02013R0148 — MT — 01.11.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 148/2013

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 052 23.2.2013, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/104 tad-19 ta' Ottubru 2016

  L 17

1

21.1.2017




▼B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 148/2013

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Dettalji li għandhom jidhru fir-rapporti skont l-Artikolu 9(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

1.  Rapporti lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandhom jinkludu:

(a) id-dettalji stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness li fih l-informazzjoni marbuta mal-kontropartijiet fil-kuntratt;

(b) l-informazzjoni stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness li fih id-dettalji dwar il-kuntratt tad-derivattivi konkluż bejn iż-żewġ kontropartijiet.

▼M1

2.  Id-dettalji u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrapportati f'rapport wieħed.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, id-dettalji u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrappurtati f'rapporti separati meta japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kuntratt tad-derivattivi jkun magħmul minn taħlita ta' kuntratti tad-derivattivi;

(b) il-kaxex fit-Tabelli tal-Anness ma jippermettux li jsir rappurtar effettiv tad-dettalji u tal-informazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi msemmija fil-punt (a).

Il-kontropartijiet f'kuntratt tad-derivattivi magħmul minn taħlita ta' kuntratti ta' derivattivi għandhom jaqblu, qabel l-iskadenza għar-rappurtar, fuq l-għadd ta' rapporti separati li għandhom jintbagħtu lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet b'rabta ma' dak il-kuntratt ta' derivattivi.

Il-kontroparti li tirrapporta għandha torbot ir-rapporti separati, b'identifikatur li jkunn uniku fil-livell tal-kontroparti, mal-grupp tar-rapporti tat-tranżazzjoni skont il-kaxxa 14 fit-Tabella 2 ta' dan l-Anness.

▼B

3.  Meta jsir rapport wieħed f’isem iż-żewġ kontropartijiet, għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness fir-rigward ta’ kull kontroparti. L-informazzjoni stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness għandha tintbagħat darba biss.

4.  Meta jsir rapport wieħed f’isem iż-żewġ kontropartijiet għandu jindika dan il-fatt, kif stabbilit fil-kaxxa 9 tat-Tabella 1 tal-Anness.

5.  Meta kontroparti waħda tirrapporta d-dettalji ta’ kuntratt lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’isem il-kontroparti l-oħra, jew entità terza tirrapporta kuntratt lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’isem kontroparti waħda jew f’isem iż-żewġ kontropartijiet, id-dettalji rapportati għandhom jinkludu s-sett sħiħ tad-dettalji li kieku kienu jiġu rrapportati li kieku l-kuntratti ġew irrapportati lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet minn kull kontroparti separatament.

6.  Fejn kuntratt tad-derivattivi jinkludi fatturi tipiċi ta’ aktar minn assi sottostanti wieħed kif speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness, rapport għandu jindika l-klassi tal-assi li l-kontropartijiet jaqblu li l-kuntratt jixbah l-aktar qabel ma r-rapport jintbagħat lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

▼M1

Artikolu 2

Negozjar ikklerjat

1.  Meta kuntratt ta' derivattivi li d-dettalji tiegħu jkunu diġà ġew irrappurtati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi sussegwentement ikklerjat minn CCP, dak il-kuntratt għandu jiġi rapportat bħala terminat billi fil-kaxxa 93 fit-Tabella 2 tal-Anness tiġi speċifikata t-tip ta' azzjoni “Terminazzjoni Bikrija”, u għandhom jiġu rrappurtati l-kuntratti ġodda li jirriżultaw mill-ikklerjar.

2.  Fejn kuntratt ikun konkluż kemm f'ċentru tan-negozjar kif ukoll ikklerjat fl-istess jum, għandhom jiġu rrappurtati biss il-kuntratti li jirriżultaw mill-ikklerjar.

Artikolu 3

Rapportar tal-iskoperturi

1.  Id-dejta dwar il-kollateral meħtieġ skont it-Tabella 1 tal-Anness għandha tinkludi kull kollateral depożitat u rċevut skont il-kaxex 21 sa 35 fit-Tabella 1 tal-Anness.

2.  Meta kontroparti ma tikkollateralizzax fuq bażi ta' livell ta' tranżazzjoni, il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw għand repożitorju tat-tranżazzjonijiet il-kollateral depożitat u rċevut fuq bażi ta' portafoll skont il-kaxex 21 sa 35 fit-Tabella 1 tal-Anness.

