratt tal-assigurazzjoni jistgħu jkunu:

(a) jitħallsu wara l-mewt tal-assigurat lill-armel jew l-armla u t-tfal;

(b) jitħallsu wara l-irtirar; jew

(c) mħallsa wara li l-assigurat jibda jbati minn diżabbiltà.

2.108 F’xi pajjiżi, dawk it-tipi kollha ta’ riskji jistgħu jiġu assigurati minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja kif ukoll minn fondi tal-pensjonijiet. F’pajjiżi oħrajn, huwa meħtieġ li xi wħud minn dawn il-klassijiet ta’ riskji jiġuassigurati permezz tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja. F’kuntrast mal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, il-fondi tal-pensjonijiet huma ristretti bil-liġi għal gruppi speċifiċi ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom.

2.109 Skemi tal-fondi tal-pensjonijiet jistgħu jiġu organizzati minn min iħaddem jew mill-gvern ġenerali. Dawn jistgħu jiġu organizzati wkoll minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni f’isem l-impjegati; jew unitajiet istituzzjonali separati jistgħu jiġu stabbiliti biex iżommu u jamministraw l-assi għall-użu ta’ ssodisfar tal-intitolamenti tal-pensjoni u tad-distribuzzjonijiet tal-pensjonijiet.

2.110 Sottosettur S.129 ma jinkludix:

(a) unitajiet istituzzjonali li jissodisfaw kull wieħed miż-żewġ kriterji elenkati fil-paragrafu 2.117. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.1314;

(b) uffiċċji ċentrali li jissorveljaw u jġestixxu grupp li jkun magħmul predominentement minn fondi tal-pensjoni, li iżda mhumiex fondi tal-pensjoni fihom infushom. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126;

(c) istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti li jagħtu servizz lil fondi tal-pensjoni, li madankollu mhumiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja. Dawn huma kklassifikati fis-sottosettur S.126.

Gvern Ġenerali (S.13)

2.111  Definizzjoni: Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali kollha li huma produtturi mhux għas-suq li l-output tagħhom huwa maħsub għall-konsum individwali jew kollettiv, u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u l-unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid nazzjonali.

2.112 L-unitajiet istituzzjonali inklużi fis-settur S.13 huma pereżempju dawn li ġejjin:

(a) unitajiet tal-gvern ġenerali li jeżistu abbażi ta’ proċess legali biex ikollhom awtorità ġudizzjarja fuq unitajiet oħra fit-territorju ekonomiku, u biex jamministraw u jiffinanzjaw grupp ta’ attivitajiet, li jipprovdu prinċipalment oġġetti u servizzi mhux għas-suq, maħsuba għall-benefiċċju tal-komunità;

(b) korporazzjoni jew kważikorporazzjoni li tkun unità tal-gvern, jekk l-output tagħha jkun prinċipalment mhux għas-suq, u jkun ikkontrollat minn unità tal-gvern;

(c) istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti li mhumiex produtturi għas-suq u li huma kkontrollati mill-gvern ġenerali;

(d) fondi awtonomi tal-pensjonijiet, fejn hemm obbligu legali għal kontribuzzjoni, u fejn il-gvern ġenerali jamministra l-fondi fir-rigward tas-saldu u l-approvazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet u benefiċċji.

2.113 Is-settur tal-gvern ġenerali huwa maqsum f’erba’ sottosetturi:

(a) il-gvern ċentrali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1311);

(b) il-gvern tal-istat (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1312);

(c) il-gvern lokali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1313);

(d) il-fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314).

L-gvern ċentrali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1311)

2.114  Definizzjoni: Dan is-sottosettur jinkludi d-dipartimenti amministrattivi kollha tal-Istat u aġenziji ċentral oħrajn li l-kompetenza tagħhom normalment testendi fuq it-territorju ekonomiku kollu, għajr l-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali.

Inklużi fis-sottosettur S.1311 huma dawk l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li huma kkontrollati mill-gvern ċentrali u li l-kompetenza tagħhom testendi fuq it-territorju ekonomiku kollu.

L-organizzazzjonijiet regolatorji tas-suq li huma b’mod esklużiv jew b’mod prinċipali distributuri ta’ sussidji, huma kklassifikati f’S.1311. Dawk l-organizzazzjonijiet li huma b’mod esklużiv jew b’mod prinċipali involuti fix-xiri, iż-żamma u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew tal-ikel, huma kklassifikati f’S.11.

Il-gvern tal-Istat (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1312)

2.115  Definizzjoni: Dan is-sottosettur jikkonsisti f’dawk it-tipi ta' amministrazzjoni pubblika li huma unitajiet istituzzjonali separati li jwettqu wħud mill-funzjonijiet tal-gvern, għajr għall-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali, f’livell taħt dak ta’ gvern ċentrali u ogħla minn ta’ unitajiet istituzzjonali governattivi li jeżistu fil-livell lokali.

Inklużi fis-sottosettur S.1312 huma dawk l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li huma kkontrollati mill-gvernijiet tal-istat u li kompetenza tagħhom hija ristretta għat-territorji ekonomiċi tal-istati.

Il-gvern lokali (esklużi l-fondi tas-sigurtà soċjali) (S.1313)

2.116  Definizzjoni: Dan is-sottosettur jinkludi dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li l-kompetenza tagħha testendi biss għal parti lokali mit-territorju ekonomiku, minbarra l-aġenziji lokali tal-fondi tas-sigurtà soċjali.

Inklużi fis-sottosettur S.1313 huma dawk l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li huma kkontrollati minn gvernijiet lokali u li l-kompetenza tagħhom hija ristretta għat-territorji ekonomiċi tal-gvernijiet lokali.

Il-fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314)

2.117  Definizzjoni: Is-sottosettur tal-fondi tas-sigurtà soċjali jinkludi l-unitajiet istituzzjonali ċentrali, tal-istat, u lokali li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu benefiċċji soċjali u li jissodisfaw iż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a) bil-liġi jew b’regolamentazzjoni, ċerti gruppi tal-popolazzjoni huma obbligati li jipparteċipaw fl-iskema jew li jħallsu kontribuzzjonijiet; u

(b) il-gvern ġenerali huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istituzzjoni fejn għandhom x’jaqsmu s-saldu jew l-approvazzjoni tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji, indipendentement mir-rwol tiegħu bħala korp sorveljanti u bħala entità li tipprovdi l-impjieg.

Normalment, ma teżisti l-ebda rabta diretta bejn l-ammont tal-kontribuzzjonijiet imħallsa minn individwu u r-riskju li għalih l-individwu huwa espost.

Unitajiet Domestiċi (S.14)

2.118  Definizzjoni: Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala intraprendituri li jipproduċu oġġetti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm, il-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważikorporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji għal użu aħħari proprju b’mod esklużiv.

L-unitajiet domestiċi bħala konsumaturi jistgħu jiġu ddefiniti bħala gruppi żgħar ta’ persuni li jaqsmu l-istess akkomodazzjoni fejn jgħixu, li jiġbru f’but wieħed l-introjtu u l-ġid tagħhom, u li kollettivament jikkunsmaw ċerti tipi ta’ oġġetti u servizzi, prinċipalment l-abitazzjoni u l-ikel.

Ir-riżorsi prinċipali tal-unitajiet domestiċi huma dawn li ġejjin:

(a) il-kumpens tal-impjegati;

(b) l-introjtu mill-proprjetà;

(c) it-trasferimenti minn setturi oħra;

(d) ir-riċevuti mill-forniment ta’ prodotti fis-suq; u

(e) ir-riċevuti imputtjati mill-output ta’ prodotti għall-konsum aħħari proprju.

2.119 Is-settur tal-unitajiet domestiċi jinkludi:

(a) individwi jew gruppi ta’ individwi li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija l-konsum;

(b) persuni li jgħixu permanentement f’istituzzjonijiet li ma għandhom l-ebda awtonomija, jew li għandhom ftit li xejn awtonomija ta’ azzjoni jew ta' deċiżjoni fi kwistjonijiet ekonomiċi (pereżempju membri ta’ ordnijiet reliġjużi li jgħixu f’monasteri, pazjenti rikoverati għat-tul fl-isptarijiet, priġunieri li qed jiskuntaw sentenzi twal fil-ħabs, anzjani li jgħixu fi djar għall-irtirati fuq bażi permanenti). Dawn il-persuni jitqiesu bħala unità istituzzjonali unika: unità domestika unika;

(c) individwi jew gruppi ta’ individwi li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija l-konsum u li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux finanzjarji għal użu aħħari proprju esklużivament; huma inklużi fl-ambitu tas-sistema żewġ kategoriji biss ta’ servizzi prodotti għall-konsum aħħari proprju: is-servizzi tad-djar okkupati mis-sid u s-servizzi domestiċi mwettqa minn impjegati mħallsa;

(d) intrapriżi individwali u sħubiji mingħajr status legali — għajr għal dawk meqjusa bħala kważikorporazzjonijiet u li huma produtturi għas-suq; u

(e) l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lil unitajiet domestiċi, li ma għandhomx status legali u indipendenti jew dawk li għandhom dan, iżda li huma biss ta’ importanza minuri.

2.120 Fis-SEK 2010, is-settur tal-unitajiet domestiċi huwa suddiviż fis-sottosetturi li ġejjin:

(a) min iħaddem (S.141) u ħaddiema għal rashom (S.142);

(b) impjegati (S.143);

(c) riċevituri ta’ introjtu minn proprjetà (S.1441);

(d) riċevituri ta’ pensjonijiet (S.1442);

(e) riċevituri ta’ trasferimenti oħra (S.1443);

2.121 L-unitajiet domestiċi huma assenjati għal sottosetturi skont il-kategorija tal-ogħla dħul (dħul ta’ min iħaddem, kumpens tal-impjegati, eċċ.) tal-unità domestika kumplessivament. Meta jkun hemm iktar minn introjtu wieħed ta’ kategorija speċifika fl-istess unità domestika, il-klassifikazzjoni tissejjes fuq id-dħul totali tal-unità domestika f’kull kategorija.

Min iħaddem u l-ħaddiema għal rashom (S.141 u S.142)

2.122  Definizzjoni: Is-sottosettur ta' min iħaddem u ħaddiema għal rashom jikkonsisti f’grupp ta’ unitajiet domestiċi li għalihom l-introjti (mħallta) (B.3) li jakkumulaw għas-sidien ta’ intrapriżi mhux inkorporati ta’ unitajiet domestiċi mill-attività tagħhom bħala produtturi ta’ oġġetti u servizzi għas-suq bi jew mingħajr impjegati mħallsin, hum l-akbar sors ta’ introjtu għall-unità domestika kumplessivament, anki jekk dan ma jlaħħaqx għal aktar minn nofs id-dħul totali tal-unità domestika.

Impjegati (S.143)

2.123  Definizzjoni: Is-sottosettur tal-impjegati jikkonsisti fil-grupp ta’ unitajiet domestiċi li għalihom, l-introjtu li jakkumula mill-kumpens tal-impjegati (D.1) huwa l-akbar sors ta’ introjtu għall-unità domestika kumplessivament.

Riċevituri ta’ introjtu minn proprjetà (S.1441)

2.124  Definizzjoni: Is-sottosettur tar-riċevituri ta’ introjtu minn proprjetà jikkonsisti fil-grupp ta’ unitajiet domestiċi li għalihom, l-introjtu minn proprjetà (D.4) huwa l-akbar sors ta’ introjtu għall-unità domestika kumplessivament.

Riċevituri ta’ pensjonijiet (S.1442)

2.125  Definizzjoni: Is-sottosettur tar-riċevituri ta’ pensjonijiet jikkonsisti fil-grupp ta’ unitajiet domestiċi li għalihom, l-introjtu li jakkumula mill-pensjonijiet huwa l-akbar sors ta’ introjtu għall-unità domestika kumplessivament.

L-unitajiet domestiċi tal-pensjoni huma unitajiet domestiċi li l-akbar sors ta' introjtu tagħhom jikkonsisti mill-irtirar jew pensjonijiet oħra, inklużi pensjonijiet minn impjiegi preċedenti.

Riċevituri ta’ trasferimenti oħra (S.1443)

2.126  Definizzjoni: Is-sottosettur ta' riċevituri ta’ trasferimenti oħra jikkonsisti fil-grupp ta’ unitajiet domestiċi li għalihom, l-introjtu akkumulat minn trasferimenti attwali oħra huwa l-akbar sors ta’ introjtu għall-unità domestika kumplessivament.

Trasferimenti attwali oħra huma t-trasferimenti attwali kollha għajr għal introjtu minn proprjetà, pensjonijiet u introjtu ta' persuni li jgħixu f’istituzzjonijiet fuq bażi permanenti.

2.127 Jekk ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet ikkonċernati tas-sorsi tal-introjtu kumplessiv tal-unità domestika għall-għanijiet ta’ settorizzazzjoni, l-introjtu tal-persuna ta’ referenza jintuża għall-għanijiet ta’ kklassifikar. Il-persuna ta’ referenza ta’ unità domestika hija dik il-persuna bl-akbar introjtu. Jekk l-informazzjoni tal-aħħar ma tkunx disponibbli, l-introjtu tal-persuna li tiddikjara li hija l-persuna ta’ referenza jintuża għas-sottosettorizzazzjoni tal-unitajiet domestiċi.

2.128 Jistgħu jintużaw kriterji oħra għas-sottosettorizzazzjoni tal-unitajiet domestiċi, pereżempju s-suddiviżjoni ta’ unitajiet domestiċi bħala intraprendituri skont l-attività: unitajiet domestiċi agrikoli u unitajiet domestiċi mhux agrikoli.

Istituzzjonijiet Mingħajr Skop Ta' Qligħ Li Jservu Lill-Unitajiet Domestiċi (S.15)

2.129  Definizzjoni: Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet dometiċi (NPISHs) (S.15) jikkonsisti f’istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċi u li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus kontanti jew ħlas b’oġġetti, minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom ta’ konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvern ġenerali u minn introjtu minn proprjetà.

2.130 Meta tali istituzzjonijiet ma jkunux importanti ħafna, ma jiġux inklużi fis-settur NPISH, iżda fis-settur tal-unitajiet domestiċi (S.14), minħabba li t-transazzjonijiet tagħhom ma jkunux jingħarfu minn ta’ unitajiet f’dak is-settur. NPISHs mhux għas-suq ikkontrollati minn gvern ġenerali huma kklassifikati fis-settur tal-gvern ġenerali (S.13).

Is-settur tal-NPISHs jinkludi t-tipi prinċipali ta' NPISHs li ġejjin li jipprovdu oġġetti u servizzi mhux għas-suq lil unitajiet domestiċi:

(a) trade unions, soċjetajiet professjonali jew ta’ studjużi, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, partiti politiċi, knejjes jew soċjetajiet reliġjużi (inklużi dawk iffinanzjati iżda mhux ikkontrollati mill-gvernijiet), u għaqdiet soċjali, kulturali, rikreattivi u sportivi; u

(b) organizzazzjonijiet tal-karità, għajnuna soċjali u assistenza iffinanzjati minn trasferimenti volontarji fi flus kontanti jew ħlas b’oġġetti minn unitajiet istituzzjonali oħra.

Is-settur S.15 jinkludi aġenziji tal-karità, għajnuna soċjali u assistenza li jservu lil unitajiet mhux residenti u jeskludi l-entitajiet li jagħtu d-dritt lill-membri tagħhom għal sett predeterminat ta’ oġġetti u servizzi.

Il-Bqija Tad-Dinja (S.2)

2.131  Definizzjoni: Is-settur tal-bqija tad-dinja (S.2) huwa aggruppament ta' unitajiet mingħajr ebda funzjoni u riżorsa karatteristika; dan jikkonsisti f'unitajiet mhux residenti sakemm dawn ikunu involuti fi transazzjonijiet ma’ unitajiet istituzzjonali residenti, jew sakemm ikollhom rabtiet ekonomiċi oħrajn ma’ unitajiet residenti. Il-kontijiet tiegħu jipprovdu dehra ġenerali tar-relazzjonijiet ekonomiċi li jorbtu l-ekonomija nazzjonali mal-bqija tad-dinja. L-istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali huma inklużi.

2.132 Il-bqija tal-dinja mhijiex settur li għalih għandhom jinżammu ġabriet sħaħ ta’ kontijiet, iżda jkun konvenjenti li l-bqija tad-dinja jiġi trattat bħala settur. Is-setturi jinkisbu permezz tad-diżaggregazzjoni tal-ekonomija totali biex jinkisbu iżjed gruppi omoġenji ta’ unitajiet istituzzjonali residenti, li huma simili f’dak li għandu x’jaqsam mal-imġiba ekonomika, l-objettivi u l-funzjonijiet tagħhom. Dan mhux il-każ għas-settur tal-bqija tad-dinja: għal dan is-settur, hemm irreġistrati t-transazzjonijiet u flussi oħra ta’ korporazzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji, istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt, unitajiet domestiċi u gvern ġenerali b’unitajiet istituzzjonali mhux residenti u relazzjonijiet ekonomiċi oħra bejn residenti u mhux residenti, pereżempju pretensjonijiet minn residenti fil-konfront ta’ mhux residenti.

2.133 Il-kontijiet għall-bqija tad-dinja jinkludu biss transazzjonijiet imwettqa bejn unitajiet istituzzjonali residenti u unitajiet istituzzjonali mhux residenti, soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) is-servizzi tat-trasport (sal-fruntiera tal-pajjiż li jkun qed jesporta) ipprovduti minn unitajiet residenti fejn għandhom x’jaqsmu oġġetti impurtati jidhru fil-kontijiet tal-bqija tad-dinja ma’ importazzjonijiet "frank abbord" (FOB), anki jekk dawn ikunu ġew prodotti minn unitajiet residenti;

(b) transazzjonijiet f’assi barranin bejn residenti li jappartjenu għal setturi differenti fl-ekonomija domestika jidhru fil-kontijiet finanzjarji ddettaljati tal-bqija tad-dinja. Dawn it-transazzjonijiet ma jaffettwawx il-pożizzjoni finanzjarja tal-pajjiż vis-à-vis il-bqija tad-dinja; dawn jaffettwaw ir-relazzjonijiet finanzjarji tas-setturi individwali mal-bqija tad-dinja;

(c) transazzjonijiet fil-passivi tal-pajjiż bejn istituzzjonijiet mhux residenti li jappartjenu għal żoni ġeografiċi differenti jidhru fis-suddiviżjoni ġeografika tal-kontijiet tal-bqija tad-dinja. Għalkemm dawn it-transazzjonijiet ma jaffettwawx il-passivi globali tal-pajjiż għall-bqija tad-dinja, dawn jaffettwaw il-passivi tiegħu għal partijiet differenti tad-dinja.

2.134 Is-settur tal-bqija tad-dinja (S.2) huwa suddiviż fi:

(a) stati membri u istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea (S.21):

(1) stati membri tal-Unjoni Ewropea (S.211);

(2) istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea (S.212);

(b) pajjiżi mhux membri u organizzazzjonijiet internazzjonali mhux residenti tal-UE (S.22).

Klassifikazzjoni Tas-Setturi Tal-Unitajiet Produtturi Għal Forom Legali Standard Ewlenin Ta’ Sjieda

2.135 Il-ħarsa ġenerali li ġejja u l-paragrafi 2.31 sa 2.44 jiġbru fil-qosor il-prinċipji abbażi tal-klassifikazzjoni tal-unitajiet produtturi f’setturi, bl-użu tat-terminoloġija standard għad-deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta’ istituzzjonijiet.

2.136 Korporazzjonijiet privati u pubbliċi li huma produtturi għas-suq huma kklassifikati kif ġej:

(a) dawk li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji: fis-settur S.11 (korporazzjonijiet mhux finanzjarji);

(b) dawk li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u attivitajiet finanzjarji awżiljari: fis-settur S.12 (korporazzjonijiet finanzjarji).

2.137 Kooperattivi u sħubiji rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti u li huma produtturi għas-suq huma kklassifikati kif ġej:

(a) dawk li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji: fis-settur S.11 (korporazzjonijiet mhux finanzjarji);

(b) dawk li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u attivitajiet finanzjarji awżiljari: fis-settur S.12 (korporazzjonijiet finanzjarji).

2.138 Produtturi pubbliċi li bis-saħħa ta’ leġislazzjoni speċjali huma rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti u li huma produtturi għas-suq huma kklassifikati kif ġej:

(a) dawk li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji: fis-settur S.11 (korporazzjonijiet mhux finanzjarji);

(b) dawk li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u attivitajiet finanzjarji awżiljari: fis-settur S.12 (korporazzjonijiet finanzjarji).

2.139 Produtturi pubbliċi mhux rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti u li huma produtturi għas-suq huma kklassifikati kif ġej:

(a) jekk huma kważikorporazzjonijiet:

(1) dawk li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji: fis-settur S.11 (korporazzjonijiet mhux finanzjarji);

(2) dawk li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u attivitajiet finanzjarji awżiljari: fis-settur S.12 (korporazzjonijiet finanzjarji).

(b) jekk huma kważikorporazzjonijiet: fis-settur S.13 (gvern ġenerali), minħabba li dawn jibqgħu parti integrali tal-unitajiet li jikkontrollawhom.

2.140 Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt (assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet) rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti huma kklassifikati kif ġej:

(a) dawk li huma produtturi għas-suq u prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji: fis-settur S.11 (korporazzjonijiet mhux finanzjarji);

(b) dawk li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u attivitajiet finanzjarji awżiljari: fis-settur S.12 (korporazzjonijiet finanzjarji);

(c) dawk li huma produtturi mhux għas-suq:

(1) fis-settur S.13 (gvern ġenerali), jekk ikunu produtturi pubbliċi kkontrollati minn gvern ġenerali;

(2) fis-settur S.15 (istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lil unitajiet domestiċi), jekk ikunu produtturi privati.

2.141 Sjieda uniċi u sħubiji mhux rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti u li huma produtturi għas-suq huma kklassifikati kif ġej:

(a) jekk huma kważikorporazzjonijiet:

(1) dawk li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji: fis-settur S.11 (korporazzjonijiet mhux finanzjarji);

(2) dawk li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u attivitajiet finanzjarji awżiljari: fis-settur S.12 (korporazzjonijiet finanzjarji).

(b) jekk mhumiex kważikorporazzjonijiet, huma kklassifikati fis-settur S.14 (unitajiet domestiċi).

2.142 L-uffiċċji ċentrali huma kklassifikati kif ġej:

(a) fis-settur S.11 (korporazzjonijiet mhux finanzjarji), jekk it-tip predominanti tal-attività tal-grupp ta’ korporazzjonijiet li huma produtturi għas-suq, huwa kumplessivament il-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji (ara l-punt (e) tal-paragrafu 2.46);

(b) fis-settur S.12 (korporazzjonijiet finanzjarji), jekk it-tip predominanti tal-attività tal-grupp ta’ korporazzjonijiet huwa kumplessivament intermedjazzjoni finanzjarja (ara l-punt (e) tal-paragrafu 2.65).

Kumpaniji holding, li huma detenturi ta' assi ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji, huma ttrattati dejjem bħala korporazzjonijiet finanzjarji. Kumpaniji holding ikunu detenturi tal-assi ta’ grupp ta’ kumpaniji, iżda ma jwettqu l-ebda attività maniġerjali fir-rigward tal-grupp.

2.143 It-Tabella 2.5 turi f’forma skematika l-każijiet differenti enumerati hawn fuq.



Tabella 2.5 —  Klassifikazzjoni tas-setturi tal-unitajiet tal-produtturi għal forom legali standard ewlenin ta’ sjieda

Tip ta’ Produttur

Deskrizzjoni legali standard

Produtturi għas-suq (oġġetti u servizzi mhux finanzjarji)

Produtturi għas-suq (intermedjazzjoni finanzjarja)

Produtturi mhux għas-suq

Produtturi pubbliċi

Produtturi privati

Korporazzjonijiet privati u pubbliċi

S.11 korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.12 korporazzjonijiet finanzjarji

 

 

Kooperattivi u sħubiji rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti

S.11 korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.12 korporazzjonijiet finanzjarji

 

 

Produtturi pubbliċi li bis-saħħa ta’ leġislazzjoni speċjali huma rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti

S.11 korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.12 korporazzjonijiet finanzjarji

 

 

Produtturi pubbliċi mhux rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti

Dawk b’karatteristiċi ta’ kważikorporazzjonijiet

S.11 korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.12 korporazzjonijiet finanzjarji

 

 

Il-bqija

 

 

S.13 gvern ġenerali

 

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti

S.11 korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.12 korporazzjonijiet finanzjarji

S.13 gvern ġenerali

S.15 Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi

Sħubiji mhux rikonoxxuti bħala entitajiet legali u indipendenti

Sjieda uniċi

Dawk b’karatteristiċi ta’ kważikorporazzjonijiet

S.11 korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.12 korporazzjonijiet finanzjarji

 

 

Il-bqija

S.14 unitajiet domestiċi

S.14 unitajiet domestiċi

 

 

Uffiċċji ċentrali li t-tip ta’ attività predominanti tal-grupp ta’ korporazzjonijiet ikkontrollati minnhom hija l-produzzjoni ta’:

oġġetti u servizzi mhux finanzjarji

S.11 korporazzjonijiet mhux finanzjarji

 

 

 

servizzi finanzjarji

 

S.12 korporazzjonijiet finanzjarji

 

 

UNITAJIET U INDUSTRIJI TAT-TIP TA’ ATTIVITÀ LOKALI

2.144 Il-parti l-kbira tal-unitajiet istituzzjonali li jipproduċu oġġetti u servizzi huma involuti f’kombinazzjoni ta’ attivitajiet fl-istess ħin. Dawn jistgħu jkunu involuti f’attività prinċipali, f’xi attivitajiet sekondarji u f’xi attivitajiet anċillari.

2.145 Attività sseħħ meta riżorsi bħal tagħmir, xogħol, teknika ta’ manifatturar, netwerks ta’ informazzjoni jew prodotti huma miġbura flimkien u jwasslu għall-ħolqien ta’ oġġetti jew servizzi speċifiċi. Attività hija kkaratterizzata minn input ta’ prodotti, proċess ta’ produzzjoni u output ta’ prodotti.

L-attivitajiet jistgħu jiġu ddeterminati b’riferiment għal livell speċifiku ta’ NACE Rev. 2.

2.146 Jekk unità twettaq aktar minn attività waħda, l-attivitajiet kollha li mhumiex attivitajiet anċillari (ara l-Kapitolu 3, paragrafu 3.12) jiġu kklassifikati skont il-valur miżjud gross. Fuq il-bażi tal-valur miżjud gross predominanti ġġenerat, tista’ mbagħad tinstilet distinzjoni bejn attività prinċipali u attivitajiet sekondarji.

2.147 Sabiex jiġu analizzati l-flussi li jinħolqu fil-proċessi ta’ produzzjoni u fl-użu tal-oġġetti u s-servizzi, huwa meħtieġ li jintgħażlu unitajiet li jenfasizzaw relazzjonijiet ta’ natura teknikoekonomika. Dan ir-rekwiżit ifisser li l-unitajiet istituzzjonali jridu jinqasmu f’unitajiet iżgħar u aktar omoġenji fejn għandu x’jaqsam it-tip ta’ produzzjoni. Unitajiet tat-tip ta’ attività lokali huma meqjusa li jissodisfaw dan ir-rekwiżit bħala approċċ operattiv.

