02013R0346 — MT — 01.03.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 346/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2013

dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 115 25.4.2013, p. 18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2017/1991 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Ottubru 2017

  L 293

1

10.11.2017




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 346/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2013

dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti u kondizzjonijiet uniformi għal dawk il-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li jixtiequ jużaw id-denominazzjoni “EuSEF” fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Dan jistabbilixxi wkoll regoli uniformi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti lill-investituri eliġibbli fl-Unjoni, għall-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, għall-istrumenti tal-investiment eliġibbli u t-teknika li jridu jintużaw mill-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif ukoll għall-organizzazzjoni, il-kondotta u t-trasparenza ta’ maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jikkummerċjalizzaw fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti madwar l-Unjoni.

Artikolu 2

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv kif iddefiniti fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-total tal-assi ġestiti tagħhom b’kollox ma jeċċedux il-limitu msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) huma stabbiliti fl-Unjoni;

(c) huma suġġetti għal reġistrazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE; u

(d) jiġġestixxu portafolli ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

▼M1

2.  L-Artikoli 3 sa 6, l-Artikoli 10 u 13, il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 14(1), l-Artikoli 15a sa 20, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) u l-Artikoli 22 u 22a ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE li jiġġestixxu portafolli ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u biħsiebhom jużaw id-denominazzjoni “EuSEF” fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-fondi fl-Unjoni.

▼B

3.  Fejn maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkunu maniġers esterni, u jkunu reġistrati f’konformità mal-Artikolu 15, huma jistgħu wkoll jiiġġestixxu impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), soġġetti għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/65/KE.

Artikolu 3

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “impriża ta’ investiment kollettiv” tfisser AIF kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) “fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti” tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li:

(i) għandha l-ħsieb tinvesti mill-inqas 70 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux mitlub tagħha f’assi li huma investimenti kwalifikanti, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara tnaqqis tal-ispejjeż u holdings fi flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti rilevanti kollha fiż-żmien stipulat fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha;

(ii) ma tużax aktar minn 30 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u kapital impenjat mhux mitlub tagħha għall-akkwist ta’ assi minbarra investimenti kwalifikanti, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara tnaqqis tal-ispejjeż u holdings fi flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti rilevanti kollha;

(iii) hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru;

(c) “maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti” tfisser persuna ġuridika li n-negozju regolari tagħha jkun li tiġġestixxi mill-inqas fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti wieħed;

(d) “impriża ta’ portafoll kwalifikanti” tfisser impriża li:

(i) meta jsir investiment mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma tkunx aċċettata li tinnegozja f’suq regolat jew f’faċilità ta’ kummerċ multilaterali (MTF) kif iddefinit fil-punti (14) u (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE:

▼M1

(ii) tkun kisbet impatti soċjali pożittivi kalkolabbli bħala l-objettiv primarju tagħha skont l-artikoli ta’ stabbiliment, l-istatuti tagħha jew kwalunkwe regola jew strument ta’ inkorporazzjoni oħra li jistabbilixxu n-negozju, fejn l-impriża:

 tipprovdi servizzi jew oġġetti li jiġġeneraw rendiment soċjali;

 timpjega metodu ta’ produzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi li jinkludu l-objettivi soċjali tagħha; jew

 tipprovdi appoġġ finanzjarju esklużivament għal impriżi soċjali kif definit fl-ewwel żewġ inċiżi;

▼B

(iii) tuża l-profitti tagħha primarjament sabiex tikseb l-objettiv primarju soċjali tagħha skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, l-istatuti tagħha jew kwalunkwe regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni oħra li jistabbilixxu n-negozju u skont il-proċeduri u regoli predefiniti għal kwalunkwe ċirkostanza fejn jitqassmu l-profitti lill-azzjonisti jew lis-sidien biex jiżguraw li kull distribuzzjoni ta’ profitti bħal din ma ddgħajjifx l-objettiv primarju tagħha;

(iv) tkun ġestita b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi lill-ħaddiema, klijenti u partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha;

(v) hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru, jew f’pajjiż terz sakemm dak il-pajjiż terz:

 mhuwiex imniżżel fil-lista ta’ Pajjiż u Territorju Non Kooperattiv mill-Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu,

 ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u ma’ kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti sabiex ikun assigurat li l-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-OECD u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effikaċi fil-kwistjonijiet fiskali, inkluż kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali;

(e) “investimenti kwalifikanti” tfisser kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

(i) strumenti ta’ equity jew quasi-equity li jkunu maħruġin minn:

 impriża ta’ portafoll kwalifikanti u akkwistata direttament mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti,

 impriża ta’ portafoll kwalifikanti fi skambju għal titolu ta’ equity maħruġ mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti, jew

 impriża li tagħha l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti li hija sussidjarja b’sehem azzjonarju maġġoritarju u li hija akkwistata mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fi skambju għal strument ta’ equity maħruġ mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti;

(ii) strumenti ta’ dejn garantiti u mhux garantiti, maħruġin minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti;

(iii) unitajiet jew ishma ta’ fond ieħor ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti wieħed jew aktar, sakemm dawk il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti stess ma jkunux investew aktar minn 10 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u ta’ kapital impenjat mhux mitlub tagħhom f’fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(iv) self garantit u mhux garantit mogħti mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti lil impriża ta’ portafoll kwalifikanti;

