02012R0923 — MT — 27.01.2022 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 923/2012

tas-26 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 281 13.10.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/340 tal-20 ta' Frar 2015

  L 63

1

6.3.2015

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1185 tal-20 ta' Lulju 2016

  L 196

3

21.7.2016

 M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/835 tat-12 ta' Mejju 2017

  L 124

35

17.5.2017

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020

  L 104

1

3.4.2020

 M5

Emendat bi: REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1177 tas-7 ta’ Awwissu 2020

  L 259

12

10.8.2020

 M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/886 tas-26 ta’ Ġunju 2020

  L 205

14

29.6.2020


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 099, 12.4.2017, p.  29 (2016/1185)




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 923/2012

tas-26 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operazzjonali dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru li għandhom ikunu applikabbli għat-traffiku ġenerali tal-ajru fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 551/2004.
2.  

Dan ir-Regolament għandu japplika, b’mod partikolari, għall-utenti tal-ispazji tal-ajru u għall-inġenji tal-ajru involuti fit-traffiku ġenerali tal-ajru:

(a) 

li joperaw fi, fi ħdan l-Unjoni jew barra minnu;

(b) 

li jkollhom fuqhom in-nazzjonalità u l-marki ta’ reġistrazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni, u li joperaw fi kwalunkwe spazju tal-ajru sa fejn ma joħolqux kunflitt mar-regoli ppubblikati mill-pajjiż li jkollu ġurisdizzjoni fuq it-territorju li minn fuqu jgħaddu t-titjiriet.

▼M2

3.  
Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, għall-operaturi tal-ajrudromi u għall-persunal fuq l-art impenjati f'operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

▼M2

4.  
Dan ir-Regolament ma japplikax għal mudelli tal-inġenji tal-ajru u għal inġenji tal-ajru tal-logħob. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti regoli nazzjonali biex jiżguraw li l-mudelli tal-inġenji tal-ajru u l-inġenji tal-ajru tal-logħob jitħaddmu b'tali mod li jnaqqsu l-perikli marbuta mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, mal-persuni, mal-proprjetà jew ma' inġenji tal-ajru oħrajn.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“eżattezza” tfisser grad ta’ konformità bejn il-valur li ġie stmat jew imkejjel u l-valur proprju;

▼M2 —————

▼B

3. 

“spazju tal-ajru ta’ konsulenza” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti, jew rotta deżinjata, li fi ħdanhom ikun disponibbli servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru;

4. 

“rotta ta’ konsulenza” tfisser rotta deżinjata li matulha jkun disponibbli servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru;

5. 

“titjira ajrubatika” tfisser manuvri mwettqa b’mod intenzjonali minn inġenju tal-ajru li jinvolvu bidla f’daqqa fil-pożizzjonament tiegħu, pożizzjonament anormali, jew varjazzjoni anormali fil-veloċità, mhux meħtieġa għat-titjir normali jew għat-tagħlim għal-liċenzji jew għall-klassifikazzjonijiet għajr klassifikazzjoni ajrubatika;

6. 

“ajrudrom” tfisser erja ddefinita (inkluż kwalunkwe bini, stallazzjoni, u tagħmir) fuq l-art jew fuq l-ilma jew fuq struttura fissa, fissa lil hinn mill-kosta (off-shore) jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, bil-ħsieb li tintuża, b’mod sħiħ jew parzjali, għall-wasla, għat-tluq u għall-moviment fuq il-wiċċ tal-inġenju tal-ajru;

7. 

“servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku tal-ajrudrom;

8. 

“torri ta’ kontroll ta’ ajrudrom” tfisser unità stabbilita sabiex tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku tal-ajrudrom;

9. 

“traffiku tal-ajrudrom” tfisser it-traffiku kollu fuq l-erja ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom u l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed itiru fil-viċinanzi ta’ ajrudrom. Inġenju tal-ajru li jkun qed jopera fil-viċinanzi ta’ ajrudrom jinkludi, imma mhuwiex limitat għall-inġenji tal-ajru li jidħlu jew joħorġu minn ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom;

10. 

“ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom” tfisser il-perkors speċifikat li fih għandu jtir inġenju tal-ajru li qed jopera fil-viċinanzi ta’ ajrudrom;

11. 

“żona ta’ traffiku ta’ ajrudrom” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti stabbilit madwar ajrudrom għall-protezzjoni tat-traffiku tal-ajrudrom;

12. 

“xogħol fl-ajru” tfisser operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru fejn inġenju tal-ajru jintuża għal servizzi speċjalizzati bħall-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-fotografija, l-istħarriġ, l-osservazzjoni u l-pattuljar, it-tiftix u s-salvataġġ, ir-reklami fl-ajru, eċċ.;

13. 

“Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika (AIP)” tfisser pubblikazzjoni maħruġa minn jew bl-awtorità ta’ Stat u li jkun fiha informazzjoni ajrunawtika ta’ natura dejjiema essenzjali għan-navigazzjoni bl-ajru;

14. 

“servizz mobbli ajrunawtiku” tfisser servizz mobbli bejn stazzjonijiet ajrunawtiċi u stazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, jew bejn stazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, fejn jistgħu jipparteċipaw stazzjonijiet ta’ inġenji ta’ sopravivenza; f’dan is-servizz jistgħu jipparteċipaw anki stazzjonijiet ta’ sinjali bir-radju li jindikaw pożizzjoni ta’ emerġenza fuq frekwenzi ta’ periklu u ta’ emerġenza deżinjati;

15. 

“stazzjon ajrunawtiku” tfisser stazzjon fuq l-art fis-servizz mobbli ajrunawtiku. F’ċerti każijiet, stazzjon ajrunawtiku jista’ jkun qiegħed, pereżempju, abbord bastiment jew fuq pjattaforma fuq il-baħar;

16. 

“ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru bil-magna itqal mill-arja, li t-titjira tiegħu hija sostnuta prinċipalment minn reazzjonijiet ajrudinamiċi fuq superfiċji li jibqgħu fissi f’kundizzjonijiet partikolari ta’ titjir;

17. 

“sistema għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS)” tfisser sistema tal-inġenji tal-ajru bbażata fuq sinjali ta’ transponder tar-radar ta’ sorveljanza sekondarju (SSR) li topera indipendentament mit-tagħmir ibbażat fuq l-art biex tipprovdi pariri lill-bdot dwar inġenji tal-ajru li potenzjalment jista’ jkollu kunflitt magħhom u li jkunu mgħammra bi transponders SSR;

18. 

“inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe magna li tista’ tikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja għajr ir-reazzjonijiet tal-arja ma’ wiċċ id-dinja;

19. 

“indirizz ta’ inġenju tal-ajru” tfisser kombinazzjoni unika ta’ 24 bit disponibbli biex tiġi assenjata lil inġenju tal-ajru għal finijiet ta’ komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art, ta’ navigazzjoni u ta’ sorveljanza;

20. 

“osservazzjoni mill-inġenju tal-ajru” tfisser l-evalwazzjoni ta’ element meteoroloġiku wieħed jew iktar li ssir minn inġenju tal-ajru waqt titjira;

21. 

“informazzjoni AIRMET” tfisser l-informazzjoni maħruġa minn uffiċċju għall-għassa meteoroloġika rigward l-okkorrenza jew l-okkorrenza mistennija ta’ fenomeni speċifikati tat-temp waqt ir-rotta li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza ta’ operazzjonijiet ta’ inġenju tal-ajru ta’ livell baxx u li ma kinitx diġà inkluża fit-tbassir maħruġ għal titjiriet ta’ livell baxx fir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir ikkonċernat jew f’suberja tiegħu;

22. 

“komunikazzjoni mill-ajru għall-art” tfisser komunikazzjoni bidirezzjonali bejn inġenji tal-ajru u stazzjonijiet jew postijiet fuq wiċċ id-dinja;

23. 

“stazzjon tar-radju ta’ kontroll mill-ajru għall-art” tfisser stazzjon ajrunawtiku ta’ telekomunikazzjoni li jkollu r-responsabbiltà primarja li jittratta komunikazzjonijiet li jikkonċernaw it-tħaddim u l-kontroll tal-inġenji tal-ajru f’żona partikolari;

24. 

“rapport dwar l-ajru” tfisser rapport minn inġenju tal-ajru waqt titjira mħejji f’konformità mar-rekwiżiti għall-pożizzjoni, u r-rappurtar operazzjonali u/jew meteoroloġiku;

▼M2

25. 

“air-taxiing” tfisser moviment ta' ħelikopter/tlugħ u nżul vertikali (VTOL, vertical take-off and landing) 'il fuq mill-wiċċ ta' ajrudrom, normalment fl-effett tal-art u b'veloċità tal-art normalment inqas minn 37 km/h (20 kts);

▼B

26. 

“traffiku tal-ajru” tfisser l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed itiru jew joperaw fuq l-erja ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom;

▼M2

27. 

“servizz ta' konsulenza dwar it-traffiku tal-ajru” tfisser servizz ipprovdut fi ħdan spazju tal-ajru ta' konsulenza biex tiġi żgurata s-separazzjoni, safejn dan huwa prattiku, bejn l-inġenji tal-ajru li qegħdin joperaw fuq pjanijiet ta' titjiriet skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR);

28. 

“l-awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)” tfissser awtorizzazzjoni għal inġenju tal-ajru biex jipproċedi skont il-kundizzjonijiet speċifikati mill-unità ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru;

▼B

29. 

“istruzzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser direttiva maħruġa mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru bl-iskop li jitlob lil bdot jieħu azzjoni speċifika;

30. 

“servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser servizz ipprovdut bil-għan li:

(a) 

jiġu evitati kolliżjonijiet:

(1) 

bejn inġenji tal-ajru, u

(2) 

fuq l-erja ta’ mmanuvrar bejn inġenji tal-ajru u ostakoli; u

(b) 

jitħaffef u jinżamm fluss ordnat tat-traffiku tal-ajru;

31. 

“unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser terminu ġeneriku li jfisser, skont il-każ, ċentru ta’ kontroll tal-erja, unità ta’ kontroll tal-avviċinament jew torri ta’ kontroll tal-ajrudrom;

32. 

“servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser terminu ġeneriku li jfisser, skont il-każ, servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir, servizz ta’ twissija, servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru, servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (servizz ta’ kontroll tal-erja, servizz ta’ kontroll tal-avviċinament jew servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom);

▼M2

33. 

“l-ispazji tal-ajru tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser l-ispazji tal-ajru ta' dimensjonijiet definiti, deżinjati b'mod alfabetiku, li fihom jistgħu joperaw tipi speċifiċi ta' titjiriet u li għalihom huma speċifikati servizzi tat-traffiku tal-ajru u regoli tal-operat;

34. 

“uffiċċju tar-rappurtar (ARO) tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser unità stabbilita għar-riċeviment ta' rapporti li jikkonċernaw is-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-pjanijiet tat-titjiriet sottomessi qabel it-tluq;

▼M2

34a. 

“servizz ta' sorveljanza tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser servizz ipprovdut direttament permezz ta' sistema ta' sorveljanza tal-ATS;

▼M2

35. 

“unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser terminu ġeneriku li jfisser, b'mod varjat, unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, ċentru tal-informazzjoni dwar it-titjir, unità tas-servizz ta' informazzjoni dwar it-titjir tal-ajrudrom jew uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

▼B

36. 

“passaġġ bl-ajru” tfisser erja ta’ kontroll jew parti minnha stabbilita fil-forma ta’ kuritur;

37. 

“servizz ta’ twissija” tfisser servizz ipprovdut biex jiġu nnotifikati l-organizzazzjonijiet xierqa dwar inġenji tal-ajru li jeħtieġu għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u biex jiġu assistiti tali organizzazzjonijiet skont il-ħtieġa;

▼M2

38. 

“ajrudrom alternattiv” tfisser ajrudrom li inġenju tal-ajru jista' jipproċedi lejh meta jkun impossibbli jew mhux rakkomandabbli li jipproċedi lejn jew jinżel fl-ajrudrom tal-inżul maħsub, fejn is-servizzi u l-faċilitajiet meħtieġa huma disponibbli, fejn ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jintlaħqu u li huwa operazzjonali fil-ħin mistenni ta' użu. Ajrudromi alternattivi jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

tlugħ alternattiv : ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista' jinżel fih jekk dan ikun meħtieġ ftit wara t-tlugħ u ma jkunx possibbli jintuża l-ajrudrom tat-tluq;

(b)

ajrudrom alternattiv en route : ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista' jinżel fih jekk tkun meħtieġa devjazzjoni waqt li jkun fir-rotta;

(c)

alternattiv ta' destinazzjoni : ajrudrom alternattiv li inġenju tal-ajru jista' jinżel fih jekk ikun impossibbli jew mhux rakkomandabbli li jinżel fl-ajrudrom tal-inżul maħsub;

▼B

39. 

“altitudni” tfisser id-distanza vertikali ta’ livell, ta’ punt jew ta’ oġġett meqjusa bħala punt, imkejjel mil-livell medju tal-baħar (MSL);

40. 

“servizz ta’ kontroll tal-avviċinament” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għal titjiriet ikkontrollati li jaslu jew jitilqu;

41. 

“unità ta’ kontroll tal-avviċinament” tfisser unità stabbilita biex tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil titjiriet ikkontrollati li jaslu f’ajrudrom wieħed jew iktar jew li jitlqu minnhom;

42. 

“rampa” tfisser erja ddefinita, maħsuba biex takkomoda inġenji tal-ajru għall-iskop tat-tagħbija jew tal-ħatt ta’ passiġġieri, tal-posta jew tal-merkanzija, tar-riforniment bil-fjuwil, tal-parkeġġ jew tal-manutenzjoni;

43. 

“ċentru ta’ kontroll tal-erja (ACC)” tfisser unità stabbilita biex tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil titjiriet ikkontrollati f’erjas ta’ kontroll taħt il-ġurisdizzjoni tagħha;

44. 

“servizz ta’ kontroll tal-erja” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għal titjiriet ikkontrollati f’erjas ta’ kontroll;

45. 

“navigazzjoni tal-erja (RNAV)” tfisser metodu ta’ navigazzjoni li jippermetti t-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fi kwalunkwe passaġġ mixtieq tat-titjira fi ħdan il-kopertura mill-għajnuniet ta’ navigazzjoni bbażati fuq l-art jew fl-ispazju jew fil-limiti tal-kapaċità ta’ għajnuniet awtonomi, jew b’kombinazzjoni ta’ dawn.

46. 

“rotta ATS” tfisser rotta speċifikata ddisinjata sabiex il-fluss tat-traffiku jkun dirett kif meħtieġ għall-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

47. 

“sorveljanza dipendenti awtomatika fil-funzjoni tax-xandir (ADS-B)” tfisser mezz li permezz tiegħu inġenji tal-ajru, vetturi tal-ajrudrom u oġġetti oħrajn jistgħu awtomatikament jittrażmettu u/jew jirċievu dejta bħal dejta dwar identifikazzjoni, pożizzjoni u dejta addizzjonali, kif ikun xieraq, f’modalità ta’ xandir permezz ta’ kollegament tad-dejta;

48. 

“sorveljanza dipendenti awtomatika fil-funzjoni tal-kuntratt (ADS-C)” tfisser mezz li permezz tiegħu t-termini ta’ ftehim ta’ ADS-C se jiġu skambjati bejn is-sistema fuq l-art u l-inġenju tal-ajru b’kollegament tad-dejta, fejn jiġi speċifikat f’liema kundizzjonijiet għandu jingħata bidu għar-rapporti ta’ ADS-C u liema dejta għandha tkun inkluża fir-rapporti;

▼M2

48a. 

“sorveljanza dipendenti awtomatika — ftehim kuntrattwali (ADS-C)” tfisser pjan ta' rappurtar li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' rappurtar tad-dejta ADS-C (jiġifieri d-dejta meħtieġa mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-frekwenza tar-rapporti ADS-C li jridu jiġu miftiehma, qabel l-użu tal-ADS-C fil-forniment ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru);

▼B

49. 

“servizz ta’ informazzjoni b’terminal awtomatiku (ATIS)” tfisser il-provvista awtomatika ta’ informazzjoni attwali u ta’ rutina lill-inġenji tal-ajru li se jaslu u li se jitilqu matul perjodu ta’ 24 siegħa jew parti speċifikata tiegħu:

(a) 

“Servizz ta’ informazzjoni b’terminal awtomatiku b’kollegament tad-dejta (D-ATIS)” tfisser il-provvista ta’ ATIS permezz ta’ kollegament tad-dejta.

(b) 

“Servizz ta’ informazzjoni b’terminal awtomatiku bil-vuċi (Voice-ATIS)” tfisser il-provvista ta’ ATIS permezz ta’ xandiriet kontinwi u repetittivi bil-vuċi;

50. 

“limitu” tfisser l-għoli ‘l fuq mill-art jew mill-ilma tal-bażi tal-iktar saff ta’ sħab baxx taħt 6 000 m (20 000 pied) li jkopri iktar minn nofs is-sema;

51. 

“punt ta’ bidla” tfisser il-punt meta inġenju tal-ajru li qed jinnaviga fuq segment ta’ rotta tal-ATS iddefinita b’referenza għal meded tar-radju omnidirezzjonali ta’ frekwenza għolja ħafna huwa mistenni jittrasferixxi r-referenza navigazzjonali primarja tiegħu mill-faċilità wara l-inġenju tal-ajru għall-faċilità li jmiss li tinsab quddiem l-inġenju tal-ajru;

52. 

“limitu ta’ awtorizzazzjoni” tfisser il-punt sa fejn inġenju tal-ajru jingħata awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

53. 

“sħaba ta’ importanza operazzjonali” tfisser sħaba bl-għoli tal-bażi tas-sħab taħt l-1 500 m (5 000 pied) jew taħt l-ogħla altitudni minima tas-settur, liema minnhom ikun l-akbar, jew sħaba kumulunimbu (cumulonimbus) jew sħaba kumulu (cumulus) għolja fi kwalunkwe għoli.

54. 

“kodiċi (SSR)” tfisser in-numru assenjat lil sinjal ta’ risposta b’impulsi multipli partikolari trażmess minn transponder fil-Modalità A jew fil-Modalità Ċ;

55. 

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru bħala kompetenti sabiex tiżgura konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

56. 

“erja ta’ kontroll” tfisser spazju tal-ajru kontrollat li jestendi ‘l fuq minn limitu speċifiku ‘l fuq minn wiċċ id-dinja;

▼M4

57. 

“ajrudrom ikkontrollat” tfisser ajrudrom fejn is-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jiġi pprovdut lit-traffiku tal-ajrudrom;

▼B

58. 

“spazju tal-ajru kkontrollat” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti li fih is-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jiġi pprovdut skont il-klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru;

59. 

“titjira kkontrollata” tfisser kwalunkwe titjira li tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

60. 

“komunikazzjonijiet b’kollegament tad-dejta bejn il-kontrollur u l-bdot (CPDLC)” tfisser mezz ta’ komunikazzjoni bejn kontrollur u bdot, fejn jintuża kollegament tad-dejta għall-komunikazzjonijiet tal-ATC;

61. 

“żona ta’ kontroll” tfisser spazju tal-ajru kkontrollat li jestendi ‘l fuq minn wiċċ id-dinja sa limitu massimu speċifikat;

62. 

“tlugħ b’veloċità kostanti” tfisser teknika ta’ veloċità kostanti ta’ ajruplan li tirriżulta f’żieda netta fl-altitudni hekk kif tonqos il-massa tal-ajruplan;

63. 

“livell ta’ veloċità kostanti” tfisser livell miżmum waqt parti sinifikanti ta’ titjira;

64. 

“pjan kurrenti tat-titjira(CPL)” tfisser il-pjan tat-titjira, inklużi l-bidliet, jekk ikun hemm, li seħħew minħabba awtorizzazzjonijiet sussegwenti;

65. 

“erja ta’ periklu” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti fejn f’ħinijiet speċifikati jistgħu jeżistu attivitajiet li jkunu perikolużi għat-titjira ta’ inġenju tal-ajru;

66. 

“komunikazzjonijiet b’kollegament tad-dejta” tfisser forma ta’ komunikazzjoni maħsuba għall-iskambju tal-messaġġi permezz ta’ kollegament tad-dejta;

67. 

“datum” tfisser kwalunkwe kwantità jew sett ta’ kwantitajiet li jistgħu jservu bħala referenza jew bħala bażi għall-kalkolu ta’ kwantitajiet oħrajn;

68. 

“awtorizzazzjoni sussegwenti” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa lil inġenju tal-ajru minn unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru li mhijiex l-awtorità ta’ kontroll kurrenti ta’ dak l-inġenju tal-ajru;

69. 

“ħin stmat li għadda” fisser il-ħin stmat meħtieġ sabiex wieħed jipproċedi minn punt sinifikanti għal ieħor;

70. 

“ħin stmat tat-tluq” tfisser il-ħin stmat meta l-inġenju tal-ajru se jibda l-moviment assoċjat mat-tluq;

▼M2

71. 

“ħin stmat tal-wasla (ETA)” tfisser għal titjiriet IFR, il-ħin li fih huwa stmat li l-inġenju tal-ajru se jasal fuq dak il-punt deżinjat, iddefinit b'referenza għall-għajnuniet tan-navigazzjoni, li minnu huwa maħsub li tinbeda proċedura ta' approċċ bl-istrumenti, jew, jekk l-ebda għajnuna tan-navigazzjoni ma hija assoċjata mal-ajrudrom, il-ħin li fih l-inġenju tal-ajru se jasal fuq l-ajrudrom. Għal titjiriet skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR), il-ħin li fih huwa stmat li l-inġenju tal-ajru se jasal fuq l-ajrudrom;

▼B

72. 

“ħin mistenni tal-avviċinament” tfisser il-ħin meta ATC jistenna li inġenju tal-ajru li jkun se jasal, wara dewmien, se jħalli l-punt ta’ stennija sabiex jikkompleta l-avviċinament tiegħu għall-inżul. Il-ħin effettiv tat-tluq mill-punt ta’ stennija se jiddependi fuq l-awtorizzazzjoni għall-avviċinament;

73. 

“pjan tat-titjira rreġistrat (FPL)” tfisser il-pjan tat-titjira kif ġie rreġistrat ma’ unità tal-ATS mill-bdot jew minn rappreżentant deżinjat, bla ebda bidla sussegwenti;

74. 

“membru tal-ekwipaġġ tat-titjira” tfisser membru tal-ekwipaġġ liċenzjat inkarigat bi dmirijiet essenzjali għat-tħaddim ta’ inġenju tal-ajru waqt perjodu ta’ servizz ta’ titjir;

75. 

“ċentru ta’ informazzjoni dwar it-titjir” tfisser unità stabbilita sabiex tipprovdi servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir u servizz ta’ twissija;

76. 

“reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti fejn jiġu pprovduti servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir u servizz ta’ twissija;

77. 

“servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir” tfisser servizz ipprovdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli ħalli t-titjiriet jitwettqu b’mod sikur u effiċjenti;

78. 

“livell tat-titjira (FL)” tfisser superfiċje ta’ pressjoni atmosferika kostanti li huwa relatat ma’ datum speċifiku ta’ pressjoni, 1 013,2 hectopascals (hPa), u huwa sseparat minn superfiċji oħrajn bħal dawn b’intervalli speċifiċi ta’ pressjoni;

79. 

“pjan tat-titjira” tfisser informazzjoni speċifikata pprovduta lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru dwar titjira jew dwar parti minn titjira ppjanata ta’ inġenju tal-ajru;

80. 

“viżibilità tat-titjira” tfisser il-viżibilità osservata ‘l quddiem mill-kabina tal-bdot ta’ inġenju tal-ajru waqt li qed itir;

81. 

“tbassir” tfisser stqarrija tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għal ħin jew perjodu speċifikat, u għal erja jew parti speċifikata tal-ispazju tal-ajru;

82. 

“viżibilità fuq l-art” tfisser il-viżibilità f’ajrudrom, kif tkun irrapportata minn osservatur akkreditat jew minn sistemi awtomatiċi;

83. 

“orjentazzjoni” tfisser id-direzzjoni fejn ikun ippuntat l-assi lonġitudinali ta’ inġenju tal-ajru, ġeneralment espressa fi gradi mit-Tramuntana (ġeografika, manjetika, tal-kumpass jew tal-grilja);

84. 

“għoli” tfisser id-distanza vertikali ta’ livell, ta’ punt jew ta’ oġġett meqjus bħala punt, imkejjel minn datum speċifikat;

85. 

“ħelikopter” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-arja u li primarjament iżomm fl-ajru waqt li qed itir permezz tar-reazzjonijiet tal-arja fuq skrun b”mutur wieħed jew iktar fuq assi sostanzjalment vertikali;

86. 

“spazju tal-ajru fuq ibħra miftuħa” tfisser spazju tal-ajru lil hinn mit-territorju fuq l-art u mill-ibħra territorjali, kif ġie speċifikat fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (il-Bajja ta’ Montego, 1982);

87. 

“IFR” tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu indikati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti;

88. 

“titjira IFR” tfisser titjira mwettqa skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti;

89. 

“IMC” tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument;

▼M2

89a. 

“operazzjoni ta' avviċinament strumentali” tfisser avviċinament u nżul bl-użu ta' strumenti għal gwida fin-navigazzjoni bbażata fuq proċedura ta' avviċinament strumentali. Hemm żewġ metodi għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' avviċinament strumentali:

(a) 

operazzjoni ta' avviċinament strumentali bidimensjonali (2D), bl-użu ta' gwida għan-navigazzjoni laterali biss; u

(b) 

operazzjoni ta' avviċinament strumentali tridimensjonali (3D), bl-użu ta' gwida għan-navigazzjoni kemm laterali kif ukoll vertikali;

▼B

90. 

“proċedura ta’ avviċinament strumentali (IAP)” tfisser sensiela ta’ manuvri ddeterminati minn qabel b’referenza għal strumenti tat-titjir bi protezzjoni speċifikata minn ostakoli mill-punt tal-avviċinament inizjali jew fejn ikun applikabbli, mill-bidu ta’ rotta tal-wasla ddefinita sa punt minn fejn jista’ jiġi kkompletat l-inżul u wara, jekk l-inżul ma jiġix ikkompletat, sa pożizzjoni li fiha japplikaw kriterji ta’ twarrib ta’ ostakoli f’punt ta’ stennija jew waqt ir-rotta. Il-proċeduri ta’ avviċinament strumentali jiġu kklassifikati kif ġej:

▼M2

(a) 

proċedura ta' avviċinament mhux ta' preċiżjoni (NPA). Proċedura ta' avviċinament strumentali għal operazzjonijiet ta' avviċinament strumentali 2D tat-Tip A;

(b) 

proċedura ta' avviċinament bi gwida vertikali (APV). Proċedura ta' avviċinament strumentali ta' navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) għal operazzjonijiet ta' avviċinament strumentali 3D tat-Tip A;

(c) 

proċedura ta' avviċinament ta' preċiżjoni (PA). Proċedura ta' avviċinament strumentali ibbażata fuq sistemi tan-navigazzjoni (ILS, MLS, GLS u SBAS Cat I) iddiżinjati għal operazzjonijiet ta' avviċinament strumentali 3D tat-Tip A jew B;

▼B

91. 

“kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument (IMC)” tfisser kundizzjonijiet meteoroloġiċi espressi f’termini ta’ viżibilità, ta’ distanza mis-sħab, u ta’ limitu, inqas mill-valuri minimi speċifikati għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali;

92. 

“erja tal-inżul” tfisser dik il-parti ta’ erja ta’ moviment maħsuba għall-inżul jew għat-tlugħ tal-inġenji tal-ajru;

93. 

“livell” tfisser terminu ġeneriku relatat mal-pożizzjoni vertikali ta’ inġenju tal-ajru li qed itir u tista’ tfisser l-għoli, l-altitudni jew il-livell tat-titjira;

94. 

“erja ta’ mmanuvrar” tfisser dik il-parti minn ajrudrom li għandha tintuża għat-tlugħ, għall-inżul u għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru, esklużi r-rampi;

▼M2

94a. 

“fjuwil minimu” tfisser terminu użat biex jiddeskrivi sitwazzjoni li fih il-provvista tal-fjuwil tal-inġenju tal-ajru jkun laħaq stat fejn it-titjira jkollha tinżel f'ajrudrom speċifiku u l-ebda dewmien ieħor ma jista' jiġi aċċettat;

▼B

95. 

“modalità (SSR)” tfisser l-identifikatur konvenzjonali relatat ma’ funzjonijiet speċifiċi tas-sinjali ta’ interrogazzjoni trażmessi minn interrogatur SSR. Hemm erba’ modalitajiet speċifikati fl-Anness 10 tal-ICAO: A, C, S u intermodalità;

▼M2

95a. 

“mudell ta' inġenju tal-ajru” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, minbarra inġenju tal-ajru tal-logħob, li għandu massa operattiva li ma taqbiżx il-limiti preskritti mill-awtorità kompetenti, li huwa kapaċi jsostni t-titjira fl-atmosfera u li jintuża esklussivament għal attivitajiet ta' wiri jew dawk rikreattivi;

95b. 

“żona muntanjuża” tfisser żona ta' profil ta' terren li jinbidel fejn il-bidliet fl-elevazzjoni tat-terren jaqbżu 900 m (3 000 pied) f'distanza ta' 18,5 km (10,0 NM);

▼B

96. 

“erja ta’ moviment” tfisser dik il-parti minn ajrudrom li għandha tintuża għat-tlugħ, għall-inżul u għas-sewqan ta’ inġenju tal-ajru, li tikonsisti fiż-żona ta’ mmanuvrar u fir-rampa/i);

97. 

“lejl” tfisser is-sigħat bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu. L-għabex ċivili jintemm filgħaxija meta ċ-ċentru ta’ wiċċ ix-xemx ikun 6 gradi taħt l-orizzont u jibda filgħodu meta ċ-ċentru ta’ wiċċ ix-xemx ikun 6 gradi taħt l-orizzont;

98. 

“ostakolu” tfisser l-oġġetti kollha mwaħħla (kemm jekk b’mod temporanju kif ukoll b’mod permanenti) u dawk mobbli, jew partijiet minnhom, li jkunu:

(a) 

qegħdin f’erja maħsuba għall-moviment fuq is-superfiċje ta’ inġenju tal-ajru; jew

(b) 

jestendu ‘l fuq minn wiċċ iddefinit maħsub sabiex jipproteġi l-inġenji tal-ajru li jkunu qed itiru; jew

(c) 

jinsabu barra minn dawk is-superfiċji definiti u li ġew ivvalutati bħala li huma ta’ periklu għan-navigazzjoni bl-ajru;

99. 

“sit tal-operat” tfisser sit magħżul mill-operatur jew mill-bdot fil-kmand għal operazzjonijiet ta’ nżul, ta’ tlugħ u/jew ta’ rfigħ;

100. 

“bdot fil-kmand” tfisser il-bdot deżinjat mill-operatur, jew fil-każ ta’ avjazzjoni ġenerali, mis-sid, bħala li jkollu l-kmand f’idejh u jkun inkarigat mit-twettiq sikur ta’ titjira;

101. 

“altitudni tal-pressjoni” tfisser pressjoni atmosferika espressa f’termini ta’ altitudni li tikkorrispondi għal dik il-pressjoni fl-Atmosfera Standard, kif ġiet iddefinita fl-Anness 8, il-Parti 1 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;

102. 

“użu problematiku ta’ sustanzi” tfisser l-użu ta’ sustanza psikoattiva waħda jew iktar minn persunal tal-avjazzjoni b’mod li:

(a) 

jikkostitwixxi periklu dirett għall-utent jew jipperikola l-ħajjiet, is-saħħa jew il-benesseri ta’ oħrajn; u/jew

(b) 

jikkawża jew jaggrava problema jew disturb okkupazzjonali, soċjali, mentali jew fiżiku;

103. 

“erja pprojbita” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti, ‘il fuq miż-żoni fuq l-art jew mill-ilmijiet territorjali ta’ Stat, li fih huwa pprojbit it-titjir tal-inġenji tal-ajru;

▼M1

104. 

“sustanza psikoattiva” tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, filwaqt li l-kaffeina u t-tabakk huma esklużi;

▼B

105. 

“radar” tfisser apparat ta’ individwazzjoni bir-radju li jipprovdi informazzjoni dwar il-medda, l-ażimut u/jew l-elevazzjoni tal-oġġetti;

106. 

“żona obbligatorja għar-radju (RMZ)” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti fejn il-ġarr u t-tħaddim ta’ tagħmir tar-radju huma obbligatorji;

107. 

“servizz ta’ navigazzjoni bir-radju” tfisser servizz li jipprovdi informazzjoni ta’ gwida jew dejta dwar il-pożizzjoni għat-tħaddim effiċjenti u sikur ta’ inġenju tal-ajru b’appoġġ minn għajnuna ta’ navigazzjoni bir-radju waħda jew iktar;

108. 

“radjutelefonija” tfisser forma ta’ radjukomunikazzjoni primarjament maħsuba għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-forma ta’ diskors;

109. 

“pjan tat-titjira repetittiv” tfisser pjan tat-titjira relatat ma’ sensiela ta’ titjiriet individwali ta’ spiss rikorrenti u li jiġu operati b’mod regolari b’karatteristiċi bażiċi identiċi, ippreżentat minn operatur sabiex jinżammu u jintużaw b’mod repetittiv mill-unitajiet tal-ATS;

110. 

“punt tar-rappurtar” tfisser lokalità ġeografika speċifikata li l-pożizzjoni ta’ inġenju tal-ajru tista’ tiġi rrappurtata b’relazzjoni għaliha;

111. 

“erja ristretta” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet definiti, ‘il fuq minn erjas l-art jew mill-ilmijiet territorjali ta’ Stat, li fih it-titjira ta’ inġenju tal-ajru tkun ristretta skont ċerti kundizzjonijiet speċifikati;

112. 

“segment tar-rotta” tfisser rotta jew parti minn rotta fejn ġeneralment it-titjir isir minn waqfa intermedja;

113. 

“runway” tfisser erja rettangolarid definita f’ajrudrom fuq l-art ippreparata għall-inżul u għat-tlugħ tal-inġenji tal-ajru;

▼M2

114. 

“pożizzjoni ta' stennija fuq ir-runway” tfisser pożizzjoni deżinjata maħsuba biex tipproteġi runway, superfiċje b'limitazzjoni fuq ostakli, jew żona kritika/sensittiva ta' sistema għall-illandjar bl-istrumenti (ILS)/sistema ta' nżul b'microwaves (MLS) li fiha inġenji tal-ajru u vetturi taxiing iridu jieqfu u jistennew, sakemm ma jingħatawx awtorizzazzjoni differenti mit-torri ta' kontroll tal-ajrudrom;

▼B

115. 

“medda viżwali tar-runway (RVR)” tfisser il-medda li minn fuqha l-bdot ta’ inġenju tal-ajru li jinsab fuq il-linja taċ-ċentru ta’ runway jista’ jara l-immarkar fuq il-wiċċ tar-runway jew id-dwal li jiddelinjaw ir-runway jew li jidentifikaw il-linja taċ-ċentru tagħha;

▼M2

116. 

“persunal sensittiv għal raġunijiet tas-sikurezza” tfisser persuni li jistgħu jipperikolaw is-sikurezza tal-avjazzjoni jekk iwettqu d-doveri u l-funzjonijiet tagħhom b'mod mhux xieraq, inklużi membri tal-ekwipaġġ, persunal tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, persunal tal-operazzjonijiet tal-ajrudrom, persunal tas-salvataġġ, tat-tifi tan-nar u tal-manutenzjoni, persunal li għandu aċċess mhux akkumpanjat fiż-żona ta' moviment u l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;

▼B

117. 

“glider” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-arja li jżomm fl-ajru waqt li qed itir permezz tar-reazzjoni dinamika tal-arja kontra l-uċuh fissi tar-refgħa tiegħu, li t-titjir ħieles tiegħu ma jiddependix minn magna, u li jinkludi anki l-hang gliders, il-paragliders u inġenji paragunabbli oħrajn;

118. 

“radar ta’ sorveljanza sekondarju (SSR)” tfisser sistema ta’ radar ta’ sorveljanza li juża trażmettituri/riċevituri (interrogaturi) u transponders;

119. 

“informazzjoni SIGMET” tfisser l-informazzjoni maħruġa minn uffiċċju għall-għassa meteoroloġika rigward l-okkorrenza jew l-okkorrenza mistennija ta’ fenomeni speċifikati tat-temp waqt ir-rotta li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza ta’ operazzjonijiet ta’ inġenju tal-ajru;

120. 

“erja tas-sinjali” tfisser żona f’ajrudrom li tintuża għall-wiri tas-sinjali ta’ mal-art;

121. 

“punt sinifikanti” tfisser lokalità ġeografika speċifikata li tintuża biex tkun iddefinita rotta tal-ATS jew il-passaġġ tat-titjira ta’ inġenju tal-ajru u għal finijiet ta’ navigazzjoni u ta’ ATS oħrajn;

122. 

“titjira VFR speċjali” tfisser titjira VFR awtorizzata mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru sabiex topera fi ħdan żona ta’ kontroll f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi taħt VMC;

123. 

“inġenju tal-ajru barra r-rotta” tfisser inġenju tal-ajru li wettaq devjazzjoni sinifikanti mit-trajettorja ppjanata tiegħu jew li jirrappurta li ntilef;

124. 

“radar ta’ sorveljanza” tfisser tagħmir tar-radar li jintuża sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni ta’ inġenju tal-ajru f’termini ta’ medda u ta’ ażimut;

125. 

“sewqan” tfisser il-moviment ta’ inġenju tal-ajru fuq is-superfiċje ta’ ajrudrom jew ta’ sit tal-operat bil-qawwa tiegħu stess, esklużi t-tlugħ u l-inżul;

126. 

“taxiway” tfisser passaġġ iddefinit fuq ajrudrom fuq l-art stabbilit għas-sewqan tal-inġenji tal-ajru u maħsub sabiex jipprovdi kollegament bejn parti tal-ajrudrom u parti oħra, li jinkludi:

(a) 

Taxilane għall-istands tal-inġenji tal-ajru tfisser parti minn rampa indikata bħala taxiway u maħsuba sabiex tipprovdi aċċess għall-istands tal-inġenji tal-ajru biss.

(b) 

Taxiway tar-rampa tfisser parti minn sistema ta’ taxiways li tkun qiegħda fuq rampa u li tkun maħsuba sabiex tipprovdi rotta kontinwa għas-sewqan min-naħa għall-oħra tar-rampa.

(c) 

Taxiway għal ħruġ rapidu tfisser taxiway konnessa ma’ runway b’angolu akut u ddisinjata sabiex tħalli li l-ajruplani li jkunu neżlin iduru b’veloċitajiet ikbar minn dawk li jintlaħqu f’taxiways għall-ħruġ oħrajn ħalli b’hekk jiġu minimizzati l-ħinijiet ta’ okkupanza tar-runways;

127. 

“territorju” tfisser erjas fuq l-art u l-ilmijiet territorjali qribhom taħt is-sovranità, is-sovranità fewdali, il-protezzjoni jew il-mandat ta’ Stat;

128. 

“limitu” tfisser il-bidu ta’ dik il-parti tar-runway li tista’ tintuża għal inżul;

129. 

“il-ħin totali stmat li għadda” tfisser

(a) 

għat-titjiriet IFR, il-ħin stmat meħtieġ mit-tlugħ sabiex inġenju tal-ajru jasal fuq dak il-punt indikat, iddefinit b’referenza għal għajnuniet ta’ navigazzjoni, minn fejn hemm il-ħsieb li tinbeda proċedura ta’ avviċinament strumentali, jew jekk mal-ajrudrom ta’ destinazzjoni ma tkun assoċjata l-ebda għajnuna ta’ navigazzjoni, il-ħin biex l-inġenju tal-ajru jasal fuq l-ajrudrom ta’ destinazzjoni.

(b) 

għat-titjiriet VFR, il-ħin stmat meħtieġ mit-tlugħ sabiex l-inġenju tal-ajru jasal fuq l-ajrudrom ta’ destinazzjoni;

▼M2

129a. 

“inġenju tal-ajru tal-logħob” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ iddiżinjat jew maħsub biex jintuża, esklussivament jew le, fil-logħob mit-tfal taħt l-età ta' 14-il sena;

▼B

130. 

“trajettorja” tfisser il-projezzjoni fuq wiċċ id-dinja tal-passaġġ ta’ inġenju tal-ajru, fejn id-direzzjoni ta’ dan il-passaġġ fi kwalunkwe punt ġeneralment tiġi espressa fi gradi mit-Tramuntana (ġeografika, manjetika jew tal-grilja);

131. 

“konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku” tfisser parir mogħti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jispeċifika manuvri li jgħinu lill-bdot jevita kolliżjoni;

132. 

“informazzjoni dwar it-traffiku” tfisser informazzjoni maħruġa minn unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru biex twissi lil bdot dwar traffiku tal-ajru ieħor magħruf jew osservat li jista’ jkun qrib il-pożizzjoni jew ir-rotta ppjanata tat-titjira u biex tgħin lill-bdot jevita kolliżjoni;

133. 

“punt tat-trasferiment tal-kontroll” tfisser punt iddefinit li jinsab tul il-passaġġ tat-titjira ta’ inġenju tal-ajru, fejn ir-responsabbiltà li jiġi pprovdut servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lill-inġenju tal-ajru tiġi ttrasferita minn unità ta’ kontroll jew minn pożizzjoni ta’ kontroll għall-oħra;

134. 

“altitudni ta’ tranżizzjoni” tfisser l-altitudni li fiha jew li taħtha l-pożizzjoni vertikali ta’ inġenju tal-ajru tiġi kkontrollata b’referenza għall-altitudnijiet;

135. 

“livell ta’ tranżizzjoni” tfisser l-iktar livell baxx tat-titjira li huwa disponibbli sabiex jintuża ‘l fuq mill-altitudni ta’ tranżizzjoni;

136. 

“żona obbligatorja għat-transponder (TMZ)” tfisser spazju tal-ajru b’dimensjonijiet iddefiniti fejn il-ġarr u t-tħaddim ta’ transponders li jirrappurtaw l-altitudni tal-pressjoni huma obbligatorji;

137. 

“inġenju tal-ajru mhux identifikat” tfisser inġenju tal-ajru li ġie osservat jew irrappurtat li qed jopera f’żona partikolari, iżda li l-identità tiegħu ma ġietx stabbilita;

138. 

“ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr magna, mingħajr ekwipaġġ u eħfef mill-arja li jtir b’mod ħieles;

139. 

“VFR” tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu indikati r-regoli tat-titjir viżwali;

140. 

“titjira VFR” tfisser titjira mwettqa skont ir-regoli tat-titjir viżwali;

141. 

“viżibilità” tfisser viżibilità għal finijiet ajrunawtiċi li hija l-ikbar minn:

(a) 

l-ikbar distanza fejn oġġett iswed b’dimensjonijiet xierqa, li jkun qiegħed qrib l-art, jista’ jintlemaħ u jiġi rikonoxxut meta jiġi osservat bi sfond ċar;

(b) 

l-ikbar distanza fejn dwal qrib l-1 000 candelas jistgħu jintlemħu u jiġu identifikati bi sfond mhux mixgħul;

142. 

“kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali” tfisser kundizzjonijiet meteoroloġiċi espressi f’termini ta’ viżabilità, ta’ distanza mis-sħab u ta’ limitu, daqs jew aħjar minn valuri minimi speċifikati;

143. 

“VMC” tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu indikati l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali;

▼M4

144. 

