02012R1151 — MT — 14.12.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1151/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Novembru 2012

dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(ĠU L 343 14.12.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2017/625 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Marzu 2017

  L 95

1

7.4.2017


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 055, 27.2.2013, p.  27 (1151/2012)

►C2

Rettifika, ĠU L 191, 17.7.2015, p.  10 (1151/2012)

►C3

Rettifika, ĠU L 137, 24.5.2017, p.  40 (2017/625)

►C4

Rettifika, ĠU L 216, 20.8.2019, p.  40 (1151/2012)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1151/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Novembru 2012

dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Objettivi

1.  

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jgħin lill-produtturi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel jikkomunikaw lix-xerrejja u lill-konsumaturi l-karatteristiċi tal-prodotti u l-attributi tal-biedja ta’ dawk il-prodotti u oġġetti tal-ikel, u b’hekk jiżgura:

(a) 

kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u għall-produtturi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li jkollhom karatteristiċi u attributi li jżidu l-valur;

(b) 

id-disponibbiltà għall-konsumaturi ta’ informazzjoni affidabbli li tappartjeni għal dawk il-prodotti;

(c) 

rispett għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali; u

(d) 

l-integrità tas-suq intern.

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma maħsubin biex jappoġġaw attivitajiet agrikoli u ta’ pproċessar kif ukoll is-sistemi tal-biedja assoċjati ma’ prodotti ta’ kwalità għolja, u b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-politika għall-iżvilupp rurali.

2.  

Dan ir-Regolament jistabbilixxi "skemi tal-kwalità" li jipprovdu l-bażi għall-identifikazzjoni u, fejn xieraq, għall-protezzjoni ta’ ismijiet u termini li, b’mod partikolari, jindikaw jew jiddeskrivu prodotti agrikoli li jkollhom:

(a) 

karatteristiċi li jżidu l-valur; jew

(b) 

attributi li jżidu l-valur b’riżultat tal-metodi tal-biedja jew tal-ipproċessar użati fil-produzzjoni tagħhom, jew tal-post tal-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament ikopri l-prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem li huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat u prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel oħra elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Sabiex jittieħed kont ta’ impenji internazzjonali jew ta’ metodi jew materjal ta’ produzzjoni ġodda, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jissupplimentaw il-lista ta’ prodotti li tinsab fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.Dawn il-prodotti għandhom ikunu konnessi mill-qrib ma’ prodotti agrikoli jew mal-ekonomija rurali.

2.  
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal spirti, inbejjed aromatizzati jew prodotti tad-dwieli kif definiti fl-Anness XIb għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bl-eċċezzjoni għall-ħall tal-inbid.
3.  
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi oħra tal-Unjoni marbutin mat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq, u b’mod partikulari għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq unika, u għat-tikkettar tal-ikel.
4.  
Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika ( 1 ) m’għandhiex tapplika għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti b’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“skemi tal-kwalità” tfisser l-iskemi stabbiliti taħt it-Titoli II, III u IV;

(2) 

“grupp” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni, irrispettivament mill-forma jew kompożizzjoni legali tagħha, magħmula prinċipalment minn produtturi jew proċessuri li jaħdmu bl-istess prodott;

(3) 

“tradizzjonali” tfisser użu pprovat fis-suq domestiku għal perijodu li jippermetti t-trażmissjoni bejn il-ġenerazzjonijiet; dan il-perijodu għandu jkun għall-inqas ta’ 30 sena;

(4) 

“tikkettar” tfisser kwalunkwe kliem, partikolaritajiet, trademarks, isem ta’ marka, tpinġija jew simbolu relatati ma’ prodott tal-ikel u mqegħdin fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, anell jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal tali prodott tal-ikel;

(5) 

“karattru speċifiku” relattivament għal prodott tfisser l-attributi karatteristiċi tal-produzzjoni li jiddistingwu prodott b’mod ċar minn prodotti simili oħrajn tal-istess kategorija;

(6) 

“termini ġeneriċi” tfisser l-ismijiet ta’ prodotti li, għalkemm huma marbutin mal-post, reġjun jew pajjiż fejn oriġinarjament ġie magħmul jew kkummerċjalizzat il-prodott, ikunu saru l-isem komuni ta’ prodott fl-Unjoni;

(7) 

“fażi tal-produzzjoni” tfisser produzzjoni, ipproċessar jew preparazzjoni;

(8) 

“prodotti pproċessati” tfisser oġġetti tal-ikel li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti li ma kinux ipproċessati. Prodotti proċessati jista’ jkollhom fihom ingredjenti li huma meħtieġa għall-manifattura tagħhom jew biex jingħatawlhom karatteristiċi speċifiċi.



TITOLU II

►C2  DENOMINAZZJONIJIET TA' ORIĠINI PROTETTI ◄ U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Artikolu 4

Objettiv

B’dan hija stabbilita skema għad- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti sabiex tgħin lill-produtturi ta’ prodotti relattivi għal żona ġeografika billi:

(a) 

tiżgura li jkollhom dħul ġust għall-kwalitajiet tal-prodotti tagħhom;

(b) 

tiżgura li jkun hemm protezzjoni uniformi tal-ismijiet bħala dritt ta’ proprjetà intellettwali fit-territorju tal-Unjoni;

(c) 

tipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni ċara dwar l-attributi li jżidu l-valur tal-prodott.

Artikolu 5

Rekwiżiti għal denominazzjonijiet tal-oriġin u indikazzjonijiet ġeografiċi

1.  

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “ ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ ” huwa isem li jidentifika prodott:

(a) 

li joriġina f’post speċifiku, f’reġjunjew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż;

(b) 

li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu; u

(c) 

li l-fażijiet ta’ produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika definita.

2.  

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, "indikazzjoni ġeografika" huwa isem li jidentifika prodott:

(a) 

li joriġina f’post speċifiku, f’reġjun jew f’pajjiż;

(b) 

li l-kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra partikulari tiegħu tista’ essenzjalment tiġi attribwita lill-oriġini ġeografika tiegħu; u

(c) 

li jkollu għall-inqas waħda mill-fażijiet tal-produzzjoni tiegħu li sseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.  

Minkejja l-paragrafu 1, ċerti ismijiet għandhom jiġu ttrattati bħala ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ anke jekk il-materja prima għall-prodotti kkonċernati tkun ġejja minn żona ġeografika li tkun ikbar miż-żona ġeografika ddefinita, jew li tkun differenti minnha, sakemm:

(a) 

tkun iddefinita ż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima;

(b) 

ikunu jeżistu kondizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima;

(c) 

ikun hemm arranġamenti dwar kontrolli biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ikunu ġew irrispettati; u

(d) 

id- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ kkonċernati kienu rikonoxxuti bħala ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ fil-pajjiż tal-oriġini qabel l-1 ta’ Mejju 2004.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, jistgħu jitqiesu bħala materja prima annimali ħajjin, laħam u ħalib biss.

4.  
Sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku tal-produzzjoni ta’ prodotti li ġejjin minn annimali, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tax-xiri ta’ għalf fil-każ ta’ ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ .

Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku ta’ ċerti prodotti jew żoni, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar restrizzjonijiet u derogi fir-rigward tal-qtil ta’ annimali ħajjin jew fir-rigward tax-xiri ta’ materja prima.

Dawn ir-restrizzjonijiet u d-derogi għandhom, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, jieħdu kont tal-kwalità jew l-użu u ta’ kompetenza esperta rikonoxxuta jew fatturi naturali.

Artikolu 6

Natura ġenerika, konflitti ma’ ismijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti u ta’ razez ta’ annimali, ma’ omonimi u ma’ trademarks

1.  
Termini ġeneriċi ma għandhomx jiġu rreġistrati bħala ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.
2.  
Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew bħala indikazzjoni ġeografika fejn dan ikun f’konflitt ma’ isem ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza ta’ annimali u x’aktarx jiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.
3.  
Isem propost għar-reġistrazzjoni li huwa kompletament jew parzjalment omonimu ma’ isem li jkun diġà ddaħħal fir-reġistru stabbilit taħt l-Artikolu 11 ma jistax jiġi rreġistrat sakemm ma jkunx hemm distinzjoni suffiċjenti fil-prattika bejn il-kondizzjonijiet tal-użu lokali u tradizzjonali u l-preżentazzjoni tal-omonimu li jkun ġie rreġistrat wara u l-isem ikun diġà ddaħħal fir-reġistru, b’kont meħud tal-ħtieġa li jkun żgurat trattament ekwu tal-produtturi kkonċernati u li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati.

Isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur billi jagħtih x’jifhem li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor m’għandux jiġi rreġistrat anke jekk l-isem ikun preċiż relattivament għat-territorju, ir-reġjun jew il-post tal-oriġini attwali tal-prodotti kkonċernati.

4.  
Isem propost għar-reġistrazzjoni bħala ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew bħala indikazzjoni ġeografika m’għandux jiġi rreġistrat meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta’ trademark, kif ukoll tat-tul ta’ żmien li din tkun ilha tintuża, ir-reġistrazzjoni tal-isem propost bħala ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew bħala indikazzjoni ġeografika x’aktarx li tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott.

Artikolu 7

Speċifikazzjoni tal-prodott

1.  

►C2  Denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas:

(a) 

l-isem li għandu jiġi protett bħala ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

(b) 

deskrizzjoni tal-prodott, inkluża materja prima, jekk ikun opportun, kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tal-prodott;

(c) 

id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) ta’ dan il-paragrafu, u, fejn ikun opportun, id-dettalji li jindikaw konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3);

(d) 

evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 5(1) jew (2);

(e) 

deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b’kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

(f) 

dettalji li jistabbilixxu dan li ġej:

(i) 

ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); jew

(ii) 

fejn ikun oppoprtun, ir-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2);

(g) 

l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, l-isem u l-indirizz tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 37 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;

(h) 

kwalunkwe regola ta’ ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat.

2.  
Biex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistipulaw regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn dik il-limitazzjoni tkun meħtieġa biex ikunu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 8

Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

1.  

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew ta’ indikazzjoni ġeografika kif prevista fl-Artikolu 49(2) jew (5) għandha tinkludi mill-inqas:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant u tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b) 

l-ispeċifikazzjoni tal-prodott prevista fl-Artikolu 7;

(c) 

dokument uniku li jistabbilixxi dan li ġej:

(i) 

il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, deskrizzjoni tal-prodott, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-ippakkjar u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;

(ii) 

deskrizzjoni tar-rabta bejn il-prodott u l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(1) jew 5(2), skont il-każ, inklużi, fejn ikun xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw din ir-rabta.

Applikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 49(5), għandha tinkludi wkoll prova li isem il-prodott huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.

2.  

Dossier ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4) għandu jinkludi:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;

(b) 

id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-grupp applikant u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu;

(d) 

ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 9

Protezzjoni nazzjonali transizzjonali

Stat Membru jista’, fuq bażi transizzjonali biss, jagħti protezzjoni lil isem taħt dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, b’effett mid-data li fiha tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni.

Tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tkun ittieħdet deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

Fejn isem ma jkunx ġie rreġistrat taħt dan ir-Regolament, ir-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ tali protezzjoni nazzjonali għandha tkun biss tal-Istat Membru kkonċernat.

Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri taħt l-ewwel paragrafu għandhom ikollhom effett fil-livell nazzjonali biss, u m’għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.

Artikolu 10

Raġunijiet għal oppożizzjoni

1.  

Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit f’dak il-paragrafu u jekk hija:

(a) 

turi li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 7 (1) ma jkunux ġew sodisfatti;

(b) 

turi li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tmur kontra l-Artikolu 6(2), (3) jew (4);

(c) 

turi li r-reġistrazzjoni tal-isem propost thedded l-eżistenza ta’ isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku jew ta’ trademark jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2); jew

(d) 

tagħti dettalji li permezz tagħhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni huwa terminu ġeneriku.

2.  
Ir-raġunijiet għall-oppożizzjoni għandhom jiġu vvalutati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 11

Reġistru tad- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta’ reġistru aġġornat u aċċessibbli għall-pubbliku, tad- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti rrikonoxxuti taħt din l-iskema.
2.  
L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti ta’ pajjiżi terzi li huma protetti fl-Unjoni taħt ftehim internazzjonali li għalih l-Unjoni tkun Parti Kontraenti jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru. Sakemm ma jkunux identifikati b’mod speċifiku fit-tali ftehim bħala ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ taħt dan ir-Regolament, tali ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.
3.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
4.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista ta’ ftehimiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 kif ukoll il-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti taħt dawk il-ftehimiet.

Artikolu 12

Ismijiet, simboli u indikazzjonijiet

1.  
Id- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.
2.  
Għandhom jiġu stabbiliti simboli tal-Unjoni maħsubin biex jippubbliċizzaw ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.
3.  
Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom għandhom jidhru fuq it-tikketta. Barra minn hekk, l-isem irreġistrat tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta’ viżjoni. L-indikazzjonijiet “ ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ ” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti “ ►C2  DOP ◄ ” jew “IĠP” jistgħu jidhru fuq it-tikketta.
4.  
Barra minn hekk, dan li ġej jista’ jidher ukoll fuq it-tikketta: xbihat taż-żona ġeografika tal-oriġini, kif imsemmija fl-Artikolu 5, u test, grafika jew simboli li jirriferu għall-Istat Membru u/jew ir-reġjun li fih tinsab dik iż-żona ġeografika tal-oriġini.
5.  
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, il-marki ġeografiċi kollettivi msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/95/KE jistgħu jintużaw fuq it-tikketti, flimkien mad- ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.
6.  
Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, li jiġu kkummerċjalizzati taħt isem imdaħħal fir-reġistru, l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew is-simboli tal-Unjoni assoċjati magħhom jistgħu jidhru fuq it-tikketta.
7.  
Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni adatta, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu s-simboli tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli u l-indikazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi r-regoli dwar il-verżjonijiet lingwistiċi adatti li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 13

Protezzjoni

1.  