L-unità tat-tip ta' attività lokali

2.148  Definizzjoni: L-unità tat-tip ta’ attività lokali (KAU lokali) hija l-parti ta’ unità tat-tip ta’ attività lokali (KAU) li tikkorrispondi għal unità lokali. Fl-SNA 2008 u l-ISIC Rev. 4, il-KAU lokali tissejjaħ stabbiliment. KAU tiġbor flimkien il-partijiet kollha ta’ unità istituzzjonali fil-kapaċità tagħha ta’ produttur li jikkontribwixxi għall-prestazzjoni ta’ attività f’livell ta’ klassi (erba’ ċifri) tal-NACE Rev. 2 u tikkorrispondi għal suddiviżjoni operattiva waħda jew aktar tal-unità istituzzjonali. Is-sistema ta’ informazzjoni tal-unità istituzzjonali trid tkun kapaċi li għal kull KAU lokali tindika jew tikkalkula għall-inqas il-valur tal-produzzjoni, il-konsum intermedjat, u l-kumpens għall-impjegati, l-eċċess operattiv u l-formazzjoni tal-impjieg u l-kapital fiss gross.

L-unità lokali hija unità istituzzjonali, jew parti minn unità istituzzjonali, li tipproduċi oġġetti jew servizzi li jkunu jinsabu f’lok ġeografikament identifikat.

KAU lokali tista’ tikkorrispondi għal unità istituzzjonali bħala produttur; min-naħa l-oħra, ma tista’ qatt tappartjeni għal żewġ unitajiet istituzzjonali differenti.

2.149 Jekk unità istituzzjonali li tipproduċi oġġetti jew servizzi jkollha attività prinċipali kif ukoll attività sekondarja waħda jew diversi, din tkun suddiviża fl-istess għadd ta’ KAUs, u l-attivitajiet sekondarji jiġu kklassifikati taħt intestaturi differenti minn tal-attività prinċipali. L-attivitajiet anċillari mhumiex separati mill-attivitajiet prinċipali jew sekondarji. Iżda KAUs li jaqgħu taħt intestatura partikolari tas-sistema ta’ klassifikazzjoni jistgħu jipproduċu prodotti barra mill-grupp omoġenju minħabba l-attivitajiet sekondarji marbuta magħhom li ma jistgħux jiġu identifikati separatament permezz ta’ dokumenti disponibbli tal-kontabbiltà. Għaldaqstant, KAU tista’ twettaq attività sekondarja waħda jew aktar.

Industriji

2.150  Definizzjoni: Industrija hija magħmula minn grupp ta’ KAUs lokali involuti fl-istess tip ta’ attività jew tip ta’ attività simili. Fuq livell ta’ klassifikazzjoni l-aktar dettaljat, industrija tinkludi l-KAUs lokali kollha li jaqgħu fl-ambitu ta’ klassi unika (erba’ ċifri) tan-NACE Rev. 2 u li huma għalhekk involuti fl-istess attività ddefinita fin-NACE Rev. 2.

Industriji jinkludu kemm KAUs lokali li jipproduċu oġġetti u servizzi għas-suq kif ukoll KAUs lokali li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux għas-suq. Skont id-definizzjoni tagħha, industrija tinkludi grupp ta’ KAUs lokali involuti fl-istess tip ta’ attività produttiva, irrispettivament minn jekk l-unitajiet istituzzjonali li jappartjenu għalihom jipproduċux output għas-suq jew mhux għas-suq.

2.151 L-industriji jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji:

(a) industriji li jipproduċu oġġetti u servizzi għas-suq (industriji tas-suq) u oġġetti u servizzi għall-użu aħħari proprju. Servizzi għal użu aħħari proprju huma servizzi prodotti minn okkupanti sidien, u servizzi domestiċi prodotti permezz tal-impjieg ta’ persunal imħallas.

(b) industriji li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux għas-suq ta’ gvern ġenerali: industriji mhux tas-suq ta’ gvern ġenerali;

(c) industriji li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux għas-suq ta' istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi: industriji mhux tas-suq ta' istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi.

Klassifikazzjoni tal-industriji

2.152 Il-klassifikazzjoni użata għar-raggruppament ta’ KAUs lokali f’industriji hija l-NACE Rev. 2.

UNITAJIET TA’ PRODUZZJONI OMOĠENJA U FERGĦAT OMOĠENJI

2.153 Għall-analiżi tal-proċess tal-produzzjoni, l-aktar unità adatta għal din l-analiżi hija l-unità tal-produzzjoni omoġenja. Din l-unità għandha attività unika ddefinita mill-input tagħha, il-proċess tal-produzzjoni u l-output.

L-unità ta’ produzzjoni omoġenja

2.154  Definizzjoni: Unità ta’ produzzjoni omoġenja twettaq attività unika li hija identifikata mill-input tagħha, il-proċess ta’ produzzjoni tagħha u mill-output tagħha. Il-prodotti li jikkostitwixxu l-input u l-output jintgħarfu minn xulxin permezz tal-karatteristiċi fiżiċi tagħhom, kemm jiġu pproċessati u t-teknika ta’ produzzjoni użata. Dawn jistgħu jiġu identifikati permezz ta' klassifikazzjoni tal-prodotti (Klassifikazzjoni tal-Prodotti skont l-Attività — KPA). Il-KPA hija klassifikazzjoni tal-prodott li l-elementi tagħha huma strutturati skont il-kriterju tal-oriġini industrijali. Id-definizzjoni ta’ oriġini industrijali hi mogħtija mill-NACE Rev. 2.

Il-fergħa omoġenja

2.155  Definizzjoni: Il-fergħa omoġenja tikkonsisti f'raggruppament ta' unitajiet ta’ produzzjoni omoġenja. Il-ġabra ta’ attivitajiet koperti minn fergħa omoġenja hija identifikata permezz ta' riferiment għall-klassifikazzjoni tal-prodott. Il-fergħa omoġenja tipproduċi dawk l-oġġetti jew servizzi speċifikati fil-klassifikazzjoni u l-ebda prodott ieħor.

2.156 Fergħat omoġenji huma unitajiet imfassla għal analiżi ekonomika. Normalment, l-unitajiet ta’ produzzjoni omoġenja ma jistgħux jiġu osservati direttament; id-data miġbura mill-unitajiet użata fi stħarriġ ta’ statistika għandha tiġi organizzata mill-ġdid biex jiġu ffurmati fergħat omoġenji.




KAPITOLU 3

TRANSAZZJONIJIET FI PRODOTTI U ASSI MHUX PRODOTTI

TRANSAZZJONIJIET FI PRODOTTI INĠENERALI

3.01  Definizzjoni: Il-prodotti huma l-oġġetti u s-servizzi kollha li huma maħluqin fi ħdan il-konfini tal-produzzjoni. Il-produzzjoni hija definita fil-paragrafu 3.07.

3.02 Il-kategoriji ewlenin li ġejjin ta’ transazzjonijiet fi prodotti huma distinti fis-SEK:



Kategoriji tat-transazzjonijiet

Kodiċi

Output

P.1

Konsum intermedju

P.2

Infiq tal-konsum finali

P.3

Konsum finali attwali

P.4

Il-formazzjoni grossa ta’ kapital

P.5

Esportazzjonijiet tal-oġġetti u s-servizzi

P.6

Importazzjonijiet tal-oġġetti u s-servizzi

P.7

3.03 It-transazzjonijiet fil-prodotti huma rreġistrati kif ġej:

(a) fil-kont tal-oġġetti u s-servizzi, l-output u l-importazzjonijiet huma rreġistrati bħala riżorsi u t-transazzjonijiet l-oħra fil-prodotti huma rreġistrati bħala użi;

(b) fil-kont tal-produzzjoni, l-output hu rreġistrat bħala riżorsa u l-konsum intermedju hu rreġistrat bħala użu; il-valur gross miżjud huwa l-entrata saldatorja li tibbilanċja dawn iż-żewġ transazzjonijiet fil-prodotti;

(c) fil-kont tal-użu tal-introjtu disponibbli, l-infiq tal-konsum finali huwa rreġistrat bħala użu;

(d) fil-kont tal-użu tal-introjtu disponibbli aġġustat, il-konsum finali attwali huwa rreġistrat bħala użu;

(e) fil-kont kapitali, il-formazzjoni grossa ta’ kapital hija rreġistrata bħala użu (bidla fl-assi mhux finanzjarji);

(f) fil-kont estern tal-oġġetti u s-servizzi, l-importazzjonijiet tal-oġġetti u s-servizzi huma rreġistrati bħala riżorsa, u l-esportazzjonijiet tal-oġġett u s-servizzi huma rreġistrati bħala użi.

Ħafna mill-entrati saldatorji ewlenin ta’ bilanċjar fil-kontijiet, bħall-valur miżjud, il-prodott domestiku gross, l-introjtu nazzjonali u l-introjtu disponibbli, huma definiti f’termini ta’ transazzjonijiet fi prodotti. Id-definizzjoni ta’ transazzjonijiet fi prodotti tiddefinixxi dawk l-entrati saldatorji.

3.04 Fit-tabella tal-provvisti (ara paragrafu 1.136), l-output u l-importazzjonijiet huma rreġistrati bħala provvisti. Fit-tabella tal-użu, il-konsum intermedju, il-formazzjoni grossa ta’ kapital, l-infiq tal-konsum finali u l-esportazzjonijiet huma rreġistrati bħala użi. Fit-tabella simetrika tal-input-output, l-output u l-importazzjonijiet huma rreġistrati bħala provvisti u t-transazzjonijiet l-oħra fil-prodotti bħala użi.

3.05 Il-provvisti tal-prodotti huma valutati bil-prezzijiet bażiċi (ara l-paragrafu 3.44). L-użi tal-prodotti huma valutati bil-prezzijiet tax-xerrejja (ara l-paragrafu 3.06). Għal ċertu tipi ta’ provvisti u użi, pereżempju għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-oġġetti, jintużaw prinċipji ta’ valutazzjoni aktar speċifiċi.

3.06  Definizzjoni:

Il-prezz tax-xerrej huwa l-prezz li x-xerrej iħallas għall-prodotti. Il-prezz tax-xerrej jinkludi dawn li ġejjin:

(a) taxxi nieqes is-sussidji fuq il-prodotti (iżda esklużi taxxi deduċibbli bħall-VAT fuq il-prodotti);

(b) imposti għat-trasport imħallsa separatament mix-xerrej għall-kunsinna fil-ħin u l-post meħtieġ;

(c) deduzzjonijiet għal kwalunkwe skontijiet għax-xiri bl-ingrossa jew off-peak mill-prezzijiet jew l-imposti standard.

Il-prezz tax-xerrej jeskludi dawn li ġejjin:

(a) imgħax jew ħlasijiet għas-servizzi miżjuda taħt arranġamenti tal-kreditu;

(b) imposti żejda li jirriżultaw minn ħlas tard, fejn ħlas tard tfisser nuqqas ta’ ħlas fil-perijodu dikjarat fil-ħin li jkun sar ix-xiri.

Jekk il-ħin tal-użu ma jikkoinċidix mal-ħin tax-xiri, isiru aġġustamenti sal-valur biex jitqiesu l-bidliet fil-prezz minħabba li jkun għadda l-ħin (f’mod simetriku għall-bidliet fil-prezzijiet tal-inventarji). Tali modifiki huma importanti jekk il-prezzijiet tal-prodotti involuti jinbidlu b’mod sinifikanti fi żmien sena.

PRODUZZJONI U OUTPUT

3.07  Definizzjoni: Il-produzzjoni hija attività li titwettaq taħt il-kontroll, ir-responsabbiltà u l-ġestjoni ta’ unità istituzzjonali li tuża inputs tax-xogħol, kapital u oġġetti u servizzi għall-produzzjoni ta’ output ta’ oġġetti u servizzi.

Il-produzzjoni ma tkoprix proċessi naturali li m’għandhom l-ebda involviment jew direzzjoni mill-bniedem, bħat-tkabbir mhux amministrat ta’ stokkijiet tal-ħut f’ilmijiet internazzjonali, iżda l-produzzjoni tinkludi l-akkwakultura.

3.08 Il-produzzjoni tinkludi:

(a) il-produzzjoni tal-oġġetti jew is-servizzi individwali u kollettivi kollha li huma provduti lill-unitajiet minbarra lill-produtturi tagħhom.

(b) il-produzzjoni għall-kont proprju tal-oġġetti kollha li jinżammu mill-produtturi tagħhom għall-konsum aħħari proprju jew għall-formazzjoni ta’ kapital fiss gross.

Eżempji ta’ produzzjoni għall-kont proprju għall-formazzjoni ta’ kapital fiss gross huma l-produzzjoni ta’ assi fissi bħall-kostruzzjoni, l-iżvilupp ta’ softwer u l-esplorazzjoni għall-minerali għall-formazzjoni ta’ kapital fiss gross proprju. Il-kunċett tal-formazzjoni ta’ kapital fiss gross huwa deskritt fil-paragrafi 3.124 – 3.138.

Il-produzzjoni għall-kont proprju tal-oġġetti mill-unitajiet domestiċi ġeneralment għandha x’taqsam ma’:

(1) il-kostruzzjoni għall-kont proprju ta’ abitazzjonijiet;

(2) il-produzzjoni u l-ħażna ta’ prodotti agrikoli;

(3) l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, bħall-produzzjoni tad-dqiq bit-tħin, il-priżervazzjoni tal-frott bit-tnixxif u l-ibbottiljar, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib bħall-butir u l-ġobon u l-produzzjoni ta’ birra, inbid u xorb alkoħoliku;

(4) il-produzzjoni ta’ prodotti primarji oħra, bħall-estrazzjoni tal-melħ, il-qtugħ tal-pit u l-ġarr tal-ilma;

(5) tipi oħra ta’ pproċessar, bħall-insiġ tad-drapp, il-produzzjoni tal-fuħħar u l-manifattura tal-għamara.

(c) il-produzzjoni għall-kont proprju ta’ servizzi ta’ abitazzjoni minn okkupanti sidien;

(d) servizzi domestiċi u personali li jitwettqu permezz tal-impjieg ta’ persunal domestiku mħallas;

(e) attivitajiet volontarji li jirriżultaw f’oġġetti. Eżempji ta’ tali attivitajiet huma l-kostruzzjoni ta’ abitazzjonijiet, knejjes jew bini ieħor. Attivitajiet volontarji li ma jirriżultawx f’oġġetti, pereżempju kura u tindif mingħajr ħlas, huma esklużi.

L-attivitajiet elenkati hawn fuq fil-punti (a) sa (e) huma inklużi bħala produzzjoni irrispettivament minn jekk ikunux illegali jew jekk ikunux irreġistrati mal-awtoritajiet fiskali, tas-sigurtà soċjali, tal-istatistika u awtoritajiet pubbliċi oħra.

Il-produzzjoni għall-kont proprju ta’ oġġetti mill-unitajiet domestiċi tiġi rreġistrata meta dan it-tip ta’ produzzjoni hu sinifikanti, jiġifieri, meta jkun importanti f’termini kwantitattivi f’relazzjoni mal-provvista totali ta’ dak l-oġġett f’pajjiż.

L-unika produzzjoni ta’ oġġetti għall-kont proprju minn unitajiet domestiċi li hija inkluża hija il-kostruzzjoni tal-abitazzjonijiet u l-produzzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli.

3.09 Il-produzzjoni teskludi l-produzzjoni ta’ servizzi domestiċi u personali li huma prodotti u kkunsmati fl-istess unità domestika. Eżempji ta’ servizzi domestiċi prodotti mill-unitajiet domestiċi nfushom li huma esklużi huma:

(a) it-tindif, id-dekorazzjoni u l-manutenzjoni tal-abitazzjoni safejn dawn l-attivitajiet huma komuni wkoll għall-kerrejja;

(b) it-tindif, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ oġġetti tad-dar li jservu fit-tul;

(c) il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ ikliet;

(d) l-indukrar, it-taħriġ u l-istruzzjoni tat-tfal;

(e) il-kura tal-morda, id-dgħajfa jew ix-xjuħ; u

(f) it-trasport tal-membri tal-unità domestika jew l-oġġetti tagħhom.

Is-servizzi domestiċi u personali prodotti billi jiġi impjegat persunal domestiku bi ħlas u s-servizzi ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid huma inklużi fil-produzzjoni.

Attivitajiet prinċipali, sekondarji u anċillari

3.10  Definizzjoni: L-attività prinċipali ta’ KAU (unità tat-tip tal-attività) lokali hija l-attività li l-valur miżjud tagħha jaqbeż dak ta’ kwalunkwe attività oħra mwettqa fl-istess unità. Il-klassifikazzjoni tal-attività prinċipali hija determinata b’riferiment għal NACE rev. 2, l-ewwel fl-ogħla livell tal-klassifikazzjoni u mbagħad f’livelli iżjed dettaljati.

3.11  Definizzjoni: Attività sekondarja hija attività li titwettaq f’KAU lokali waħda flimkien mal-attività prinċipali. Il-prodott tal-attività sekondarja huwa prodott sekondarju.

3.12  Definizzjoni: Attività anċillari hija attività li l-output tagħha jkun maħsuba għal użu fi ħdan intrapriża.

Attività anċillari hija attività ta’ sostenn imwettqa f’impriża sabiex tipperemetti li jitwettqu l-attivitajiet prinċipali jew sekondarji ta’ KAU lokali. L-inputs kollha kkunsmati minn attività anċillari — materjali, ħidma, konsum ta’ kapital fiss, eċċ. — huma trattati bħala inputs fl-attività prinċipali jew sekondarja li hija ssostni.

Eżempji ta’ attivitajiet anċillari huma:

(a) ix-xiri;

(b) il-bejgħ;

(c) il-kummerċjalizzazzjoni;

(d) il-kontabbiltà;

(e) l-ipproċessar ta’ data;

(f) it-trasportazzjoni;

(g) il-ħażna;

(h) il-manutenzjoni;

(i) it-tindif; u

(j) is-servizzi tas-sigurtà.

L-intrapriżi għandhom l-għażla bejn l-ingaġġar ta’ attivitajiet anċillari jew ix-xiri ta’ tali servizzi fis-suq minn produtturi speċjalizzati tas-servizzi.

Il-formazzjoni tal-kapital għall-kont proprju mhix attività anċillari.

3.13 L-attivitajiet anċillari mhuxmiex iżolati biex jiffurmaw entitajiet distinti jew separati mill-attivitajiet prinċipali jew sekondarji jew l-entitajiet li jservu. Skont dan, l-attivitajiet anċillari għandhom jiġu integrati mal-KAU lokali li jservu.

L-attivitajiet anċillari jistgħu jitwettqu f’postijiet separati, f’lokalità f’reġjun ieħor li mhuwiex dak tal-KAU lokali li jkunu jservu. L-applikazzjoni stretta tar-regola msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-allokazzjoni ġeografika tal-attivatijiet anċillari tkun tirriżulta f’sottostima tal-aggregati fir-reġjuni fejn ikunu kkonċentrati l-attivitajiet anċillari. Għalhekk, f’konformità mal-prinċipju tar-residenza, l-attivitajiet anċillari għandhom jiġu allokati għar-reġjun fejn huma jkunu jinsabu; huma jibqgħu fl-istess industrija bħall-KAU lokali li jservu.

Prodott (P.1)

3.14  Definizzjoni: L-output hu t-total tal-prodotti maħluqa matul il-perijodu bażi tal-kontijiet.

Eżempji ta’ output jinkludu dawn li ġejjin:

(a) l-oġġetti u s-servizzi li KAU lokali tipprovdi lil KAU lokali differenti tal-istess unità istituzzjonali;

(b) l-oġġetti prodotti minn KAU lokali li jibqgħu fl-inventarji fl-aħħar tal-perijodu li fih jiġu prodotti, hu x’inhu l-użu sussegwenti tagħhom. L-oġġetti u s-servizzi prodotti u kkunsmati fl-istess perijodu bażi tal-kontijiet u fl-istess KAU lokali ma jiġux identifikati separatament. Dawn mhumiex irreġistrati bħala parti mill-output jew il-konsum intermedju ta’ dik il-KAU lokali.

3.15 Meta unità istituzzjonali jkun fiha iżjed minn KAU lokali waħda, l-output tal-unità istituzzjonali huwa s-somma tal-output tal-KAUs lokali komponenti tagħha, inkluż l-output ikkunsinjat bejn il-KAUs komponenti lokali.

3.16 Tliet tipi ta’ prodotti huma distinti fis-SEK 2010:

(a) output tas-suq (P.11);

(b) output prodott għall-użu finali proprju (P.12);

(c) prodott mhux tas-suq (P.13).

Din id-distinzjoni hija applikata wkoll għall-KAUs lokali u l-unitajiet istituzzjonali:

(a) produtturi tas-suq;

(b) produtturi għall-użu finali proprju;

(c) produtturi mhux tas-suq.

Id-distinzjoni bejn suq, għal użu finali proprju u mhux tas-suq hija fundamentali minħabba dan li ġej:

(a) din taffettwa l-valutazzjoni tal-output u l-kunċetti relatati, bħall-valur miżjud, il-prodott gross domestiku u l-infiq tal-konsum finali mill-gvern u l-NPISH;

(b) din taffettwa l-klassifikazzjoni tal-unitajiet istituzzjonali skont is-settur, pereżempju liema unitajiet huma inklużi fis-settur tal-gvern ġenerali u liema mhumiex.

Id-distinzjoni tiddetermina l-prinċipji ta’ valutazzjoni li jridu jiġu applikati għall-output. Il-prodott tas-suq u l-output li jsiru għall-użu finali proprju huma valutati bil-prezzijiet bażiċi. L-output totali ta’ produtturi mhux tas-suq jiġi valutat billi jingħaddu flimkien l-ispejjeż tal-produzzjoni. L-output ta’ unità istituzzjonali huwa valutat bħala s-somma tal-outputs tal-KAUs lokali tagħha u għalhekk jiddependi fuq id-distinzjoni bejn suq, għal użu finali proprju, u mhux tas-suq.

Id-distinzjoni tintuża wkoll biex tikklassifika unitajiet istituzzjonali skont is-settur. Il-produtturi mhux għas-suq jiġu kklassifikati fis-settur tal-gvern ġenerali jew l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lis-settur tal-unitajiet domestiċi.

Id-distinzjonijiet huma ddefiniti b’mod dixxendenti, jiġifieri d-distinzjoni tiġi ddefinita l-ewwel għall-unitajiet istituzzjonali, imbagħad għall-KAUs lokali u wara għall-output tagħhom.

Fil-livell tal-prodott, l-output jiġi kklassifikat bħala output tas-suq, output għall-użu finali proprju u output mhux tas-suq skont il-karatteristiċi tal-unità istituzzjonali u l-KAU lokali li tipproduċi dak l-output.

3.17  Definizzjoni: L-output tas-suq jikkonsisti minn output prodott li huwa disponibbli fis-suq jew maħsub biex ikun disponibbli fis-suq.

3.18 L-output tas-suq jinkludi:

(a) prodotti mibjugħin bi prezzijiet ekonomikament sinifikanti;

(b) prodotti li jiġu mparta;

(c) prodotti użati għal ħlasijiet in natura (inkluż il-kumpens lill-impjegati in natura u dħul imħallat in natura);

(d) prodotti forniti minn KAU lokali waħda lil oħra fl-istess unità istituzzjonali biex jintużaw bħala inputs intermedji jew għal użu finali;

(e) prodotti miżjuda mal-inventarji tal-oġġetti lesti u ħidma li għaddejja maħsuba għal wieħed jew iżjed mill-użi msemmija hawn fuq (inkluż it-tkabbir naturali ta’ prodotti tal-annimali u tal-ħxejjex u strutturi mhux lesti li x-xerrej tagħhom mhuwiex magħruf).

3.19  Definizzjoni: Prezzijiet ekonomikament sinifikanti huma prezzijiet li għandhom effett sostanzjali fuq l-ammonti tal-prodotti li l-produtturi huma lesti jipprovdu u fuq l-ammonti tal-prodotti li x-xerrejja jixtiequ jakkwistaw. Tali prezzijiet jirriżultaw meta japplikaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-produttur għandu inċentiv biex jaġġusta l-provvista jew bil-għan li jagħmel profitt għall-perijodu fit-tul jew, bħala minimu, li jkopri l-kapital u spejjeż oħra; u

(b) il-konsumaturi għandhom il-libertà li jixtru jew li ma jixtrux u jagħmlu l-għażla abbażi tal-prezzijiet li jintalbu.

Probabbli li jiġu mitluba prezzijiet li mhumiex ekonomikament sinifikanti sabiex jinġabar xi dħul jew jinkiseb xi tnaqqis fid-domanda żejda li tista’ sseħħ meta s-servizzi jiġu provduti kompletament b’xejn.

Il-prezz ekonomikament sinifikanti ta’ prodott huwa definit f’relazzjoni mal-unità istituzzjonali u l-KAU lokali li pproduċiet l-output. Pereżempju, l-output kollu ta’ intrapriżi mhux inkorporati posseduti mill-unitajiet domestiċi mibjugħin lil unitajiet istituzzjonali oħra jinbiegħ bi prezzijiet ekonomikament sinifikanti; għalhekk irid jitqies bħala output tas-suq. Fil-każ ta’ output ta’ unitajiet istituzzjonali oħra, il-ħila li titwettaq attività tas-suq bi prezzijiet ekonomikament sinifikanti tiġi kkontrollata notevolment permezz ta’ kriterju kwantitattiv (il-kriterju tal-50 %), bl-użu tal-proporzjoni tal-bejgħ kontra l-ispejjeż tal-produzzjoni. Biex tkun produttur tas-suq, l-unità għandha tkopri talanqas 50 % tal-ispejjeż tagħha permezz tal-bejgħ tagħha tul perijodu sostnut ta’ għadd ta’ snin.

3.20  Definizzjoni: L-output prodott għall-użu finali proprju jikkonsisti minn oġġetti jew servizzi li jinżammu jew għall-konsum finali proprju jew għall-formazzjoni ta’ kapital mill-istess unità istituzzjonali.

3.21 Il-prodotti miżmuma għall-konsum finali proprju jistgħu jiġu prodotti biss mis-settur tal-unitajiet domestiċi. Eżempji ta’ prodotti miżmuma għall-konsum finali proprju jinkludu:

(a) prodotti agrikoli miżmuma mill-bdiewa;

(b) servizzi ta’ abitazzjoni prodotti mill-okkupanti sidien;

(c) servizzi ta’ unitajiet domestiċi prodotti permezz tal-impjegar ta’ persunal imħallas.

3.22 Prodotti użati għall-formazzjoni ta’ kapital proprju jistgħu jiġu prodotti minn kwalunkwe settur. Eżempji tat-tali prodotti huma:

(a) għodod tal-magni prodotti minn intrapriżi tal-inġinerija;

(b) abitazzjonijiet, jew estensjonijiet ta’ abitazzjonijiet, prodotti mill-unitajiet domestiċi;

(c) kostruzzjoni għall-kont proprju, inkluża kostruzzjoni komunali li titwettaq minn gruppi ta’ unitajiet domestiċi;

(d) softwer għall-kont proprju;

(e) riċerka u żvilupp għall-kont proprju. In-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp jiġu rreġistrati bħala formazzjoni ta’ kapital fiss biss meta jkun inkiseb livell biżżejjed għoli ta’ affidabbiltà u paragunabbiltà tal-istimi minn madwar l-Istati Membri tal-UE.

3.23  Definizzjoni: L-output mhux tas-suq jikkonsisti f’output ipprovdut lil unitajiet oħra mingħajr ħlas, jew bi prezzijiet li mhumiex ekonomikament sinifikanti.

