02012R0792 — MT — 05.02.2015 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 242 7.9.2012, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/57 tal-15 ta' Jannar 2015 |
L 10 |
19 |
16.1.2015 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 792/2012
tat-23 ta’ Awwissu 2012
li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006
Artikolu 1
Dispożizzjoni ġenerali
It-tfassil u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-formoli għal permessi, ċertifikati u dokumenti oħra pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 338/97 u r-Regolament (KE) Nru 865/2006 huma deskritti f’dan ir-Regolament. It-tfassil u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma speċifikati għal dawn id-dokumenti li ġejjin:
permessi ta’ importazzjoni;
permessi ta’ esportazzjoni;
certifikati ta’ riesportazzjoni
ċertifikati ta’ proprjetà personali;
ċertifikati tal-kollezzjoni tal-kampjuni;
ċertifikati ta' strumenti mużikali;
notifikazzjonijiet ta’ importazzjoni;
ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa;
folji ta' kontinwazzjoni għal ċertifikati ta' proprejtà personali, għal ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa u għal ċertifikati ta' strumenti mużikali;
ċertifikati pprovduti fil-paragrafi (2)(b), (3) u (4) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97, u fl-Artikoli 8(3) u 9(2)(b) tiegħu;
tikketti msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 338/97.
Artikolu 2
Formoli
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, minflok it-test stampat minn qabel, il-kaxex 18 u 19 għandhom jinkludu biss iċ-ċertifikazzjoni u/jew l-awtorizzazzjoni rilevanti, jew it-tnejn.
Artikolu 3
Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-formoli
Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tkun:
bajda għall-formola 1, l-oriġinali, b’disinn guilloche fl-isfond, stampata bil-griż fuq quddiem, sabiex tikxef kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi;
safra għall-formola 2, il-kopja għad-detentur;
ħadra ċara għall-formola 3, il-kopja għall-pajjiż esportatur jew riesportatur fil-każ ta’ permess għall-importazzjoni, jew il-kopja li tintbagħat lura mid-dwana lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ fil-każ ta’ permess għall-esportazzjoni jew ċertifikat ta’ riesportazzjoni;
roża għall-formola 4, il-kopja għall-awtorità amministrattiva tal-ħruġ;
bajda għall-formola 5, l-applikazzjoni.
Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(2) għandha tkun:
bajda għall-formola 1, l-oriġinali;
safra għall-formola 2, il-kopja għall-importatur.
Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(3) u (5) għandha tkun:
safra għall-formola 1, l-oriġinali, b’disinn guilloche fl-isfond, stampata bil-griż fuq quddiem, sabiex tikxef kull falsifikazzjoni b’meżżi mekkaniċi jew kimiċi;
roża għall-formola 2, il-kopja għall-awtorità amministrattiva tal-ħruġ;
bajda għall-formola 3, l-applikazzjoni.
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 huwa emendat kif ġej:
L-Artikoli 2 u 3 għandhom jitħassru.
L-Annessi I sa VI għandhom jitħassru.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-27 ta' Settembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, l-isem sħiħ u l-indirizz kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant għandhom jiġu inklużi fil-formola u kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant għandha tingħata lill-awtorità li toħroġ il-permessi rilevanti.
2. Il-perjodu ta' validità ta' permess ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta' permess ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' proprjetà personali u ta' ċertifikat ta' strument mużikali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta' importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri-)esportatur ikun intuża għal xi (ri-)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.
3. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.
5. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.
6. Għall-kampjuni ħajjin tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness A għajr il-kampjuni mrobbija fil-magħluq jew dawk imnisslin artifiċjalment, l-awtorità tal-ħruġ tista’ tippreskrivi l-post li għandhom jinżammu fih billi tinkludi d-dettalji tiegħu f’din il-kaxxa. Kull moviment, minbarra għal xi trattament veterinarju urġenti u sakemm il-kampjuni jintbagħtu lura direttament lejn il-post awtorizzat tagħhom, imbagħad ikun jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità amministrattiva kompetenti.
8. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.