L-ismijiet irreġistrati għandhom ikunu protetti kontra:

(a) 

kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta’ isem irreġistrat fir-rigward ta’ prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż f’każijiet meta dawn il-prodotti jintużaw bħala ingredjenti;

(b) 

kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew tas-servizzi hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat b’espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni” jew xi espressjoni simili, inkluż il-każ meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;

(c) 

kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li tintuża fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta’ riklamar jew fuq dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jista’ jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(d) 

kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

Fejn ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew indikazzjoni ġeografika protetta jkollha fiha l-isem ta’ prodott li jitqies bħala ġeneriku, l-użu ta’ dak l-isem ġeneriku m’għandux jitqies bħala użu li jmur kontra l-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.

2.  
Id- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi.
3.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji adatti biex jimpedixxu jew iwaqqfu l-użu illegali ta’ ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li huma prodotti jew kummerċjalizzati f’dak l-Istat Membru.

Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawn il-passi f’konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali.

Dawn l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta’ oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 14

Relazzjonijiet bejn trademarks, ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi

1.  
Fejn ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew indikazzjoni ġeografika tkun irreġistrata taħt dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 13(1) u li tkun relattiva għal prodott tal-istess tip, għandha tiġi rifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tiġi ppreżentata wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fir-rigward tad- ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew l-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni.

It-trademarks irreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/95/KE.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 13(1), li għaliha tkun saret applikazzjoni, li tkun ġiet irreġistrata jew li tkun ġiet stabbilita bl-użu jekk il-leġiżlazzjoni kkonċernata tkun tagħti dik il-possibbiltà, bona fide, fit-territorju tal-Unjoni, qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad- ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew tal-indikazzjoni ġeografika tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, tista’ tibqa’ tintuża u tiġġedded għal dak il-prodott minkejja r-reġistrazzjoni tad- ►C2  denominazzjoni ta' oriġini ◄ jew tal-indikazzjoni ġeografika, sakemm ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tagħha skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark Komunitarja ( 2 ) jew skont id-Direttiva 2008/95/KE. F’każijiet bħal dawn, l-użu tad- ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun permess kif ukoll l-użu tat-trademarks rilevanti.

Artikolu 15

Perijodi transizzjonali għall-użu ta’ ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu perijodu transizzjonali sa ħames snin biex jippermettu prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 13(1) biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkumerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li:

(a) 

ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta’ isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku; jew

(b) 

dawn il-prodotti jkunu ilhom jiġu kkummerċjalizzati legalment b’dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

2.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jestendu l-perijodu transizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal 15-il sena f’każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li:

(a) 

id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ilha tintuża legalment b’mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;

(b) 

l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma kien, fl-ebda waqt, għal profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

3.  
Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidherfuq it-tikketta b’mod ċar u viżibbli.
4.  
Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fuq perijodu fit-tul, ikun żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, Stat Membru jista’ jagħti perijodu transizzjonali ta’ mhux aktar minn 10 snin, b’effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkumerċjalizzaw legalment il-prodotti kkonċernati u jkunu użaw l-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru u jkunu għamlu dak il-punt fil-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3).

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ li tirriferi għal żona ġeografika li tinsab f’pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ oppożizzjoni.

Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.  
L-ismijiet imdaħħlin fir-reġistru previst fl-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe dispożizzjoni transizzjonali speċifika assoċjata ma’ reġistrazzjonijiet bħal dawn għandha tkompli tapplika.
2.  
Sabiex ikunu protetti d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar regoli transizzjonali addizzjonali.
3.  
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ koeżistenza rikonoxxut taħt ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 fir-rigward ta’ ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi minn naħa waħda, u ta’ trademarks, min-naħa l-oħra.



TITOLU III

SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI

Artikolu 17

Objettiv

B’dan hija stabbilita skema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti biex jiġu salvagwardati l-metodi ta’ produzzjoni u riċetti tradizzjonali billi produtturi ta’ prodott tradizzjonali jiġu megħjuna jikkummerċjalizzaw u jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tar-riċetti u l-prodotti tradizzjonali tagħhom lill-konsumaturi.

Artikolu 18

Kriterji

1.  

Isem għandu jkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala speċjalità tradizzjonali garantita fejn dan jiddeskrivi prodott speċifiku jew oġġett tal-ikel li:

(a) 

ikun ġej minn tip ta’ produzzjoni, ipproċessar jew minn kompożizzjoni li jikkorrispondu għal prattika tradizzjonali fir-rigward ta’ dak il-prodott jew oġġett tal-ikel; jew

(b) 

ikun magħmul minn materja prima jew minn ingredjenti li huma dawk użati tradizzjonalment.

2.  

Sabiex isem jiġi rreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita, huwa għandu:

(a) 

ikun intuża tradizzjonalment biex jirriferi għall-prodott speċifiku; jew

(b) 

jidentifika l-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

3.  
Jekk jintwera fil-proċedura ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 51 li l-isem jintuża wkoll fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, sabiex issir distinzjoni bejn prodotti komparabli jew prodotti li għandhom isem identiku jew simili, id-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni meħuda skont l-Artikolu 52(3) tista’ tipprevedi li l-isem tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita jkun akkumpanjat mill-istqarrija “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” immedjatament segwita mill-isem ta’ pajjiż jew reġjun tiegħu.
4.  
Isem ma jistax jiġi rreġistrat jekk ikun jirriferi biss għal stqarrijiet ta’ natura ġenerali użati għal ġabra ta’ prodotti, jew għal stqarrijiet previsti f’leġislazzjoni partikolari tal-Unjoni.
5.  
Biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskema, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkonċernaw aktar dettalji dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati f’dan l-Artikolu.

Artikolu 19

Speċifikazzjoni tal-prodott

1.  

Speċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandha tinkludi:

(a) 

l-isem propost għar-reġistrazzjoni, bil-verżjonijiet lingwistiċi xierqa;

(b) 

deskrizzjoni tal-prodott li tinkludi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu, li turi l-karattru speċifiku tal-prodott;

(c) 

deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni li l-produtturi għandhom isegwu, inklużi, fejn ikun il-każ, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, u l-metodu ta’ preparazzjoni tal-prodott; u

(d) 

l-elementi ewlenin li jistabbilixxu n-natura tradizzjonali tal-prodott.

2.  
Biex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56 li jistipulaw regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex ikunu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 20

Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

1.  

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 49(2) jew (5) għandha tinkludi:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;

(b) 

l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif previst fl-Artikolu 19.

2.  

Id-dossier ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4) għandu jinkludi:

(a) 

l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u

(b) 

dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni ppreżentata mill-grupp u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu.

Artikolu 21

Raġunijiet għal oppożizzjoni

1.  

Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 51(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien u jekk hija:

(a) 

tagħti raġunijiet debitament sostanzjati għaliex ir-reġistrazzjoni proposta mhijiex kompatibbli mat-termini ta’ dan ir-Regolament; jew

(b) 

turi li l-użu tal-isem huwa legali, magħruf u ekonomikament sinifikattiv għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili.