(v) kwalunkwe tip ieħor ta’ parteċipazzjoni f’impriża ta’ portafoll kwalifikanti;

(f) “spejjeż relevanti” tfisser id-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jiġu mġarrba direttament jew indirettament mill-investituri u li jkun sar qbil dwarhom bejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali u l-investituri fih;

(g) “equity” tfisser interess azzjonarju f’impriża, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta’ parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti, maħruġa lill-investituri tagħha;

(h) “quasi-equity” tfisser kwalunkwe tip ta’ strument ta’ finanzjament, li jikkonsisti f’equity u dejn, fejn il-qligħ fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew it-telf tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f’każ ta’ mankanza ma jkunx garantit bis-sħiħ;

(i) “kummerċjalizzazzjoni” tfisser l-offerta jew l-allokazzjoni diretta jew indiretta fuq inizjattiva tal-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali jew f’isem dak il-maniġer ta’ unitajiet jew ishma ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huwa ġestit minn dak il-maniġer lil jew ma’ investituri ddomiċiljati jew b’uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni;

(j) “kapital impenjat” tfisser kwalunkwe impenn li taħtu investitur huwa obbligat, fiż-żmien stipulat fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, li jakkwista interess fi, jew jagħmel kontribuzzjonijiet kapitali għal, dak il-fond;

▼M1

(k) “Stat Membru tad-domiċilju” tfisser l-Istat Membru li fih il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;

▼B

(l) “Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru, li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju, fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jikkummerċjalizza fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti taħt dan ir-Regolament;

▼M1

(m) “awtorità kompetenti” tfisser:

(i) għall-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(ii) għall-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(iii) għall-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti hu stabbilit;

▼M1

(n) “awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti” tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jiġi kkummerċjalizzat.

▼B

Fir-rigward tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-forma legali ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tippermetti ġestjoni interna u fejn il-korp ta’ tmexxija tal-fond jagħżel li ma jaħtarx maniġer estern, il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti nnifsu għandu jkun reġistrat bħala l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti f’konformità mal-Artikolu 15. Fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li hu reġistrat bħala maniġer intern ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti m’għandux jiġi reġistrat bħala maniġer estern ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv oħra.

2.  Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tispeċifika t-tipi ta’ servizzi jew oġġetti u l-metodi ta’ produzzjoni tas-servizzi jew oġġetti li jinkorporaw objettiv soċjali msemmi fil-punt (ii) tal-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jitqiesu t-tipi differenti ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-profitti jkunu jistgħu jitqassmu lis-sidien u lill-investituri.



KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TAD-DENOMINAZZJONI “EuSEF”

Artikolu 4

Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandhom ikunu intitolati li jużaw id-denominazzjoni “EuSEF” fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti madwar l-Unjoni.

Artikolu 5

1.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jiżguraw li, meta jakkwistaw l-assi, li mhumiex investimenti kwalifikanti, mhux aktar minn 30 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux mitlub jintużaw għall-akkwist ta’ tali assi. Il-limitu tat-30 % għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ ammont investibbli wara t-tnaqqis tal-ispejjeż relevanti kollha; parteċipazzjoni fuq medda ta’ żmien fil-qosor fi flus jew l-ekwivalenti ta’ flus m’għandhomx jitqiesu biex jiġi kkalkulat dak il-limitu minħabba li flus kontanti u ekwivalenti għal flus kontanti ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala investimenti.

2.  Il-maniġers ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma għandhomx jużaw fil-livell tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti xi metodu li bih tiżdied l-espożizzjoni tal-fond lil hinn mill-livell ta’ kapital impenjat, kemm permezz ta’ self ta’ flus kontanti jew titoli, involviment f’pożizzjonijiet derivattivi, kif ukoll bi kwalunkwe mezz ieħor.

3.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jistgħu biss jisselfu, jemettu obbligi ta’ dejn jew jipprovdu garanziji, fil-livell tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, fejn tali self, obbligi ta’ dejn jew garanziji jkunu koperti minn impenji mhux mitluba.

Artikolu 6

1.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jikkummerċjalizzaw l-unitajiet u l-ishma tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti esklużivament lil investituri li jitqiesu bħala klijenti professjonali b’konformità mat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE jew li jistgħu, meta jintalab hekk, ikunu ttrattati bħala klijenti professjonali b’konformità mat-Taqsima II tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE, jew lil investituri oħra li:

(a) jimpenjaw li jinvestu minimu ta’ EUR 100 000 ; u

(b) jiddikjaraw bil-miktub, f’dokument separat mill-kuntratt konkluż għall-impenn li jinvestu, li huma mgħarrfa dwar ir-riskji assoċjati mal-impenn jew l-investiment previst.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal investimenti li jsiru minn diriġenti eżekuttivi, diretturi jew impjegati involuti fil-ġestjoni ta’ maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti meta dawn jinvestu f’fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma jiġġestixxu.