“żona kritika” tfisser żona b’dimensjonijiet definiti li jestendu madwar it-tagħmir fuq l-art ta’ avviċinament bl-istrumenti bi preċiżjoni li fi ħdanha l-preżenza ta’ vetturi jew ta’ inġenji tal-ajru tikkawża disturb inaċċettabbli tas-sinjali ta’ gwida;

145. 

“żona sensittiva” tfisser żona li testendi lil hinn miż-żona kritika fejn il-parkeġġ jew il-moviment, jew it-tnejn li huma, tal-inġenji tal-ajru jew ta’ vetturi jaffettwa s-sinjal ta’ gwida sa punt li jista’ jitqies bħala disturb inaċċettabbli għal inġenji tal-ajru li jkunu qed jużaw is-sinjal.

▼B

Artikolu 3

Konformità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mar-regoli u mad-dispożizzjonijiet komuni stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà inklużi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u għas-salvagwardji inklużi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Artikolu 4

Eżenzjonijiet għal operazzjonijiet speċjali

▼M2

1.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jew fuq l-inizjattiva tagħhom proprja jew abbażi tal-applikazzjonijiet mill-entitajiet ikkonċernati, jagħtu eżenzjonijiet lil entitajiet individwali jew lil kategoriji ta' entitajiet minn kwalunkwe wieħed mir-rekwżiti ta' dan ir-Regolament għall-attivitajiet li ġejjin ta' interess pubbliku u għat-taħriġ meħtieġ biex iwettqu dawk l-attivitajiet b'mod sikur:

▼B

(a) 

missjonijiet tal-pulizija u missjonijiet doganali;

(b) 

missjonijiet ta’ sorveljanza tat-traffiku u ta’ insegwiment fit-traffiku;

(c) 

missjonijiet ta’ kontroll tal-ambjent imwettqa minn, jew f’isem, awtoritajiet pubbliċi;

(d) 

tiftix u salvataġġ;

(e) 

titjiriet mediċi;

(f) 

evakwazzjonijiet;

(g) 

tifi tan-nar;

(h) 

eżenzjonijiet meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ titjiriet minn kapijiet ta’ Stat, Ministri u funzjonarji Statali paragunabbli.

2.  
L-awtorità kompetenti li tawtorizza dawn l-eżenzjonijiet għandha tinforma lill-EASA bin-natura tal-eżenzjonijiet mhux iktar tard minn xahrejn wara li l-eżenzjoni tkun ġiet approvata.
3.  
Dan l-artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 u jista’ jiġi applikat fil-każijiet fejn l-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 1 ma jkunux jistgħu jitwettqu bħala traffiku tal-ajru operattiv jew fejn inkella jistgħu ma jibbenefikawx mid-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà inklużi f’dan ir-Regolament.

▼M2

Dan l-Artikolu huwa wkoll mingħajr preġudizzju għall-valuri minimi operattivi tal-ħelikopters li hemm fl-approvazzjonijiet speċifiċi mogħtija mill-awtorità kompetenti, skont l-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 ( 1 ).

▼M4

Artikolu 4a

Frekwenza ta’ emerġenza bi Frekwenza għolja ħafna (VHF)

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-frekwenza ta’ emerġenza b’VHF (121,500 MHz) tintuża biss għall-iskopijiet ta’ emerġenza speċifikati fil-punt SERA.14095(d) tal-Anness.
2.  
F’eċċezzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tal-frekwenza ta’ emerġenza b’VHF imsemmija fil-paragrafu 1 għal skopijiet oħra għajr dawk speċifikati fil-punt SERA.14095(d) tal-Anness, jekk dawk ikunu limitati għal dak li jkun neċessarju sabiex jiksbu l-għan tagħhom u sabiex inaqqsu l-impatt fuq l-inġenji tal-ajru f’diffikultà jew f’emerġenza u fuq l-operazzjonijiet tal-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

▼B

Artikolu 5

Differenzi

1.  

Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mhux iktar tard mid-data tal-applikabbiltà tiegħu, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

Jinnotifikaw formalment lill-ICAO li d-differenzi kollha li kienu ġew innotifikati qabel fir-rigward tal-Istandards u mal-prattiki rakkomandati tal-ICAO li huma koperti minn dan ir-Regolament qed jiġu rtirati, ħlief għal dawk relatati mas-sigurtà essenzjali u mal-interessi tal-politika ta’ difiża tal-Istati Membri skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004;

(b) 

jinnotifikaw lill-ICAO id-differenzi miftiehma komunement inklużi fis-suppliment għall-Anness għal dan ir-Regolament.

2.  
Skont l-Anness 15 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kull Stat Membru għandu jippubblika, permezz tal-Pubblikazzjoni ta Informazzjoni Ajrunawtika tiegħu, id-differenzi miftiehma komunement innotifikati lill-ICAO skont il-punt b tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni oħra meħtieġa minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ difiża u ta’ sigurtà tal-ajru lokali skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Monitoraġġ tal-Emendi

1.  

Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, bl-appoġġ tal-Eurocontrol u tal-EASA, proċess permanenti:

(a) 

sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe emenda adottata taħt il-qafas tal-Konvenzjoni ta’ Chicago li tkun ta’ rilevanza fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi mmonitorjata u analizzata; u

(b) 

fejn ikun meħtieġ, jiġu żviluppati proposti għal emendi fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.  
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament relatati mal-irtirar u man-notifika tad-differenzi u mal-pubblikazzjoni fil-Pubblikazzjoni ta’ Informazzjoni Ajrunawtika u tal-Artikolu 7 dwar l-emendi fl-Anness għandhom japplikaw kif ikun xieraq.

Artikolu 7

Emendi fl-Anness

1.  
L-Anness għandu jiġi emendat skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
2.  
L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu, imma ma għandhomx ikunu limitati għall-emendi meħtieġa sabiex tkun żgurata l-konsistenza tad-dispożizzjonijiet legali waqt l-estensjoni futura ta’ dan ir-Regolament sabiex jinkludi d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ annessi u ta’ dokumenti oħrajn tal-ICAO għajr l-Anness 2 jew bidliet li jirriżultaw mill-aġġornamenti ta’ dawk l-annessi u ta’ dawk id-dokumenti tal-ICAO nfushom jew minn bidliet fi kwalunkwe Regolament rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 8

Miżuri tranżitorji u addizzjonali

1.  
L-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikunu adottaw dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkomplementaw Standard tal-ICAO għandhom jiżguraw li dawk ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.
2.  
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, tali dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkomplementaw Standard tal-ICAO ma għandhomx jikkostitwixxu differenza taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw tali dispożizzjonijiet addizzjonali kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tħalliet għad-deċiżjoni ta’ Awtorità Kompetenti taħt dan ir-Regolament permezz tal-Pubblikazzjonijiet ta’ Informazzjoni Ajrunawtika tagħhom. Huma għandhom ukoll jinformaw lill-Kummissjoni u lill-EASA mhux iktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew meta tkun ġiet adottata d-dispożizzjoni addizzjonali.

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ sikurezza

Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri, sabiex iżommu jew itejbu l-livelli ta’ sikurezza eżistenti, għandhom jiżguraw li, fil-kuntest ta’ proċess ta’ ġestjoni tas-sikurezza li jindirizza l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, titwettaq valutazzjoni tas-sikurezza fuq il-pjan ta’ implimentazzjoni, li tinkludi identifikazzjoni tal-perikli kif ukoll valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskji, qabel il-bidliet effettivi fil-proċeduri li kienu jiġu applikati qabel. Tali mitigazzjoni tista’ tinkludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3.

Artikolu 10

Emendi fir-Regolamenti (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 1265/2007, (UE) Nru 255/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011

1.  

Ir-Regolament (KE) Nru 730/2006 huwa emendat kif ġej:

(a) 

L-Artikolu 2(3) u (4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3. 

‘IFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti;

4. 

‘VFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir viżwali.”

2.  

Ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 huwa emendat kif ġej:

(a) 

L-Artikolu 2(2), punt 8, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8. 

‘IFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti.”

(b) 

L-Artikolu 3.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness għandhom japplikaw għall-preżentazzjoni, għall-aċċettazzjoni u għad-distribuzzjoni tal-pjanijiet tat-titjiriet għal kull titjira soġġetta għal dan ir-Regolament u għall-bidliet kollha f’punt prinċipali fi pjan tat-titjira fil-fażi ta’ qabel it-titjira skont dan ir-Regolament.”
(c) 

L-intestatura u l-ewwel inċiż tal-Anness għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)

1. Taqsima 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 ( 2 )

3.  

Ir-Regolament (KE) Nru 1794/2006 huwa emendat kif ġej:

(a) 

L-Artikolu 2(c) u (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c) 

‘IFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti;

(d) 

‘VFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir viżwali.”

4.  

Ir-Regolament (KE) Nru 1265/2007 huwa emendat kif ġej:

(a) 

L-Artikolu 2(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5. 

‘titjiriet imħaddmin skont regoli tat-titjir viżwali’ (titjiriet VFR) tfisser kwalunwke titjira mwettqa skont ir-regoli tat-titjir viżwali.”

5.  

Ir-Regolament (UE) Nru 255/2010 huwa emendat kif ġej:

(a) 

L-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3. 

‘IFR’ tfisser is-simbolu użat sabiex jiġu deżinjati r-regoli tat-titjir bl-istrumenti”

6.  

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 huwa emendat kif ġej:

(a) 

ir-referenza fl-Anness II, il-punt 4(a) għal “L-Anness 2 dwar ir-regoli tal-ajru fl-10 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2005” għandha tiġi sostitwita b’referenza għal “Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012”.

(b) 

ir-referenza fl-Anness II, il-punt 4(ċ)għal “L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 47-B;” għandha tiġi emendati billi fi tmiem dik is-sentenza jiġu miżjuda “u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 kif ikun applikabbli”.

(c) 

ir-referenza fl-Anness III, punt 2(b) għal “L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 47-B;” għandha tiġi emendati billi fi tmiem dik is-sentenza jiġi miżjud “u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 kif ikun applikabbli”

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

1.  
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-4 ta’ Diċembru 2012.

2.  
Bħala deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qabel l-4 ta’ Diċembru 2014.

Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik il-possibbiltà, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-EASA skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, ir-raġunijiet għal dik id-deroga, kemm se ddum, kif ukoll iż-żmien previst u relatat tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

IR-REGOLI TAL-AJRU

TAQSIMA 1

Titjir fuq l-Ibħra Miftuħa

SERA.1001    Ġenerali

(a) Għal titjir fuq l-ibħra miftuħa, għandhom japplikaw mingħajr eċċezzjoni r-regoli speċifikati fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Għal finijiet ta’ kontinwità u ta’ tħaddim kontinwu tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari fi ħdan il-Blokki tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali, id-dispożizzjonijiet tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jistgħu jiġu applikati fl-ispazju tal-ajru fuq l-ibħra miftuħa b’mod li jkun konsistenti ma’ kif dawk id-dispożizzjonijiet jiġu applikati fuq it-territorju tal-Istati Membri. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru Statali taħt l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dan ukoll għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru fi ħdan ir-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir fejn ikunu responsabbli għall-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru skont il-ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni bl-ajru tal-ICAO jitwettqu b’mod sikur, rapidu u effiċjenti.

(b) Għal dawk il-partijiet tal-ibħra miftuħa fejn Stat Membru jkun aċċetta, skont ftehim reġjonali tan-navigazzjoni bl-ajru tal-ICAO, ir-responsabbiltà sabiex jipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru, l-Istat Membru għandu jaħtar il-fornitur tal-ATS sabiex jipprovdi dawk is-servizzi.

TAQSIMA 2

Applikabbiltà u Konformità

▼M2

SERA.2001    Suġġett

Mingħajr preġudizzju għal SERA.1001 hawn fuq, dan l-anness jindirizza, skont l-Artikolu 1, b'mod partikolari l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-inġenji tal-ajru:

(a) 

li joperaw lejn, fi ħdan jew barra mill-Unjoni;

(b) 

u li għandhom in-nazzjonalità u l-marki ta' reġistrazzjoni ta' Stat Membru tal-Unjoni, u li joperaw fi kwalunkwe spazju tal-ajru safejn ma jkunux f'kunflitt mar-regoli ppubblikati mill-Istat li għandu ġurisdizzjoni fuq it-territorju li jtiru minn fuqu.

Dan l-anness jindirizza l-azzjonijiet tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, il-Fornituri ta' Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru (ANSP), l-operaturi tal-ajrudromi u l-persunal tal-art rilevanti impenjat f'operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

▼B

SERA.2005    Konformità mar-Regoli tal-Ajru

It-tħaddim ta’ inġenju tal-ajru li jkun jew qiegħed itir, jew ikun fuq l-erja ta’ moviment ta’ ajrudrom jew f’sit tal-operat għandu jkun f’konformità mar-regoli ġenerali, mad-dispożizzjonijiet lokali applikabbli u, barra minn hekk, meta l-inġenju tal-ajru jkun qed itir, jew ma’:

(a) 

ir-regoli tat-titjir viżwali; jew

(b) 

ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti.

SERA.2010    Responsabbiltajiet

(a)   Ir-responsabbiltà tal-Bdot fil-kmand

Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun, kemm jekk jimmanipula l-kontrolli kif ukoll jekk le, responsabbli mit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru skont dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni li l-bdot fil-kmand jista’ jiddevja minn dawn ir-regoli f’ċirkostanzi li jagħmlu tali devjazzjoni assolutament meħtieġa fl-interessi tas-sikurezza.

(b)   Azzjoni ta’ Qabel it-Titjira

Qabel ma jibda titjira, il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jsir familjari mal-informazzjoni kollha disponibbli li tkun adattata għall-operazzjoni ppjanata. L-azzjoni ta’ qabel it-titjira għal titjiriet lil hinn mill-viċinanzi ta’ ajrudrom, u għat-titjiriet IFR kollha, għandha tinkludi studju bir-reqqa tar-rapporti u t-tbassir tat-temp attwali disponibbli, fejn jitqiesu r-rekwiżiti mil-lat tal-fjuwil u strateġija alternattiva ta’ azzjoni jekk it-titjira ma tkunx tista’ tiġi kkompletata kif kien ippjanat.

SERA.2015    L-Awtorità tal-Bdot fil-kmand ta’ Inġenju tal-Ajru

Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jkollu l-awtorità finali dwar l-operat tal-inġenju tal-ajru waqt li l-kmand ikun f’idejh.

SERA.2020    Użu Problematiku ta’ Sustanzi Psikoattivi

L-ebda persuna li l-funzjoni tagħha tkun kritika għas-sikurezza tal-avjazzjoni (persunal sensittiv mil-lat tas-sikurezza) ma għandha twettaq dik il-funzjoni waqt li tkun taħt l-influwenza ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva, li minħabba fiha li l-prestazzjoni umana tkun imxekkla. L-ebda persuna bħal din ma għandha tinvolvi ruħha fi kwalunkwe xorta ta’ użu problematiku ta’ sustanzi.

TAQSIMA 3

Regoli Ġenerali u evitar ta’ kolliżjonijiet

KAPITOLU 1

Protezzjoni ta’ Persuni u ta’ Proprjetà

SERA.3101    Tħaddim Negliġenti jew Imprudenti ta’ Inġenju tal-Ajru

Inġenju tal-ajru ma għandux jiġi operat b’mod negliġenti jew imprudenti b’tali mod li jipperikola l-ħajja jew il-proprjetà tal-oħrajn.

SERA.3105    Għoli Minimu

Ħlief fejn ikun meħtieġ għal tlugħ jew għall-inżul, jew ħlief bil-permess tal-awtorità kompetenti, inġenju tal-ajru ma għandux jittajjar fuq l-erjas konġestjonati tal-ibliet, tal-muniċipalitajiet jew tal-insedjamenti jew fuq assemblea fil-miftuħ ta’ persuni, sakemm dan ma jsirx f’tali għoli li jippermetti, fil-każ li tinqala’ emerġenza, li jsir inżul mingħajr periklu bla bżonn għall-persuni jew għall-proprjetà fuq is-superfiċje. L-għoli minimu għat-titjiriet VFR għandu jkun dak speċifikat fis-SERA.5005(f) u l-livelli minimi għat-titjiriet IFR għandhom ikunu dawk speċifikati fis-SERA.5015(b).

SERA.3110    Livelli ta’ Veloċità Kostanti

Il-livelli ta’ veloċità kostanti li fihom għandha titwettaq titjira jew parti minn titjira għandhom ikunu f’termini ta’:

(a) 

livelli tat-titjira, għal titjiriet fil-livell l-aktar baxx tat-titjira li jista’ jintuża jew ‘il fuq minnu jew, fejn ikun applikabbli, ‘il fuq mill-altitudni ta’ tranżizzjoni;

(b) 

altitudnijiet, għal titjiriet taħt il-livell l-iktar baxx tat-titjira li jista’ jintuża jew, fejn ikun applikabbli, fl-altitudni ta’ tranżizzjoni jew taħtha.

SERA.3115    Tfigħ ta’ oġġetti jew Sprejjar

It-tfigħ ta’ oġġetti jew l-isprejjar minn inġenju tal-ajru li qed itir għandu jitwettaq biss skont:

(a) 

il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru rregolati mill-Istati Membri; u

(b) 

kif ikun indikat minn kwalunkwe informazzjoni, parir u/jew awtorizzazzjoni rilevanti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

SERA.3120    Irmonk

Inġenju tal-ajru jew oġġett ieħor għandu jiġi rmunkat biss minn inġenju tal-ajru skont:

(a) 

il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru rregolati mill-Istati Membri; u

(b) 

kif ikun indikat minn kwalunkwe informazzjoni, parir u/jew awtorizzazzjoni rilevanti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

SERA.3125    Inżul bil-Paraxut

L-inżul bil-paraxut, għajr l-inżul ta’ emerġenza, għandu jsir biss skont:

(a) 

il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru rregolati mill-Istati Membri; u

(b) 

kif ikun indikat minn kwalunkwe informazzjoni, parir u/jew awtorizzazzjoni rilevanti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

SERA.3130    Titjira Ajrubatika

It-titjiriet ajrubatiċi għandhom jitwettqu biss skont:

(a) 

il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru rregolati mill-Istati Membri; u

(b) 

kif ikun indikat minn kwalunkwe informazzjoni, parir u/jew awtorizzazzjoni rilevanti mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

SERA.3135    Titjiriet f’Formazzjoni

L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jittajru f’formazzjoni ħlief b’arranġament minn qabel fost il-bdoti fil-kmand tal-inġenji tal-ajru li jkunu qed jieħdu sehem fit-titjira u, għal titjira f’formazzjoni fi spazju tal-ajru kkontrollat, skont il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

wieħed mill-bdoti fil-kmand għandu jinħatar bħala l-mexxej tat-titjira;

(b) 

il-formazzjoni topera bħala inġenju tal-ajru wieħed fir-rigward tan-navigazzjoni u tar-rappurtar dwar il-pożizzjoni;

(c) 

is-separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru fit-titjira għandha tkun ir-responsabbiltà tal-mexxej tat-titjira u tal-bdoti fil-kmand tal-inġenji tal-ajru l-oħra fit-titjira u għandha tinkludi perjodi ta’ tranżizzjoni meta l-inġenji tal-ajru jkunu qed jimmanuvraw sabiex jilħqu s-separazzjoni tagħhom fi ħdan il-formazzjoni u waqt li jkunu qed jingħaqdu mal-formazzjoni u qed jinqatgħu minnha; u

(d) 

għal inġenji tal-ajru Statali, distanza laterali, lonġitudinali u vertikali massima bejn kull inġenju tal-ajru u l-mexxej tat-titjira skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Għal inġenji tal-ajru oħrajn għajr dawk Statali, kull inġenju tal-ajru għandu jżomm distanza li ma taqbiżx il-1 km (0,5 nm) lateralment u lonġitudinalment u 30 m (100 pied) vertikalment mill-mexxej tat-titjira.

SERA.3140    Blalen tal-Arja Ħielsa u Mingħajr Ekwipaġġ

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ għandu jiġi operat b’tali mod li jiġu minimizzati l-perikli għall-persuni, għall-proprjetà jew għal inġenji tal-ajru oħrajn u skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 2.

SERA.3145    Erjas Ipprojbiti u Erjas Ristretti

L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jittajru f’erja pprojbita jew f’erja ristretta, li l-karatteristiċi partikolari tagħha jkunu ġew ippubblikati kif xieraq, ħlief skont il-kundizzjonijiet tar-restrizzjonijiet jew bil-permess tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkunu stabbiliti l-erjas.

KAPITOLU 2

Evitar ta’ Kolliżjonijiet

SERA.3201    Ġenerali

Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jeħles lill-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru mir-responsabbiltà li jieħu tali azzjoni, inklużi manuvri biex jevita kollizjoni, ibbażata fuq konsultazzjonijiet ta’ riżoluzzjoni pprovduti mit-tagħmir tal-ACAS, bl-iskop li tiġi evitata kolliżjoni bl-aħjar mod.

SERA.3205    Prossimità

Inġenju tal-ajru ma għandux jiġi operat daqshekk fil-qrib ta’ inġenju tal-ajru ieħor li joħloq periklu ta’ kolliżjoni.

SERA.3210    Id-dritta

(a) L-inġenju tal-ajru li jkollu d-dritta għandu jżomm l-orjentazzjoni u l-veloċità tiegħu.

(b) Inġenju tal-ajru li jkun jaf li l-manuvrabbiltà ta’ inġenju tal-ajru ieħor hija mxekkla għandu jagħti d-dritta lil dak l-inġenju tal-ajru.

(c) Inġenju tal-ajru li jkun obbligat mir-regoli li ġejjin li jżomm ‘il bogħod minn inġenju tal-ajru ieħor għandu jevita li jgħaddi fuqu, taħtu jew quddiemu, sakemm ma jgħaddix ‘il bogħod sew minnu u jqis l-effett tat-turbolenza tar-radda tal-inġenju tal-ajru.

(1) 

Avviċinament frontali. Meta żewġ inġenji tal-ajru jkunu qed javviċinaw lil xulxin b’mod frontali jew bejn wieħed u ieħor b’dan il-mod u jkun hemm periklu ta’ kolliżjoni, kull inġenju tal-ajru għandu jbiddel l-ojrentazzjoni tiegħu lejn il-lemin.

(2) 

Konverġenza. Meta żewġ inġenji tal-ajru jkunu qed jikkonverġu bejn wieħed u ieħor fuq l-istess livell, l-inġenju tal-ajru li jkollu lill-ieħor fuq il-lemin tiegħu għandu jagħti d-dritta, bl-eċċezzjoni tal-każijiet li ġejjin:

(i) 

l-inġenji tal-ajru bil-magna itqal mill-arja għandhom jagħtu d-dritta lill-airships, lill-glajders u lill-blalen tal-arja;

(ii) 

l-airships għandhom jagħtu d-dritta lill-glajders u lill-blalen tal-arja;

(iii) 

il-glajders għandhom jagħtu d-dritta lill-blalejn tal-arja;

(iv) 

l-inġenji tal-ajru bil-magna għandhom jagħtu d-dritta lill-inġenji tal-ajru li jidhru li jkunu qed jirmonkaw inġenji tal-ajru jew oġġetti oħrajn.

(3) 

Qbiż. Inġenju tal-ajru li jaqbeż ieħor huwa wieħed li jkun qed javviċina inġenju tal-ajru ieħor minn wara f’linja li tifforma angolu ta’ inqas minn 70 grad mal-pjan ta’ simetrija ta’ dan tal-aħħar, jiġifieri jkun f’pożizzjoni tali b’referenza għall-inġenju tal-ajru l-ieħor li billejl ma jkunx jista’ jara d-dwal tan-navigazzjoni tax-xellug tal-inġenju tal-ajru (port) u lanqas dawk tal-lemin (starboard). Inġenju tal-ajru li jkun qed jinqabeż għandu d-dritta u l-inġenju tal-ajru li jkun qed jaqbżu, kemm jekk ikun qiegħed jitla’, jnżel kif ukoll f’titjira orizzontali, għandu jżomm ‘il bogħod mill-inġenju tal-ajru l-ieħor billi jbiddel l-orjentazzjoni tiegħu lejn il-lemin, u l-ebda bidla sussegwenti fil-pożizzjonijiet relattivi taż-żewġ inġenji tal-ajru ma għandha tassolvi lill-inġenju tal-ajru li jkun qed jaqbeż minn dan l-obbligu qabel ma jkun għadda kompletament lill-inġenju tal-ajru l-ieħor u jkun ‘il bogħod minnu.

(i) 

Qbiż mill-glajders. Glajder li jkun qed jaqbeż glajder ieħor jista’ jbiddel id-direzzjoni tiegħu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

(4) 

Inżul. Inġenju tal-ajru li qed itir, jew li qed jopera fuq l-art jew fuq l-ilma, għandu jagħti d-dritta lil inġenju tal-ajr li jkun qiegħed nieżel jew li jkun qiegħed fl-istadji finali ta’ avviċinament lejn l-art.

(i) 

Meta żewġ inġenji tal-ajru itqal mill-arja jew iktar ikunu qed javviċinaw ajrudrom jew sit tal-operat għal finijiet ta’ nżul, l-inġenju tal-ajru fuq livell ogħla għandu jagħti d-dritta lill-inġenju tal-ajru li jkun fuq livell iktar baxx, iżda dan tal-aħħar ma għandux jieħu vantaġġ minn din ir-regola sabiex jiġi quddiem inġenju tal-ajru ieħor li jkun qiegħed fl-istadji finali ta’ avviċinament lejn l-art, jew sabiex jaqbeż lil dak l-inġenju tal-ajru. Madankollu, inġenji tal-ajru bil-magna li jkunu itqal mill-arja għandhom jagħtu d-dritta lill-glajders.

(ii) 

Inżul ta’ emerġenza. Inġenju tal-ajru li jkun konxju li inġenju ieħor ikun imġiegħel jinżel għandu jagħti d-dritta lil dak l-inġenju tal-ajru.

(5) 

Tlugħ. Inġenju tal-ajru li jkun qed jinsaq fiż-żona ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom għandu jagħti d-dritta lill-inġenji tal-ajru li jkunu telgħin jew li jkunu se jitilgħu.

(d) Moviment fuq is-superfiċje ta’ inġenji tal-ajru, ta’ persuni u ta’ vetturi.

(1) 

F’każ ta’ periklu ta’ kolliżjoni bejn żewġ inġenji tal-ajru li qed jinsaqu fiż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom jew f’parti ekwivalenti minn sit tal-operat, għandu japplika dan li ġej:

(i) 

meta żewġ inġenji tal-ajru jkunu qed javviċinaw lil xulxin b’mod frontali, jew bejn wieħed ieħor b’dan il-mod, kull wieħed għandu jieqaf jew, fejn ikun prattikabli, ibiddel id-direzzjoni tiegħu lejn il-lemin sabiex iżomm ‘il bogħod sew mill-ieħor;

(ii) 

meta ż-żewġ inġenji tal-ajru jkunu se jikkonverġu, dak li jkollu lill-ieħor fuq il-lemin tiegħu għandu jagħti d-dritta;

(iii) 

inġenju tal-ajru li jkun qed jinqabeż minn inġenju tal-ajru ieħor għandu jkollu d-dritta u l-inġenju tal-ajru li jkun qed jaqbeż għandu jżomm ‘il bogħod sew mill-inġenju tal-ajru l-ieħor.

(2) 

F’ajrudrom ikkontrollat, inġenju tal-ajru li jkun qed jinsaq fiż-żona ta’ mmanuvrar għandu jieqaf u jżomm il-pożizzjonijiet kollha ta’ stennija fuq ir-runway sakemm it-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom ma jkunx ħareġ awtorizzazzjoni espliċita biex jidħol jew jaqsam ir-runway.

(3) 

Inġenju tal-ajru li jkun qed jinsaq fiż-żona ta’ mmanuvrar għandu jieqaf u jistenna fl-istrixxi ta’ waqfien mixgħula kollha u jista’ jipproċedi ulterjorment skont (2) meta jintfew id-dwal.

(4) 

Moviment ta’ persuni u ta’ vetturi fl-ajrudromi

(i) 

Il-moviment ta’ persuni jew ta’ vetturi, inklużi l-inġenji tal-ajru rmunkati, fuq iż-żona ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom għandu jiġi kkontrollat mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom, skont il-ħtieġa, sabiex jiġi evitat periklu għalihom jew għall-inġenji tal-ajru li jkunu qed iwettqu nżul, li jkunu qed jinsaqu jew li jkunu qed iwettqu tlugħ.

(ii) 

F’kundizzjonijiet fejn ikunu fis-seħħ proċeduri ta’ viżibilità baxxa:

▼M4

(A) 

il-persuni u l-vetturi li joperaw fuq iż-żona ta’ mmanuvrar ta’ ajrudrom għandhom jiġu ristretti għall-minimu essenzjali, u għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rekwiżiti sabiex tiġi protetta/jiġu protetti ż-żona/i sensittiva/i tal-għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju;

(B) 

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt (iii), il-metodu jew il-metodi għas-separazzjoni bejn il-vetturi u l-inġenji tal-ajru matul it-taxiing għandhom ikunu kif speċifikat mill-fornitur ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru (“ANSP”) u approvati mill-awtorità kompetenti b’kunsiderazzjoni tal-għajnuniet disponibbli;

▼B

(C) 

meta operazzjonijiet bi strumenti ta’ preċiżjoni imħallta tal-Kategorija II jew tal-Kategorija III ta’ ILS u MLS ikunu qed isiru kontinwament fl-istess runway, iż-żoni kritiċi u sensittivi tal-ILS jew tal-MLS li jkunu iktar restrittivi għandhom jiġu protetti.

(iii) 

Vetturi ta’ emerġenza li jkunu qed jipproċedu sabiex imorru jassistu inġenju tal-ajru li jkun f’periklu għandhom jingħataw prijorità fuq it-traffiku l-ieħor kollu ta’ moviment fuq il-wiċċ.

(iv) 

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet fi (iii), jeħtieġ li l-vetturi li jkunu fuq iż-żona ta’ mmanuvrar għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:

▼M4

(A) 

il-vetturi u l-vetturi li jkunu qed jirmunkaw inġenju tal-ajru għandhom jagħtu d-dritta lill-inġenji tal-ajru li jkunu qed iwettqu llandjar, tlugħ jew taxiing

▼B

(B) 

il-vetturi għandhom jagħtu d-dritta lil vetturi oħrajn li jkunu qed jirmunkaw inġenju tal-ajru;

(C) 

il-vetturi għandhom jagħtu d-dritta lil vetturi oħrajn skont l-istruzzjonjiet tal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

(D) 

minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ (A), (B) u (C), il-vetturi u l-vetturi li jkunu qed jirmunkaw inġenju tal-ajru għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet maħruġa mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom.

SERA.3215    Dwal li għandhom Jintwerew minn Inġenju tal-Ajru

(a) Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(e), billejl l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed itiru għandhom juru:

(1) 

dwal ta’ kontra l-kolliżjonijiet maħsuba sabiex jiġbdu l-attenzjoni għall-inġenju tal-ajru; u

▼M2

(2) 

ħlief għal blalen, id-dwal tan-navigazzjoni maħsuba biex jindikaw il-mogħdija relattiva tal-inġenju tal-ajru għal osservatur. Dwal oħrajn ma jistgħux jintwerew jekk huwa probabbli li jistgħu jitħawdu ma' dawn id-dwal.

▼M2 —————

▼B

(b) Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(e), billejl:

(1) 

l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed jiċċaqilqu fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom għandhom juru dwal tan-navigazzjoni maħsuba sabiex jindikaw il-passaġġ relattiv tal-inġenju tal-ajru lil osservatur u ma għandhomx jintwerew dwal oħrajn jekk huwa probabbli li dawn jiġu mfixkla ma’ dawn id-dwal;

(2) 

sakemm ma jkunux stazzjonarji u mdawla b’mod adegwat, l-inġenji tal-ajru kollha fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom għandhom juru dwal maħsuba sabiex jindikaw l-estremitajiet tal-istruttura tagħhom, sa fejn dan ikun prattikabbli;

(3) 

l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed jinsaqu jew ikunu qed jiġu rmunkati fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom għandhom juru dwal maħsuba sabiex jiġbdu l-attenzjoni għall-inġenju tal-ajru; u

(4) 

l-inġenji tal-ajru kollha fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom li l-magni tagħhom ikunu qed jaħdmu għandhom juru dwal li jindikaw dak il-fatt.

(c) Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(e), l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu qed itiru u li jkunu mgħammra bi dwal ta’ kontra l-kolliżjonijiet sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ (a)(1) għandhom juru tali dwal anki matul il-jum.

(d) Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(e), l-inġenji tal-ajru kollha:

(1) 

li jkunu qed jinsaqu jew li jkunu qed jiġi rmunkati fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom u li jkunu mgħammra bi dwal ta’ kontra l-kolliżjonijiet, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ (b)(3) jew

(2) 

fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom u li jkunu mgħammra bid-dwal sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ (b)(4)

għandhom juru tali dawl anki matul il-jum.

(e) Bdot għandu jingħata l-permess jitfi jew inaqqas l-intensità ta’ kwalunkwe dawl li jteptep mgħammar sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ (a), (b), (c) u (d) jekk

(1) 

dan jaffettwa jew x’aktarx jaffettwa ħażin il-prestazzjoni sodisfaċenti tad-dmirijiet; jew

(2) 

dan jipproduċi jew x’aktarx jipproduċi dawl għammiexi li jagħmel ħsara lil osservatur fuq barra.

SERA.3220    Titjiriet Simulati bl-Istrumenti

Inġenju tal-ajru ma għandux jittajjar f’kundizzjonijiet ta’ titjiriet simulati bl-istrumenti sakemm:

(a) 

fl-inġenju tal-ajru ma jkunux installati kontrolli doppji kompletament funzjonanti; u

(b) 

bdot ikkwalifikat addizzjonali (f’din ir-regola msejjaħ bdot ta’ sikurezza) ma jkunx qed jokkupa sit ta’ kontroll sabiex jaġixxi ta’ bdot ta’ sikurezza għall-persuna li tkun qed ittir f’kundizzjonijiet simulati bl-istrumenti. Il-bdot ta’ sikurezza għandu jkollu viżjoni adegwata ‘l quddiem u lejn kull naħa tal-inġenju tal-ajru, jew osservatur kompetenti f’komunikazzjoni mal-bdot ta’ sikurezza għandu jokkupa pożizzjoni fl-inġenju tal-ajru minn fejn il-kamp viżiv tal-osservatur jissupplimenta adegwatament dak tal-bdot ta’ sikurezza.

SERA.3225    Tħaddim fuq jew fil-Viċinanzi ta’ Ajrudrom

Inġenju tal-ajru operat fuq jew fil-viċinanzi ta’ ajrudrom għandu:

(a) 

josserva traffiku ieħor tal-ajrudrom sabiex tkun evitata kolliżjoni;

(b) 

jikkonforma ma’ jew jevita x-xejra tat-traffiku fformata minn inġenji tal-ajru oħrajn li jkunu qed joperaw;

(c) 

ħlief għall-blalen tal-arja, jagħmel id-dawriet kollha lejn ix-xellug, meta javviċina għal inżul u wara tlugħ, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor jew sakemm ma jingħatax istruzzjonijiet oħrajn mill-ATC;

(d) 

ħlief għall-blalejn tal-arja, jagħmel inżul u tlugħ fir-riħ sakemm is-sikurezza, il-konfigurazzjoni tar-runway jew kunsiderazzjonijiet tat-traffiku tal-ajru ma jiddeterminawx li tkun preferibbli direzzjoni differenti.

SERA.3230    Operazzjonijiet fuq l-Ilma

(a) Meta żewġ inġenji tal-ajru jew inġenju tal-ajru u bastiment ikunu qed javviċinaw lil xulxin u jkun hemm riskju ta’ kolliżjoni, l-inġenju tal-ajru għandu jipproċedi billi jqis bir-reqqa ċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet eżistenti, inklużi l-limitazzjonijiet tal-inġenju rispettiv.

(1) 

Konverġenza. Inġenju tal-ajru li jkollu inġenju tal-ajru ieħor jew bastiment fuq il-lemin tiegħu għandu jagħti d-dritta sabiex iżomm ‘il bogħod sew minnu.

(2) 

Avviċinament frontali. Inġenju tal-ajru li jkun qed javviċina inġenju tal-ajru ieħor jew bastiment b’mod frontali, jew bejn wieħed u ieħor b’dan il-mod, għandu jbiddel l-orjentazzjoni tiegħu lejn il-lemin sabiex iżomm ‘il bogħod sew minnu.

(3) 

Qbiż. L-inġenju tal-ajru jew il-bastiment li jkun qed jinqabeż għandu d-dritta u l-inġenju tal-ajru jew il-bastiment li jkun qed jaqbeż għandu jbiddel l-orjentazzjoni tiegħu sabiex iżomm ‘il bogħod sew.

(4) 

Inżul u tlugħ. Inġenju tal-ajru li jagħmel inżul jew tlugħ minn fuq l-ilma għandu, sa fejn dan ikun prattikabbli, iżomm ‘il bogħod sew mill-bastimenti kollha u jevita li jxekkel in-navigazzjoni tagħhom.

(b)  Dwal li għandhom jintwerew mill-inġenju tal-ajru fuq l-ilma. Billejl jew matul kwalunkwe perjodu ieħor preskritt mill-awtorità kompetenti, l-inġenji tal-ajru kollha fuq l-ilma għandhom juru dwal kif inhu meħtieġ mill-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972, sakemm ma jkunx prattiku għalihom li jagħmlu dan, f’liema każ huma għandhom juru dwal kemm jista’ jkun simili f’termini ta’ karatteristiċi u ta’ pożizzjoni għal dawk meħtieġa mir-Regolamenti Internazzjonali.

KAPITOLU 3

Sinjali

SERA.3301    Ġenerali

(a) Malli josserva jew jirċievi kwalunkwe wieħed mis-sinjali mogħtija fl-Appendiċi 1, inġenju tal-ajru għandu jieħu tali azzjoni kif tista’ tkun meħtieġa mill-interpretazzjoni tas-sinjal mogħtija f’dak l-Appendiċi.

(b) Meta jintużaw, is-sinjali tal-Appendiċi 1 għandhom ikollhom it-tifsira indikata hemmhekk. Huma għandhom jintużaw biss għall-fini indikat u ma għandu jintuża l-ebda sinjal ieħor li huwa probabbli li jiġi konfuż magħhom.

(c) Sinjalatur/marshaller għandu jkun responsabbli biex jipprovdi s-sinjali standard ta’ gwida lil inġenju tal-ajru b’mod ċar u preċiż billi juża s-sinjali murija fl-Appendiċi 1.

(d) Il-persuni mħarrġa, ikkwalifikati u approvati, kif inhu meħtieġ mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali biss għandhom iwettqu l-funzjonijiet ta’ sinjalatur/marshaller.

(e) Is-sinjalatur/marshaller għandu jilbes flokk ta’ identifikazzjoni fluworexxenti distintiv sabiex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun jista’ jidentifika li huwa l-persuna responsabbli mill-operazzjoni ta’ gwida.

(f) Bakketti fluworexxenti fid-dawl tal-jum, rakketti jew ingwanti tat-table-tennis għandhom jintużaw għas-sinjalazzjoni kollha mill-persunal ta’ fuq l-art parteċipanti kollu waqt is-sigħat ta’ dawl ta’ matul il-jum. Il-bakketti mdawla għandhom jintużaw billejl jew meta l-viżibilità tkun baxxa.

KAPITOLU 4

Ħin

SERA.3401    Ġenerali

(a)

Għandu jintuża l-Ħin Universali Kkoordinat (UTC) u għandu jkun espress f’sigħat u f’minuti u, fejn ikun meħtieġ, f’sekondi tal-jum ta’ 24 siegħa li jibda f’nofsillejl.

(b)

Il-ħin għandu jiġi vverifikat qabel ma tiġi operata titjira kkontrollata u f’ħinijiet oħrajn bħal dawn matul it-titjira skont il-ħtieġa.

(c)

Kull meta jintuża l-ħin fl-applikazzjoni ta’ komunikazzjonijiet b’kollegament tad-dejta, dan għandu jkun preċiż sa (1) sekonda ta’ UTC.

(d)

Il-ħin fis-servizzi tat-traffiku tal-ajru

(1) Qabel ma inġenju tal-ajru jkun qed jinsaq għat-tlugħ, it-torrijiet ta’ kontroll tal-ajrudrom għandhom jipprovdu lill-bdot bil-ħin korrett, sakemm ma jkunux saru arranġamenti sabiex il-bdot jiksbu minn sorsi oħrajn. L-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ukoll jipprovdu lill-inġenju tal-ajru bil-ħin korrett meta ssir talba għal dan. Il-verifiki tal-ħin għandhom jingħataw mill-inqas sal-eqreb minuta.

TAQSIMA 4

Pjanijiet tat-Titjiriet

SERA.4001    Preżentazzjoni ta’ Pjan tat-Titjira

(a) L-informazzjoni dwar titjira jew dwar parti minn titjira ppjanata li għandha tiġi pprovduta lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tkun fil-forma ta’ pjan tat-titjira. It-terminu “pjan tat-titjira” jintuża sabiex ifisser, b’mod varju, informazzjoni sħiħa dwar il-punti kollha inklużi fid-deskrizzjoni tal-pjan tat-titjira, li tkopri r-rotta kollha ta’ titjira, jew informazzjoni limitata meħtieġa, fost l-oħrajn, meta l-fini huwa li tinkiseb awtorizzazzjoni għal parti minuri ta’ titjira, pereżempju, sabiex inġenju tal-ajru jkun jista’ jaqsam passaġġ bl-ajru, jagħmel tlugħ minn jew jagħmel inżul f’ajrudrom ikkontrollat.

(b) Pjan tat-titjira għandu jiġi ppreżentat qabel ma tiġi operata:

(1) 

kwalunkwe titjira jew parti minnha li għandha tkun ipprovduta b’servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(2) 

kwalunkwe titjira IFR fi ħdan spazju tal-ajru ta’ konsulenza;

(3) 

kwalunkwe titjira fi ħdan l-erjas jew lejhom, jew tul rotot indikati mill-awtorità kompetenti, sabiex tkun iffaċilitata l-provvista ta’ informazzjoni dwar it-titjir, ta’ servizzi ta’ twissija kif ukoll ta’ servizzi ta’ tiftix u salvataġġ;

(4) 

kwalunkwe titjira fi ħdan l-erjas jew lejhom, jew tul rotot indikati mill-awtorità kompetenti, sabiex tkun iffaċilitata l-koordinazzjoni mal-unitajiet militari xierqa jew mal-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fi Stati ġirien sabiex tkun evitata l-possibbiltà li tkun meħtieġa interċezzjoni għall-fini ta’ identifikazzjoni

(5) 

kwalunkwe titjira li taqsam fruntieri internazzjonali, sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-Istati kkonċernati;

(6) 

kwalunkwe titjira li huwa ppjanat li topera billejl, jekk tħalli l-viċinanzi ta’ ajrudrom.

(c) Il-pjan tat-titjira għandu jiġi ppreżentat, qabel it-tluq, lil uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew, waqt it-titjira, għandu jiġi trażmess lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa jew lill-istazzjon tar-radju ta’ kontroll mill-ajru għall-art xieraq, sakemm ma jkunux saru arranġamenti għall-preżentazzjoni ta’ pjanijiet tat-titjiriet repetittivi.