2.  
Il-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati relattivament għat-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 22

Reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta’ reġistru aġġornat aċċessibbli għall-pubbliku tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, rikonoxxuti taħt din l-iskema.
2.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 23

Ismijiet, simbolu u indikazzjoni

1.  
Isem irreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita jista’ jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.
2.  
Għandu jiġi stabbilit simbolu tal-Unjoni maħsub biex jippubbliċizza l-iskema tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.
3.  
Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li huma kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita li hija rreġistrata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 2 għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jidher fuq it-tikketta. Barra minn hekk, l-isem tal-prodott għandu jidher fl-istess żona ta’ viżjoni. L-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita” jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti “TSG” jistgħu jidhru wkoll fuq it-tikketta.

Is-simbolu m’għandux ikun obbligatorju fuq it-tikketta ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jiġu prodotti barra l-Unjoni.

4.  
Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni adatta, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu s-simbolu tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi tas-simbolu tal-Unjoni u l-indikazzjoni, kif ukoll ir-regoli tal-użu tagħhom fuq il-prodotti li jġibu l-isem ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, inklużi dawk dwar il-verżjonijiet lingwistiċi xierqa li għandhom jintużaw. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 24

Restrizzjoni dwar l-użu ta’ ismijiet irreġistrati

1.  
L-ismijiet irreġistrati għandhom jiġu protetti minn kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, jew minn kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jintużaw fil-livell nazzjonali ma joħolqu l-ebda konfużjoni fir-rigward tal-ismijiet li huma rreġistrati.
3.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-protezzjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 25

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.  
L-ismijiet irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe dispożizzjoni transizzjonali speċifika assoċjata ma’ reġistrazzjonijiet bħal dawn għandha tkompli tapplika.
2.  
Ismijiet irreġistrati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, inklużi dawk irreġistrati skont l-applikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintużaw taħt il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 509/2006 sal-4 ta' Jannar 2023. sakemm l-Istati Membri ma jużawx il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 26 ta’ dan ir-Regolament.
3.  
Sabiex ikunu protetti d-drittijiet u interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu regoli transizzjonali addizzjonali.

Artikolu 26

Proċedura simplifikata

1.  
Fuq talba ta’ grupp, Stat Membru jista’, sa mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2016, jippreżenta lill-Kummissjoni ismijiet ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u li huma konformi ma’ dan ir-Regolament.

Qabel ma jippreżenta isem, l-Istat Membru għandu jibda proċedura ta’ oppożizzjoni kif definita fl-Artikolu 49(3) u (4).

Jekk jintwera matul din il-proċedura li l-isem jintuża wkoll b’riferiment għal prodotti komparabbli jew prodotti li għandhom isem identiku jew simili, l-isem jista’ jiġi kkomplementat b’terminu li jidentifika l-karattru tradizzjonali jew speċifiku tiegħu.

Grupp minn pajjiż terz jista’ jippreżenta ismijiet bħal dawn lill-Kummissjoni, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet imsemmija fil-paragrafu 1 flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet għal kull tali isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom.
3.  
Għandhom japplikaw l-Artikoli 51 u 52.
4.  
Ladarba l-proċedura ta’ oppożizzjoni tintemm, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun il-każ, taġġusta l-entrati fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 22. L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19.



TITOLU IV

TERMINI TAL-KWALITÀ MHUX OBBLIGATORJI

Artikolu 27

Objettiv

B’dan hija stabbilita skema għat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji biex tiffaċilita l-komunikazzjoni fis-suq intern tal-karatteristiċi jew attributi ta’ valur miżjud ta’ prodotti agrikoli mill-produtturi tagħhom.

Artikolu 28

Regoli Nazzjonali

L-Istati Membri jistgħu’ jżommu fis-seħħ regoli nazzjonali dwar termini tal-kwalità mhux obbligatorji li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, sakemm tali regoli jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 29

Termini tal-kwalità mhux obbligatorji

1.  

It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) 

it-terminu jkun relattiv għal karatteristika ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti, jew għal attribut tal-biedja jew tal-ipproċessar li jkun japplika f’żoni speċifiċi;

(b) 

l-użu tat-terminu jżid il-valur tal-prodott meta mqabbel ma’ prodotti ta’ tip simili; u

(c) 

it-terminu jkollu dimensjoni Ewropea.

2.  
It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji li jiddeskrivu l-kwalitajiet tekniċi ta’ prodott bil-għan li jiddaħħlu fis-seħħ standards obbligatorji ta’ kummerċjalizzazzjoni u li mhumiex maħsuba biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar dawk il-kwalitajiet tal-prodott għandhom jiġu esklużi minn din l-iskema.
3.  
It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom jeskludu t-termini riżervati mhux obbligatorji li jappoġġaw u jikkomplementaw standards speċifiċi ta’ kummerċjalizzazzjoni determinati fuq bażi ta’ kategorija settorjali jew tal-prodott.
4.  
Sabiex jittieħed kont tal-karattru speċifiku ta’ ċerti setturi kif ukoll tal-aspettattivi tal-konsumatur, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu regoli dettaljati relattivi għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
5.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri kollha relattivi għal forom, proċeduri jew dettalji tekniċi oħra, meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
6.  
Meta tadotta atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe standards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 30

Riżervar u emenda

1.  
Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi, l-iżviluppi fil-konoxxenza xjentifika u teknika, il-qagħda tas-suq, u l-iżviluppi fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u fl-istandards internazzjonali, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jirriżervaw terminu tal-kwalità mhux obbligatorju addizzjonali u jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-użu tiegħu.
2.  
F’każijiet debitament ġustifikati u biex jittieħed kont tal-użu adatt tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju addizzjonali, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu emendi għall-kondizzjonijiet ta’ użu msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 31

Prodott tal-Muntanja

1.  
It-terminu "prodott tal-muntanja" huwa b’dan stabbilit bħala terminu tal-kwalità mhux obbligatorju.

Dan it-terminu għandu jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif elenkati fl-Anness I mat-Trattat li fir-rigward tagħhom:

(a) 

sew il-materja prima kif wkoll l-għalf għall-annimali fl-irziezet essenzjalment jiġu minn żoni muntanjużi;

(b) 

fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-ipproċessar isir ukoll f’żoni muntanjużi.