3.  Meta l-kollateral relatat ma' kuntratt jiġi rrappurtat fuq bażi ta' portafoll, il-kontroparti li tirrapporta għandha tirrapporta għand repożitorju tat-tranżazzjonijiet kodiċi li jidentifika l-portafoll marbut mal-kollateral rappurtat skont il-kaxxa 23 fit-Tabella 1 tal-Anness.

4.  Kontropartijiet mhux finanzjarji minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mhumiex meħtieġa jirrapportaw il-kollateral, il-valwazzjoni skont is-suq, jew il-valwazzjoni skont mudell tal-kuntratti msemmija fit-Tabella 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

5.  Għal kuntratti kklerjati minn CCP, il-kontroparti għandha tirrapporta l-valwazzjoni tal-kuntratt ipprovduta mis-CCP skont il-kaxex 17 sa 20 fit-Tabella 1 tal-Anness.

6.  Għal kuntratti mhux ikklerjati minn CCP, il-kontroparti għandha tirrapporta, skont il-kaxex 17 sa 20 fit-Tabella 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, il-valwazzjoni tal-kuntratt imwettqa skont il-metodoloġija definita fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju nru 13 Kejl tal-Valur Ġust kif adottat mill-Unjoni u msemmi fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 ( 1 ).

▼M1

Artikolu 3a

Ammont nozzjonali

1.  L-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi msemmi fil-kaxxa 20 fit-Tabella 2 tal-Anness għandu jiġi speċifikat kif ġej:

(a) fil-każ ta' swaps, futuri u forwards negozjati f'unitajiet monetarji, l-ammont ta' referenza li minnu jiġu ddeterminati l-ħlasijiet kuntrattwali fis-swieq tad-derivattivi;

(b) fil-każ ta' opzjonijiet ikkalkulati permezz tal-prezz tal-eżerċitar;

(c) fil-każ ta' kuntratti finanzjarji għad-differenza u kuntratti ta' derivattivi marbuta ma' komoditajiet denominati f'unitajiet bħal bramel jew tunnellati, l-ammont li jirriżulta mill-kwantità bil-prezz rilevanti stabbilit fil-kuntratt;

(d) fil-każ tal-kuntratti ta' derivattivi fejn l-ammont nozzjonali jiġi kkalkulat permezz tal-prezz tal-assi sottostanti u dan il-prezz ikun disponibbli biss meta jsir is-saldu, il-prezz tat-tmiem tal-ġurnata tal-assi sottostanti fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.

2.  Ir-rapport inizjali ta' kuntratt ta' derivattivi li l-ammont nozzjonali tiegħu jvarja maż-żmien għandu jispeċifika l-ammont nozzjonali kif applikabbli fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt tad-derivattivi.

▼M1

Artikolu 4

Reġistru tar-rapportar

Modifiki fid-dejta reġistrata għand ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jinżammu f'reġistru li jidentifika l-persuna jew persuni li talbu l-modifika, inkluż ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet innifsu jekk applikabbli, ir-raġuni jew ir-raġunijiet għal tali modifika, data u kronogramma u deskrizzjoni ċara tal-bidliet, inkluż il-kontenut l-antik u l-ġdid tad-dejta rilevanti kif stabbilit fil-kaxxa 93 fit-Tabella 2 tal-Anness.

▼B

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet



Tabella 1

Dejta tal-Kontroparti

 

Kaxxa

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

 

Partijiet fil-kuntratt

 

1

Kronogramma tar-rapportar

Data u ħin tar-rapportar lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

2

ID tal-Kontroparti li Tirrapporta

Kodiċi uniku li jidentifika lill-kontroparti fil-kuntratt li qed tirrapporta.

3

Tip ta' ID tal-Kontroparti l-oħra

Tip ta' kodiċi użat biex jidentifika lill-Kontroparti l-oħra.

4

ID tal-kontroparti l-oħra

Kodiċi uniku li jidentifika lill-kontroparti l-oħra tal-kuntratt.

Din il-kaxxa għandha timtela mill-perspettiva tal-kontroparti li tirrapporta. Fil-każ ta' individwu privat, għandu jintuża kodiċi tal-klijent b'mod konsistenti.