(d)  ►M2  Sakemm ma jkunx stipulat perjodu ta' żmien iqsar mill-awtorità kompetenti għat-titjiriet VFR domestiċi, pjan tat-titjira għal kwalunkwe titjira ppjanata biex topera fuq fruntieri internazzjonali jew li se tkun ipprovduta bis-servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru jew is-servizz ta' konsulenza tat-traffiku tal-ajru għandu jiġi sottomess mill-inqas sittin minuta qabel it-tluq, jew, jekk sottomess matul it-titjira, f'ħin li jiżgura r-riċevuta tiegħu mill-unità tal-ATS xierqa tal-anqas għaxar minuti qabel l-inġenju tal-ajru huwa stmat li se jintlaħaq: ◄

(1) 

il-punt ta’ dħul ippjanat f’erja ta’ kontroll jew f’erja ta’ konsulenza; jew

(2) 

il-punt fejn se jinqasam passaġġ bl-ajru jew rotta ta’ konsulenza.

SERA.4005    Il-Kontenut ta’ Pjan tat-Titjira

(a) Pjan tat-titjira għandu jinkludi informazzjoni dwar dawk il-punti li ġejjin li huma meqjusa rilevanti mill-awtorità kompetenti:

(1) 

L-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru

(2) 

Ir-regoli tat-titjir u t-tip ta’ titjira

(3) 

In-numru u t-tip(i) ta’ inġenji tal-ajru u l-kategorija tat-turbolenza tar-radda

(4) 

It-tagħmir

(5) 

L-ajrudrom jew is-sit tal-operat tat-tluq

(6) 

Il-ħin ta’ tluq stmat

(7) 

Il-veloċità(jiet) regolari

(8) 

Il-livell(i) ta’ veloċità kostanti

(9) 

Ir-rotta li għandha tiġi segwita

(10) 

L-ajrudrom jew is-sit tal-operat ta’ destinazzjoni u l-ħin totali stmat li għadda

(11) 

L-ajrudrom(i) jew is-sit(i) tal-operat alternattiv(i)

(12) 

Awtonomija tal-fjuwil

(13) 

L-għadd totali ta’ persuni abbord

(14) 

It-tagħmir ta’ emerġenza u ta’ sopravivenza

(15) 

Informazzjoni oħra.

(b) Għal pjanijiet tat-titjiriet ippreżentati waqt it-titjira, l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tat-tluq għandu jkun il-post minn fejn tkun tista’ tinkiseb informazzjoni supplimentari dwar it-titjira, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minflok il-ħin ta’ tluq stmat għandha tkun il-ħin fuq l-ewwel punt tar-rotta li l-pjan tat-titjira jkun relatat magħha.

SERA.4010    Ikkompletar ta’ Pjan tat-Titjira

(a) Pjan tat-titjira għandu jinkludi informazzjoni, kif ikun applikabbli, dwar punti rilevanti sa u inkluża “L-ajrudrom(i) jew is-sit(i) tal-operat alternattiv(i)” dwar ir-rotta kollha jew il-parti tagħha li għaliha qed jiġi ppreżentat il-pjan tat-titjira.

(b) Barra minn hekk, għandu jinkludi informazzjoni, kif ikun applikabbli, dwar il-punti l-oħra kollha meta dan ikun preskritt mill-awtorità kompetenti jew meta inkella jitqies li huwa meħtieġ mill-persuna li tippreżenta l-pjan tat-titjira.

SERA.4015    Bidliet fi Pjan tat-Titjira

(a) Soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-SERA.8020 (b), il-bidliet kollha fi pjan tat-titjira ppreżentati għal titjira IFR, jew titjira VFR operata bħala titjira kkontrollata, għandhom jiġu rrappurtati malli dan ikun prattikabbli lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa. Għal titjiriet VFR oħrajn, il-bidliet sinifikanti fi pjan tat-titjira għandhom jiġu rrappurtati malli dan ikun prattikabbli lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(b) L-informazzjoni ppreżentata qabel it-tluq dwar l-awtonomija tal-fjuwil jew l-għadd totali ta’ persuni ttrasportati abbord, jekk tkun skorretta fil-ħin tat-tluq, tikkostitwixxi bidla sinfikanti fil-pjan tat-titjira u bħala tali għandha tiġi rrappurtata.

SERA.4020    Għeluq ta’ Pjan tat-Titjira

(a) Rapport mal-wasla għandu jsir personalment, bir-radjutelefonija, b’kollegament tad-dejta jew b’mezz ieħor kif ikun preskritt mill-awtorità kompetenti, mill-iktar fis possibbli wara l-inżul, lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa fl-ajrudrom tal-wasla, minn kwalunkwe titjira li għaliha jkun ġie ppreżentat pjan tat-titjira li jkopri t-titjira kollha jew il-parti li tifdal tat-titjira sal-ajrudrom ta’ destinazzjoni.

(1) 

Il-preżentazzjoni ta’ rapport mal-wasla mhijiex meħtieġa wara l-inżul f’ajrudrom fejn jiġu pprovduti servizzi tat-traffiku tal-ajru sakemm il-komunikazzjoni bir-radju jew is-sinjali viżwali jindikaw li l-inżul ikun ġie osservat.

(b) Meta pjan tat-titjira jkun ġie ppreżentat biss dwar parti minn titjira, għajr il-parti li tifdal tat-titjira sad-destinazzjoni, dan għandu jingħalaq, fejn meħtieġ, b’rapport xieraq lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru rilevanti.

(c) Meta fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-wasla ma teżisti l-ebda unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, ir-rapport mal-wasla, fejn meħtieġ, għandu jsir malli jkun prattikabbli wara l-inżul u bl-iktar mezz rapidu disponibbli lill-eqreb unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

(d) Meta l-faċilitajiet ta’ komunikazzjoni fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-wasla jkun magħruf li ma jkunux adegwati u ma jkunux disponibbli arranġamenti alternattivi għall-ġestjoni tar-rapporti mal-wasla fuq l-art, għandha tittieħed l-azzjoni li ġejja. Immedjatament qabel jinżel l-inġenju tal-ajru dan għandu jittrażmetti, jekk ikun prattikabbli, lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa, messaġġ paragunabbli għal rapport mal-wasla, fejn ikun meħtieġ tali rapport. Normalment, din it-trażmissjoni għandha ssir lill-istazzjon ajrunawtiku li jaqdi lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru inkarigata mir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir fejn qed jiġi operat l-inġenju tal-ajru.

(e) Ir-rapporti mal-wasla li jsiru mill-inġenju tal-ajru għandhom jinkludu l-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin:

(1) 

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(2) 

l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tat-tluq;

(3) 

l-ajrudrom jew is-sit tal-operat ta’ destinazzjoni (biss fil-każ ta’ nżul ta’ diversjoni);

(4) 

l-ajrudrom jew is-sit tal-operat tal-wasla;

(5) 

il-ħin tal-wasla.

TAQSIMA 5

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi Viżwali, Regoli tat-Titjir Viżwali, VFR Speċjali u Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti

SERA.5001    Valuri Minimi tal-Viżibilità tal-VMC u tad-Distanza mis-Sħab

Il-valuri minimi tal-viżibilità tal-VMC u tad-distanza mis-sħab huma inklużi fit-Tabella S5-1.



Tabella S5-1 (*1)

Faxxa ta’ altitudni

Klassi tal-ispazju tal-ajru

Viżibilità tat-titjira

Distanza mis-sħab

3 050 m (10 000 pied) jew ‘il fuq minn dan AMSL

(*2) B C D E F G

8 km

1 500 m orizzontalment

300 m (1 000 pied) vertikalment

Taħt 3 050 m (10 000 ft) AMSL u ‘l fuq minn 900 m (3 000 pied) AMSL, jew ‘il fuq minn 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minnhom tkun ogħla

(*2) B C D E F G

5 km

1 500 m orizzontalment

300 m (1 000 pied) vertikalment

900 m (3 000 pied) jew ‘il fuq minn dan AMSL, jew 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-art, liema minnhom tkun ogħla

(*2) B C D E

5 km

1 500 m orizzontalment

300 m (1 000 pied) vertikalment

F G

5 km (*3)

Mingħajr sħab fl-ajru u bis-superfiċje tkun tidher

(*1)   

Meta l-għoli tal-altitudni ta’ tranżizzjoni jkun inqas minn 3 050 m (10 000 pied) AMSL, minflok 10 000 pied għandhom jintużaw FL 100.

(*2)   

Il-valuri minimi tal-VMC fl-ispazju tal-ajru tal-Klassi A huma inklużi biex jigwidaw lill-bdoti u ma jimplikawx aċċettazzjoni ta’ titjiriet VFR fl-ispazju tal-ajru tal-Klassi A.

(*3)   

Meta jkun preskritt hekk mill-awtorità kompetenti:

(a)  il-viżibbiltajiet tat-titjira mnaqqsa għal mhux inqas minn 1 500 m jistgħu jiġu permessi għal titjiriet li joperaw:

(1)  b’veloċitajiet ta’ 140 kts IAS jew inqas sabiex tingħata opportunità adegwata li jiġi osservat traffiku ieħor jew kwalunkwe ostakolu f’ħin xieraq sabiex tkun evitata kolliżjoni; jew

(2)  f’ċirkostanzi fejn il-probabbiltà li inġenju tal-ajru jiltaqa’ ma’ traffiku ieħor normalment tkun baxxa, pereżempju, f’żoni fejn it-traffiku jkollu volum baxx u għal xogħol fl-ajru fuq livelli baxxi.

►M2  

(b)  ħelikopters jistgħu jkunu permessi joperaw f'viżibbiltà tat-titjira ta' inqas minn 1 500 m iżda mhux inqas minn 800 m, jekk jiġu mmanuvrati b'veloċità li tagħti opportunità xierqa biex jiġi osservat traffiku ieħor jew kwalunkwe ostaklu fil-ħin sabiex tiġi evitata kolliżjoni.

 ◄

SERA.5005    Regoli tat-Titjir Viżwali

(a) Bl-eċċezzjoni ta’ meta jkunu qed joperaw bħala titjira VFR speċjali, it-titjiriet VFR għandhom jitwettqu b’mod li l-inġenju tal-ajru jittajjar f’kundizzjonijiet ta’ viżibilità u ta’ distanza mis-sħab daqs jew ikbar minn dawk speċifikati fit-Tabella S5-1.

(b) Bl-eċċezzjoni ta’ fejn tinkiseb awtorizzazzjoni għal VFR speċjali minn unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, it-titjiriet VFR ma għandhomx jagħmlu tlugħ jew inżul f’ajrudrom fi ħdan iż-żona ta’ kontroll jew jidħlu fiż-żona ta’ traffiku tal-ajrudrom jew f’ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom meta l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi rrappurtati f’dak l-ajrudrom ikunu taħt il-valuri minimi li ġejjin:

(1) 

il-limitu ikun ta’ inqas minn 450 m (1 500 pied); jew

(2) 

il-viżibilità fuq l-art tkun ta’ inqas minn 5 km.

(c) Meta jkun preskritt hekk mill-awtorità kompetenti, it-titjiriet VFR billejl jistgħu jiġu permessi fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

jekk ikunu se jħallu l-viċinanzi ta’ ajrudrom, għandu jiġi ppreżentat pjan tat-titjira skont is-SERA.4001 (b)(6));

(2) 

it-titjiriet għandhom jistabbilixxu u jżommu komunikazzjoni bir-radju bidirezzjonali fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni tal-ATS xieraq, meta dan ikun disponibbli;

(3) 

għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-viżibilità tal-VMC u tad-distanza mis-sħab kif ġew speċifikati fit-Tabella S5-1 ħlief li:

(i) 

il-limitu ma għandux ikun ta’ inqas minn 450 m (1 500 pied);

▼M2

(ii) 

id-dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis fil-viżibbiltà tat-titjira speċifikati fit-Tabella S5-1(a) u (b) ma għandhomx japplikaw;

(iii) 

fil-klassijiet tal-ispazju tal-ajru B, C, D, E, F u G, f'900 m (3 000 pied) AMSL u inqas jew 300 m (1 000 pied) 'il fuq mill-art, skont liema huwa l-ogħla, il-bdot għandu jibqa' jkollu viżibbiltà tas-superfiċje; u

▼M2 —————

▼M2

(v) 

għal żona muntanjuża, viżibbiltà VMC ogħla u distanza mil-livell minimu tas-sħab jistgħu jiġu stipulati mill-awtorità kompetenti;

▼M2 —————

▼B

(5) 

bl-eċċezzjoni ta’ meta jkun meħtieġ għal tlugħ jew inżul, jew ħlief meta jkun speċifikatament awtorizzat mill-awtorità kompetenti, titjira VFR billejl għandha tittajjar fuq livell li ma jkunx taħt l-altitudni minima tat-titjira stabbilita mill-Istat li l-inġenju tal-ajru jkun qed itir minn fuq it-territorju tiegħu, jew, fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda altitudni minima tat-titjira bħal din:

(i) 

fuq art fil-għoli jew f’żoni muntanjużi, fuq livell li huwa mill-inqas 600 m (2 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru;

(ii) 

fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat f’i), fuq livell li huwa mill-inqas 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru.

▼M2

(d) Titjiriet VFR ma għandhomx jiġu operati:

(1) 

f'veloċitajiet transoniċi u supersoniċi sakemm mhux awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

(2) 

'il fuq minn FL 195. L-eċċezzjonijiet għal dan ir-rekwiżit huma dawn li ġejjin:

(i) 

tkun ġiet stabbilita riżervazzjoni tal-ispazju tal-ajru, fejn dan huwa prattiku, mill-Istati Membri, li fih jistgħu jiġu permessi titjiriet VFR; jew

(ii) 

l-ispazju tal-ajru sa u inkluż il-livell tat-titjira 285, meta t-traffiku VFR f'dak l-ispazju tal-ajru jkun ġie awtorizzat mill-unità tal-ATS responsabbli skont il-proċeduri ta' awtoritazzazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri u ppubblikati fil-pubblikazzjoni ta' informazzjoni ajrunawtika rilevanti.

▼B

(e) L-awtorizzazzjoni biex it-titjiriet VFR joperaw ‘il fuq minn FL 285 ma għandhiex tingħata fejn valur minimu ta’ separazzjoni vertikali ta’ 300 m (1 000 pied) jiġi applikat ‘il fuq minn FL 290.

(f) Ħlief fejn ikun meħtieġ għal tlugħ jew għal inżul, jew ħlief bil-permess tal-awtorità kompetenti, titjira VFR ma għandhiex tittajjar:

(1) 

fuq iż-żoni konġestjonati tal-ibliet, tal-muniċipalitajiet jew tal-insedjamenti jew fuq assemblea fil-miftuħ ta’ persuni f’għoli ta’ inqas minn 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu fi ħdan raġġ ta’ 600 m mill-inġenju tal-ajru;

(2) 

fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat fi (1), f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) ‘il fuq mill-art jew mill-ilma, jew 150 m (500 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu fi ħdan raġġ ta’ 150 m (500 pied) mill-inġenju tal-ajru.

(g) Bl-eċċezzjoni ta’ fejn ikun indikat mod ieħor fl-awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew fejn ikun speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti, it-titjiriet VFR f’titjir b’veloċità kostanti meta jiġu operati ‘il fuq minn 900 m (3 000 pied) mill-art jew mill-ilma jew b’datum ogħla kif ġie speċifikat mill-awtorità kompetenti, għandhom jitwettqu b’livell ta’ veloċità kostanti xieraq għat-trajettorja kif ġie speċifikat fit-tabella tal-livelli ta’ veloċitajiet regolari fl-Appendiċi 3.

(h) It-titjiriet VFR għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 8:

(1) 

meta jiġu operati fi ħdan il-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru B, Cu D;

(2) 

meta jiffurmaw parti mit-traffiku tal-ajrudrom f’ajrudromi kkontrollati; jew

(3) 

meta jiġu operati bħala titjiriet VFR speċjali.

(i) Titjira VFR li qed topera fi ħdan jew f’żoni jew tul rotot indikati mill-awtorità kompetenti, skont is-SERA.4001(b)(3) jew (4), għandha żżomm għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li qed tipprovdi servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir u tirrapporta l-pożizzjoni tagħha lilhom skont il-ħtie;a.

(j) Inġenju tal-ajru operat skont ir-regoli tat-titjir viżwali li jixtieq jaqleb għal konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti għandu:

(1) 

jekk ikun ġie ppreżentat pjan tat-titjira, jikkomunika l-bidliet meħtieġa li għandhom isiru fil-pjan kurrenti tat-titjira tiegħu; jew

(2) 

kif inhu meħtieġ mis-SERA.4001(b), jippreżenta pjan tat-titjira lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa malli jkun prattikabbli u jikseb awtorizzazzjoni qabel ma jipproċedi bl-IFR meta jkun fi spazju tal-ajru kkontrollat.

SERA.5010    VFR speċjali f’żoni ta’ kontroll

▼M2

Titjiriet VFR speċjali jistgħu jiġu awtorizzati biex joperaw f'żona ta' kontroll, soġġett għal awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC clearance). Ħlief meta jingħata permess mill-awtorità kompetenti għall-ħelikopters f'każijiet speċjali bħal, iżda mingħajr ma jkunu limitati għal, operazzjonijiet tal-pulizija, mediċi, tat-tfittxija u salvataġġ u titjiriet għat-tifi tan-nar, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

titjiriet VFR speċjali bħal dawn jistgħu jitwettqu matul il-ġurnata biss, sakemm ma jkunx permess mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

(b) 

mill-bdot:

(1) 

barra mis-sħab u fejn jista' jidher is-superfiċje;

(2) 

il-viżibbiltà ta' titjira ma tkunx inqas minn 1 500 m jew, għall-ħelikopters, mhux inqas minn 800 m;

(3) 

titjir b'veloċità ta'140 kts IAS jew inqas biex tingħata opportunità xierqa biex jiġi osservat traffiku ieħor u kwalunkwe ostaklu f'ħin biżżejjed bil-quddiem biex tiġi evitata kolliżjoni; u

(c) 

unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru ma għandhiex toħroġ awtorizzazzjoni VFR speċjali lil inġenju tal-ajru biex jitla' jew jinżel f'ajrudrom f'żona ta' kontroll, jew jidħol fiż-żona tat-traffiku tal-ajrudrom jew iċ-ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom meta l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi rappurtati f'dak l-ajrudrom huma taħt il-livelli minimi li ġejjin:

(1) 

il-viżibbiltà tal-art hija inqas minn 1 500 m jew, għall-ħelikopters, inqas minn 800 m;

(2) 

il-livell massimu huwa inqas minn 180 m (600 pied).

▼B

SERA.5015    Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti (IFR) – Regoli Applikabbli għat-Titjiriet IFR Kollha

(a)   Tagħmir tal-Inġenju tal-Ajru

L-inġenju tal-ajru għandu jkun mgħammar bi strumenti adattati u b’tagħmir tan-navigazzjoni xieraq għar-rotta tat-titjira u għandu jkun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar l-operazzjonijiet fl-ajru applikabbli.

(b)   Livelli Minimi

Ħlief fejn ikun meħtieġ għal tlugħ jew għal inżul, jew ħlief meta jkun speċifikatament awtorizzat mill-awtorità kompetenti, titjira IFR għandha tittajjar fuq livell li ma jkunx taħt l-altitudni minima tat-titjira stabbilita mill-Istat li l-inġenju tal-ajru jkun qed itir minn fuq it-territorju tiegħu, jew, fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda altitudni minima tat-titjira bħal din:

(1) 

fuq art fil-għoli jew f’żoni muntanjużi, fuq livell li huwa mill-inqas 600 m (2 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru;

(2) 

fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat f’(1), fuq livell li huwa mill-inqas 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu li jinsab fi ħdan 8 km mill-pożizzjoni stmata tal-inġenju tal-ajru.

(c)   Bidla minn Titjira IFR għal Titjira VFR

(1) Inġenju tal-ajru li jagħżel li jbiddel il-mod kif qet iwettaq it-titjira tiegħu minn konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti għal konformità mar-regoli tat-titjir viżwali għandu jinnotifika speċifikatament lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa li t-titjira IFR ġiet ikkanċellata u għandu jikkomunikalha l-bidliet li għandhom isiru fil-pjan kurrenti tat-titjira.

(2) Meta inġenju tal-ajru li jkun qed jopera taħt ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti jittajjar lejn jew jiltaqa’ ma’ kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali, huwa ma għandux jikkanċella t-titjira IFR tiegħu sakemm ma jkunx antiċipat u sakemm ma jkunx hemm il-ħsieb li t-titjira se titkompla għal perjodu raġonevoli ta’ ħin f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali mhux interrotti.

▼M2

(3) Bidla minn titjira IFR għal titjira VFR għandha tkun aċċettabbli biss meta l-messaġġ li jinbeda mill-bdot fil-kmand li jkun fih l-espressjoni speċifika “CANCELLING MY IFR FLIGHT” (Qiegħed inħassar it-titjira IFR tiegħi), flimkien mal-bidliet, jekk ikun hemm, li jridu jsiru għall-pjan kurrenti tat-titjira, jasal għand l-unità tal-ATS. L-ebda stedina għal bidla minn titjira IFR għal titjira VFR ma għandha ssir mill-ATS jew direttament jew permezz ta' inferenza.

▼B

SERA.5020    IFR – Regoli Applikabbli għat-Titjiriet IFR fi ħdan Spazju tal-Ajru Kkontrollat

(a) It-titjiriet IFR għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 8 meta jiġu operati fi spazju tal-ajru kkontrollat.

(b) Titjira IFR li qed topera f’titjira b’veloċità kostanti fi spazju tal-ajru kkontrollat għandha tittajjar fuq livell ta’ veloċità kostanti jew jekk tiġi awtorizzata minn unità tal-ATS biex tuża tekniki ta’ tlugħ b’veloċità kostanti bejn żewġ livelli jew ‘il fuq minn livell, magħżula mit-tabella tal-livelli ta’ veloċità kostanti fl-Appendiċi 3, ħlief li l-korrelazzjoni tal-livelli mat-trajettorja preskritta hemmhekk ma għandhiex tapplika kull meta jiġi indikat mod ieħor fl-awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew kull meta jiġi speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti fil-Pubblikazzjonijiet ta’ Informazzjoni Ajrunawtika.

SERA.5025    IFR – Regoli Applikabbli għat-Titjiriet IFR Barra minn Spazju tal-Ajru Kkontrollat

(a)   Livelli ta’ Veloċità Kostanti

Titjira IFR li qed topera f’titjir f’livell ta’ veloċità kostanti barra minn spazju tal-ajru kkontrollat għandha tittajjar fuq livell ta’ veloċità kostanti xieraq għat-trajettorja tagħha kif ġie speċifikat fit-tabella tal-livelli ta’ veloċità kostanti fl-Appendiċi 3, ħlief meta jiġi speċifikat mod ieħor mill-awtorità kompetenti għal titjir fi jew taħt 900 m (3 000 pied) ‘il fuq mil-livell medju tal-baħar.

(b)   Komunikazzjonijiet

Titjira IFR li qed topera barra minn spazju tal-ajru kkontrollat iżda fi ħdan l-erjas jew lejhom jew tul rotot indikati mill-Awtorità Kompetenti skont is-SERA.4001 (b)(3) jew (4) għandha żżomm għassa ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq u għandha tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li tkun qed tipprovdi servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir.

(c)   Rapporti dwar il-Pożizzjoni

Titjira IFR li qed topera barra spazju tal-ajru kkontrollat u li ġiet meħtieġa mill-awtorità kompetenti żżomm għassa ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq u tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, mal-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li tkun qed tipprovdi servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir, għandha tirrapporta l-pożizzjoni, kif ġie speċifikat fis-SERA.8025 għat-titjiriet ikkontrollati.

TAQSIMA 6

Klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru

▼M2

SERA.6001    Klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru

(a) 

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw spazju tal-ajru skont il-klassifikazzjoni tal-ispazji tal-ajru li ġejja u skont l-Appendiċi 4:

(1) 

Klassi A. Huma permessi biss titjiriet IFR. It-titjiriet kollha huma pprovduti b'servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru u huma separati minn xulxin. Il-komunikazzjonijiet bil-vuċi kontinwi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet kollha. It-titjiriet kollha għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(2) 

Klassi B. Huma permessi titjiriet IFR u VFR. It-titjiriet kollha huma pprovduti b'servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru u huma separati minn xulxin. Il-komunikazzjonijiet bil-vuċi kontinwi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet kollha. It-titjiriet kollha għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(3) 

Klassi C. Huma permessi titjiriet IFR u VFR. It-titjiriet kollha huma pprovduti b'servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru u t-titjiriet IFR huma separati minn titjiriet IFR oħrajn u minn titjiriet VFR. It-titjiriet VFR huma separati minn titjiriet IFR u jirċievu informazzjoni dwar it-traffiku rigward titjiriet VFR oħrajn u pariri fuq talba dwar kif jiġi evitat it-traffiku. Il-komunikazzjonijiet bil-vuċi kontinwi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet kollha. Għal titjiriet VFR tapplika limitazzjoni fuq il-veloċità tal-ajru indikata (IAS) ta' 250 kts taħt 3 050 m (10 000 pied) AMSL, għajr meta jkun hemm approvazzjoni mill-awtorità kompetenti għal tipi ta' inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità. It-titjiriet kollha huma soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(4) 

Klassi D. Huma permessi titjiriet IFR u VFR u t-titjiriet kollha huma pprovduti b'servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru. It-titjiriet VFR huma separati minn titijiriet IFR u jirċievu informazzjoni dwar it-traffiku rigward ta' titjiriet VFR u pariri fuq talba dwar kif jiġi evitat it-traffiku. It-titjiriet VFR jirċievu informazzjoni dwar it-traffiku rigward it-titjiriet l-oħra kollha u pariri fuq talba dwar kif jiġi evitat it-traffiku. Komunikazzjonijiet bil-vuċi kontinwi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet kollha u limitazzjoni tal-veloċità ta' 250 kts IAS tapplika għat-titjiriet kollha taħt 3 050 m (10 000 pied) AMSL, għajr meta jkun hemm approvazzjoni mill-awtorità kompetenti għal tipi ta' inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità. It-titjiriet kollha għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(5) 

Klassi E. Huma permessi titjiriet IFR u VFR. It-titjiriet IFR huma pprovduti b'servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru u huma separati minn titjiriet oħrajn IFR. It-titjiriet kollha jirċievu informazzjoni dwar it-traffiku safejn dan huwa prattiku. Il-komunikazzjonijiet bil-vuċi kontinwi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet IFR. Limitazzjoni tal-veloċità ta' 250 kts IAS tapplika għat-titjiriet kollha taħt 3 050 m (10 000 pied) AMSL, għajr meta jkun hemm approvazzjoni mill-awtorità kompetenti għal tipi ta' inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità. It-titjiriet IFR kollha għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Il-Klassi E ma għandhiex tintuża għal żoni ta' kontroll.

(6) 

Klassi F. Huma permessi titjiriet IFR u VFR. It-titjiriet IFR kollha li qegħdin jipparteċipaw jirċievu servizz ta' konsulenza tat-traffiku tal-ajru u t-titjiriet kollha jirċievu servizz ta' informazzjoni dwar it-titjiriet jekk ikun mitlub. Il-komunikazzjonijiet bil-vuċi kontinwi mill-ajru għall-art huma meħtieġa għat-titjiriet IFR li qegħdin jipparteċipaw fis-servizz ta' konsulenza u t-titjiriet IFR kollha għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-ajru għall-art. Limitazzjoni tal-veloċità ta' 250 kts IAS tapplika għat-titjiriet kollha taħt 3 050 m (10 000 pied) AMSL, għajr meta jkun hemm approvazzjoni mill-awtorità kompetenti għal tipi ta' inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità. L-awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru mhijiex meħtieġa.

(7) 

Klassi G. Huma permessi titjiriet IFR u VFR u dawn jirċievu servizz ta' informazzjoni dwar it-titjiriet jekk jitolbuh. It-titjiriet kollha IFR għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu komunikazzjonijiet bil-vuċi mill-ajru għall-art. Limitazzjoni tal-veloċità ta' 250 kts IAS tapplika għat-titjiriet kollha taħt 3 050 m (10 000 pied) AMSL, għajr meta jkun hemm approvazzjoni mill-awtorità kompetenti għal tipi ta' inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta' sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità. L-awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru mhijiex meħtieġa.

(8) 

L-implimentazzjoni tal-Klassi F għandha titqies bħala miżura temporanja sakemm tista' tiġi mibdula bi klassifikazzjoni alternattiva.

(b) 

Id-deżinjazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru għandha tkun xierqa għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri, ħlief li l-ispazju tal-ajru kollu 'l fuq minn FL 195 għandu jiġi kklassifikat bħala Spazju tal-Ajru tal-Klassi C.

▼B

SERA.6005    Rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet u għat-transponder SSR

(a)   Żona Obbligatorja għar-Radju (RMZ)

(1) It-titjiriet VFR li joperaw f’partijiet mill-ispazju tal-ajru tal-Klassijiet E, F jew G u t-titjiriet IFR li joperaw f’partijiet mill-ispazju tal-ajru tal-Klassijiet F jew G indikati bħala żona obbligatorja għar-radju (RMZ) mill-awtorità kompetenti għandhom iżommu għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art u għandhom jistabbilixxu komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq, sakemm ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet alternattivi preskritti għal dak l-ispazju tal-ajru partikolari mill-ANSP.

(2) Qabel ma jidħlu f’żona obbligatorja għar-radju, il-bdoti għandhom jagħmlu sejħa inizjali fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq li tkun tinkludi l-isem tal-istazzjon imsejjaħ, is-sinjal tas-sejħa, it-tip ta’ inġenju tal-ajru, il-pożizzjoni, il-livell, l-intenzjonijiet tat-titjira u informazzjoni oħra kif ikun preskritt mill-awtorità kompetenti.

(b)   Żona Obbligatorja għat-Transponder (TMZ)

(1) It-titjiriet kollha li joperaw fi spazju tal-ajru indikat mill-awtorità kompetenti bħala żona obbligatorja għat-transponder (TMZ) għandhom iġorru u joperaw transponders SSR li jistgħu joperaw fuq il-Modalitajiet A u Cjew fuq il-Modalità S, sakemm ma jkunux konformi ma’ dispożizzjonijiet alternattivi preskritti għal dak l-ispazju tal-ajru partikolari mill-ANSP.

(c)

L-ispazji tal-ajru indikati bħala żona obbligatorja għar-radju u/jew bħala żona obbligatorja għat-transponder għandhom jiġu ppromulgati b’mod xieraq fil-Pubblikazzjonijiet ta’ Informazzjoni Ajrunawtika.

TAQSIMA 7

Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru

SERA.7001.    Ġenerali – L-għanijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru

L-għanijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu li:

(a) 

jipprevjenu kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru;

(b) 

jipprevjenu kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru fuq iż-żona ta’ mmanuvrar u l-ostakoli f’dik iż-żona;

(c) 

iħaffu u jżommu fluss ordnat ta’ traffiku tal-ajru;

(d) 

jipprovdu pariri u informazzjoni utli biex it-titjiriet jitwettqu b’mod sikur u effiċjenti;

(e) 

jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet xierqa dwar inġenji tal-ajru li jkunu jeħtieġu għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u jassistu lil dawn l-organizzazzjonijiet kif ikun meħtieġ.

▼M2

SERA.7002    Informazzjoni dwar periklu ta' kolliżjoni meta tingħata servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS) ibbażat fuq is-sorveljanza

(a) Meta titjira kkontrollata identifikata tiġi osservata li tkun fuq rotta f'kunflitt ma' inġenju tal-ajru mhux magħruf, li huwa meqjus li jikkostitwixxi periklu ta' kolliżjoni, il-bdot tat-titjira kontrollata għandu, meta jkun prattiku:

(1) 

jinforma ruħu dwar l-inġenju tal-ajru mhux magħruf, u, jekk il-bdot jitlob dan, jew jekk is-sitwazzjoni teħtieġ dan fl-opinjoni tal-kontrollur, jiġi ssuġġerit li tiġi evitata l-azzjoni; u

(2) 

jiġi notifikat meta l-kunflitt ma jibqax jeżisti.

▼B

SERA.7005    Koordinazzjoni bejn l-operatur tal-inġenju tal-ajru u s-servizzi tat-traffiku tal-ajru

(a) L-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, sabiex iwettqu l-għanijiet tagħhom, għandhom iqisu b’mod xieraq ir-rekwiżiti tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru konsegwenti għall-obbligi tagħhom, kif inhu speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-Operazzjonijiet tal-Ajru, u, jekk ikunu meħtieġa jagħmlu hekk mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom jew tar-rappreżentanti deżinjati tagħhom dik l-informazzjoni li tista’ tkun disponibbli sabiex huma jew ir-rappreżentanti deżinjati tagħhom ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

(b) Meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jitlob dan, il-messaġġi (inklużi r-rapporti dwar il-pożizzjoni) riċevuti mill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u li jirrigwardaw l-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru li għaliha jkun ipprovdut servizz ta’ kontroll operattiv minn dak l-operatur tal-inġenju tal-ajru għandhom, sa fejn ikun prattikabbli, jitqiegħdu immedjatament għad-dispożizzjoni tal-operatur tal-inġenju tal-ajru jew ta’ rappreżentant maħtur skont proċeduri miftiehma lokalment.

TAQSIMA 8

Servizz ta’ Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru

SERA.8001    Applikazzjoni

Is-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu jiġi pprovdut:

(a) 

lit-titjiriet IFR kollha fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru A, B, C, D u E;

(b) 

lit-titjiriet VFR kollha fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru B, Cu D;

(c) 

lit-titjiriet VFR speċjali kollha;

(d) 

lit-traffiku tal-ajrudom kollu f’ajrudromi kkontrollati.

SERA.8005    Tħaddim tas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

(a) Sabiex tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha:

(1) 

tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-moviment ippjanat ta’ kull inġenju tal-ajru, jew varjazzjonijiet minnu, u informazzjoni kurrenti dwar il-progress reali ta’ kull inġenju tal-ajru;

(2) 

tiddetermina mill-informazzjoni riċevuta, il-pożizzjonijiet relattivi għal xulxin ta’ inġenji tal-ajru magħrufa;

▼M4

(3) 

toħroġ waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: awtorizzazzjonijiet, struzzjonijiet jew informazzjoni sabiex tiġi evitata kolliżjoni bejn inġenji tal-ajru taħt il-kontroll tagħha u sabiex tħaffef u żżomm fluss ordnat ta’ traffiku;

▼B

(4) 

tikkoordina l-awtorizzazzjonijiet kif ikun meħtieġ ma’ unitajiet oħrajn:

(i) 

kull meta inġenju tal-ajru jista’ inkella joħloq kunflitt mat-traffiku operat taħt il-kontroll ta’ unitajiet oħrajn bħal dawn;

(ii) 

qabel ma tittrasferixxi l-kontroll ta’ inġenju tal-ajru lil unitajiet oħrajn bħal dawn.

(b) L-awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom jipprovdu separazzjoni:

(1) 

bejn it-titjiriet kollha fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru A u B;

(2) 

bejn it-titjiriet IFR fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru C, D u E;

(3) 

bejn it-titjiriet IFR u t-titjiriet VFR fil-Klassi tal-ispazju tal-ajru Ċ;

(4) 

bejn it-titjiriet IFR u t-titjiriet VFR speċjali;

(5) 

bejn it-titjiriet VFR speċjali sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

ħlief li, meta jkun mitlub mill-bdot ta’ inġenju tal-ajru u bi qbil mill-bdot tal-inġenju tal-ajru l-ieħor u jekk preskritt b’dan il-mod mill-awtorità kompetenti għall-każijiet elenkati taħt b) iktar ‘il fuq fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru D u E, titjira tista’ tiġi awtorizzata soġġetta għall-kundizzjoni li żżomm is-separazzjoni tagħha fir-rigward ta’ parti speċifika tat-titjira taħt it-3 050 m (10 000 pied) matul it-tlugħ jew l-inżul, matul il-jum f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali.

(c)  ►M4  Ħlief għal każijiet ta’ operazzjonijiet fuq runways paralleli jew kważi paralleli bħal fil-punt ATS.TR.255 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 ( 3 ), jew meta jkun jista’ jiġi applikat tnaqqis fil-valuri minimi tas-separazzjoni fil-viċinanza tal-ajrudromi, is-separazzjoni minn unità tal-ATC għandha tinkiseb b’tal-anqas waħda minn dawn li ġejjin: ◄

▼M4

(1) 

separazzjoni vertikali, li tinkiseb billi jiġu assenjati livelli differenti magħżula mit-tabella tal-livelli ta’ veloċità kostanti fl-Appendiċi 3, ħlief li l-korrelazzjoni tal-livelli mat-trajettorja kif ġie preskritt hemmhekk, ma għandhiex tapplika kull meta jkun indikat mod ieħor f’pubblikazzjonijiet ta’ informazzjoni ajrunawtika jew f’awtorizzazzjonijiet tal-ATC. Il-valur minimu tas-separazzjoni vertikali għandu jkun valur nominali ta’ 300 m (1 000 pied) sa u inkluż l-FL 410 u valur nominali ta’ 600 m (2 000 pied) ’il fuq minn dak il-livell. L-informazzjoni dwar l-għoli ġeometriku m’għandhiex tintuża sabiex tiġi stabbilita s-separazzjoni vertikali;

▼B

(2) 

separazzjoni orizzontali, li tinkiseb billi tiġi pprovduta:

(i) 

separazzjoni lonġitudinali, billi jinżamm intervall bejn inġenji tal-ajru li qed joperaw tul l-istess trajettorji, dawk konverġenti jew reċiproċi, espressa f’ħin jew f’distanza; jew

(ii) 

separazzjoni laterali, billi l-inġenji tal-ajru jinżammu fuq rotot differenti jew f’żoni ġeografiċi differenti.

SERA.8010    Valuri minimi tas-separazzjoni

(a) L-għażla tal-valuri minimi tas-separazzjoni għal applikazzjoni fi ħdan parti partikolari ta’ spazju tal-ajru għandha ssir mill-ANSP responsabbli mill-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti kkonċernata.

(b) Għat-traffiku li se jgħaddi minn spazju tal-ajru ġar għall-ieħor u għar-rotot li jkunu eqreb tal-fruntiera komuni tal-ispazji tal-ajru ġirien mill-valuri minimi tas-separazzjoni applikabbli fiċ-ċirkostanzi, l-għażla tal-valuri minimi tas-separazzjoni għandha ssir f’konsultazzjoni bejn l-ANSPs responsabbli mill-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru ġar.

(c) Id-dettalji tal-valuri minimi tas-separazzjoni magħżula u taż-żoni ta’ applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu nnotifikati:

(1) 

lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati; u

(2) 

lill-bdoti u lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru permezz ta’ pubblikazzjonijiet ta’ informazzjoni ajrunawtika, fejn is-separazzjoni tkun ibbażata fuq l-użu li jagħmel inġenju tal-ajru minn għajnuniet ta’ navigazzjoni speċifikati jew minn tekniki ta’ navigazzjoni speċifikati.

▼M2

SERA.8012    Applikazzjoni tas-separazzjoni tat-turbolenza tar-radda

▼M4

(a) 

L-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom japplikaw minimi tas-separazzjoni tat-turbolenza tar-radda għall-inġenji tal-ajru fil-fażijiet tal-avviċinament u tat-tluq ta’ titjira fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(1) 

inġenju tal-ajru qiegħed jopera direttament wara inġenju tal-ajru ieħor fl-istess altitudni jew anqas minn 300 m (1 000 pied) taħtu;

(2) 

iż-żewġ inġenji tal-ajru qegħdin jużaw l-istess runway jew runways paralleli separati b’anqas minn 760 m (2 500 pied);

(3) 

inġenju tal-ajru qiegħed jaqsam wara inġenju tal-ajru ieħor fl-istess altitudni jew anqas minn 300 m (1 000 pied) taħtu.

(b) 

Il-paragrafu (a) m’għandux japplika għal titjiriet VFP li jaslu u għal titjiriet IFR li jaslu li jeżegwixxu avviċinament viżwali meta l-inġenju tal-ajru jkun irrapporta li qed jara l-inġenju tal-ajru preċedenti u jkun ingħata struzzjoni sabiex isegwi jew iżomm is-separazzjoni proprja minn dak l-inġenju tal-ajru. F’dawk il-każijiet, l-unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tkompli toħroġ avviż għat-turbolenza tar-radda.

▼B

SERA.8015    Awtorizzazzjonijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

▼M2

(a)

L-awtorizzazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom jkunu bbażati biss fuq ir-rekwiżiti li ġejjin għall-provvista tas-servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru:

(1) 

L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu biss biex jgħaġġlu u jisseparaw it-traffiku tal-ajru u jkunu bbażati fuq kundizzjonijiet tat-traffiku magħrufin li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza fl-operat tal-inġenji tal-ajru. Kundizzjonijiet tat-traffiku bħal dawn jinkludu mhux biss l-inġenji tal-ajru fl-ajru u fuq iż-żona ta' mmanuvrar li fuqha huwa eżerċitat il-kontroll, iżda anke kull traffiku veikulari jew ostakli oħrajn mhux installati b'mod permanenti fuq iż-żona ta' manuvrar li qiegħda tintuża.

(2) 

L-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom joħorġu tali awtorizzazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru meħtieġa biex jimpedixxu l-kolliżjonijiet u jgħaġġlu u jżommu fluss ordnat tat-traffiku tal-ajru.

(3) 

L-awtorizzazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom jinħarġu kmieni biżżejjed biex jiżguraw li jiġu trażmessi lill-inġenju tal-ajru fil-ħin suffiċjenti sabiex dan ikunu jista' jikkonforma magħhom.

▼B

(b)

Operazzjoni soġġetta għal awtorizzazzjoni

(1) Awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tikiseb qabel ma tiġi operata titjira kkontrollata, jew parti minn titjira bħala titjira kkontrollata. Tali awtorizzazzjoni għandha tintalab permezz tal-preżentazzjoni ta’ pjan tat-titjira lil unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.

(2) Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru għandu jinforma lill-ATC jekk awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru ma tkunx sodisfaċenti. F’każijiet bħal dawn, l-ATC toħroġ awtorizzazzjoni emendata, jekk dan ikun prattikabbli.

(3) Kull meta inġenju tal-ajru jkun talab awtorizzazzjoni li tinvolvi prijorità, għandu jiġi ppreżentat rapport li jispjega l-ħtieġa għal tali prijorità, jekk dan jintalab mill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(4)  Awtorizzazzjoni mill-ġdid potenzjali waqt it-titjir. Jekk qabel it-tluq, ikun antiċipat li, abbażi tal-awtonomija tal-fjuwil u soġġett għal awtorizzazzjoni mill-ġdid waqt it-titjir, tista’ tittieħed deċiżjoni li l-inġenju tal-ajru jipproċedi lejn ajrudrom ta’ destinazzjoni riveduta, l-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa għandhom jiġu nnotifikati b’dan permezz tal-inserzjoni fil-pjan tat-titjira ta’ informazzjoni dwar ir-rotta riveduta (fejn tkun magħrufa) u d-destinazzjoni riveduta.

(5) Inġenju tal-ajru operat f’ajrudrom ikkontrollat ma għandux jinsaq fuq iż-żona ta’ mmanuvrar mingħajr awtorizzazzjoni mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom u għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe istruzzjoni mogħtija minn dik l-unità.