2.  
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, żoni muntanjużi fl-Unjoni jikkostitwixxu dawk delimitati fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. Għal prodotti ta’ pajjiżi terzi, żoni muntanjużi jinkludu żoni li huma uffiċjalment ikklassifikati bħala żoni muntanjużi mill-pajjiż terz jew li jissodisfaw kriterji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999.
3.  
F’każijiet debitament ġustifikati u biex jittieħed kont tar-restrizzjonijiet naturali li jolqtu l-produzzjoni agrikola f’żoni muntanjużi, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu derogi mill-kondizzjonijiet ta’ użu msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta att iddelegat li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom ikun permess li l-materja prima jew l-għalf jiġu minn barra ż-żoni muntanjużi, il-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess li jsir l-ipproċessar tal-prodotti barra ż-żoni muntanjużi f’żona ġeografika li għandha tiġi definita, u d-definizzjoni ta’ dik iż-żona ġeografika.
4.  
Biex jittieħed kont tar-restrizzjonijiet naturali li jolqtu l-produzzjoni agrikola f’żoni muntanjużi, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar l-istabbiliment tal-metodi ta’ produzzjoni, u kriterji oħra rilevanti għall-applikazzjoni tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 32

Prodott tal-biedja tal-gżejjer

Mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-każ għal terminu ġdid, “prodott tal-biedja tal-gżejjer”. Dan it-terminu jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi l-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma elenkati fl-Anness I mat-Trattat li l-materja prima tagħhom tiġi minn gżejjer. Barra minn hekk, biex it-terminu jkun applikat għal prodotti pproċessati, l-ipproċessar irid isir ukoll fuq gżejjer f’każijiet fejn dan jaffettwa sostanzjalment il-karatteristiċi partikulari tal-prodott finali.

Dak ir-rapport għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adatti sabiex jiġi riżervat terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-biedja tal-gżejjer”.

Artikolu 33

Restrizzjonijiet fuq l-użu

1.  
Terminu tal-kwalità mhux obbligatorju jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-użu korrispondenti.
2.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-użu ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 34

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki, ibbażati fuq analiżi tar-riskju, biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu u, fil-każ ta’ ksur, għandhom japplikaw penali amministrattivi adatti.



TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI



KAPITOLU I

Kontrolli uffiċjali tad- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ , indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

Artikolu 35

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti fit-Titolu II u fit-Titolu III.

Artikolu 36

▼M1

Kontenut tal-kontrolli uffiċjali

3.  

Il-kontrolli uffiċjali mwettqa f'konformità mar-Regolament ►C3  (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) għandhom ikopru:

▼B

(a) 

verifika li prodott ikun konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti; u

(b) 

monitoraġġ tal-użu tal-ismijiet irreġistrati biex jiġi deskritt prodott imqiegħed fis-suq, f’konformità mal-Artikolu 13 għall-ismijiet irreġistrati taħt it-Titolu II u f’konformità mal-Artikolu 24 għall-ismijiet irreġistrati taħt it-Titolu III.

Artikolu 37

Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

▼M1

1.  

Fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jindikaw prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha ssir minn:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti magħżula f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ►C3  (UE) 2017/625 ◄ ; jew

(b) 

korpi delegati kif definiti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament ►C3  (UE) 2017/625 ◄

▼B

L-ispejjeż ta’ tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet għandhom jitħallsu mill-operaturi li jkunu soġġetti għal dawk il-kontrolli. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal dawn l-ispejjeż.

2.  

Fir-rigward tad- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ , l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jindikaw prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha tiġi mwettqa minn:

(a) 

waħda jew aktar mill-awtoritajiet pubbliċi maħtura mill-pajjiż terz; u/jew

(b) 

korp ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti wieħed jew aktar.

3.  
►M1  ————— ◄

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandha perjodikament taġġorna dik l-informazzjoni.

4.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 53(2), li tiddefinixxi l-mezzi li permezz tagħhom l-isem u l-indirizz tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti msemmija ►M1  il-paragrafu 2 ◄ ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 39

Korpi delegati li jwettqu kontrolli f'pajjiżi terzi

Il-korpi delegati li jwettqu kontrolli fil-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 37 għandhom jiġu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għall-“Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw prodotti, proċessi u servizzi”. Dawn il-korpi delegati jistgħu jiġu akkreditati minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni fl-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew minn korp tal-akkreditazzjoni barra l-Unjoni li jkun firmatarju tal-ftehim ta' rikonoxximent multilaterali taħt l-awspiċji tal-Forum Internazzjonali tal-Akkreditazzjoni.

▼B

Artikolu 40

Ippjanar u rappurtar tal-attivitajiet ta’ kontrol

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li attivitajiet ta’ kontroll tal-obbligi taħt dan il-Kapitolu jkunu speċifikament inklużi fit-taqsima separata fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali multiannwali f’konformità mal-Artikoli 41, 42 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
2.  
Ir-rapporti annwali dwar il-kontroll tal-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament għandhom jinkludu taqsima separata li jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.



KAPITOLU II

Eċċezzjonijiet għal ċerti użi preċedenti

Artikolu 41

Termini ġeneriċi

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-użu ta’ termini li huma ġeneriċi fl-Unjoni, anke jekk it-terminu ġeneriku jkun parti minn isem li huwa protett taħt skema tal-kwalità.
2.  

Sabiex jiġi stabbilit jekk terminu sarx ġeneriku jew le, għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikulari:

(a) 

is-sitwazzjoni eżistenti fiż- żoni ta’ konsum;

(b) 

l-atti legali rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni.

3.  
Sabiex tipproteġi bis-sħiħ id-drittijiet tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jistabbilixxu regoli addizzjonali biex jiġi determinat l-istatus ġeneriku tat-termini msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 42

Varjetajiet ta’ pjanti u razez ta’ annimali

1.  

Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li t-tikketta tagħhom tkun tinkludi isem jew terminu protett jew riżervat skont skema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, fit-Titolu III jew fit-Titolu IV li fih jew ikun jinkludi l-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew razza ta’ annimali, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-prodott ikkonċernat ikun jinkludi l-varjetà jew ir-razza indikata jew ikun ġej minnha;

(b) 

il-konsumaturi ma jiġux żgwidati;

(c) 

l-użu tal-isem tal-varjetà jew tar-razza jkun jikkostitwixxi kompetizzjoni ġusta;

(d) 

l-użu ma jkunx qed jisfrutta r-reputazzjoni tat-terminu protett; u

(e) 

fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kienet estendiet lil hinn miż-żona tal-oriġini tiegħu qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.

2.  
Biex tiċċara aktar il-firxa tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jużaw l-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta’ annimali kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar regoli biex jiġi ddeterminat l-użu ta’ ismijiet bħal dawn.

Artikolu 43

Relazzjoni ma’ proprjetà intellettwali

L-iskemi tal-kwalità deskritti fit-Titoli III u IV għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni jew għal dawk tal-Istati Membri li jirregolaw il-proprjetà intellettwali, u b’mod partikolari għal dawk li jikkonċernaw ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi u trademarks, u għad-drittijiet mogħtija taħt dawk ir-regoli.



KAPITOLU III

Indikazzjonijiet u simboli tal-iskemi tal-kwalità u r-rwol tal-produtturi

Artikolu 44

Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet u simboli

1.  

L-indikazzjonijiet, l-abbrevjazzjonijiet u s-simboli li jirreferu għall-iskemi tal-kwalità jistgħu jintużaw biss f’rabta ma’ prodotti magħmula f’konformità mar-regoli tal-iskema tal-kwalità li għaliha japplikaw. Dan japplika b’mod partikolari għall-indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli li ġejjin:

(a) 

►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ ”, “indikazzjoni ġeografika protetta”, “indikazzjoni ġeografika”, “ ►C2  DOP ◄ ”, “ ►C2  IĠP ◄ ”, u s-simboli assoċjati, kif previst fit-Titolu II;

(b) 

“speċjalità tradizzjonali garantita”, “STG”, u s-simbolu assoċjat, kif previst fit-Titolu III;

(c) 

“prodott tal-muntanji”, kif previst fit-Titolu IV.