5

Pajjiż tal-Kontroparti l-oħra

Il-kodiċi tal-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-kontroparti l-oħra jew il-pajjiż tar-residenza f'każ li dik il-kontroparti l-oħra tkun persuna fiżika.

6

Settur korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta.

Natura tal-attivitajiet tal-kumpanija tal-kontroparti li tirrapporta.

Jekk il-Kontroparti li Tirrapporta tkun Kontroparti Finanzjarja, din il-kaxxa għandu jkun fiha l-kodiċijiet meħtieġa kollha inklużi fit-Tassonomija għal Kontropartijiet Finanzjarji u li japplikaw għal dik il-Kontroparti.

Jekk il-Kontroparti li Tirrapporta tkun Kontroparti Mhux Finanzjarja, din il-kaxxa għandu jkun fiha l-kodiċijiet meħtieġa kollha inklużi fit-Tassonomija għal Kontropartijiet Mhux Finanzjarji u li japplikaw għal dik il-Kontroparti.

Meta tkun rappurtata aktar minn attività waħda, il-kodiċijiet għandhom jimtlew skont l-ordni tal-importanza relattiva tal-attivitajiet korrispondenti.

7

Natura tal-kontroparti li tirrapporta.

Indika jekk il-kontroparti li tirrapporta mhijiex CCP, kontroparti finanzjarja jew mhux finanzjarja jew tip ieħor ta' kontroparti skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 1 jew il-punti 1, 8 u 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

8

ID tas-sensar

Fil-każ li sensar jaġixxi bħala intermedjarju għall-kontroparti li tirrapporta mingħajr ma jsir kontroparti huwa stess, il-kontroparti li tirrapporta għandha tidentifika lil dan is-sensar b'kodiċi uniku.

9

ID tal-entità li qed tissottometti r-rapport

Fil-każ li l-kontoparti li tirrapporta tkun iddelegat is-sottomissjoni tar-rapport lil parti terza jew lill-kontroparti l-oħra, din l-entità għandha tiġi identifikata b'kodiċi uniku f'din il-kaxxa.

Inkella din il-kaxxa għandha titħalla vojta.

10

ID tal-membru li jikklerja

Fil-każ meta kuntratt tad-derivattivi jiġi kklerjat u l-kontroparti tar-rappurtar ma tkunx membru tal-ikklerjar hija stess, il-membru tal-ikklerjar li permezz tiegħu l-kuntratt tad-derivattivi jkun ikklerjat għandu jiġi identifikat f'din il-kaxxa b'kodiċi uniku.

11

Tip ta' ID tal-Benefiċjarju

Tip ta' kodiċi użat biex jidentifika lill-Benefiċjarji.

12

ID tal-Benefiċjarju

Il-parti soġġetta għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt.

Meta t-tranżazzjoni titwettaq permezz ta' struttura, bħal trust jew fond, li tirrappreżenta għadd ta' benefiċjarji, dik l-istruttura għandha tkun identifikata bħala l-benefiċjarju.

Meta l-benefiċjarju tal-kuntratt ma jkunx kontroparti f'dan il-kuntratt, il-kontroparti tar-rapportar trid tidentifika lil dan il-benefiċjarju b'kodiċi uniku jew, fil-każ ta' individwu privat, b'kodiċi tal-klijent b'mod konsistenti kif assenjat mill-entità ġuridika użata mill-individwu privat.

13

Kapaċità tan-negozjar

Tidentifika jekk il-kontraparti li qed tirrapporta kkonkludietx il-kuntratt bħala awtur għan-nom tagħha stess (f'isimha stess jew f'isem klijent) jew bħala aġent għan-nom ta' klijent u f'ismu.

14

Naħa tal-kontroparti

Tidentifika jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex xerrej jew bejjiegħ.

15

B'rabta diretta ma' attività kummerċjali jew finanzjament tat-teżor

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex oġġettivament miżurabbli bħala marbut direttament mal-attività kummerċjali jew mal-finanzjament tat-teżor tal-kontroparti li tirrapporta, kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

16

Limitu tal-ikklerjar

Informazzjoni dwar jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex qed taqbeż il-limitu tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

17

Valur tal-kuntratt

Valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt, jew valwazzjoni skont mudell fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 648/2012. Il-valwazzjoni tas-CCP li trid tintuża għall-ikklerjar tan-negozju.