Artikolu 7

Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom, fir-rigward tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestiti minnhom:

(a) jaġixxu onestament, b’mod ġust u b’ħila, reqqa u kawtela xierqa fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom;

(b) japplikaw politika u proċeduri xierqa biex ikunu evitati prattiċi ħżiena li raġonevolment jistgħu jkunu mistennija jaffettwaw l-interessi tal-investituri u l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti;

(c) iwettqu l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom b’mod li jippromovu l-impatt soċjali pożittiv tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li jkunu investew fihom, l-aħjar interessi tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma jiġġestixxu, l-investituri fihom u l-integrità tas-suq;

(d) japplikaw livell għoli ta’ diliġenza fl-għażla u l-monitoraġġ kontinwu tal-investimenti ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt soċjali pożittiv ta’ dawk l-impriżi;

(e) ikollhom għarfien u fehim xierqa rigward l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom jinvestu;

(f) jittrattaw lill-investituri b’mod ekwu;

(g) jiżguraw li l-ebda investitur ma jikseb trattament preferenzjali, sakemm tali trattament preferenzjali ma jiġix żvelat fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

Artikolu 8

1.  Fejn maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jiddelega funzjonijiet lil partijiet terzi, ir-responsabbiltà tal-maniġer lejn il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew l-investituri fih m’għandhiex tiġi affettwata. Il-maniġer m’għandux jiddelega funzjonijiet sal-punt fejn, essenzjalment, ma jkunx jista’ jitqies aktar bħala l-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u minħabba li jkun sar entità fantażma.

2.  Kwalunkwe delega ta’ funzjonijiet taħt il-paragrafu 1 m’għandhiex iddgħajjef l-effikaċja tas-superviżjoni tal-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u, b’mod partikolari m’għandhiex tipprevjeni lill-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti milli jaġixxi, jew il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti milli jiġi ġestit, fl-aħjar interessi tal-investituri fih.

Artikolu 9

1.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jidentifikaw u jevitaw il-konflitti ta’ interess u, meta dawn ma jistgħux ikunu evitati, jiġġestixxu u jimmonitorjaw u, skont il-paragrafu 4, jiżvelaw minnufih, dawk il-konflitti ta’ interess sabiex ma jitħallewx jaffettwaw ħażin l-interessi tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-investituri fihom u biex jiżguraw li l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestiti minnhom jiġu ttrattati b’mod ġust.

2.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jidentifikaw b’mod partikolari dawk il-konflitti ta’ interess li jistgħu jinħolqu bejn:

(a) il-maniġers tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali, dawk il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-impjegati ta’, jew kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament jikkontrollaw jew huma kkontrollati mill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, u l-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestit mill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, jew l-investituri fih;

(b) il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew l-investituri fih, u fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ieħor ġestit mill-istess maniġer, jew l-investituri fih;

(c) il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew l-investituri fih, u impriża ta’ investiment kollettiv jew UCITS ġestiti mill-istess maniġer, jew l-investituri fih.

3.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom iżommu u joperaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.  Għandhom jiġu żvelati konflitti ta’ interess kif imsemmi fil-paragrafu 1 fejn l-arranġamenti organizzattivi magħmula mill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti biex jidentifika, jevita, jiġġestixxi u jimmonitorja l-konflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’fiduċja raġonevoli, li riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri se jkunu evitati. Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jiżvelaw f’termini ċari n-natura jew is-sorsi tal-konflitti ta’ interess lill-investituri qabel iwettqu n-negozju f’isimhom.

5.  Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 26 biex tispeċifika:

(a) it-tipi ta’ konflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b) il-passi li l-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jridu jieħdu, f’termini tal-istrutturi u l-proċeduri organizzattivi u amministrattivi sabiex jidentifikaw, jevitaw, jiġġestixxu, jimmonitorjaw u jiżvelaw il-konflitti ta’ interess.

Artikolu 10

1.  Għal kull fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jiġġestixxu, il-maniġers ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jużaw proċeduri sabiex ikejlu sa fejn l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti, li fihom il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jinvesti, jiksbu l-impatt soċjali pożittiv li huma impenjati għalihom. Il-maniġers għandhom jiżguraw li dawn il-proċeduri jkunu ċari u trasparenti u jinkludu indikaturi li jistgħu, skont l-objettiv soċjali u n-natura tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti, jinkludu wieħed jew aktar mis-suġġetti li ġejjin:

(a) is-swieq tal-impjiegi u tax-xogħol;

(b) l-istandards u d-drittijiet relatati mal-kwalità tal-impjiegi;

(c) l-inklużjoni soċjali u l-ħarsien ta’ gruppi partikolari;

(d) l-ugwaljanza tat-trattament, opportunitajiet ugwali u n-nondiskriminazzjoni;

(e) is-saħħa u s-sikurezza pubbliċi;

(f) l-aċċess għas-sistemi tal-ħarsien soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni u l-effetti fuqhom.

2.  Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 26 biex tispeċifika d-dettalji tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’rabta ma’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti differenti.

Artikolu 11

1.  Fi kwalunkwe ħin, il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu jkollhom biżżejjed fondi tagħhom stess u jużaw riżorsi umani u tekniċi adegwati u adattati kif ikun meħtieġ għall-ġestjoni xierqa tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma jiġġestixxu.

▼M1

2.  Kemm il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mmaniġġjati internament kif ukoll il-maniġers esterni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu jkollhom kapital tal-bidu ta’ EUR 50 000 .