2.  
F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jista’, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha, jiffinanzja, fuq bażi ċentralizzata, appoġġ amministrattiv li jikkonċerna l-iżvilupp, il-ħidma preparatorja, il-monitoraġġ, l-appoġġ amministrattiv u legali, id-difiża legali, il-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni, il-ħlasijiet għat-tiġdid, il-ħlasijiet għas-sorveljanza tat-trademarks, il-ħlasijiet tal-litigazzjoni u kwalunkwe miżura relatata oħra li tkun meħtieġa biex tipproteġi l-użu tal-indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli li jirriferu għall-iskemi tal-kwalità minn użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni jew kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur, fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 45

Rwol tal-gruppi

1.  

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet ta’ bejn fergħat kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, grupp għandu d-dritt li:

(a) 

jikkontribwixxi biex jiżgura li l-kwalità, ir-reputazzjoni u l-awtentiċità tal-prodotti tagħhom huma żgurati fis-suq billi jissorvelja l-użu tal-isem fin-negozju u, jekk meħtieġ, billi jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 36, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra fil-qafas tal-Artikolu 13(3);

(b) 

jieħu azzjoni biex tiġi żgurata protezzjoni legali adegwata tad- ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta u tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali direttament marbuta magħhom;

(c) 

jiżviluppa attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkollhom l-għan li jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tal-prodott lill-konsumaturi;

(d) 

jiżviluppa attivitajiet marbutin mal-iżgurar tal-konformità ta’ prodott mal-ispeċifikazzjoni tiegħu;

(e) 

jieħu azzjoni biex itejjeb il-prestazzjoni tal-iskema, inklużi l-iżviluppa tal-għarfien espert ekonomiku, l-analiżi ekonomika, it-tqassim ta’ informazzjoni ekonomika dwar l-iskema u l-għoti ta’ pariri lill-produtturi;

(f) 

jieħu miżuri biex issaħħaħ il-valur tal-prodotti u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jimpedixxi jew jopponi kwalunkwe miżura li tkun, jew tissogra li tkun, ta’ ħsara għall-immaġini ta’ dawk il-prodotti.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-formazzjoni u l-funzjonament ta’ gruppi fit-territorji tagħhom b’mezzi amministrattivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-gruppi msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni.

Artikolu 46

Dritt għall-użu tal-iskemi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur li jkun konformi mar-regoli ta’ skema tal-kwalità stabbilita tat-Titolu II u tat-Titolu III jkun intitolat li jiġi kopert mill-verifika tal-konformità, stabbilita fl-Artikolu 37.
2.  
L-operaturi li jħejju u jaħżnu prodott ikkummerċjalizzat taħt speċjalità tradizzjonali garantita, ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew indikazzjoni ġeografika protetta jew li jqiegħdu fis-suq dawn il-prodotti għandhom ukoll ikunu soġġetti għas-sistema ta’ kontrolli stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jkunu jixtiequ josservaw ir-regoli ta’ skema tal-kwalità stabbilita fit-Titoli III u IV jkunu jistgħu jagħmlu dan u ma jiffaċċawx ostakli għall-parteċipazzjoni li jkunu diskriminatorji jew li b’xi mod ieħor ma jkunux oġġettivament iffondati.

Artikolu 47

Miżati

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u b’mod partikulari għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI tat-Titolu II tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu miżata biex ikopru l-ispejjeż tagħhom għall-ġestjoni tal-iskemi tal-kwalità, inklużi dawk l-ispejjeż li huma jagħmlu biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni, l-applikazzjonijiet għal emendi u t-talbiet għall-kanċellament kif previst f’dan ir-Regolament.



KAPITOLU IV

Il-proċessi tal-applikazzjoni u tar-reġistrazzjoni għal ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ , indikazzjonijiet ġeografiċi, u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

Artikolu 48

Ambitu tal-proċessi tal-applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-iskemi tal-kwalità stabbiliti fit-Titolu II u fit-Titolu III.

Artikolu 49

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet

1.  
L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet taħt l-iskemi tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 48 jistgħu jiġu ppreżentati biss minn gruppi li jaħdmu bil-prodotti bl-isem li għandu jiġi rreġistrat. Fil-każ ta’ isem relattiv għal “ ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ ” jew “indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” li jindika żona ġeografika transkonfinali jew fil-każ ta’ isem relattiv għal “speċjalitajiet tradizzjonali garantiti”, diversi gruppi minn Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni konġunta għal reġistrazzjoni.

Persuna fiżika jew ġuridika unika tista’ tiġi ttrattata bħala grupp fejn jintwera li ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew sodisfatti t-tnejn:

(a) 

il-persuna kkonċernata tkun l-uniku produttur lest li jippreżenta applikazzjoni;

(b) 

fir-rigward ta’ ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, iż-żona ġeografika ddefinita jkollha karatteristiċi li jvarjaw sew minn dawk ta’ żoni ġirien jew il-karatteristiċi tal-prodott ikunu differenti minn dawk prodotti f’żoni ġirien.

2.  
Fejn l-applikazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II tkun relattiva għal żona ġeografika fi Stat Membru, jew fejn applikazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III tkun imħejjija minn grupp stabbilit fi Stat Membru, l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru.

L-Istat Membru għandu jiskrutinja bir-reqqa l-applikazzjoni b’mezzi adatti sabiex jivverifika li din hija ġġustifikata u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-iskema rispettiva.

3.  
Bħala parti mill-iskrutinju msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jagħti bidu għal proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali li tiżgura pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni u li tipprovdi għal perijodu raġonevoli taż-żmien li matulu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fit-territorju tiegħu tkun tista’ tressaq oppożizzjoni għall-applikazzjoni.

L-Istat Membru għandu jeżamina l-ammissibbiltà tal-oppożizzjonijiet riċevuti taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 10(1), jew l-ammissibbiltà ta’ oppożizzjonijiet riċevuti taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 21(1).

4.  
Jekk, wara li jivvaluta kull oppożizzjoni li jkun irċieva, l-Istat Membru jqis bħala li ġew sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa jista’ jieħu deċiżjoni favorevoli u jippreżenta dossier ta’ applikazzjoni lill-Kummissjoni. F’ tali każ huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-oppożizzjonijiet ammissibbli riċevuti minn xi persuna naturali jew ġuridika li tkun legalment ikkummerċjalizzat il-prodotti inkwistjoni, bl-użu tal-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-anqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

L-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata u li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha opportunità biex tagħmel appell.

L-Istat Membru għandu jiżgura li l-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata, u għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

B’referenza għad- ►C2  denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ◄ u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, l-Istat Membru għandu jiżgura wkoll il-pubblikazzjoni adegwata tal-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li dwarha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 50(2).