18

Munita tal-valur

Il-munita użata għall-valwazzjoni tal-kuntratt.

19

Kronogramma tal-valwazzjoni

Id-data u l-ħin tal-aħħar valwazzjoni Għal valwazzjoni skont is-suq għandhom jiġu rrappurtati d-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni tal-prezzijiet ta' referenza.

20

Tip ta' valwazzjoni

Indika jekk il-valwazzjoni twettqitx skont il-valur tas-suq, skont mudell jew ġietx ipprovduta mis-CCP.

21

Kollateralizzazzjoni

Indika jekk jeżistix ftehim ta' kollateral bejn il-kontropartijiet.

22

Portafoll tal-kollateral

Jekk il-kollateralizzazzjoni twettqitx fuq bażi ta' portafoll.

Portafoll tfisser il-kollateral ikkalkulat fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn sett ta' kuntratti u mhux għal kull negozju.

23

Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral

Jekk il-kollaterali jiġi rrapportat fuq bażi ta' portafoll, il-portafoll għandu jiġi identifikat b'kodiċi uniku determinat mill-kontroparti li tirrapporta.

24

Marġni inizjali depożitat

Il-valur tal-marġni inizjali li l-kontroparti li tirrapporta tkun iddepożitat għand il-kontroparti l-oħra.

Meta l-marġni inizjali jiġi ddepożitat fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valuri kumplessiv tal-marġni inizjali depożitat għall-portafoll.

25

Il-munita tal-marġni inizjali depożitat

Speċifika l-munita tal-marġni inizjali depożitat

26

Marġni tal-varjazzjoni depożitat

Il-valur tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat, inkluż il-flus saldati, mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra.

Meta l-marġni tal-varjazzjoni jiġi ddepożitat fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat għall-portafoll.

27

Munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat

Speċifika l-munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat

28

Marġni inizjali riċevut

Il-valur tal-marġni inizjali riċevut mill-kontroparti li tirrapporta mingħand il-kontroparti l-oħra.

Meta l-marġni inizjali jiġi rċevut fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni inizjali rċevut għall-portafoll.

29

Munita tal-marġni inizjali riċevut

Speċifika l-munita tal-marġni inizjali riċevut

30

Marġni tal-varjazzjoni riċevut

Il-valur tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut, inkluż il-flus saldati, mill-kontroparti li tirrapporta mingħand il-kontroparti l-oħra.

Meta l-marġni tal-varjazzjoni jiġi rċevut fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni tal-varjazzjoni rċevut għall-portafoll.

31

Munita tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut

Speċifika l-munita tal-marġni ta' varjazzjoni riċevut

32

Kollateral tal-eċċess depożitat

Valur tal-kollateral depożitat f'eċċess tal-kollateral meħtieġ.

33

Munita tal-kollateral f'eċċess depożitat

Speċifika l-munita tal-kollateral eċċessiv depożitat.

34

Kollateral f'eċċess irċevut

Il-valur tal-kollateral irċevut f'eċċess ta' dak meħtieġ. Kollateral

35

Munita tal-kollateral f'eċċess irċevut

Speċifika l-munita tal-kollateral eċċessiv irċevut.

(1)   Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).



Tabella 2

Dejta Komuni

 

Kaxxa

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Tipi applikabbli ta' kuntratti ta' derivattivi

 

Taqsima 2a — Tip ta' kuntratt

 

Il-kuntratti kollha

1

Tip ta' kuntratt

Kull kuntratt rappurtat għandu jiġi klassifikat skont it-tip tiegħu.

 

2

Klassi tal-assi

Kull kuntratt rappurtat għandu jiġi klassifikat skont il-klassi tal-assi li huwa bbażat fuqu.

 

 

Taqsima 2b — Informazzjoni dwar il-kuntratt

 

Il-kuntratti kollha

3

Tip ta' klassifikazzjoni tal-prodott

It-tip ta' klassifikazzjoni tal-prodott rilevanti.

 

4

Klassifikazzjoni tal-prodott

Għal prodotti identifikati permezz tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) jew tal-Identifikatur Alternattiv tal-Istrument (AII), għandu jkun speċifikat il-kodiċi tal-Klassifikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji (CFI).