▼M4

(6) Matul il-vetturar jew l-assenjar ta’ rotot diretti mhux inklużi fil-pjan tat-titjira, li jieħu titjira IFR barra mir-rotta ATS jew il-proċedura bl-istrumenti ppubblikata, kontrollur tat-traffiku tal-ajru li jipprovdi servizz ta’ sorveljenza tal-ATS għandu joħroġ awtorizzazzjonijiet b’tali mod li l-qtugħ stipulat mill-ostakoli jkun jeżisti f’kull ħin sakemm l-inġenju tal-ajru jilħaq il-punt li fih il-bdot jerġa’ jidħol fir-rotta tal-pjan tat-titjira jew jidħol f’rotta ATS jew fi proċedura bl-istrumenti ppubblikata.

▼B

(c)

Awtorizzazzjonijiet għal titjira transonika

(1) L-awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru relatata mal-fażi ta’ aċċelerazzjoni transonika ta’ titjira supersonika għandha testendi mill-inqas sa tmiem dik il-fażi.

(2) L-awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru relatata mad-deċelerazzjoni u mal-inżul ta’ inġenju tal-ajru minn veloċità supersonika regolari għal titjir subsoniku għandha tipprova tipprovdi għal inżul mhux interrott għall-inqas matul il-fażi transonika.

(d)

Kontenut tal-awtorizzazzjonijiet

Awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tindika:

(1) 

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru kif tintwera fil-pjan tat-titjira;

(2) 

il-limitu ta’ awtorizzazzjoni;

▼M2

(3) 

ir-rotta tat-titjira, …

(i) 

għandhom jingħataw dettalji dwar ir-rotta tat-titjira f'kull awtorizzazzjoni meta dan ikun meqjus neċessarju, u

(ii) 

il-frażi “cleared via flight plannned route” (awtorizzat permezz tar-rotta ppjanata tat-titjira) ma għandhiex tintuża meta tingħata awtorizzazzjoni mill-ġdid;

▼B

(4) 

il-livell(i) tat-titjira għar-rotta kollha jew għal parti minnha u l-bidliet fil-livelli jekk dan ikun meħtieġ;

▼M4

(5) 

kwalunkwe struzzjoni jew informazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet oħra, bħal slot tat-tluq tal-ATFM jekk applikabbli, manuvri ta’ avviċinament jew ta’ tluq, komunikazzjonijiet u l-ħin ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni.

▼B

(e)

►M4  Il-qari lura tal-awtorizzazzjonijiet, tal-istruzzjonijiet u tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza ◄

(1) L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jaqra lura lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru l-partijiet relatati mas-sikurezza tal-awtorizzazzjonijiet u tal-istruzzjonijiet tal-ATC li jiġu trażmessi bil-vuċi. Il-punti li ġejjin għandhom dejjem jinqraw lura:

(i) 

l-awtorizzazzjonijiet tal-ATC għar-rotot;

(ii) 

l-awtorizzazzjonijiet u l-istruzzjonijiet biex l-inġenju tal-ajru jidħol fi, jagħmel inżul fuq u tlugħ minn, jieqaf qabel, jaqsam, jinsaq u jimxi b’lura fuq kwalunkwe runway; u

(iii) 

ir-runway li qed tintuża, l-issettjar tal-altimetru, il-kodiċijiet SSR, il-kanali ta’ komunikazzjoni li jkunu għadhom kif ġew assenjati, l-istruzzjonijiet dwar il-livelli, l-istruzzjonijiet dwar l-orjentazzjoni u l-veloċità; u

(iv) 

il-livelli ta’ tranżizzjoni, kemm jekk ikunu maħruġa mill-kontrollur kif ukoll jekk ikunu inklużi fix-xandiriet tal-ATIS.

(2) Awtorizzazzjonijiet jew istruzzjonijiet oħrajn, inklużi l-awtorizzazzjonijiet kundizzjonali u l-istruzzjonijiet dwar is-sewqan, għandhom jinqraw lura jew jiġu kkonfermati b’mod li jindika b’mod ċar li jkunu nftehmu u li se jiġu rrispettati.

(3) Il-kontrollur għandu jismal-qari lura biex jaċċerta ruħu li l-awtorizzazzjoni jew l-istruzzjoni tkun ġiet ikkonfermata b’mod korrett mill-ekwipaġġ tat-titjira u għandu jieħu azzjoni immedjata biex jikkoreġi kwalunkwe diskrepanza li tiġi żvelata bil-qari lura.

(4) Il-qari lura ta’ messaġġi CPDLC bil-vuċi ma għandux ikun meħtieġ, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-ANSP.

▼M2

(ea)

Bidliet fl-awtorizzazzjoni rigward ir-rotta jew il-livell
(1) 

Meta tinħareġ awtorizzazzjoni li tkopri bidla mitluba fir-rotta jew fil-livell, in-natura eżatta tal-bidla għandha tiġi inkluża fl-awtorizzazzjoni.

(2) 

Meta l-kundizzjonijiet tat-traffiku ma jippermettux l-awtorizzazzjoni ta' bidla mitluba, għandha tintuża l-kelma “UNABLE” (mhux possibbli). Meta meħtieġ miċ-ċirkostanzi, għandha tiġi offruta rotta jew livell alternattiv.

(eb)

Awtorizzazzjoni relatata mal-altimetrija
(1) 

Għal titjiriet fiż-żoni fejn tiġi stabbilita alititudni tranżitorja, il-pożizzjoni vertikali tal-inġenju tal-ajru għandha, ħlief kif ipprovdut f'(5) hawn taħt, tiġi espressa f'termini ta' altitudnijiet fl-altitudni tranżitorja jew taħtha u f'termini tal-livelli tat-titjira fil-livell ta' tranżizzjoni jew fuqu. Waqt li tkun għaddejja mill-istrat ta' tranżizzjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tiġi espressa f'termini tal-livelli tat-titjira meta tkun fit-tlugħ u f'termini ta' alitudnijiet meta tkun fl-inżul.

(2) 

L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun ipprovdut bil-livell ta' tranżizzjoni fiż-żmien dovut qabel jilħquh matul l-inżul.

▼M4

(3) 

Ħlief meta jkun magħruf li l-inġenju tal-ajru jkun diġà rċieva l-informazzjoni fi trażmissjoni diretta, l-issettjar ta’ altimetru tal-QNH għandu jiġi inkluż fi:

(i) 

fl-awtorizzazzjoni tal-inżul, meta tingħata l-ewwel awtorizzazzjoni għal altitudni anqas mil-livell ta’ tranżizzjoni;

(ii) 

fl-awtorizzazzjoni tal-avviċinament jew fl-awtorizzazzjoni għad-dħul fiċ-ċirkwit tat-traffiku;

(iii) 

l-awtorizzazzjoni tat-taxiing għall-inġenji tal-ajru li jkunu se jitilqu.

▼M2

(4) 

Konfigurazzjoni tal-altimetru tal-QFE għandha tingħata lil inġenju tal-ajru fuq talba jew fuq bażi regolari skont l-arranġamenti lokali.

(5) 

►M4  Meta inġenju tal-ajru jkun ingħata awtorizzazzjoni sabiex jillandja jew meta inġenju tal-ajru jkun ġie informat li r-runway hija disponibbli għall-illandjar f’ajrudromi AFIS u li l-inġenju tal-ajru jkun qiegħed jikkompleta l-avviċinament tiegħu bl-użu tal-pressjoni atmosferika fl-elevazzjoni tal-ajrudrom (QFE), il-pożizzjoni vertikali ta’ dak l-inġenju tal-ajru għandha tiġi espressa f’termini tal-għoli ’l fuq mill-elevazzjoni tal-ajrudrom matul dik il-porzjon tat-titjira tiegħu li għalih qiegħda tintuża l-QFE, ħlief jekk din tkun espressa f’termini tal-għoli ’l fuq mil-livell limitu tal-elevazzjoni tar-runway: ◄

(i) 

għal runways bl-istrumenti jekk il-livell limitu huwa 2 m (7 pied) jew iżjed taħt l-elevazzjoni tal-ajrudrom; u

(ii) 

għal runways b'avviċinament ta' preċiżjoni.

(ec)

Awtorizzazzjonijiet kondizzjonali

Il-frażijiet kondizzjonali, bħal “behind landing aircraft” (wara inġenju tal-ajru li nieżel) jew “after departing aircraft” (wara inġenju tal-ajru li se jitlaq), ma għandhomx jintużaw għal movimenti li jaffettwaw ir-runway(s) attivi, ħlief meta l-inġenju tal-ajru jew il-vetturi kkonċernati huma osservati mill-kontrollur u l-bdot xierqa. L-inġenju tal-ajru jew il-vettura li tkun qiegħda tikkawża l-kundizzjoni fl-awtorizzazzjoni maħruġa għandha tkun l-ewwel inġenju tal-ajru/vettura li tgħaddi quddiem l-inġenju tal-ajru l-ieħor ikkonċernat. Fil-każijiet kollha, għandha tingħata awtorizzazzjoni kundizzjonali fl-ordni li ġej li tikkonsisti minn:

(1) 

is-sinjal tas-sejħa;

(2) 

il-kundizzjoni;

(3) 

l-awtorizzazzjoni; u

(4) 

tennija fil-qosor tal-kundizzjoni.

▼B

(f)

Koordinazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet

(1) Awtorizzazzjoni ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandha tiġi kkoordinata bejn l-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru sabiex tkopri r-rotta kollha ta’ inġenju tal-ajru jew parti speċifikata minnha kif ġie deskritt fid-dispożizzjonijiet (2) sa (6).

(2) Inġenju tal-ajru għandu jingħata awtorizzazzjoni għar-rotta kollha lejn l-ajrudrom fejn kien maħsub li se jitwettaq l-ewwel inżul:

(i) 

meta kien possibbli, qabel it-tluq, li tiġi kkoordinata l-awtorizzazzjoni bejn l-unitajiet kollha li l-inġenju tal-ajru se jkun taħt il-kontroll tagħhom; jew

(ii) 

meta jkun hemm assigurazzjoni raġonevoli li se titwettaq koordinazzjoni minn qabel bejn dawk l-unitajiet li l-inġenju tal-ajru se jkun sussegwentement taħt il-kontroll tagħhom.

(3) Meta koordinazzjoni bħal fi (2) ma tintlaħaqx jew ma tkunx antiċipata, l-inġenju tal-ajru għandu jingħata awtorizzazzjoni biss sa dak il-punt fejn il-koordinazzjoni tkun raġonevolment żgurata; qabel ma jasal f’tali punt, jew meta jkun f’tali punt, l-inġenju tal-ajru għandu jirċievi awtorizzazzjoni oħra, li tkun tinkludi l-istruzzjonijiet li jkunu qed jinħarġu, kif ikun xieraq.

(4) Meta jkun preskritt mill-unità tal-ATS, l-inġenju tal-ajru għandu jikkuntattja lil unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru sussegwenti, sabiex jirċievi awtorizzazzjoni sussegwenti qabel il-punt tat-trasferiment tal-kontroll.

(i) 

L-inġenju tal-ajru għandu jżomm il-komunikazzjoni bidirezzjonali meħtieġa mal-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru kurrenti filwaqt li jikseb awtorizzazzjoni sussegwenti.

(ii) 

Awtorizzazzjoni maħruġa bħala awtorizzazzjoni sussegwenti għandha tkun identifikabbli b’mod ċar bħala tali għall-bdot.

(iii) 

Sakemm ma jkunux ikkoordinati, l-awtorizzazzjonijiet sussegwenti ma għandhomx jaffettwaw il-profil oriġinali tat-titjira tal-inġenju tal-ajru fi kwalunkwe spazju tal-ajru, minbarra dak tal-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru responsabbli mill-konsenja tal-awtorizzazzjoni sussegwenti.

(5) Meta inġenju tal-ajru jkollu l-intenzjoni li jitlaq minn ajrudrom fi ħdan erja ta’ kontroll sabiex jidħol f’erja ta’ kontroll oħra f’perjodu ta’ tletin minuta, jew tali perjodu ta’ ħin speċifiku ieħor kif ġie miftiehem bejn iċ-ċentri ta’ kontroll tal-erjas kkonċernati, il-koordinazzjoni maċ-ċentru ta’ kontroll tal-erja sussegwenti għandha ssir qabel ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni għat-tluq.

(6) Meta inġenju tal-ajru jkollu l-intenzjoni li jħalli erja ta’ kontroll għal titjira barra minn spazju tal-ajru kkontrollat, u sussegwentement se jerġa’ jidħol fl-istess erja ta’ kontroll jew f’erja ta’ kontroll oħra, tista’ tinħareġ awtorizzazzjoni mill-punt ta’ tluq sal-ajrudrom ta’ fejn kien maħsub li se jitwettaq l-ewwel inżul. Awtorizzazzjoni bħal din jew reviżjonijiet fiha għandha tapplika biss għal dawk il-partijiet tat-titjira mwettqa fi ħdan spazju tal-ajru kkontrollat.

SERA.8020    Adeżjoni ma’ Pjan tat-Titjira

(a) Bl-eċċezzjoni ta’ kif inhu previst f’(b) u f’(d), inġenju tal-ajru għandu jaderixxi mal-pjan kurrenti tat-titjira jew mal-parti applikabbli ta’ pjan kurrenti tat-titjira ppreżentat għal titjira kkontrollata sakemm ma tkunx saret talba għal bidla u ma tkunx inkisbet awtorizzazzjoni mingħand l-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa, jew sakemm ma tinqalax sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun teħtieġ azzjoni immedjata mill-inġenju tal-ajru, f’liema każ malli ċ-ċirkostanzi jippermettu, wara li tiġi eżerċitata tali awtorità ta’ emerġenza, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha tiġi nnotifikata bl-azzjoni meħuda u li din l-azzjoni ttieħdet taħt awtorità ta’ emerġenza.

(1) 

Sakemm ma jiġux awtorizzati mod ieħor mill-awtorità kompetenti, jew sakemm ma jiġux ordnati jagħmlu mod ieħor mill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa, it-titjiriet ikkontrollati għandhom, sa fejn ikun prattikabbli:

(i) 

meta jkunu fuq rotta stabbilita tal-ATS, joperaw tul il-linja taċ-ċentru definita ta’ dik ir-rotta; jew

(ii) 

meta jkunu fuq kwalunkwe rotta oħra, joperaw direttament bejn il-faċilitajiet ta’ navigazzjoni u/jew il-punti li jiddefinixxu dik ir-rotta.

(2) 

Sakemm ma jiġix awtorizzat mod ieħor mill-awtorità kompetenti jew sakemm ma jiġix ordnajagħmel mod ieħor mill-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa, inġenju tal-ajru li jopera tul segment ta’ rotta tal-ATS iddefinit b’referenza għal meded ta’ frekwenzi għoljin ħafna ta’ radju omnidirezzjonali għandu jaqleb għall-gwida primarja għan-navigazzjoni tiegħu mill-faċilità wara l-inġenju tal-ajru għal dik ta’ quddiemu fil-punt ta’ bidla, jew kemm jista’ jkun operattivament fattibbli qrib tiegħu, fejn stabbilit.

▼M2

(3) 

Devjazzjoni mir-rekwiżiti fil-punt (1) għandha tkun innotifikata lill-unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa.

▼B

(b)  Bidliet involontarji. Fil-każ li titjira kkontrollata b’mod involontarju tiddevja mill-pjan kurrenti tat-titjira tagħha, għandha tittieħed l-azzjoni li ġejja:

(1) 

Devjazzjoni mit-trajettorja: jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx fuq it-trajettorja tiegħu, minnufih għandha tittieħed azzjoni sabiex l-orjentazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi aġġustata ħalli din terġa’ lura fit-trajettorja tagħha malli dan ikun prattikabbli.

(2) 

Varjazzjoni fil-veloċità tal-ajru vera: jekk il-veloċità tal-ajru vera medja fuq livell ta’ veloċità kostanti bejn żewġ punti ta’ rappurtar tvarja jew mistennija tvarja bi 5 fil-mija iktar jew inqas tal-veloċità tal-ajru vera, minn dik mogħtija fil-pjan tat-titjira, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha tiġi informata b’dan.

▼M2

(3) 

Bidla fil-ħin stmat: jekk il-ħin stmat sal-punt ta' rappurtar applikabbli li jmiss, il-konfini tar-reġjun tal-informazzjoni tat-titjira jew l-ajrudrom ta' destinazzjoni, skont liema jiġi l-ewwel, jinsab li huwa żbaljat b'aktar minn 2 minuti minn dak notifikat lill-ATS jew perjodu ta' ħin ieħor bħal dan kif stipulat mill-awtorità kompetenti, għandhu jiġi notifikat il-ħin stmat rivedut malajr kemm jista' jkun lill-unità tal-ATS xierqa.

▼B

(4) 

Barra minn hekk, meta jkun hemm stabbilit ftehim ta’ ADS-C, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tiġi informata awtomatikament permezz ta’ kollegament tad-dejta kull meta jsiru bidliet li jmorru lil hinn mill-valuri ta’ limitu stipulati mill-kuntratt tal-avveniment ta’ ADS-C.

(c)  Bidliet ippjanati. It-talbiet għal bidliet fil-pjan tat-titjira għandhom jinkludu l-informazzjoni kif ġie indikat hawn taħt:

(1) 

Bidla fil-livell ta’ veloċità kostanti: l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru; il-livell ta’ veloċità kostanti ġdid mitlub u l-veloċità kostanti fuq dan il-livell, l-istimi tal-ħin riveduti (meta jkun applikabbli) fi fruntieri sussegwenti tar-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir.

(2) 

Bidla fir-rotta:

(i) 

Destinazzjoni mhux mibdula: l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru; ir-regoli tat-titjir; deskrizzjoni tar-rotta l-ġdida tat-titjira inkluża d-dejta tal-pjan tat-titjira relatata li tibda bil-pożizzjoni minn fejn għandha tibda l-bidla fir-rotta mitluba; l-istimi riveduti tal-ħin; kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

(ii) 

Destinazzjoni mibdula: l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru; ir-regoli tat-titjir; deskrizzjoni tar-rotta riveduta tat-titjira sal-ajrudrom ta’ destinazzjoni riveduta inkluża d-dejta tal-pjan tat-titjira relatata li tibda bil-pożizzjoni minn fejn għandha tibda l-bidla fir-rotta mitluba; l-istimi riveduti tal-ħin; l-ajrudrom(i) alternattiv(i); kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

(d)  Deterjorament tat-temp taħt il-VMC. Meta jsir evidenti li titjir f’VMC skont il-pjan kurrenti tat-titjira tagħha mhuwiex se jkun prattikabbli, titjira VFR operata bħala titjira kkontrollata għandha:

(1) 

titlob awtorizzazzjoni emendata li tippermetti li l-inġenju tal-ajru jkompli f’VMC sal-ajrudrom ta’ destinazzjoni jew sa ajrudrom alternattiv, jew li jħalli l-ispazju tal-ajru fejn hija meħtieġa awtorizzazzjoni tal-ATC; jew

(2) 

jekk ma tkun tista’ tinkiseb l-ebda awtorizzazzjoni skont a), tkompli topera f’VMC u tinnotifika lill-unità tal-ATC xierqa bl-azzjoni li qed tittieħed jew sabiex tħalli l-ispazju tal-ajru kkonċernat jew sabiex tagħmel inżul fl-eqreb ajrudrom xieraq; jew

(3) 

jekk operata fi ħdan żona ta’ kontroll, titlob awtorizzazzjoni sabiex topera bħala titjira VFR speċjali; jew

(4) 

titlob awtorizzazzjoni sabiex topera skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti.

SERA.8025    Rapporti dwar il-Pożizzjoni

(a) Sakemm ma tkunx eżentata mill-awtorità kompetenti jew mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa f’kundizzjonijiet speċifikati minn dik l-awtorità, titjira kkontrollata għandha tirrapporta lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa, mill-iktar fis possibbli, il-ħin u il-livell meta tgħaddi kull punt ta’ rappurtar obbligatorju indikat, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra. B’mod simili, ir-rapporti dwar il-pożizzjoni għandhom jsiru b’relazzjoni għal punti addizzjonali meta dan jintalab mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa. Fin-nuqqas ta’ punti ta’ rappurtar indikati, ir-rapporti dwar il-pożizzjoni għandhom isiru f’intervalli preskritti mill-awtorità kompetenti jew speċifikati mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(1) 

Titjiriet ikkontrollati li jipprovdu informazzjoni dwar il-pożizzjoni lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa permezz ta’ komunikazzjonijiet b’kollegament tad-dejta għandhom jipprovdu rapporti dwar il-pożizzjoni bil-vuċi biss meta jintalbu jagħmlu dan.

▼M2

(2) 

Meta titjira kkontrollata tkun ġiet eżentata mir-rekwiżit li tirrapporta f'punti ta' rappurtar obbligatorji, il-bdoti għandhom, sakemm ma jkunx għaddej rappurtar tal-pożizzjoni awtomatizzat, jerġgħu jibdew bir-rappurtar tal-pożizzjoni bil-vuċi jew CPDLC:

(i) 

meta jingħataw istruzzjonijiet biex jagħmlu dan;

(ii) 

meta jiġu avżati li s-servizz ta' sorveljanza tal-ATS ikun intemm; jew

(iii) 

meta jiġu avżati li l-identifikazzjoni tas-sorveljanza tal-ATS hija mitlufa.

(3) 

Il-format tar-rapporti dwar il-pożizzjoni għandhom ikunu skont l-Appendiċi 5, il-Punt A.

▼B

SERA.8030    Terminazzjoni ta’ Kontroll

Titjira kkontrollata għandha, ħlief meta tagħmel inżul f’ajrudrom ikkontrollat, tinforma lill-unità tal-ATC xierqa malli tieqaf tkun soġġetta għas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.

SERA.8035    Komunikazzjonijiet

(a) Inġenju tal-ajru operat bħala titjira kkontrollata għandu jżomm għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq tal-unità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa, u għandu jistabbilixxi magħha komunikazzjoni bidirezzjonali skont il-ħtieġa, bl-eċċezzjoni ta’ kif jista’ jiġi preskritt mill-ANSP rilevanti fir-rigward ta’ inġenji tal-ajru li jifformaw parti mit-traffiku tal-ajrudrom f’ajrudrom ikkontrollat.

(1) 

Ir-rekwiżit li inġenju tal-ajru jżomm għassa ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art għandu jibqa’ fis-seħħ meta jkunu ġew stabbiliti s-CPDLC.

▼M2

(b) L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet xierqa dwar il-fallimenti tal-komunikazzjoni kif adottati skont il-Konvenzjoni ta' Chicago. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għat-traspożizzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet fid-dritt tal-Unjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri komuni Ewropej dwar il-fallimenti tal-komunikazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017.

▼B

TAQSIMA 9

Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir

SERA.9001    Applikazzjoni

(a) Is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir għandu jiġi pprovdut mill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa lill-inġenji tal-ajru kollha li huwa probabbli li kunu affettwati mill-informazzjoni u li jkunu:

(1) 

ipprovduti servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru; jew

(2) 

ikunu magħrufa b’mod ieħor mal-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru rilevanti.

(b) Li jiġu riċevut servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir ma jneħħi ebda responsabbiltà minn fuq il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru u l-bdot fil-kmand għandu jieħu d-deċiżjoni finali dwar kwalunkwe tibdil issuġġerit fil-pjan tat-titjira.

(c) Fejn l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jipprovdu kemm servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir kif ukoll servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-provvista tas-servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu jkollu preċedenza fuq il-provvista tas-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir, kull meta l-provvista ta’ servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru teħtieġ dan.

SERA.9005    Ambitu tas-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir

(a) Is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir għandu jinkludi l-provvista ta’:

(1) 

informazzjoni SIGMET u AIRMET rilevanti;

(2) 

informazzjoni rilevanti dwar l-attività vulkanika ta’ qabel l-eruzzjoni, dwar l-eruzzjonijiet tal-vulkani u dwar is-sħab ta’ rmied vulkaniku;

(3) 

informazzjoni rilevanti dwar ir-rilaxx fl-atmosfera ta’ materjali radjuattivi jew ta’ sustanzi kimiċi tossiċi;

(4) 

informazzjoni rilevanti dwar bidliet fid-disponibbiltà tas-servizzi ta’ navigazzjoni bir-radju;

(5) 

informazzjoni rilevanti dwar bidliet fil-kundizzjoni tal-ajrudromi u tal-faċilitajiet assoċjati, inkluża informazzjoni dwar l-istat taż-żoni ta’ moviment ta’ ajrudrom meta dawn ikunu affettwati minn borra, silġ jew fond sinifikanti ta’ ilma;

(6) 

informazzjoni rilevanti dwar blalen tal-arja ħielsa u mingħajr ekwipaġġ;

▼M4

(7) 

informazzjoni dwar konfigurazzjoni u kundizzjoni anormali tal-inġenju tal-ajru;

(8) 

kwalunkwe informazzjoni oħra li huwa probabbli li taffettwa s-sikurezza.

▼M4 —————

▼B

(b) Is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir li jiġi pprovdut lit-titjiriet għandu jinkludi, minbarra l-informazzjoni deskritta fil-qosor f’(a), il-provvista ta’ informazzjoni dwar:

(1) 

il-kundizzjonijiet tat-temp irrappurtati jew imbassra fl-ajrudromi tat-tluq, ta’ destinazzjoni u alternattivi;

(2) 

il-perikli ta’ kolliżjonijiet, għall-inġenji tal-ajru li joperaw fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru C, D, E, F u G;

▼M4

(3) 

għal titjir fuq żoni ta’ ilma, sa fejn ikun prattikabbli u meta jkun mitlub minn bdot, kwalunkwe informazzjoni disponibbli bħal sinjal ta’ sejħa bir-radju, pożizzjoni, trajettorja vera, veloċità, eċċ., ta’ bastimenti ta’ superfiċje fl-erja; u

▼M4

(4) 

messaġġi, inklużi awtorizzazzjonijiet, riċevuti mingħand unitajiet oħra tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għat-trażmissjoni lill-inġenju tal-ajru.

▼B

(c) Is-servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir li jiġi pprovdut lit-titjiriet VFR għandu jinkludi, minbarra dak deskritt fil-qosor f’(a), il-provvista ta’ informazzjoni disponibbli dwar il-kundizzjonijiet tat-traffiku u tat-temp tul ir-rotta tat-titjira li huwa probabbli li se jagħmlu l-operazzjoni taħt ir-regoli tat-titjir viżwali imprattikabbli.

▼M4

(d) AFIS li jiġi pprovdut lit-titjiriet għandu jinkludi, minbarra l-informazzjoni deskritta fil-qosor fil-punti (a) u (b), il-provvista tal-informazzjoni dwar:

(1) 

perikli ta’ kolliżjoni ma’ inġenji tal-ajru, ma’ vetturi u ma’ persuni li joperaw fiż-żona ta’ mmanuvrar;

(2) 

ir-runway fl-użu.

▼B

SERA.9010    Servizz ta’ Informazzjoni b’Terminal Awtomatiku (ATIS)

(a)   L-użu tal-messaġġi tal-ATIS fi trażmissjonijiet ta’ talba/risposta diretti

(1) Meta jkun mitlub mill-bdot, il-messaġġ(i) tal-ATIS applikabbli għandu(għandhom) jiġi/u trażmess(i) mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(2) Kull meta jiġu pprovduti Voice-ATIS u/jew D-ATIS:

(i) 

l-inġenju tal-ajru għandu jikkonferma li rċieva l-informazzjoni meta jistabbilixxi komunikazzjoni mal-unità tal-ATS li tkun qed tipprovdi servizz ta’ kontroll tal-avviċinament, mat-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom jew mas-Servizz ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir tal-Ajrudrom (AFIS), kif ikun xieraq; u

(ii) 

l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha, meta tirrispondi lil inġenju tal-ajru li jkun qed jikkonferma li rċieva messaġġ tal-ATIS jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru li jkun qed jasal, fi kwalunkwe ħin ieħor kif jista’ jkun preskritt mill-awtorità kompetenti, tipprovdi lill-inġenju tal-ajru bil-konfigurazzjoni kurrenti tal-altimetru.

(3) L-informazzjoni inkluża f’ATIS kurrenti, li r-riċevuta tiegħu tkun ġiet ikkonfermata mill-inġenju tal-ajru kkonċernat, ma għandhiex għalfejn tiġi inkluża fi trażmissjoni diretta lill-inġenju tal-ajru, ħlief għall-konfigurazzjoni tal-altimetru, li għandu jiġi pprovdut skont (2).

▼M4

(4) Jekk inġenju tal-ajru jirrikonoxxi r-riċevuta ta’ ATIS li ma jkunx għadu kurrenti, l-unità tal-ATS għandha tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin mingħajr dewmien:

(i) 

tikkomunika lill-inġenju tal-ajru kwalunkwe element ta’ informazzjoni li jrid jiġi aġġornat;

(ii) 

tordna lill-inġenju tal-ajru jikseb l-informazzjoni kurrenti tal-ATIS.

▼B

(b)   ATIS għall-inġenji tal-ajru li qed jaslu u li qed jitilqu

Il-messaġġi tal-ATIS li jinkludu informazzjoni kemm dwar il-wasla kif ukoll dwar it-tluq għandhom jinkludu l-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin fl-ordni elenkat:

(1) 

l-isem tal-ajrudrom;

(2) 

l-indikatur tal-wasla u/jew tat-tluq;

(3) 

it-tip ta’ kuntratt, jekk il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ D-ATIS;

(4) 

id-deżinjatur;

(5) 

il-ħin tal-osservazzjoni, jekk ikun xieraq;

(6) 

it-tip ta’ avviċinament(i) li għandu(għandhom) ikun(u) mistenni(ja);

(7) 

ir-runway(s) li qed tintuża(jintużaw); l-istatus tas-sistema ta’ twaqqif li tikkostitwixxi periklu potenzjali, jekk ikun hemm;

(8) 

kundizzjonijiet sinifikanti tas-superfiċje tar-runway u, jekk ikun xieraq, l-azzjoni ta’ bbrejkjar;

(9) 

id-dewmien fl-istennija, jekk ikun xieraq;

(10) 

il-livell ta’ tranżizzjoni, jekk ikun applikabbli;

(11) 

informazzjoni operattiva essenzjali oħra;

▼M2

(12) 

id-direzzjoni (fi gradi manjetiċi) u l-veloċità tar-riħ fis-superfiċje, inkluż varjazzjonijiet sinifikanti u, jekk is-sensers tar-riħ tas-superfiċje relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qegħdin jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni hija meħtieġa mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

(13) 

il-viżibbiltà u, meta applikabbli, l-RVR ( 4 ), u jekk is-sensers tal-viżibbiltà/RVR relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qegħdin jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni hija meħtieġa mill-operaturi, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

▼B

(14) 

it-temp preżenti (4) ;

(15) 

is-sħab taħt l-1 500 m (5 000 pied) jew taħt l-ogħla altitudni minima tas-settur, liema minnhom tkun ikbar; il-kumulunimbu (cumulonimbus); jekk is-sema tkun imdallma, il-viżibilità vertikali meta tkun disponibbli (4) ;

(16) 

it-temperatura tal-arja;

(17) 

it-temperatura meta tifforma n-nida;

(18) 

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-altimetru;

(19) 

kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar fenomeni meteoroloġiċi sinifikanti fl-erjas ta’ avviċinament u ta’ tlugħ inkluż riħ qawwi trasversali, u informazzjoni dwar it-temp reċenti ta’ sinifikat operattiv;

(20) 

tbassir tax-xejriet, meta jkun disponibbli; u

(21) 

istruzzjonijiet speċifiċi tal-ATIS.

(c)   ATIS għall-inġenji tal-ajru li qed jaslu

Il-messaġġi tal-ATIS li jinkludu informazzjoni dwar il-wasla biss għandhom jinkludu l-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin fl-ordni elenkata:

(1) 

l-isem tal-ajrudrom;

(2) 

l-indikatur tal-wasla;

(3) 

it-tip ta’ kuntratt, jekk il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ D-ATIS;

(4) 

id-deżinjatur;

(5) 

il-ħin tal-osservazzjoni, jekk ikun xieraq;

(6) 

it-tip ta’ avviċinament(i) li għandu(għandhom) ikun(u) mistenni(ja);

(7) 

ir-runway(s) prinċipali għall-inżul; l-istatus tas-sistema ta’ twaqqif li tikkostitwixxi periklu potenzjali, jekk ikun hemm;

(8) 

kundizzjonijiet sinifikanti tas-superfiċje tar-runway u, jekk ikun xieraq, l-azzjoni ta’ bbrejkjar;

(9) 

id-dewmien fl-istennija, jekk ikun xieraq;

(10) 

il-livell ta’ tranżizzjoni, jekk ikun applikabbli;

(11) 

informazzjoni operattiva essenzjali oħra;

▼M2

(12) 

id-direzzjoni (fi gradi manjetiċi) u l-veloċità tar-riħ fis-superfiċje, inkluż varjazzjonijiet sinifikanti u, jekk is-sensers tar-riħ tas-superfiċje relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qegħdin jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni hija meħtieġa mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

(13) 

il-viżibbiltà u, meta applikabbli, l-RVR (4) , u jekk is-sensers tal-viżibbiltà/RVR relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qegħdin jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni hija meħtieġa mill-operaturi, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

▼B

(14) 

it-temp preżenti (4) ;

(15) 

is-sħab taħt l-1 500 m (5 000 pied) jew taħt l-ogħla altitudni minima tas-settur, liema minnhom tkun ikbar; il-kumulunimbu (cumulonimbus); jekk is-sema tkun imdallma, il-viżibilità vertikali meta tkun disponibbli (4) ;

(16) 

it-temperatura tal-arja;

(17) 

it-temperatura meta tifforma n-nida;

(18) 

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-altimetru;

(19) 

kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar fenomeni meteoroloġiċi sinifikanti fiż-żona ta’ avviċinament inkluż ir-riħ qawwi trasversali, u informazzjoni dwar it-temp reċenti ta’ sinifikat operattiv;

(20) 

tbassir tax-xejriet meta jkun disponibbli; u

(21) 

istruzzjonijiet speċifiċi tal-ATIS.

(d)   ATIS għall-inġenji tal-ajru li qed jitilqu

Il-messaġġi tal-ATIS li jinkludu informazzjoni dwar it-tluq biss għandhom jinkludu l-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin fl-ordni elenkat:

(1) 

l-isem tal-ajrudrom;

(2) 

l-indikatur tat-tluq;

(3) 

it-tip ta’ kuntratt, jekk il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ D-ATIS;

(4) 

id-deżinjatur;

(5) 

il-ħin tal-osservazzjoni, jekk ikun xieraq;

(6) 

ir-runway(s) li għandha(għandhom) tintuża(jintużaw) għat-tlugħ; l-istatus tas-sistema ta’ twaqqif li tikkostitwixxi periklu potenzjali, jekk ikun hemm;

(7) 

kundizzjonijiet tal-wiċċ sinifikanti tar-runway(s) li se tintuża(jintużaw) għat-tlugħ u, jekk ikun xieraq, l-azzjoni ta’ bbrejkjar;

(8) 

id-dewmien fit-tluq, jekk ikun xieraq;

(9) 

il-livell ta’ tranżizzjoni, jekk ikun applikabbli;

(10) 

informazzjoni operattiva essenzjali oħra;

▼M2

(11) 

id-direzzjoni (fi gradi manjetiċi) u l-veloċità tar-riħ fis-superfiċje, inkluż varjazzjonijiet sinifikanti u, jekk is-sensers tar-riħ tas-superfiċje relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qegħdin jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni hija meħtieġa mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

(12) 

il-viżibbiltà u, meta applikabbli, l-RVR (4) , u jekk is-sensers tal-viżibbiltà/RVR relatati speċifikament mas-sezzjonijiet tar-runway(s) li qed jintużaw ikunu disponibbli u l-informazzjoni hija meħtieġa mill-operaturi, l-indikazzjoni tar-runway u s-sezzjoni tar-runway li l-informazzjoni tirreferi għaliha;

▼B

(13) 

it-temp preżenti (4) ;

(14) 

is-sħab taħt l-1 500 m (5 000 pied) jew taħt l-ogħla altitudni minima tas-settur, liema minnhom tkun ikbar; il-kumulunimbu (cumulonimbus); jekk is-sema tkun imdallma, il-viżibilità vertikali meta tkun disponibbli (4) ;

(15) 

it-temperatura tal-arja;

(16) 

it-temperatura meta tifforma n-nida;

(17) 

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-altimetru;

(18) 

kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar fenomeni meteoroloġiċi sinifikanti fiż-żona ta’ tlugħ inkluż riħ qawwi trasversali;

(19) 

tbassir tax-xejriet, meta jkun disponibbli; u

(20) 

istruzzjonijiet speċifiċi tal-ATIS.

TAQSIMA 10

Servizz ta’ twissija

SERA.10001    Applikazzjoni

(a) Is-servizz ta’ twissija għandu jiġi pprovdut mill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru:

(1) 

lill-inġenji tal-ajru kollha pprovduti servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(2) 

sa fejn ikun prattikabbli, lill-inġenji tal-ajru l-oħra kollha li jkunu rreġistraw pjan tat-titjira jew inkella s-servizzi tat-traffiku tal-ajru jkunu jafu bihom; u

(3) 

lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li huwa magħruf jew maħsub li huwa soġġett għal interferenza illegali.

▼M2

(b) Sakemm mhux stipulat mod ieħor mill-awtorità kompetenti, l-inġenju tal-ajru mgħammar b'komunikazzjonijiet tar-radju bidirezzjonali xierqa għandu jirrapporta matul il-perjodu ta' għoxrin sa erbgħin minuta wara l-aħħar kuntatt, l-iskop tat-tali kuntatt, billi jiġi indikat sempliċement li t-titjira qiegħda tavvanza skont il-pjan, bit-tali rapport li jinkludi l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u l-kliem “Operations normal” (operat normali).

(c) Il-messaġġ “Operations normal” għandu jiġi trażmess mill-ajru għall-art lill-unità tal-ATS xierqa.

▼B

SERA.10005    Informazzjoni lil inġenju tal-ajru li qed jopera fil-viċinanzi ta’ inġenju tal-ajru fi stat ta’ emerġenza

(a) Meta jkun ġie stabbilit minn unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li inġenju tal-ajru jkun fi stat ta’ emerġenza, l-inġenji tal-ajru l-oħra li huwa magħruf li jinsabu fil-viċinanzi tal-inġenju tal-ajru involut għandhom, ħlief kif inhu previst f’(b), jiġu informati bin-natura tal-emerġenza malli dan ikun prattikabbli.

(b) Meta unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru tkun taf jew taħseb li inġenju tal-ajru qed ikun soġġett għal interferenza illegali, fil-komunikazzjonijiet tal-ATS mill-ajru għall-art ma għandha ssir l-ebda referenza għan-natura tal-emerġenza sakemm din ma tkunx issemmiet l-ewwel darba fil-komunikazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru involut u jkun hemm ċertezza li tali referenza mhijiex se taggrava s-sitwazzjoni.

TAQSIMA 11

Interferenza, Kontinġenzi ta’ Emerġenza u Interċettazzjoni

▼M2

SERA.11001    Ġenerali

▼M2 —————

▼M2

(c) Fil-każ ta' inġenju tal-ajru magħruf jew li wieħed jemmen li huwa fi stat ta' emerġenza, inkluż fejn ikun soġġett għal interferenza illegali, l-unitajiet tal-ATS għandhom jagħtu lill-inġenju tal-ajru il-kunsiderazzjoni, l-għajnuna u l-prijorità massimi fuq inġenji tal-ajru oħrajn, skont ma jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi.

(d) L-azzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru sussegwenti għandhom ikunu bbażati fuq l-intenzjonijiet tal-bdot, fuq is-sitwazzjoni ġenerali tat-traffiku tal-ajru u fuq id-dinamiċi fil-ħin reali tal-kontinġenza.

▼M2

SERA.11005    Interferenza illegali

▼M2 —————

▼M2

(aa) Inġenju tal-ajru li huwa soġġett għal interferenza illegali għandu jfittex li jissettja t-transponder għall-Kodiċi 7500 u jinnotifika lill-unità tal-ATS xierqa dwar kwalunkwe ċirkostanza sinifikanti assoċjata miegħu u dwar kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan tat-titjira kurrenti meħtieġa miċ-ċirkostanzi, sabiex l-unità tal-ATS tkun tista' tagħti prijorità lill-inġenju tal-ajru u tnaqqas il-kunflitt ma' inġenji tal-ajru oħrajn.

(ab) Jekk inġenju tal-ajru huwa soġġett għal interferenza illegali, il-bdot fil-kmand għandu jipprova jinżel malajr kemm jista' jkun prattiku fl-eqreb ajrudrom xieraq jew f'ajrudrom iddedikat assenjat mill-awtorità kompetenti, sakemm il-kunsiderazzjonijiet abbord l-inġenju tal-ajru ma jiddettawx mod ieħor.

(b) Meta sseħħ jew ikun hemm suspett ta' interferenza illegali ma' inġenju tal-ajru, l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jattendu minnufih għat-talbiet mill-inġenju tal-ajru. L-informazzjoni pertinenti għat-twettiq sikur tat-titjira għandha tkompli tiġi trażmessa u għandha tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex tgħaġġel it-twettiq tal-fażijiet kollha tat-titjira, b'mod speċjali l-inżul sikur tal-inġenju tal-ajru.

(c) Meta sseħħ jew ikun hemm suspett ta' interferenza illegali ma' inġenju tal-ajru, l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom, skont il-proċeduri miftiehma lokalment, jinformaw minnufih l-awtorità xierqa deżinjata mill-Istat u jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa mal-operatur tal-inġenju tal-ajru jew ir-rappreżentant deżinjat tiegħu.

SERA.11010    Inġenju tal-ajru li jkun tbiegħed jew mhux identifikat

▼B

Inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat

(a) Malli unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ssir taf b’inġenju tal-ajru mitluf, hija għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa kif ġie deskritt fil-qosor fi (1) u (3) sabiex tassisti lill-inġenju tal-ajru u sabiex tissalvagwardja t-titjira tiegħu.

(1) 

Jekk il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru ma tkunx magħrufa, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha:

(i) 

tipprova tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru, sakemm tali komunikazzjoni ma tkunx teżisti diġà;

(ii) 

tuża l-mezzi kollha disponibbli sabiex tiddetermina l-pożizzjoni tiegħu;

(iii) 

tinforma lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru l-oħra li l-inġenju tal-ajru seta’ ntilef jew jista’ jintilef fl-erja tagħhom, billi tqis il-fatturi kollha li setgħu affettwaw in-navigazzjoni tal-inġenju tal-ajru fiċ-ċirkostanzi;

(iv) 

tinforma, f’konformità mal-proċeduri miftiehma lokalment, lill-unitajiet militari xierqa u tipprovdilhom il-pjan tat-titjira rilevanti kif ukoll dejta oħra dwar l-inġenju tal-ajru mitluf;

(v) 

titlob mingħand l-unitajiet imsemmija fi (iii) u (iv) u mingħand inġenji tal-ajru oħrajn li qed itiru kull assistenza biex tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-inġenju tal-ajru u biex tiġi determinata l-pożizzjoni tiegħu.

(2) 

Ir-rekwiżiti fi (1)(iv) u (1)(v) għandhom japplikaw ukoll għall-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li ġew informati skont (1)(iii).

(3) 

Meta l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi stabbilita, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha:

▼M2

(i) 

l-inġenju tal-ajru jiġi avżat dwar il-pożizzjoni tiegħu u l-azzjoni korrettiva li jrid jieħu. Dan il-parir għandu jingħata minnufih malli l-unità tas-servizz tat-traffiku tal-ajru tinduna li hemm il-possibbiltà ta' interċezzjoni jew periklu ieħor għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru; u

▼B

(ii) 

tipprovdi, skont il-ħtieġa, informazzjoni rilevanti dwar l-inġenju tal-ajru mitluf u kwalunkwe parir mogħti lil dak l-inġenju tal-ajru lil unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru oħrajn u lil unitajiet militari xierqa.