Prodott mhux tas-suq (P.13) jiġi suddiviż f’żewġ entrati: “Ħlasijiet għal output mhux tas-suq” (P.131), li jikkonsistu minn diversi tariffi u imposti, u “Output mhux tas-suq, ieħor” (P.132), li huwa output ipprovdut mingħajr ħlas.

Output mhux tas-suq jiġi prodott għar-raġunijiet li ġejjin:

(a) jista’ jkun teknikament impossibbli li wieħed iġiegħel lill-individwi jħallsu għal servizzi kollettivi minħabba li l-konsum minnhom ta’ tali servizzi ma jistax jiġi mmonitorjat u kkontrollat. Il-produzzjoni ta’ servizzi kollettivi tiġi organizzata mill-unitajiet tal-gvern u finanzjata minn fondi minbarra dawk riċevuti mill-bejgħ, jiġifieri d-dħul mit-taxxa jew dħul ieħor tal-gvern;

(b) l-unitajiet tal-gvern u l-NPISHs jistgħu wkoll jipproduċu u jipprovdu oġġetti jew servizzi lil unitajiet domestiċi individwali li għalihom jistgħu jitolbu ħlas iżda li jagħżlu li ma jagħmlux dan minħabba politika soċjali jew ekonomika. Eżempji huma l-provvista tas-servizzi ta’ edukazzjoni jew tas-saħħa, mingħajr ħlas jew bi prezzijiet li mhumiex ekonomikament sinifikanti.

3.24  Definizzjoni: Il-produtturi tas-suq huma KAUs lokali jew unitajiet istituzzjonali li l-maġġoranza tal-output tagħhom hija output tas-suq.

Jekk KAU lokali jew unità istituzzjonali hija produttur tas-suq, l-output prinċipali tagħha hija b’definizzjoni output tas-suq, peress li l-kunċett ta’ output tas-suq jiġi definit wara li tkun ġiet applikata d-distinzjoni tas-suq, għal użu finali proprju u output mhux tas-suq, lill-KAU lokali u l-unità istituzzjonali li pproduċew dak l-output.

3.25  Definizzjoni: Produtturi għall-użu finali proprju huma KAUs lokali jew unitajiet istituzzjonali li l-parti l-kbira tal-output tagħhom hija għall-użu finali proprju fl-istess unità istituzzjonali.

3.26  Definizzjoni: Produtturi mhux tas-suq huma KAUs lokali jew unitajiet istituzzjonali li l-parti l-kbira tal-output tagħhom hija pprovduta mingħajr ħlas jew bi prezzijiet mhux ekonomikament sinifikanti.

Unitajiet istituzzjonali: distinzjoni bejn tas-suq, għall-użu finali proprju u mhux tas-suq

3.27 Għall-unitajiet istituzzjonali bħala produtturi, id-distinzjoni bejn tas-suq, għall-użu finali proprju u mhux tas-suq hija mogħtija fil-qosor fit-Tabella 3.1. Hija murija wkoll il-klassifikazzjoni skont is-settur.



Tabella 3.1 —  Id-distinzjoni bejn produtturi għas-suq, produtturi għall-użu finali proprju u produtturi mhux għas-suq għall-unitajiet istituzzjonali

Tip ta’ unità istituzzjonali

Klassifikazzjoni

Privata jew pubblika?

 

NPI jew le?

Produttur tas-suq?

Tip ta’ produttur

Settur(i)

1.  Produtturi privati

1.1  Impriżi mhux inkorporati li huma proprjetà ta’ unitajiet domestiċi (bl-esklużjoni ta’ impriżi kważikorporattivi proprjetà ta’ unitajiet domestiċi)

 

 

1.1 = Għas-suq jew għall-użu finali proprju

Unitajiet domestiċi

 

1.2  Produtturi privati oħrajn (inkluż l-impriżi kważikorporattivi proprjetà ta’ unitajiet domestiċi)

1.2.1  NPIs privati

1.2.1.1  Iva

1.2.1.1 = Suq

Korporazzjonijiet

 

 

 

1.2.1.2  Le

1.2.1.2 = Mhux għas-suq

NPISH

 

 

1.2.2  Produtturi privati oħrajn mhux NPI

 

1.2.2 = Suq

Korporazzjonijiet

2.  Produtturi pubbliċi

 

 

2.1  Iva

2.1 = Suq

Korporazzjonijiet

 

 

 

2.2  Le

2.2 = Mhux għas-suq

Gvern ġenerali

3.28 It-Tabella 3.1 turi li sabiex jiġi determinat jekk unità istituzzjonali għandhiex tiġi kklassifikata bħala produttur għas-suq, produttur għall-użu finali proprju jew produttur mhux għas-suq, diversi distinzjonijiet isiru b’mod sekwenzjali. L-ewwel distinzjoni hija bejn produtturi privati u pubbliċi. Produttur pubbliku huwa produttur li huwa kkontrollat mill-gvern ġenerali, fejn il-kontroll ikun kif iddefinit fil-paragrafu 2.38.

3.29 Kif jidher fit-Tabella 3.1, il-produtturi privati jinsabu fis-setturi kollha minbarra l-gvern ġenerali. B’kuntrast, il-produtturi pubbliċi jinsabu biss fis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, fis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji u fis-settur tal-gvern ġenerali.

3.30 Kategorija speċifika ta’ produtturi privati hija dik tal-intrapriżi mhux inkorporati posseduti mill-unitajiet domestiċi. Dawn huma produtturi tas-suq jew produtturi għall-użu finali proprju. Dan tal-aħħar iseħħ fil-każ tal-produzzjoni ta’ servizzi ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid u l-produzzjoni proprja tal-oġġetti. L-intrapriżi kollha mhux inkorporati posseduti minn unitajiet domestiċi huma kklassifikati fis-settur tal-unitajiet domestiċi għajr għal intrapriżi kważikorporattivi posseduti minn unitajiet domestiċi. Dawn huma produtturi tas-suq u kklassifikati fis-setturi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji u korporazzjonijiet finanzjarji.

3.31 Għall-produtturi l-oħra privati, issir distinzjoni bejn istituzzjonijiet privati mingħajr skop ta' profitt u produtturi oħra privati.

Definizzjoni: Istituzzjoni privata mingħajr skop ta’ qligħ (NPI) hija definita bħala entità legali jew soċjali li taġixxi għall-iskop tal-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi li l-istatus tagħha ma jippermettix li tkun sors ta’ introjtu, profitt jew qligħ finanzjarju ieħor għall-unitajiet li jistabbilixxuha, jikkontrollawha jew jiffinanzjawha. Meta l-attivitajiet produttivi tagħhom jiġġenerew eċċessi, tali eċċessi ma jistgħux jiġu approprjati minn unitajiet istituzzjonali oħrajn.

NPI privata hija klassifikata fis-setturi tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-korporazzjonijiet finanzjarji, jekk tkun produttur għas-suq.

NPI privata tiġi kklassifikata fis-settur NPISH jekk tkun produttur mhux tas-suq, ħlief meta tkun ikkontrollata mill-gvern. Meta NPI privata tkun ikkontrollata mill-gvern, din tiġi kklassifikata fis-settur tal-gvern ġenerali.

Il-produtturi privati l-oħrajn kollha li mhumiex NPIs huma produtturi tas-suq. Dawn huma kklassifikati fis-setturi tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u korporazzjonijiet finanzjarji.

3.32 Meta ssir distinzjoni bejn output għas-suq u mhux għas-suq u bejn produtturi għas-suq u mhux għas-suq, għandhom jintużaw diversi kriterji. Il-kriterji għas-suq u mhux għas-suq in kwistjoni (ara l-paragrafu 3.19 dwar id-definizzjoni ta’ prezzijiet ekonomikament sinifikanti) ifittxu li jivvalutaw l-eżistenza ta’ ċirkostanzi tas-suq u komportament biżżejjed tas-suq mill-produttur. Skont dan il-kriterju kwantitattiv għas-suq u mhux għas-suq, il-prodotti mibjugħin bi prezzijiet ekonomikament sinifikanti għandhom ikopru tal-anqas il-maġġoranza tal-ispejjeż tal-produzzjoni bil-bejgħ.

3.33 Fl-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju kwantitattiv għas-suq u mhux għas-suq, il-bejgħ u l-ispejjeż tal-produzzjoni huma ddefiniti kif ġej:

(a) il-bejgħ ifisser il-bejgħ esklużi t-taxxi fuq il-prodotti iżda jinkludi l-ħlasijiet kollha li jsiru mill-gvern ġenerali jew l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u mogħtija lil kwalunkwe tip ta’ produttur f’din it-tip ta’ attività, jiġifieri l-ħlasijiet kollha marbuta mal-volum jew il-valur tal-output huma inklużi, iżda l-ħlasijiet li jkopru defiċit ġenerali jew iħallsu id-djun huma esklużi.

Din id-definizzjoni ta’ bejgħ tikkorrispondi għal dak l-output bi prezzijiet bażiċi minbarra li:

(1) l-output bi prezzijiet bażiċi huwa definit biss wara li jkun ġie deċiż dwar jekk l-output huwiex għas-suq jew le: il-bejgħ jintuża biss fl-ivvalutar tal-output għas-suq; l-output mhux għas-suq jiġi valutat skont l-ispejjeż;

(2) il-ħlasijiet li jsiru mill-gvern ġenerali biex ikopru defiċit ġenerali tal-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet jikkostitwixxu parti minn sussidji oħra fuq il-prodotti kif definit fil-punt (c) tal-paragrafu 4.35. Bħala konsegwenza, l-output għas-suq bi prezzijiet bażiċi jinkludi l-ħlasijiet li jsiru mill-gvern ġenerali biex jiġi kopert defiċit ġenerali;

(b) il-bejgħ jeskludi sorsi oħra ta’ dħul bħall-qligħ nominali (għalkemm dawn jistgħu jkunu parti normali u mistennija tad-dħul ta’ negozju), għotjiet ta’ investiment, trasferimenti oħra ta’ kapital (pereżempju amortizzazzjoni tad-dejn) u x-xiri ta’ ekwità;

(c) għall-fini ta’ dan il-kriterju, l-ispejjeż tal-produzzjoni huma ugwali għas-somma tal-konsum intermedju, il-kumpens għall-impjegati, il-konsum tal-kapital fiss, taxxi oħra fuq il-produzzjoni flimkien mal-ispejjeż tal-kapital. Sussidji oħra fuq il-produzzjoni ma jiġux imnaqqsa. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-kunċetti ta’ “bejgħ” u “spejjeż tal-produzzjoni” fl-applikazzjoni tal-kriterju kwantitattiv għas-suq u mhux għas-suq, “l-ispejjeż tal-produzzjoni” għandhom jeskludu l-ispejjeż kollha mġarrba għall-formazzjoni tal-kapital proprja. Għal raġunijiet ta’ sempliċità, l-ispejjeż tal-kapital jistgħu ġeneralment jiġu approssimati bil-ħlasijiet tal-imgħax attwali nett. Madankollu, għall-produtturi ta’ servizzi finanzjarji, tittieħed l-imposta fuq l-imgħax, jiġifieri ssir korrezzjoni għal servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM).

Il-kriterju kwantitattiv għas-suq u mhux għas-suq jiġi applikat billi titqies firxa ta’ snin. Ċaqliq żgħir fid-daqs tal-bejgħ minn sena għal oħra ma jirrikjedix riklassifikazzjoni tal-unitajiet istituzzjonali (u l-KAUs lokali u l-output tagħhom).

3.34 Bejgħ jista’ jikkonsisti minn elementi varji. Pereżempju, fil-każ tas-servizzi tal-kura tas-saħħa provduti minn sptar il-bejgħ jista’ jikkorrispondi għal:

(a) akkwisti minn min iħaddem li jridu jiġu reġistrati bħala introjtu in natura mħallas lill-impjegati tagħhom u l-infiq tal-konsum finali minn dawn l-impjegati;

(b) akkwisti minn kumpaniji privati tal-assigurazzjoni;

(c) akkwisti minn fondi tas-sigurtà soċjali u l-gvern ġenerali li għandhom jiġu kklassifikati bħala benefiċċji soċjali in natura;

(d) akkwisti minn unitajiet domestiċi mingħajr rimborż (infiq tal-konsum finali).

Sussidji oħra fuq produzzjoni u rigali (pereżempju mill-organizzazzjonijiet tal-karità) irċevuti biss mhumiex trattati bħala bejgħ.

Fl-istess mod, bħala eżempju illustrattiv, il-bejgħ ta’ servizzi ta’ trasport minn intrapriża jista’ jikkorrispondi għal konsum intermedju mill-produtturi, dħul in natura provdut minn min iħaddem, benefiċċji soċjali in natura provduti mill-gvern u akkwisti mill-unitajiet domestiċi mingħajr rimborż.

3.35 Istituzzjonijiet privati mingħajr skop ta' profitt li jservu lin-negozji huma każ speċjali. Dawn huma normalment finanzjati minn kontribuzzjonijiet jew sottoskrizzjonijiet mill-grupp ta’ negozji kkonċernat. Is-sottoskrizzjonijiet mhumiex trattati bħala trasferimenti iżda bħala ħlasijiet għal servizzi mogħtija, jiġifieri bħala bejgħ. Dawn l-NPIs għalhekk huma produtturi għas-suq u huma kklassifikati fis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji jew dak tal-korporazzjonijiet finanzjarji.

3.36 Meta jiġi applikat il-kriterju ta’ paragunar tal-bejgħ u l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ NPIs privati jew pubbliċi, l-inklużjoni fil-bejgħ tal-ħlasijiet kollha marbuta mal-volum tal-output jistgħu jkunu qarrieqa f’xi każijiet speċifiċi. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fir-rigward tal-finanzjament ta’ skejjel privati u pubbliċi. Il-ħlasijiet mill-gvern ġenerali jistgħu jkunu marbuta man-numru ta’ studenti iżda jkunu s-suġġett ta’ negozjar mal-gvern ġenerali. F’każ bħal dan, dawk il-ħlasijiet ma jiġux irreġistrati bħala bejgħ, għalkemm jista’ jkollhom konnessjoni espliċita ma’ kejl tal-volum tal-output, bħan-numru ta’ studenti. Dan jimplika li skola ffinanzjata prinċipalment minn tali ħlasijiet tkun produttur mhux għas-suq.

3.37 Il-produtturi pubbliċi jistgħu jkunu produtturi għas-suq jew produtturi mhux għas-suq. Il-produtturi għas-suq jiġu kklassifikati fis-setturi tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u finanzjarji. Jekk l-unità istituzzjonali hija produttur mhux għas-suq, din tiġi kklassifikata fis-settur tal-gvern ġenerali.

3.38 Il-KAUs lokali bħala produtturi għas-suq u bħala produtturi għall-użu finali proprju ma jistgħux jissuplixxu l-output mhux għas-suq. L-output tagħhom għalhekk jista’ jiġi reġistrat biss bħala output għas-suq jew output għall-użu finali proprju u jiġi valutat f’dan il-mod (ara l-paragrafi 3.42 sa 3.53).

3.39 Il-KAUs lokali bħala produtturi mhux għas-suq jistgħu jipprovdu bħala output sekondarju outputs għas-suq u output għall-użu finali proprju. L-output għall-użu finali proprju jikkonsisti mill-formazzjoni ta’ kapital proprju. L-okkorrenza ta’ output għas-suq għandha fil-prinċipju tiġi determinata bl-applikazzjoni tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi għas-suq u mhux għas-suq lil prodotti individwali. Tali output għas-suq sekondarju minn produtturi mhux għas-suq jista’ jkun il-każ pereżempju meta l-isptarijiet tal-gvern jitolbu prezzijiet ekonomikament sinifikanti għal uħud mis-servizzi tagħhom.

3.40 Eżempji oħra huma l-bejgħ ta’ riproduzzjonijiet minn mużewijiet tal-gvern u l-bejgħ tat-tbassir tat-temp minn istituti tal-meteoroloġija.

3.41 Il-produtturi mhux għas-suq jista’ jkollhom ukoll dħul mill-bejgħ tal-output tagħhom mhux għas-suq bi prezzijiet mhux ekonomikament sinifikanti, pereżempju d-dħul li jagħmel mużew mill-biljetti tad-dħul. Dan id-dħul jappartjeni għal output mhux għas-suq. Madankollu, jekk huwa diffiċli li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ dħul (dħul mill-biljetti u dak mill-bejgħ ta’ posters u kartolini), dawn kollha jistgħu jiġu trattati jew bħala dħul għall-output għas-suq jew dħul għal l-output mhux għas-suq. L-għażla bejn dawn iż-żewġ reġistrazzjonijiet alternattivi għandha tiddependi fuq l-importanza relattiva attribwita taż-żewġ tipi ta’ dħul (mill-biljetti kontra dawk mill-bejgħ ta’ posters u kartolini).

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-output

3.42 Il-prodott għandu jiġi reġistrat u valutat meta jiġi ġenerat mill-proċess tal-produzzjoni

3.43 L-output kollu għandu jiġi valutat bil-prezzijiet bażiċi, iżda konvenzjonijiet speċifiċi japplikaw għal dan li ġej:

(a) il-valutazzjoni tal-output mhux għas-suq;

(b) il-valutazzjoni tal-output totali ta’ produttur mhux għas-suq (KAU lokali);

(c) il-valutazzjoni tal-output totali ta’ unità istituzzjonali li KAU lokali tagħha huwa produttur mhux għas-suq.

3.44  Definizzjoni: Il-prezz bażiku huwa l-prezz li jirċievu l-produtturi mix-xerrej għal unità ta’ oġġett jew servizz prodott bħala output nieqes kwalunkwe taxxa (jiġifieri taxxi fuq prodotti) pagabbli fuq dik l-unità bħala konsegwenza tal-produzzjoni jew bejgħ tagħha, flimkien ma’ kwalunkwe sussidju (jiġifieri sussidji fuq prodotti) riċevibbli fuq dik l-unità bħala konsegwenza tal-produzzjoni jew bejgħ tagħha. Dan jeskludi kwalunkwe imposti tat-trasport li jiġu fatturati separatament mill-produttur. Dan jeskludi wkoll il-qligħ u t-telf nominali fuq assi finanzjarji u mhux finanzjarji.

3.45 Output għall-użu finali proprju (P.12) jiġi valutat bil-prezzijiet bażiċi ta’ prodotti simili mibjugħin fis-suq. Dan jiġġenera bilanċ operattiv nett jew introjtu mħallat għal tali output. Eżempju ta’ dan huma s-servizzi ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid li jiġġeneraw bilanċ operattiv nett. Jekk il-prezzijiet bażiċi ta’ prodotti simili ma jkunux disponibbli, l-output għall-użu finali proprju għandu jiġi vvalutat bl-ispejjeż tal-produzzjoni flimkien ma’ mark-up (ħlief għall-produtturi mhux għas-suq) fil-każ ta’ bilanċ operattiv nett jew introjtu mħallat.

3.46 Żidiet mal-ħidma li għaddejja jiġu valutati bil-prezz bażiku attwali tal-prodott lest.

3.47 Biex jiġi stmat bil-quddiem il-valur tal-output trattat bħala ħidma li għaddejja, il-valur jissejjes fuq l-ispejjeż attwali li jsiru, flimkien ma’ mark-up (ħlief għall-produtturi mhux għas-suq) għall-bilanċ pożittiv operattiv stmat jew l-introjtu mħallat. L-istimi proviżorji jiġu sostitwiti sussegwentement minn dawk miksuba bid-distribuzzjoni tal-valur attwali (meta jkun magħruf) tal-prodotti finali, tul il-medda ta’ żmien tal-ħidma li għaddejja.

Il-valur tal-output ta’ prodotti lesti huwa s-somma tal-valuri ta’ dan li ġej:

(a) il-prodotti lesti mibjugħin jew imparta;

(b) id-dħul ta’ prodotti lesti fl-inventarji, nieqes it-tħassir;

(c) il-prodotti lesti għall-użu finali proprju.

3.48 Għall-bini u l-istrutturi miksuba fi stat mhux lest, il-valur huwa stmat abbażi tal-ispejjeż sa dik id-data, inkluż mark-up għall-bilanċ pożittiv operattiv jew għall-introjtu mħallat. Dan il-mark-up jirriżulta meta l-valur jista’ jiġi stmat abbażi tal-prezzijiet ta’ bini u strutturi simili. L-ammonti ta’ ħlasijiet fi stadji jistgħu jintużaw għall-approssimazzjoni tal-valuri tal-formazzjoni ta’ kapital fiss gross li jagħmel ix-xerrej f’kull stadju bis-suppożizzjoni li ma jkun hemm l-ebda ħlas bil-quddiem jew arretrati.

Fejn il-kostruzzjoni għall-kont proprju ta’ struttura ma tkunx tlestiet f’perijodu bażi wieħed tal-kontijiet, il-valur tal-output jiġi stmat bil-metodu li ġej. Jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-ispejjeż imġarrba fil-perijodu attwali għall-ispejjeż totali tul il-medda kollha ta’ żmien tal-kostruzzjoni. Dan il-proporzjon jiġi applikat għall-istima tal-output totali bil-prezz attwali. Jekk mhuwiex possibbli li jiġi stmat il-valur tal-istruttura lesta bil-prezz bażiku attwali, dan jiġi valutat bl-ispejjeż totali tiegħu tal-produzzjoni flimkien ma’ mark-up (ħlief għall-produtturi mhux għas-suq) fil-każ ta’ bilanċ operattiv nett jew introjtu mħallat. Jekk parti mix-xogħol jew kollu kemm hu jiġi provdut b’xejn, kif jista’ jiġri fil-każ tal-kostruzzjoni komunali mill-unitajiet domestiċi, tiġi inkluża stima ta’ x’kienet tkun l-ispiża tax-xogħol fl-ispejjeż totali stmati tal-produzzjoni bl-użu tar-rati tal-pagi għal attivitajiet ta’ inputs ta' xogħol simili.

3.49 L-output totali ta’ produttur mhux għas-suq (KAU lokali) jiġi valutat bl-ispejjeż totali tal-produzzjoni, jiġifieri s-somma:

(a) tal-konsum intermedju (P.2);

(b) il-kumpens tal-impjegati (D.1);

(c) il-konsum tal-kapital fiss (P.51c);

(d) taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) nieqes sussidji oħra tal-produzzjoni (D.39).

Il-pagamenti tal-imgħax (minbarra l-FISIM) mhumiex inklużi bħala spejjeż tal-produzzjoni mhux għas-suq. L-ispejjeż tal-produzzjoni mhux għas-suq ukoll ma jinkludux imputazzjoni għal redditu nett fuq il-kapital, jew imputazzjoni għall-valur tal-kiri ta’ bini mhux residenzjali possedut u użat fil-produzzjoni mhux għas-suq.

3.50 L-output totali ta’ unità istituzzjonali huwa s-somma tal-output totali tal-KAUs lokali kostitwenti tagħha. Dan japplika wkoll għal unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux għas-suq.

3.51 Fl-assenza ta’ output sekondarju tas-suq mill-produtturi mhux għas-suq, l-output mhux tas-suq jiġi valutat bl-ispejjeż tal-produzzjoni. Fil-każ ta’ output sekondarju tas-suq minn produtturi mhux għas-suq, il-prodott mhux għas-suq jiġi valutat bħala entrata residwa, jiġifieri l-ispejjeż totali tal-produzzjoni nieqes id-dħul mill-output tas-suq.

3.52 L-output tas-suq minn produtturi mhux għas-suq jiġi valutat bil-prezzijiet bażiċi. L-output totali ta’ KAU lokali mhux għas-suq li jkopri l-output għas-suq, mhux għas-suq għall-użu finali proprju, jiġi valutat permezz tas-somma tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-valur tal-output tagħha għas-suq jinkiseb permezz tal-qligħ mill-bejgħ tal-prodotti għas-suq, filwaqt li l-valur tal-output mhux għas-suq tagħha jinkiseb residwalment bħala d-differenzi bejn il-valur tal-output totali u s-somma tal-output għas-suq u l-output għall-użu finali proprju. Il-valur tal-qligħ tagħha mill-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi mhux għas-suq bi prezzijiet li mhumiex ekonomikament sinifikanti ma jidħolx f’dawn il-kalkoli — dawn huma parti mill-valur tal-output tagħha mhux għas-suq.

3.53 Din li ġejja hija lista ta’ eċċezzjonijiet u kjarifiki, fl-ordni tas-sezzjonijiet tas-CPA fir-rigward taż-żminijiet tar-reġistrazzjoni u l-valutazzjoni tal-output.

Prodotti tal-agrikoltura, tal-forestrija u s-sajd (Sezzjoni A)

3.54 L-output tal-prodotti agrikoli jiġi rreġistrati bħala li qed jiġi prodott kontinwament matul il-perijodu sħiħ tal-produzzjoni (u mhux biss meta l-għelejjel jinħasdu jew l-annimali jinqatlu).

It-tkabbir tal-għelejjel, l-injam mhux maqtugħ u l-istokkijiet tal-ħut jew l-annimali mrobbija għal skopijiet ta’ ikel jiġu ttrattati bħala inventarji ta’ ħidma li għaddejja matul il-proċess, u trasformati f’inventarji ta’ prodotti lesti meta l-proċess jitlesta.

L-output jeskludi kwalunkwe bidliet fir-riżorsi bijoloġiċi mhux koltivati, pereżempju t-tkabbir tal-annimali, l-għasafar, il-ħut li qed jgħixu fis-selvaġġ jew it-tkabbir ta’ foresti mhux ikkultivati.

Prodotti manifatturati (Sezzjoni C); Xogħol tal-kostruzzjoni (Sezzjoni F)

3.55 Fil-każ tal-kostruzzjoni ta’ bini jew struttura oħra li testendi tul perijodi bażi diversi tal-kontijiet, l-output prodott matul kull perijodu jiġi ttrattat bħala mibjugħ lix-xerrej fi tmiem tal-perijodu, jiġifieri rreġistrat bħala formazzjoni ta’ kapital fiss mix-xerrej aktar minn ħidma li għaddejja fl-industrija tal-kostruzzjoni. L-output jiġi trattat bħala mibjugħ lix-xerrej fi stadji. Meta l-kuntratt jesiġi ħlasijiet fi stadji, il-valur tal-output jista’ jiġi approssimat bil-valur tal-ħlasijiet fi stadji li jsiru f’kull perijodu. Fejn ma jkunx hemm ċertezza fir-rigward tax-xerrej aħħari, l-output mhux komplet li jiġi prodott f’kull perijodu jiġi rreġistrat bħala ħidma li għaddejja.

Servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi (Sezzjoni G)

3.56 L-output tas-servizzi bl-ingrossa u bl-imnut jitkejjel bil-marġnijiet tal-kummerċ realizzati fuq l-oġġetti li jixtru għall-bejgħ mill-ġdid.

Definizzjoni: Marġni tal-kummerċ hija d-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ attwali jew inputtjat realizzat fuq oġġett mixtri għall-bejgħ mill-ġdid u l-prezz li kieku kien jitħallas mid-distributur biex jissostitwixxi l-oġġett meta jinbiegħ jew inkella meta jiddisponi minnu.

Il-marġnijiet kummerċjali realizzati fuq ċertu oġġetti jistgħu jkunu negattivi jekk il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom jitnaqqsu. Il-marġnijiet kummerċjali jkunu negattivi fuq oġġetti li ma jinbiegħux li, iżda jintremew jew jinsterqu. Il-marġnijiet kummerċjli fuq l-oġġetti mogħtija lill-impjegati bħala kumpens in natura jew irtirati għall-konsum finali mis-sidien, huma ugwali għal żero.