Għal prodotti li għalihom mhumiex disponibbli ISIN jew AII, għandu jiġi speċifikat Identifikatur Uniku tal-Prodott (UPI) approvat. Sakemm jiġi approvat UPI dawk il-prodotti għandhom jiġu kklassifikati b'kodiċi CFI.

 

5

Tip ta' identifikazzjoni tal-prodott

It-tip ta' identifikazzjoni tal-prodott rilevanti.

 

6

Identifikazzjoni tal-prodott

Il-prodott għandu jiġi identifikat permezz ta' ISIN jew AII. L-AII għandu jintuża jekk prodott jiġi nnegozjat f'ċentru tan-negozjar kklassifikat bħala AII fir-reġistru ppubblikat fis-sit elettroniku tal-ESMA u stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (1).

L-AII għandu jintuża biss sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

 

7

Tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti

It-tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti rilevanti.

 

8

Identifikazzjoni tas-sottostanti

Is-sottostanti dirett għandu jiġi identifikat bl-użu ta' identifikatur uniku għal dan is-sottostanti abbażi tat-tip tiegħu.

L-AII għandu jintuża biss sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Għal swaps tal-Inadempjenza ta' Kreditu, għandu jiġi pprovdut l-ISIN tal-obbligu ta' referenza.

Fil-każ ta' basktijiet magħmula, fost l-oħrajn, minn strumenti finanzjarji negozjati f'ċentru tan-negozjar, l-istrumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar biss għandhom jiġu speċifikati.

 

9

Munita nozzjonali 1

Il-munita tal-ammont nozzjonali.

Fil-każ ta' kuntratt ta' derivattivi tar-rata tal-imgħax jew tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment 1.

 

10

Munita nozzjonali 2

Il-munita tal-ammont nozzjonali.

Fil-każ ta' kuntratt ta' derivattivi tar-rata tal-imgħax jew tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment 2.

 

11

Munita konsenjabbli

Il-munita li se tiġi kkonsenjata.

 

 

Taqsima 2c — Dettalji dwar it-tranżazzjoni

 

Il-kuntratti kollha

12

ID tan-negozjar

Sakemm isir disponibbli UTI, ID Uniku tan-Negozjar miftiehem mal-kontroparti l-oħra.

 

13

In-numru tal-intraċċar tar-rapport

Numru uniku għall-grupp ta' rapporti li jikkonċernaw l-istess eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' derivattivi.

 

14

ID tal-komponent tan-negozjar kumpless

Identifikatur, intern tad-ditta li tirrapporta, biex jidentifika u jorbot ir-rapporti kollha relatati mal-istess kuntratt ta' derivattivi magħmul minn taħlita ta' kuntratti ta' derivattivi. Il-kodiċi jrid ikun uniku fil-livell tal-kontroparti għall-grupp tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta' derivattivi.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss meta ditta teżegwixxi kuntratt ta' derivattivi magħmul minn żewġ kuntratti ta' derivattivi jew aktar u meta dan il-kuntratt ma jkunx jista' jiġi rapportat b'mod xieraq f'rapport wieħed.

 

15

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat b'kodiċi uniku għal dan iċ-ċentru.

Meta kuntratt ikun ġie konkluż OTC u l-istrument rispettiv ikun ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar, għandu jintuża l-kodiċi MIC “XOFF”.

Meta kuntratt ikun ġie konkluż OTC u l-istrument rispettiv ma jkunx ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar, għandu jintuża l-kodiċi MIC “XXXX”.

 

16

Kompressjoni

Tidentifika jekk il-kuntratt jirriżultax minn operazzjoni ta' kompressjoni, kif definit fl-Artikolu 2(1) 47 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

 

17

Prezz/rata

Il-prezz għal kull derivattiv ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax dovuti.

 

18

Notazzjoni tal-prezz

Il-mod li bih huwa espress il-prezz.

 

19

Munita tal-prezz

Il-munita li fiha jkun denominat il-Prezz/ir-rata.

 

20

Nozzjonali

L-ammont ta' referenza li minnu jiġu determinati l-ħlasijiet kuntrattwali. F'każ ta' terminazzjonijiet parzjali, amortizzamenti u fil-każ ta' kuntratti fejn in-nozzjonali, minħabba l-karatteristiċi tal-kuntratt, ivarja maż-żmien, din tirrifletti n-nozzjonali li jifdal wara li tkun saret il-bidla.