5.  
Fejn l-applikazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II tkun relattiva għal żona ġeografika f’pajjiż terz, jew fejn applikazzjoni taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III tkun imħejjija minn grupp stabbilit f’pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.
6.  
Id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu li jintbagħtu lill-Kummissjoni għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
7.  
Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jiddefinixxu r-regoli għat-twettiq tal-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ applikazzjonijiet konġunti li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed u li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta’ applikazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar proċeduri, forma u preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, inkluż dawk għal applikazzjonijet li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 50

Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b’mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi taħt l-Artikolu 49, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-iskema rispettiva. Dan l-iskrutinju ma għandux jieħu iktar minn sitt xhur. Fejn jinqabeż dan il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta’ ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.

2.  

Meta, abbażi tal-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tqis bħala li ġew sodisfatti li l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, hi għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a) 

għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu II, id-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b) 

għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema stabbilita fit-Titolu III, l-ispeċifikazzjoni.

Artikolu 51

Proċedura ta’ oppożizzjoni

1.  
Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita f’pajjiż terz jistgħu jippreżentaw avviż ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, li tkun stabbilita jew residenti fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun saret l-applikazzjoni, tista’ tippreżenta avviż ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun stabbilita fil-limiti ta’ perijodu taż-żmien li jippermetti li tiġi ppreżentata oppożizzjoni taħt l-ewwel subparagrafu.

Avviż ta’ oppożizzjoni għandu jkun fih dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tista’ tikser il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Avviż ta’ oppożizzjoni li ma jkunx fih din id-dikjarazzjoni jkun null.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-avviż ta’ oppożizzjoni lill-awtorità jew korp li għamlu l-applikazzjoni mingħajr dewmien.

2.  
Jekk jiġi ppreżentat avviż ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni u jiġi segwit fi żmien xahrejn minn dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-ammissibbiltà ta’ din id-dikjarazzjonji motivata ta’oppożizzjoni.
3.  
Fi żmien xahrejn wara li tirċievi dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u lill-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni sabiex jidħlu f’konsultazzjonijiet adegwati ma’ xulxin għal perijodu raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur.

L-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u l-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet adegwati mingħajr dewmien żejjed. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mal-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk ma jintlaħaqx qbil, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll lill-Kummissjoni.

Fi kwalunkwe waqt matul dawn it-tliet xhur, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-applikant testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b’massimu ta’ tliet xhur.

4.  
Fejn, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, id-dettalji ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 50(2) ikunu ġew emendati b’mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirripeti l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 50.
5.  
L-avviż ta’ appożizzjoni, id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni u d-dokumenti relatati li jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
6.  
Sabiex tistabbilixxi proċeduri ċari u l-limiti ta’ żmien għall-oppożizzjoni, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċedura tal-oppożizzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-oppożizzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 52

Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni

1.  
Fejn, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(1), il-Kummissjoni tqis bħala mhux sodisfatti l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
2.  
Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda avviż ta’ oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 51, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jirreġistraw l-isem.
3.  

Jekk il-Kummissjoni tirċievi dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni ammissibbli, hija għandha, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fl-Artikolu 51(3), u b’kont meħud tar-riżultati tagħhom, jew:

(a) 

jekk ikun intlaħaq qbil, tirreġistra l-isem permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata taħt l-Artikolu 50(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew

(b) 

jekk ma jintlaħaqx qbil, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

4.  
L-atti ta’ reġistrazzjoni u d-deċiżjonijiet ta’ rifjut għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 53

Emenda fi speċifikazzjoni ta’ prodott

1.  
Grupp li jkollu interess leġittimu jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda fi speċifikazzjoni ta’ prodott.

L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.

2.  
Fejn l-emenda tkun tinvolvi emenda waħda jew aktar għall-ispeċifikazzjoni li ma jkunux minuri, l-applikazzjoni għall-emenda għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52.

Madankolllu, jekk l-emendi proposti jkunu minuri, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ emendi li jimplikaw modifika tal-elementi msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-elementi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, din ma għandhiex:

(a) 

tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;

(b) 

tibdel ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1);

(c) 

tinkludi bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem, tal-prodott;

(d) 

taffettwa ż-żona ġeografika definita; jew

(e) 

tirrappreżenta żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu.

Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu III, din ma għandhiex:

(a) 

tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;

(b) 

tintroduċi bidliet essenzjali fil-metodu ta’ produzzjoni; jew

(c) 

tinkludi bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem, tal-prodott;

L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.

3.  
Sabiex tiffaċilita l-proċess amministrattiv ta’ applikazzjoni għal emenda, inkluż fejn l-emenda ma tinvolvix xi bidla lid-dokument uniku u fejn tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkomplementaw ir-regoli tal-proċess ta’ applikazzjoni għal emenda.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Artikolu 54

Kanċellament

1.  

Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta jew ta’ speċjalità tradizzjonali garantita fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn ma tkunx żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni;

(b) 

fejn ma jkun tqiegħed fis-suq l-ebda prodott taħt l-ispeċjalità tradizzjonali garantita, id- ►C2  denominazzjoni ta' oriġini protetta ◄ jew l-indikazzjoni ġeografika protetta għal mill-inqas seba’ snin.

Il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat bl-isem irreġistrat, tikkanċella r-reġistrazzjoni korrispondenti.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

2.  
Sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali li l-partijiet kollha jkollhom l-opportunità li jiddefendu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tagħhom, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56 li jikkomplementaw ir-regoli dwar il-proċess ta’ kanċellament.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri u l-forma tal-proċess ta’ kanċellament, kif ukoll dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).



TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U FINALI



KAPITOLU I

Biedja lokali u bejgħ dirett

Artikolu 55

Rappurtar dwar biedja lokali u bejgħ dirett

Mhux aktar tard mill-4 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-każ għal skema ta’ tikkettar ġdida għal biedja lokali u għal bejgħ dirett li tgħin lill-produtturi jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom lokalment. Dak ir-rapport għandu jiffoka fuq l-abbiltà tal-bidwi li jżid valur lill-prodott tiegħu permezz tat-tikketta l-ġdida, u għandu jieħu kont ta’ kriterji oħra, bħall-possibbiltajiet li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u l-iskart permezz ta’ katini qosra ta’ produzzjoni u distribuzzjoni.

Dan ir-rapport għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat bi proposti leġislattivi adegwati dwar il-ħolqien ta skema ta’ tikkettar għal biedja lokali u għal bejgħ dirett.



KAPITOLU II

Regoli proċedurali

Artikolu 56

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(5), l-Artikoli 16(2), l-Artikolu 18(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikoli 25(3), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 30, l-Artikolu 31(3) u (4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-3 ta' Jannar 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(5), l-Artikoli 16(2), l-Artikolu 18(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikoli 25(3), l-Artikolu 29(3), l-Artikolu 30, l-Artikolu 31(3) u (4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Att iddelegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(5), l-Artikoli 16(2), 18(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikoli 25(3), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 30, l-Artikolu 31(3) u (4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 57

Proċedura ta’ kumitat

▼C4

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Politika tal-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

2.  
Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.