▼M1

3.  Il-fondi proprji għandhom f’kull żmien jammontaw għal mill-inqas wieħed minn tmienja tal-ispejjeż ġenerali fissi li l-istess maniġer ikun ġarrab fis-sena preċedenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ taġġusta dak ir-rekwiżit fil-każ ta’ bidla materjali fin-negozju tal-maniġer mis-sena preċedenti ‘l hawn. Meta l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma jkunx wettaq negozju ta’ sena, ir-rekwiżit għandu jammonta għal wieħed minn tmienja tal-ispejjeż ġenerali fissi mistennija fil-pjan tan-negozju tiegħu, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma tkunx tirrikjedi aġġustament għal dak il-pjan.

4.  Meta l-valur tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mmaniġġjat mill-maniġer jaqbeż il-EUR 250 000 000 , il-maniġer għandu jipprovdi ammont addizzjonali ta’ fondi proprji. Dak l-ammont addizzjonali għandu jkun ugwali għal 0,02 % tal-ammont li bih il-valur totali tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jaqbeż EUR 250 000 000 .

5.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ tawtorizza lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti biex ma jipprovdix sa 50 % tal-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 4 jekk dak il-maniġer jibbenefika minn garanzija għall-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni tal-kreditu jew minn impriża tal-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz fejn tkun soġġetta għal regoli prudenzjali li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tikkunsidra bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.

6.  Il-fondi proprji għandhom jiġu investiti f’assi likwidi jew f’assi li jkunu faċilment konvertibbli f’kontanti fi żmien qasir u ma għandhomx jinkludu pożizzjonijiet spekulattivi.

▼B

Artikolu 12

1.  Ir-regoli għall-valutazzjoni tal-assi jiġu stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-EuSEF u għandhom jiżguraw proċess ta’ valutazzjoni tajjeb u trasparenti.

2.  Il-proċeduri ta’ valutazzjoni użati għandhom jiżguraw li l-assi jingħataw valur xieraq, u li l-valur tal-assi jkun ikkalkulat għall-inqas darba kull sena.

3.  Sabiex tkun assigurata l-konsistenza fil-valutazzjoni ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida li jistabbilixxu prinċipji komuni dwar it-trattament tal-investimenti f’dawn l-impriżi b’kont meħud tal-objettiv primarju li jiksbu impatt soċjali pożittivi u miżurabbli u tal-użu tal-profitti tagħhom, l-ewwel u qabel kollox, biex jinkiseb dak l-impatt.

Artikolu 13

1.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jagħmlu rapport annwali disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għal kull fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma jiġġestixxu, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. Ir-rapport għandu jiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-portafoll tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-attivitajiet tas-sena preċedenti. Għandu wkoll jiddivulga l-profitti totali miksuba mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u, fejn applikabbli, il-profitti mqassma matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu. Dan irid jinkludi l-kontijiet finanzjarji awditjati għall-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti. Ir-rapport annwali għandu jsir skont l-istandards tar-rappurtar eżistenti u t-termini miftehma bejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-investituri. Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jipprovdu r-rapport lill-investituri meta dan jintalab. Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-investituri jistgħu jiftiehmu bejniethom li jiżvelaw aktar lil xulxin.

2.  Bħala minimu, ir-rapport annwali għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) dettalji, kif ikun xieraq, dwar l-eżiti soċjali globali miksuba mill-politika ta’ investiment u l-metodu użat għall-kejl ta’ dawn l-eżiti;

(b) dikjarazzjoni dwar kwalunkwe ċessjoni li tkun seħħet fir-rigward tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti;

(c) deskrizzjoni dwar jekk iċ-ċessjonijiet fir-rigward tal-assi l-oħra tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikantili ma jkunux investiti f’impriżi ta’ portafoll kwalifikanti seħħewx fuq il-bażi tal-kriterji kif imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 14(1);

(d) sommarju tal-attivitajiet li l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti impenja ruħu fihom fir-rigward tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fil-punt (l) tal-Artikolu 14(1);

▼M1

(e) informazzjoni dwar in-natura, il-valur u l-għan tal-investimenti għajr investimenti kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 5(1);

▼M1

(f) deskrizzjoni ta’ kif ir-riskji marbutin mal-ambjent u t-tibdil fil-klima jiġu kkunsidrati fl-approċċ ta’ investiment tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

▼B

3.  Il-verifika tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha ssir għall-inqas darba fis-sena. Il-verifika għandha tikkonferma li l-flus u l-assi huma miżmuma f’isem il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u li l-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun stabbilixxa u żamm rekords u kontrolli adegwati fir-rigward tal-użu ta’ kwalunkwe mandat jew kontroll fuq il-flus u l-assi tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u tal-investituri tiegħu.

4.  Fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun meħtieġ jippubblika rapport finanzjarju annwali f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ( 1 ) fir-rigward tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun ipprovduta separatament jew bħala parti addizzjonali tar-rapport finanzjarju annwali.