 

21

Multiplikatur tal-prezz

L-għadd ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju li jkunu inklużi f'lot ta' negozjar; pereżempju, l-għadd ta' derivattivi rappreżentati mill-kuntratt.

 

22

Kwantità

L-għadd ta' kuntratti inklużi fir-rapport.

Għal imħatri fuq il-firxiet, il-kwantità għandha tkun il-valur monetarju milgħub għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti dirett.

 

23

Pagament bil-quddiem

L-ammont ta' kwalunkwe pagament bil-quddiem li tkun għamlet jew irċeviet il-kontroparti tar-rapportar.

 

24

Tip ta' konsenja

Tindika jekk il-kuntratt humiex saldat fiżikament jew fi flus.

 

25

Kronogramma tal-eżekuzzjoni

Data u ħin ta' meta ġie eżegwit il-kuntratt.

 

26

Data effettiva

Data meta jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt.

 

27

Data tal-maturità

Data oriġinali tal-iskadenza tal-kuntratt rapportat.

Terminazzjoni bikrija ma għandhiex tiġi rrapportata f'din il-kaxxa.

 

28

Data tat-terminazzjoni

Data tat-terminazzjoni fil-każ ta' terminazzjoni bikrija ta' kuntratt rappurtat.

 

29

Data tas-saldu

Data tas-saldu tas-sottostanti.

Jekk ikun hemm iżjed minn waħda, tista' tintuża aktar minn kaxxa waħda.

 

30

Tip ta' Ftehim Prinċipali

Referenza għal kwalunkwe ftehim prinċipali, jekk jeżistu (pereż. Ftehim Prinċipali ISDA; Ftehim Prinċipali tax-Xiri u l-Bejgħ tal-Enerġija; Ftehim Prinċipali ForEx Internazzjonali; Ftehim Prinċipali Ewropew jew kwalunkwe Ftehim Prinċipali lokali).

 

31

Verżjoni tal-Ftehim Prinċipali

Referenza għas-sena tal-verżjoni tal-ftehim prinċipali użata għan-negozju rapportat, jekk applikabbli (pereż. 1992, 2002, eċċ.).

 

 

Taqsima 2d — Mitigazzjoni tar-riskju/Rappurtar

 

Il-kuntratti kollha

32

Kronogramma tal-konferma

Id-data u l-ħin tal-konferma, kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (3).

 

33

Mezzi tal-konferma

Jekk il-kuntratt ġiex ikkonfermat elettronikament, mhux elettronikament jew għadu ma ġiex ikkonfermat.

 

 

Taqsima 2e — Ikklerjar

 

Il-kuntratti kollha

34

Obbligu tal-ikklerjar

Tindika, jekk il-kuntratt rapportat jappartjenix għal klassi ta' derivattivi OTC li kienu ġew iddikjarati soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar u fejn iż-żewġ kontropartijiet tal-kuntratt huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, fil-mument tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

 

35

Ikklerjat

Tindika jekk l-ikklerjar seħħx.

 

36

Kronogramma tal-ikklerjar

Ħin u data meta seħħ l-ikklerjar.

 

37

CCP

F'każ ta' kuntratt li ġie kklerjat, il-kodiċi uniku tas-CCP li kklerja l-kuntratt.

 

38

Intragrupp

Jindika jekk il-kuntratt ġiex iffirmat bħala tranżazzjoni intragrupp, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

 

 

Taqsima 2f — Rati tal-imgħax

 

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

39

Rata fissa tas-segment 1

Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment 1 użata, jekk applikabbli.

 

40

Rata fissa tas-segment 2

Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment 2 użata, jekk applikabbli.

 

41

Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 1

L-għadd ta' ġranet reali fil-perjodu tal-kalkolu tal-pagatur b'rata fissa rilevanti tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

42

Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 2

L-għadd ta' ġranet reali fil-perjodu tal-kalkolu tal-pagatur b'rata fissa rilevanti tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

43

Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti għar-rata fissa tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

44

Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

45

Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

46

Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

47

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

48

Frekwenza ta' pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

49

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

50

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

51

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

52

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

53

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien tal-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

54

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

55

Rata varjabbli tas-segment 1

Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu risettjati f'intervalli predeterminati b'referenza għal rata ta' referenza tas-suq, jekk applikabbli.

 

56

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 1.

 

57

Il-perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 1.