Il-qligħ u t-telf nominali mhumiex inklużi fil-marġni tal-kummerċ.

L-output ta’ bejjiegħ bl-ingrossa jew bejjiegħ bl-imnut jingħata mill-identità li ġejja:

il-valur tal-output =

il-valur tal-bejgħ

flimkien mal-valur tal-oġġetti mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid u użati għall-konsum intermedju, il-kumpens tal-impjegati in natura jew id-dħul imħallat in natura,

nieqes il-valur tal-oġġetti mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid,

flimkien mal-valur taż-żidiet għall-inventarji tal-oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid,

nieqes il-valur tal-oġġetti rtirati mill-inventarji tal-oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid,

nieqes il-valur ta’ telf rikorrenti minħabba r-rati normali tal-ħela, serq jew danni aċċidentali.

Trasport u Ħżin (Sezzjoni H)

3.57 Il-prodott tas-servizzi ta’ trasport jitkejjel bil-valur tal-ammonti riċevibbli għat-trasport ta’ oġġetti jew persuni. It-trasport għall-użu proprju fil-KAU lokali jitqies bħala attività anċillari u ma jiġix identifikat u reġistrat separatament.

3.58 L-output tas-servizzi tal-ħżin jitkejjel bħala l-valur ta’ żieda għall-ħidma li għaddejja. Żidiet fil-prezz tal-oġġetti waqt li jkunu fl-inventarji m’għandhomx jitqiesu bħala ħidma li għaddejja u produzzjoni, iżda għandhom jiġu trattati bħala qligħ nominali. Jekk iż-żieda fil-valur tirrifletti żieda fil-prezz iżda l-ebda bidla fil-kwalità, allura mhux qed issir produzzjoni ulterjuri matul il-perijodu flimkien mal-ispejjeż tal-ħżin jew ix-xiri espliċitu għal servizz tal-ħżin. Madankollu, fi tliet każijiet iż-żieda fil-valur titqies bħala produzzjoni:

(a) il-kwalità tal-oġġett tista’ titjieb maż-żmien, pereżempju fil-każ tal-inbid; huma biss il-każijiet fejn il-maturità hija parti mill-proċess tal-produzzjoni regolari, iż-żieda fil-kwalita’ tal-oġġett titqies bħala produzzjoni;

(b) il-fatturi staġjonali li jaffettwaw il-provvista jew id-domanda għal oġġett speċifiku li jwasslu għal varjazzjonijiet regolari u prevedibbli fil-prezz matul is-sena, anki jekk il-kwalitajiet fiżiċi tiegħu jistgħu ma jkunux tbiddlu;

(c) il-proċess tal-produzzjoni huwa twil biżżejjed li l-fatturi tal-iskontar jiġu applikati għal xogħol li jsir ferm qabel il-kunsinna.

3.59 Il-biċċa l-kbira tal-bidliet fil-prezzijiet tal-oġġetti waqt li jkunu fl-inventarji mhumiex żidiet għall-ħidma li għaddejja. Sabiex tiġi stmata ż-żieda fil-valur tal-oġġetti maħżuna ’l fuq mill-ispejjeż tal-ħżin, tista’ tintuża ż-żieda mistennija fil-valur ’il fuq mir-rata ġenerali tal-inflazzjoni fuq perijodu predeterminat. Kwalunkwe qligħ li jseħħ barra l-perijodu predeterminat ikompli jiġi rreġistrat bħala qligħ jew telf nominali.

Is-servizzi tal-ħżin ma jinkludux xi bidla fil-prezz minħabba ż-żamma ta’ assi finanzjarji, oġġetti ta’ valur jew assi oħra mhux finanzjarji bħal art u bini.

3.60 L-output tas-servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar jitkejjel bħala l-valur tal-ħlasijiet għas-servizz tal-aġenziji (tariffi jew kummissjonijiet) u mhux min-nefqa kollha li ssir mill-vjaġġaturi lill-aġenzija tal-ivvjaġġar, li tinkludi wkoll imposti għat-trasport minn partijiet terzi.

3.61 L-output tas-servizzi tal-operaturi turistiċi jitkejjel bin-nefqa kollha li ssir mill-vjaġġaturi lill-operatur turistiku.

3.62 Is-servizzi ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar u servizzi ta’ operatur turistiku jiġu distinti mill-fatt li s-servizzi ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar jammontaw biss għall-intermedjazzjoni f’isem il-vjaġġatur, waqt li s-servizzi ta’ operatur turistiku joħolqu prodott ġdid imsejjaħ ġita, li jkollha komponenti varji ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni u divertiment.

Akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel (Sezzjoni I)

3.63 Il-valur tal-output tas-servizzi tal-lukandi, ir-ristoranti u l-ħwienet tal-kafè jinkludi l-valur tal-ikel, ix-xarbiet, eċċ. ikkunsmati.

Servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni: (Sezzjoni K): l-output tal-bank ċentrali

Il-bank ċentrali jagħti dawn is-servizzi li ġejjin:

(a) servizzi dwar politika monetarja;

(b) servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja;

(c) servizzi ta’ superviżjoni ta’ korporazzjonijiet finanzjarji.

L-output tal-Bank Ċentrali jitkejjel bħala s-somma tal-ispejjeż tiegħu.

Servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni: (Sezzjoni K): servizzi finanzjarji inġenerali

Is-servizzi finanzjarji jikkonsistu fis-servizzi li ġejjin:

(a) intermedjazzjoni finanzjarja (inklużi servizzi tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni);

(b) servizzi ta’ awżiljari finanzjarji; u

(c) servizzi finanzjarji oħra.

3.64 L-intermedjazzjoni finanzjarja hija l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju u t-trasformazzjoni tal-likwidità. Il-korporazzjonijiet impenjati f’dawn l-attivitajiet jiksbu fondi, pereżempju billi jieħdu d-depożiti u joħorġu kambjali, bonds u titoli oħra. Il-korporazzjonijiet jużaw dawn il-fondi kif ukoll il-fondi proprji biex jiksbu assi finanzjarji billi jagħtu self lil oħrajn u billi jixtru kambjali, bonds jew titoli oħra. L-intermedjazzjoni finanzjarja tinkludi s-servizzi tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni.

3.65 L-attivitajiet finanzjarji awżiljari jiffaċilitaw il-ġestjoni tar-riskju u t-trasformazzjoni tal-likwidità. L-awżiljari finanzjarji jaġixxu f’isem unitajiet oħra u ma jpoġġux lilhom infushom f’riskju billi jeħlu obbligazzjonijiet finanzjarji jew billi jakkwistaw assi finanzjarji bħala parti ta’ servizz ta’ intermedjazzjoni.

3.66 Servizzi finanzjarji oħra jinkludu servizzi ta’ monitoraġġ pereżempju monitoraġġ tas-suq tal-istokks u l-bonds, servizzi ta’ sigurtà pereżempju s-salvagwardja ta’ ġojjelli ta’ valur u dokumenti importanti u servizzi ta’ kummerċ pereżempju negozjar ta’ muniti barranin u titoli.

3.67 Is-servizzi finanzjarji jiġu prodotti kważi esklussivament minn istituzzjonijiet finanzjarji minħabba s-superviżjoni stretta ta’ dawn is-servizzi. Pereżempju, jekk bejjiegħ bl-imnut jixtieq joffri faċilitajiet tal-kreditu lill-klijenti tiegħu, il-faċilitajiet tal-kreditu jiġu offruti normalment minn sussidjarja ta’ korporazzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ bl-imnut jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra speċjalizzata.

3.68 Is-servizzi finanzjarji jistgħu jitħallsu b’mod dirett jew indirett. Ċertu transazzjonijiet f’assi finanzjarji jistgħu jinvolvu kemm imposti diretti kif ukoll imposti indiretti. Is-servizzi finanzjarji jiġu provduti u ċċarġjati f’erba’ modi prinċipali:

(a) is-servizzi finanzjarji provduti għal ħlas dirett;

(b) is-servizzi finanzjarji mħallsa permezz tal-iċċarġjar ta’ imposti fuq l-imgħax;

(c) is-servizzi finanzjarji li jakkwistaw u jiddisponu minn assi u passivi finanzjarji fis-swieq finanzjarji;

(d) is-servizzi finanzjarji provduti fl-iskemi tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni, fejn l-attività tkun iffinanzjata bl-iċċarġjar ta’ kontribuzzjoni tal-assigurazzjoni u minn redditu fuq it-tfaddil.

3.69 Dawn is-servizzi finanzjarji jiġu provduti għal imposti espliċiti li jkopru firxa wiesgħa ta’ servizzi li jistgħu jiġu provduti minn tipi differenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. L-eżempji li ġejjin jillustraw in-natura tas-servizzi li jiġu ċċarġjati b’mod dirett:

(a) il-banek jistgħu jiċċarġjaw lill-unitajiet domestiċi talli jagħmlu arranġamenti għal ipoteka, iġestixxu portafoll ta’ investiment u jamministraw l-assi;

(b) l-istituzzjonijiet speċjalizzati jistgħu jiċċarġjaw lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji għall-organizzazzjoni ta’ akkwiżizzjoni jew għall-amministrazzjoni tar-ristrutturar ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet;

(c) il-kumpaniji tal-karti tal-kreditu jiċċarġjaw lill-unitajiet li jaċċettaw il-karti tal-kreditu normalment perċentwal ta’ kull bejgħ;

(d) id-detentur tal-karta jiġi ċċarġjat tariffa espliċita, normalment kull sena, talli jkollu l-karta.

3.70 Pereżempju fil-każ tal-intermedjazzjoni finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja bħal bank taċċetta depożiti minn unitajiet li jixtiequ jirċievu l-imgħax fuq fondi fejn l-unità m’għandhiex użu immedjat u ssellifhom lil unitajiet oħra li l-fondi tagħhom mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom. Il-bank għalhekk jipprovdi mekkaniżmu li jippermetti li l-ewwel unità ssellef lit-tieni. Kull waħda miż-żewġ partijiet tħallas tariffa lill-bank għas-servizz provdut: l-unità li ssellef il-fondi tħallas billi taċċetta rata tal-imgħax iżjed baxxa mir-rata tal-imgħax ta’ “referenza” waqt li l-unità li tissellef il-fondi tħallas billi taċċetta rata tal-imgħax ogħla mir-rata tal-imgħax ta’ “referenza”. Id-differenza bejn ir-rata tal-imgħax imħallsa lill-banek minn min jissellef u r-rata tal-imgħax attwalment imħallsa lid-depożitarji hija ħlas għall-FISIM.

3.71 Huwa rari li l-ammont ta’ fondi mislufa minn istituzzjoni finanzjarja jaqbel eżattament mal-ammont depożitat għandhom. Ċertu flus jistgħu jkunu ġew depożitati iżda ma jkunux għadhom ġew mislufa. Ċertu self jista’ jiġi finanzjat mill-fondi proprja tal-bank u mhux minn fondi mislufa. Irrispettivament mis-sors tal-finanzjament, servizz jiġi provdut xorta waħda għas-self u d-depożiti offruti. FISIM jiġu inputtjati għas-self u d-depożiti kollha. Dawn il-ħlasijiet indiretti japplikaw biss għal self u depożiti provduti minn, jew depożitati għand, istituzzjonijiet finanzjarji.

3.72 Ir-rata ta’ referenza hija rata bejn ir-rati tal-imgħax tal-bank fuq id-depożiti u s-self. Din ma tikkorrispondix għal medja aritmetika tar-rati fuq is-self jew id-depożiti. Ir-rata prevalenti għall-għoti u t-teħid tas-self interbankarju tkun għażla adatta. Madankollu, rati ta’ referenza differenti jkunu meħtieġa għal kull munita li fiha jiġu denominati s-self u d-depożiti, speċjalment meta tkun involuta istituzzjoni finanzjarja mhux residenti.

FISIM huma deskritti fid-dettall fil-Kapitolu 14.

3.73 Meta istituzzjoni finanzjarja toffri titolu (eż. kambjali jew bond) għall-bejgħ, jiġi impost ħlas għas-servizzi. Il-prezz tax-xiri (il-prezz mitlub) huwa ugwali għall-valur stmat tas-suq tat-titolu flimkien ma’ marġni. Imposta oħra ssir meta jinbiegħ titolu, u l-prezz offrut lill-bejjiegħ (il-prezz offrut) ikun ugwali għall-valur tas-suq nieqes marġni. Il-marġnijiet bejn il-prezzijiet tax-xiri u dawk tal-bejgħ japplikaw ukoll għal ekwitàtajietti ta’ kapital, ishma ta’ fondi ta’ investiment u muniti barranin. Dawn il-marġni jkunu għall-provvista ta’ servizzi finanzjarji.

3.74 Is-servizzi finanzjarji li ġejjin jaqgħu taħt din l-intestatura. Kull waħda minnhom tirriżulta f’ridistribuzzjoni tal-fondi.

(a) assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Skont polza tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, il-kumpannija tal-assigurazzjoni taċċetta primjum minn klijent u żżommu sakemm issir pretensjoni jew sakemm jiskadi l-perijodu tal-assigurazzjoni. Il-kumpannija tal-assigurazzjoni tinvesti l-primjum u l-introjtu mill-proprjetà li jirriżulta huwa sors ieħor ta’ fondi. L-introjtu mill-proprjetà jirrappreżenta introjtu mitluf mill-klijent u huwa trattat bħala suppliment impliċitu għall-primjum attwali. Il-kumpannija tal-assigurazzjoni tistabbilixxi l-livell tal-primjums attwali bħala tali li s-somma tal-primjums flimkien mal-introjtu mill-proprjetà miksub fuqhom nieqes il-pretensjonijiet mistennija tħalli marġni li l-kumpannija tal-assigurazzjoni żżomm bħala l-output tal-kumpannija tal-assigurazzjoni.

L-output tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja jiġi kkalkulat kif ġej:

Il-primjums totali gwadanjati,

flimkien mas-supplimenti impliċiti tal-primjum (ugwali għall-introjtu mill-proprjetà gwadanjat fuq riżervi tekniċi)

nieqes il-pretensjonijiet aġġustati mġarrba.

Il-korporazzjoni tal-assigurazzjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha riżervi li jikkonsistu minn primjums mhux gwadanjati (primjums attwali relatati mal-perijodu bażi li jmiss tal-kontijiet) u l-pretensjonijiet pendenti. Il-pretensjonijiet pendenti jkopru pretensjonijiet li għadhom ma ġewx irrappurtati, li ġew irrappurtati iżda għadhom ma ġewx riżolti jew li ġew irrappurtati u riżolti iżda għadhom ma tħallsux. Dawn ir-riżervi jissejħu riżervi tekniċi u jintużaw biex jiġġeneraw introjtu fuq investiment. Il-qligħ u t-telf nominali mhumiex introjtu mill-investiment tar-riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni. Ir-riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni jistgħu jiġu investiti f’attivitajiet sekondarji tal-kumpannija tal-assigurazzjoni, pereżempju l-kiri ta’ abitazzjonijiet jew uffiċċji. Il-bilanċ pożittiv operattiv nett fuq dawn l-attivitajiet sekondarji huwa introjtu mill-investiment ta’ riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni.

Il-livell adatt tal-pretensjonijiet użat fil-kalkolu tal-output jissejjaħ "pretensjonijiet aġġustati" u dawn jistgħu jiġu determinati f’żewġ modi. Il-metodu tal-aspettativa jagħti stima tal-livell tal-pretensjonijiet aġġustati minn mudell ibbażat fuq xejriet tal-pretensjonijiet fil-passat pagabbli mill-korporazzjoni. It-tieni metodu juża informazzjoni tal-kontabbiltà: il-pretensjonijiet aġġustati huma derivati ex post bħala pretensjonijiet attwali flimkien mal-bidla fid-dispożizzjonijiet tal-ekwalizzazzjoni, jiġifieri l-fondi mfaddlin għal pretensjonijiet kbar mhux mistennija. Meta d-dispożizzjonijiet tal-ekwalizzazzjoni jkunu insuffiċjenti biex l-pretensjonijiet aġġustati jerġgħu lura għal livell normali, il-kontribuzzjonijiet minn fondi proprji jiżdiedu għall-kejl ta’ pretensjonijiet aġġustati. Karatteristika ewlenija taż-żewġ metodi hija li pretensjonijiet akbar milli mistenni ma jwasslux għal stimi volatili u negattivi tal-output.

Bidliet fir-riżervi tekniċi u d-dispożizzjonijiet tal-ekwalizzazzjoni bħala reazzjoni għal bidliet fir-regolamentazzjoni finanzjarja jiġu rreġistrati bħala bidliet oħra fil-volum tal-assi; dawn huma rrelevanti għall-kalkolu tal-output. Jekk, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni, iż-żewġ metodi biex jiġu stmati l-pretensjonijiet aġġustati ma jkunux possibbli, jista’ jkun neċessarju li l-output jiġi stmat minflok permezz tas-somma tal-ispejjeż bl-inklużjoni tal-benefiċċju għall-profitti normali.

Fil-każ ta’ assigurazzjoni bil-qligħ, il-bidla fir-riżervi għal assigurazzjoni bil-qligħ tiġi mnaqqsa sabiex jinkiseb l-output;

(b) polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja hija tip ta’ skema ta’ tfaddil. Għal numru ta’ snin, id-detentur tal-polza jħallas primjums lill-korporazzjoni tal-assigurazzjoni fuq wegħda li ser jirċievi benefiċċji f’data futura. Dawn il-benefiċċji jistgħu jiġu espressi f’termini ta’ formula relatata mal-primjums imħallsa jew jistgħu jiddependu fuq il-livell ta’ suċċess li l-korporazzjoni tal-assigurazzjoni jkollha fl-investiment tal-fondi. Il-metodu tal-kalkolazzjoni tal-output għall-assigurazzjoni fuq il-ħajja jsegwi l-istess prinċipji ġenerali bħal dak għall-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Madankollu, minħabba l-intervalli ta’ żmien bejn meta jiġu rċevuti l-primjums u meta jitħallsu l-benefiċċji, għandhom isiru aġġustamenti speċjali għal bidliet fir-riżervi tekniċi. L-output tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja hu derivat bħala:

Primjums gwadanjati,

flimkien ma’ supplimenti tal-primjums

nieqes il-benefiċċji dovuti

nieqes iż-żidiet (b’żieda tat-tnaqqis) fir-riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

Il-primjums huma definiti eżattament bl-istess mod kemm għall-assigurazzjoni fuq il-ħajja kif ukoll għall-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Is-supplimenti tal-primjums huma iżjed sinifikanti għall-assigurazzjoni fuq il-ħajja milli għall-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Il-benefiċċji jiġu rreġistrati meta jingħataw jew jitħallsu. M’hemmx bżonn li taħt l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tiġi derivata stima aġġustata tal-benefiċċji peress li m’hemmx l-istess volatilità mhux mistennija fil-ħlas taħt polza fuq il-ħajja. Ir-riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja jiżdiedu kull sena minħabba l-primjums ġodda mħallsa u l-introjtu mill-investiment ġdid allokat lid-detenturi tal-poloz (iżda mhux irtirat minnhom) u jonqsu minħabba l-benefiċċji mħallsa. Għalhekk huwa possibbli li l-livell tal-output tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja jiġi espress bħala d-differenza bejn l-introjtu totali mill-investiment gwadanjat fuq ir-riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja nieqes il-parti ta’ dan l-introjtu mill-investiment allokat attwalment lid-detenturi tal-poloz u miżjud mar-riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni.

Meta dan il-metodu mhuwiex fattibbli għal raġunijiet ta’ data jew ma jagħtix riżultati sinifikanti, l-output tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għandu jiġi kkalkulat ukoll bħala s-somma tal-ispejjeż tal-produzzjoni flimkien ma’ tolleranza għal “profitt normali”;

(c) l-output tar-riassigurazzjoni jiġi determinat eżattament bl-istess mod tad-determinazzjoni tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, sew jekk tkunx polza fuq il-ħajja jew polza mhux fuq il-ħajja li qed tiġi riassigurata;

(d) l-output għat-tħaddim ta’ skema tal-assigurazzjoni soċjali jiddependi fuq il-mod kif tiġi organizzata. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ kif tali skemi huma organizzati:

(1) l-iskemi tas-sigurtà soċjali huma skemi tal-assigurazzjoni soċjali li jkopru l-komunità kollha kemm hi, u li huma imposti u kkontrollati mill-gvern. L-għan tagħhom hu li jipprovdu benefiċċji liċ-ċittadini biex ilaħħqu mal-bżonnijiet tax-xjuħija, l-invalidità jew il-mewt, il-mard, korriment fil-post tax-xogħol, il-qgħad, il-kura tas-saħħa u l-familja, eċċ. Jekk jiġu distinti unitajiet separati, l-output tagħhom jiġi determinat bl-istess mod bħall-output kollu mhux għas-suq bħala t-total tal-ispejjeż. Jekk ma jiġux distinti unitajiet separati, il-prodott tas-sigurtà soċjali jiġi inkuż mal-output tal-livell tal-gvern li fih jopera;

(2) meta min iħaddem jopera l-iskema tal-assigurazzjoni soċjali tiegħu, il-valur tal-output jiġi determinat bħala s-somma tal-ispejjeż inkluża stima għal redditu fuq kwalunkwe kapital fiss użat fit-tħaddim tal-iskema. Il-valur tal-output jitkejjel fl-istess mod billi min iħaddem jistabbilixxi fond ta’ pensjoni separat biex imexxi l-iskema;

(3) fejn min iħaddem juża korporazzjoni tal-assigurazzjoni biex iġestixxi l-iskema f’ismu, il-valur tal-output huwa t-tariffa imposta mill-korporazzjoni tal-assigurazzjoni;

(4) għal skema ta’ persuni li jħaddmu multipli, il-valur tal-output jitkejjel fl-istess mod bħal poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja: huwa l-introjtu tal-investiment riċevut mill-iskemi nieqes l-ammont miżjud mar-riżervi;

(e) il-kejl tal-output ta’ skemi ta’ garanzija fuq self standardizzati jiddependi fuq it-tip ta’ produttur involut. Jekk skema ta’ garanzija fuq self standardizzata topera bħala prodottur tas-suq, il-valur tal-output jiġi kkalkulat fl-istess mod bħal assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja. Jekk l-iskema topera bħala produttur mhux għas-suq, il-valur tal-output jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-ispejjeż.

Servizzi immobiljari (Sezzjoni L)

3.75 L-output tas-servizzi ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid jiġi valutat bil-valur stmat tal-kiri li kerrej iħallas għall-istess akkomodazzjoni, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi bħal lokalità, kumditajiet tal-viċinat, eċċ, kif ukoll id-daqs u l-kwalità tal-abitazzjoni stess. Għall-garaxxijiet li jinsabu separati mill-abitazzjonijiet, li jintużaw mis-sid għall-konsum finali b’rabta mal-użu tal-abitazzjoni, għandha ssir imputazzjoni simili. Il-valur tal-kiri ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid li jinsabu barra mill-pajjiż, pereżempju djar tal-vaganzi, m’għandhomx jiġu rreġistrati bħala parti tal-produzzjoni domestika, iżda bħala importazzjonijiet tas-servizzi u l-bilanċ pożittiv operattiv nett korrispondenti bħala introjtu primarju rċevut mill-bqija tad-dinja. Għal abitazzjonijiet okkupati mis-sid posseduti minn mhux residenti, isiru annotazzjonijiet analogi. Fil-każ ta’ appartamenti tat-timeshare, jiġi rreġistrat proporzjon tal-ħlas għas-servizz.

3.76 Sabiex jiġi stmat il-valur tas-servizzi ta’ abitazzjoni okkupata mis-sid, jintuża l-metodu ta’ stratifikazzjoni. L-istokk tal-abitazzjonijiet jiġi stratifikat skont il-lokalità, in-natura tal-abitazzjoni u fatturi oħra li jaffettwaw il-kirja. Tintuża informazzjoni dwar kirjiet attwali minn abitazzjonijiet mikrija biex tinkiseb stima tal-valur tal-kirja tal-istokk totali tal-abitazzjonijiet. Il-medja tal-kirja attwali għal kull strat tiġi applikata għall-abitazzjonijiet kollha f’dak l-istrat partikolari. Jekk l-informazzjoni dwar il-kirjiet hija derivata minn sondaġġi kampjuni, l-ingrossaġġ tal-istokk totali tal-kiri jirrelata kemm għal parti tal-abitazzjonijiet mikrija kif ukoll għal dawk kollha okkupati mis-sid. Il-proċedura dettaljata għad-determinazzjoni tal-kirja għal kull strat titwettaq għal sena bażi u mbagħad tiġi estrapolata għall-perijodi sussegwenti.

3.77 Il-kirja li għandha tiġi applikata għal abitazzjonijiet okkupati mis-sid fil-metodu tal-istratifikazzjoni hi definita bħala l-kirja tas-suq privat dovuta għad-dritt tal-użu ta’ abitazzjoni mingħajr għamara. Il-kirjiet għal abitazzjonijiet mingħajr għamara mill-kuntratti kollha tas-suq privat jintużaw għad-determinazzjoni tal-kirjiet inputtjati. Huma inklużi l-kirjiet tas-suq privat li huma f’livell baxx minħabba regolamentazzjoni tal-gvern. Jekk is-sors tal-informazzjoni huma l-kerrej, il-kirja osservata tissewwa biż-żieda ta’ kwalunkwe allowance tal-kiri speċifika, li titħallas direttament lis-sid. Jekk id-daqs tal-kampjun għall-kirjiet osservati kif definit hawn fuq mhuwiex kbir biżżejjed, jistgħu jintużaw kirjiet osservati għal abitazzjonijiet bl-għamara għal skopijiet ta’ imputazzjoni, sakemm jiġu aġġustati għall-element tal-għamara. Eċċezzjonalment, jistgħu jintużaw ukoll kirjiet miżjuda għal abitazzjonijiet ta’ proprjetà pubblika. M’għandhomx jintużaw kirjiet baxxi għal abitazzjonijiet mikrija lil qraba jew impjegati.

3.78 Il-metodu ta’ stratifikazzjoni jintuża għall-ingrossaġġ tal-abitazzjonijiet kollha mikrija. Il-kirja medja għall-imputazzjoni kif deskritt hawn fuq tista’ ma tkunx adatta għal ċertu segmenti tas-suq tal-kiri. Pereżempju, kirjiet imnaqqsa għal abitazzjonijiet bl-għamara jew kirjiet pubbliċi miżjuda ma jkunux xierqa għall-abitazzjonijiet rispettivi mikrija attwalment. F’dan il-każ, huma meħtieġa strati separati għal abitazzjonijiet bl-għamara jew soċjali mikrija attwalment kombinati mal-kirjiet medji xierqa.

3.79 Fin-nuqqas ta’ suq tal-kiri kbir biżżejjed, fejn l-akkomodazzjoni tkun karatteristika ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid, il-metodu tal-ispejjeż tal-utent jiġi applikat għall-abitazzjonijiet okkupati mis-sid.

Bil-metodu tal-ispejjeż tal-utent, l-output tas-servizzi tal-abitazzjoni huwa s-somma tal-konsum intermedju, il-konsum tal-kapital fiss, taxxi oħra nieqes is-sussidji fuq il-produzzjoni u l-bilanċ pożittiv operattiv nett (NOS).

L-NOS jitkejjel bl-applikazzjoni ta’ rata ta’ redditu annwali reali u kostanti lill-valur nett tal-ħażniet ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid bil-prezzijiet attwali (spejjeż ta’ sostituzzjoni).