(b) Malli l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ssir taf b’inġenju tal-ajru mhux identifikat fl-erja tagħha, hija għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi l-identità tal-inġenju tal-ajru kull meta dan ikun meħtieġ għall-provvista tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew ikun meħtieġ mill-awtoritajiet militari xierqa skont proċeduri miftiehma lokalment. Għal dan l-għan, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tieħu daqstant passi minn dawn li ġejjin daqskemm ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi:

(1) 

tipprova tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru;

(2) 

tistaqsi lil unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru oħrajn fi ħdan ir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir dwar it-titjira u titlob l-assistenza tagħhom sabiex tkun stabbilita komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru;

(3) 

tistaqsi dwar it-titjira lil unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jaqdu r-reġjuni ta’ informazzjoni dwar it-titjir ġirien u titlob l-assistenza tagħhom sabiex tkun stabbilita komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju ta-ajru;

(4) 

tipprova tikseb informazzjoni mingħand inġenji tal-ajru oħrajn fl-erja.

(5) 

l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, kif ikun meħtieġ, għandha tinforma lill-unità militari xierqa malli l-identità tal-inġenju tal-ajru tiġi stabbilita.

(c) Fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat, għandha titqies il-possibbiltà li l-inġenju tal-ajru jkun soġġett għal interferenza illegali. Jekk l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru tikkunsidra li inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat jista’ jkun soġġett għal interferenza illegali, l-awtorità xierqa maħtura mill-Istat għandha tiġi informata immedjatament, skont il-proċeduri miftiehma lokalment.

▼M2

SERA.11012    Fjuwil Minimu u Emerġenza ta' Fjuwil

(a) 

Meta bdot jirrapporta stat ta' fjuwil minimu, il-kontrollur għandu jinforma l-bdot malajr kemm jista' jkun prattiku dwar kwalunkwe dewmien antiċipat jew li mhu mistenni l-ebda dewmien.

(b) 

Meta l-livell tal-fjuwil irendi neċessarju li tiġi ddikjarata sitwazzjoni ta' periklu, il-bdot, skont SERA.14095, għandu jindika dan bl-użu tas-sinjal ta' periklu bir-radjutelefonija (MAYDAY), preferibbilment mitkellem tliet darbiet, segwit min-natura tal-kundizzjoni ta' periklu (FUEL) (fjuwil).

SERA.11013    Prestazzjoni degradata tal-inġenju tal-ajru

(a) 

Kull meta, bħala riżultat ta' falliment jew degradazzjoni tas-sistemi tan-navigazzjoni, tal-komunikazzjoni, tal-alimetrija, tal-kontroll tat-titjira jew oħrajn, il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiddegrada taħt il-livell meħtieġ għall-ispazju tal-ajru li qiegħed jopera fih, l-ekwipaġġ tat-titjira għandu javża l-unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru kkonċernata mingħajr dewmien. Meta l-falliment jew id-degradazzjoni taffettwa l-livell minimu ta' separazzjoni li jkun qiegħed jitħaddem, il-kontrollur għandu jieħu azzjoni biex jistabbilixxi tip ieħor xieraq ta' separazzjoni jew ta' livell minimu tas-separazzjoni.

(b) 

Id-degradazzjoni jew il-falliment tas-sistema RNAV

Meta inġenju tal-ajru ma jistax jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa mir-rotta jew proċedura RNAV, bħala riżultat ta' falliment jew degradazzjoni tas-sistema RNAV, għandha tintalab awtorizzazzjoni riveduta mill-bdot.

(c) 

Telf tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni vertikali meħtieġa għall-ispazju tal-ajru bil-livell minimu ta' separazzjoni vertikali mnaqqsa (RVSM)

(1) 

Il-bdot għandu jinforma l-kontroll tat-traffiku tal-ajru malajr kemm jista' jkun possibbli dwar kwalunkwe ċirkostanza fejn ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni vertikali għall-ispazju tal-ajru RVSM ma jistgħux jinżammu. F'każijiet bħal dawn, il-bdot għandu jikseb awtorizzazzjoni riveduta tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru qabel jibda kwalunkwe devjazzjoni mir-rotta u/jew il-livell tat-titjir awtorizzat, fejn dan huwa possibbli. Meta awtorizzazzjoni riveduta tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru ma tistax tinkiseb qabel tali devjazzjoni, il-bdot għandu jikseb awtorizzazzjoni riveduta malajr kemm jista' jkun possibbli wara.

(2) 

Matul l-operazzjonijiet fi, jew matul tranżitu vertikali permezz ta', spazju tal-ajru RVSM b'inġenju tal-ajru mhux awtorizzat għal operazzjonijeit RVSM, il-bdoti għandhom jirrapportaw status mhux approvat kif ġej:

(i) 

mal-ewwel sejħa fuq kwalunkwe kanal fl-ispazju tal-ajru RVSM;

(ii) 

fit-talbiet kollha għal bidliet fil-livell; u

(iii) 

fil-qari lura kollu tal-awtorizzazzjonijiet tal-livelli.

(3) 

Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jirrikonoxxu b'mod espliċitu r-riċevuta ta' messaġġi minn inġenji tal-ajru li jirrapportaw status mhux approvat ta' RVSM.

(4) 

Degradazzjoni tat-tagħmir tal-inġenju tal-ajru — irrappurtata mill-bdot:

(i) 

Meta jiġi informat mill-bdot ta' inġenju tal-ajru approvat għal RVSM li qiegħed jopera fi spazju tal-ajru RVSM li t-tagħmir tal-inġenju tal-ajru ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti tal-RVSM, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu jikkunsidra l-inġenju tal-ajru bħala mhux approvat għal RVSM.

(ii) 

Il-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu jieħu azzjoni immedjata biex jipprovdi separazzjoni vertikali minima ta' 600 m (2 000 pied) jew separazzjoni orizzontali xierqa mill-inġenji tal-ajru l-oħrajn kollha kkonċernati li qegħdin joperaw fi spazju tal-ajru RVSM. Inġenju tal-ajru li ma jibqax approvat għal RVSM normalment għandu jiġi awtorizzat itir 'il barra mill-ispazju tal-ajru RVSM meta dan ikun possibbli.

(iii) 

Il-bdoti għandhom jinformaw lill-kontroll tat-traffiku tal-ajru, malli jkun prattiku, dwar kwalunkwe restawr tal-funzjonament tajjeb tat-tagħmir meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-RVSM.

(iv) 

L-ewwel ACC li jsir jaf b'bidla fl-istatus RVSM ta' inġenju tal-ajru għandu jikkoordina mal-ACCs fil-viċin, kif xieraq.

(5) 

Turbolenza severa — mhux prevista:

(i) 

Meta inġenju tal-ajru li qiegħed jopera fi spazju tal-ajru RVSM jiltaqa' ma' turbolenza severa minħabba t-temp jew wake vortex li l-bdot jemmen li jista' jkollu impatt fuq il-kapaċità tal-ajruplan li jżomm il-livell ta' titjir awtorizzat tiegħu, il-bdot għandu jinforma l-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Il-kontroll tat-traffiku tal-ajru jistabbilixxi separazzjoni orizzontali xierqa jew separazzjoni vertikali minima miżjuda.

(ii) 

Il-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu, safejn dan huwa possibbli, jakkomoda t-talbiet tal-bdot għal bidliet fil-livell tat-titjir u/jew tar-rotta u għandu jgħaddi l-informazzjoni dwar it-traffiku, kif meħtieġ.

(iii) 

Il-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu jissoliċita rapporti minn inġenji tal-ajru oħrajn biex jiddetermina jekk RVSM għandux jiġi sospiż kompletament jew f'faxxa ta' livell ta' titjir u/jew żona speċifika.

(iv) 

L-ACC li jissospendi RVSM għandu jikkoordina mal-ACCs fil-viċin it-tali sospensjoni(jiet) u kull aġġustament meħtieġ għall-kapaċitajiet tas-settur, kif xieraq, biex jiżgura progressjoni b'mod ordnat tat-trasferiment tat-traffiku.

(6) 

Turbolenza severa — tbassir:

(i) 

Meta tbassir meteoroloġiku jipprevedi turbolenza severa fi spazju tal-ajru RVSM, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandu jiddetermina jekk RVSM għandux jiġi sospiż u, jekk iva, għal kemm żmien u għal liema livell(i) ta' titjir u/jew żona speċifika.

(ii) 

Fil-każijiet fejn RVSM jiġi sospiż, l-ACC li jissospendi l-RVSM għandu jikkoordina mal-ACCs fil-viċin rigward il-livelli ta' titjir xierqa għat-trasferiment tat-traffiku, sakemm tiġi ddeterminata skema ta' allokazzjoni ta' livelli ta' titjir ta' kontinġenza permezz ta' ittra ta' ftehim. L-ACC li jissospendi RVSM għandu jikkoordina wkoll il-kapaċitajiet tas-settur applikabbli mal-ACCs fil-viċin, kif xieraq.

SERA.11014    Avviż ta' Riżoluzzjoni (RA) tal-ACAS

(a) 

ACAS II għandu jintuża matul titjira, ħlief kif ipprovdut fil-lista' ta' tagħmir minimu speċifikata fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (3)  b'mod li jippermetti li l-indikazzjonijiet ta' RA jkunu prodotti għall-ekwipaġġ ta' titjira meta tiġi identifikata prossimità mhux dovuta ma' inġenju tal-ajru ieħor. Dan ma għandux japplika jekk l-inibizzjoni ta' modalità ta' indikazzjoni ta' RA (bl-użu ta' indikazzjoni ta' konsultazzjonijiet tat-traffiku (TA) biss jew ekwivalenti) tkun mitluba minħabba proċedura mhux normali jew minħabba kundizzjonijiet li jillimitaw il-prestazzjoni.

(b) 

Fil-każ ta' ACAS RA, il-bdoti għandhom:

(1) 

iwieġbu minnufih billi jsegwu l-RA, kif indikat, sakemm dan ma jipperikolax is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru;

(2) 

isegwu l-RA anki jekk ikun hemm kunflitt bejn l-RA u l-istruzzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għal manuvrar;

(3) 

ma jimmanuvrawx fid-direzzjoni opposta għall-RA;

(4) 

malajr kemm jista' jkun, skont kif permess mill-volum ta' xogħol tal-ekwipaġġ tat-titjira, jinnotifikaw l-unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru xierqa dwar kwalunkwe RA li jeħtieġ devjazzjoni mill-istruzzjoni jew l-awtorizzazzjoni kurrenti tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru;

(5) 

ikunu konformi minnufih ma' kwalunkwe RA modifikat;

(6) 

jillimitaw il-bidliet fir-rotta tat-titjira għal-limitu minimu meħtieġ biex ikunu konformi mal-RAs;

(7) 

jerġgħu lura minnufih għat-termini tal-istruzzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru meta l-kunflitt jiġi solvut; u

(8) 

jinnotifikaw il-kontroll tat-traffiku tal-ajru meta jerġgħu lura għall-awtorizzazzjoni kurrenti.

(c) 

Meta bdot jirrapporta ACAS RA, il-kontrollur ma għandux jipprova jbiddel ir-rotta tat-titjira tal-inġenju tal-ajru sakemm il-bdot jirrapporta “CLEAR OF CONFLICT” (ħieles minn kunflitt).

(d) 

Meta inġenju tal-ajru jitbiegħed mill-awtorizzazzjoni jew l-istruzzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tiegħu f'konformità ma' RA, jew meta bdot jirrapporta RA, il-kontrollur ma jibqax responsabbli għall-provvista ta' separazzjoni bejn dak l-inġenju tal-ajru u kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor affettwat bħala konsegwenza diretta tal-manuvra indotta mill-RA. Il-kontrollur għandu jerġa' jieħu r-responsabbiltà għall-provvista ta' separazzjoni lill-inġenji tal-ajru kollha affettwati meta:

(1) 

il-kontrollur jirrikonoxxi rapport mill-ekwipaġġ ta' titjira li l-inġenju tal-ajru reġa' lura għall-awtorizzazzjoni kurrenti, jew

(2) 

il-kontrollur jirrikonoxxi rapport mill-ekwipaġġ ta' titjira li l-inġenju tal-ajru reġa' lura għall-awtorizzazzjoni kurrenti u joħroġ awtorizzazzjoni alternattiva li hija rikonoxxuta mill-ekwipaġġ tat-titjira.

▼B

SERA.11015    Interċettazzjoni

(a) Bl-eċċezzjoni ta’ servizz ta’ interċettazzjoni u ta’ skorta pprovdut fuq talba ta’ inġenju tal-ajru, l-interċettazzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili għandha tkun irregolata b’regolamenti u b’direttivi amministrattivi xierqa maħruġa mill-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(d), li abbażi tiegħu l-Istati Kontraenti tal-ICAO jimpenjaw irwieħhom, meta joħorġu regolamenti għall-inġenji tal-ajru Statali tagħhom, li jqisu b’mod xieraq is-sikurezza tan-navigazzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili.

(b) Il-bdot fil-kmand ta’ inġenju tal-ajru ċivili, meta jiġi interċettat, għandu:

(1) 

immedjatament isegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni, jinterpreta u jirrispondi għas-sinjali viżwali skont l-ispeċifikazzjonijiet fit-Tabelli S11-1 u S11-2;

(2) 

jinnotifika, jekk ikun possibbli, lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa;

(3) 

jipprova jistabbilixxi komunikazzjoni bir-radju mal-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni jew mal-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni xierqa, billi jagħmel sejħa ġenerali fuq il-frekwenza ta’ emerġenza 121.5 MHz, fejn jagħti l-identità tal-inġenju tal-ajru interċettat u n-natura tat-titjira; u jekk ma jkun ġie stabbilit l-ebda kuntatt u jekk dan ikun prattikabbli, għandu jirrepeti din is-sejħa fuq il-frekwenza ta’ emerġenza 243 MHz;

(4) 

jekk ikun mgħammar bi transponder SSR, jagħżel il-Modalità A, Kodiċi 7700, sakemm ma jingħatax istruzzjonijiet oħrajn mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.

(5) 

jekk ikun mgħammar b’ADS-B jew b’ADS-C, jagħżel il-funzjonalità ta’ emerġenza xierqa, jekk din tkun disponibbli, sakemm ma jingħatax istruzzjonijiet oħrajn mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa.



Tabella S11 – 1

Sinjali Mibdija mill-Inġenju tal-Ajru ta’ Interċettazzjoni u r-Risposti mill-Inġenju tal-Ajru Interċettat

Serje

Sinjal tal-Inġenju tal-Ajru TA’ INTERĊETTAZZJONI

Tifsira

Risposta tal-Inġenju tal-Ajru INTERĊETTAT

Tifsira

1

BINHAR jew BILLEJL — Inġenju tal-ajru jitbandal u jteptep dwal tan-navigazzjoni f’intervalli irregolari (u d-dwal għall-inżul fil-każ ta’ ħelikopter) minn pożizzjoni xi ftit ‘il fuq u ‘l quddiem, u normalment fuq ix-xellug tal-inġenju tal-ajru interċettat (jew fuq il-lemin, jekk l-inġenju tal-ajru interċettat ikun ħelikopter) u, wara konferma, dawra bil-mod waqt titjira livellata, normalment lejn ix-xellug (jew lejn il-lemin fil-każ ta’ ħelikopter) fuq l-orjentazzjoni mixtieqa.

Nota 1

Il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi jew it-terren jistgħu jesiġu li l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni jdawwar il-pożizzjonijiet u d-direzzjoni tad-dawra mogħtija iktar ‘il fuq fis-Serje 1.

Nota 2

Jekk l-inġenju tal-ajru interċettat ma jkunx jista’ jlaħħaq mal-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni, dan tal-aħħar huwa mistenni jwettaq sensiela ta’ dawriet orbitali u li jbandal l-inġenju tal-ajru kull darba li jgħaddi mal-inġenju tal-ajru interċettat.

Ġejt interċettat. Segwini.

BINHAR jew BILLEJL — Inġenju tal-ajru jitbandal u jteptep id-dwal tan-navigazzjoni f’intervalli irregolari u jsegwi.

Fhimtek, se nobdi.

2

BINHAR jew BILLEJL — Manuvra ta’ tbegħid f’daqqa mill-inġenju tal-ajru interċettat li tikkonsisti f’dawra għat-tlugħ ta’ 90 grad jew iktar mingħajr ma jaqsam il-linja tat-titjira tal-inġenju tal-ajru interċettat.

Tista’ tipproċedi.

BINHAR jew BILLEJL — Inġenju tal-ajru jitbandal.

Fhimtek, se nobdi.

3

BINHAR jew BILLEJL — Iniżżel l-apparat għall-inżul (jekk installat), li juri dwal għall-inżul mixgħulin b’mod kostanti, filwaqt li jtir fuq ir-runway li qed tintuża jew, jekk l-inġenju tal-ajru interċettat ikun ħelikopter, itir fuq l-erja tal-inżul tal-ħelikopters. Fil-każ tal-ħelikopters, il-ħelikopter ta’ interċettazzjoni jagħmel avviċinament ta’ nżul, hekk kif itir wieqaf qrib l-erja tal-inżul.

Inżel f’dan l-ajrudrom.

BINHAR jew BILLEJL — Iniżżel l-apparat għall-inżul (jekk installat), juri d-dwal għall-inżul mixgħulin b’mod kostanti u jsegwi lill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni u jekk wara li jtir fuq ir-runway li qed tintuża jew fuq l-erja tal-inżul tal-ħelikopters, l-inżul jiġi kkunsidrat sikur, jipproċedi bl-inżul.

Fhimtek, se nobdi.



Tabella S11 – 2

Sinjali Mibdija mill-Inġenju tal-Ajru Interċettat u r-Risposti mill-Inġenju tal-Ajru ta’ Interċettazzjoni

Serje

Sinjali tal-Inġenju tal-Ajru INTERĊETTAT

Tifsira

Risposti tal-Inġenju tal-Ajru ta’ INTERĊETTAZZJONI

Tifsira

4

BINHAR jew BILLEJL — Jgħolli l-apparat għall-inżul (jekk installat) u jteptep id-dwal għall-inżul filwaqt li jgħaddi fuq ir-runway li qed tintuża jew fuq iż-żona tal-inżul tal-ħelikopters b’għoli li jaqbeż it-300 m (1 000 pied) imma li ma jaqbiżx is-600 m (2 000 pied) (fil-każ ta’ ħelikopter, f’għoli li jaqbeż il-50 m (170 pied) imma li ma jaqbiżx il-100 m (330 pied)) ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom u jkompli jtir dawra tond fuq ir-runway li qed tintuża jew fuq l-erja tal-inżul tal-ħelikopters. Jekk ma jkunx jista’ jteptep id-dwal għall-inżul, iteptep kwalunkwe dawl ieħor disponibbli.

L-ajrudrom li indikajt mhuwiex adegwat.

BINHAR jew BILLEJL — Jekk ikun mixtieq li l-inġenju tal-ajru interċettat isegwi lill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni lejn ajrudrom alternattiv, l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni jgħolli l-apparat għall-inżul tiegħu (jekk installat) u juża s-sinjali tas-Serje 1 preskritti għall-inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

Jekk jiġi deċiż li l-inġenju tal-ajru interċettat jinħeles, l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni juża s-sinjali tas-Serje 2 preskritti għall-inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

Fhimtek, segwini.

Fhimtek, tista’ tipproċedi.

5

BINHAR jew BILLEJL — Jitfi u jixgħel b’mod regolari d-dwal kollha disponibbli imma b’tali mod li jkun distintiv minn dwal iteptpu.

Ma nistax nobdi.

BINHAR jew BILLEJL — Uża s-sinjali tas-Serje 2 preskritti għall-inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

Fhimtek.

6

BINHAR jew BILLEJL — Iteptep b’mod irregolari d-dwal kollha disponibbli.

F’periklu.

BINHAR jew BILLEJL — Uża s-sinjali tas-Serje 2 preskritti għall-inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

Fhimtek.

(c) Jekk kwalunkwe struzzjoni riċevuta bir-radju minn kwalunkwe sors toħloq kunflitt ma’ dawk mogħtija b’sinjali viżwali mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni, l-inġenju tal-ajru interċettatt għandu jitlob kjarifika immedjata filwaqt li jkompli jikkonforma mal-istruzzjonijiet viżwali mogħtija mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

(d) Jekk kwalunkwe struzzjoni riċevuta bir-radju minn kwalunkwe sors toħloq kunflitt ma’ dawk mogħtija bir-radju mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni, l-inġenju tal-ajru interċettatt għandu jitlob kjarifika immedjata filwaqt li jkompli jikkonforma mal-istruzzjonijiet bir-radju mogħtija mill-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

(e) Jekk waqt l-interċettazzjoni jiġi stabbilit kuntatt bir-radju imma komunikazzjoni b’lingwa komuni ma tkunx possibbli, għandhom isiru tentattivi sabiex jingħataw istruzzjonijiet, konferma tal-istruzzjonijiet u informazzjoni essenzjali billi jintużaw il-frażijiet u l-pronunzji fit-Tabella S11-3 u billi kull frażi tiġi trażmessa darbtejn:



Tabella S11-3

Frażijiet biex jintużaw minn inġenju tal-ajru ta’ INTERĊETTAZZJONI

Frażijiet biex jintużaw minn inġenju tal-ajru INTERĊETTAT

Frażi

Pronunzja (1)

Tifsira

Frażi

Pronunzja (1)

Tifsira

CALL SIGN

KOL SA-IN

X’inhu s-sinjal tas-sejħa tiegħek?

CALL SIGN

(sinjal tas-sejħa) (2)

KOL SA-IN

(sinjal tas-sejħa)

Is-sinjal tas-sejħa tiegħi huwa (is-sinjal tas-sejħa)

FOLLOW

FOL-LO

Segwini

WILCO

VILL-KO

►M2  Understood, will comply (Fhimna, se nikkonformaw) ◄

DESCEND

DEE-SEND

Inżel għall-inżul

►M2  — ◄

 

 

 

 

 

CAN NOT

KANN NOTT

Ma nistax nobdi

YOU LAND

YOU LAAND

Inżel f’dan l-ajrudrom

REPEAT

REE-PEET

Irrepeti l-istruzzjoni tiegħek

 

 

 

AM LOST

AM LOSST

Pożizzjoni mhux magħrufa

PROCEED

PRO-SEED

Tista’ tipproċedi

 

 

 

 

 

 

MAYDAY

MAYDAY

Qiegħed fil-periklu

 

 

 

HIJACK (3)

HI-JACK

Ġejt maħtuf

 

 

 

LAND

(isem il-post)

LAAND

(isem il-post)

Qed nagħmel talba biex ninżel fi

(isem il-post)

 

 

 

DESCEND

DEE-SEND

Jeħtieġ li ninżel

(1)   

Fit-tieni kolonna, is-sillabi li għandhom jiġu enfasizzati ġew sottolinjati.

(2)   

Is-sinjal tas-sejħa li għandu jingħata huwa dak użat fil-komunikazzjonijiet radjutelefoniċi mal-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u li jikkorrispondi għall-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru fil-pjan tat-titjira.

(3)   

Iċ-ċirkostanzi mhux dejjem jistgħu jippermettu, u lanqas jista’ jkun mixtieq li tintuża l-frażi “HIJACK” (ħtif).

(f) Malli unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ssir taf li inġenju tal-ajru qed jiġi interċettat fiż-żona ta’ responsabbiltà tagħha, hija għandha tieħu daqstant passi minn dawn li ġejjin daqskemm ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi:

(1) 

tipprova tistabbilixxi komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru interċettat bi kwalunkwe mezz disponibbli, inkluża l-frekwenza tar-radju ta’ emerġenza 121,5 MHz, sakemm tali komunikazzjoni ma tkunx teżisti diġa;

(2) 

tinforma lill-bdot tal-inġenju tal-ajru interċettat bl-interċettazzjoni;

(3) 

tistabbilixxi kuntatt mal-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni li qed iżżomm komunikazzjoni bidirezzjonali mal-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni u tipprovdiha l-informazzjoni disponibbli dwar l-inġenju tal-ajru;

(4) 

tittrażmetti messaġġi bejn l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni jew l-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni u l-inġenju tal-ajru interċettat, kif ikun meħtieġ;

(5) 

f’koordinazzjoni mill-qrib mal-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru interċettat;

(6) 

tinforma lill-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jaqdu reġjuni ta’ informazzjoni dwar it-titjir ġirien jekk jidher li l-inġenju tal-ajru ntilef u tbiegħed minn tali reġjuni ta’ informazzjoni dwar it-titjir ġirien.

(g) Malli unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ssir taf li inġenju tal-ajru qed jiġi interċettat barra miż-żona ta’ responsabbiltà tagħha, hija għandha tieħu daqstant passi minn dawn li ġejjin daqskemm ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi:

(1) 

tinforma lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li taqdi l-ispazju tal-ajru fejn qed titwettaq l-interċettazzjoni, tipprovdi lil din l-unità l-informazzjoni disponibbli li se tassisti fl-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru u titlobha tieħu azzjoni skont (f);

(2) 

tittrażmetti l-messaġġi bejn l-inġenju tal-ajru interċettat u l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa, l-unità ta’ kontroll tal-interċettazzjoni jew l-inġenju tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

TAQSIMA 12

Servizzi relatati mal-meteoroloġija — Osservazzjonijiet u rapporti mill-inġenju tal-ajru permezz ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi

SERA.12001    Tipi ta’ osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru

(a) Matul kwalunkwe fażi tat-titjira għandhom jitwettqu l-osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru li ġejjin:

(1) 

osservazzjonijiet speċjali mill-inġenju tal-ajru; u

(2) 

osservazzjonijiet oħrajn mill-inġenju tal-ajru mhux ta’ rutina.

SERA.12005    Osservazzjonijiet speċjali mill-inġenju tal-ajru

(a) L-inġenji tal-ajru kollha għandhom iwettqu u jirrappurtaw osservazzjonijiet speċjali kull meta jiltaqgħu mal-kundizzjonijiet li ġejjin jew josservawhom:

(1) 

turbolenza moderata jew qawwija; jew

(2) 

formazzjoni ta’ silġ moderata jew qawwija; jew

(3) 

mewġa qawwija orografika; jew

(4) 

maltempati bir-ragħad, mingħajr silġ, li huma mdallma, integrati, mifruxa jew f’linji ta’ tempesti ta’ xita u ta’ riħ; jew

(5) 

maltempati bir-ragħad, bis-silġ, li huma mdallma, integrati, mifruxa jew f’linji ta’ tempesti ta’ xita u ta’ riħ; jew

(6) 

maltempata tat-trab qawwija jew maltempata tar-ramel qawwija; jew

(7) 

sħaba ta’ rmied vulkaniku; jew

▼M4

(8) 

attività vulkanika ta’ qabel l-eruzzjoni jew eruzzjoni ta’ vulkan; jew

▼M4

(9) 

l-azzjoni ta’ bbrejkjar fuq ir-runway li jiltaqa’ magħha l-inġenju tal-ajru ma tkunx tajba daqs kemm ikun ġie rrapportat.

▼B

(b) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreskrivu, kif ikun meħtieġ, kundizzjonijiet oħrajn li għandhom jiġu rrappurtati mill-inġenji tal-ajru kollha meta dawn jiltaqgħu magħhom jew josservawhom.

▼M2

(c) L-ekwipaġġi tat-titjiriet għandhom jikkompilaw ir-rapporti bl-użu ta' formoli bbażati fuq il-mudell tal-formola AIREP SPECIAL kif stabbilita fil-punt A tal-Appendiċi 5. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu konformi mal-istruzzjonijiet iddettaljati għar-rappurtar, kif stipulat fil-punt 2 tal-Appendiċi 5.

(1) 

L-istruzzjonijiet iddettaljati, inklużi l-formats tal-messaġġi u l-frażijiet ipprovduti fl-Appendiċi 5, għandhom jintużaw mill-ekwipaġġi tat-titjiriet meta jittrażmettu rapporti dwar l-ajru u mill-unitajiet tal-ATS meta jittrażmettu mill-ġdid rapporti bħal dawn.

(2) 

Rapporti speċjali dwar l-ajru li fihom osservazzjonijiet ta' attività vulkanika għandhom jiġu rreġistrati fuq il-formola tar-rapport speċjali dwar l-ajru ta' attività volkanika. Formoli bbażati fuq il-mudell tal-formola għal rapporti speċjali dwar l-ajru ta' attività vulkanika stabbilit fil-punt B tal-Appendiċi 5 għandhom jiġu pprovduti għall-ekwipaġġi tat-titjiriet li joperaw fuq rotot li jistgħu jkunu affettwati minn sħab ta' rmied volkaniku.

▼B

SERA.12010    Osservazzjonijiet oħrajn mill-inġenju tal-ajru mhux ta’ rutina

Meta inġenju tal-ajru jiltaqa’ ma’ kundizzjonijiet meteoroloġiċi oħrajn li mhumiex elenkati taħt is-SERA.12005 (a), pereżempju, riħ qawwi trasversali u li, fl-opinjoni tal-bdot fil-kmand, jistgħu jaffettwaw is-sikurezza jew jaffettwaw sew l-effiċjenza ta’ operazzjonijiet oħrajn tal-inġenju tal-ajru, il-bdot fil-kmand għandu jinforma lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa malli dan ikun prattikabbli.

SERA.12015    Rappurtar ta’ osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru permezz ta’ komunikazzjoni bil-vuċi

(a) L-osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru għandhom jiġu rrappurtati matul it-titjira fil-ħin li ssir l-osservazzjoni jew ftit wara, malli dan ikun prattikabbli.

(b) L-osservazzjonijiet mill-inġenju tal-ajru għandhom jiġu rrappurtati bħala rapporti dwar l-ajru u għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi 5.

SERA.12020    Skambju ta’ rapporti dwar l-ajru

(a) L-unitajiet tal-ATS għandhom jittrażmettu, malli jkun prattikabbli, rapporti dwar l-ajru speċjali u mhux ta’ rutina lil:

(1) 

inġenji tal-ajru oħrajn ikkonċernati;

▼M2

(2) 

l-uffiċċju tal-għassa meteoroloġika (MWO) assoċjat skont il-punt 3 tal-Appendiċi 5; u

▼B

(3) 

unitajiet tal-ATS oħrajn ikkonċernati.

(b) It-trażmissjonijiet lill-inġenji tal-ajru għandhom jiġu ripetuti b’ċerta frekwenza u għandhom jitkomplew għal perjodu ta’ ħin li għandu jiġi ddeterminat mill-unità tal-ATS ikkonċernata.

▼M2

TAQSIMA 13

SSR Transponder

SERA.13001    Operar ta' SSR transponder

(a) 

Meta inġenju tal-ajru jġorr SSR transponder utilizzabbli, il-bdot għandu jopera t-transponder fil-ħinijiet kollha matul it-titjira, irrispettivament minn jekk l-inġenju tal-ajru huwiex ġewwa jew barra mill-ispazju tal-ajru fejn l-SSR jintuża għal skopijiet tal-ATS.

(b) 

Il-bdoti ma għandhomx joperaw il-karatteristika IDENT sakemm ma jkunux mitlubin jagħmlu dan mill-ATS.

(c) 

Ħlief għal titjira fi spazju tal-ajru deżinjat mill-awtorità kompetenti għall-operat b'mod obbligatorju tat-transponder, inġenji tal-ajru mingħajr biżżejjed provvista elettrika huma eżentati mir-rekwiżit li joperaw it-transponder fil-ħinijiet kollha.

SERA.13005    Issettjar tal-kodiċi tal-Modalità A tal-SSR transponder

(a) 

Sabiex jindika li huwa f'sitwazzjoni ta' kontinġenza speċifika, il-bdot tal-inġenju tal-ajru mgħammar bl-SSR għandu:

(1) 

jagħżel il-Kodiċi 7700 biex jindika stat ta' emerġenza sakemm il-kontroll tat-traffiku tal-ajru ma jkunx idderieġa qabel il-bdot biex jopera t-transponder fuq kodiċi speċifikat. Fil-każ tal-aħħar, bdot jista' madankollu jagħżel il-Kodiċi 7700 kull meta jkun hemm raġuni speċifika biex jemmen li dan jista' jkun l-aħjar linja ta' azzjoni;

(2) 

jagħżel il-Kodiċi 7600 biex jindika stat ta' falliment tal-komunikazzjoni tar-radju;

(3) 

jipprova jagħżel il-Kodiċi 7500 biex jindika stat ta' interferenza illegali; Jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, għandu jintuża minflok il-Kodiċi 7700 .

(b) 

Minbarra fil-każijiet deskritti f'(a) hawn fuq, il-bdot għandu:

(1) 

jagħżel il-kodiċijiet skont l-istruzzjonijiet tal-unità tal-ATS; jew

(2) 

fin-nuqqas ta' istruzzjonijiet mill-ATS relatati mal-issettjar tal-kodiċi, jagħżel il-kodiċi 2000 jew kodiċi ieħor kif preskritt mill-awtorità kompetenti; jew

(3) 

meta ma jkunux qegħdin jiġu riċevuti s-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jagħżel il-kodiċi 7000 sabiex itejjeb id-detezzjoni ta' inġenji tal-ajru mgħammra kif xieraq sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-awtorità kompetenti.

(c) 

Meta jkun osservat li l-kodiċi muri fuq id-displej tas-sitwazzjoni huwa differenti minn dak li kien assenjat lill-inġenju tal-ajru:

(1) 

il-bdot għandu jkun mitlub jikkonferma l-kodiċi magħżul u, jekk is-sitwazzjoni titlob dan, jerġa' jagħżel il-kodiċi korrett; u

(2) 

jekk id-diskrepanza bejn il-kodiċijiet assenjati u dawk murija tibqa' tippersisti, il-bdot jista' jkun mitlub iwaqqaf l-operazzjoni tat-transponder tal-inġenju tal-ajru. Il-pożizzjoni tal-kontroll li jmiss u kwalunkwe unità oħra affettwata li tuża SSR u/jew multilaterazzjoni (MLAT) fil-provvista ta' ATS għandha tkun informata kif xieraq.

SERA.13010    Informazzjoni derivata mill-altitudni skont il-pressjoni

(a) 

Meta inġenju tal-ajru jġorr tagħmir tal-Modalità C utilizzabbli, il-bdot għandu jopera din il-modalità kontinwament sakemm ma jkunx indikat mod ieħor mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

▼M4

(b) 

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mill-awtorità kompetenti, il-verifika tal-informazzjoni dwar il-livell derivat mill-altitudni skont il-pressjoni murija għandha tkun effettwata mill-anqas darba minn kull unità tal-ATS mgħammra kif xieraq mal-ewwel kuntatt mal-inġenju tal-ajru kkonċernat jew, jekk dan mhuwiex fattibbli, malajr kemm jista’ jkun possibbli minn dak iż-żmien ’il quddiem.

▼M2

SERA.13015    Issettjar tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru tal-Modalità S tal-SSR transponder

(a) 

L-inġenju tal-ajru mgħammar bil-Modalità S li għandu karatteristika ta' identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jittrażmetti l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-Punt 7 tal-pjan tat-titjira tal-ICAO jew, meta ma jkun ġie sottomess l-ebda pjan ta' titjira, ir-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru.

(b) 

Kull meta jiġi osservat fuq id-displej tas-sitwazzjoni li l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru trażmessa minn inġenju tal-ajru mgħammar bil-Modalità S hija differenti minn dik mistennija mill-inġenju tal-ajru, il-bdot għandu jkun mitlub jikkonferma u, jekk meħtieġ, jerġa' jdaħħal l-identifikazzjoni korretta tal-inġenju tal-ajru.

(c) 

Jekk, wara konferma mill-bdot li l-identifikazzjoni korretta tal-inġenju tal-ajru tkun ġiet issettjata fuq il-karatteristika tal-identifikazzjoni tal-Modalità S, id-diskrepanza tkompli teżisti, il-kontrollur għandu jieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

(1) 

jinforma l-bdot bid-diskrepanza persistenti;

(2) 

fejn possibbli, jikkoreġi t-tikketta li turi l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru fuq id-displej tas-sitwazzjoni; u

(3) 

jinnotifika l-pożizzjoni ta' kontroll li jmiss u lil kull unità oħra kkonċernata li tuża l-Modalità S għal skopijiet ta' identifikazzjoni li l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru trażmessa mill-inġenju tal-ajru hija żbaljata.

SERA.13020    Falliment tal-SSR transponder meta l-ġarr ta' transponder li jiffunzjona huwa obbligatorju

(a) 

Fil-każ ta' falliment tat-transponder wara t-tluq, l-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom jipprovaw jipprovdu għall-kontinwazzjoni tat-titjira sal-ajrudrom ta' destinazzjoni skont il-pjan tat-titjira. Il-bdoti jistgħu, madankollu, jkunu mistennija jikkonformaw ma' restrizzjonijiet speċifiċi.

(b) 

Fil-każ ta' transponder li jkun falla u ma jistax jiġi restawrat qabel it-tluq, il-bdoti għandhom:

(1) 

jinformaw l-ATS malajr kemm jista' jkun possibbli, preferibbilment billi jissottomettu pjan ta' titjira;

(2) 

idaħħlu fil-Punt 10 tal-formola tal-pjan tat-titjira tal-ICAO taħt SSR il-karattru “N” għal transponder li ma jaħdem xejn jew, fil-każ ta' transponder b'falliment parzjali, idaħħlu l-karattru li jikkorrispondi mal-bqija tal-kapaċità tat-transponder; u

(3) 

ikunu konformi ma' kwalunkwe proċedura ppubblikata għat-talba ta' eżenzjoni mir-rekwiżiti biex jinġarr SSR transponder li jiffunzjona.

TAQSIMA 14

Proċeduri ta' komunikazzjoni bil-vuċi

SERA.14001    Ġenerali

Frażijiet standardizzati għandhom jintużaw fis-sitwazzjonijiet kollha li ġew speċifikati għalihom. Huwa biss meta l-frażijiet standardizzati ma jistgħux iservu għal trażmissjoni maħsuba, li jista' jintuża lingwaġġ sempliċi.

SERA.14005    Kategoriji ta' messaġġi

(a) 

Il-kategoriji tal-messaġġi ttrattati mis-servizz mobbli ajrunawtiku, u l-ordni ta' prijorità fl-istabbiliment tal-komunikazzjonijiet u t-trażmissjoni ta' messaġġi għandhom ikunu skont it-Tabella S14-1.



Tabella S14-1

Kategorija tal-messaġġi u l-ordni ta' prijorità tas-sinjali bir-radjutelefonija

Sinjal bir-radjutelefonija

(a)  Sejħiet dwar periklu, messaġġi dwar periklu u komunikazzjoni bir-radju dwar periklu

MAYDAY

(b)  Messaġġi ta' urġenza, inklużi messaġġi preċeduti minn sinjali ta' trasporti mediċi

PAN PAN jew PAN PAN MEDICAL

(c)  Komunikazzjonijiet relatati mas-sejba tad-direzzjoni

(d)  Messaġġi ta' sikurezza tat-titjiriet

(e)  Messaġġi meteoroloġiċi

(f)  Messaġġi dwar ir-regolarità tat-titjiriet

(b) 

Messaġġi dwar periklu u komunikazzjoni bir-radju dwar periklu għandhom jiġu ttrattati skont id-dispożizzjonijiet tal-punt SERA.14095.

(c) 

Messaġġi ta' urġenza u komunikazzjoni bir-radju dwar urġenza, inklużi messaġġi preċeduti minn sinjal ta' trasporti mediċi, għandhom jiġu ttrattati skont id-dispożizzjonijiet tal-punt SERA.14095.

SERA.14010    Messaġġi ta' sikurezza tat-titjiriet

Il-messaġġi ta' sikurezza tat-titjiriet għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

messaġġi ta' moviment u ta' kontroll;

(b) 

messaġġi li joriġinaw minn operatur tal-inġenju tal-ajru jew minn inġenju tal-ajru, ta' tħassib immedjat għal inġenju tal-ajru li qiegħed itir;

(c) 

parir meteoroloġiku ta' tħassib immedjat lil inġenju tal-ajru li qiegħed itir jew li wasal biex jitlaq (ikkomunikat b'mod individwali jew għax-xandir);

(d) 

messaġġi oħrajn li jikkonċernaw l-inġenju tal-ajru li qiegħed itir jew li se jitlaq.

SERA.14015    Lingwa li trid tintuża fil-komunikazzjoni mill-ajru għall-art

(a) 

Il-komunikazzjonijiet bir-radjutelefonija mill-ajru għall-art għandhom jitwettqu bl-Ingliż jew fil-lingwa normalment użata mill-istazzjon fuq l-art.

(b) 

Il-lingwa Ingliża għandha tkun disponibbli, meta tintalab minn kwalunkwe inġenju tal-ajru, fl-istazzjonijiet kollha fuq l-art li jservu ajrudromi u rotot deżinjati użati mis-servizzi tal-ajru internazzjonali. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mill-awtorità kompetenti għal każijiet speċifiċi, għandu jintuża l-Ingliż għall-komunikazzjonijiet bejn l-unità tal-ATS u inġenju tal-ajru, f'ajrudromi b'aktar minn 50 000 moviment IFR internazzjonali fis-sena. L-Istati Membri, fejn fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Ingliż huwa l-unika lingwa użata għall-komunikazzjonijiet bejn l-unità tal-ATS u l-inġenji tal-ajru f'ajrudromi bħal dawn, jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżit li jużaw l-Ingliż u jinformaw il-Kummissjoni dwar dan. F'dak il-każ, dawk l-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, iwettqu studju dwar il-possibbiltà li jeħtieġu l-użu tal-Ingliż għall-komunikazzjonijiet bejn l-unità tal-ATS u inġenju tal-ajru f'dawk l-ajrudromi għal raġunijiet ta' sikurezza, sabiex jevitaw inkursjonijiet ta' inġenji tal-ajru fuq runway okkupata jew riskji oħrajn għas-sikurezza, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali dwar l-użu tal-lingwi. Dawn għandhom jagħmlu dak l-istudju pubbliku u jikkomunikaw il-konklużjonijiet tiegħu lill-Aġenzija u l-Kummissjoni.

(c) 

Il-lingwi disponibbli f'stazzjon partikolari fuq l-art għandhom jifformaw parti mill-Pubblikazzjonijiet ta' Informazzjoni Ajrunawtika u informazzjoni oħra ajrunawtika ppubblikata li tikkonċerna faċilitajiet bħal dawn.

SERA.14020    Ortografija tal-kliem fir-radjutelefonija

Meta jiġu spelluti nomi proprji, taqsiriet tas-servizz u kliem li l-ortografija tagħhom hija dubjuża fir-radjutelefonija, għandu jintuża l-alfabet fit-Tabella S14-2.