 

58

Rata varjabbli tas-segment 2

Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu risettjati f'intervalli predeterminati b'referenza għar-rata ta' referenza tas-suq, jekk applikabbli.

 

59

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 2.

 

60

Il-perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 2.

 

 

Taqsima 2 g — Kambju

 

Derivattivi tal-munita

61

Munita 2 tal-konsenja

Il-kontro munita, jekk differenti mill-munita tal-konsenja.

 

62

Rata 1 tal-kambju

Ir-rata tal-kambju fid-data u l-ħin ta' meta ġie konkluż il-kuntratt. Din għandha tiġi espressa bħala prezz ta' munita bażi fil-munita kwotata.

 

63

Rata tal-kambju forward

Ir-rata tal-kambju forward kif miftiehem bejn il-kontropartijiet fil-ftehim kuntrattwali. Din għandha tkun espressa bħala prezz ta' munita bażi fil-munita kwotata.

 

64

Bażi tar-rata tal-kambju

Bażi tal-kwotazzjoni għar-rata tal-kambju.

 

 

Taqsima 2h — Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

 

Derivattivi tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet

 

Ġenerali

 

 

65

Bażi tal-komodità

Tindika t-tip ta' komodità sottostanti l-kuntratt.

 

66

Dettalji tal-komodità

Id-dettalji tal-komodità partikolari lil hinn mill-kaxxa 65.

 

 

Enerġija

Il-kaxex 67–77 japplikaw biss għal kuntratti tad-derivattivi relatati mal-gass naturali u mal-elettriku konsenjati fl-Unjoni.

 

67

Post jew żona tal-konsenja

Punt(i) tal-konsenja taż-żona/i tas-suq.

 

68

Punt ta' Interkonnessjoni

Identifikazzjoni tal-fruntiera/i jew punt(i) tul il-fruntiera/i ta' kuntratt ta' trasport.

 

69

Tip ta' tagħbija

Identifikazzjoni tal-profil tal-konsenja.

 

 

Taqsima repetibbli tal-kaxex 70 — 77

 

 

70

Intervalli tal-konsenja tat-tagħbija

L-intervall ta' ħin għal kull blokka jew għamla.

 

71

Data u ħin ta' meta tibda l-konsenja

Id-data u l-ħin tal-bidu tal-konsenja.

 

72

Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja

Id-data u l-ħin ta' meta tispiċċa l-konsenja.

 

73

Tul ta' żmien

Kemm iddum il-konsenja.

 

74

Jiem tal-Ġimgħa

Il-jiem tal-ġimgħa tal-konsenja

 

75

Kapaċità tal-konsenja

Il-kapaċità tal-konsenja għal kull intervall ta' konsenja speċifikat fil-kaxxa 70.

 

76

Unità tal-Kwantità

Kwantità ta' kuljum jew ta' kull siegħa f'MWh jew kWh/d li tikkorrispondi għall-komodità sottostanti.

 

77

Prezz tal-kwantitajiet skont intervall tal-ħin

Jekk japplika, il-prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta' żmien tal-konsenja.

 

 

Taqsima 2i — Opzjonijiet

 

Kuntratti li fihom opzjoni

78

Tip ta' opzjoni

Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex eżerċitabbli (dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (dritt ta' bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk jistax jiġi ddeterminat huwiex eżerċitabbli jew put fil-ħin tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi.

— F'każ ta' swapzjonijiet:

— “Put”, fil-każ ta' swapzjoni tar-riċevitur, fejn ix-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala riċevitur b'rata fissa;

— “Eżerċitabbli”, fil-każ ta' swapzjonijiet tal-pagatur, fejn ix-xerrej ikollu d-dritt li jidħol fi swap bħala pagatur b'rata fissa.

— F'każ ta' Limiti massimi u Limiti minimi:

— “Put”, fil-każ ta' Limitu minimu;

— “Eżerċitabbli”, fil-każ ta' Limitu massimu.

 

79

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Tindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'sensiela ta' dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-kuntratt (Stil Amerikan).

 

80

Prezz tal-eżerċitar (rata massima/minima)

Il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni.

 

81

Notazzjoni tal-prezz tal-eżerċitar

Il-mod li bih jiġi espress il-prezz.

 

82

Data tal-maturità tas-sottostanti

F'każ ta' swapzjonijiet, id-data tal-maturità tal-iswap sottostanti.