9/10. Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
11. Niżżel in-numru tal-Appendiċi CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.
12. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.
13. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:
W |
Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom |
R |
Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza. |
D |
Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
A |
Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
C |
Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
F |
Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
I |
Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda ( 4 ) |
O |
Pre-konvenzjoni (4) |
U |
Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat) |
X |
Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat |
14. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:
B |
Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali |
E |
Edukattiv |
G |
Ġonna botaniċi |
H |
Trofej tal-kaċċa |
L |
Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku |
M |
Mediku (inkluż riċerka bijo-medika) |
N |
Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali |
P |
Personali |
Q |
Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku) |
S |
Xjentifiku |
T |
Kummerċjali |
Z |
Żus |
15 sa 17. Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxex 16 u 17 għandhom jinkludu dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.
18 sa 20. Il-pajjiż tal-aħħar riesportazzjoni huwa, fil-każ ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni, il-pajjiż terz li qed jirriesporta li minnu kienu ġew importati l-kampjuni qabel ma ġew riesportati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ permess ta’ importazzjoni, huwa l-pajjiż terz riesportatur li minnu jkunu sejrin jiġu importati l-kampjuni. Il-kaxex 19 u 20 għandhom jinkludu dettalji taċ-ċertifikat rilevanti ta’ riesportazzjoni.
21. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
23 sa 25. Għall-użu uffiċjali biss.
26. L-importatur/(ri)esportatur jew l-aġent tiegħu għandu, fejn xieraq, jindika n-numru tal-polza tat-tagħbija jew tal-polza tat-trasport bl-ajru.
27. Biex timtela mill-uffiċċju doganali għall-introduzzjoni fl-Unjoni, jew dik ta’ (ri)esportazzjoni, kif xieraq. Fil-każ ta’ introduzzjoni, l-oriġinal (il-formola 1) irid jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-importatur. Fil-każ ta’ (ri)esportazzjoni, il-kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ (il-formola 3) għandha tintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-oriġinal (il-formola 1) u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-(ri)esportatur.
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.

8. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorreipondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.
9/10. Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
11. Niżżel in-numru tal-Appendiċi CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.
12. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.
13. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:
W |
Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom |
R |
Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza |
D |
Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
A |
Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
C |
Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
F |
Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
I |
Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda ( 5 ) |
O |
Pre-konvenzjoni (5) |
U |
Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat) |
X |
Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat |
14. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:
B |
Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali |
E |
Edukattiv |
G |
Ġonna botaniċi |
H |
Trofej tal-kaċċa |
L |
Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku |
M |
Mediku (inkluż riċerka bijomedika) |
N |
Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali |
P |
Personali |
Q |
Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku) |
S |
Xjentifiku |
T |
Kummerċjali |
Z |
Żus |
15 sa 17. Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxex 16 u 17 għandhom jinkludu dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.
18 sa 20. Il-pajjiż tal-aħħar riesportazzjoni huwa, fil-każ ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni, il-pajjiż terz li qed jirriesporta li minnu kienu ġew importati l-kampjuni qabel ma ġew riesportati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ permess ta’ importazzjoni, huwa l-pajjiż terz riesportatur li minnu jkunu sejrin jiġu importati l-kampjuni. Il-kaxex 19 u 20 għandhom jinkludu dettalji taċ-ċertifikat rilevanti ta’ riesportazzjoni.
21. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
23 sa 25. Għall-użu uffiċjali biss.
26. L-importatur/(ri)esportatur jew l-aġent tiegħu għandu, fejn xieraq, jindika n-numru tal-polza tat-tagħbija jew tal-polza tat-trasport bl-ajru.
27. Biex timtela mill-uffiċċju doganali għall-introduzzjoni fl-Unjoni, jew dik ta’ (ri)esportazzjoni, kif xieraq. Fil-każ ta’ introduzzjoni, l-oriġinal (il-formola 1) irid jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-importatur. Fil-każ ta’ (ri)esportazzjoni, il-kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ (il-formola 3) għandha tintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-oriġinal (il-formola 1) u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-(ri)esportatur.
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.