3.80 L-output tas-servizzi immobiljari ta’ bini mhux residenzjali jitkejjel bil-valur tal-kirjiet dovuti.

Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi; (Sezzjoni M) Servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ (Sezzjoni N)

3.81 L-output tas-servizzi tal-kiri operattivi bħal kiri ta’ makkinarju jew tagħmir, jitkejjel bil-valur tal-kiri mħallas. Il-kiri operattiv huwa differenti mill-kiri finanzjarju: il-kiri finanzjarju huwa finanzjament tal-akkwist ta’ assi fissi, permezz ta’ self mill-kerrej lil min jikri. Il-ħlasijiet ta’ kirjiet finanzjarji jikkonsistu minn ħlas lura ta’ prinċipal u ħlasijiet tal-imgħax, b’imposta żgħira għas-servizzi diretti pprovduti (ara l-Kapitolu 15: Kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji).

3.82 Ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) huma xogħol kreattiv imwettaq fuq bażi sistematika biex tiżdied il-ħażna ta’ għarfien, u l-użu ta’ din il-ħażna ta’ għarfien għall-fini tal-iskoperta jew l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda, inklużi verżjonijiet jew kwalitajiet imtejba ta’ prodotti eżistenti, jew l-iskoperta jew l-iżvilupp ta’ proċessi ta’ produzzjoni ġodda jew iżjed effiċjenti. Ir-R&Ż ta’ daqs sinifikanti relattiv mal-attività prinċipali jiġu reġistrati bħala attività sekondarja tal-KAU lokali. Fejn possibbli jiġi distint KAU lokali separat għar-R&Ż.

3.83 L-output tas-servizzi ta’ R&Ż jitkejjel kif ġej:

(a) ir-R&Ż minn laboratorji jew istituti ta’ riċerka kummerċjali speċjalizzati jiġu valutati bid-dħul minn bejgħ, kuntratti, kummissjonijiet, tariffi, eċċ bil-mod tas-soltu;

(b) l-output tar-R&Ż għall-użu fl-istess intrapriża jiġi valutat abbażi tal-prezzijiet bażiċi stmati li jitħallsu kieku r-riċerka kella tiġi sottokuntrattata. Fin-nuqqas ta’ suq għas-sottokuntrattar tar-R&Ż ta’ natura simili, dan jiġi vvalutat bħala s-somma tal-ispejjeż tal-produzzjoni flimkien ma’ mark-up (ħlief għal produtturi mhux għas-suq) għal NOS jew introjtu mħallat;

(c) ir-R&Ż minn unitajiet tal-gvern, universitajiet u istituti ta’ riċerka mingħajr skop ta' profitt, jiġu valutati bħala s-somma tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Id-dħul mill-bejgħ tar-R&Ż minn produtturi mhux għas-suq tar-R&Ż għandu jiġi rreġistrat bħala dħul minn output tas-suq sekondarju.

In-nefqa fuq ir-R&Ż hi distinta minn dik fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ. In-nefqa fuq R&Ż ma tinkludix l-ispejjeż tal-iżvilupp ta’ softwer bħala attività prinċipali jew sekondarja.

Amministrazzjoni pubblika u servizzi ta’ difiża, servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorji. (Sezzjoni O)

3.84 L-amministrazzjoni pubblika, is-servizzi ta’ difiża u s-servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorji jiġu pprovduti bħala servizzi mhux għas-suq u jiġu valutati kif meħtieġ.

Servizzi ta’ edukazzjoni (Sezzjoni P); Servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali (Sezzjoni Q)

3.85 Għas-servizzi tal-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa, ssir distinzjoni preċiżi bejn il-produtturi għas-suq u mhux għas-suq u bejn l-output għas-suq u mhux għas-suq tagħhom. Pereżempju, għal ċertu tipi ta’ edukazzjoni u trattament mediku, jistgħu jiġu ntaxxati tariffi nominali mill-istituzzjonijiet tal-gvern (jew minn istituzzjonijiet oħra minħabba sussidji speċifiċi), iżda għal edukazzjoni oħra u trattamenti mediċi speċjali dawn jistgħu jimponu tariffi kummerċjali. Eżempju ieħor huwa li l-istess tip ta’ servizz (pereżempju l-edukazzjoni għolja) jiġi provdut minn, min-naħa waħda, il-gvern u, min-naħa l-oħra, l-istituti kummerċjali.

Is-servizzi tal-edukazzjoni u tas-saħħa jeskludu l-attivitajiet ta’ R&Ż; is-servizzi tas-saħħa jeskludu l-edukazzjoni fil-kura tas-saħħa, pereżempju minn sptarijiet akkademiċi.

Arti, servizzi ta’ divertiment u ta’ rikreazzjoni (Sezzjoni R); Servizzi oħra (Sezzjoni S)

3.86 Il-produzzjoni ta’ kotba, reġistrazzjonijiet, films, softwer, tejps, diski, eċċ huwa proċess f’żewġ stadji u jitkejjel kif meħtieġ:

(1) L-output mill-produzzjoni tal-oriġinali — prodott tal-proprjetà intellettwali — jitkejjel bil-prezz imħallas jekk jinbiegħ, jew, jekk ma jinbiegħx, bil-prezz bażiku mħallas għal oriġinali simili, l-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu (inkluża mark-up fil-każ ta’ NOS) jew il-valur skontat tal-irċevuti futuri mistennija mill-użu tiegħu fil-produzzjoni;

(2) Is-sid ta’ dan l-ass jista’ jużah direttament jew għall-produzzjoni ta’ kopji f’perijodi sussegwenti. Jekk is-sid jagħti l-liċenzja lil produtturi oħra biex jużaw l-oriġinali fil-produzzjoni, it-tariffi, il-kummissjonijiet, id-drittijiet, eċċ riċevuti mil-liċenzji huma l-output tas-servizzi. Madankollu, il-bejgħ tal-oriġinali huwa formazzjoni ta’ kapital fiss negattiv.

Unitajiet domestiċi privati bħala persuni li jħaddmu (Sezzjoni T)

3.87 L-output tas-servizzi tal-unitajiet domestiċi prodott billi jiġi mpjegat persunal imħallas huwa valutat mill-kumpens tal-impjegati mħallsa; dan jinkludi kwalunkwe kumpens in natura bħal ikel jew akkomodazzjoni.

KONSUM INTERMEDJU (P.2)

3.88 Definizzjoni: Il-konsum intermedju jikkonsisti f’oġġetti u servizzi kkunsmati bħala inputs permezz ta’ proċess ta’ produzzjoni, minbarra assi fissi li l-konsum tagħhom jiġi rreġistrat bħala konsum ta’ kapital fiss. L-oġġetti u s-servizzi jew jiġu trasformati jew użati mill-proċess ta’ produzzjoni.

3.89 Il-konsum intermedju jinkludi l-każijiet li ġejjin:

(a) l-oġġetti u s-servizzi użati bħala inputs f’attivitajiet anċillari. Eżempji komuni huma attivitajiet ta’ xiri, bejgħ, marketing, kontabbiltà, proċessar ta’ data, trasport, ħżin, manutenzjoni, sigurtà, eċċ. Dawn l-oġġetti u s-servizzi ma jiġux distinti minn dawk ikkunsmati mill-attivitajiet prinċipali (jew sekondarji) ta’ KAU lokali;

(b) l-oġġetti u s-servizzi li jiġu rċevuti minn KAU lokali oħra tal-istess unità istituzzjonali;

(c) ir-renti tal-assi fissi mikrija, pereżempju l-kiri operattiv ta’ magni, karozzi, softwer u kopji oriġinali tad-divertiment;

(d) l-imposti ta’ kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji għall-perijodu qasir irreġistrati bħala assi li ma jkunux ġew prodotti; dan jeskludi x-xiri komplet tat-tali assi li ma jkunux ġew prodotti;

(e) is-sottoskrizzjonijiet, kontribuzzjonijiet jew somom dovuti lil assoċjazzjonijiet tan-negozju mingħajr skop ta' profitt (ara l-paragrafu 3.35);

(f) entrati mhux trattati bħala formazzjoni grossa ta’ kapital, bħal:

(1) għodod li mhumiex għaljin li jintużaw għal operazzjonijiet komuni, bħal srieraq, pali, skieken, mnanar, mrietel, tornaviti, spaners, renċi u għodda oħra tal-idejn; apparat żgħir bħal kalkjulejters tal-but. In-nefqa kollha fuq tali oġġetti durevoli tiġi rreġistrat bħala konsum intermedju;

(2) il-manutenzjoni regolari u t-tiswija ta’ assi fissi użati fil-produzzjoni;

(3) is-servizzi ta’ taħriġ tal-persunal, attivitajiet ta’ riċerka tas-suq u simili, mixtrija minn aġenzija barranija jew provduti minn KAU lokali separata tal-istess unità istituzzjonali;

(4) in-nefqa fuq ir-R&Ż għandha tiġi trattata bħala formazzjoni ta’ kapital fiss meta jkun inkiseb livell suffiċjentement għoli ta’ affidabbiltà u paragunabbiltà tal-istimi mill-Istati Membri tal-UE;

(g) in-nefqa tal-impjegati, mħallas lura minn min iħaddem, fuq oġġetti neċessarji għall-produzzjoni ta’ dak li jħaddem, bħal obbligazzjonijiet kuntrattwali għax-xiri proprju ta’ għodda jew ilbies tas-sigurezza;

(h) in-nefqa ta’ min iħaddem li hi għall-benefiċċju proprju kif ukoll għal dak tal-impjegati tiegħu, peress li tkun neċessarja għall-produzzjoni. Xi eżempji huma:

(1) il-ħlas lura lill-impjegati għal spejjeż ta’ vjaġġar, separazzjoni, ġarr u divertiment li jġarrbu f’konnessjoni mad-doveri tagħhom;

(2) il-provvista ta’ kumditajiet fil-post tax-xogħol.

Hi preżentata lista ta’ nfiq rilevanti fil-paragrafi dwar il-kumpens tal-impjegati (D.1) (ara l-paragrafu 4.07);

(i) ħlasijiet għas-servizzi tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja mħallsa minn KAUs lokali (ara l-Kapitolu 16: Assigurazzjoni). Sabiex jiġi rreġistrat biss il-ħlas għas-servizzi bħala konsum intermedju, il-primjums imħallsa jiġu skontati għal, pereżempju pretensjonijiet imħallsa u l-bidla netta fir-riżervi attwarjali. Il-bidla netta fir-riżervi attwarjali għandha tiġi allokata lill-KAUs lokali bħala proporzjon tal-primjums imħallsa;

(j) FISIM mixtrija mill-produtturi residenti;

(k) l-output mhux għas-suq, tal-bank ċentrali għandu jiġi allokat kollu lill-konsum intermedju ta’ intermedjarji finanzjarji oħra.

3.90 Il-konsum intermedju jeskludi:

(a) oġġetti trattati bħala formazzjoni grossa ta’ kapital, pereżempju:

(1) oġġetti ta’ valur;

(2) esplorazzjoni għall-minerali;

(3) titjib maġġuri lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex l-assi fissi jinżammu f’kondizzjoni tal-użu tajba. Eżempji huma r-rinnovament, ir-rikostruzzjoni jew it-tkabbir;

(4) softwer mixtri kompletament jew prodott għall-kont proprju;

(5) armi militari u t-tagħmir għall-kunsinna tagħhom;

(b) nefqa trattata bħala x-xiri ta’ assi li ma jkunux ġew prodotti. Pereżempju kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji għall-perijodu twil (ara l-Kapitolu 15);

(c) nefqa ta’ min iħaddem trattata bħala pagi u salarji in natura;

(d) użu mill-unitajiet tal-produtturi għas-suq jew għall-użu proprju ta’ servizzi kollettivi provduti minn unitajiet tal-gvern (trattati bħala nefqa kollettiva f’konsum mill-gvern);

(e) oġġetti u servizzi prodotti u kkunsmati fl-istess perijodu bażi tal-kontijiet u fl-istess KAU lokali (dawn ukoll mhumiex irreġistrati bħala output);

(f) ħlasijiet għal liċenzji u tariffi tal-gvern li huma trattati bħala taxxi oħra fuq il-produzzjoni;

(g) ħlasijiet għal liċenzji għall-użu ta’ riżorsi naturali (pereżempju l-art) li huma trattati bħala kiri, jiġifieri bħala ħlas tad-dħul mill-proprjetà.

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-konsum intermedju

3.91 Il-prodotti użati għall-konsum intermedju jiġu rreġistrati u valutati meta jidħlu fil-proċess tal-produzzjoni. Dawn jiġu valutati bil-prezzijiet tax-xiri għal oġġetti jew servizzi simili fil-ħin tal-użu.

3.92 L-unitajiet tal-produttur ma jirreġistrawx direttament l-użu tal-oġġetti fil-produzzjoni. Dawn jirreġistraw ix-xiri maħsub għall-użu bħala inputs bit-tnaqqis taż-żieda fl-ammonti tat-tali oġġetti miżmuma fl-inventarju.

KONSUM FINALI (P.3, P.4)

3.93 Jintużaw żewġ kunċetti ta’ konsum finali:

(a) l-infiq tal-konsum finali (P.3);

(b) il-konsum finali attwali (P.4).

L-infiq tal-konsum finali huwa n-nefqa fuq oġġetti u servizzi użati minn unitajiet domestiċi, NPISHs u l-gvern biex jissodisfaw il-ħtiġijiet individwali u kollettivi. Għall-kuntrarju, il-konsum finali attwali jirreferi għall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi għall-konsum. Id-differenza bejn dawn il-kunċetti tinsab fit-trattament ta’ ċerti oġġetti u servizzi ffinanzjati mill-gvern jew NPISHs, iżda li jiġu fornuti lill-unitajiet domestiċi bħala trasferimenti soċjali in natura.

Infiq tal-konsum finali (P.3)

3.94  Definizzjoni: L-infiq tal-konsum finali jikkonsisti min-nefqa li jkollhom l-unitajiet istituzzjonali residenti fuq l-oġġetti jew is-servizzi li jintużaw għas-sodisfazzjon dirett tal-bżonnijiet jew xewqat individwali jew il-bżonnijiet kollettivi tal-membri tal-komunità.

3.95 L-infiq tal-konsum finali tal-unitajiet domestiċi jinkludi l-eżempji li ġejjin:

(a) is-servizzi ta’ abitazzjonijiet okkupati mis-sid;

(b) id-dħul in natura, bħal:

(1) oġġetti u servizzi rċevuti bħala dħul in natura mill-impjegati;

(2) oġġetti jew servizzi prodotti bħala output ta’ intrapriżi mhux inkorporati posseduti minn unitajiet domestiċi li jinżammu għall-konsum mill-membri tal-unità domestika. Eżempji ta’ dawn huma ikel u oġġetti oħra agrikoli, servizzi ta’ akkomodazzjoni minn okkupanti sidien u servizzi tad-djar prodotti bl-impjieg ta’ persunal imħallas (qaddejja, koki, ġardinara, xufiera, eċċ);

(c) oġġetti mhux trattati bħala konsum intermedju, bħal:

(1) materjali għal tiswijiet żgħar u d-dekorazzjoni interna ta’ abitazzjonijiet ta’ tip li jitwettqu mill-kerrej kif ukoll mis-sid;

(2) materjali għat-tiswija u l-manutenzjoni ta’ oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul, inklużi vetturi;

(d) oġġetti mhux trattati bħala formazzjoni tal-kapital, b’mod partikolari oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul, li jkomplu jwettqu l-funzjoni tagħhom f’diversi perijodi bażi tal-kontijiet; dan jinkludi t-trasferiment tas-sjieda ta’ ċertu oġġetti durevoli minn intrapriża lil unità domestika;

(e) servizzi finanzjarji direttament addebitati u l-parti tal-FISIM użata għall-konsum finali mill-unitajiet domestiċi;

(f) servizzi ta’ assigurazzjoni bl-ammont tal-ħlas impliċitu għas-servizz;

(g) servizzi ta’ fondi tal-pensjoni bl-ammont tal-ħlas impliċitu għas-servizz;

(h) ħlasijiet mill-unitajiet domestiċi għal liċenzji, permessi, eċċ li jitqiesu bħala xiri ta’ servizzi (ara l-paragrafi 4.79 u 4.80);

(i) ix-xiri ta’ output bi prezzijiet mhux ekonomikament sinifikanti, pereżempju biljetti tad-dħul għal mużew.

3.96 L-infiq tal-konsum finali tal-unitajiet domestiċi jeskludi li ġej:

(a) trasferimenti soċjali in natura, bħal infiq inizjali tal-unitajiet domestiċi iżda li jiġi sussegwentement imħallas lura mis-sigurtà soċjali, pereżempju ċerti spejjeż mediċi;

(b) oġġetti trattati bħala konsum intermedju jew formazzjoni grossa ta’ kapital, bħal:

(1) infiq mill-unitajiet domestiċi li għandhom intrapriżi mhux inkorporati meta mġarrab għal skopijiet tan-negozju — pereżempju fuq oġġetti durevoli bħal vetturi, għamara jew tagħmir elettriku (formazzjoni ta’ kapital fiss gross), kif ukoll fuq oġġetti mhux durevoli bħal karburant (trattat bħala konsum intermedju);

(2) nefqa li jġarrab okkupant sid rigward dekorazzjoni, manutenzjoni u tiswija tal-abitazzjoni li normalment ma jitwettqux mill-kerrejja (trattati bħala konsum intermedju fil-produzzjoni tas-servizzi tal-akkomodazzjoni);

(3) ix-xiri tal-abitazzjonijiet (trattat bħala formazzjoni ta’ kapital fiss gross);

(4) nefqa fuq oġġetti ta’ valur (trattata bħala formazzjoni grossa ta’ kapital);

(c) oġġetti trattati bħala akkwisti ta’ assi mhux prodotti, b’mod partikolari x-xiri ta’ art;

(d) dawk il-pagamenti kollha mill-unitajiet domestiċi li għandhom jitqiesu bħala taxxi. (ara l-paragrafi 4.79 u 4.80);

(e) sottoskrizzjonijiet, kontribuzzjonijiet u somom dovuti mħallsa mill-unitajiet domestiċi lill-NPISHs, bħal trade unions, soċjetajiet professjonali, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, knejjes u klabbs soċjali, kulturali, rikreattivi u sportivi;

(f) trasferimenti volontarji fi flus kontanti jew in natura mill-unitajiet domestiċi lill-organizzazzjonijiet tal-karità u l-organizzazzjonijiet tal-għajnuna.

3.97 L-infiq tal-konsum finali tal-NPISHs jinkludi żewġ kategoriji separati:

(a) il-valur tal-oġġetti u s-servizzi prodotti mill-NPISHs minbarra formazzjoni ta’ kapital proprju u minbarra nefqa li ssir minn unitajiet domestiċi u unitajiet oħra;

(b) l-infiq minn NPISHs fuq oġġetti jew servizzi prodotti minn produtturi tas-suq li huma forniti — mingħajr ebda trasformazzjoni — lill-unitajiet domestiċi għall-konsum tagħhom bħala trasferimenti soċjali in natura.

3.98 L-infiq tal-konsum finali (P.3) mill-gvern jinkludi żewġ kategoriji ta’ nfiq, simili għal dawk mill-NPISHs:

(a) il-valur tal-oġġetti u s-servizzi prodotti mill-gvern ġenerali stess (P.1) minbarra l-formazzjoni tal-kapital proprju (li jikkorrispondi għal P.12), l-output għas-suq (P.11) u l-ħlasijiet għall-prodott mhux għas-suq (P.131);

(b) ix-xiri mill-gvern ġenerali ta’ oġġetti u servizzi prodotti mill-produtturi tas-suq li huma provduti lill-unitajiet domestiċi, mingħajr ebda trasformazzjoni, bħala trasferimenti soċjali in natura (D.632). Il-gvern ġenerali jħallas għal dawn l-oġġetti u s-servizzi li l-bejjiegħa jipprovdu lill-unitajiet domestiċi.

3.99 Il-korporazzjonijiet ma jagħmlux infiq tal-konsum finali. Ix-xiri tagħhom ta’ oġġetti u servizzi kif użati mill-unitajiet domestiċi għall-konsum finali, jew jintuża għall-konsum intermedju jew inkella jiġi provdut lill-impjegati bħala kumpens għall-impjegati in natura, jiġifieri l-infiq tal-konsum finali inputtjat tal-unitajiet domestiċi.

Konsum Finali Attwali (P.4)

3.100  Definizzjoni: Il-konsum finali attwali jikkonsisti mill-oġġetti jew servizzi li jinkisbu minn unitajiet istituzzjonali residenti għas-sodisfazzjon diretta tal-bżonnijiet tal-bniedem, humiex individwali jew kollettivi.

3.101  Definizzjoni: L-oġġetti u s-servizzi għall-konsum individwali (“oġġetti u servizzi individwali”) huma oġġetti u servizzi akkwistati minn unità domestika u użati għas-sodisfazzjon tal-bżonnijiet u x-xewqat tal-membri ta’ dik l-unità domestika. L-oġġetti u s-servizzi individwali għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) hu possibbli li jiġi osservat u rreġistrat l-akkwist tal-oġġetti u s-servizzi minn unità domestika individwali jew membru tagħha u l-ħin meta l-akkwist iseħħ;

(b) l-unità domestika tkun qablet dwar il-provvista tal-oġġetti u s-servizzi u tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonsma l-oġġetti jew is-servizz, pereżempju billi tattendi skola jew klinika;

(c) l-oġġetti u s-servizzi irid ikun tali li l-akkwist tagħhom minn unità domestika jew persuna, jew minn grupp ta’ persuni, jipprekludi l-akkwist tagħhom minn unitajiet domestiċi jew persuni oħra.

3.102  Definizzjoni: Servizzi kollettivi huma servizzi għall-konsum kollettiv li huma provduti simultanjament lill-membri kollha tal-komunità jew lill-membri kollha ta’ taqsima partikolari tal-komunità, bħall-unitajiet domestiċi kollha li jgħixu f’reġjun partikolari. Is-servizzi kollettivi għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) jistgħu jiġu kunsinjati simultanjament lil kull membru tal-komunità jew lil taqsimiet partikolari tal-komunità, bħal dawk f’reġjun jew lokalità partikolari;

(b) l-użu ta’ servizzi bħal dawn huwa normalment passiv u ma jeħtieġx il-qbil jew il-parteċipazzjoni attiva tal-individwi kollha konċernati;

(c) il-provvista ta’ servizz kollettiv lil individwu wieħed ma tnaqqasx l-ammont disponibbli għall-oħrajn fl-istess komunità jew taqsima tal-komunità.

3.103 L-infiq tal-konsum finali kollu ta’ unità domestika huwa individwali. L-oġġetti u s-servizzi kollha provduti mill-NPISHs huma trattati individwali.

3.104 Għall-oġġetti u s-servizzi provduti mill-unitajiet tal-gvern, il-marġni bejn l-oġġetti u s-servizzi individwali u dawk kollettivi jitfassal abbażi tal-Klassifikazzjoni tal-Funzjonijiet tal-Gvern (COFOG).

L-infiq tal-konsum finali kollu tal-gvern taħt kull waħda mill-intestaturi li ġejjin jiġi trattata bħala nfiq fuq konsum individwali:

(a)

 

7.1 Prodotti, apparat u tagħmir mediku

7.2 Servizzi ta’ outpatients

7.3 Servizzi ta’ sptar

7.4 Servizzi tas-saħħa pubblika

(b)

 

8.1 Servizzi rikreattivi u sportivi

8.2 Servizzi kulturali

(c)

 

9.1 Edukazzjoni preprimarja u primarja

9.2 Edukazzjoni sekondarja

9.3 Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

9.4 Edukazzjoni terzjarja

9.5 Edukazzjoni mhux definibbli skont il-livell

9.6 Servizzi sussidjarji għall-edukazzjoni

(d)

 

10.1 Mard u diżabilità

10.2 Xjuħija

10.3 Superstiti

10.4 Familja u tfal

10.5 Qgħad

10.6 Akkomodazzjoni

10.7 Esklużjoni soċjali li mhix inkluża bnadi oħra.

3.105 Alternattivament in-nefqa tal-konsum individwali tal-gvern ġenerali tikkorrispondi għad-diviżjoni 14 tal-Klassifikazzjoni tal-Konsum Individwali skont il-Funzjoni (COICOP), li tinkludi l-gruppi li ġejjin:

14.1 Akkommodazzjoni (ekwivalenti għall-grupp COFOG 10.6)

14.2 Saħħa (ekwivalenti għall-gruppi COFOG 7.1 sa 7.4)

14.3 Rikreazzjoni u kultura (ekwivalenti għall-gruppi COFOG 8.1 u 8.2)

14.4 Edukazzjoni (ekwivalenti għall-gruppi COFOG 9.1 sa 9.6)

14.5 Protezzjoni soċjali (ekwivalenti għall-gruppi COFOG 10.1 sa 10.5 u l-grupp 10.7).

3.106 In-nefqa kollettiva f’konsum hija l-bqija tal-infiq tal-konsum finali tal-gvern.

Din tikkonsisti mill-gruppi COFOG li ġejjin:

(a) servizzi pubbliċi ġenerali (diviżjoni 1);

(b) difiża (diviżjoni 2);

(c) ordni pubbliku u sigurtà (diviżjoni 3);

(d) affarijiet ekonomiċi (diviżjoni 4);

(e) protezzjoni ambjentali (diviżjoni 5);

(f) akkomodazzjoni u kumditajiet tal-komunità (diviżjoni 6);

(g) amministrazzjoni ġenerali, regolamentazzjoni, disseminazzjoni ta’ tagħrif ġenerali u statistika (id-diviżjonijiet kollha);

(h) riċerka u żvilupp (id-diviżjonijiet kollha).

3.107 Ir-relazzjonijiet bejn il-kunċetti varji tal-konsum użati jidhru fit-Tabella 3.2.



Tabella 3.2 —  Is-setturi responsabbli min-nefqa

 

Gvern

NPISHs

Unitajiet domestiċi

Akkwisti totali

Konsum individwali

X (= Trasferimenti soċjali in natura)

X (= Trasferimenti soċjali in natura)

X

Konsum finali attwali individwali tal-unitajiet domestiċi

Konsum kollettiv

X

0

0

Konsum finali attwali kollettiv tal-gvern

Total

Nefqa tal-konsum finali tal-Gvern

Infiq tal-konsum finali tal-NPISHs

Infiq tal-konsum finali tal-unitajiet domestiċi

Konsum finali attwali = Infiq tal-konsum finali totali

X: applikabbli

0: mhux applikabbli

3.108 L-infiq tal-konsum final tal-NPISHs huwa kollu individwali. Il-konsum finali attwali totali huwa ugwali għas-somma tal-konsum finali attwali tal-unitajiet domestiċi u l-konsum finali attwali tal-gvern ġenerali.

3.109 M’hemm l-ebda trasferiment soċjali in natura mal-bqija tad-dinja (għalkemm jeżistu tali trasferimenti f’termini monetarji). Il-konsum finali attwali totali huwa ugwali għall-infiq tal-konsum finali totali.

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-infiq tal-konsum finali

3.110 In-nefqa fuq oġġett tiġi rreġistrata fil-ħin meta tinbidel is-sjieda; in-nefqa fuq servizz tiġi rreġistrata meta l-kunsinna tas-servizz tiġi kompletata.