 

 

Taqsima 2j — Derivattivi ta' kreditu

 

 

83

Superjorità

Informazzjoni dwar is-superjorità f'każ ta' kuntratt fuq indiċi jew fuq entità b'isem wieħed.

 

84

Entità ta' referenza

Identifikazzjoni tal-entità ta' referenza sottostanti.

 

85

Frekwenza tal-pagamenti

Il-frekwenza tal-pagamenti tar-rata tal-imgħax jew tal-kupun.

 

86

Bażi tal-kalkolu

Il-bażi tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax.

 

87

Serje

In-numru tas-serje tal-kompożizzjoni tal-indiċi jekk applikabbli.

 

88

Verżjoni

Verżjoni ġdida ta' serje tinħareġ jekk wieħed mill-kostitwenti isir inadempjenti u l-indiċi jkollu jiġi ponderat mill-ġdid biex jitqies l-għadd il-ġdid tal-kostitwenti totali fl-indiċi.

 

89

Fattur tal-indiċi

Il-fattur li għandu jiġi applikat lin-Nozzjonali (Kaxxa 20) biex jaġġustah għall-eventi ta' kreditu kollha preċedenti f'dik serje tal-indiċi.

Iċ-ċifra tvarja bejn 0 u 100.

 

90

Segment

Indikazzjoni dwar jekk kuntratt tad-derivattivi huwiex segmentat.

 

91

Punt tal-attakkament

Il-punt li fih it-telf fil-pula se jintrabat ma' segment partikolari.

 

92

Punt tal-attakkament

Il-punt li lil hinn minnu t-telf ma jaffettwax is-segment partikolari.

 

 

Taqsima 2k — Modifiki fil-kuntratt

 

 

93

Tip ta' azzjoni

Jekk ir-rapport fihx:

— kuntratt ta' derivattivi għall-ewwel darba, f'liema każ se jiġi identifikat bħala “ġdid”;

— modifika fit-termini jew id-dettalji ta' kuntratt ta' derivattivi rapportat preċedentament, imma mhux korrezzjoni ta' rapport, f'liema każ jiġi identifikat bħala “modifika”; Dan jinkludi aġġornament għal rapport preċedenti li qed juri pożizzjoni sabiex jirrifletti negozjar ġdid inkluż f'dik il-pożizzjoni;

— kanċellazzjoni ta' rapport sħiħ sottomess ħażin f'każ li l-kuntratt qatt ma daħal fis-seħħ jew ma kienx suġġett għar-rekwiżiti tar-rappurtar tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 iżda ġie rappurtat lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet bi żball, f'liema każ jiġi identifikat bħala “żball”;

— terminazzjoni bikrija ta' kuntratt eżistenti, f'liema każ jiġi identifikat bħala “terminazzjoni bikrija”;

— rapport sottomess preċedentament kien fih kaxex żbaljati ta' dejta, f'liema każ ir-rapport li jikkorreġi l-kaxex żbaljati tad-dejta tar-rapport preċedenti għandu jiġi identifikat bħala “korrezzjoni”;

— kompressjoni tal-kuntratt rapportat, f'liema każ jiġi identifikat bħala “kompressjoni”;

— aġġornament ta' valwazzjoni ta' kuntratt jew ta' kollateral, f'liema każ jiġi identifikat bħala “aġġornament tal-valwazzjoni”;

— kuntratt ta' derivattivi li għandu jiġi rappurtat bħala negozju ġdid u inkluż ukoll f'rapport ta' pożizzjoni separat fl-istess ġurnata, f'liema każ se jiġi identifikat bħala “komponent ta' pożizzjoni”. Dan il-valur ikun ekwivalenti għal rappurtar ta' negozjar ġdid segwit b'aġġornament għal dak ir-rapport li jurih bħala kompress.

 

94

Livell

Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport qigħedx isir fuq livell ta' negozjar jew ta' pożizzjoni.

Rapport fil-livell ta' pożizzjoni jista' jintuża biss bħala suppliment għal rapportar fil-livell ta' negozjar biex jirrappurta eventi ta' wara n-negozjar u biss jekk in-negozji individwali fi prodotti funġibbli ġew sostitwiti minn din il-pożizzjoni.

 

(1)   Ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).

(2)   Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012(ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)   Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).