02012R0792 — MT — 19.01.2022 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 792/2012

tat-23 ta’ Awwissu 2012

li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006

(ĠU L 242 7.9.2012, p. 13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/57 tal-15 ta' Jannar 2015

  L 10

19

16.1.2015

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2281 tas-16 ta’ Diċembru 2021

  L 473

131

30.12.2021




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 792/2012

tat-23 ta’ Awwissu 2012

li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006



Artikolu 1

Dispożizzjoni ġenerali

It-tfassil u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-formoli għal permessi, ċertifikati u dokumenti oħra pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 338/97 u r-Regolament (KE) Nru 865/2006 huma deskritti f’dan ir-Regolament. It-tfassil u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma speċifikati għal dawn id-dokumenti li ġejjin:

(1) 

permessi ta’ importazzjoni;

(2) 

permessi ta’ esportazzjoni;

(3) 

certifikati ta’ riesportazzjoni

(4) 

ċertifikati ta’ proprjetà personali;

(5) 

ċertifikati tal-kollezzjoni tal-kampjuni;

▼M1

(5a) 

ċertifikati ta' strumenti mużikali;

▼B

(6) 

notifikazzjonijiet ta’ importazzjoni;

(7) 

ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa;

▼M1

(8) 

folji ta' kontinwazzjoni għal ċertifikati ta' proprejtà personali, għal ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa u għal ċertifikati ta' strumenti mużikali;

▼B

(9) 

ċertifikati pprovduti fil-paragrafi (2)(b), (3) u (4) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97, u fl-Artikoli 8(3) u 9(2)(b) tiegħu;

(10) 

tikketti msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

Artikolu 2

Formoli

▼M1

1.  
Il-formoli li fuqhom jimtlew permessi ta' importazzjoni, permessi ta' esportazzjoni, ċertifikati ta' riesportazzjoni, ċertifikati ta' proprjetà personali, ċertifikati tal-kollezzjoni tal-kampjuni u ċertifikati ta' strumenti mużikali u l-applikazzjonijiet għal dokumenti bħal dawn għandhom isiru f'konformità mal-mudell fl-Anness I, ħlief fir-rigward ta' spazji riservati għall-użu nazzjonali.

▼B

2.  
Il-formoli li fuqhom jimtlew in-notifiki ta’ importazzjoni għandhom jaqblu, għajr fir-rigward ta’ spazji riservati għall-użu nazzjonali, mal-mudell stabbilit fl-Anness II. Jista’ jkollhom numru tas-serje.

▼M2

Sal-19 ta’ Jannar 2023, in-notifiki ta’ importazzjoni jistgħu, minflok, jimtlew billi jintużaw il-formoli stabbiliti fl-Anness II fil-verżjoni fis-seħħ fl-18 ta’ Jannar 2022.

▼B

3.  
Il-formoli li fuqhom jimtlew iċ-ċertifikati ta’ wirja li tivvjaġġa u applikazzjonijiet għal dokumenti bħal dawn għandhom jaqblu, għajr fir-rigward ta’ spazji riservati għall-użu nazzjonali, mal-mudell stabbilit fl-Anness III.
4.  
Il-formoli li fuqhom jimtlew il-folji ta’ kontinwazzjoni għal ċertifikati ta’ proprjetà personali u għal ċertifikati ta’ wirja li tivvjaġġa għandhom jaqblu mal-mudell stabbilit fl-Anness IV.
5.  
Il-formoli li fuqhom jimtlew iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi (2)(b), (3), u (4) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u fl-Artikoli 8(3) u 9(2)(b) tiegħu u l-applikazzjonijiet għal ċertifikati bħal dawn għandhom jaqblu, għajr fir-rigward ta’ spazji riservati għall-użu nazzjonali, mal-mudell stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, minflok it-test stampat minn qabel, il-kaxex 18 u 19 għandhom jinkludu biss iċ-ċertifikazzjoni u/jew l-awtorizzazzjoni rilevanti, jew it-tnejn.

6.  
Il-formola tat-tikketti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għandha tkun taqbel mal-mudell stabbilit fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-formoli

1.  
Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun ħielsa minn polpa mekkanika u għandha tkun imħejjija għal għanijiet ta’ kitba, u tkun tiżen mill-inqas 55 g/m2.
2.  
Id-daqs tal-formoli msemmija fl-Artikoli 2(1) sa (5) għandu jkun ta’ 210 x 297 mm (A4) b’tolleranza massima fit-tul ta’ 18-il mm inqas u 8 mm aktar.
3.  

Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tkun:

(a) 

bajda għall-formola 1, l-oriġinali, b’disinn guilloche fl-isfond, stampata bil-griż fuq quddiem, sabiex tikxef kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi;

(b) 

safra għall-formola 2, il-kopja għad-detentur;

(c) 

ħadra ċara għall-formola 3, il-kopja għall-pajjiż esportatur jew riesportatur fil-każ ta’ permess għall-importazzjoni, jew il-kopja li tintbagħat lura mid-dwana lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ fil-każ ta’ permess għall-esportazzjoni jew ċertifikat ta’ riesportazzjoni;

(d) 

roża għall-formola 4, il-kopja għall-awtorità amministrattiva tal-ħruġ;

(e) 

bajda għall-formola 5, l-applikazzjoni.