3.111 In-nefqa fuq oġġetti miksuba bin-nifs jew bi ftehim simili tal-kreditu, u wkoll taħt kuntratt tal-kiri finanzjarju, tiġi rreġistrata fil-ħin meta l-oġġetti jiġu kunsinjati anki jekk ma jkun hemm l-ebda bidla fis-sjieda f’dan il-punt.

3.112 Il-konsum proprju jiġi rreġistrat meta l-output miżmum għall-konsum finali proprja jiġi prodott.

3.113 L-infiq tal-konsum finali tal-unitajiet domestiċi jiġi rreġistrat bil-prezzijiet tax-xiri. Dan huwa l-prezz li x-xerrej iħallas attwalment għall-prodott fil-ħin tax-xiri. Definizzjoni iżjed dettaljata tinsab fil-paragrafu 3.06.

3.114 L-oġġetti u s-servizzi provduti bħala kumpens lill-impjegati in natura huma valutati bil-prezzijiet bażiċi meta jiġu prodotti minn min iħaddem u bil-prezzijiet tax-xiri ta’ min iħaddem meta mixtrija minn min iħaddem.

3.115 L-oġġetti jew s-servizzi miżmuma għall-konsum proprju huma valutati bil-prezzijiet bażiċi.

3.116 L-infiq tal-konsum finali mill-gvern ġenerali jew l-NPISHs fuq prodotti li jipproduċu huma stess huwa rreġistrat fil-ħin meta jiġu prodotti, li hu wkoll il-ħin tal-kunsinna ta’ tali servizzi mill-gvern jew NPISHs. Għall-infiq tal-konsum finali fuq oġġetti u servizzi provduti permezz ta’ produtturi għas-suq, il-ħin tal-kunsinna huwa l-ħin tar-reġistrazzjoni.

3.117 L-infiq tal-konsum finali (P.3) mill-gvern ġenerali jew l-NPISHs huwa ugwali għas-somma tal-output tagħhom (P.1), flimkien man-nefqa fuq il-prodotti provduti lill-unitajiet domestiċi permezz tal-produtturi tas-suq, parti tat-trasferimenti soċjali in natura (D.632), nieqes il-pagamenti minn unitajiet oħra, l-output għas-suq (P.11) u ħlasijiet għal output mhux għas-suq (P.131), nieqes il-formazzjoni ta’ kapital proprju (P.12).

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-konsum finali attwali

3.118 L-oġġetti u s-servizzi huma miksuba minn unitajiet istituzzjonali meta jsiru s-sidien ġodda tal-oġġetti u meta l-kunsinna lilhom tas-servizzi tkun ikkompletata.

3.119 L-akkwisti (konsum finali attwali) huma valutati bil-prezzijiet tax-xiri għall-unitajiet li jħallsu l-ispejjeż.

3.120 It-trasferimenti in natura minbarra t-trasferimenti soċjali in natura mill-gvern u l-NPISHs huma trattati bħallikieku kienu trasferimenti fi flus kontanti. Għaldaqstant, il-valuri tal-oġġetti jew is-servizzi huma rreġistrati bħala nfiq mill-unitajiet istituzzjonali jew is-setturi li jiksbuhom.

3.121 Il-valuri taż-żewġ aggregati tal-infiq tal-konsum finali u l-konsum finali attwali huma l-istess. L-oġġetti u s-servizzi miksuba mill-unitajiet domestiċi residenti permezz tat-trasferimenti soċjali in natura huma valutati bl-istess prezzijiet bħal dawk li jkunu ġew valutati bihom fl-aggregati tan-nefqa.

FORMAZZJONI TA’ KAPITAL GROSS (P.5)

3.122 Il-formazzjoni ta’ kapital gross tikkonsisti minn:

(a) formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51g):

(1) konsum tal-kapital fiss (P.51c);

(2) formazzjoni ta’ kapital fiss nett (P.51n);

(b) bidliet fl-inventarji (P.52);

(c) akkwisti nieqes iċ-ċessjonijiet ta’ oġġetti ta’ valur (P.53).

3.123 Il-formazzjoni ta’ kapital gross hija l-kejl tal-gross tal-konsum tal-kapital fiss. Il-formazzjoni ta’ kapital nett hija kkalkulata permezz tat-tnaqqis tal-konsum ta’ kapital fiss mill-formazzjoni ta’ kapital gross.

Formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51g)

3.124  Definizzjoni: Il-formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51) tikkonsisti mill-akkwisti tal-produtturi residenti, nieqes iċ-ċessjonijiet, ta’ assi fissi matul perijodu speċifiku flimkien ma’ ċertu żidiet għall-valur tal-assi mhux prodotti realizzati bl-attività produttiva tal-produttur jew l-unitajiet istituzzjonali. L-assi fissi huma assi li jkunu ġew prodotti u li jintużaw fil-produzzjoni għal iżjed minn sena waħda.

3.125 Il-formazzjoni ta’ kapital fiss gross tikkonsisti kemm mill-valuri pożittiv u minn dawk negattivi:

(a) valuri pożittivi:

(1) assi fissi ġodda jew eżistenti mixtrija;

(2) assi fissi prodotti u miżmuma għall-użu proprju tal-produtturi (inkluża l-produzzjoni proprja ta’ assi fissi mhux kompluti jew maturati kompletament);

(3) assi fissi ġodda jew eżistenti miksuba bi tpartit;

(4) assi fissi ġodda jew eżistenti rċevuti bħala trasferiment kapitali in natura;

(5) assi fissi ġodda jew eżistenti miksuba mill-utent taħt kuntratt tal-kiri finanzjarju;

(6) titjib maġġuri ta’ assi fissi u monumenti storiċi eżistenti;

(7) tkabbir naturali ta’ dawk l-assi naturali li jagħtu prodotti ripetuti;

(b) valuri negattivi, jiġifieri ċ-ċessjonijiet ta’ assi fissi rreġistrati bħala akkwisti negattivi:

(1) assi fissi eżistenti mibjugħin;

(2) assi fissi eżistenti mifdija fi tpartit;

(3) assi fissi eżistenti mifdija bħala trasferimenti kapitali in natura.

3.126 Il-komponenti taċ-ċessjonijiet tal-assi fissi jeskludu:

(a) il-konsum ta’ kapital fiss (li jinkludi d-dannu aċċidentali normali antiċipat);

(b) telf eċċezzjonali, bħal dak dovut għal nuqqas ta’ xita jew diżastri oħra naturali, li jiġi rreġistrat bħala bidla oħra fil-volum tal-assi.

3.127 It-tipi ta’ formazzjoni ta’ kapital fiss gross li ġejjin jiġu distinti:

(1) abitazzjonijiet;

(2) binjiet u strutturi oħra; dan jinkludi titjib maġġuri tal-art;

(3) makkinarju u tagħmir, bħal vapuri, karozzi u kompjuters;

(4) sistemi ta’ armi;

(5) riżorsi bijoloġiċi kkultivati, pereżempju siġar u bhejjem;

(6) spejjeż tat-trasferiment tas-sjieda fuq assi mhux prodotti, bħal art, kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji;

(7) R&Ż, inkluża l-produzzjoni ta’ R&Ż disponibbli b’xejn. In-nefqa fuq ir-R&Ż għandha biss tiġi trattata bħala formazzjoni ta’ kapital fiss meta jkun inkiseb livell suffiċjentement għoli ta’ affidabbiltà u paragunabbiltà tal-istimi mill-Istati Membri tal-UE;

(8) esplorazzjoni u valutazzjoni ta’ minerali;

(9) softwer tal-kompjuter u databases;

(10) kopji oriġinali tad-divertiment, letterarji jew artistiċi;

(11) drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali.

3.128 Titjib maġġuri tal-art jinkludi:

(a) reklamazzjoni tal-art mill-baħar bil-kostruzzjoni ta’ dikes, ħitan biex iżommu l-baħar barra jew digi għal dan l-iskop;

(b) qtugħ ta’ foresti, blat, eċċ. li jippermetti li l-art tintuża fil-produzzjoni għall-ewwel darba;

(c) tnixxif ta’ artijiet mistagħdra jew l-irrigazzjoni ta’ deżerti permezz tal-kostruzzjoni ta’ dikes, fosos u kanali għall-irrigazzjoni; prevenzjoni ta’ għargħar jew erożjoni mill-baħar jew xmajjar permezz tal-kostruzzjoni ta’ breakwaters, ħitan biex iżommu l-baħar barra jew barrieri kontra l-għargħar.

Dawn l-attivitajiet jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta’ strutturi ġodda sostanzjali bħal ħitan biex iżommu l-baħar, barrieri kontra l-għargħar u digi, iżda dawn l-istrutturi ma jintużawx għall-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi oħra, iżda biex tinkiseb iktar art jew art aħjar, u hija l-art, ass mhux prodott, li hi użata għall-produzzjoni. Pereżempju, diga mibnija għall-produzzjoni tal-elettriku sservi skop differenti minn diga mibnija biex iżżomm il-baħar barra. Dan l-aħħar tip ta’ diga biss jiġi kklassifikat bħala titjib tal-art.

3.129 Il-formazzjoni ta’ kapital fiss gross tinkludi dawn il-każijiet limiti li ġejjin:

(a) akkwisti ta’ djar dgħajjes, barkuni, djar mobbli u karavans użati bħala residenzi ta’ unitajiet domestiċi u kwalunkwe strutturi assoċjati bħal garaxxijiet;

(b) strutturi u tagħmir użati mill-militar;

(c) armi ħfief u vetturi blindati użati minn unitajiet mhux militari;

(d) bidliet fil-bhejjem użati fil-produzzjoni sena wara sena, bħal stokk tar-riproduzzjoni, frat tal-ħalib, nagħaġ imrobbi għas-suf u annimali tal-ġarr;

(e) bidliet fis-siġar li huma kkultivati sena wara sena, bħal siġar tal-frott, dwieli, siġar tal-gomma, siġar tal-palm, eċċ;

(f) titjib ta’ assi fissi eżistenti lil hinn mill-manutenzjoni u tiswijiet ordinarji;

(g) l-akkwist ta’ assi fissi permezz ta’ kiri finanzjarju;

(h) spejjeż terminali, jiġifieri spejjeż kbar assoċjati mad-disponiment, pereżempju spejjeż tal-iżmantellar ta’ impjanti tal-enerġija nukleari jew spejjeż tat-tindif ta’ siti ta’ miżbliet.

3.130 Il-formazzjoni ta’ kapital fiss gross teskludi:

(a) transazzjonijiet inklużi fil-konsum intermedju, bħal:

(1) xiri ta’ għodda żgħira għal skopijiet ta’ produzzjoni;

(2) manutenzjoni u tiswijiet ordinarji;

(3) l-akkwist ta’ assi fissi biex jintużaw taħt kuntratt tal-kiri operattiv (ara wkoll il-Kapitolu 15: Kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji). Għall-intrapriża li qed tuża l-ass fiss, il-kirjiet huma trattati bħala konsum intermedju. Fil-każ ta’ sid tal-ass, tiġi rreġistrata l-ispiża tal-akkwist bħala formazzjoni ta’ kapital fiss gross;

(b) transazzjonijiet irreġistrati bħala bidliet fl-inventarji:

(1) annimali mrobbija għall-qatla, inklużi tjur;

(2) siġar imkabbra għall-injam tal-kostruzzjoni (ħidma li għaddejja);

(c) makkinarju u tagħmir miksub mill-unitajiet domestiċi għall-konsum finali;

(d) qligħ u telf nominali fuq assi fissi;

(e) telf katastrofiku fuq assi fissi, pereżempju qerda ta’ assi koltivati u bhejjem minħabba mard li jfeġġ li normalment mhux koperti mill-assigurazzjoni, jew danni minħabba għargħar, danni bir-riħ jew nirien tal-foresti mhux normali;

(f) fondi miżmuma jew poġġuti f’riżerva mingħajr ebda impenn għax-xiri jew kostruzzjoni attwali ta’ oġġett kapitali speċifiku, pereżempju fond tal-gvern għall-infrastruttura.

3.131 Il-formazzjoni ta’ kapital fiss gross fil-forma ta’ titjib ta’ assi fissi eżistenti għandha tiġi rreġistrata bħala akkwisti ta’ assi fissi ġodda tal-istess tip.

3.132 Il-prodotti tal-proprjetà intellettwali huma r-riżultat ta’ riċerka u żvilupp, investigazzojni jew innovazzjoni li twassal għall-għarfien, li l-użu tagħhom huwa ristrett bil-liġi jew mezzi ta’ protezzjoni oħrajn.

Eżempji ta’ assi ta’ proprjetà intellettwali huma:

(a) ir-riżultati ta’ R&D;

(b) ir-riżultati tal-esplorazzjoni għall-minerali, imkejla permezz tal-ispejjeż għat-tħaffir tal-ittestjar attwali, sondaġġi mill-ajru jew oħrajn, u tat-trasport, eċċ.;

(c) softwer tal-kompjuter u databases kbar li jridu jintużaw fil-produzzjoni għal iżjed minn sena waħda;

(d) divertiment, kopji oriġinali ta’ manuskritti letterarji jew artistiċi, mudelli, films, reġistrazzjonijiet tal-ħoss, eċċ.

3.133 Għall-assi fissi u għall-assi mhux finanzjarji mhux prodotti, l-ispejjeż tat-trasferiment tas-sjieda għas-sid il-ġdid jikkonsistu minn:

(a) imposti għall-kunsinna tal-ass (ass ġdid jew eżistenti) sal-lokalità u fil-ħin meħtieġ, bħal imposti tat-trasport, imposti tal-installazzjoni, imposti tal-istabbiliment, eċċ.;

(b) imposti professjonali jew kummissjonijiet, bħal tariffi mħallsa lil servejers, inġiniera, avukati, valutaturi, eċċ, u kummissjonijiet imħallsa lil aġenti immobiljari, rkantaturi, eċċ.;

(c) taxxi pagabbli mis-sid il-ġdid mat-trasferiment tas-sjieda tal-ass. Dawn it-taxxi huma taxxi fuq is-servizzi ta’ intermedjarji u kwalunkwe taxxa fuq it-trasferiment ta’ sjieda iżda mhux taxxi fuq l-ass mixtri.

Dawn l-ispejjeż kollha għandhom jiġu rreġistrati bħala formazzjoni ta’ kapital fiss gross mis-sid il-ġdid.

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-formazzjoni ta’ kapital fiss gross

3.134 Il-formazzjoni ta’ kapital fiss gross tiġi rreġistrata meta s-sjieda tal-assi fissi tiġi trasferita lill-unità istituzzjonali li għandha l-intenzjoni li tużahom fil-produzzjoni.

Din ir-regola hija modifikata għal:

(a) kiri finanzjarju, fejn il-bidla fis-sjieda minn sid il-kera għall-kerrej tiġi inputtjata;

(b) formazzjoni ta’ kapital fiss gross ta’ kont proprju, li tiġi rreġistrata meta tiġi prodotta.

3.135 Il-formazzjoni ta’ kapital fiss gross tiġi valutata bil-prezzijiet tax-xiri inklużi imposti tal-installazzjoni u spejjeż oħra tat-trasferiment tas-sjieda. Meta tkun formazzjoni proprja din tiġi valutata bil-prezzijiet bażiċi ta’ assi fissi simili, u jekk it-tali prezzijiet ma jkunux disponibbli, għall-ispejjeż tal-produzzjoni flimkien ma’ mark-up (ħlief għall-produtturi mhux għas-suq) fil-każ ta’ bilanċ operattiv nett jew għal introjtu mħallat.

3.136 L-akkwisti tal-prodotti ta’ proprjetà intellettwali huma valutati f’modi differenti:

(a) għall-esplorazzjoni għall-minerali: permezz tal-ispejjeż attwali ta’ tħaffir għal testijiet u t-tħaffit, u l-ispejjeż sabiex ikun possibbli li jitwettqu dawn it-testijiet, bħal sondaġġi oħrajn mill-ajru;

(b) għas-softwer tal-kompjuter: permezz tal-prezzijiet tax-xerrejja meta jinxtara mis-suq, jew bil-prezz bażiku stmat tiegħu jew, jekk l-ebda prezz bażiku ma jkun disponibbli, skont l-ispejjeż tiegħu tal-produzzjoni flimkien ma’ mark-up fil-każ ta’ bilanċ operattiv nett (ħlief fil-każ ta’ produtturi mhux għas-suq) meta jiġi żviluppat fil-post stess;

(c) għall-kopji oriġinali tad-divertiment, letterarji jew artistiċi: valutati bil-prezz imħallas mix-xerrej meta jinbiegħu, jew jekk ma jinbiegħux, il-metodi ta’ stima li ġejjin huma aċċettabbli:

(i) bil-prezz bażiku mħallas għal kopji oriġinali simili;

(ii) is-somma tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom flimkien ma’ mark-up (ħlief fil-każ ta’ produtturi mhux għas-suq) fil-każ ta’ bilanċ operattiv nett; jew

(iii) il-valur skontat ta’ dħul mistenni.

3.137 Iċ-ċessjonijiet tal-assi fissi eżistenti permezz tal-bejgħ jiġu valutati bil-prezzijiet bażiċi, bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe spiża għat-trasferiment tas-sjieda mill-bejjiegħ.

3.138 L-ispejjeż għat-trasferiment tas-sjieda jistgħu japplikaw kemm għall-assi prodotti, inklużi assi fissi, u għall-assi mhux prodotti, bħall-art.

Dawn l-ispejjeż huma inklużi fil-prezzijiet tax-xerrej fil-każ tal-assi prodotti. Dawn jiġu separati mix-xiri u l-bejgħ stess fil-każ ta’ art u assi oħra mhux prodotti, u rreġistrati taħt intestatura separata fil-klassifikazzjoni tal-formazzjoni ta’ kapital fiss gross.

Konsum ta’ kapital fiss (P.51c)

3.139  Definizzjoni: Il-konsum ta’ kapital fiss (P.51c) huwa t-tnaqqis fil-valur tal-assi fissi posseduti bħala riżultat tal-ħsara bl-użu normali u l-waqfien mill-użu. L-istima tat-tnaqqis fil-valur tinkludi provvediment għal telf ta’ assi fissi bħala riżultat ta’ danni aċċidentali li tista’ ssir assigurazzjoni kontrihom. Il-konsum tal-kapital fiss ikopri l-ispejjeż terminali antiċipati, bħall-ispejjeż tal-iżmantellar ta’ impjanti tal-enerġija nukleari jew pjattaformi taż-żejt jew l-ispejjeż tat-tindif ta’ siti ta’ miżbliet. Tali spejjeż terminali jiġu rreġistrati bħala konsum ta’ kapital fiss fl-aħħar tal-ħajja tas-servizz, meta l-ispejjeż terminali jiġu rreġistrati bħala formazzjoni ta’ kapital fiss gross.

3.140 Il-konsum tal-kapital fiss għandu jiġi kkalkulat għall-assi fissi kollha (minbarra għall-annimali), inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, titjib maġġuri tal-art u l-ispejjeż tat-trasferimenti tas-sjieda assoċjati ma’ assi mhux prodotti.

3.141 Il-konsum ta’ kapital fiss hu differenti mid-deprezzament permess għal skopijiet ta’ taxxa jew id-deprezzament muri fil-kontijiet tan-negozju. Il-konsum ta’ kapital fiss jiġi stmat abbażi tal-ħażniet ta’ assi fissi u l-medja tal-ħajja ekonomika mistennija tal-kategoriji differenti ta’ dawk l-oġġetti. Għall-kalkolu tal-ħażniet tal-assi fissi, il-metodu tal-inventarju perpetwu (PIM) huwa applikat kull meta tkun nieqsa informazzjoni diretta dwar il-ħażniet tal-assi fissi. Il-ħażna tal-assi fissi tiġi valutata bil-prezzijiet tax-xerrej tal-perijodu attwali.

3.142 It-telf tal-assi fissi li jseħħ bħala riżultat ta’ dannu aċċidentali li tista’ ssir assigurazzjoni kontrih huwa kkunsidrat fil-kalkolu tal-medja tal-ħajja tas-servizz tal-oġġetti inkwistjoni. Għall-ekonomija inġenerali, id-danni aċċidentali f’perijodu bażi tal-kontijiet speċifiku jkunu ugwali, jew qrib, il-medja. Għall-unitajiet individwali u r-raggruppamenti tal-unitajiet id-dannu aċċidentali attwali u medju jista’ jvarja. F’dan il-każ, għas-setturi, kwalunkwe differenza hija rreġistrata bħala bidliet oħra fil-volum tal-assi fissi.

3.143 Il-konsum tal-kapital fiss għandu jiġi kkalkulat skont il-metodu tal-“linja dritta”, li permezz tiegħu l-valur ta’ ass fiss jiġi kkanċellat b’rata kostanti matul il-ħajja sħiħa tal-oġġett.

3.144 F’xi każijiet, jintuża l-metodu tad-deprezzament ġeometriku meta t-tendenza tat-tnaqqis fl-effiċjenza ta’ ass fiss tirrikjedi dan.

3.145 Fis-sistema tal-kontijiet, il-konsum tal-kapital fiss jiġi rreġistrat taħt kull entrata saldatorja, li jintwera bħala gross u nett. Ir-reġistrazzjoni ta’ “gross” tfisser mingħajr it-tnaqqis tal-konsum ta’ kapital fiss, waqt li r-reġistrazzjoni ta’ “nett” tfisser wara t-tnaqqis tal-konsum ta’ kapital fiss.

Bidliet fl-inventarji (P.52)

3.146  Definizzjoni: Il-bidliet fl-inventarji jitkejlu bil-valur tal-annotazzjonijiet fl-inventarji nieqes il-valur tal-irtirar u l-valur ta’ kwalunkwe telf rikorrenti tal-oġġetti miżmuma fl-inventarji.

3.147 Minħabba d-deterjorazzjoni fiżika, jew dannu aċċidentali jew serq, it-telf rikorrenti jista’ jseħħ għat-tipi kollha ta’ oġġetti fl-inventarji, bħal:

(a) telf ta’ materjali u provvisti;

(b) telf fil-każ ta’ ħidma li għaddejja;

(c) telf ta’ oġġetti lesti;

(d) telf ta’ oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid (pereżempju serq minn ħwienet).

3.148 L-inventarji jikkonsistu mill-kategoriji li ġejjin:

(a) materjali u provvisti:

il-materjali u l-provvisti jikkonsistu fil-prodotti kollha miżmuma fil-ħażniet bl-intenzjoni li jintużaw bħala inputs intermedji fil-produzzjoni; dan jinkludi prodotti miżmuma fil-ħażniet mill-gvern. Oġġetti bħal deheb, djamanti, eċċ. jiġu inklużi meta huma maħsuba għall-użu industrijali jew produzzjoni oħra;

(b) ħidma li għaddejja:

il-ħidma li għaddejja tikkonsisti minn output li għadu mhux lest. Din tiġi rreġistrata fl-inventarji tal-produttur tagħha. Eżempji tal-forom differenti possibbli huma dawn li ġejjin:

(1) għelejjel li qed jikbru;

(2) siġar li qed jimmaturaw u bhejjem;

(3) strutturi mhux kompletati (minbarra dawk prodotti taħt kuntratt tal-bejgħ li jsir qbil dwaru minn qabel jew għall-kont proprju; dawn iż-żewġ eżempji jiġu trattati bħala formazzjoni ta’ kapital fiss);

(4) assi fissi oħra mhux kompletati, pereżempju vapuri u pjattaformi taż-żejt;

(5) riċerka parzjalment kompletata għal dossier legali jew ta’ konsulent;

(6) produzzjonijiet ta’ films kompletati parzjalment;

(7) programmi tal-kompjuter kompletati parzjalment.

Il-ħidma li għaddejja għandha tiġi rreġistrata għal kwalunkwe proċess tal-produzzjoni li ma jkunx tlesta sal-aħħar tal-perijodu speċifiku. Dan huwa sinifikanti fil-kontijiet ta’ kull tliet xhur, pereżempju għelejjel agrikoli li ma jikkompletawx it-tkabbir fi żmien tliet xhur.

It-tnaqqis fil-ħidma li għaddejja iseħħ meta l-proċess tal-produzzjoni jiġi kompletat. F’dak il-punt, il-ħidma kollha li għaddejja tiġi trasformata fi prodott lest;

(c) oġġetti lesti:

l-oġġetti lesti bħala parti mill-inventarji jikkonsistu minn outputs li l-produttur tagħhom m’għandux l-intenzjoni li jipproċessahom iżjed qabel ifornihom lil unitajiet istituzzjonali oħrajn;

(d) oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid:

oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid huma oġġetti miksuba biex jerġgħu jinbiegħu mingħajr ma jinbidlu mill-istat attwali tagħhom.

Ħin tar-reġistrazzjoni u valutazzjoni tal-bidliet fl-inventarji

3.149 Il-ħin tar-reġistrazzjoni u l-valutazzjoni tal-bidliet fl-inventarji għandhom ikunu konsistenti ma’ dawk ta’ transazzjonijiet oħra fil-prodotti. Dan japplika b’mod partikolari għall-konsum intermedju (pereżempju għal materjali u provvisti), l-prodott (pereżempju l-ħidma li għaddejja u l-output mill-ħażna ta’ prodotti agrikoli) u l-formazzjoni ta’ kapital fiss gross (pereżempju ħidma li għaddejja). Jekk l-oġġetti huma proċessati barra l-pajjiż b’bidla fis-sjieda ekonomika, l-oġġetti jiġu inklużi fl-esportazzjonijiet (u iżjed tard fl-importazzjonijiet). L-esportazzjoni tiġi riflessa bi tnaqqis konkomitanti fl-inventarji, u l-importazzjoni korrispondenti aktar tard tiġi rreġistrata wkoll bħala żieda fl-inventarji, sakemm din ma tinbiegħx jew ma tintużax f’salt.

3.150 Fil-kejl tal-bidliet fl-inventarji, l-oġġetti li jidħlu fl-inventarji jiġu vvalutati malli jidħlu, u l-oġġetti li jiġu rtirati jiġu vvalutati malli jiġu rtirati.

3.151 Il-prezzijiet użati għall-valutazzjoni tal-oġġetti f’bidliet fl-inventarji huma kif ġej:

(a) l-output ta’ oġġetti lesti trasferiti fl-inventarji tal-produttur jiġu valutati bħallikieku nbiegħu dak il-ħin, bil-prezzijiet bażiċi attwali;

(b) iż-żidiet għall-ħidma li għaddejja huma valutati fi proporzjon għall-prezz bażiku attwali stmat tal-prodott lest;

(c) it-tnaqqis fil-ħidma li għaddejja minħabba ħidma irtirata mill-inventarji meta l-produzzjoni titlesta huwa valutat bil-prezzijiet bażiċi attwali tal-prodott mhux lest;

(d) l-oġġetti trasferiti barra mill-inventarji għall-bejgħ huma valutati bil-prezzijiet bażiċi;

(e) l-oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid li jidħlu fl-inventarji tal-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut, eċċ. huma valutati bil-prezzijiet tax-xiri attwali jew stmati tan-negozjant;

(f) l-oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid irtirati mill-inventarji huma valutati għall-prezzijiet tax-xiri li jistgħu jiġu sostitwiti bihom fil-ħin meta jiġu rtirati u mhux bil-prezz ta’ meta jkunu ġew akkwistati.

3.152 It-telf bħala riżultat ta’ deterjorazzjoni fiżika, dannu aċċidentali li jista’ jiġi assigurat jew serq jiġi rreġistrat u valutat kif ġej:

(a) għall-materjali u l-provvisti: bħala materjali u provvisti rtirati attwalment li jridu jintużaw fil-produzzjoni (konsum intermedju);

(b) għal ħidma li għaddejja: valutat bħala tnaqqis miż-żidiet li jakkumulaw mal-produzzjoni li sseħħ fl-istess perijodu;

(c) għal oġġetti lesti u oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid: trattat bħala rtirati bil-prezz attwali ta’ oġġetti mhux deterjorati.