Tabella S14-2

L-Alfabet tal-Ortografija tar-Radjutelefonija

Ittra

Kelma

Pronunzja approssimattiva

(rappreżentazzjoni fl-alfabet Latin)

A

Alfa

AL FAH

B

Bravo

BRAH VOH

C

Charlie

CHAR LEE jew SHAR LEE

D

Delta

DELL TAH

E

Echo

ECK OH

F

Foxtrot

FOKS TROT

G

Golf

GOLF

H

Hotel

HO TELL

I

India

IN DEE AH

J

Juliett

JEW LEE ETT

K

Kilo

KEY LOH

L

Lima

LEE MAH

M

Mike

MIKE

N

November

NO VEM BER

O

Oscar

OSS CAH

P

Papa

PAH PAH

Q

Quebec

KEH BECK

R

Romeo

ROW ME OH

S

Sierra

SEE AIR RAH

T

Tango

TANG GO

U

Uniform

YOU NEE FORM jew OO NEE FORM

V

Victor

VIK TAH

W

Whiskey

WISS KEY

X

X-ray

ECKS RAY

Y

Yankee

YANG KEY

Z

Zulu

ZOO LOO

Fir-rappreżentazzjoni approssimattiva li tuża l-alfabet Latin, is-sillabi li jridu jiġu enfasizzati huma sottolinjati.

SERA.14025    Prinċipji li jirregolaw l-identifikazzjoni tar-rotot tal-ATS minbarra r-rotot standard tat-tluq u tal-wasla

(a) 

L-użu tad-deżinjaturi tar-rotot tal-ATS fil-komunikazzjonijiet:

(1) 

Fil-komunikazzjonijiet bil-vuċi, l-ittra bażika ta' deżinjatur għandha tiġi mitkellma skont l-alfabet tal-ortografija kif iddefinit fit-Tabella S14-2.

(2) 

Meta jintużaw il-prefissi K, U jew S, dawn għandhom, fil-komunikazzjonijiet bil-vuċi, jiġu mitkellma kif ġej:

(i)

K— KOPTER

(ii)

U— UPPER

(iii)

S— SUPERSONIC

(b) 

Il-kelma “kopter” għandha tiġi ppronunzjata bħal fil-kelma “ħelikopter” u l-kliem “upper” u “supersonic” bħal fil-lingwa Ingliża.

SERA.14026    Punti sinifikanti

Normalment biex issir referenza għall-punt sinifikanti fil-komunikazzjonijiet bil-vuċi, għandu jintuża l-isem fil-lingwaġġ sempliċi għal punti sinifikanti mmarkati mis-sit ta' għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju, jew il-kodiċi tal-isem (name-code) uniku ta' ħames ittri li jista' jiġi ppronunzjat għal punti sinifikanti mhux immarkati mis-sit ta' għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju. Jekk ma jintużax l-isem bil-lingwaġġ sempliċi għas-sit ta' għajnuna għan-navigazzjoni bir-radju, dan għandu jiġi sostitwit mid-deżinjatur kodifikat li, fil-komunikazzjonijiet bil-vuċi, għandu jiġi mitkellem skont l-alfabet tal-ortografija.

SERA.14030    Użu ta' deżinjaturi għal rotot tat-tluq u tal-wasla ta' strumenti standard

Id-deżinjatur tal-lingwaġġ sempliċi għal rotot tat-tluq u tal-wasla ta' strumenti standard għandu jintuża fil-komunikazzjonijiet bil-vuċi.

SERA.14035    Trażmissjoni ta' numri fir-radjutelefonija

(a) Trażmissjoni ta' numri

(1) 

In-numri kollha użati fit-trażmissjoni ta' sinjal tas-sejħa ta' inġenju tal-ajru, l-orjentazzjonijiet, ir-runway, id-direzzjoni u l-veloċità tar-riħ għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament.

(i) 

Il-livelli ta' titjir għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament, ħlief għall-każ tal-livelli ta' titjir f'mijiet sħaħ.

(ii) 

Il-konfigurazzjoni tal-altimetru għandha tiġi trażmessa billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament, ħlief għall-każ ta' konfigurazzjoni ta' 1 000 hPa, li għandha tiġi trażmessa bħala “ONE THOUSAND” (elf wieħed).

(iii) 

In-numri kollha użati fit-trażmissjoni tal-kodiċijiet tat-transponder għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament ħlief li, meta l-kodiċijiet tat-transponder ikun fihom eluf sħaħ biss, l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa billi ċ-ċifra fin-numru ta' eluf tiġi ppronunzjata segwita mill-kelma “THOUSAND” (elf).

(2) 

In-numri kollha użati fit-trażmissjoni ta' informazzjoni oħra għajr dik deskritta fil-punt (a)(1) għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament, ħlief li n-numri kollha li fihom mijiet sħaħ u eluf sħaħ għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata fin-numru ta' mijiet jew eluf segwita mill-kelma “HUNDRED” (mija) jew “THOUSAND” (elf), kif xieraq. Kombinazzjonijiet ta' eluf u mijiet sħaħ għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata fin-numru ta' eluf segwita mill-kelma “THOUSAND”, segwita min-numru ta' mijiet segwit mill-kelma “HUNDRED”.

(3) 

Fil-każijiet fejn hemm ħtieġa li jiġi ċċarat n-numru trażmess bħala eluf sħaħ u/jew mijiet sħaħ, in-numru għandu jiġi trażmess billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament.

(4) 

Meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-relazzjoni ma' oġġett jew mat-traffiku konfliġġenti f'termini tal-arloġġ ta' tnax-il siegħa, l-informazzjoni għandha tingħata billi ċ-ċifri jiġu ppronunzjati flimkien bħala “TEN O'CLOCK” (l-għaxra) jew “ELEVEN O'CLOCK” (il-ħdax).

(5) 

Numri li fihom punt deċimali għandhom jiġu trażmessi kif stipulat fil-punt (a)(1) bil-punt deċimali f'sekwenza xierqa, indikat mill-kelma “DECIMAL” (deċimali).

(6) 

Is-sitt numri kollha tad-deżinjatur numeriku għandhom jintużaw biex jidentifikaw il-kanal li qiegħed jittrażmetti fil-komunikazzjonijiet bir-radjutelefonija ta' Frekwenza Għolja Ħafna (VHF), ħlief fil-każ fejn kemm il-ħames u s-sitt ċifri huma żero, f'liema każ għandhom jintużaw biss l-ewwel erba' ċifri.

SERA.14040    Pronunzja tan-numri

Meta l-lingwa użata għall-komunikazzjoni hija l-Ingliż, in-numri għandhom jiġu trażmessi bl-użu tal-prononzja murija fit-Tabella S14-3:



Tabella S14-3

Numri jew elementi ta' numri

Pronunzja

0

ZE-RO

1

WUN

2

TOO

3

TREE

4

FOW-er

5

FIFE

6

SIX

7

SEV-en

8

AIT

9

NIN-er

10

TEN

11

EE-LE-VEN

12

TWELF

Decimal

DAY-SEE-MAL

Hundred

HUN-dred

Thousand

TOU-SAND

SERA.14045    Teknika tat-trażmissjoni

(a) 

It-trażmissjonijiet għandhom jitwettqu b'mod konċiż f'ton konverżazzjonali normali.

(b) 

Il-kliem u l-frażijiet li ġejjin għandom jintużaw fil-komunikazzjonijiet bir-radjutelefonija u għandhom ikollhom it-tifsira attribwita fit-Tabella S14-4:



Tabella S14-4

Frażi

Tifsira

ACKNOWLEDGE

“Ikkonfermali jekk irċevejtx u fhimtx dan il-messaġġ.”

AFFIRM

“Iva.”

APPROVED

“Permess mogħti għall-azzjoni proposta.”

BREAK

“B'dan nindika s-separazzjoni bejn il-porzjonijiet tal-messaġġ.”

BREAK BREAK

“B'dan nindika s-separazzjoni bejn il-messaġġi trażmessi lejn inġenji tal-ajru differenti f'ambjent traffikuż ħafna.”

CANCEL

“Ħassar l-awtorizzazzjoni trażmessa qabel.”

CHECK

“Eżamina sistema jew proċedura.”

CLEARED

“Awtorizzat biex tipproċedi bil-kundizzjonijiet speċifikati.”

CONFIRM

“Nitlob verifika ta': (awtorizzazzjoni, istruzzjoni, azzjoni, informazzjoni).”

CONTACT

“Stabbilixxi komunikazzjonijiet ma'…”

CORRECT

“Veru” jew “Preċiż”.

CORRECTION

“Sar żball f'din it-trażmissjoni (jew il-messaġġ indikat). Il-verżjoni korretta hija…”

DISREGARD

“Injora.”

HOW DO YOU READ

“Kemm hija leġġibbli t-trażmissjoni tiegħi?” (ara l-punt SERA.14070(c))

I SAY AGAIN

“Nirrepeti għal raġunijiet ta' ċarezza jew ta' enfasi.”

MAINTAIN

“Kompli skont il-kundizzjoni(jiet) speċifikati” jew fis-sens litterali.

MONITOR

“Isma fuq (il-frekwenza).”

NEGATIVE

“Le”jew“Permess mhux mogħti”jew“Dan mhux korrett”jew“Mhux possibbli”.

OVER

“It-trażmissjoni tiegħi ntemmet, u nistenna risposta minn għandek.”

OUT

“Dan l-iskambju ta' trażmissjonijiet intemm u mhi mistennija l-ebda risposta.”

READ BACK

“Irrepeti kollox, jew il-parti speċifikata, ta' dan il-messaġġ lura lili eżattament kif irċevejtu.”

RECLEARED

“Twettqet bidla għall-aħħar awtorizzazzjoni tiegħek u din l-awtorizzazzjoni l-ġdida tissupera l-awtorizzazzjoni preċedenti tiegħek jew parti minnha.”

REPORT

“Agħtini l-informazzjoni li ġejja…”

REQUEST

“Nixtieq inkun naf…”jew“Nixtieq nikseb…”

ROGER

“Irċevejt l-aħħar trażmissjoni tiegħek kollha.”

SAY AGAIN

“Irrepeti l-aħħar trażmissjoni tiegħek kollha, jew il-parti li ġejja.”

SPEAK SLOWER

“Tkellem aktar bil-mod.”

STANDBY

“Stenna u nsejjaħlek.”

UNABLE

“Ma nistax inkun konformi mat-talba, l-istruzzjoni jew l-awtorizzazzjoni tiegħek.”

WILCO

(Taqsira għal “will comply”)

“Nifhem il-messaġġ tiegħek u se nikkonformi miegħu.”

WORDS TWICE

(a)  Bħala talba:“Il-komunikazzjoni hija diffiċli. Jekk jogħġbok ibgħat kull kelma, jew grupp ta' kliem, darbtejn.”

(b)  Bħala informazzjoni:“Minħabba li l-komunikazzjoni hija diffiċli, kull kelma, jew grupp ta' kliem, f'dan il-messaġġ se jintbagħat darbtejn.”

SERA.14050    Sinjali ta' sejħa bir-radjutelefonija għall-inġenji tal-ajru

(a) 

Sinjali tas-sejħa kompluti:

Sinjal tas-sejħa bir-radjutelefonija ta' inġenju tal-ajru għandu jkun wieħed mit-tipi li ġejjin:

(1)

Tip a) — il-karattri li jikkorrispondu għall-immarkar tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru; jew

(2)

Tip b) — id-deżinjatur tat-telefonija tal-operatur tal-inġenju tal-ajru, segwit mill-aħħar erba' karattri tal-immarkar tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(3)

Tip c) — id-deżinjatur tat-telefonija tal-operatur tal-inġenju tal-ajru, segwit mill-identifikazzjoni tat-titjira.

(b) 

Sinjali tas-sejħa mqassrin:

Is-sinjali tas-sejħa bir-radjutelefonija tal-inġenju tal-ajru murija fil-punt (a), ħlief għat-Tip c), jistgħu jitqassru fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-punt SERA.14055(c). Is-sinjali tas-sejħa mqassrin għandhom ikunu fil-forma li ġejja:

(1)

Tip a) — l-ewwel karattru tar-reġistrazzjoni u mill-inqas l-aħħar żewġ karattri tas-sinjal tas-sejħa;

(2)

Tip b) — id-deżinjatur tat-telefonija tal-operatur tal-inġenju tal-ajru, segwit mill-aħħar żewġ karattri tas-sinjal tas-sejħa;

(3)

Tip c) — l-ebda forma mqassra.

SERA.14055    Proċeduri tar-radjutelefonija

(a) 

Inġenju tal-ajru ma għandux ibiddel it-tip tas-sinjal tas-sejħa bir-radjutelefonija tiegħu matul titjira, ħlief temporanjament fuq l-istruzzjoni tal-unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru fl-interessi tas-sikurezza. Ħlief għal raġunijiet ta' sikurezza, ma għandha ssir l-ebda trażmissjoni lejn inġenju tal-ajru matul it-tlugħ, matul l-aħħar parti tal-avviċinament finali jew matul it-tidwir għal-landjar.

(b) 

Stabbiliment ta' komunikazzjonijiet bir-radjutelefonija

(1) 

Waqt l-istabbiliment ta' komunikazzjoni għandhom jintużaw dejjem s-sinjali tas-sejħa bir-radjutelefonija kompluti. Waqt l-istabbiliment ta' komunikazzjoni, l-inġenju tal-ajru għandu jibda s-sejħa tiegħu bid-deżinjazzjoni tal-istazzjon li qiegħed jirċievi s-sejħa, segwita mid-deżinjazzjoni tal-istazzjon li qiegħed jagħmel is-sejħa.

(2) 

It-tweġiba għas-sejħiet imsemmijin hawn fuq għandha tuża s-sinjal tas-sejħa tal-istazzjon li qiegħed jagħmel is-sejħa, segwit mis-sinjal tas-sejħa tal-istazzjon li qiegħed iwieġeb, li għandu jitqies bħala stedina biex jipproċedu bit-trażmissjoni mill-istazzjon li qiegħed jagħmel is-sejħa. Għal trasferimenti ta' komunikazzjoni f'unità tal-ATS waħda, is-sinjal tas-sejħa tal-unità tal-ATS jista' jitħalla barra, meta jkun awtorizzat jagħmel dan mill-awtorità kompetenti.

(3) 

Il-komunikazzjonijiet għandhom jibdew b'sejħa u tweġiba meta jkun mixtieq li jiġi stabbilit kuntatt, ħlief li, meta jkun hemm ċertezza li l-istazzjon li qiegħed jirċievi s-sejħa se jirċievi s-sejħa, l-istazzjon li qiegħed jagħmel is-sejħa jista' jittrażmetti l-messaġġ, mingħajr ma jistenna tweġiba mill-istazzjon li qiegħed jirċievi s-sejħa.

(c) 

Komunikazzjonijiet tar-radjutelefonija sussegwenti:

(1) 

Sinjali tas-sejħa bir-radjutelefonija mqassrin, kif stipulat fil-punt SERA.14050(b), għandhom jintużaw biss wara li tkun ġiet stabbilita komunikazzjoni sodisfaċenti u sakemm dan ma joħloqx konfużjoni. Inġenju tal-ajru għandu juża s-sinjal tas-sejħa mqassar tiegħu biss wara li jkun ġie indirizzat b'dan il-mod mill-istazzjon ajrunawtiku.

(2) 

Meta joħorġu awtorizzazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u jaqraw lura awtorizzazzjonijiet bħal dawn, il-kontrolluri u l-bdoti dejjem għandhom iżidu s-sinjal tas-sejħa tal-inġenju tal-ajru li għalih tapplika l-awtorizzazzjoni. Ħlief għal dawk l-okkażjonijiet, il-komunikazzjoni bidirezzjonali kontinwa wara li jkun ġie stabbilit kuntatt għandha tkun permessa mingħajr identifikazzjoni jew sejħa ulterjuri sakemm jintemm il-kuntatt.

SERA.14060    Trasferiment ta' komunikazzjonijiet VHF

(a) 

Inġenju tal-ajru għandu jiġi avżat mill-unità tal-ATS xierqa biex jittrasferixxi minn frekwenza tar-radju partikolari għal oħra skont il-proċeduri miftiehma. Fin-nuqqas ta' tali parir, l-inġenju tal-ajru għandu jinnotifika l-unità tal-ATS qabel ma jseħħ tali trasferiment.

(b) 

Meta jistabbilixxi l-kuntatt inizjali fuq, jew meta jitlaq minn, frekwenza VHF, inġenju tal-ajru għandu jittrażmetti tali informazzjoni skont kif stipulat mill-ANSP responsabbli għall-provvista ta' servizzi u approvat mill-awtorità kompetenti.

SERA.14065    Proċeduri tar-radjutelefonija għal bidla fil-kanal tal-komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art

(a) 

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mill-ANSP responsabbli għall-provvista ta' servizzi u approvat mill-awtorità kompetenti, is-sejħa inizjali lill-unità tal-ATS wara bidla fil-kanal tal-komunikazzjoni bil-vuċi mill-ajru għall-art għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(1) 

id-deżinjazzjoni tal-unità tal-ATS li qiegħda tirċievi s-sejħa;

(2) 

is-sinjal tas-sejħa u, għal inġenju tal-ajru li huwa fil-kategorija ta' turbolenza tar-radda severa, il-kelma “Heavy” (severa) jew “Super” jekk dak l-inġenju tal-ajru ġie identifikat bħala tali mill-awtorità kompetenti;

(3) 

il-livell, inkluż il-livelli ta' fejn għaddej u dawk awtorizzati, jekk ma jinżammx il-livell awtorizzat;

(4) 

il-veloċità, jekk assenjata mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru; u

(5) 

elementi addizzjonali, kif meħtieġ mill-ANSP responsabbli għall-provvista ta' servizzi u approvat mill-awtorità kompetenti.

(b) 

Il-bdoti għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-livell fl-eqreb 30 m jew 100 pied sħaħ kif indikat fuq l-altimetru tal-bdot.

(c) 

Is-sejħa inizjali lit-torri ta' kontroll tal-ajrudrom

Għal inġenji tal-ajru li huma pprovduti bis-servizz ta' kontroll tal-ajrudrom, is-sejħa inizjali għandu jkun fiha:

(1) 

id-deżinjazzjoni tal-unità tal-ATS li qiegħda tirċievi s-sejħa;

(2) 

is-sinjal tas-sejħa u, għal inġenju tal-ajru li huwa fil-kategorija ta' turbolenza tar-radda severa, il-kelma “Heavy” jew “Super” jekk dak l-inġenju tal-ajru ġie identifikat bħala tali mill-awtorità kompetenzi;

(3) 

il-pożizzjoni; u

(4) 

elementi addizzjonali, kif meħtieġ mill-ANSP responsabbli għall-provvista ta' servizzi u approvat mill-awtorità kompetenti.

SERA.14070    Proċeduri tal-ittestjar

(a) 

Il-forma tat-trażmissjonijiet tal-ittestjar għandha tkun kif ġej:

(1) 

l-identifikazzjoni tal-istazzjon li qiegħed jirċievi s-sejħa;

(2) 

l-identifikazzjoni tal-istazzjon li qiegħed jagħmel is-sejħa;

(3) 

il-kliem “RADIO CHECK”;

(4) 

il-frekwenza li qiegħda tintuża.

(b) 

It-tweġiba għal trażmissjoni tal-ittestjar għandha tkun kif ġej:

(1) 

l-identifikazzjoni tal-istazzjon li qiegħed jitlob it-test;

(2) 

l-identifikazzjoni tal-istazzjon li qiegħed iwieġeb;

(3) 

informazzjoni dwar il-leġġibbiltà tal-istazzjon li qiegħed jitlob it-trażmissjoni tal-ittestjar.

(c) 

Meta jitwettqu t-testijiet, għandha tintuża l-iskala ta' leġġibbiltà li ġejja:

Skala ta' leġġibbiltà

1

Mhux leġġibbli

2

Leġġibbli ximindaqqiet

3

Leġġibbli iżda b'diffikultà

4

Leġġibbli

5

Perfettament leġġibbli

SERA.14075    Skambju ta' komunikazzjonijiet

(a) 

Il-komunikazzjonijiet għandhom ikunu konċiżi u mhux ambigwi, u jużaw il-frażijiet standard kull meta dan huwa possibbli.

(1) 

Meta jiġi trażmess minn inġenju tal-ajru, il-konferma tar-riċevuta ta' messaġġ għandha tinkludi s-sinjal tas-sejħa ta' dak l-inġenju tal-ajru.

(2) 

Meta l-konferma tar-riċevuta tiġi trażmessa minn unità tal-ATS lil inġenju tal-ajru, din għandha tinkludi s-sinjal tas-sejħa tal-inġenju tal-ajru, segwit jekk meqjus neċessarju, mis-sinjal tas-sejħa tal-unità tal-ATS.

(b) 

Tmiem tal-konverżazzjoni.

Konverżazzjoni bir-radjutelefonija għandha tiġi mitmuma mill-unità tal-ATS li qiegħda tirċievi s-sejħa jew mill-inġenju tal-ajru li juża s-sinjal tas-sejħa tiegħu.

(c) 

Korrezzjonijiet u ripetizzjonijiet

(1) 

Meta jkun sar żball fit-trażmissjoni, għandha tingħad il-kelma “CORRECTION” (korrezzjoni), jiġi ripetut l-aħħar grupp jew frażi korrett/a, u mbagħad tiġi trażmessal-verżjoni korretta.

(2) 

Jekk korrezzjoni ssir l-aħjar bir-ripetizzjoni tal-messaġġ sħiħ, għandha tintuża l-frażi “CORRECTION, I SAY AGAIN” (korrezzjoni, nirrepeti) qabel il-messaġġ li qiegħed jiġi trażmess għat-tieni darba.

(3) 

Jekk l-istazzjon li qiegħed jirċievi s-sejħa għandu dubju dwar il-korrettezza tal-messaġġ li rċieva, għandha tintalab ripetizzjoni sħiħa jew parzjali.

(4) 

Jekk hija meħtieġa r-ripetizzjoni ta' messaġġ sħiħ, għandhom jiġu mitkellma l-kliem “SAY AGAIN” (irrepeti). Jekk hija meħtieġa ripetizzjoni ta' parti minn messaġġ, il-frażi: “SAY AGAIN ALL BEFORE… (l-ewwel kelma riċevuta b'mod sodisfaċenti)” għandha tintuża; jew “SAY AGAIN…(il-kelma qabel il-parti nieqsa) TO…(il-kelma wara l-parti nieqsa)”; jew “SAY AGAIN ALL AFTER…(l-aħħar kelma riċevuta b'mod sodisfaċenti)”.

(d) 

Jekk, fil-verifika tal-korrettezza ta' ripetizzjoni, ikunu nnotati punti mhux korretti, il-kliem “NEGATIVE I SAY AGAIN” (negattiv nerġa' ngħid) għandhom jiġu trażmessi wara li tintemm ir-ripetizzjoni segwiti mill-verżjoni korretta tal-punti kkonċernati.

SERA.14080    Għassa tal-komunikazzjonijiet/Sigħat ta' servizz

(a) 

Matul titjira, inġenju tal-ajru għandu jżomm l-għassa mitluba mill-awtorità kompetenti u ma għandux jieqaf minn din, ħlief għal raġunijiet ta' sikurezza, mingħajr ma jinforma l-unità tal-ATS ikkonċernata.

(1) 

Inġenju tal-ajru fuq titjiriet twal fuq l-ilma jew titjiriet fuq żoni deżinjati li fuqhom il-ġarr ta' trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza (ELT) huwa meħtieġ, għandu jgħasses kontinwament il-frekwenza ta' emerġenza tal-VHF 121,5 MHz, ħlief għal dawk il-perjodi meta l-inġenji tal-ajru jwettqu komunikazzjonijiet fuq kanali oħrajn tal-VHF jew meta l-limitazzjonijiet tat-tagħmir fl-ajru jew id-doveri tal-kabina tal-bdot ma jippermettux tgħassis simultanju ta' żewġ kanali.

(2) 

L-inġenji tal-ajru għandhom jgħassu kontinwament il-frekwenza ta' emerġenza tal-VHF 121,5 MHz fiż-żoni jew fuq rotot fejn teżisti l-possibbiltà ta' interċettazzjoni ta' inġenji tal-ajru jew sitwazzjonijiet oħrajn perikolużi, u jkun ġie stabbilit rekwiżit mill-awtorità kompetenti.

(b) 

Stazzjonijiet ajrunawtiċi għandhom jgħassu kontinwament bis-smigħ il-kanal ta' emerġenza tal-VHF 121,5 MHz tul is-sigħat ta' servizz tal-unitajiet li huwa installat fihom. Fejn ikunu jinsabu flimkien żewġ stazzjonijiet bħal dawn jew iktar, l-għassa bis-smigħ tal-frekwenza 121,5 Mhz f'waħda minnhom għandha tissodisfa dak ir-rekwiżit.

(c) 

Meta jkun meħtieġ li inġenju tal-ajru jew unità tal-ATS tissospendi l-operat għal kwalunkwe raġuni, din għandha, jekk ikun possibbli, tinforma dwar dan lill-istazzjonijiet l-oħrajn ikkonċernati, u tagħtihom il-ħin meta huwa mistenni li dak l-operat jerġa' jibda. Meta jerġa' jibda l-operat, l-istazzjonijiet l-oħrajn ikkonċernati għandhom ikunu informati dwar dan. Meta jkun meħtieġ li l-operat jiġi sospiż lil hinn mill-ħin speċifikat fl-avviż oriġinali, il-ħin rivedut tat-tkomplija tal-operat għandu, jekk dan ikun possibbli, jiġi trażmess fil-ħin speċifikat fil-bidu jew qrib tiegħu.

SERA.14085    Użu ta' trażmissjoni għamja

(a) 

Meta inġenju tal-ajru ma jirnexxilux jistabbilixxi kuntatt fuq il-kanal iddeżinjat, fuq il-kanal użat qabel jew fuq kanal ieħor xieraq għar-rotta, u jonqos milli jistabbilixxi komunikazzjoni mal-unità tal-ATS, ma' unità tal-ATS oħra jew ma' inġenju tal-ajru ieħor wara li jkun uża l-mezzi kollha disponibbli, l-inġenju tal-ajru għandu jittrażmetti l-messaġġ tiegħu darbtejn fuq il-kanal(i) deżinjat(i), preċedut mill-frażi “TRANSMITTING BLIND” (din hija trażmissjoni għamja) u, jekk ikun meħtieġ, jinkludi d-destinatarju(i) li għalih(hom) huwa maħsub il-messaġġ.

(b) 

Meta inġenju tal-ajru ma jistax jistabbilixxi komunikazzjoni minħabba falliment tar-riċevitur, dan għandu jittrażmetti rapporti fil-ħinijiet skedati, jew il-pożizzjonijiet, fuq il-kanal li qiegħed jintuża preċeduti mill-frażi “TRANSMITTING BLIND DUE TO RECEIVER FAILURE” (din hija trażmissjoni għamja minħabba falliment tar-riċevitur). L-inġenju tal-ajru għandu:

(1) 

jittrażmetti l-messaġġ maħsub, u jsegwih b'ripetizzjoni sħiħa;

(2) 

javża l-ħin tat-trażmissjoni maħsuba li jmiss;

(3) 

meta jkun ipprovdut b'ATS, jittrażmetti l-informazzjoni dwar l-intenzjoni tal-bdot fil-kmand rigward il-kontinwazzjoni tat-titjira.

SERA.14087    Użu tat-teknika tar-repetizzjoni tal-komunikazzjoni bir-rilej

(a) 

Meta unità tal-ATS ma tkunx tista' tistabbilixxi kuntatt ma' inġenju tal-ajru wara sejħiet fuq il-frekwenzi li l-inġenju tal-ajru huwa maħsub li qiegħed jisma', din għandha:

(1) 

titlob lil unitajiet tal-ATS oħrajn biex jagħtu għajnuna billi jsejħu l-inġenju tat-traffiku u biex jerġgħu jibgħatu l-messaġġi ta' komunikazzjoni bir-rilej jekk meħtieġ; u

(2) 

titlob inġenji tal-ajru fuq ir-rotta biex jippruvaw jistabbilixxu komunikazzjoni mal-inġenju tal-ajru u biex jerġgħu jibgħatu l-messaġġi ta' komunikazzjoni bir-rilej, jekk meħtieġ.

(b) 

Id-dispożizzjonijiet tal-punt (a) għandhom jiġu applikati wkoll:

(1) 

fuq talba tal-unità tal-ATS ikkonċernata;

(2) 

meta komunikazzjoni mistennija minn inġenju tal-ajru ma tkunx ġiet riċevuta f'perjodu ta' żmien u huwa suspettat każ ta' falliment tal-komunikazzjoni.

SERA.14090    Proċeduri speċifiċi tal-komunikazzjoni

(a) 

Moviment tal-vetturi

▼C1

Il-frażijoloġiji għall-moviment tal-vetturi, minbarra t-trakters tal-irmonk, fuq iż-żona ta' mmanuvrar għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati għall-moviment ta' inġenju tal-ajru, ħlief għal istruzzjonijiet ta' taxiing, f'liema każ il-kelma “PROCEED” (ipproċedi) għandha tissostitixxi l-kelma “TAXI” fil-komunikazzjoni mal-vetturi.

▼M2

(b) 

Is-servizz ta' konsulenza tat-traffiku tal-ajru

Is-servizz ta' konsulenza tat-traffiku tal-ajru ma jagħtix “awtorizzazzjonijiet” iżda biss “informazzjoni ta' konsulenza” u għandu juża l-kelma “nirrakkomanda” jew “nissuġġerixxi” meta jipproponi azzjoni lil inġenju tal-ajru.

(c) 

Indikazzjoni ta' kategorija ta' turbolenza tar-radda severa

(1) 

Għal inġenju tal-ajru fil-kategorija ta' turbolenza tar-radda severa, il-kelma “Heavy” (severa) għandha tiġi inkluża minnufih wara s-sinjal tas-sejħa tal-inġenju tal-ajru fil-kuntatt inizjali bir-radjutelefonija bejn it-tali inġenju tal-ajru u l-unitajiet tal-ATS.

(2) 

Għal inġenju tal-ajru speċifiku fil-kategorija ta' turbolenza tar-radda severa, kif identifikat mill-awtorità kompetenti, il-kelma “Super” għandha tiġi inkluża minnufih wara s-sinjal tas-sejħa tal-inġenju tal-ajru fil-kuntatt inizjali bir-radjutelefonija bejn it-tali inġenju tal-ajru u l-unitajiet tal-ATS.

(d) 

Proċeduri relatati ma' devjazzjoni għat-temp

Meta bdot jibda komunikazzjonijiet mal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, jista' jikseb risposta rapida billi jgħid “WEATHER DEVIATION REQUIRED” (hija meħtieġa devjazzjoni għat-temp) biex jindika li huwa mixtieq il jingħata prijorità fuq il-frekwenza u għal rispons tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Meta meħtieġ, il-bdot għandu jibda komunikazzjonijiet bl-użu tas-sejħa ta' urġenza “PAN PAN” (preferibbilment mitkellma tliet darbiet).

SERA.14095    Proċeduri ta' komunikazzjoni bir-radjutelefonija f'każ ta' periklu u ta' urġenza

(a) 

Ġenerali

(1) 

Il-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu u dwar urġenza għandha tinkludu l-messaġġi kollha bir-radjutelefonija relatati mal-kundizzjonijiet ta' periklu u ta' urġenza rispettivament. Il-kundizzjonijiet ta' periklu u ta' urġenza huma ddefiniti bħala:

(i)

Periklu : kundizzjoni ta' theddid minn periklu serju u/jew imminenti u ta' ħtieġa ta' assistenza immedjata.

(ii)

Urġenza : kundizzjoni li tikkonċerna s-sikurezza ta' inġenju tal-ajru jew vettura oħra, jew ta' xi persuna abbord jew fil-viċinanzi, iżda li ma teħtieġx assistenza immedjata.

(2) 

Is-sinjal ta' periklu bir-radjutelefonija “MAYDAY” u s-sinjal ta' urġenza bir-radjutelefonija “PAN PAN” għandu jintuża fil-bidu tal-ewwel komunikazzjoni dwar periklu u dwar urġenza rispettivament. Fil-bidu ta' kwalunkwe komunikazzjoni sussegwenti ta' messaġġi bir-radju dwar periklu u dwar urġenza, għandu jkun permess li jintużaw is-sinjali ta' periklu u ta' urġenza bir-radjutelefonija.

(3) 

L-oriġinatur tal-messaġġi indirizzati lejn inġenju tal-ajru f'kundizzjoni ta' periklu jew ta' urġenza għandu jirrestrinġi għal-livell minimu n-numru u l-volum u l-kontenut ta' tali messaġġi skont kif meħtieġ mill-kundizzjoni.

(4) 

Jekk ma jsir l-ebda rikonoxximent ta' messaġġ dwar periklu jew ta' urġenza mill-unità tal-ATS indirizzata mill-inġenju tal-ajru, unitajiet oħrajn tal-ATS għandhom jagħtu għajnuna kif stipulat fil-punti (b)(2) u (b)(3) rispettivament.

(5) 

Il-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu u dwar urġenza normalment għandha tinżamm fuq il-frekwenza li fuqha t-tali komunikazzjoni bir-radju tista' tibda sakemm ma jitqiesx li tista' tingħata għajnuna aħjar jekk dik il-komunikazzjoni bir-radju tiġi ttrasferita fuq frekwenza oħra.

(6) 

Fil-każijiet ta' komunikazzjonijiet dwar periklu u ta' urġenza, b'mod ġenerali, it-trażmissjonijiet bir-radjutelefonija għandhom isiru bil-mod u b'mod distint, u kull kelma tiġi ppronunzjata b'mod ċar sabiex tiġi ffaċilitata t-traskrizzjoni tagħhom.

(b) 

Komunikazzjonijiet dwar periklu bir-radjutelefonija

(1) 

Azzjoni mill-inġenju tal-ajru f'periklu

Minbarra li jiġi ppreċedut mis-sinjal ta' periklu bir-radjutelefonija “MAYDAY” skont il-punt (a)(2), preferibbilment mitkellem tliet darbiet, il-messaġġ ta' periklu li għandu jintbagħat minn inġenju tal-ajru f'periklu għandu:

(i) 

ikun fuq il-frekwenza mill-ajru għall-art fl-użu dak il-ħin;

(ii) 

jikkonsisti minn kemm-il wieħed mill-elementi possibbli li ġejjin mitkellma b'mod distint u, jekk possibbli, fl-ordni li ġejja:

(A) 

l-isem tal-unità tal-ATS indirizzata (skont kemm jippermettu l-ħin u ċ-ċirkostanzi);

(B) 

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(C) 

in-natura tal-kundizzjoni ta' periklu;

(D) 

l-intenzjoni tal-bdot fil-kmand;

(E) 

il-pożizzjoni, il-livell u l-orjentazzjoni kurrenti.

(2) 

L-azzjoni mill-unità tal-ATS indirizzata jew mill-ewwel unità tal-ATS li tikkonferma l-messaġġ dwar periklu

L-unità tal-ATS indirizzata minn inġenju tal-ajru f'periklu, jew l-ewwel unità tal-ATS li tikkonferma l-messaġġ dwar periklu, għandha:

(i) 

tikkonferma minnufih il-messaġġ dwar periklu;

(ii) 

tieħu kontroll tal-komunikazzjonijiet jew tittrasferixxi b'mod speċifiku u ċar dik ir-responsabbiltà, filwaqt li tavża lill-inġenju tal-ajru jekk isir trasferiment; u

(iii) 

tieħu azzjoni immedjata biex tiżgura li l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun disponibbli, malajr kemm jista' jkun:

(A) 

lill-unità tal-ATS ikkonċernata;

(B) 

lill-operatur tal-inġenju tal-ajru kkonċernat, jew ir-rappreżentant tiegħu, skont arranġamenti prestabbiliti;

(iv) 

twissi unitajiet oħrajn tal-ATS, kif xieraq, sabiex timpedixxi t-trasferiment tal-komunikazzjoni bir-radju għal fuq il-frekwenza tal-komunikazzjoni dwar il-periklu.

(3) 

Impożizzjoni ta' silenzju

(i) 

L-inġenju tal-ajru f'periklu, jew l-unità tal-ATS fil-kontroll tat-traffiku f'periklu, għandu jkun permess jimponi silenzju, fuq l-istazzjonijiet kollha tas-servizzi mobbli fiż-żona jew fuq kwalunkwe stazzjon li jinterferixxi mal-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu. Din għandha tindirizza dawn l-istruzzjonijiet “lill-istazzjonijiet kollha”jew lil stazzjon wieħed biss, skont iċ-ċirkostanzi. Fi kwalunkwe każ, għandha tuża:

(A) 

“STOP TRANSMITTING” (tibqgħux tittrażmettu);

(B) 

is-sinjal ta' periklu bir-radjutelefonija “MAYDAY”.

(ii) 

L-użu tas-sinjali speċifikati fil-punt (b)(3)(i) għandhom ikunu riżervati għall-inġenju tal-ajru f'periklu u għall-unità tal-ATS li qiegħda tikkontrolla l-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu.

(4) 

L-azzjoni mill-unitajiet tal-ATS/inġenji tal-ajru l-oħrajn kollha

(i) 

Il-komunikazzjonijiet dwar periklu għandhom prijorità assoluta fuq il-komunikazzjonijiet l-oħrajn kollha u l-unitajiet tal-ATS/inġenji tal-ajru li jafu bihom ma għandhomx jittrażmettu fuq il-frekwenza kkonċernata dment li:

(A) 

il-periklu tiġi kkanċellata jew il-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu tintemm;

(B) 

il-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu tkun ġiet ittrasferita fuq frekwenzi oħrajn;

(C) 

l-unità tal-ATS li tikkontrolla l-komunikazzjonijiet tagħti permess;

(D) 

trid tagħti l-għajnuna hija stess.

(ii) 

Kull unità tal-ATS/inġenju tal-ajru li jaf bil-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu, u li ma jistax jagħti għajnuna hu stess lill-inġenju tal-ajru f'periklu, għandu madankollu jkompli jisma' lit-tali komunikazzjoni bir-radju sakemm huwa evidenti li qiegħda tingħata l-assistenza.

(5) 

Terminazzjoni tal-komunikazzjonijiet dwar periklu u tas-silenzju

(i) 

Meta inġenju tal-ajru ma jibqax f'periklu, dan għandu jittrażmetti messaġġ biex jikkanċella l-kundizzjoni ta' periklu.

(ii) 

Meta unità tal-ATS li tkun ikkontrollat il-komunikazzjoni dwar periklu ssir taf li l-kundizzjoni ta' periklu ntemmet, din għandha tieħu azzjoni immedjata biex tiżgura li din l-informazzjoni tkun disponibbli, malajr kemm jista' jkun:

(A) 

lill-unitajiet tal-ATS ikkonċernati;

(B) 

lill-operatur tal-inġenju tal-ajru kkonċernat, jew ir-rappreżentant tiegħu, skont arranġamenti prestabbiliti.

(iii) 

Il-komunikazzjoni dwar periklu u dwar kundizzjonijiet ta' silenzju għandhom jiġi mitmuma bit-trażmissjoni ta' messaġġ, li jinkludi l-kliem “DISTRESS TRAFFIC ENDED” (il-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu intemmet), fuq il-frekwenza jew frekwenzi li qegħdin jintużaw għall-komunikazzjoni bir-radju dwar periklu. Il-messaġġ għandu joriġina biss mill-unità tal-ATS li qiegħda tikkontrolla l-komunikazzjonijiet meta, wara li tirċievi l-messaġġ stipulat fil-punt (b)(5)(i), tkun awtorizzata tagħmel dan mill-awtorità kompetenti.

(c) 

Komunikazzjonijiet ta' urġenza bir-radjutelefonija

(1) 

Azzjoni mill-inġenju tal-ajru li jirrapporta kundizzjoni ta' urġenza ħlief kif indikat fil-punt (c)(4)

Minbarra li jiġi ppreċedut mis-sinjal ta' urġenza bir-radjutelefonija “PAN PAN” skont il-punt (a)(2), preferibbilment mitkellem tliet darbiet u kull kelma tal-grupp tkun ippronunzjata bħall-kelma Franċiża “panne”, il-messaġġ ta' urġenza li għandu jintbagħat minn inġenju tal-ajru f'kundizzjoni ta' urġenza għandu:

(i) 

ikun fuq il-frekwenza mill-ajru għall-art fl-użu dak iż-żmien;

(ii) 

jikkonsisti minn kemm-il wieħed mill-elementi meħtieġa li ġejjin mitkellma b'mod distint u, jekk possibbli, fl-ordni li ġejja:

(A) 

l-isem tal-unità tal-ATS indirizzata;

(B) 

l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(C) 

in-natura tal-kundizzjoni ta' urġenza;

(D) 

l-intenzjoni tal-bdot fil-kmand;

(E) 

il-pożizzjoni, il-livell u l-orjentazzjoni kurrenti;

(F) 

kull informazzjoni oħra utli.

(2) 

L-azzjoni mill-unità tal-ATS indirizzata jew mill-ewwel unità tal-ATS li tirrikonoxxi l-messaġġ ta' urġenza

L-unità tal-ATS indirizzata minn inġenju tal-ajru f'kundizzjoni ta' urġenza, jew l-ewwel unità tal-ATS li tikkonferma l-messaġġ ta' urġenza, għandha:

(i) 

tirrikonoxxi l-messaġġ ta' urġenza;

(ii) 

tieħu azzjoni immedjata biex tiżgura li l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun disponibbli, malajr kemm jista' jkun:

(A) 

lill-unità tal-ATS ikkonċernata;

(B) 

lill-operatur tal-inġenju tal-ajru kkonċernat, jew ir-rappreżentant tiegħu, skont arranġamenti prestabbiliti;

(iii) 

jekk meħtieġ, teżerċita kontroll tal-komunikazzjonijiet.

(3) 

L-azzjoni mill-unitajiet tal-ATS/inġenji tal-ajru l-oħrajn kollha

Il-komunikazzjonijiet ta' urġenza għandhom prijorità fuq il-komunikazzjonijiet l-oħrajn kollha ħlief komunikazzjonijiet dwar periklu u l-unitajiet tal-ATS/inġenji tal-ajru kollha għandhom jieħdu ħsieb li ma jinterferixxux mat-trażmissjoni tal-komunikazzjoni bir-radju dwar urġenza.

(4) 

L-azzjoni minn inġenju tal-ajru użat għal trasporti mediċi

(i) 

L-użu tas-sinjal deskritt fil-punt (c)(4)(ii) għandu jindika li l-messaġġ li jsegwi jikkonċerna trasport mediku protett skont il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u Protokolli Addizzjonali.

(ii) 

Għall-finijiet tat-tħabbir u l-identifikazzjoni ta' inġenju tal-ajru użat għal trasporti mediċi, trażmissjoni tas-sinjal ta' urġenza bir-radjutelefonija “PAN PAN”, preferibbilment mitkellem tliet darbiet, u kull kelma tal-grupp ippronunzjata bħall-kelma Franċiża “panne”, għandha tkun segwita mis-sinjal bir-radjutelefonija għat-trasporti mediċi “MAY-DEE-CAL”, ippronunzjat skont il-Franċiż “médical”. L-użu tas-sinjali deskritti hawn fuq jindika li l-messaġġ li jsegwi jikkonċerna trasport mediku protett.

Il-messaġġ għandu jwassal id-dejta li ġejja:

(A) 

is-sinjal tas-sejħa jew mezzi oħrajn rikonoxxuti ta' identifikazzjoni tat-trasporti mediċi;

(B) 

il-pożizzjoni tat-trasporti mediċi;

(C) 

in-numru u t-tip tat-trasporti mediċi;

(D) 

ir-rotta prevista;

(E) 

il-ħin stmat fuq ir-rotta u tat-tluq u l-wasla, kif xieraq; u

(F) 

kull informazzjoni oħra bħall-altitudni tat-titjira, il-frekwenzi tar-radju mgħassa, il-lingwi użati u l-modalitajiet u l-kodiċijiet tar-radar ta' sorveljanza sekondarju.