▼M1

5.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha miġbura skont dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti ta’ kull fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kkonċernat, lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti kkonċernat u lill-ESMA fi żmien xieraq permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

▼B

Artikolu 14

1.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom, fir-rigward tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, jinfurmaw lill-investituri tagħhom, qabel id-deċiżjoni tal-investiment ta’ dawn tal-aħħar, b’mod ċar u li jinftiehem, dwar dan li ġej:

(a) l-identità ta’ dak il-maniġer u kwalunkwe fornituri ta’ servizzi oħra kuntrattati minn dak il-maniġer fir-rigward tal-ġestjoni tagħhom, u deskrizzjoni tad-dmirijiet tagħhom;

▼M1

(b) l-ammont ta’ fondi proprji disponibbli għal dak il-maniġer biex iżomm ir-riżorsi umani u tekniċi meħtieġa għall-ġestjoni xierqa tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

▼B

(c) deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi ta’ investiment tal-EuSEF, inklużi:

(i) it-tipi tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom għandu l-ħsieb li jinvesti;

(ii) kwalunkwe fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ieħor li fih għandu l-ħsieb li jinvesti;

(iii) it-tipi ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom kwalunkwe fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ieħor, kif imsemmi fil-punt (ii), għandu l-ħsieb li jinvesti;

(iv) l-investimenti mhux kwalifikanti li għandu l-ħsieb li jagħmel;

(v) it-teknika li għandu l-ħsieb li juża; u

(vi) kwalunkwe restrizzjoni ta’ investiment applikabbli;

(d) l-impatt soċjali pożittiv fil-mira tal-politika ta’ investiment tal-EuSEF, inklużi, fejn dawn ikunu relevanti, projjezzjonijiet ta’ dawn l-eżiti skont kif ikun xieraq, u tagħrif dwar prestazzjoni fl-imgħoddi f’dan il-qasam;

(e) il-metodoloġiji li se jintużaw sabiex jitkejlu l-impatti soċjali;

(f) deskrizzjoni tal-assi li ma jkunux impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-proċess u l-kriterji li jintużaw għas-selezzjoni ta’ dawn l-assi, sakemm ma jkunux flus jew inkella ekwivalenti ta’ flus;

(g) deskrizzjoni tal-profil tar-riskju tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u kwalunkwe riskji assoċjati mal-assi li fihom jista’ jinvesti l-fond jew it-teknika tal-investiment li jistgħu jkunu użati;

(h) deskrizzjoni tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-metodoloġija tal-ipprezzar għall-valutazzjoni tal-assi, inklużi l-metodi użati għall-valutazzjoni ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti;

(i) deskrizzjoni ta’ kif tiġi ikkalkolata r-remunerazzjoni tal-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(j) deskrizzjoni tal-ispejjeż rilevanti kollha u l-ammonti massimi tagħhom;

(k) meta tkun disponibbli, il-prestazzjoni finanzjarja storika tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(l) is-servizzi ta’ appoġġ tan-negozji u l-attivitajiet ta’ appoġġ l-oħrajn forniti mill-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew irranġanti permezz ta’ partijiet terzi sabiex jiffaċilita l-iżvilupp, it-tkabbir jew b’xi mod ieħor l-operazzjonijiet kurrenti tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jinvesti jew inkella, fejn dawn is-servizzi jew l-attivitajiet ma jkunux ipprovduti, spjegazzjoni dwar dak il-fatt;

(m) deskrizzjoni tal-proċeduri li bihom il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jista’ jibdel l-istrateġija tal-investiment jew il-politika tal-investiment tiegħu, jew it-tnejn.

2.  It-tagħrif kollu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jinżamm aġġornat u jiġi revedut b’mod regolari fejn relevanti.

3.  Fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun meħtieġ jippubblika prospett f’konformità mad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ ( 2 ) jew f’konformità mal-liġi nazzjonali fir-rigward tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tingħata jew separatament jew bħala parti mill-prospett.

4.  Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 26 biex tispeċifika:

(a) il-kontenut tat-tagħrif imsemmi fil-punti (c) sa (f) u (l) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) kif it-tagħrif kif imsemmi fil-punti (c) sa (f) u (l) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi ppreżentat b’mod uniformi sabiex jiżgura l-ogħla livell possibbli ta’ komparabbiltà.



KAPITOLU III

SUPERVIŻJONI U KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 15

1.  Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għandhom l-intenzjoni li jużaw id-denominazzjoni “EuSEF” għall-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tagħhom għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom dwar l-intenzjoni tagħhom u għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-identità tal-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-ġestjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(b) l-identità tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, li l-unitajiet jew l-ishma tagħhom se jkunu kkummerċjalizzati u l-istrateġiji tal-investiment tagħhom;

(c) tagħrif dwar l-arranġamenti li saru għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II;

(d) lista tal-Istati Membri fejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza kull fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

▼M1 —————

▼B

2.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tirreġistra l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet segwenti:

(a) il-persuni li jmexxu effettivament in-negozju ta’ maniġment ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u esperjenzati biżżejjed ukoll fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment segwiti mill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(b) l-informazzjoni meħtieġa msemmija fil-paragrafu 1 tkun kompluta;

(c) l-arranġamenti nnotifikati skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 jkunu xierqa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II.

▼M1 —————

▼B

3.  Ir-reġistrazzjoni taħt dan l-Artikolu għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni u għandha tippermetti lill-maniġers tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jikkummerċjalizzaw il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti taħt id-denominazzjoni “EuSEF” fl-Unjoni kollha.

▼M1

4.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma l-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ġiex irreġistrat bħala maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ipprovda l-informazzjoni kollha msemmija f’dak il-paragrafu.

5.  Reġistrazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

6.  Maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar kwalunkwe bidla materjali għall-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali tiegħu f’konformità ma’ dan l-Artikolu qabel ma dawn il-bidliet jiġu implimentati.

Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiddeċiedi li timponi restrizzjonijiet jew tirrifjuta l-bidliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, hi għandha tinforma lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika ta’ dawk il-bidliet. L-awtorità kompetenti tista’ testendi dan il-perijodu sa massimu ta’ xahar, fejn hija tqis li dan huwa neċessarju minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, wara li tkun innotifikat lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti. Il-bidliet jistgħu jiġu implimentati jekk l-awtorità kompetenti rilevanti ma topponix il-bidliet fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni rilevanti.

7.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 u biex tispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.  L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tiżgura l-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa minn awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

Artikolu 15a

1.  Maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għalihom biħsiebhom jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”.

2.  L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti u għandha tinkludi dan li ġej:

(a) ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(b) l-informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

(c) l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1);

(d) lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 stabbilixxew, jew bi ħsiebhom jistabbilixxu, fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar l-arranġamenti li saru għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II għandhom jirreferu għall-arranġamenti li saru għall-konformità mal-Artikoli 5, 6 u 10, l-Artikolu 13(2) u l-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 14(1).

3.  Fejn l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu differenti, l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-maniġer li jimmaniġġja l-AIFs u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 15(2) humiex issodisfati.

L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tista’ titlob ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tipprovdi tweġiba fi żmien xahar mid-data li fiha hija tkun irċeviet it-talba mressqa mill-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

4.  Il-maniġers kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu rikjesti jipprovdu informazzjoni jew dokumenti li jkunu diġà pprovdew skont id-Direttiva 2011/61/UE.

5.  Wara li tkun ivvalutat id-dokumentazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafu 2, u tkun irċeviet kwalunkwe kjarifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tirreġistra fond bħala fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jekk il-maniġer ta’ dak il-fond jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 15(2).

6.  L-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tinforma lill-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk dak il-fond ġiex reġistrat bħala fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li dak il-maniġer ikun pprovda d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2.

7.  Ir-reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun valida fit-territorju sħiħ tal-Unjoni u għandha tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-fondi fl-Unjoni kollha bid-denominazzjoni “EuSEF”.

8.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.  Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

10.  L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex issaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

Artikolu 15b

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull rifjut biex jiġi rreġistrat maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 15 jew fond kif imsemmi fl-Artikolu 15a għandu jiġi ssostanzjat, għandu jiġi nnotifikat lill-maniġers imsemmija f’dawk l-Artikoli u għandu jkun soġġett għal dritt ta’ appell quddiem awtorità nazzjonali ġuridika, jew amministrattiva jew awtorità oħra. Dak id-dritt ta’ appell għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ reġistrazzjoni meta ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni fuq reġistrazzjoni fi żmien xahrejn wara li l-maniġer ikun ipprovda l-informazzjoni kollha rikjesta. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li maniġer jeżawrixxi kull rimedju preliminari amministrattiv previst skont il-liġi nazzjonali qabel ma jeżerċita dak id-dritt ta’ appell.

▼B

Artikolu 16

Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju fejn għandhom l-intenzjoni li jikkummerċjalizzaw:

(a) fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġdid; jew

(b) fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti eżistenti fi Stat Membru mhux imsemmi fil-lista msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 15(1).

Artikolu 17

▼M1

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u lill-ESMA immedjatament dwar kwalunkwe reġistrazzjoni jew tneħħija mir-reġistru ta’ maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali, u ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista tal-Istati Membri fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali bi ħsiebu jikkummerċjalizza dawk il-fondi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li ġie rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 15a għandu jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, u lill-ESMA, dwar kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ Stati Membri fejn il-maniġer ta’ dak il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti bi ħsiebu jikkummerċjalizza dak il-fond.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jimponu fuq il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti xi rekwiżit jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, u lanqas ma għandhom jeżiġu xi approvazzjoni ta’ dik il-kummerċjalizzazzjoni qabel ma tibda’. Tali rekwiżiti tal-proċeduri amministrattivi jinkludu drittijiet u imposti oħra.

▼B

3.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tfassal abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-format tan-notifika taħt dan l-Artikolu.

4.  L-AETS għandha tippreżenta dawn l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-16 ta’ Frar 2014.

5.  Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M1

Artikolu 17a

1.  Bl-għan li torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 15(9) u l-Artikolu 15a(10), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew, jekk differenti, l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni finali pprovduta fl-applikazzjoni li abbażi tagħha ngħatat ir-reġistrazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 15(1) u (2) u l-Artikolu 15a(2) issir disponibbli għall-ESMA fi żmien xieraq wara r-reġistrazzjoni. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

2.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESMA f’konformità mal-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESMA skont il-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M1

Artikolu 18

1.  L-ESMA għandha żżomm aġġornata l-bażi ta’ data ċentrali li hija aċċessibbli pubblikament fuq l-internet u li telenka l-maniġers ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti bl-użu tad-denominazzjoni “EuSEF” u l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jużaw dik id-denominazzjoni, kif ukoll il-pajjiżi li fihom dawk il-fondi jkunu kkummerċjalizzati.

2.  Fuq is-sit web tagħha, l-ESMA għandha tipprovdi links elettroniċi għall-informazzjoni rilevanti rigward pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżit applikabbli skont il-punt (d)(v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1).

▼B

Artikolu 19

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

▼M1

1a.  Għall-maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità u tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer, sabiex dak il-maniġer ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li huma relatati mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jimmaniġġja.

1b.  Għal fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestit minn maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-konformità tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u l-punti (c) u (i) tal-Artikolu 14(1). L-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tkun responsabbli wkoll mis-superviżjoni tal-konformità ta’ dak il-fond mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond.