3.153 Fejn ikun hemm nuqqas ta’ informazzjoni, il-metodi approssimattivi li ġejjin jintużaw għall-istima tal-bidla fl-inventarji:

(a) meta l-bidliet fil-volum tal-inventarji huma regolari, metodu approssimattiv aċċettabbli huwa li tiġi multiplikata l-bidla fil-volum tal-inventarji bil-prezzijiet medji għal dak il-perijodu. Il-prezzijiet tax-xiri jintużaw għall-inventarji miżmuma mill-utenti jew mill-bejjiegħa bl-ingrossa jew bl-imnut; il-prezzijiet bażiċi jintużaw għall-inventarji miżmuma mill-produtturi tagħhom;

(b) meta l-prezzijiet tal-oġġetti involuti jibqgħu kostanti, ċaqliq fil-volum tal-inventarji ma jinvalidax l-approssimazzjoni tal-istima fil-bidla tal-inventarji billi tiġi mmultiplikata l-bidla fil-volum bil-prezz medju;

(c) jekk kemm il-volum kif ukoll il-prezzijiet tal-inventarji jinbidlu sostanzjalment matul il-perijodu bażi tal-kontijiet, huma meħtieġa metodi ta’ approssimazzjoni aktar sofistikati. Pereżempju, valutazzjoni kull tliet xhur tal-bidliet fl-inventarji jew l-użu ta’ tagħrif dwar id-distribuzzjoni taċ-ċaqliq matul il-perijodu bażi tal-kontijiet (iċ-ċaqliq jista’ jkun l-akbar fl-aħħar tas-sena kalendari, matul il-ħin tal-ħsad, eċċ.);

(d) jekk hu disponibbli tagħrif dwar il-valuri fil-bidu u fl-aħħar tal-perijodu bażi (pereżempju fil-każ ta’ kummerċ bl-ingrossa jew bl-imnut fejn ta’ spiss jeżistu inventarji ta’ ħafna prodotti differenti), iżda l-ebda tagħrif separat dwar il-prezzijiet u l-volumi, jiġu stmati l-bidliet fil-volum bejn il-bidu u t-tmiem tal-perijodu. Mod wieħed kif tiġi stmata l-bidla fil-volumi, hu li jiġu stmati r-rati kostanti tal-bejgħ skont it-tip tal-prodott.

Il-bidliet staġjonali fil-prezzijeit jistgħu jirriflettu bidla fil-kwalità, pereżempju prezzijiet ta’ likwidazzjoni jew prezzijiet ta’ barra l-istaġun għall-frott u l-ħaxix. Dawn il-bidliet fil-kwalità jiġu trattati bħala bidliet fil-volum.

Akkwisti nieqas iċ-ċessjonijiet tal-oġġetti ta’ valur (P.53)

3.154  Definizzjoni: L-oġġetti ta’ valur huma oġġetti mhux finanzjarji li ma jintużawx primarjament għall-produzzjoni jew il-konsum, ma jiddeterjorawx (fiżikament) maż-żmien taħt kundizzjonijiet normali u huma miksuba u miżmuma primarjament bħala ħażniet ta’ valur.

3.155 L-oġġetti ta’ valur jinkludu t-tipi ta’ oġġetti li ġejjin:

(a) ħaġar u metalli prezzjużi, bħal djamanti, deheb mhux monetarju, platinu, fidda, eċċ.;

(b) antikitajiet u oġġetti oħra tal-arti, bħal pitturi, skulturi, eċċ.;

(c) oġġetti ta’ valur oħra, bħal ġojjelli tal-ħaġar u metalli prezzjużi u oġġetti kollezzjonabbli.

3.156 Tali tipi ta’ oġġetti jiġu rreġistrati bħala akkwist jew disponiment ta’ oġġetti ta’ valur fl-eżempji li ġejjin:

(a) l-akkwist jew id-disponiment ta’ deheb mhux monetarju, fidda, eċċ. mill-banek ċentrali u intermedjarji oħra finanzjarji;

(b) l-akkwist jew id-disponiment ta’ dawn l-oġġetti minn intapriżi li l-attività prinċipali jew sekondarja tagħhom ma tinvolvix il-produzzjoni jew il-kummerċ tat-tali tipi ta’ oġġetti. Dan l-akkwist jew disponiment mhuwiex inkluż fil-konsum intermedju jew il-formazzjoni ta’ kapital fiss ta’ dawn l-intrapriżi;

(c) l-akkwist jew id-disponiment tat-tali oġġetti mill-unitajiet domestiċi. Tali akkwisti mhumiex inklużi fl-infiq tal-konsum finali tal-unitajiet domestiċi.

Fis-SEK, bħala norma, il-każijiet li ġejjin ukoll jiġu rreġistrati bħala akkwist jew disponiment ta’ oġġetti ta’ valur:

(a) l-akkwist jew id-disponiment ta’ dawn l-oġġetti mill-ġojjelliera u n-negozjanti tal-arti (skont id-definizzjoni ġenerali ta’ oġġetti ta’ valur, l-akkwist ta’ dawn l-oġġetti mill-ġojjelliera u n-negozjanti tal-arti għandu jiġi rreġistrat bħala bidliet fl-inventarji);

(b) l-akkwist jew id-disponiment ta’ dawn l-oġġetti mill-mużewijiet (skont id-definizzjoni ġenerali ta’ oġġetti ta’ valur, l-akkwist minn mużew ta’ dawn l-oġġetti għandu jiġi rreġistrat bħala formazzjoni ta’ kapital fiss).

Din in-norma tevita r-riklassifikazzjoni spissa bejn it-tliet tipi ewlenin ta’ formazzjoni ta’ kapital, jiġifieri bejn l-akkwist nieqes id-disponiment tal-oġġetti ta’ valur, il-formazzjoni ta’ kapital fiss u l-bidliet fl-inventarji, pereżempju fil-każ ta’ transazzjonijiet tat-tali oġġetti bejn il-unitajiet domestiċi u n-negozjanti tal-arti.

3.157 Il-produzzjoni tal-oġġetti ta’ valur hija valutata bil-prezzijiet bażiċi. L-akkwisti l-oħra kollha tal-oġġetti ta’ valur huma valutati bil-prezzijiet mħallsa tax-xiri, inkluża kwalunkwe tariffa jew kummissjoni tal-aġenti. Dawn jinkludu marġni ta’ kummerċ meta jinxtraw minn negozjanti. Iċ-ċessjonijiet tal-oġġetti ta’ valur huma valutat bil-prezzijiet li jirċievu l-bejjiegħa, wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe tariffa jew kummissjoni imħallsa lill-aġenti jew intermedjarji oħra. L-akkwisti nieqes iċ-ċessjonijiet ta’ oġġetti ta’ valur bejn setturi residenti jħassru lil xulxin, u jħallu biss il-marġni tal-aġenti u tan-negozjanti.

ESPORTAZZJONIJIET U IMPORTAZZJONIJIET TA’ OĠĠETTI U SERVIZZI (P.6 u P.7)

3.158  Definizzjoni: L-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi tikkonsisti minn transazzjonijiet f’oġġetti u servizzi (bejgħ, tpartit u rigali) minn residenti lil persuni mhux residenti.

3.159  Definizzjoni: L-importazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi tikkonsisti minn transazzjonijiet f’oġġetti u servizzi (xiri, tpartit u rigali) minn persuni mhux residenti lil residenti.

3.160 L-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi ma jinkludux:

(a) kummerċ ta’ tħejjija (establishment trad(e), jiġifieri:

(1) kunsinni lil persuni mhux residenti minn affiljati mhux residenti ta’ intrapriżi residenti, pereżempju bejgħ barra mill-pajjiż minn affiljati barranin ta’ kumpannija multinazzjonali/kontrollata minn residenti;

(2) kunsinni lil residenti minn affiljati residenti ta’ intrapriżi mhux residenti, pereżempju bejgħ minn affiljati domestiċi ta’ kumpannija multinazzjonali barranija;

(b) il-flussi tad-dħul primarju lejn jew mill-bqija tad-dinja, bħall-kumpens lill-impjegati, l-imgħax u d-dħul mill-investiment dirett. Id-dħul minn investiment dirett jista’ jinkludi parti mhux distinta għall-provvediment ta’ diversi servizzi, pereżempju taħriġ għall-impjegati, servizzi ta’ ġestjoni u l-użu ta’ brevetti u trademarks;

(c) il-bejgħ jew xiri transkonfinali ta’ assi finanzjarji jew assi mhux prodotti, bħal art.

3.161 L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti u s-servizzi għandhom jiġu distinti f’:

(a) kunsinni intra-UE;

(b) importazzjonijiet u esportazzjonijiet barra l-UE.

Iż-żewġ tipi jissejħu importazzjonijiet u esportazzjonijiet.

Esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta’ oġġetti (P.61 u P.71)

3.162 L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti jseħħu meta s-sjieda ekonomika tal-oġġetti tinbidel bejn residenti u mhux residenti. Dan japplika irrispettivament miċ-ċaqliq fiżiku korrispondenti tal-oġġetti bejn il-fruntieri.

3.163 Fil-każ ta’ kunsinni bejn intrapriżi affiljati (fergħa jew sussidjarja, jew affiljat barrani): bidla fis-sjieda ekonomika tiġi inputtjata kull meta l-oġġetti jiġu kunsinjati bejn intrapriżi affiljati. Dan japplika biss meta l-istabbiliment li jirċievi l-oġġetti jassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet dwar il-livelli tal-provvista u l-prezzijiet li l-output tagħhom jiġi kunsinjat għas-suq.

3.164 L-esportazzjonijiet ta’ oġġetti sseħħ mingħajr ma l-oġġetti jaqsmu l-fruntiera tal-pajjiż fl-eżempji li ġejjin:

(a) oġġetti prodotti minn unitajiet residenti li joperaw f’ilmijiet internazzjonali jinbiegħu direttament lil entitajiet mhux residenti f’pajjiżi barranin. Eżempji ta’ oġġetti bħal dawn huma ż-żejt, il-gass naturali, il-prodotti tas-sajd, l-oġġetti salvati mill-baħar;

(b) tagħmir tat-trasport jew tagħmir ieħor li jinġarr mhux marbut ma’ lokalità fissa;

(c) oġġetti li wara bidla fis-sjieda jintilfu jew jinqerdu qabel ma jaqsmu l-fruntiera tal-pajjiż tal-esportazzjoni;

(d) merchanting, jiġifieri x-xiri ta’ oġġett minn resident minn persuna mhux residenti u l-bejgħ mill-ġdid sussegwenti tal-oġġett lil persuna mhux residenti oħra, mingħajr ma l-oġġett jidħol fl-ekonomija tan-negozjant.

Każijiet analogi jseħħu fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ oġġetti.

3.165 L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti jinkludu transazzjonijiet bejn residenti u persuni mhux residenti f’dawn li ġejjin:

(a) deheb mhux monetarju;

(b) ingotti tal-fidda, djamanti u metalli u ħaġar prezzjużi oħra;

(c) flus karti u muniti li mhumiex fiċ-ċirkolazzjoni u titoli mhux maħruġa (valutati bħala oġġetti, mhux skont il-valur nominali);

(d) elettriku, gass u ilma;

(e) bhejjem li jaqsmu l-fruntieri;

(f) pakketti postali;

(g) esportazzjonijiet tal-gvern inklużi oġġetti finanzjati minn għotjiet u self;

(h) oġġetti trasferiti lil jew mis-sjieda ta’ organizzazzjoni ta’ ħażniet ta’ riżerva;

(i) oġġetti kunsinjati minn intrapriża residenti lill-affiljati mhux residenti tagħha, ħlief fil-każ ta’ oġġetti għall-ipproċessar;

(j) oġġetti rċevuti minn intrapriża residenti mill-affiljati mhux residenti tagħha, ħlief fil-każ ta’ oġġetti għall-ipproċessar;

(k) oġġetti jew prodotti ta’ kuntrabandu mhux rappurtati għat-taxxa bħal dazju fuq l-importazzjoni u VAT;

(l) vjeġġi oħra mhux irreġistrati, bħal rigali u dawk li jiswew anqas minn valur minimu dikjarat.

3.166 L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-oġġetti jeskludu l-oġġetti li ġejjin, li madankollu jistgħu jaqsmu l-fruntiera nazzjonali:

(a) oġġetti fi transitu f’pajjiż;

(b) oġġetti mibgħuta lil jew mill-ambaxxati, bażijiet militari jew enklavi oħra ġewwa l-fruntieri nazzjonali ta’ pajjiż ieħor;

(c) tagħmir tat-trasport u tipi oħra ta’ tagħmir li jista’ jiċċaqlaq li jħallu l-pajjiż temporanjament, mingħajr ebda bidla fis-sjieda ekonomika, pereżempju tagħmir tal-kostruzzjoni għal skopijiet ta’ installazzjoni jew kostruzzjoni barra mill-pajjiż;

(d) tagħmir u oġġetti oħra li jintbagħtu barra mill-pajjiż għall-ipproċessar, manutenzjoni, servisjar jew tiswija; dan japplika wkoll għall-oġġetti proċessati għall-ordnijiet barra mill-pajjiż meta tkun involuta bidla fiżika sostanzjali tal-oġġetti;

(e) oġġetti oħra li jitilqu minn pajjiż temporanjament, li ġeneralment jiġu ritornati fi żmien sena fl-istat oriġinali tagħhom u mingħajr bidla fis-sjieda ekonomika.

Eżempji ta’ dawn huma oġġetti mibgħuta barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ esibizzjoni u divertiment, oġġetti taħt kuntratt tal-kiri operattiv, inklużi kuntratti tal-kiri għal diversi snin u oġġetti ritornati mingħajr ma jinbiegħu lil mhux resident;

(f) oġġetti fuq kunsinna li jintilfu jew jinqerdu malli jaqsmu fruntiera qabel ma sseħħ il-bidla fis-sjieda.

3.167 L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-oġġetti għandhom jiġu reġistrati meta s-sjieda tal-oġġetti tiġi trasferita. Bidla fis-sjieda hija kkunsidrata li sseħħ meta l-partijiet tat-transazzjoni jirreġistrawha fil-kotba jew il-kontijiet tagħhom. Dan jista’ ma jikkoinċidix mal-istadji varji tal-proċess kuntrattwali, bħal:

(a) il-ħin meta jsir l-impenn (id-data tal-kuntratt);

(b) il-ħin tal-forniment tal-oġġetti u s-servizzi u l-akkwiżizzjoni ta’ talba għall-ħlas (id-data tat-trasferiment);

(c) il-ħin tas-saldu ta’ dik it-talba (id-data tal-ħlas).

3.168 L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti għandhom jiġu vvalutati frank abbord fil-fruntiera tal-pajjiż tal-esportazzjoni (FOB). Dan il-valur ikun:

(a) il-valur tal-oġġetti bil-prezzijiet bażiċi;

(b) flimkien mas-servizzi ta’ trasport u distribuzzjoni relatati sa dak il-punt tal-fruntiera, inklużi l-ispejjeż tat-tagħbija fuq mezz tat-trasport għal trasport suċċessiv;

(c) flimkien ma’ kwalunkwe taxxa nieqes sussidji fuq l-oġġetti esportati; għal kunsinni intra-UE dan jinkludi l-VAT u taxxi oħra fuq l-oġġetti mħallsa fil-pajjiż tal-esportazzjoni.

Fit-tabelli tal-provvista u l-użu u tal-input-output simetriċi, l-importazzjonijiet tal-oġġetti għal gruppi ta’ prodotti individwali jiġu valutati bil-prezz tal-ispejjeż għall-assigurazzjoni u l-ġarr (CIF) fil-fruntiera tal-pajjiż ta’ importazzjoni.

3.169  Definizzjoni: Il-prezz CIF huwa l-prezz ta’ oġġett kunsinnat fil-fruntiera tal-pajjiż tal-importazzjoni, jew il-prezz ta’ servizzi mogħti lil resident, qabel il-ħlas ta’ kwalunkwe dazju tal-importazzjoni jew taxxi oħra fuq l-importazzjoni jew il-marġni kummerċjali u tat-trasport fil-pajjiż.

3.170 Prokuri jew miżuri ta’ sostituzzjoni għall-valur FOB jistgħu jkunu neċessarji f’ċerti ċirkostanzi, bħal:

(a) tpartit ta’ oġġetti jiġi valutat bil-prezzijiet bażiċi li kienu jiġu rċevuti kieku l-oġġetti nbiegħu għal flus kontanti;

(b) transazzjonijiet bejn intrapriżi affiljati: bħala regola, jintużaw il-valuri ta’ trasferiment attwali. Madankollu, jekk ikunu differenti mill-prezzijiet tas-suq, dawn jiġu sostitwiti minn ekwivalent tal-prezz tas-suq stmat;

(c) oġġetti trasferiti taħt kuntratt tal-kiri finanzjarju: l-oġġetti jiġu valutati abbażi tal-prezz tax-xiri mħallas minn sid il-kera, u mhux bil-valur kumulattiv tal-ħlasijiet tal-kiri;

(d) importazzjonijiet ta’ oġġetti jiġu stmati abbażi tad-data tad-dwana (għal kummerċ barra mill-UE) jew tagħrif tal-Intrastat (għal kummerċ intra-UE). Iż-żewġ sorsi tad-data ma japplikawx valutazzjoni FOB; dawn jużaw rispettivament il-valur CIF fil-fruntiera tal-UE u valuri CIF fil-fruntiera nazzjonali. Minħabba li l-valuri FOB jintużaw biss fil-livell l-iżjed aggregat u l-valuri CIF jintużaw fil-livell tal-grupp tal-prodott, dawn il-modifiki jiġu applikati fil-livell l-iżjed aggregat, u l-modifika hi magħrufa bħala l-aġġustament CIF/FOB;

(e) importazzjonijiet u esportazzjonijiet tal-oġġetti jiġu stmati abbażi tat-tagħrif tal-istħarriġ jew tipi differenti ta’ tagħrif ad hoc. F’tali każijiet, jinkiseb il-valur totali tal-bejgħ maqsum għal kull prodott. L-istima tkun ibbażata fuq il-prezzijiet tax-xiri u mhux fuq il-valuri FOB.

Esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta’ servizzi (P.62 u P.72)

3.171  Definizzjoni: L-esportazzjonijiet ta’ servizzi jikkonsistu mis-servizzi kollha mogħtija mir-residenti lil persuni mhux residenti.

3.172  Definizzjoni: L-importazzjonijiet tas-servizzi jikkonsistu mis-servizzi kollha mogħtija minn persuni mhux residenti lil residenti.

3.173 L-esportazzjonijiet tas-servizzi jinkludu l-każijiet li ġejjin:

(a) it-trasport ta’ oġġetti esportati wara li jkunu ħallew il-fruntiera tal-pajjiż tal-esportazzjoni meta provduti minn trasportatur residenti (il-każijiet 2 u 3 fit-Tabella 3.3);

(b) it-trasport ta’ oġġetti importati minn trasportatur residenti:

(1) sal-fruntiera tal-pajjiż ta’ esportazzjoni meta l-oġġetti jiġu valutati FOB għat-tpaċija tal-valur tat-trasport inkluż fil-valur FOB (il-każ 3 fit-Tabella 3.4);

(2) sal-fruntiera tal-pajjiż tal-importazzjoni meta l-oġġetti jiġu valutati CIF għat-tpaċija tal-valur tat-trasport inkluż fil-valur CIF (il-każijiet 3 u 2 CIF fit-Tabella 3.4);

(c) it-trasport ta’ oġġetti minn residenti f’isem persuni mhux residenti li ma jinvolvix l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti (pereżempju t-trasport ta’ oġġetti li ma jħallux il-pajjiż bħala esportazzjonijiet jew it-trasport ta’ oġġetti barra t-territorju domestiku);

(d) it-trasport tal-passiġġieri f’isem persuni mhux residenti minn trasportaturi residenti;

(e) attivitajiet ta’ proċessar u tiswija f’isem persuni mhux residenti; dawn l-attivitajiet għandhom jiġu rreġistrati bħala netti, jiġifieri bħala esportazzjoni ta’ servizzi minbarra l-valur tal-oġġetti proċessati jew imsewwija;

(f) installazzjoni ta’ tagħmir barra mill-pajjiż meta proġett, fin-natura tiegħu, ikollu durata limitata;

(g) servizzi finanzjarji provduti minn residenti lil mhux residenti inklużi kemm il-ħlasijiet għas-servizz espliċiti kif ukoll dawk impliċiti, bħall-FISIM;

(h) servizzi ta’ assigurazzjoni provduti minn residenti lil mhux residenti bl-ammont tal-ħlas għas-servizz impliċitu;

(i) in-nefqa minn turisti mhux residenti u vjaġġaturi tan-negozju. In-nefqa hija klassifikata bħala servizzi; għall-finijiet tat-tabelli tal-provvista u l-użu u tal-input-output simetriku, tkun neċessarja analiżi skont il-prodotti komponenti;

(j) in-nefqa minn persuni mhux residenti fuq servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni provduti minn residenti; din tinkludi l-provvista ta’ dawn is-servizzi fit-territorju domestiku kif ukoll barra mill-pajjiż;

(k) is-servizzi ta’ djar tal-villeġġatura okkupati mis-sid ta’ persuni mhux residenti (ara l-paragrafu 3.77);

(l) drittijiet u tariffi tal-liċenzji, li l-qligħ minnhom huwa assoċjat mal-użu awtorizzat tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bħal privattivi, drittijiet tal-awtur, trademarks, proċessi industrijali, franchises, eċċ., u mal-użu permezz ta’ ftehimiet ta’ liċenzjar ta’ kopji oriġinali jew prototipi li jiġu prodotti, bħal manuskritti, pitturi, eċċ. imħallsa minn mhux residenti lil residenti.

3.174 Hemm importazzjoni ekwivalenti ta’ servizz bħala iimaġni kopja tal-lista ta’ esportazzjonijiet ta’ servizzi fil-paragrafu 3.173, u l-importazzjonijiet ta’ servizzi li ġejjin biss jirrikjedu deskrizzjoni ulterjuri.

3.175 L-importazzjonijiet tas-servizzi ta’ trasport jinkludu l-eżempji li ġejjin:

(a) it-trasport ta’ oġġetti esportati sal-fruntiera tal-pajjiż tal-esportazzjoni meta provdut minn trasportatur mhux residenti għat-tpaċija tal-valur tat-trasport inkluż fil-valur FOB tal-oġġetti esportati (il-każ 4 fit-Tabella 3.3);

(b) it-trasport ta’ oġġetti importati minn trasportatur mhux residenti:

(1) mill-fruntiera tal-pajjiż tal-esportazzjoni bħala servizz tat-trasport separat meta l-oġġetti importati huma valutati FOB (il-każijiet 4 u 5 FOB fit-Tabella 3.4);

(2) mill-fruntiera tal-pajjiż ta’ importazzjoni bħala servizz tat-trasport separat meta l-oġġetti importati huma valutati CIF (f’dan il-każ il-valur tas-servizz tat-trasport bejn il-fruntieri tal-pajjiż ta’ esportazzjoni u ta’ importazzjoni diġà hu inkluż fil-valur CIF tal-oġġett; il-każ 4 fit-Tabella 3.4);

(c) it-trasport ta’ oġġetti minn persuni mhux residenti f’isem residenti li ma jinvolvix l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti (pereżempju t-trasport ta’ oġġetti fi tranżitu jew it-trasport barra mit-territorju domestiku);

(d) it-trasport internazzjonali jew nazzjonali ta’ passiġġieri f’isem residenti minn trasportaturi mhux residenti.

L-importazzjonijiet ta’ servizzi tat-trasport ma jinkludux it-trasport ta’ oġġetti esportati wara li jkunu ħallew il-fruntiera tal-pajjiż ta’ esportazzjoni meta jiġu provduti minn trasportatur mhux residenti (il-każijiet 5 u 6 fit-Tabella 3.3). L-esportazzjonijiet ta’ oġġetti huma valutati FOB u tali servizzi ta’ trasport kollha għandhom għalhekk jitqiesu bħala transazzjonijiet bejn persuni mhux residenti, jiġifieri bejn trasportatur mhux residenti u importatur mhux residenti. Dan japplika meta dawn is-servizzi ta’ trasport jitħallsu taħt kuntratti tal-esportazzjoni CIF mill-esportatur.

3.176 L-importazzjonijiet fir-rigward ta’ xiri dirett barra mill-pajjiż minn residenti jkopru x-xiri kollu ta’ oġġetti u servizzi li jsir minn residenti waqt li qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ negozju jew personali. Żewġ kategoriji għandhom jiġu distinti minħabba li jeħtieġu trattament differenti:

(a) l-infiq kollu relatat man-negozju minn vjaġġaturi tan-negozju huwa konsum intermedju;

(b) l-infiq l-ieħor kollu, huwiex minn vjaġġaturi tan-negozju jew vjaġġaturi oħra, huwa nfiq tal-konsum finali ta’ unità domestika.

3.177 L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tas-servizzi huma reġistrati fil-ħin li jingħataw. Dan il-ħin jikkoinċidi mal-ħin meta s-servizzi jiġu prodotti. L-importazzjonijiet tas-servizzi jiġu valutati bil-prezz tax-xiri u l-esportazzjonijiet tas-servizzi bil-prezzijiet bażiċi.



Tabella 3.3 —  It-trattament tat-trasport ta’ oġġetti esportat i

Territorju domestiku

Territorju intermedju

Territorju tal-pajjiż ta’ importazzjoni

1.  trasportatur residentiimage

2.  trasportatur residentiimage

3.  trasportatur residentiimage

4.  trasportatur mhux residentiimage

5.  trasportatur mhux residentiimage

6.  trasportatur mhux residentiimage



 

Esportazzjonijiet ta’ oġġetti (FOB)

Esportazzjonijiet ta’ servizzi

Importazzjonijiet ta’ oġġetti (CIF/FOB)

Importazzjonijiet ta’ servizzi

1.

x

2.

x

3.

x

4.

x

x

5.

6.

3.178 Spjegazzjoni dwar kif għandha tinqara din it-tabella: l-ewwel parti ta’ din it-tabella tindika li hemm sitt possibbiltajiet ta’ trasport ta’ oġġetti esportati, skont jekk it-trasportatur huwiex residenti jew le u skont fejn iseħħ it-trasport: minn post fit-territorju domestiku sal-fruntiera nazzjonali, mill-fruntiera nazzjonali sal-fruntiera tal-pajjiż ta’ importazzjoni jew mill-fruntiera tal-pajjiż ta’ importazzjoni sa post fil-pajjiż ta’ importazzjoni. Fit-tieni parti ta’ din it-tabella, għal kull waħda minn dawn is-sitt possibbiltajiet, huwa indikat jekk l-ispejjeż tat-trasport għandhomx jiġu rreġistrati bħala esportazzjonijiet ta’ oġġetti, esportazzjonijiet ta’ servizzi, importazzjonijiet ta’ oġġetti jew importazzjonijiet ta’ servizzi.