(5) 

L-azzjoni mill-unitajiet tal-ATS indirizzati, jew minn stazzjonijiet oħrajn li qegħdin jirċievu messaġġ dwar trasporti mediċi

Id-dispożizzjonijiet tal-punti (c)(2) u (c)(3) għandhom japplikaw kif xieraq għall-unitajiet tal-ATS li jirċievu messaġġ ta' trasporti mediċi.

▼M4

(d) 

Kif stabbilit fl-Artikolu 4a, il-frekwenza ta’ emerġenza b’VHF (121,500 MHz) għandha tintuża għal skopijiet ta’ emerġenza ġenwini li jinkludu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) 

sabiex jiġi pprovdut kanal ċar bejn inġenju tal-ajru f’diffikultà jew f’emerġenza u stazzjon tal-art meta l-kanali normali jkunu qed jintużaw għal inġenju tal-ajru ieħor;

(2) 

sabiex jiġi pprovdut kanal ta’ komunikazzjoni b’VHF bejn inġenji tal-ajru u ajrudromi, mhux normalment użat minn servizzi internazzjonali tal-ajru, f’każ li tirriżulta kundizzjoni ta’ emerġenza;

(3) 

sabiex jiġi pprovdut kanal komuni ta’ komunikazzjoni b’VHF bejn inġenji tal-ajru, ċivili jew inkella militari, u bejn it-tali inġenji tal-ajru u servizzi ta’ fuq il-wiċċ, involuti f’operazzjonijiet komuni ta’ tiftix u salvataġġ, qabel ma jsir tibdil fejn ikun neċessarju għall-frekwenza xierqa;

(4) 

sabiex tiġi pprovduta komunikazzjoni bejn l-arja u l-art mal-inġenji tal-ajru meta ħsara fit-tagħmir li jinġarr fl-ajru tipprevjeni l-użu tal-kanali regolari;

(5) 

sabiex jiġi pprovdut kanal għall-operazzjoni ta’ trażmettituri lokalizzaturi tal-emerġenza, u għall-komunikazzjoni bejn inġenji tas-sopravivenza u inġenji tal-ajru involuti f’operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ;

(6) 

sabiex jiġi pprovdut kanal komuni b’VHF għall-komunikazzjoni bejn inġenji tal-ajru ċivili u inġenji tal-ajru interċettaturi jew unitajiet ta’ kontroll tal-interċettazzjoni u bejn inġenji tal-ajru ċivili jew tal-interċettazzjoni u unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fil-każ ta’ interċettazzjoni tal-inġenji tal-ajru ċivili.

▼B




Appendiċi 1

Sinjali

1.   SINJALI TA’ PERIKLU U TA’ URĠENZA

1.1.    Ġenerali

1.1.1. Minkejja d-dispożizzjonijiet f’1.2 u f’1.3, inġenju tal-ajru fil-periklu għandu juża kwalunkwe mezz li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jiġbed l-attenzjoni, jikkomunika x’inhi l-pożizzjoni tiegħu u jikseb għajnuna.

▼M2

1.1.2. Il-proċeduri ta' trażmissjoni tat-telekomunikazzjoni għas-sinjali ta' periklu u ta' urġenza għandhom ikunu skont it-Taqsima 14.

▼B

1.2.    Sinjali ta’ Periklu

1.2.1. Is-sinjali li ġejjin, użati jew flimkien jew separatament, ifissru li hemm theddida ta’ periklu gravi u imminenti, u qed tintalab assistenza immedjata:

(a) 

sinjal magħmul bir-radjutelegrafija jew bi kwalunkwe metodu ta’ sinjalazzjoni ieħor li jikkonsisti fil-grupp SOS (.. . — — —. .. fil-Kodiċi Morse);

(b) 

sinjal ta’ periklu bir-radjutelefonija li jikkonsisti fil-kelma mitkellma MAYDAY;

(c) 

messaġġ ta’ periklu mibgħut permezz ta’ kollegament tad-dejta li jittrażmetti l-ħsieb tal-kelma MAYDAY;

(d) 

rokits jew granati li jitfgħu dwal ħomor, sparati wieħed wieħed b’intervalli qosra bejniethom;

(e) 

murtal bil-paraxut li juri dawl aħmar;

(f) 

l-issettjar tat-transponder għall-Modalità A, Kodiċi 7700.

1.3.    Sinjali ta’ Urġenza

1.3.1. Is-sinjali li ġejjin, użati jew flimkien jew separatament, ifissru li inġenju tal-ajru jixtieq jagħti avviż dwar id-diffikultajiet li qed iġiegħluh jinżel mingħajr ma jitlob assistenza immedjata:

(a) 

jitfi u jixgħel ripetutament id-dwal għall-inżul; jew

(b) 

jitfi u jixgħel b’mod ripetut id-dwal għan-navigazzjoni b’tali mod li jkun distintiv mid-dwal tan-navigazzjoni li jteptpu.

1.3.2. Is-sinjali li ġejjin, użati jew flimkien jew separatament, ifissru li inġenju tal-ajru għandu messaġġ urġenti ħafna x’jittrażmetti dwar is-sikurezza ta’ bastiment, ta’ inġenju tal-ajru jew ta’ vettura oħra, jew ta’ xi persuna abbord jew li tidher mill-inġenju tal-ajru:

(a) 

sinjal magħmul bir-radjutelegrafija jew bi kwalunkwe metodu ta’ sinjalazzjoni ieħor li jikkonsisti fil-grupp XXX (—..— —..— —..— fil-Kodiċi Morse);

(b) 

sinjal ta’ urġenza bir-radjutelefonija li jikkonsisti fil-kelmiet mitkellma PAN, PAN;

(c) 

messaġġ ta’ urġenza mibgħut permezz ta’ kollegament tad-dejta li jittrażmetti l-ħsieb tal-kelmiet PAN, PAN.

2.   SINJALI VIŻWALI UŻATI SABIEX IWISSU LIL INĠENJU TAL-AJRU MHUX AWTORIZZAT LI QED ITIR F’ERJA RISTRETTA, IPPROJBITA JEW TA’ PERIKLU JEW LI JKUN SE JIDĦOL FIHA

2.1. Meta jintużaw sinjali viżwali sabiex iwissu lil inġenju tal-ajru mhux awtorizzat li qed itir f’erja ristretta, ipprojbita jew ta’ periklu jew li jkun se jidħol fiha, binhar u billejl, sensiela ta’ projettili sparati mill-art f’intervalli ta’ 10 sekondi, kull wieħed juri, meta jisplodi, dwal jew stilel ħomor u ħodor għandhom jindikaw lil inġenju tal-ajru mhux awtorizzat li qiegħed itir f’erja ristretta, ipprojbita jew ta’ periklu jew li jkun se jidħol fiha u li l-inġenju tal-ajru għandu jieħu azzjoni rimedjali kif jista’ jkun meħtieġ.

3.   SINJALI GĦAT-TRAFFIKU TAL-AJRUDROM

3.1.    Sinjali bid-Dawl u Sinjali Pirotekniċi

3.1.1.    Istruzzjonijiet



Tabella AP 1 - 1

Dawl

Mill-Kontroll tal-Ajrudrom lil:

Inġenju tal-Ajru li qed itir

Inġenju tal-Ajru fuq l-art

Dirett lejn l-inġenju tal-ajru kkonċernat

(ara l-Grafika A1-1).

Aħdar kostanti

Awtorizzat biex tagħmel inżul

Awtorizzat biex tagħmel tlugħ

Aħmar kostanti

Agħti d-dritta lill-inġenju tal-ajru l-ieħor u kompli tir dawra tond

Ieqaf

Sensiela ta’ dwal ħodor iteptpu

Irritorna għall-inżul (*1)

Awtorizzat biex issuq

Sensiela ta’ dwal ħomor iteptpu

L-ajrudrom mhuwiex sikur, tinżilx

Suq ‘il bogħod mill-erja tal-inżul li qed tintuża

Sensiela ta’ dwal bojod iteptpu

Inżel f’dan l-ajrudrom u pproċedi għar-rampa (*1)

Irritorna lejn il-punt tal-bidu fl-ajrudrom

Pirotekniku aħmar

Minkejja kwalunkwe istruzzjoni preċedenti, għalissa tinżilx

 

(*1)   

Awtorizzazzjonijiet għall-inżul u għas-sewqan se jingħataw fil-ħin xieraq.

image

3.1.2.    Konferma minn inġenju tal-ajru

(a) Meta jkun qed itir:

(1) 

matul is-sigħat ta’ dawl ta’ matul il-jum:

— 
billi jbandal il-ġwienaħ tal-inġenju tal-ajru, ħlief għall-bażi u għall-partijiet finali tal-avviċinament;
(2) 

matul is-sigħat ta’ dlam:

— 
billi jteptep darbtejn id-dwal għall-inżul tal-inġenju tal-ajru jew, jekk ma jkunx mgħammar b’dan il-mod, billi jixgħel u jitfi darbtejn id-dwal tan-navigazzjoni tiegħu.

(b) Meta jkun fuq l-art:

(1) 

matul is-sigħat ta’ dawl ta’ matul il-jum:

— 
billi jċaqlaq l-aleruni jew it-tmun tal-inġenju tal-ajru;
(2) 

matul is-sigħat ta’ dlam:

— 
billi jteptep darbtejn id-dwal għall-inżul tal-inġenju tal-ajru jew, jekk ma jkunx mgħammar b’dan il-mod, billi jixgħel u jitfi darbtejn id-dwal tan-navigazzjoni tiegħu.

3.2.    Sinjali Viżwali ta’ Fuq l-Art

3.2.1.    Projbizzjoni ta’ Nżul

3.2.1.1. Pannell kwadru aħmar orizzontali bi djagonali sofor (Grafika A1-2) meta jintwera f’erja tas-sinjali jindika li l-inżul huwa pprojbit u li l-projbizzjoni tista’ tkun waħda twila.

image Grafika A1-2

3.2.2.    Ħtieġa għal Prekawzjonijiet Speċjali waqt l-Avviċinament jew l-Inżul

3.2.2.1. Pannell kwadru aħmar orizzontali bi djagonal wieħed isfar (Grafika A1-3) meta jintwera f’erja tas-sinjali jindika li minħabba l-istat ħażin taż-żona ta’ mmanuvrar jew, minħabba kwalunkwe raġuni oħra, fl-avviċinament lejn l-art jew fl-inżul iridu jiġu osservati prekawzjonijiet speċjali.

image Grafika A1-3

3.2.3.    Użu ta’ Runways u ta’ Taxiways

3.2.3.1. Dumbbell bajda orizzontali (Grafika A1-4) meta tintwera fl-erja tas-sinjali tindika li l-inġenji tal-ajru huma mitluba jagħmlu l-inżul, it-tlugħ u jsuqu fuq ir-runways u t-taxiways biss.

image Grafika A1-4

3.2.3.2. L-istess dumbbell bajda orizzontali bħal fi 3.2.3.1 imma bi strixxa sewda mqiegħda perpendikularment għall-maqbad min-naħa għall-oħra ta’ kull parti ċirkulari tad-dumbbell (Grafika A1-5) meta tintwera f’erja tas-sinjali tindika li l-inġenji tal-ajru huma mitluba jagħmlu l-inżul u t-tlugħ fuq ir-runways biss, imma l-manuvri l-oħra ma hemmx għafejn ikunu ristretti għar-runways u għat-taxiways.

image Grafika A1-5

3.2.4.    Runways jew Taxiways Magħluqa

▼M2

3.2.4.1. Slaleb ta' kulur wieħed li jikkuntrastja, bojod fuq ir-runways u sofor fuq it-taxiways (il-Grafika A1-6), murija orizzontalment fuq ir-runways u t-taxiways jew partijiet tagħhom jindikaw żona mhux adatta għall-moviment ta' inġenji tal-ajru.

▼B

image Grafika A1-6

3.2.5.    Direzzjonijiet għall-Inżul jew għat-Tlugħ

3.2.5.1. T tal-inżul orizzontali bajda jew oranġjo (Grafika A1-7) tindika d-direzzjoni li għandha tintuża mill-inġenju tal-ajru għall-inżul u għat-tlugħ, li għandha tkun f’direzzjoni parallel għall-maqbad tat-T lejn id-driegħ tas-salib. Meta tintuża billejl, it-T tal-inżul għandha tkun jew imdawla kollha jew il-kontorni tagħha għandhom ikunu mdawla bi dwal bojod.

image Grafika A1-7

3.2.5.2. Sett ta’ żewġ ċifri (Grafika A1-8) muri vertikalment mat-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom jew qrib tiegħu jindika lill-inġenju tal-ajru fuq iż-żona ta’ mmanuvrar id-direzzjoni għat-tlugħ, espressa f’unitajiet ta’ 10 gradi lejn l-eqreb 10 gradi tal-kumpass manjetiku.

image Grafika A1-8

3.2.6.    Traffiku fuq il-Lemin

3.2.6.1. Meta tintwera f’erja tas’sinjali jew orizzontalment fi tmiem ir-runway jew l-istrixxa li qed tintuża, vleġġa lejn il-lemin b’kulur jgħajjat (Grafika A1-9) tindika li qabel l-inżul u wara t-tlugħ id-dawriet għandhom isiru lejn il-lemin.

image Grafika A1-9

3.2.7.    Uffiċċju tar-Rappurtar tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru

3.2.7.1. L-ittra C murija vertikalment bl-iswed fi sfond isfar (Grafika A1-10) tindika fejn qiegħed l-uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

image Grafika A1-10

3.2.8.    Titjiriet tal-Glajders li qed Joperaw

3.2.8.1. Salib doppju abjad muri orizzontalment (Grafika A1-11) fl-erja tas-sinjali jindika li l-ajrudrom qed jintuża mill-glajders u li qed isiru titjiriet ta’ glajders.

image Grafika A1-11

4.   SINJALI TA’ GWIDA

4.1.    Minn Sinjalatur/Marshaller lil Inġenju tal-Ajru

4.1.1.

Is-sinjali li għandhom jintużaw mis-sinjalatur/mill-marshaller, bl-idejn imdawla skont il-ħtieġa sabiex tkun iffaċilita l-osservazzjoni mill-bdot, u faċċata tal-inġenju tal-ajru f’pożizzjoni għandhom ikunu:

(a) 

għal inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi, fuq ix-xellug tal-inġenju tal-ajru, fejn il-bdot jara l-aħjar is-sinjali; u

(b) 

għall-ħelikopters, fejn il-bdot jista’ jara l-aħjar lis-sinjalatur/lill-marshaller.

4.1.2.

Qabel ma juża s-sinjali li ġejjin, is-sinjalatur/il-marshaller għandu jaċċerta ruħu li fl-erja fejn għandu jiġi ggwidat inġenju tal-ajru ma jkunx hemm oġġetti li l-inġenju tal-ajru, f’konformità mas-SERA.3301 (a), jista’ inkella jolqothom.



image

1.  Wingwalker/gwida (*1)

Ogħlli l-id il-leminija ‘l fuq mil-livell tar-ras bil-bakketta tipponta ‘l fuq; ċaqlaq il-bakketta fl-id ix-xellugija u ppontaha ‘l isfel lejn ġismek.

image

2.  Identifika x-xatba

Ogħlli dirgħajk, stirati kompletament, dritt ‘il fuq mir-ras bil-bakketti jippontaw ‘il fuq.

image

3.  Ipproċedi għas-sinjalatur/għall-marshaller li jmiss jew skont l-istruzzjonijiet tat-torri/tal-kontroll mill-art

Ipponta dirgħajk it-tnejn ‘il fuq; ċaqlaq u stira dirgħajk ‘il barra lejn il-ġnub ta’ ġismek u bil-bakketti pponta lejn id-direzzjoni tas-sinjalatur/tal-marshaller li jmiss jew lejn l-erja ta’ sewqan.

image

4.  Dritt ‘il quddiem

Ilwi dirgħajk stirati mill-minkeb u ċaqlaq il-bakketti ‘l fuq u ‘l isfel mill-għoli tas-sider għar-ras.

image

5(a).  Dur lejn ix-xellug (mill-perspettiva tal-bdot)

Bid-driegħ u bil-bakketta tal-lemin stirati f’angolu ta’ 90 grad għall-ġisem, agħmel sinjal “ejja ‘l quddiem” bl-id ix-xellugija. Ir-rata tal-moviment tas-sinjal tindika lill-bdot ir-rata tad-dawra tal-inġenju tal-ajru.

image

5(b).  Dur lejn il-lemin (mill-perspettiva tal-bdot)

Bid-driegħ u bil-bakketta tax-xellug stirati f’angolu ta’ 90 grad għall-ġisem, agħmel sinjal “ejja ‘l quddiem” bl-id il-leminija. Ir-rata tal-moviment tas-sinjal tindika lill-bdot ir-rata tad-dawra tal-inġenju tal-ajru.

image

6(a).  Waqfien normali

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti f’angolu ta’ 90 grad għall-ġnub u ċaqlaqhom bil-mod għal fuq rasek sakemm il-bakketti jsallbu lil xulxin.

image

6(b).  Waqfien ta’ emerġenza

Stira dirgħajk u l-bakketti f’daqqa għal fuq rasek u sallab il-bakketti.

image

7(a).  Issettja l-brejkijiet

Ogħlli id waħda bil-pala miftuħa sewwasew ‘il fuq mill-għoli tal-ispalla. Kun żgur li għamilt kuntatt viżwali mal-ekwipaġġ tat-titjira u agħlaq l-id f’ponn. Tiċċaqlaqx qabel l-ekwipaġġ tat-titjira ma juruk “is-seba’ l-kbir ‘il fuq” bħala sinjal ta’ konferma.

image

7(b).  Erħi l-brejkijiet

Ogħlli id waħda magħluqa f’ponn sewwasew ‘il fuq mill-għoli tal-ispalla. Kun żgur li għamilt kuntatt viżwali mal-ekwipaġġ tat-titjira u iftaħ il-pala tal-id. Tiċċaqlaqx qabel l-ekwipaġġ tat-titjira ma jurik “is-seba’ l-kbir ‘il fuq” bħala sinjal ta’ konferma.

image

8(a).  Kunjardi inseriti

B’dirgħajk u bil-bakketti stirati kompletament ‘il fuq minn rasek, ċaqlaq bi skossi l-bakketti ‘l ġewwa (“jabbing”) sakemm il-bakketti jmissu lil xulxin. Kun żgur li tingħata konferma min-naħa tal-ekwipaġġ tat-titjira.

image

8(b).  Kunjardi mneħħija

B’dirgħajk u bil-bakketti stirati kompletament ‘il fuq minn rasek, ċaqlaq bi skossi l-bakketti ‘l barra (“jabbing”). Tneħħix il-kunjardi qabel ma tkun awtorizzat mill-ekwipaġġ tat-titjira.

image

9.  Attiva l-magna(i)

Ogħlli d-driegħ il-lemini sal-livell ta’ rasek bil-bakketta tipponta ‘l fuq u ibda moviment ċirkulari bl-id; fl-istess ħin, bid-driegħ ix-xellugi mgħolli ‘l fuq mil-livell tar-ras, ipponta lejn il-magna li għandha tiġi attivata.

image

10.  Itfi l-magni

Stira driegħ bil-bakketta ‘l quddiem minn ġismek fuq il-livell ta’ spallejk; ċaqlaq l-id u l-bakketta għall-parti ta’ fuq tal-ispalla xellugija u iġbed il-bakketta lejn fuqnett tal-ispalla leminija f’moviment ta’ qtugħ min-naħa għall-oħra tal-gerżuma.

image

11.  Naqqas il-veloċità

Ċaqlaq dirgħajk stirat ‘l isfel f’ġest bħallikieku qed ittaptap, filwaqt li ċċaqlaq il-bakketti ‘l fuq u ‘l isfel mill-qadd sal-irkopptejn.

image

12.  Naqqas il-veloċità tal-magna/i fuq in-naħa indikata

B’dirgħajk isfel u bil-bakketti ppontati lejn l-art, xengel jew il-bakketta leminija jew dik xellugija ‘l fuq u ‘l isfel filwaqt li tindika li l-magna(i) fuq ix-xellug jew il-lemin rispettivament għandha titnaqqsilha/titnaqqsilhom il-veloċità.

image

13.  Imxi lura

B’dirgħajk quddiem ġismek fuq il-livell tal-qadd, dawwar dirgħajk f’moviment ‘il quddiem. Sabiex twaqqaf il-moviment lura, uża s-sinjal 6 (a) jew 6 (b).

image

14(a).  Dawriet waqt li timxi lura (għad-denb sal-istarboard)

Ipponta d-driegħ ix-xellugi bil-bakketta ‘l isfel u ġib id-driegħ il-lemini minn pożizzjoni veritikali ‘l fuq minn rasek għal pożizzjoni orizzontali ‘l quddiem, fejn tirrepeti l-moviment tad-driegħ il-lemini.

image

14(b).  Dawriet waqt li timxi lura (għad-denb sal-port)

Ipponta d-driegħ il-lemini bil-bakketta ‘l isfel u ġib id-driegħ ix-xellugi minn pożizzjoni veritikali ‘l fuq minn rasek għal pożizzjoni orizzontali ‘l quddiem, fejn tirrepeti l-moviment tad-driegħ ix-xellugi.

image

15.  Affermattiv/kollox sew (*2)

Ogħlli d-driegħ il-lemini sal-livell tar-ras bil-bakketta tipponata ‘l fuq jew uri l-id “bis-saba’ l-kbira mgħolli ‘l fuq”; id-driegħ ix-xellugi jibqa’ mal-ġenb ħdejn l-irkoppa.

image

16.  Tir fl-istess post (*3)

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti f’angolu ta’ 90 grad għall-ġnub.

image

17.  Iċċaqlaq ‘il fuq (*3)

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti f’angolu ta’ 90 grad għall-ġnub u, bil-pali ta’ jdejk iħarsu ‘l fuq, ċaqlaq idejk ‘il fuq. Il-veloċità tal-moviment tindika r-rata tat-tlugħ.

image

18.  Iċċaqlaq ‘l isfel (*3)

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti f’angolu ta’ 90 grad għall-ġnub u, bil-pali ta’ jdejk iħarsu ‘l isfel, ċaqlaq idejk ‘l isfel. Il-veloċità tal-moviment tindika r-rata ta’ nżul.

image

19(a).  Iċċaqlaq orizzontalment lejn ix-xellug (*3) (mill-perspettiva tal-bdot)

Stira driegħ orizzontalment f’angolu ta’ 90 grad għall-ġenb lemini ta’ ġismek. Ċaqlaq id-driegħ l-ieħor fl-istess direzzjoni b’tixjira.

image

19(b).  Iċċaqlaq orizzontalment lejn il-lemin (*3) (mill-perspettiva tal-bdot)

Stira driegħ orizzontalment f’angolu ta’ 90 grad għall-ġenb xellugi ta’ ġismek. Ċaqlaq id-driegħ l-ieħor fl-istess direzzjoni b’tixjira.

image

20.  Inżel (*3)

Sallab dirgħajk bil-bakketti l isfel u quddiem ġismek.

image

21.  Żomm il-pożizzjoni/stenna

Stira kompletament dirgħajk u l-bakketti ‘l isfel f’angolu ta’ 45 grad għall-ġnub. Żomm il-pożizzjoni sakemm l-inġenju tal-ajru jkun lest għall-manuvra li jmiss.

image

22.  Ibgħat l-inġenju tal-ajru

Wettaq salut standard bl-id u/jew bil-bakketta tal-lemin sabiex tibgħat lill-inġenju tal-ajru. Żomm kuntatt viżwali mal-ekwipaġġ tat-titjira sakemm l-inġenju tal-ajru jkun beda jinsaq.

image

23.  Tmissx il-kontrolli (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Stira d-driegħ il-lemini kompletament ‘il fuq minn rasek u agħlaq il-ponn jew żomm il-bakketta f’pożizzjoni orizzontali; id-driegħ ix-xellugi jibqa’ mal-ġenb ħdejn l-irkoppa.

image

24.  Ikkonnettja l-enerġija fuq l-art (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Żomm dirgħajk stirati kompletament ‘l fuq minn rasek; iftaħ l-id ix-xellugija orizzontalment u ċaqlaq it-truf tas-swaba tal-id il-leminija lejn u miss il-pala miftuħa tal-id ix-xellugija (fejn tifforma “T”). Billejl, jistgħu anki jintużaw bakketti mdawla sabiex jiffurmaw “T” ‘il fuq mir-ras.

image

25.  Skonnettja l-enerġija (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Żomm dirgħajk stirati kompletament ‘l fuq minn rasek bit-truf tas-swaba’ tal-id il-leminija jmissu l-pala orizzontali miftuħa tal-id ix-xellugija (fejn tifforma “T”); imbagħad ċaqlaq l-id il-leminija ‘l bogħod mix-xellugija. Tiskonnettjax l-enerġija qabel ma tkun awtorizzat mill-ekwipaġġ tat-titjira. Billejl, jistgħu anki jintużaw bakketti mdawla sabiex jiffurmaw “T” ‘il fuq mir-ras.

image

26.  Negattiv (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Żomm id-driegħ il-lemin dritt ‘il barra f’angolu ta’ 90 grad mill-ispalla u pponta l-bakketta ‘l isfel lejn l-art jew uri id “bis-saba l-kbir ‘l isfel”; l-id ix-xellugija tibqa’ mal-ġenb ħdejn l-irkoppa.

image

27.  Stabbilixxi komunikazzjoni permezz ta’ interfown (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Stira dirgħajk it-tnejn f’angolu ta’ 90 grad minn ġismek u ċaqlaq idejk sabiex tqiegħedhom fuq widnejk it-tnejn.

image

28.  Iftaħ/agħlaq it-taraġ (*4) (sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni)

Bid-driegħ il-lemini mal-ġenb u bl-id ix-xellugija mgħollija ‘l fuq mir-ras b’angolu ta’ 45 grad, ċaqlaq id-driegħ il-lemini b’tixjira lejn il-parti ta’ fuq ta’ spalltek ix-xellugija.

(*1)   

Dan is-sinjal jipprovdi indikazzjoni minn persuna ppożizzjonata f’tarf il-ġewnaħ tal-inġenju tal-ajru, lill-bdot/marshaller/operatur tal-imbottar lura, li l-moviment tal-inġenju tal-ajru li qiegħed/mhuwiex qiegħed f’pożizzjoni ta’ parkeġġ għandu jkun mingħajr ostakoli

(*2)   

Dan is-sinjal jintuża wkoll bħala sinjal ta’ komunikazzjoni tekniku/ta’ manutenzjoni.

(*3)   

biex jintuża għall-ħelikopters li jkunu qed itiru fl-istess post.

(*4)   

Dan is-sinjal huwa maħsub prinċipalment għall-inġenji tal-ajru b’sett ta’ taraġ integrali fuq quddiem.

4.2.    Mill-bdot ta’ inġenju tal-ajru lis-sinjalatur/lill-marshaller

4.2.1.

Dawn is-sinjali għandhom jintużaw minn bdot fil-kabina tal-bdot fejn is-sinjalatur/il-marshaller ikun jista’ jara sew idejn il-bdot, bl-idejn imdawla kif ikun meħtieġ sabiex tkun iffaċilita l-osservazzjoni min-naħa tas-sinjalatur/tal-marshaller.

▼M2



image

(a)  Bil-brejkijiet attivati: għolli d-driegħ u l-id, bis-swaba' estiżi, orizzontalment quddiem wiċċek, imbagħad agħlaq f'ponn.

image

(b)  Bil-brejkijiet rilaxxati: għolli d-driegħ, bl-id magħluqa f'ponn, orizzontalment quddiem wiċċek, imbagħad estendi s-swaba'.

image

(c)  Daħħal il-kunjardi: dirgħajn estiżi, bil-keff tal-id iħares 'il barra, ċaqlaq l-idejn 'il ġewwa biex issallabhom quddiem wiċċek.

image

(d)  Neħħi l-kunjardi: idejn imsallbin quddiem wiċċek, il-keff tal-id iħares 'il ġewwa, ċaqlaq id-dirgħajn 'il barra.

image

(e)  Kun lest biex tixgħel il-magna(i): Għolli n-numru xieraq ta' swaba' fuq id waħda biex tindika n-numru tal-magna li għandha tinxtegħel.

▼B

4.3.    Sinjali ta’ komunikazzjoni teknika/ta’ manutenzjoni

4.3.1.

Fir-rigward tas-sinjali ta’ komunikazzjoni teknika/ta’ manutenzjoni, is-sinjali manwali għandhom jintużaw biss meta l-komunikazzjoni verbali ma tkunx possibbli.

4.3.2.

Is-sinjalaturi/il-marshallers għandhom ikunu żguri li jirċievu konferma min-naħa tal-ekwipaġġ tat-titjira fir-rigward tas-sinjali ta’ komunikazzjoni teknika/ta’ manutenzjoni.

5.   SINJALI STANDARD BL-IDEJN F’KAŻ TA’ EMERĠENA

5.1. Is-sinjali bl-idejn li ġejjin huma stabbiliti bħala l-minimu meħtieġ għal komunikazzjoni f’każ ta’ emerġenza bejn il-kmandant tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza tal-ARFF/ħaddiema tat-tifi tan-nar tal-ARFF u l-kabina tal-bdot u/jew l-ekwipaġġi tal-kabina tal-bdot tal-inġenju tal-ajru li kellu inċident. Is-sinjali bl-idejn f’każ ta’ emerġenza tal-ARFF għandhom jingħataw min-naħa xellugija ta’ quddiem tal-inġenju tal-ajru għall-ekwipaġġ tal-kabina tal-bdot.



image

1.  Nirrakkomanda Evakwazzjoni

L-evakwazzjoni tkun rakkomandata abbażi tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni esterna min-naħa tal-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar tal-inġenju tal-ajru u tal-Kmandant tal-Operazzjonijiet ta’ Emerġenza.

Driegħ stirat ‘il bogħod mill-ġisem, u miżmum orizzontali bl-id mgħollija sal-livell tal-għajnejn. Ċaqlaq dirgħajk b’moviment bħallikieku qed tagħmel sinjal għal avviċinament angolat lura. Id-driegħ li ma jkunx qed jiċċaqlaq jinżamm qrib il-ġisem.

Billejl – l-istess bil-bakketti.

image

2.  Nirrakkomanda li Tieqaf

Nirrakkomanda li l-evakwazzjoni li għaddejja bħalissa titwaqqaf. Waqqaf il-moviment tal-inġenju tal-ajru jew xi attività oħra li tkun għaddejja.

Dirgħajn quddiem ir-ras – Imsallba mill-polz

Billejl – l-istess bil-bakketti.

image

3.  Emerġenza Kkontrollata

L-ebda evidenza fuq barra ta’ kundizzjonijiet perikolużi jew “kollox sew”.

Dirgħajn stirati ‘l barra u ‘l isfel f’angolu ta’ 45 grad. Dirgħajn imċaqalqin ‘il ġewwa, taħt il-qadd fl-istess ħin sakemm il-poloz jissalbu, imbagħad stirati ‘l barra lejn il-pożizzjoni tal-bidu.

Billejl – l-istess bil-bakketti.

image

4.  Nirien

Ċaqlaq l-id il-leminija bħallikieku qed “trewwaħ” mill-ispalla sal-irkoppa, filwaqt li fl-istess ħin ipponta bl-id ix-xellugija lejn iż-żona tan-nirien.

Billejl – l-istess bil-bakketti.




Appendiċi 2

Blalen tal-arja ħielsa u mingħajr ekwipaġġ

1.   KLASSIFIKAZZJONI TAL-BLALEN TAL-ARJA ĦIELSA U MINGĦAJR EKWIPAĠĠ

1.1.    Il-blalen tal-arja ħielsa u mingħajr ekwipaġġ għandhom jiġu kklassifikati bħala (ara l-Grafika AP2-1):

(a)

ħafif : ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ li jġorr tagħbija utli ta’ pakkett wieħed jew iktar b'massa kkombinata ta’ inqas minn 4 kg, sakemm ma jikkwalifikax bħala ballun tal-arja tqil skont c) 2), 3) jew 4); jew

(b)

medju : ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ li jġorr tagħbija utli ta’ pakkett wieħed jew iktar b'massa kkombinata ta’ 4 kg jew iktar imma ta’ inqas minn 6 kg, sakemm ma jikkwalifikax bħala ballun tal-arja tqil skont c) 2), 3) jew 4) iktar ‘l isfel; jew

(c)

tqil :

ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ li jġorr tagħbija utli li:

(1) 

għandha massa kkombinata ta’ 6 kg jew iktar; jew

(2) 

tinkludi pakkett ta’ 3 kg jew iktar; jew

(3) 

tinkludi pakkett ta’ 2 kg jew iktar b'densità tal-erja ta’ iktar minn 13 g għal kull ċentimetru kwadru, iddeterminata bid-diviżjoni tal-massa totali fi grammi tal-pakkett tat-tagħbija utli bl-erja f'ċentimetri kwadri tal-iċken superfiċje tiegħu; jew

(4) 

tuża ħabel jew apparat ieħor għas-sospensjoni tat-tagħbija utli li jeħtieġ forza ta’ impatt ta’ 230 N jew iktar sabiex dik it-tagħbija utli sospiża tiġi sseparata mill-ballun tal-arja.

2.   REGOLI OPERATTIVI ĠENERALI

2.1.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ ma għandux jiġi operat mingħajr awtorizzazzjoni mill-Istat minn fejn jiġi llanċjat.

2.2.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ, għajr ballun tal-arja ħafif użat esklużivament għal finijiet meteoroloġiċi u operat bil-mod preskritt mill-awtorità kompetenti, ma għandux jiġi operat min-naħa għall-oħra tat-territorju ta’ Stat ieħor mingħajr awtorizzazzjoni mill-Istat l-ieħor ikkonċernat.

2.3.

L-awtorizzazzjoni msemmija fi 2.2 għandha tinkiseb qabel l-illanċjar tal-ballun tal-arja jekk ikun hemm aspettattiva raġonevoli, meta tiġi ppjanata l-operazzjoni, li l-ballun tal-arja jista' jinġarr fi spazju tal-ajru fuq it-territorju ta’ Stat ieħor. Tali awtorizzazzjoni tista' tinkiseb għal sensiela ta’ titjiriet ta’ blalen tal-arja jew għal tip partikolari ta’ titjira rikorrenti, pereżempju, titjiriet ta’ blalen tal-arja għal riċerka atmosferika.

2.4.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ għandu jiġi operat skont il-kundizzjonijiet speċifikati mill-Istat tar-Reġistrazzjoni u mill-Istat(i) li l-ballun tal-arja mistenni jtir fuqu(hom).

2.5.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ ma għandux jiġi operat b'tali mod li l-impatt tal-ballun tal-arja jew ta’ kwalunkwe parti minnu, inkluża t-tagħbija utli tiegħu, ma’ wiċċ id-dinja, joħloq periklu għall-persuni jew għall-proprjetà.

2.6.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat fuq l-ibħra miftuħa mingħajr koordinazzjoni minn qabel mal-ANSP(s).

Grafika AP2-1

image

3.   LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI U REKWIŻITI TAT-TAGĦMIR

3.1.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat mingħajr awtorizzazzjoni mill-ANSP(s) f'altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m jew fi kwalunkwe livell taħtha (60 000 pied) fejn:

(a) 

ikun hemm sħab jew fenomeni li jdallmu b'kopertura ta’ iktar minn erba' oktas; jew

(b) 

il-viżibilità orizzontali tkun ta’ inqas minn 8 km.

3.2.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil jew medju ma għandux jiġi rilaxxat b'mod li jġiegħlu jtir iktar baxx minn 300 m (1 000 pied) fuq iż-żoni konġestjonati tal-ibliet, tal-muniċipalitajiet jew tal-insedjamenti jew fuq assemblea fil-miftuħ ta’ persuni mhux assoċjati mal-operazzjoni.

3.3.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat sakemm:

(a) 

ma jkunx mgħammar b'mill-inqas żewġ sistemi jew apparati ta’ terminazzjoni tat-titjira bit-tagħbija utli, kemm jekk jekk ikunu awtomatiċi kif ukoll jekk ikunu operati b'telekmand, li joperaw indipendentement minn xulxin;

(b) 

għal blalen tal-arja tal-polietilene bi pressjoni ta’ żero, ma jintużawx mill-inqas żewġ metodi, sistemi, apparati jew kombinazzjonijiet tagħhom li jiffunzjonaw indipendentement minn xulxin; sabiex tiġi tterminata t-titjira tal-għata tal-ballun tal-arja

(c) 

l-għata tal-ballun tal-arja ma tkunx mgħammra jew b'apparat(i) riflettiv(i) tar-radar jew b'materjal riflettiv tar-radar li se jippreżenta eku għal radar ta’ superfiċje li jopera fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 200 MHz sa 2 700 MHz, u/jew il-ballun tal-arja ma jkunx mgħammar b'tali apparati oħrajn li se jippermettu traċċar kontinwu mill-operatur lil hinn mill-medda tar-radar ibbażat fuq l-art.

3.4.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

f'erja fejn ikun qed jintuża tagħmir SSR ibbażat fuq l-art, sakemm ma jkunx mgħammar bi transponder għar-radar ta’ sorveljanza sekondarju, b'kapaċità għal rappurtar tal-altitudni tal-pressjoni, li qed jopera kontinwament fuq kodiċi assenjat jew li jista' jinxtegħel meta jkun meħtieġ mill-istazzjon tat-traċċar; jew

(b) 

f'erja fejn qed jintuża tagħmir ADS-B ibbażat fuq l-art, sakemm ma jkunx mgħammar bi trażmettitur ADS-B b'kapaċità għal rappurtar tal-altitudni tal-pressjoni, li qed jopera kontinwament jew li jista' jinxtegħel meta jkun meħtieġ mill-istazzjon tat-traċċar.

3.5.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ li jkun mgħammar b'antenna pendenti li teħtieġ forza ta’ iktar minn 230 N sabiex tiksirha fi kwalunkwe punt ma għandux ikun operat sakemm l-antenna ma jkollhiex fjammi jew pinnuri kkuluriti li jkunu mehmuża f'intervalli ta’ mhux iktar minn 15 m.

3.6.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil ma għandux jiġi operat taħt altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied) billejl jew matul kwalunkwe perjodu ieħor preskritt mill-awtorità kompetenti, sakemm il-ballun tal-arja u l-aċċessorji u t-tagħbija utli tiegħu, kemm jekk jiġu sseparati waqt l-operazzjoni kif ukoll jekk le, ma jiġux imdawla.

3.7.

Ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil li jkun mgħammar b'apparat ta’ sospensjoni (għajr minn paraxut miftuħ b'kulur jgħajjat ħafna) twil iktar minn 15 m ma għandux jiġi operat billejl taħt altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied) sakemm l-apparat ta’ sospensjoni ma jiġix ikkulurit b'faxex alternati b'kuluri jgħajtu ħafna jew sakemm ma jkollux fjammi kkuluriti mehmuża miegħu.

4.   TERMINAZZJONI

4.1.

L-operatur ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil għandu jattiva l-apparati ta’ terminazzjoni xierqa meħtieġa minn 3.3 a) u b):

(a) 

meta jsir magħruf li l-kundizzjonijiet tat-temp ikunu inqas minn dawk preskritti għall-operazzjoni;

(b) 

jekk ħsara jew kwalunkwe raġuni oħra tagħmel operazzjoni oħra perikoluża għat-traffiku tal-ajru jew għall-persuni jew għall-proprjetà fis-superfiċje; jew

(c) 

qabel dħul mhux awtorizzat fl-ispazju tal-ajru fuq it-territorju ta’ Stat ieħor.

5.   NOTIFIKA TAT-TITJIRA

5.1.    Notifika ta’ Qabel it-Titjira

5.1.1. Notifika bikrija tat-titjira ppjanata ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ fil-kategorija medja jew tqila għandha ssir lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa mhux inqas minn sebat ijiem qabel id-data tat-titjira ppjanata.

5.1.2. Notifika tat-titjira ppjanata għandha tinkludi daqstant informazzjoni minn dik li ġejja daqskemm tkun meħtieġa mill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa:

(a) 

l-identifikazzjoni tat-titjira tal-ballun tal-ajru jew l-isem f'kodiċi tal-proġett;

(b) 

il-klassifikazzjoni u deskrizzjoni tal-ballun tal-arja;

(c) 

il-kodiċi SSR, l-indirizz tal-inġenju tal-ajru jew il-frekwenza tal-NDB kif ikun applikabbli;

(d) 

l-isem u n-numru tat-telefon tal-operatur;

(e) 

is-sit tal-illanċjar

(f) 

il-ħin stmat tal-illanċjar (jew il-ħin ta’ meta jibda u ta’ meta jiġi kkompletat illanċjar multiplu);

(g) 

in-numru ta’ blalen tal-arja li għandhom jiġu llanċjat u l-intervall skedat bejn l-illanċjar (jekk ikun hemm illanċjar multiplu);

(h) 

id-direzzjoni mistennija tat-tlugħ;

(i) 

il-livell(i) ta’ veloċità kostanti (altitudni tal-pressjoni);

(j) 

il-ħin stmat li għadda sabiex il-ballun tal-arja jgħaddi altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied) jew sabiex jilħaq livell ta’ veloċità kostanti jekk ikun f'livell ta’ 18 000 m (60 000 pied) jew taħtu, flimkien mal-post stmat. Jekk l-operazzjoni tikkonsisti fi llanċjar kontinwu, il-ħin li għandu jiġi inkluż għandu jkun il-ħin stmat meta l-ewwel illanċjar u l-aħħar wieħed fis-sensiela se jilħaq il-livell xieraq (pereżempju, 122136Z–130330Z);

(k) 

id-data stmata u l-ħin stmat tat-terminazzjoni tat-titjira u l-post ippjanat tal-impatt/l-erja ppjanata ta’ rkupru. Fil-każ ta’ blalen tal-arja li qed iwettqu titjiriet twal, li minħabba f'hekk id-data u l-ħin tat-terminazzjoni tat-titjira u l-post tal-impatt ma jistgħux jiġu mbassra b'eżattezza, għandu jintuża t-terminu “titjira twila”. Jekk se jkun hemm iktar minn post wieħed ta’ impatt/irkupru, kull post għandu jiġi elenkat flimkien mal-ħin stmat xieraq tal-impatt. Jekk se jkun hemm sensiela ta’ impatti kontinwi, il-ħin li għandu jiġi inkluż għandu jkun il-ħin stmat tal-ewwel impatt u tal-aħħar wieħed fis-sensiela (pereżempju, 070330Z–072300Z).

▼M2

5.1.3. Kull bidla fl-informazzjoni ta' qabel it-tnedija notifikata skont il-punt 5.1.2 għandha tiġi trażmessa lill-unità tal-ATS ikkonċernata mhux inqas minn 6 sigħat qabel il-ħin stmat tat-tnedija, jew fil-każ ta' investigazzjonijiet dwar disturbanzi solari jew kożmiċi li jinvolvu element ta' ħin kruċjali, mhux inqas minn 30 minuta qabel il-ħin stmat tal-bidu tal-operazzjoni.

▼B

5.2.    Notifika tal-Illanċjar

5.2.1. Immedjament wara li jiġi llanċjat ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ medju jew tqil, l-operatur għandu jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa b'dawn li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni tat-titjira tal-ballun tal-arja;

(b) 

is-sit tal-illanċjar;

(c) 

il-ħin effettiv tal-illanċjar;

(d) 

il-ħin stmat meta l-ballun tal-arja se jgħaddi altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied), jew il-ħin stmat meta se jilħaq il-livell ta’ veloċità kostanti jekk fi jew taħt 18 000 m (60 000 pied), u l-post stmat; u

(e) 

kwalunkwe bidla fl-informazzjoni nnotifikata qabel skont 5.1.2(g) u (h).