▼B

2.  Fejn ikun hemm raġunijiet ċari u dimostrabbli li jwasslu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti biex temmen li maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun kiser dan ir-Regolament fi ħdan it-territorju tagħha, din għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju b’dan. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tieħu miżuri xierqa.

3.  Jekk il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jippersisti li jaġixxi b’mod ċar bi ksur ta’ dan ir-Regolament, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tonqos milli tieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’, wara li tinforma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa sabiex tipproteġi l-investituri, inkluża l-projbizzjoni tal-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti milli jwettaq kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 20

L-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari huma għandhom ikollhom is-setgħa li:

(a) jitolbu l-aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma, u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(b) jesiġu li l-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jipprovdi l-informazzjoni mingħajr dewmien;

(c) jirrikjedu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna relatata mal-attivitajiet tal-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(d) iwettqu ispezzjonijiet fuq il-post b’avviż minn qabel jew mingħajru;

(e) jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkompli jikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(f) joħorġu ordni sabiex jiżguraw li l-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u jiddesisti minn repetizzjoni ta’ xi kondotta li tikkonsisti fi ksur ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex issaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi fir-rigward tas-setgħat superviżorji u investigattivi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 21

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali amministrattivi u miżuri oħra applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom iwettqu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma jiġu implimentati. Il-penali amministrattivi u miżuri oħraprevisti jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Sas- ►M1  2 ta’ Marzu 2020 ◄ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS bir-regoli msemmija fil-paragrafu 1. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-AETS mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

▼M1

3.  Il-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jikkonformaw f’kull ħin ma’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli wkoll għal kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament, inkluż għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw minnu.

Il-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom ikunu konformi f’kull ħin mad-Direttiva 2011/61/UE. Huma għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE. Dawk il-maniġers għandhom ikunu responsabbli wkoll għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw mill-ksur ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 22

▼M1

1.  Filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2, kif applikabbli, fejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti:

▼B

(a) jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw għall-kompożizzjoni tal-portafoll bi ksur tal-Artikolu 5;

(b) jikkummerċjalizza, bi ksur tal-Artikolu 6, l-unitajiet u l-ishma ta’ EuSEF lil investituri mhux eliġibbli;

▼M1

(c) juża d-denominazzjoni “EuSEF” mingħajr ma jkun reġistrat f’konformità mal-Artikolu 15, jew il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma jkunx reġistrat f’konformità mal-Artikolu 15a;

▼B

(d) juża d-denominazzjoni “EuSEF” biex jikkummerċjalizza fondi li mhumiex stabbiliti f’konformità mal-punt (iii) tal-punt (b) tal-Artikolu 3(1);

▼M1

(e) akkwista reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mod irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 15 jew l-Artikolu 15a;

▼B

(f) jonqos milli jaġixxi onestament, b’mod ġust jew b’ħila, r-reqqa jew d-diliġenza xierqa fit-twettiq tan-negozju tiegħu, bi ksur tal-punt (a) tal-Artikolu 7;

(g) jonqos milli japplika politika u proċeduri xierqa biex jevita prattiċi ħżiena bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 7;

(h) ripetutament jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti taħt l-Artikolu 13 dwar ir-rapport annwali;

(i) ripetutament jonqos milli jikkonforma mal-obbligu li jinforma lill-investituri taħt l-Artikolu 14.

▼M1

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha, kif xieraq:

(a) tieħu l-miżuri li jiżguraw li l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jikkonforma mal-Artikoli 5 u 6, l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 13 sa 15a, kif applikabbli;

(b) tipprojbixxi lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kkonċernat milli juża d-denominazzjoni “EuSEF” u tneħħi lil dak il-maniġer, jew il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kkonċernat, mir-reġistru.

3.  L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ospitanti f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 15(1), u lill-ESMA, mingħajr dewmien, dwar it-tneħħija ta’ maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mir-reġistru msemmi.

4.  Id-dritt li jkun ikkummerċjalizzat fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti wieħed jew aktar skont id-denominazzjoni “EuSEF” fl-Unjoni għandu jiskadi b’effett immedjat mid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

▼M1

5.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Istat Membru ospitanti, kif applikabbli, għandhom jinfurmaw lill-ESMA mingħajr dewmien jekk ikollhom raġunijiet ċari u dimostrabbli biex iqisu li l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun wettaq xi ksur imsemmi fil-punti (a) sa (i) tal-paragrafu 1.

L-ESMA tista’, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità, toħroġ rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati biex jieħdu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew biex iżommu lura milli jieħdu tali miżuri.

Artikolu 22a

Is-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE, fosthom dawk relatati mal-penali, għandhom ukoll jiġu eżerċitati fir-rigward tal-maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 23

1.  L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jikkoperaw ma’ xulxin għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet rispettivi tagħhom taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom taħt dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 24

1.  Il-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti jew għall-AETS, kif ukoll l-awdituri u l-esperti li jingħataw struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, huma marbutin bl-obbligu ta’ segretezza professjonali. L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawn il-persuni jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom m’għandha tkun żvelata lil xi persuna jew awtorità, ħlief f’forma sommarja jew aggregata b’tali mod li l-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali u l-proċeduri taħt dan ir-Regolament.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-AETS m’għandhomx jinżammu milli jiskambjaw l-informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għal maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

3.  Fejn l-awtoritajiet kompetenti jew l-AETS jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont il-paragrafu 2, huma jistgħu jużawha biss fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom jew għall-finijiet tal-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji.