Tabella 3.4 —  It-trattament tat-trasportazzjoni ta’ oġġetti importati

Territorju domestiku

Territorju nofsani

Territorju tal-pajjiż esportatur

1.  trasportatur residentiimage

2.  trasportatur residentiimage

3.  trasportatur residentiimage

4.  trasportatur mhux residentiimage

5.  trasportatur mhux residentiimage

6.  trasportatur mhux residentiimage



 

Valutazzjoni ta’ oġġetti importati

Importazzjonijiet ta’ oġġetti

Importazzjonijiet ta’ servizzi

Esportazzjonijiet ta’ oġġetti (FOB)

Esportazzjonijiet ta’ servizzi

1.

CIF/FOB

2.

FOB

CIF

x

x

3.

CIF/FOB

x

x

4.

CIF/FOB

x

5.

FOB

CIF

x

x

6.

CIF/FOB

x

3.179 Spjegazzjoni dwar kif tinqara din it-tabella: L-ewwel parti ta’ din it-tabella tindika li hemm sitt possibbiltajiet ta’ trasportazzjoni ta’ oġġetti importati, skont jekk it-trasportatur ikunx residenti jew le u skont fejn iseħħ it-trasport: minn post fil-pajjiż esportatur sal-fruntiera ta’ dan il-pajjiż esportatur, mill-fruntiera tal-pajjiż esportatur sal-fruntiera tal-pajjiż importatur u mill-fruntiera nazzjonali sa post fit-territorju domestiku. Fit-tieni parti ta’ din it-tabella, għal kull waħda minn dawn is-sitt possibbiltajiet, hemm indikat jekk l-ispejjeż tat-trasportazzjoni għandhomx jiġu rreġistrati bħala importazzjonijiet ta’ oġġetti, importazzjonijiet ta’ servizzi, esportazzjonijiet ta’ oġġetti jew esportazzjonijiet ta’ servizzi. F’xi każijiet (il-każijiet 2 u 5), din ir-reġistrazzjoni tiddependi mill-prinċipju tal-valutazzjoni applikat għall-oġġetti importati. Innota li t-tranżizzjoni mill-valutazzjoni tal-oġġetti importati fis-CIF sal-FOB tikkonsisti fi:

(a) aġġustament CIF/FOB, jiġifieri minn 2 CIF sa 2 FOB (inaqqas l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet totali);

(b) riklassifikazzjoni CIF/FOB, jiġifieri minn 5 CIF sa 5 FOB (tħalli l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet totali mhux mibdula.

TRANSAZZJONIJIET F’OĠĠETTI EŻISTENTI

3.180  Definizzjoni: L-oġġetti eżistenti huma oġġetti li diġà kellhom utent (minbarra inventarji).

3.181 L-oġġetti eżistenti jinkludu:

(a) bini u oġġetti ta’ kapital fiss oħra li jkunu nbiegħu minn unitajiet ta’ produtturi lil unitajiet oħra:

(1) biex jerġgħu jintużaw b’dan il-mod;

(2) li jridu jitwaqqgħu jew jiġġarfu; il-prodotti li jirriżultaw isiru materji primi (pereżempju ħadid tal-iskrappjar) użati għall-produzzjoni ta’ oġġetti ġodda (pereżempju azzar);

(b) oġġetti ta’ valur li jinbiegħu minn unità lil oħra;

(c) oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul li jkunu nbiegħu mill-unitajiet domestiċi lil unitajiet oħra:

(1) biex jerġgħu jintużaw b’dan il-mod;

(2) biex jiġu mkissra u konvertiti f’materjali tad-demolizzjoni;

(d) oġġetti li ma jdumux jintużaw (pereżempju karta tal-iskart, ċraret, ħwejjeġ qodma, fliexken qodma, eċċ.) li jkunu nbiegħu minn kwalunkwe unità, jew biex jerġgħu jintużaw jew biex isiru materja prima għall-manifattura ta’ oġġetti ġodda.

It-trasferiment ta’ oġġetti eżistenti jiġi rreġistrat bħala nefqa negattiva (akkwist) għall-bejjiegħ u nefqa pożittiva (akkwist) għax-xerrej.

3.182 Din id-definizzjoni ta’ oġġetti eżistenti għandha l-konsegwenzi li ġejjin:

(a) meta l-bejgħ ta’ ass fiss jew oġġett ta’ valur eżistenti jseħħ bejn żewġ produtturi residenti, il-valuri pożittivi u negattivi rreġistrati għall-formazzjoni grossa ta’ kapital fiss iħassru ’l xulxin għall-ekonomija sħiħa minbarra għall-ispejjeż tat-trasferiment tas-sjieda;

(b) meta ass fiss immobbli eżistenti (pereżempju bini) jinbiegħ lil persuna mhux residenti, din tal-aħħar tiġi trattata bħala li qed tixtri ass finanzjarju, jiġifieri ekwità ta’ unità residenti nozzjonali. Din l-unità residenti nozzjonali mbagħad titqies li qed tixtri l-ass fiss. Il-bejgħ u x-xiri tal-ass fiss iseħħu bejn unitajiet residenti;

(c) meta ass fiss mobbli eżistenti, bħal vapur jew inġenju tal-ajru, jiġi esportat, ma tiġi rreġistrata l-ebda formazzjoni grossa pożittiva ta’ kapital fiss fl-ekonomija biex tikkumpensa l-formazzjoni grossa negattiva ta’ kapital fiss tal-bejjiegħ;

(d) oġġetti li jdumu jintużaw, bħall-vetturi, jistgħu jiġu klassifikati bħala assi fissi jew bħala oġġetti għall-konsum li jservu fit-tul skont is-sid u l-iskop li jintużaw għalih. Jekk is-sjieda ta’ oġġett bħal dan tiġi trasferita minn intrapriża lil unità domestika biex jintuża għall-konsum finali, tiġi rreġistrata formazzjoni grossa negattiva ta’ kapital fiss għall-intrapriża u nefqa tal-konsum pożittiva għall-unità domestika. Fejn is-sjieda ta’ oġġett bħal dan tiġi trasferita minn unità domestika lil intrapriża, għall-unità domestika jiġi rreġistrat infiq tal-konsum finali negattiv u għall-intrapriża tiġi rreġistrata formazzjoni grossa pożittiva ta’ kapital fiss;

(e) transazzjonijiet f’oġġetti ta’ valur eżistenti għandhom jiġu rreġistrati bħala l-akkwist ta’ oġġett ta’ valur (formazzjoni grossa ta’ kapital pożittiva) mix-xerrej u bħala ċ-ċessjoni ta’ oġġett ta’ valur (formazzjoni grossa ta’ kapital negattiva) mill-bejjiegħ. Fil-każ ta’ transazzjoni mal-bqija tad-dinja, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ oġġett għandha tiġi rreġistrata. Il-bejgħ ta’ oġġett ta’ valur minn unità domestika m’għandux jiġi rreġistrat bħala infiq tal-konsum finali negattiv;

(f) meta oġġetti militari li jdumu jintużaw eżistenti jinbiegħu barra mill-pajjiż mill-gvern, dan jiġi rreġistrat bħala esportazzjoni ta’ oġġetti u bħala formazzjoni negattiva ta’ kapital fiss mill-gvern.

3.183 It-transazzjonijiet f’oġġetti eżistenti jiġu rreġistrati fiż-żmien meta tinbidel is-sjieda. Jiġu applikati l-prinċipji ta’ valutazzjoni adatti għat-tip ta’ transazzjonijiet fil-prodotti involuti.

AKKWISTI MINGĦAJR IĊ-ĊESSJONIJIET TA’ ASSI MHUX PRODOTTI (NP)

3.184  Definizzjoni: L-assi mhux prodotti jikkonsistu f’assi li ma ġewx prodotti fi ħdan il-fruntiera tal-produzzjoni, u li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi.

3.185 Tliet kategoriji ta’ akkwisti mingħajr iċ-ċessjonijiet tal-assi mhux prodotti huma distinti:

(a) akkwist mingħajr iċ-ċessjonijiet tar-riżorsi naturali (NP.1);

(b) akkwist mingħajr iċ-ċessjonijiet ta’ kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji (NP.2);

(c) ix-xiri mingħajr il-bejgħ ta’ assi tal-avvjament u tal-kummerċjalizzazzjoni (NP.3).

3.186 Ir-riżorsi naturali għandhom jikkonsistu fil-kategoriji li ġejjin:

(a) art;

(b) riżervi minerali u tal-enerġija;

(c) riżorsi bijoloġiċi mhux koltivati;

(d) riżorsi tal-ilma;

(e) spettri tar-radju;

(f) riżorsi naturali oħra.

Ir-riżorsi naturali jeskludu r-riżori bijoloġiċi kkultivati ta’ assi prodotti. Ix-xiri jew il-bejgħ ta’ riżorsi bijoloġiċi kkultivati ma jiġux irreġistrati bħala akkwist mingħajr iċ-ċessjoni ta’ riżorsi naturali; jiġu rreġistrati bħala formazzjoni ta’ kapital fiss. Barra minn hekk, il-pagamenti għall-użu temporanju tar-riżorsi naturali mhumiex irreġistrati bħala akkwist tar-riżorsi naturali; dawn huma rreġistrati bħala kiri, jiġifieri bħala introjtu mill-proprjetà (ara l-Kapitolu 15: Kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji).

3.187 L-art hija ddefinita bħala l-art fiha nnifisha, inkluża l-ħamrija li tkopriha u l-ilma tal-wiċċ assoċjat. L-ilma tal-wiċċ assoċjat jinkludi kwalunkwe ilmijiet interni (ġibjuni, lagijiet, xmajjar, eċċ) li fuqhom jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet tas-sjieda.

3.188 Il-punti li ġejjin mhumiex inklużi taħt it-titolu ta’ art:

(a) bini jew strutturi oħra fuq l-art jew li jgħaddu minnha (pereżempju toroq u mini);

(b) dwieli, ġonna tas-siġar tal-frott, jew pjantaġġuni oħra tas-siġar u għelejjel li qed jitkabbru, eċċ.;

(c) assi taħt il-livell tal-art;

(d) riżorsi bijoloġiċi mhux ikkultivati;

(e) riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art.

Il-punti (a) u (b) huma assi fissi prodotti, il-punti (c), (d) u (e) huma tipi ta’ assi mhux prodotti.

3.189 L-akkwisti u ċ-ċessjonijiet tal-art u riżorsi naturali oħra huma valutati għall-prezzijiet tas-suq eżistenti fiż-żmien meta jseħħu l-akkwisti/disponimenti. It-transazzjonijiet fir-riżorsi naturali jiġu rreġistrati għall-istess valur fil-kontijiet tax-xerrej u f’dawk tal-bejjiegħ. Dan il-valur jeskludi l-ispejjeż tat-trasferiment tas-sjieda tar-riżors naturali. Dawn l-ispejjeż huma ttrattati bħala formazzjoni grossa ta’ kapital fiss.

3.190 Il-kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji bħala assi mhux prodotti jikkonsistu f'dawn il-klassijiet:

(a) kuntratti tal-kiri operattivi trasferibbli;

(b) permessi għall-użu tar-riżorsi naturali, pereżempju kwoti tas-sajd;

(c) permessi biex jitwettqu attivitajiet speċifiċi, pereżempju permessi tal-emissjoni u liċenzji għal għadd limitat ta’ każinos jew għall-operat ta’ taxis f’ċertu żona;

(d) drittijiet għal oġġetti u servizzi futuri fuq bażi esklussiva, pereżempju kuntratti ta’ futboler u dritt esklussiv ta’ pubblikatur li jippubblika xogħlijiet ġodda minn awtur imsemmi.

3.191 Kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji bħala kategorija ta’ assi mhux prodotti, jeskludu l-leasing operattiv tat-tali assi; il-pagamenti għall-leasing operattiv jiġu reġistrati bħala konsum intermedju.

Il-valur tal-akkwisti u ċ-ċessjonijiet tal-kuntratti, kuntratti tal-kiri u liċenzji jeskludi l-ispejjeż assoċjati tat-trasferiment tas-sjieda. L-ispejjeż tat-trasferiment tas-sjieda huma komponent tal-formazzjoni grossa ta’ kapital fiss.

3.192  Definizzjoni: Il-valur tal-assi tal-avvjament u kummerċjabbli huwa d-differenza bejn il-valur imħallas għal intrapriża bħala "negozju attiv" u s-somma tal-assi tagħha mingħajr is-somma tal-passivi tagħha. Biex jiġi kkalkulat il-valur totali tal-assi mingħajr il-passivi, kull ass u passiv individwali jiġi identifikat u valutat separatament.

3.193 L-avvjament jiġi rreġistrat biss meta l-valur tiegħu jiġi evidenzjat minn transazzjoni tas-suq, pereżempju permezz tal-bejgħ tal-korporazzjoni sħiħa. Fejn l-assi kummerċjabbli identifikati jinbiegħu individwalment u separatament mill-korporazzjoni sħiħa, tali bejgħ jiġi rreġistrat ukoll taħt din il-punt.

3.194 L-akkwisti mingħajr iċ-ċessjonijiet ta’ assi mhux prodotti jiġu rreġistrati fil-kont kapitali tas-setturi, l-ekonomija totali u l-bqija tad-dinja.




KAPITOLU 4

TRANSAZZJONIJIET DISTRIBUTTIVI

4.01  Definizzjoni: It-transazzjonijiet distributtivi huma transazzjonijiet fejn il-valur miżjud iġġenerat mill-produzzjoni jiġi distribwit lill-fatturi tax-xogħol, tal-kapital kif ukoll lill-gvern, u transazzjonijiet li jwettqu ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid.

Hemm distinzjoni bejn it-trasferimenti kurrenti u kapitali, fejn it-trasferimenti kapitali jwettqu ridistribuzzjoni tat-tfaddil jew tal-ġid u mhux tal-introjtu.

KUMPENS TAL-IMPJEGATI (D.1)

4.02  Definizzjoni: Il-kumpens tal-impjegati (D.1) huwa definit bħala r-rimunerazzjoni totali, fi flus jew ekwivalenti, pagabbli minn persuna li tħaddem jew impjegat bi tpattija għal xogħol li jkun għamel dan tal-aħħar matul il-perijodu bażi tal-kontijiet.

Il-kumpens tal-impjegati huwa magħmul mill-komponenti li ġejjin:

(a) pagi u salarji (D.11):

 pagi u salarji fi flus,

 pagi u salarji in natura;

(b) kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem (D.12):

 kontribuzzjonijiet soċjali effettivi ta’ min iħaddem (D.121):

 

 kontribuzzjonijiet tal-pensjoni effettivi ta’ min iħaddem (D.1211),

 kontribuzzjonijiet mhux tal-pensjoni effettivi ta’ min iħaddem (D.1212);

 kontribuzzjonijiet soċjali imputati ta’ min iħaddem (D.122):

 

 kontribuzzjonijiet tal-pensjoni imputati ta’ min iħaddem (D.1221),

 kontribuzzjonijiet mhux tal-pensjoni imputati ta’ min iħaddem (D.1222).

Pagi u salarji (D.11)

Pagi u salarji fi flus

4.03 Il-pagi u s-salarji fi flus jinkludu l-kontribuzzjonijiet soċjali, it-taxxi fuq l-introjtu, u pagamenti oħra pagabbli mill-impjegat, inkluż dawk miżmuma minn min iħaddem u mħallsa direttament lill-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali, l-awtoritajiet tat-taxxa, eċċ., f’isem l-impjegat:

Il-pagi u s-salarji fi flus jinkludu t-tipi ta’ rimunerazzjoni li ġejjin:

(a) pagi u salarji bażiċi pagabbli f’intervalli regolari;

(b) pagamenti miżjuda, bħal pagamenti għal sahra, xogħol bil-lejl, fi tmiem il-ġimgħa, ċirkostanzi sgradevoli jew perikolużi;

(c) allokazzjonijiet għall-għoli tal-ħajja, allokazzjonijiet lokali u allokazzjonijiet għall-espatrijazzjoni;

(d) bonuses jew pagamenti eċċezzjonali oħra marbuta mal-prestazzjoni ġenerali tal-impriża li jingħataw taħt skemi ta’ inċentivi; bonusijiet ibbażati fuq il-produttività jew il-profitti, il-bonuses tal-Milied jew tal-Ewwel tas-Sena minbarra l-benefiċċji soċjali tal-impjegat (ara l-punt (c) tal-paragrafu 4.07); il-paga “tat-13 sal-14-il xahar” magħrufa wkoll bħala l-paga supplimentari annwali;

(e) allokazzjonijiet għat-trasport lejn ix-xogħol u lura, minbarra allokazzjonijiet jew rimbors tal-impjegati għal spejjeż tal-ivvjaġġar, is-separazzjoni, il-ġarr u d-divertiment imġarrba fl-andament tad-doveri tagħhom (ara l-punt (a) tal-paragrafu 4.07);

(f) paga tal-vaganzi għal vaganzi uffiċjali jew vaganzi annwali;

(g) kummissjonijiet, tipps, imposti għall-attendenza u tad-diretturi mħallsa lill-impjegati;

(h) pagamenti mħallsa minn min iħaddem lill-impjegati tagħhom taħt skemi ta’ tfaddil;

(i) pagamenti eċċezzjonali lill-impjegati li jitilqu mill-impriża, fejn dawk il-pagamenti ma jkunux marbuta ma’ ftehim kollettiv;

(j) allokazzjonijiet għad-djar imħallsa fi flus minn min iħaddem lill-impjegati tagħhom.

Pagi u salarji in natura

4.04  Definizzjoni: Il-pagi u s-salarji in natura jikkonsistu fi prodotti u servizzi, jew benefiċċji oħra mhux finanzjarji, li jingħataw mingħajr ħlas jew bi prezzijiet imnaqqsa minn min iħaddem, li jistgħu jintużaw mill-impjegati f’ħinhom u bid-diskrezzjoni tagħhom, għas-sodisfazzjon tal-bżonnijiet jew ix-xewqat tagħhom stess jew dawk tal-membri tal-familji tagħhom.

4.05 Eżempji ta’ pagi u salarji in natura huma:

(a) ikel u xorb, inkluż dawk ikkunsmati waqt l-ivvjaġġar fuq xogħol iżda minbarra l-ikel u x-xorb speċjali li jkunu meħtieġa minħabba l-kundizzjonijiet eċċezzjonali tax-xogħol. It-tnaqqis fil-prezzijiet miksub f’canteens mingħajr ħlas jew issussidjati, jew miksuba permezz ta’ kupuni għall-ikel, huwa inkluż fil-pagi u s-salarji in natura;

(b) servizzi ta’ djar jew akkomodazzjoni mixtrija jew tal-kont proprju ta’ tip li jista’ jintuża mill-membri kollha tal-unità domestika li jappartjeni għaliha l-impjegat;

(c) uniformijiet jew forom oħra ta’ ħwejjeġ speċjali li l-impjegati jagħżlu li jilbsu ta’ spiss barra x-xogħol kif ukoll ix-xogħol stess;

(d) is-servizzi ta’ vetturi jew oġġetti oħra li jdumu jintużaw pprovduti għall-użu personali tal-impjegati;

(e) oġġetti u servizzi prodotti bħala outputs mill-proċessi tal-produzzjoni ta’ min iħaddem stess, bħal ivvjaġġar b’xejn għall-impjegati tal-linji tal-ferroviji jew tal-ajru, faħam b’xejn għall-ħaddiema fil-minjieri, jew ikel b’xejn għall-impjegati fl-agrikoltura;

(f) l-għoti ta’ faċilitajiet tal-isports, tar-rikreazzjoni jew tal-vaganzi għall-impjegati u l-familji tagħhom;

(g) transportazzjoni lejn ix-xogħol u mix-xogħol, minbarra meta tkun organizzata fil-ħin ta’ min iħaddem; ipparkjar ta’ karozzi meta kieku kien ikollu jsir ħlas għalih;

(h) servizzi għall-kura tat-tfal tal-impjegati;

(i) pagamenti għall-benefiċċju tal-impjegati, minn dawk li jħaddmu lil kunsilli tax-xogħlijiet jew korpi simili;

(j) ishma mogħtija bħala bonus lill-impjegati;

(k) self lill-impjegati b’rati mnaqqsa ta’ imgħax. Il-valur ta’ dan il-benefiċċju jiġi stmat bħala l-ammont li l-impjegat ikollu jħallas li kieku l-imgħax kien bil-kundizzjonijiet tas-suq, mingħajr l-ammont ta’ imgħax li effettivament tħallas. Il-benefiċċju jiġi rreġistrat f’pagi u salarji fil-kont tal-ġenerazzjoni tal-introjtu, u l-pagament imputat korrispondenti ta’ imgħax mill-impjegat lil min iħaddem jitniżżel fid-distribuzzjoni primarja tal-kont tal-introjtu;

(l) opzjonijiet fuq it-titoli (stock options), meta min iħaddem jagħti impjegat l-għażla li jixtri t-titoli jew l-ishma bi prezz speċifikat f’data iktar ’il quddiem (ara l-paragrafi minn 4.168 sa 4.178);

(m) l-introjti ġġenerati minn attivitajiet mhux osservati f’setturi korporattivi u ttrasferiti lill-impjegati li jipparteċipaw f’ tali attivitajiet għall-użu privat tagħhom.

4.06 L-oġġetti u s-servizzi mogħtija lil impjegati bħala pagi u salarji in natura jiġu vvalutati fil-prezzijiet bażiċi meta jiġu prodotti minn min iħaddem, u bil-prezzijiet tax-xerrej meta mixtrija minn min iħaddem. Meta jingħataw b’xejn, il-valur sħiħ tal-pagi u s-salarji in natura jiġi kkalkulat skont il-prezzijiet bażiċi (jew il-prezzijiet tax-xerrej ta’ min iħaddem meta jinxtraw minn min iħaddem) tal-oġġetti u s-servizzi kkonċernati. Dan il-valur jitnaqqas mill-ammont imħallas mill-impjegat meta l-oġġetti u s-servizzi jingħataw bi prezzijiet imnaqqsa minflok b’xejn.

4.07 Il-pagi u s-salarji ma jinkludux dan li ġej:

(a) infiq minn min iħaddem meħtieġ għall-proċess tal-produzzjoni ta’ min iħaddem. Dawn li ġejjin huma eżempji:

(1) allokazzjonijiet jew ir-rimbors tal-impjegati għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, separazzjoni, ġarr u divertiment imġarrba fl-andament ta’ xogħolhom;

(2) infiq għall-għoti ta’ faċilitajiet fil-post tax-xogħol, eżamijiet mediċi meħtieġa minħabba n-natura tax-xogħol u l-għoti ta’ ħwejjeġ għax-xogħol li jintlibsu għax-xogħol;

(3) servizzi ta’ akkomodazzjoni fil-post tax-xogħol ta’ tip li ma jistgħux jintużaw mill-unitajiet domestiċi tal-impjegat, pereżempju kabini, dormitorji, ħostels tal-ħaddiema, u barrakki;

(4) ikel u xorb speċjali meħtieġa minħabba l-kundizzjonijiet eċċezzjonali tax-xogħol;

(5) allokazzjonijiet imħallsa lill-impjegati għax-xiri ta’ għodda, tagħmir jew ħwejjeġ speċjali meħtieġa għax-xogħol tagħhom, jew dik il-parti tal-pagi u s-salarji tagħhom li, skont il-kuntratti tal-impjieg tagħhom, l-impjegati huma mitluba jużaw għal tali xiri. Meta l-impjegati li huma rikjesti mill-kuntratt tal-impjieg tagħhom li jixtru għodda, tagħmir, ħwejjeġ speċjali, eċċ. ma jiġux rimborsati bis-sħiħ, l-ispejjeż li jibqa’ jitnaqqsu mill-ammonti li jirċievu f’pagi u salarji u l-konsum intermedju ta’ min iħaddem jiżdied b’mod korrispondenti.

Dan l-infiq fuq il-prodotti u s-servizzi li min iħaddem huwa obbligat jipprovdi lill-impjegati tiegħu sabiex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom, jiġi ttrattat bħala konsum intermedju minn min iħaddem;

(b) l-ammonti ta’ pagi u salarji li min iħaddem iħallas lill-impjegati tiegħu temporanjament fil-każ ta’ mard, maternità, korriment industrijali, diżabilità, eċċ. Tali pagamenti jiġu ttrattati bħala benefiċċji tal-assigurazzjoni soċjali mhux tal-pensjoni (D.6222), u l-istess ammonti jitniżżlu taħt il-kontribuzzjonijiet soċjali imputati mhux tal-pensjoni ta’ min iħaddem (D.1222);

(c) benefiċċji oħra tal-assigurazzjoni soċjali marbuta mal-impjiegi, fl-għamla ta’ allokazzjonijiet għat-tfal, il-konjuġi, il-familja, l-edukazzjoni jew allokazzjonijiet oħra fir-rigward tad-dipendenti, u fl-għamla tal-għoti ta’ servizzi mediċi b’xejn (minbarra dawk meħtieġa minħabba n-natura tax-xogħol) lill-impjegati u l-familji tagħhom;

(d) taxxi pagabbli minn min iħaddem fuq il-kont tal-pagi u s-salarji — pereżempju, taxxa tal-lista tal-pagi. Dawn it-taxxi pagabbli mill-intrapriżi jiġu evalwati bħala proporzjon tal-pagi u s-salarji mħallsa jew bħala ammont fiss għal kull persuna impjegata. Jiġu ttrattati bħala taxxi oħra fuq il-produzzjoni;

(e) pagamenti lill-ħaddiema li jaħdmu mid-dar b’rati ta’ xogħol bl-imqita. Meta l-introjtu li jirċievi ħaddiem mid-dar ikun funzjoni tal-valur tal-outputs minn xi proċess tal-produzzjoni li għalih tkun responsabbli dik il-persuna, irrispettivament minn kemm sar xogħol, dan it-tip ta’ rimunerazzjoni jimplika li l-ħaddiem jaħdem għal rasu.

Kontribuzzjonijiet Soċjali Ta’ Min Iħaddem (D.12)

4.08  Definizzjoni: Il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem huma kontribuzzjonijiet soċjali pagabbli minn min iħaddem lill-iskemi tas-sigurtà soċjali jew skemi tal-assigurazzjoni soċjali oħra marbuta mal-impjiegi biex jiżguraw il-benefiċċji soċjali għall-impjegati tagħhom.

Ammont daqs il-valur tal-kontribuzzjonijiet soċjali li jħallas min iħaddem sabiex jiżgura li l-impjegati tiegħu jkunu intitolati għall-benefiċċji soċjali jitniżżel taħt il-kumpens tal-impjegati. Il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem jistgħu jkunu effettivi jew imputati.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali effettivi ta’ min iħaddem (D.121)

4.09  Definizzjoni: Il-kontribuzzjonijiet soċjali effettivi ta’ min iħaddem (D.121) jikkonsistu fil-pagamenti minn min iħaddem għall-benefiċċju tal-impjegati tagħhom lill-assiguraturi (skemi tas-sigurta soċjali u skemi oħra tal-assigurazzjoni soċjali marbuta mal-impjiegi). Tali pagamenti jkopru l-kontribuzzjonijiet statutorji, konvenzjonali, kuntrattwali u volontarji għall-assigurazzjoni kontra r-riskji jew il-bżonnijiet soċjali.

Għalkemm imħallsa direttament minn min iħaddem lill-assiguraturi, tali kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem jiġu ttrattati bħala komponenti tal-kumpens tal-impjegati. L-impjegati mbagħad jitniżżlu li jħallsu l-kontribuzzjonijiet lill-assiguraturi.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali effettivi ta’ min iħaddem huma magħmula minn żewġ kategoriji, il-kontribuzzjonijiet marbuta mal-pensjonijiet u l-kontribuzzjonijiet għal benefiċċji oħra, li jiġu rreġistrati separatament taħt l-intestaturi li ġejjin:<