KAPITOLU III

Tħassir u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 58

Tħassir

1.  
Ir-Regolamenti (KE) Nru 509/2006 u (KE) Nru 510/2006 huma b’dan imħassra.

Madankollu, l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandu jkompli japplika fir-rigward ta’ applikazzjonijiet dwar prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, riċevuti mill-Kummissjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2.  
Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 23(3) għandhom japplikaw mill-4 ta' Jannar 2016, mingħajr preġudizzju għal prodotti li jkunu diġà mqegħdin fis-suq qabel dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

PRODOTTI AGRIKOLI U OĠĠETTI TAL-IKEL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

I.  ►C2  Denominazzjonijiet ta' oriġini ◄ u Indikazzjonijiet Ġeografiċi

— 
birra,
— 
ċikkulata u prodotti derivati,
— 
prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara,
— 
xorb minn estratti tal-pjanti,
— 
għaġin,
— 
melħ,
— 
ġomma u reżina naturali,
— 
pasta tal-mustarda,
— 
tiben,
— 
żjut essenzjali,
— 
sufra,
— 
kuċċinilja,
— 
fjuri u pjanti ornamentali,
— 
qoton,
— 
suf,
— 
qasab,
— 
qanneb imħabbat,
— 
ġilda,
— 
pil,
— 
rix.

II. Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

— 
ikliet ippreparati,
— 
birra,
— 
ċikkulata u prodotti derivati,
— 
prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara,
— 
xorb minn estratti tal-pjanti,
— 
għaġin,
— 
melħ.




ANNESS II



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 58(2)

Regolament (KE) Nru 509/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(1), il-punt (a)

Artikolu 3, il-punt (5)

Artikolu 2(1), il-punt (b)

Artikolu 3, il-punt (3)

Artikolu 2(1), il-punt (c)

Artikolu 2(1), il-punt (d)

Artikolu 3, il-punt (2)

Artikolu 2(2), mill-ewwel sat-tielet subparagrafu

Artikolu 2(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3

Artikolu 22(1)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 43

Artikolu 5(2)

Artikolu 42(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 6(1), il-punt (a)

Artikolu 19(1), il-punt (a)

Artikolu 6(1), il-punt (b)

Artikolu 19(1), il-punt (b)

Artikolu 6(1), il-punt (c)

Artikolu 19(1), il-punt (c)

Artikolu 6(1), il-punt (d)

Artikolu 6(1), il-punt (e)

Artikolu 19(1)(d)

Artikolu 6(1), il-punt (f)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 49(1)

Artikolu 7(3), il-punt (a) u (b)

Artikolu 20(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 7 (3), il-punt (c)

Artikolu 7(3), il-punt (d)

Artikolu 7(4)

Artikolu 49(2)

Artikolu 7(5)

Artikolu 49(3)

Artikolu 7(6), il-punti (a) sa (c)

Artikolu 49(4)

Artikolu 7(6), il-punt (d)

Artikolu 20(2)

Artikolu 7(7)

Artikolu 49(5)

Artikolu 7(8)

Artikolu 49(6)

Artikolu 8(1)

Artikolu 50(1)

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 50(2), il-punt (b)

Artikolu 8(2), t-tieni subparagrafu

Artikolu 52(1)

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 51(1)

Artikolu 9(3)

Artikolu 21(1) u (2)

Artikolu 9(4)

Artikolu 52(2)

Artikolu 9(5)

Artikolu 52(3) u (4)

Artikolu 9(6)

Artikolu 51(5)

Artikolu 10

Artikolu 54

Artikolu 11

Artikolu 53

Artikolu 12

Artikolu 23

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 14(1)

Artikolu 36(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 46(1)

Artikolu 14(3)

Artikolu 37(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(1)

Artikolu 37(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 37(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 39(2)

Artikolu 15(4)

Artikolu 36(2)

Artikolu 16

Artikolu 17(1) u (2)

Artikolu 24(1)

Artikolu 17(3)

Artikolu 24(2)

Artikolu 18

Artikolu 57

Artikolu 19(1), il-punt (a)

Artikolu 19(1), il-punt (b)

Artikolu 49(7), t-tieni subparagrafu

Artikolu 19(1), il-punt (c)

Artikolu 49(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 19(1), il-punt (d)

Artikolu 22(2)

Artikolu 19(1), il-punt (e)

Artikolu 51(6)

Artikolu 19(1), il-punt (f)

Artikolu 54(1)

Artikolu 19(1), il-punt (g)

Artikolu 23(4)

Artikolu 19(1), il-punt (h)

Artikolu 19(1), il-punt (i)

Artikolu 19(2)

Artikolu 25(1)

Artikolu 19(3), il-punt (a)

Artikolu 19(3), il-punt (b)

Artikolu 25(2)

Artikolu 20

Artikolu 47

Artikolu 21

Artikolu 58

Artikolu 22

Artikolu 59

Anness I

Anness I (Parti II)



Regolament (KE) Nru 510/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2

Artikolu 5

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(1), it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 41(1), (2) u (3)

Artikolu 3(2), (3) u (4)

Artikolu 6(2), (3) u (4)

Artikolu 4

Artikolu 7

Artikolu 5(1)

Artikolu 3, il-punt (2), u Artikolu 49(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 49(1)

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(4)

Artikolu 49(2)

Artikolu 5(5)

Artikolu 49(3)

Artikolu 5(6)

Artikolu 9

Artikolu 5(7)

Artikolu 8(2)

Artikolu 5(8)

Artikolu 5(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(9), t-tieni subparagrafu

Artikolu 49(5)

Artikolu 5(10)

Artikolu 49(6)

Artikolu 5(11)

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 50(1)

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 50(2), il-punt (a)

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 52(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 51(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)

Artikolu 51(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 10

Artikolu 7(4)

Artikolu 52(2) u (4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 51(3) u l-Artikolu 52(3) u (4)

Artikolu 7(6)

Artikolu 11

Artikolu 7(7)

Artikolu 51(5)

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 53

Artikolu 10(1)

Artikolu 36(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 46(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 37(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1)

Artikolu 37(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 37(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 39(2)

Artikolu 11(4)

Artikolu 36(2)

Artikolu 12

Artikolu 54

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 15(1)

Artikolu 13(4)

Artikolu 15(2)

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 57

Artikolu 16, il-punt (a)

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16, il-punt (b)

Artikolu 16, il-punt (c)

Artikolu 16, il-punt (d)

Artikolu 49(7)

Artikolu 16, il-punt (e)

Artikolu 16, il-punt (f)

Artikolu 51(6)

Artikolu 16, il-punt (g)

Artikolu 12(7)

Artikolu 16, il-punt (h)

Artikolu 16, il-punt (i)

Artikolu 11(3)

Artikolu 16, il-punt (j)

Artikolu 16, il-punt (k)

Artikolu 54(2)

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 47

Artikolu 19

Artikolu 58

Artikolu 20

Artikolu 59

Anness I u Anness II

Anness I (Parti I)



( 1 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

( 2 ) ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

( 3 ) Regolament ►C3  (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) ( ►C3  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1 ◄ )