Artikolu 25

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar xi valutazzjoni, azzjoni jew omissjoni ta’ awtorità kompetenti waħda f’oqsma fejn dan ir-Regolament jitlob kooperazzjoni jew koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi bi qbil mas-setgħat mogħtija lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, sa fejn in-nuqqas ta’ qbil ma jkunx relatat mal-punt (i) tal-punt (b) jew mal-punt (i) tal-punt (d) tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

Artikolu 26

1.  Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 9(5), fl-Artikolu 10(2) u fl-Artikolu 14(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mill-15 ta’ Mejju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 9(5), fl-Artikolu 10(2) u fl-Artikolu 14(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat taħt l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 14(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrivedi dan ir-Regolament skont il-paragrafu 2. Ir-reviżjoni għandha tinkludi stħarriġ ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’dan ir-Regolament u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom, inklużi:

(a) il-punt sa fejn id-denominazzjoni “EuSEF” intużat minn maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fi Stati Membri differenti, kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll fuq bażi transkonfinali;

(b) id-distribuzzjoni ġeografika u settorjali tal-investimenti mwettqa mill-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(c) l-adegwatezza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 14, b’mod partikolari jekk dawn humiex suffiċjenti biex jippermettu li l-investituri jieħdu deċizjoni infurmata dwar investiment;

(d) l-użu tal-investimenti kwalifikanti differenti mill-EuSEFs u x’impatt dan ħalla fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni;

(e) kemm hu xieraq li tiġi stabbilita tikketta Ewropea għal “impriżi soċjali”;

(f) il-possibbiltà li fondi ta’ intraprenditorija soċjali stabbiliti f’pajjiż terz ikunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”, filwaqt li jittieħed kont tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa;

(g) l-applikazzjoni prattika tal-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt ta’ din fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni u l-impatt soċjali pożittiv tagħhom;

(h) analiżi tal-proċeduri implimentati minn maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti sabiex jitkejjel l-impatt soċjali pożittiv iġġenerat mill-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 10 u valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ standards armonizzati għall-kejl tal-impatt soċjali fil-livell tal-Unjoni b’mod konsistenti mal-politika soċjali tal-Unjoni;

(i) il-possibbiltà li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tkun estiża għal investituri fil-livell tal-konsum;

(j) kemm hu xieraq li l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkunu inklużi bħala assi eliġibbli skont id-Direttiva 2009/65/KE;

(k) kemm hu xieraq li dan ir-Regolament jiġi komplementat b’reġim depożitarju;

(l) eżami tal-ostakoli fiskali possibbli għal fondi ta’ intraprenditorija soċjali u valutazzjoni tal-inċentivi fiskali possibbli bl-għan li tiġi inkoraġġita intraprenditorija soċjali fl-Unjoni;

(m) evalwazzjoni ta’ kwalunikwe ostakolu li setgħa impedixxa l-investiment f’fondi li jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”, inkluż l-impatt fuq investituri istituzzjonali ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni ta’ natura prudenzjali.

2.  Ir-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq:

(a) sat- ►M1  2 ta’ Marzu 2022 ◄ fir-rigward tal-punti (a) sa (e), (g) sa (m); u

(b) sat-22 ta’ Lulju 2015 fir-rigward tal-punt (f).

3.  Wara r-reviżjoni msemmi fil-paragrafu 1, u wara konsultazzjoni mal-AETS, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien, jekk dan ikun xieraq, ma’ proposta leġiżlattiva.

▼M1

4.  B’mod parallel mar-rieżami skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva 2011/61/UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-maniġers reġistrati skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tanalizza:

(a) il-ġestjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ bidliet fil-qafas ġuridiku inkluża l-għażla ta’ passaport maniġerjali; u

(b) jekk id-definizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni għal fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti hijiex adatta kif ukoll l-impatt li dik id-definizzjoni u l-interpretazzjonijiet nazzjonali differenti tagħha għandhom fuq l-operazzjoni u l-vijabbiltà tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u fuq id-distribuzzjoni transfruntiera ta’ tali fondi.

Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva.

▼B

Artikolu 28

1.  Sat-22 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha tibda reviżjoni tal-interazzjoni bejn dan ir-Regolament u regoli oħra dwar impriżi ta’ investiment kollettiv u tal-maniġers tagħhom, b’mod partikolari dawk stipulati fid-Direttiva 2011/61/UE. Dik ir-reviżjoni għandha tindirizza l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Hija għandha tiġbor dejta biex tivvaluta jekk hux meħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni jiġi estiż biex jippermetti li l-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali b’total ta’ assi ġestiti li jeċċedi l-limitu previst fl-Artikolu 2(1) jkunu jistgħu jsiru maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.  Wara r-reviżjoni msemmi fil-paragrafu 1, u wara konsultazzjoni mal-AETS, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien, jekk dan ikun xieraq, ma’ proposta leġiżlattiva.

Artikolu 29

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-22 ta’ Lulju 2013, ħlief għall-Artikolu 3(2), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 14(4), li japplikaw mill-15 ta’ Mejju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

( 2 ) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.