4.  

Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(2) għandha tkun:

(a) 

bajda għall-formola 1, l-oriġinali;

(b) 

safra għall-formola 2, il-kopja għall-importatur.

5.  

Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(3) u (5) għandha tkun:

(a) 

safra għall-formola 1, l-oriġinali, b’disinn guilloche fl-isfond, stampata bil-griż fuq quddiem, sabiex tikxef kull falsifikazzjoni b’meżżi mekkaniċi jew kimiċi;

(b) 

roża għall-formola 2, il-kopja għall-awtorità amministrattiva tal-ħruġ;

(c) 

bajda għall-formola 3, l-applikazzjoni.

6.  
Il-karta użata għall-folji ta’ kontinwazzjoni u t-tikketti msemmija fl-Artikolu 2(4) u (6) rispettivament għandha tkun bajda.
7.  
Il-formoli msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jiġu stampati u jimtlew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni kif speċifikat mill-awtoritajiet amministrattivi ta’ kull Stat Membru. Fejn meħtieġ, dawn għandhom jinkludu traduzzjoni tal-kontenut tagħhom f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ ħidma tal-Konvenzjoni.
8.  
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli msemmija fl-Artikolu 2, li, fil-każ tal-formoli msemmija fl-Artikoli 2(1) sa (5) jistgħu jkunu parti minn proċess kompjuterizzat ta’ ħruġ ta’ permessi/ċertifikati.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) 

L-Artikoli 2 u 3 għandhom jitħassru.

(2) 

L-Annessi I sa VI għandhom jitħassru.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-27 ta' Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

image

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

▼M1

1. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, l-isem sħiħ u l-indirizz kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant għandhom jiġu inklużi fil-formola u kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant għandha tingħata lill-awtorità li toħroġ il-permessi rilevanti.

2. Il-perjodu ta' validità ta' permess ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta' permess ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' proprjetà personali u ta' ċertifikat ta' strument mużikali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta' importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri-)esportatur ikun intuża għal xi (ri-)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

3. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.

5. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.

▼B

6. Għall-kampjuni ħajjin tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness A għajr il-kampjuni mrobbija fil-magħluq jew dawk imnisslin artifiċjalment, l-awtorità tal-ħruġ tista’ tippreskrivi l-post li għandhom jinżammu fih billi tinkludi d-dettalji tiegħu f’din il-kaxxa. Kull moviment, minbarra għal xi trattament veterinarju urġenti u sakemm il-kampjuni jintbagħtu lura direttament lejn il-post awtorizzat tagħhom, imbagħad ikun jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità amministrattiva kompetenti.

▼M1

8. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.

▼B

9/10. Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

11. Niżżel in-numru tal-Appendiċi CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.

12. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.

13. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza.

D

Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

C

Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

F

Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

I

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda ( 1 )

O

Pre-konvenzjoni (2) 

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

▼M1

X

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat

▼M2

Y

Kampjuni tal-pjanti miksuba minn produzzjoni assistita, li jitqiesu li mhumiex “imnisslin artifiċjalment” kif stabbilit fl-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ( 2 ), u ma jitqisux li jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom minħabba li jkunu tnisslu jew tħawlu f’ambjent b’xi livell ta’ intervent uman għall-fini tal-produzzjoni tal-pjanti

▼B

14. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:

B

Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali

E

Edukattiv

G

Ġonna botaniċi

H

Trofej tal-kaċċa

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku

M

Mediku (inkluż riċerka bijo-medika)

N

Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali

P

Personali

▼M1

Q

Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)

▼B

S

Xjentifiku

T

Kummerċjali

Z

Żus

15 sa 17. Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxex 16 u 17 għandhom jinkludu dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.

18 sa 20. Il-pajjiż tal-aħħar riesportazzjoni huwa, fil-każ ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni, il-pajjiż terz li qed jirriesporta li minnu kienu ġew importati l-kampjuni qabel ma ġew riesportati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ permess ta’ importazzjoni, huwa l-pajjiż terz riesportatur li minnu jkunu sejrin jiġu importati l-kampjuni. Il-kaxex 19 u 20 għandhom jinkludu dettalji taċ-ċertifikat rilevanti ta’ riesportazzjoni.

21. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

23 sa 25. Għall-użu uffiċjali biss.

26. L-importatur/(ri)esportatur jew l-aġent tiegħu għandu, fejn xieraq, jindika n-numru tal-polza tat-tagħbija jew tal-polza tat-trasport bl-ajru.

27. Biex timtela mill-uffiċċju doganali għall-introduzzjoni fl-Unjoni, jew dik ta’ (ri)esportazzjoni, kif xieraq. Fil-każ ta’ introduzzjoni, l-oriġinal (il-formola 1) irid jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-importatur. Fil-każ ta’ (ri)esportazzjoni, il-kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ (il-formola 3) għandha tintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-oriġinal (il-formola 1) u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-(ri)esportatur.