5.3.    Notifika ta’ Kanċellazzjoni

5.3.1. L-operatur għandu jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa immedjatament malli jsir magħruf li t-titjira ppjanata ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ medju jew tqil, innotifikata qabel skont il-Paragrafu 5.1, tkun ġiet ikkanċellata.

6.   RAPPORTI DWAR IL-POŻIZZJONI U REĠISTRAZZJONI TAL-POŻIZZJONI

6.1.

L-operatur ta’ ballun tal-arja ħieles u mingħajr ekwipaġġ tqil li jopera f'altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied) jew taħtha għandu jimmonitorja l-passaġġ tat-titjira tal-ballun tal-arja u għandu jgħaddi rapporti dwar il-pożizzjoni tal-ballun tal-arja kif ikun mitlub mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru. Sakemm is-servizzi tat-traffiku tal-ajru ma jesiġux rapporti dwar il-pożizzjoni tal-ballun tal-arja f'intervalli iktar frekwenti, l-operatur għandu jirreġistra l-pożizzjoni kull sagħtejn.

6.2.

L-operatur ta’ ballun tal-arja ħieles tqil u mingħajr ekwipaġġ li jopera f'altitudni tal-pressjoni ta’ iktar minn 18 000 m (60 000 pied) għandu jimmonitorja l-progress tat-titjira tal-ballun tal-arja u għandu jgħaddi rapporti dwar il-pożizzjoni tal-ballun tal-arja kif ikun mitlub mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru. Sakemm is-servizzi tat-traffiku tal-ajru ma jesiġux rapporti dwar il-pożizzjoni tal-ballun tal-arja f'intervalli iktar frekwenti, l-operatur għandu jirreġistra l-pożizzjoni kull 24 siegħa.

6.3.

Jekk pożizzjoni ma tkunx tista' tiġi rreġistrata skont 6.1 u 6.2, l-operatur għandu jinnotifika immedjatament lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa. Din in-notifika għandha tinkludi l-aħħar pożizzjoni rreġistrata. L-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għandha tiġi nnotifikata immedjatament meta t-traċċar tal-ballun tal-arja jerġa' jiġi stabbilit.

6.4.

Siegħa qabel ma jibda l-inżul ippjanat ta’ ballun tal-arja ħieles tqil u mingħajr ekwipaġġ, l-operatur għandu jgħaddi lill-unità tal-ATS xierqa l-informazzjoni li ġejja dwar il-ballun tal-arja:

(a) 

il-pożizzjoni ġeografika attwali;

(b) 

il-livell attwali (altitudni tal-pressjoni);

(c) 

il-ħin imbassar għall-penetrazzjoni f'altitudni tal-pressjoni ta’ 18 000 m (60 000 pied), jekk dan ikun applikabbli;

(d) 

il-ħin u l-post imbassra tal-impatt mal-art.

6.5.

L-operatur ta’ ballun tal-arja ħieles medju jew tqil u mingħajr ekwipaġġ għandu jinnotifika lill-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-arju xierqa meta l-operazzjoni tiġi fi tmiemha.




Appendiċi 3

Tabella tal-livelli ta’ veloċità kostanti

1.1. Il-livelli ta’ veloċità kostanti li għandhom jiġu osservati huma kif ġej:



TRAJETTORJA (*1)

Minn 000 grad sa 179 grad

Minn 180 grad sa 359 grad

Titjiriet IFR

Titjiriet VFR

Titjiriet IFR

Titjiriet VFR

Livell

Livell

Livell

Livell

FL

Piedi

Metri

FL

Piedi

Metri

FL

Piedi

Metri

FL

Piedi

Metri

010

1 000

300

020

2 000

600

030

3 000

900

035

3 500

1 050

040

4 000

1 200

045

4 500

1 350

050

5 000

1 500

055

5 500

1 700

060

6 000

1 850

065

6 500

2 000

070

7 000

2 150

075

7 500

2 300

080

8 000

2 450

085

8 500

2 600

090

9 000

2 750

095

9 500

2 900

100

10 000

3 050

105

10 500

3 200

110

11 000

3 350

115

11 500

3 500

120

12 000

3 650

125

12 500

3 800

130

13 000

3 950

135

13 500

4 100

140

14 000

4 250

145

14 500

4 400

150

15 000

4 550

155

15 500

4 700

160

16 000

4 900

165

16 500

5 050

170

17 000

5 200

175

17 500

5 350

180

18 000

5 500

185

18 500

5 650

190

19 000

5 800

195

19 500

5 950

200

20 000

6 100

205

20 500

6 250

210

21 000

6 400

215

21 500

6 550

220

22 000

6 700

225

22 500

6 850

230

23 000

7 000

235

23 500

7 150

240

24 000

7 300

245

24 500

7 450

250

25 000

7 600

255

25 500

7 750

260

26 000

7 900

265

26 500

8 100

270

27 000

8 250

275

27 500

8 400

280

28 000

8 550

285

28 500

8 700

290

29 000

8 850

 

 

 

300

30 000

9 150

 

 

 

310

31 000

9 450

 

 

 

320

32 000

9 750

 

 

 

330

33 000

10 050

 

 

 

340

34 000

10 350

 

 

 

350

35 000

10 650

 

 

 

360

36 000

10 950

 

 

 

370

37 000

11 300

 

 

 

380

38 000

11 600

 

 

 

390

39 000

11 900

 

 

 

400

40 000

12 200

 

 

 

410

41 000

12 500

 

 

 

430

43 000

13 100

 

 

 

450

45 000

13 700

 

 

 

470

47 000

14 350

 

 

 

490

49 000

14 950

 

 

 

510

51 000

15 550

 

 

 

eċċ.

eċċ.

eċċ. eċċ.

 

 

 

eċċ.

eċċ.

eċċ.

 

 

 

(*1)   

It-trajettorja manjetika, jew f'erjas polari f'latitudnijiet ogħla minn 70 grad u fi hdan tali estensjonijiet għal dawk iż-żoni kif jistgħu jiġu preskritti mill-awtoritajiet kompetenti, it-trajettorji tal-grilja kif jiġu ddeterminati minn netwerk ta' lini paralleli għall- Meridjan ta' Greenwich sovrapposti fuq karta stereografika polari fejn id-direzzjoni lejn il-Pol tat-Tramuntana tiġi użata bħala t-Tramuntana tal-Grilja




Appendiċi 4



Klassijiiet tal-ispazju tal-ajru tal-ATS — servizzi pprovduti u rekwiżiti tat-titjira

(referenzi għas-SERA.6001 u għas-SERA.5025 (b)

Klassi

Tip ta’ titjira

Separazzjoni Pprovduta

Servizz ipprovdut

Limitazzjoni ta’ veloċità (*1)

Rekwiżit ta’ kapaċità għal komunikazzjoni bir-radju

Komunikazzjoni bidirezzjonali kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art meħtieġa

Soġġett għal awtorizzazzjoni tal-ATC

A

IFR biss

L-inġenji tal-ajru kollha

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Iva

B

IFR

L-inġenji tal-ajru kollha

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Iva

VFR

L-inġenji tal-ajru kollha

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Iva

C

IFR

IFR minn IFR

IFR minn VFR

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Mhux applikabbli

Iva

Iva

Iva

VFR

VFR minn IFR

1)  Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għas-separazzjoni mill-IFR; ►M2  
2)  Servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, informazzjoni dwar it-traffiku tal-VFR/VFR (u pariri fuq talba biex jiġi evitat it-traffiku)  ◄

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva

Iva

Iva

D

IFR

IFR minn IFR

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, informazzjoni dwar it-traffiku dwar it-titjiriet VFR

(u konsulenza dwar l-evitar tat-traffiku meta tkun mitluba)

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva

Iva

Iva

VFR

Xejn

►M2  Servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, informazzjoni dwar it-traffiku tal-IFR/VFR u tal-VFR/VFR (u pariri fuq talba biex jiġi evitat it-traffiku) ◄

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva

Iva

Iva

E

IFR

IFR minn IFR

Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u, sa fejn ikun prattiku, informazzjoni dwar it-traffiku dwar it-titjiriet VFR

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva

Iva

Iva

VFR

Xejn

Informazzjoni dwar it-traffiku sa fejn ikun prattiku

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Le (*2)

Le (*2)

Le

F

IFR

IFR minn IFR sa fejn ikun prattiku

Servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru; servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk ikun mitlub

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva (*3)

Le (*3)

Le

VFR

Xejn

Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk ikun mitlub

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Le (*2)

Le (*2)

Le

G

IFR

Xejn

Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk ikun mitlub

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Iva (*2)

Le (*2)

Le

VFR

Xejn

Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir jekk ikun mitlub

250 kts IAS taħt

3 050 m

(10 000 pied) AMSL

Le (*2)

Le (*2)

Le

(*1)   

Meta l-livell tal-altitudni ta’ tranżizzjoni ikun inqas minn 3 050 m (10 000 pied) AMSL, minflok 10 000 pied għandu jintuża FL 100. L-Awtorità Kompetenti tista’ anki teżenta tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità

(*2)   

ll-bdoti għandhom iżommu għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art u għandhom jistabbilixxu komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq fl-RMZ.

(*3)   

Komunikazzjonijiet obbligatorji bil-vuċi mill-ajru għall-art għal titjiriet li jipparteċipaw fis-servizz ta’ konsulenza. ll-bdoti għandhom iżommu għassa ta’ komunikazzjoni kontinwa bil-vuċi mill-ajru għall-art u għandhom jistabbilixxu komunikazzjoni bidirezzjonali, kif ikun meħtieġ, fuq il-kanal ta’ komunikazzjoni xieraq fl-RMZ.

▼M2




Appendiċi 5

Speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-osservazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru u r-rapporti bil-komunikazzjonijiet bil-vuċi

A.    ISTRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPURTAR

image

1.   KONTENUT TAR-RAPPORTI MILL-AJRU

1.1.    Rapporti dwar il-pożizzjoni u rapporti speċjali dwar l-ajru

1.1.1.

It-Taqsima 1 tal-mudell stabbilit fil-punt A hija obbligatorja għal rapporti dwar il-pożizzjoni u għal rapporti speċjali dwar l-ajru, għalkemm il-Punti 5 u 6 tagħha jistgħu jitħallew barra. It-Taqsima 2 għandha tiżdied, kollha kemm hi jew parti minnha, biss meta dan ikun mitlub mill-operatur jew mir-rappreżentant deżinjat tiegħu, jew meta jitqies meħtieġ mill-bdot fil-kmand. It-Taqsima 3 għandha tiddaħħal fir-rapporti speċjali dwar l-ajru.

1.1.2.

Il-kundizzjonijiet li jwasslu għall-ħruġ ta' rapport speċjali dwar l-ajru għandhom jiġu magħżula mil-lista ppreżentata fil-punt SERA.12005(a).

1.1.3.

Fil-każ ta' rapporti speċjali dwar l-ajru li fihom informazzjoni dwar attività vulkanika, għandu jiġi mħejji rapport ta' wara t-titjira bl-użu tal-formola ta' rappurtar dwar attività vulkanika (il-Mudell VAR) li tidher fil-punt B. L-elementi kollha li huma osservati għandhom jiġu rreġistrati u indikati rispettivament fil-postijiet xierqa fuq il-formola tal-Mudell VAR.

1.1.4.

Ir-rapporti speċjali dwar l-ajru għandhom jinħarġu malajr kemm jista' jkun prattiku wara li jkun ġie osservat fenomenu li jitlob rapport speċjali dwar l-ajru.

2.   ISTRUZZJONIJIET IDDETTALJATI GĦAR-RAPPURTAR

2.1.

Il-punti ta' rapport mill-ajru għandhom jiġu rrappurtati fl-ordni li fih huma elenkati fil-mudell tal-formola AIREP SPECIAL.

— 
DEŻINJATUR TAT-TIP TA' MESSAĠĠ. Irrapporta “SPECIAL” (speċjali) għal rapport speċjali dwar l-ajru.

Taqsima 1

Punt 1 — AIRCRAFT IDENTIFICATION. (Identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru). Irrapporta s-sinjal tas-sejħa bir-radjutelefonija tal-inġenju tal-ajru kif stipulat fil-punt SERA.14050.

Punt 2 — POSITION. (Pożizzjoni). Irrapporta l-pożizzjoni f'latitudni (gradi bħala 2 numri jew gradi u minuti bħala 4 ċifri, segwiti minn “North” (Tramuntana) jew “South” (Nofsinhar) u lonġitudni (gradi bħala 3 numri jew gradi u minuti bħala 5 ċifri segwiti minn “East” (Lvant) jew “West” (Punent), jew bħala punt sinifikanti identifikat b'deżinjatur kodifikat (2 sa 5 karattri) jew bħala punt sinifikanti segwit b'direzzjoni manjetika (3 ċifri) u d-distanza f'mili nawtiċi mill-punt. Ippreċedi l-punt sinifikanti b'“ABEAM” (travers), jekk applikabbli.

Punt 3 — TIME. (Ħin). Irrapporta f'sigħat u minuti UTC (4 ċifri) sakemm ma jkunx preskritt ir-rappurtar tal-ħin f'minuti wara s-siegħa (2 ċifri) fuq il-bażi ta' ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni tal-ajru. Il-ħin irrappurtat għandu jkun il-ħin reali tal-inġenju tal-ajru fil-pożizzjoni u mhux il-ħin tal-oriġini jew tat-trażmissjoni tar-rapport. Il-ħin għandu dejjem jiġi rrappurtat f'sigħat u minuti UTC meta jinħareġ rapport speċjali dwar l-ajru.

Punt 4 — FLIGHT LEVEL OR ALTITUDE. (Livell jew altitudni tat-titjira). Irrapporta l-livell tat-titjira bi 3 ċifri meta fuq konfigurazzjoni ta' altimetru tal-pressjoni standard. Irrapporta l-altitudni f'metri segwita minn “METRES” (metri) jew f'piedi segwita minn “FEET” (piedi) meta fuq QNH. Irrapporta “CLIMBING” (tiela') (segwit mil-livell) meta jkun tiela' jew “DESCENDING” (nieżel) (segwit mil-livell) meta jkun nieżel għal livell ġdid wara li jgħaddi l-punt sinifikanti.

Punt 5 — NEXT POSITION AND ESTIMATED TIME OVER. (Il-pożizzjoni li jmiss u l-ħin stmat fuqha). Irrapporta l-punt ta' rappurtar li jmiss u l-ħin stmat fuq it-tali punt ta' rappurtar, jew irrapporta l-pożizzjoni stmata li se tintlaħaq siegħa aktar tard, skont il-proċeduri ta' rappurtar tal-proċeduri fis-seħħ. Uża l-konvenzjonijiet tad-dejta speċifikati fil-Punt 2 għall-pożizzjoni. Irrapporta l-ħin stmat fuq din il-pożizzjoni. Irrapporta l-ħin f'sigħat u minuti UTC (4 ċifri) sakemm ma jkunx stipulat ir-rappurtar tal-ħin f'minuti wara s-siegħa (2 ċifri) mill-ftehimiet reġjonali tan-navigazzjoni tal-ajru.

Punt 6 — ENSUING SIGNIFICANT POINT. (Il-punt sinifikanti li jirriżulta). Irrapporta l-punt sinifikanti li jirriżulta wara “next position and estimated time over” (il-pożizzjoni li jmiss u l-ħin stmat fuqha).

Taqsima 2

Punt 7 — ESTIMATED TIME OF ARRIVAL. (Ħin stmat tal-wasla). Irrapporta l-isem tal-ajrudrom tal-ewwel inżul previst, segwit mill-ħin stmat tal-wasla f'dan l-ajrudrom f'sigħat u minuti UTC (4 ċifri).

Punt 8 — ENDURANCE. (Awtonomija). Irrapporta “ENDURANCE” segwita minn kemm idum il-fjuwil f'sigħat u minuti (4 ċifri).

Taqsima 3

Punt 9 — PHENOMENON PROMPTING A SPECIAL AIR-REPORT. (Fenomenu li jwassal għal rapport speċjali dwar l-ajru). Irrapporta wieħed mill-fenomeni esperjenzati jew osservati li ġejjin:

— 
turbolenza moderata bħala “TURBULENCE MODERATE”; u
— 
turbolenza severa bħala “TURBULENCE SEVERE”.
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:

Moderata — Kundizzjonijiet li fihom jistgħu jseħħu bidliet moderati fl-attitudni u/jew l-altitudni tal-inġenju tal-ajru iżda l-inġenju tal-ajru jibqa' f'kontroll pożittiv f'kull ħin. Normalment, varjazzjonijiet żgħar fil-veloċità tal-arja. Bidliet fil-qari tal-aċċelerometru ta' 0,5 g sa 1,0 g fiċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru. Diffikultà biex wieħed jimxi. L-okkupanti jħossu tensjoni kontra ċ-ċinturini tas-sigurtà. Oġġetti li mhumiex marbutin jibdew jiċċaqalqu.

Severa — Kundizzjonijiet li fihom iseħħu bidliet f'daqqa fl-attitudni u/jew fl-altitudni tal-inġenju tal-ajru; l-inġenju tal-ajru jista' jitlef il-kontroll għal perjodi ta' ħin qosra. Normalment, varjazzjonijiet kbar fil-veloċità tal-arja. Bidliet fil-qari tal-aċċelerometru akbar minn 1,0 g fiċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru. L-okkupanti huma sfurzati b'mod vjolenti kontra ċ-ċinturini tas-sigurtà. Oġġetti li mhumiex marbutin jiġu mitfugħin 'l hemm u 'l hawn.

— 
silġ moderat bħala “ICING MODERATE”:, silġ sever bħala “ICING SEVERE”;
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:

Moderati — Kundizzjonijiet li fihom il-bidla fil-orjentazzjoni u/jew fl-altitudni tista' tkun mixtieqa.

Severi — Kundizzjonijiet li fihom il-bidla immedjata tal-orjentazzjoni u/jew tal-altitudni hija meqjusa essenzjali.

— 
Mewġa orografika severa (lee wave) bħala “MOUNTAIN WAVE SEVERE”;
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:

Severa — Kundizzjonijiet li fihom il-kurrent dixxendenti li jakkumpanjahom huwa 3,0 m/s (600 pied/min) jew iżjed u/jew ikun hemm turbolenza severa.

— 
Maltempata bir-ragħad mingħajr silġ bħala “THUNDERSTORM”, maltempata bir-ragħad bis-silġ bħala “THUNDERSTORM WITH HAIL”;
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
Irrapporta biss dawk il-maltempati bir-ragħad li huma:
— 
oskurati biċ-ċpar; jew
— 
inkorporati fis-sħab; jew
— 
mifruxa; jew
— 
jifformaw squall line.
— 
Maltempata tat-trab jew maltempata tar-ramel severa bħala “DUSTSTORM HEAVY” jew “SANDSTORM HEAVY”;
— 
Sħab ta' rmied volkaniku bħala “VOLCANIC ASH CLOUD”;
— 
Attività vulkanika ta' qabel l-eruzzjoni jew eruzzjoni vulkanika bħala “PRE-ERUPTION VOLCANIC ACTIVITY” jew “VOLCANIC ERUPTION”;
L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
“Attività vulkanika ta' qabel eruzzjoni” f'dan il-kuntest tfisser attività vulkanika mhux normali u/jew li qiegħda tiżdied li tista' tkun sinjal ta' eruzzjoni vulkanika.

2.2.

L-informazzjoni rreġistrata fuq il-formola għar-rappurtar ta' attività vulkanika (il-Mudell VAR) mhijiex għat-trażmissjoni bl-RTF iżda, mal-wasla f'ajrudrom, għandha tiġi kkunsinjata mingħajr dewmien mill-operatur jew membru tal-ekwipaġġ tat-titjira lill-uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom. Jekk uffiċċju bħal dan mhuwiex aċċessibbli faċilment, il-formola kompluta għandha tiġi kkunsinjata skont l-arranġamenti lokali miftiehma bejn l-MET u l-fornituri tal-ATS u l-operatur tal-inġenju tal-ajru.

3.   TRAŻMISSJONI TA' INFORMAZZJONI METEOROLOĠIKA RIĊEVUTA PERMEZZ TA' KOMUNIKAZZJONIJIET BIL-VUĊI

Meta jirċievu rapporti speċjali dwar l-ajru, l-unitajiet tal-ATS għandhom jittrażmettu dawn ir-rapporti dwar l-ajru mingħajr dewmien lill-uffiċċju tal-għassa meteoroloġika (MWO) assoċjat. Sabiex jiżguraw l-assimilazzjoni tar-rapporti dwar l-ajru f'sistemi awtomatizzati bbażati fuq l-art, l-elementi ta' rapporti bħal dawn għandhom jiġu trażmessi bl-użu tal-konvenzjonijiet tad-dejta speċifikati hawn taħt u fl-ordni stipulat.

— 
ADDRESSEE. (Id-destinatarju). Irreġistra l-istazzjon li qiegħed jiġi msejjaħ u, meta dan ikun neċessarju, komunikazzjoni bir-rilej meħtieġa.
— 
MESSAGE TYPE DESIGNATOR. (Deżinjatur tat-tip ta' messaġġ). Irreġistra “ARS” għal rapport speċjali dwar l-ajru.
— 
AIRCRAFT IDENTIFICATION. (Identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru). Irreġistra l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-użu tal-konvenzjoni tad-dejta speċifikata fil-Punt 7 tal-pjan tat-titjira, mingħajr spazju bejn id-deżinjatur tal-operatur u r-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew l-identifikazzjoni tat-titjira, jekk użata.

Taqsima 1

Punt 0 — POSITION. (Pożizzjoni). Irreġistra l-pożizzjoni f'latitudni (gradi bħala 2 numri jew gradi u minuti bħala 4 ċifri, segwiti mingħajr spazju, minn N jew S) u lonġitudni (gradi bħala 3 ċifri jew gradi u minuti bħala 5 ċifri, segwiti mingħajr spazju minn E jew W), jew bħala punt sinifikanti identifikat b'deżinjatur kodifikat (2 sa 5 karattri) jew bħala punt sinifikanti segwit b'direzzjoni manjetika (3 ċifri) u d-distanza f'mili nawtiċi (3 ċifri) mill-punt. Ippreċedi l-punt sinifikanti b'“ABEAM” (travers), jekk applikabbli.

Punt 1 — TIME. (Ħin). Irreġistra l-ħin f'sigħat u minuti UTC (4 ċifri).

Punt 2 — FLIGHT LEVEL OR ALTITUDE. (Livell jew altitudni tat-titjira). Irreġistra “F” segwita minn 3 ċifri (eż. “F310”) meta l-livell tat-titjir jiġi rrappurtat. Irreġistra l-altitudni f'metri segwita minn “M” jew f'piedi segwita minn “FT” meta tiġi rrappurtata altitudni. Irreġistra “ASC” (livell) meta jkun tiela' jew “DES” (livell) meta jkun nieżel.

Taqsima 2

Punt 9 — PHENOMENON PROMPTING A SPECIAL AIR-REPORT. (Fenomenu li jwassal għal rapport speċjali dwar l-ajru). Irreġistra l-fenomenu rappurtat kif ġej:

— 
turbolenza moderata bħala “TURB MOD”;
— 
turbolenza severa bħala “TURB SEV”;
— 
silġ moderat bħala “ICE MOD”;
— 
silġ sever bħala “ICE SEV”;
— 
mewġa orografika severa (lee wave) bħala “MTW SEV”;
— 
maltempata bir-ragħad mingħajr silġ bħala “TS”;
— 
maltempata bir-ragħad bis-silġ bħala “TSGR”;
— 
maltempata tat-trab jew maltempata tar-ramel severa bħala “HVY SS”;
— 
sħaba ta' rmied volkaniku bħala “VA CLD”;
— 
attività vulkanika ta' qabel l-eruzzjoni jew eruzzjoni vulkanika bħala “VA”;
— 
silġ bħala “GR”;
— 
sħab cumulonimbus bħala “CB”.

TIME TRANSMITTED.(Ħin tat-trażmissjoni). Irreġistra biss meta tiġi trażmessa t-Taqsima 3.

4.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATATI MAR-RAPPORTAR TA' RIĦ QAWWI TRASVERSALI U TA' RMIED VULKANIKU

4.1.    Rappurtar ta' riħ qawwi trasversali

4.1.1.

Meta jiġu rappurtati l-osservazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru ta' riħ qawwi trasversali li jiltaqa' miegħu tul il-fażijiet tat-tlugħ u tal-avviċinament tat-titjira, għandu jiġi inkluż it-tip ta' inġenju tal-ajru.

4.1.2.

Meta l-kundizzjonijiet ta' riħ qawwi trasversali fil-fażijiet tat-tlugħ jew tal-avviċinament tat-titjira ġew irrappurtati jew imbassra iżda mhux esperjenzati, il-bdot fil-kmand għandu javża l-unità tal-ATS xierqa malajr kemm jista' jkun prattiku dment li il-bdot fil-kmand ikun jaf li l-unità tal-ATS xierqa diġà ġiet avżata minn inġenju tal-ajru preċedenti.

4.2.    Rappurtar wara titjira ta' attività vulkanika

4.2.1.

Mal-wasla ta' titjira f'ajrudrom, ir-rapport komplut ta' attività vulkanika għandu jiġi kkunsinjat mill-operatur tal-inġenju tal-ajru jew minn membru tal-ekwipaġġ ta' titjira, mingħajr dewmien, lill-uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom, jew jekk it-tali uffiċċju mhuwiex aċċessibbli faċilment, il-formola kompluta għandha tiġi ttrattata skont l-arranġamenti lokali miftiehma bejn l-MET u l-fornituri tal-ATS u l-operatur tal-inġenju tal-ajru.

4.2.2.

Ir-rapport komplut ta' attività vulkanika riċevut minn uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom għandu jiġi trażmess mingħajr dewmien lill-uffiċċju tal-għassa meteoroloġika responsabbli għall-għoti tal-għassa meteoroloġika għar-reġjun tal-informazzjoni tat-titjira li fiha kienet osservata l-attività vulkanika.

B.    FORMOLA TAR-RAPPORT SPEĊJALI DWAR L-AJRU TA' ATTIVITÀ VULKANIKA (MUDELL VAR)

image

▼B




Suppliment għall-ANNESS

Lista ta’ differenzi miftiehma komunement li għandha tiġi nnotifikata lill-ICAO skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament:

▼M2

Anness 2 tal-ICAO



Differenzi bejn dan ir-Regolament u l-Istandards Internazzjonali li hemm fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, kif emendata.

▼B

Differenza A2-01

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.2.2

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, SERA.3210(b), jispeċifika:

“(b)  Inġenju tal-ajru li jkun jaf li l-manuvrabbiltà ta’ inġenju tal-ajru ieħor hija mxekkla għandu jagħti d-dritta lil dak l-inġenju tal-ajru.”

Differenza A2-02

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.2.3.2. b)

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.3215(b)(2), jispeċifika (bl-inklużjoni, mal-Istandard tal-ICAO fl-Anness 2, 3.2.3.2 b), tat-test sottolinjat):

“(2)  sakemm ma jkunux stazzjonarji u, b’mod ieħor, imdawla b’mod adegwat, l-inġenji tal-ajru kollha fuq iż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom għandhom juru dwal maħsuba sabiex jindikaw l-estremitajiet tal-istruttura tagħhom, sa fejn dan ikun prattikabli;”

Differenza A2-03

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.2.5. c) u d)

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.3225 jvarja mill-Istandard tal-ICAO fl-Anness 2, 3.2.5. c) u 3.2.5. d) għaliex jispeċifika li s-subparagrafi (c) u (d) ma japplikawx għall-blalen tal-arja:

“(c)  ħlief għall-blalen tal-arja, jagħmel id-dawriet kollha lejn ix-xellug, meta javviċina għal inżul u wara tlugħ, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor jew sakemm ma jingħatax struzzjonijiet oħrajn mill-ATC;

(d)  ħlief għall-blalen tal-arja, jagħmel inżul u tlugħ fir-riħ sakemm is-sikurezza, il-konfigurazzjoni tar-runway jew kunsiderazzjonijiet tat-traffiku tal-ajru ma jiddeterminawx li tkun preferibbli direzzjoni differenti.”

▼M2

Differenza A2-04

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.3.1.2.

L-Anness 2 tal-ICAO, 3.3.1.2 jinbidel bil-punt SERA.4001(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012. Id-differenzi bejn dak l-Istandard tal-ICAO u dak ir-regolament tal-Unjoni huma dawn li ġejjin:

— Rigward it-titjiriet VFR ippjanati biex joperaw bejn fruntieri internazzjonali, ir-Regolament tal-Unjoni (il-punt SERA.4001(b)(5)) ivarja mill-Istandard tal-ICAO fl-Anness 2, 3.3.1.2(e) biż-żieda tat-test sottolinjat, kif ġej:

— 

“kwalunkwe titjira li taqsam fruntieri internazzjonali, sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-Istati kkonċernati.”

— Rigward titjiriet VFR u IFR ippjanati biex joperaw billejl, jiżdied ir-rekwiżit li ġej mal-punt SERA.4001(b)(6) ta' dak ir-Regolament tal-Unjoni:

— 

“(6)  kwalunkwe titjira li hija ppjanata li topera billejl, jekk tħalli l-viċinanza ta' ajrudrom”

▼B

Differenza A2-05

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.2.2.4.

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.3210(c)(3)(i) jvarja mill-Istandard tal-ICAO fl-Anness 2, 3.2.2.4. billi jispeċifika li:

“(i)  Qbiż mill-glajders. Glajder li jkun qed jaqbeż glajder ieħor jista’ jbiddel id-direzzjoni tiegħu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.”

▼M2 —————

▼B

Differenza A2-07

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 4

4.6

Anness 2 tal-ICAO, 4.6, huwa sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 923/2012 SERA.5005, li jintroduċi kriterji għal twarrib mill-ostakoli f’(f), kif ġej:

“(f)  Ħlief fejn ikun meħtieġ għal tlugħ jew għal inżul, jew ħlief bil-permess tal-awtorità kompetenti, titjira VFR ma għandhiex tittajjar:

(1)  fuq iż-żoni konġestjonati tal-ibliet, tal-muniċipalitajiet jew tal-insedjamenti jew fuq assemblea fil-miftuħ ta’ persuni f’għoli ta’ inqas minn 300 m (1 000 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu fi ħdan raġġ ta’ 600 m mill-inġenju tal-ajru;

(2)  fi bnadi oħra milli kif ġie speċifikat fi (1), f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) ‘il fuq mill-art jew mill-ilma, jew 150 m (500 pied) ‘il fuq mill-ogħla ostakolu fi ħdan raġġ ta’ 150 m (500 pied) mill-inġenju tal-ajru.”

Differenza A2-08

Anness 2 tal-ICAO

Kapitolu 3

3.8 u Appendiċi 2

Il-kelmiet “fil-periklu” tal-Kapitolu 3, il-Parti 3.8, mhumiex inklużi fil-liġi tal-Unjoni, biex b’hekk l-ambitu tal-missjonijiet ta’ skorta ġie estiż għal kwalunkwe tip ta’ titjira li titlob tali servizz. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet inklużi fl-Appendiċi 2, il-Partijiet 1.1 sa 1.3. inklużi kif ukoll dawk misjuba fid-dokument A mehmuż, mhumiex inklużi fil-liġi tal-Unjoni.

▼M2

Anness 3 tal-ICAO

Differenzi bejn dan ir-Regolament u l-Istandards Internazzjonali li hemm fl-Anness 3 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, kif emendat.



Differenza A3-01

Anness 3 tal-ICAO

Kapitolu 5

Dispożizzjoni ġdida. Il-punt SERA.12005 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jispeċifika:

(b)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreskrivu, kif ikun meħtieġ, kundizzjonijiet oħrajn li għandhom jiġu rrappurtati mill-inġenji tal-ajru kollha meta dawn jiltaqgħu magħhom jew josservawhom.

Anness 10 tal-ICAO

Differenzi bejn dan ir-Regolament u l-Istandards Internazzjonali li hemm fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, kif emendat.



Differenza A10-01

Anness 10 tal-ICAO

Volum II

Kapitolu 5

5.2.1.4.1

L-Anness 10 tal-ICAO, Volum II, Kapitolu 5.2.1.4.1 huwa traspost fil-punt SERA.14035 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 b'xi differenzi. Id-differenzi bejn dak l-Istandard tal-ICAO u dak ir-Regolament tal-Unjoni huma dawn li ġejjin:

SERA.14035  Trażmissjoni ta' numri fir-radjutelefonija

(a)  Trażmissjoni ta' numri

(1)  In-numri kollha użati fit-trażmissjoni ta' sinjal tas-sejħa ta' inġenju tal-ajru, l-orjentazzjonijiet, ir-runway, id-direzzjoni u l-veloċità tar-riħ għandhom ikunu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament.

(i)  Il-livelli ta' titjir għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament, ħlief għall-każ tal-livelli ta' titjir f'mijiet sħaħ.

(ii)  Il-konfigurazzjoni tal-altimetru għandha tiġi trażmessa billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament, ħlief għall-każ ta' konfigurazzjoni ta' 1 000 hPa li għandha tkun trażmessa bħala “ONE THOUSAND” (elf wieħed).

(iii)  In-numri kollha użati fit-trażmissjoni tal-kodiċijiet tat-transponder għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ippronunzjata separatament ħlief li, meta l-kodiċijiet tat-transponder ikun fihom eluf sħaħ biss, l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa billiċ-ċifra fin-numru ta' eluf tiġi ppronunzjata segwita mill-kelma “THOUSAND” (elf).

(2)  In-numri kollha użati fit-trażmissjoni ta' informazzjoni oħra minbarra dik deskritta fil-punt (a)(1) għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament, ħlief li n-numri kollha li fihom mijiet sħaħ u eluf sħaħ għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata fin-numru ta' mijiet jew eluf segwita mill-kelma “HUNDRED” (mija) jew “THOUSAND” (elf), kif xieraq. Kombinazzjonijiet ta' eluf u mijiet sħaħ għandhom jiġu trażmessi billi kull ċifra tiġi ppronunzjata fin-numru ta' eluf segwita mill-kelma “THOUSAND”, segwita min-numru ta' mijiet segwit mill-kelma “HUNDRED”.

(3)  Fil-każijiet fejn hemm ħtieġa li jiġi ċċarat n-numru trażmess bħala eluf sħaħ u/jew mijiet sħaħ, in-numru għandu jiġi trażmess billi kull ċifra tiġi ppronunzjata separatament.

(4)  Meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-relazzjoni għal oġġett jew għat-traffiku konfliġġenti f'termini tal-arloġġ ta' tnax-il siegħa, l-informazzjoni għandha tingħata billi ċ-ċifri jiġu ppronunzjati flimkien bħala “TEN O'CLOCK” (l-għaxra) jew “ELEVEN O'CLOCK” (il-ħdax).

(5)  Numri li fihom punt deċimali għandhom jiġu trażmessi kif preskritt fil-punt (a)(1) bil-punt deċimali f'sekwenza xierqa, indikat mill-kelma “DECIMAL” (deċimali).

(6)  Is-sitt ċifri kollha tad-deżinjatur numeriku għandhom jintużaw biex jidentifikaw il-kanal li qiegħed jittrażmetti fil-komunikazzjonijiet bir-radjutelefonija ta' Frekwenza Għolja Ħafna (VHF), ħlief fil-każ fejn kemm il-ħames u s-sitt ċifri huma żero, f'liema każ għandhom jintużaw biss l-ewwel erba' ċifri.

Differenza A10-02

Anness 10 tal-ICAO

Volum II

Kapitolu 5

5.2.1.7.3.2.3

L-Anness 10 tal-ICAO, Volum II, Kapitolu 5.2.1.7.3.2.3 huwa traspost fil-punt SERA.14055 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 b'differenza. Id-differenza bejn dak l-Istandard tal-ICAO u dak ir-Regolament tal-Unjoni hija din li ġejja:

SERA.14055  Proċeduri tar-radjutelefonija

(b)  

(2)  It-tweġiba għas-sejħiet imsemmijin hawn fuq għandha tuża s-sinjal tas-sejħa tal-istazzjon li qiegħed jagħmel is-sejħa, segwit mis-sinjal tas-sejħa tal-istazzjon li qiegħed iwieġeb, li għandu jitqies bħala stedina biex jipproċedu bit-trażmissjoni mill-istazzjon li qiegħed jagħmel is-sejħa. Għal trasferimenti ta' komunikazzjoni f'unità tal-ATS waħda, is-sinjal tas-sejħa tal-unità tal-ATS jista' jitħalla barra, meta jkun awtorizzat jagħmel dan mill-awtorità kompetenti.

▼M2

Anness 11 tal-ICAO



Differenzi bejn dan ir-Regolament u l-Istandards Internazzjonali li hemm fl-Anness 11 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, kif emendata.

▼B

Differenza A11-01

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 2

Paragrafu 2.25.5

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012 SERA.3401(d)(1) ivarja mill-Anness 11 tal-ICAO, standard 2.25.5 billi jiddikjara li

“Il-verifiki tal-ħin għandhom jingħataw mill-inqas sal-eqreb nofs minuta”

Differenza A11-02

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 2

Paragrafu 2.6.1

Possibbiltà ta’ eżenzjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012 paragrafu SERA.6001 jippermetti li l-inġenji tal-ajru jaqbżu l-limitu ta’ veloċità ta’ 250 knot fejn dan ikun approvat mill-Awtorità Kompetenti għat-tipi ta’ inġenji tal-ajru, li għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sikurezza, ma jistgħux iżommu din il-veloċità

Differenza A11-03

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 3

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.8005(b), jispeċifika:

(b)  L-awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom jipprovdu separazzjoni:

(1)  bejn it-titjiriet kollha fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru A u B;

(2)  bejn it-titjiriet IFR fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru C, D u E;

(3)  bejn it-titjiriet IFR u t-titjiriet VFR fil-Klassi tal-ispazju tal-ajru Ċ;

(4)  bejn it-titjiriet IFR u t-titjiriet VFR speċjali;

(5)  bejn it-titjiriet VFR speċjali sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

ħlief li, meta jkun mitlub mill-bdot ta’ inġenju tal-ajru u bi qbil mill-bdot tal-inġenju tal-ajru l-ieħor u jekk preskritt b’dan il-mod mill-awtorità kompetenti għall-każijiet elenkati taħt (b) iktar ‘il fuq fil-Klassijiet tal-ispazju tal-ajru D u E, titjira tista’ tiġi awtorizzata bla ħsara għalli żżomm is-separazzjoni tagħha fir-rigward ta’ parti speċifika tat-titjira taħt it-3 050 M (10 000 pied) matul it-tlugħ jew l-inżul, matul il-jum f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali.

Differenza A11-04

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.8015, jispeċifika (biż-żieda mal-Istandard tal-ICAO fl-Anness 11, 3.7.3.1 tat-test sottolinjat):

(e)  Il-qari lura tal-awtorizzazzjonijiet u tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza

(1)  L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jaqra lura lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru l-partijiet relatati mas-sikurezza tal-awtorizzazzjonijiet u tal-istruzzjonijiet tal-ATC li jiġu trażmessi bil-vuċi. Il-punti li ġejjin għandhom dejjem jinqraw lura:

(i)  l-awtorizzazzjonijiet tal-ATC għar-rotot;

(ii)  l-awtorizzazzjonijiet u l-istruzzjonijiet biex l-inġenju tal-ajru jidħol fi, jagħmel inżul fuq u tlugħ minn, jieqaf qabel, jaqsam, jinsaq u jimxi b’lura fuq kwalunkwe runway; u

(iii)  ir-runway li qed tintuża, l-issettjar tal-altimetru, il-kodiċijiet SSR, il-kanali ta’ komunikazzjoni li jkunu għadhom kif ġew assenjati, l-istruzzjonijiet dwar il-livelli, l-istruzzjonijiet dwar l-orjentazzjoni u dwar il-veloċità; u

(iv)  il-livelli ta’ tranżizzjoni, kemm jekk ikunu maħruġa mill-kontrollur kif ukoll jekk ikunu inklużi fix-xandiriet tal-ATIS.

Differenza A11-05

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.8015(e)(2), jispeċifika (biż-żieda mal-Istandard tal-ICAO fl-Anness 11, 3.7.3.1.1 tat-test sottolinjat):

(2)  Awtorizzazzjonijiet jew istruzzjonijiet oħrajn, inklużi l-awtorizzazzjonijiet kundizzjonali u l-istruzzjonijiet dwar is-sewqan, għandhom jinqraw lura jew jiġu kkonfermati b’mod li jindika b’mod ċar li jkunu nftehmu u li se jiġu rrispettati.

▼M2

Differenza A11-06

Anness 11 tal-ICAO

Kapitolu 3

Dispożizzjoni ġdida. Il-punt SERA.5010 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jispeċifika:

SERA.5010  VFR speċjali f'żoni ta' kontroll

It-titjiriet VFR speċjali jistgħu jiġu awtorizzati li joperaw fi ħdan żona ta' kontroll, soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-ATC. Ħlief meta jkun permess mill-awtorità kompetenti għall-ħelikopters f'każijiet speċjali bħal, iżda ma jkunux limitati għal, titjiriet mediċi, operazzjonijiet ta' tiftix u salvatagġġ u għal tifi ta' nar, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)  titjiriet bħal dawn jitwettqu matul il-ġurnata biss, sakemm ma jkunx permess mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

(a)(b)  mill-bdot:

(1)  barra mis-sħab u fejn jista' jidher is-superfiċje;

(2)  il-viżibbiltà ta' titjira ma tkunx inqas minn 1 500 m jew, għall-ħelikopters, mhux inqas minn 800 m;

(3)  titjir b'veloċità ta'140 kts IAS jew inqas biex tingħata opportunità xierqa biex jiġi osservat traffiku ieħor u kwalunkwe ostaklu f'ħin biżżejjed bil-quddiem biex tiġi evitata kolliżjoni; u

(c)  L-unità ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru ma għandhiex toħroġ awtorizzazzjoni VFR speċjali lil inġenju tal-ajru biex jitla' jew jinżel f'ajrudrom f'żona ta' kontroll, jew jidħlu fiż-żona tat-traffiku tal-ajrudrom jew iċ-ċirkwit tat-traffiku tal-ajrudrom meta l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi rappurtati f'dak l-ajrudrom huma taħt il-livelli minimi li ġejjin:

(b)  mill-ATC

(1)  matul il-jum biss, sakemm ma jkunx permess mod ieħor mill-awtorità kompetenti;

(2) (1)  il-viżibbilità fuq l-art ma tkunx inqas minn 1 500 m jew, għall-ħelikopters, mhux inqas minn 800 m;

(2)  il-limitu ma jkunx inqas minn 180 m (600 pied).

▼B

Differenza A03-07

Anness 3 tal-ICAO

Kapitolu 5

Dispożizzjoni ġdida. Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012, paragrafu SERA.12005, jispeċifika:

(b)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreskrivu, kif ikun meħtieġ, kundizzjonijiet oħrajn li għandhom jiġu rrappurtati mill-inġenji tal-ajru kollha meta dawn jiltaqgħu magħhom jew josservawhom.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

( 2 ) ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1.”

►M4  ( 3 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1). ◄

( 4 ) Dawn l-elementi huma sostitwiti bit-terminu “CAVOK” meta l-kundizzjonijiet li ġejjin iseħħu simultanjament fil-ħin tal-osservazzjoni: (a) il-viżibbiltà: 10 km jew aktar, u l-viżibbiltà l-aktar baxxa mhijiex rappurtata; (b) l-ebda sħab ta' sinifikat operazzjonali; u (c) l-ebda temp ta' sinifikat għall-avjazzjoni.