2. Il-perjodu ta' validità ta' permess ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta' permess ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' proprjetà personali u ta' ċertifikat ta' strument mużikali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta' importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri-)esportatur ikun intuża għal xi (ri-)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.
3. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.
5. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.
6. Għall-kampjuni ħajjin tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness A għajr il-kampjuni mrobbija fil-magħluq jew dawk imnisslin artifiċjalment, l-awtorità tal-ħruġ tista’ tippreskrivi l-post li għandhom jinżammu fih billi tinkludi d-dettalji tiegħu f’din il-kaxxa. Kull moviment, minbarra għal xi trattament veterinarju urġenti u sakemm il-kampjuni jintbagħtu lura direttament lejn il-post awtorizzat tagħhom, imbagħad ikun jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità amministrattiva kompetenti.
8. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.
9/10. Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
11. Niżżel in-numru tal-Appendiċi CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.
12. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.
13. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:
W |
Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom |
R |
Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza. |
D |
Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
A |
Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom |
C |
Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
F |
Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
I |
Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda ( 6 ) |
O |
Pre-konvenzjoni (6) |
U |
Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat) |
X |
Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat |
14. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:
B |
Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali |
E |
Edukattiv |
G |
Ġonna botaniċi |
H |
Trofej tal-kaċċa |
L |
Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku |
M |
Mediku (inkluż riċerka bijomedika) |
N |
Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali |
P |
Personali |
Q |
Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku) |
S |
Xjentifiku |
T |
Kummerċjali |
Z |
Żus |
15 sa 17. Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew imwielda artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxex 16 u 17 għandhom jinkludu dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.
18 sa 20. Il-pajjiż tal-aħħar riesportazzjoni huwa, fil-każ ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni, il-pajjiż terz li qed jirriesporta li minnu kienu ġew importati l-kampjuni qabel ma ġew riesportati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ permess ta’ importazzjoni, huwa l-pajjiż terz riesportatur li minnu jkunu sejrin jiġu importati l-kampjuni. Il-kaxex 19 u 20 għandhom jinkludu dettalji taċ-ċertifikat rilevanti ta’ riesportazzjoni.
21. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
23 sa 25. Għall-użu uffiċjali biss.
26. L-importatur/riesportatur jew l-aġent tiegħu għandu, fejn xieraq, jindika n-numru tal-polza tat-tagħbija jew tal-polza tat-trasport bl-ajru.
27. Biex timtela mill-uffiċċju doganali għall-introduzzjoni fl-Unjoni, jew dik ta’ (ri)esportazzjoni, kif xieraq. Fil-każ ta’ introduzzjoni, l-oriġinal (il-formola 1) irid jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-importatur. Fil-każ ta’ (ri)esportazzjoni, il-kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ (il-formola 3) għandha tintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-oriġinal (il-formola 1) u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-(ri)esportatur.
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.
2. Mhux applikabbli.
3. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.
5. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.
6. Għandha timtela biss fuq il-formola tal-applikazzjoni fil-każ ta’ kampjuni ħajjin tal-ispeċi elenkati fl-Anness A għajr il-kampjuni mrobbija fil-magħluq jew imnisslin artifiċjalment.
8. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrespondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.
9/10. Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
11. Niżżel in-numru tal-Appendiċi ta’ CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċi fid-data tal-applikazzjoni għall-permess/ċertifikat.
12. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċi fid-data tal-applikazzjoni.
13. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:
W |
Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom |
R |
Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza. |
D |
Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu’ |
A |
Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom |
C |
Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
F |
Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
I |
Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda ( 7 ) |
O |
Pre-konvenzjoni (7) |
U |
Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat) |
X |
Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat |
14. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:
B |
Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali |
E |
Edukattiv |
G |
Ġonna botaniċi |
H |
Trofej tal-kaċċa |
L |
Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku |
M |
Mediku (inkluż riċerka bijomedika) |
N |
Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali |
P |
Personali |
Q |
Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku) |
S |
Xjentifiku |
T |
Kummerċjali |
Z |
Żus |
15 sa 17. Il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, twieldu u trabbew fil-magħluq, jew tnisslu artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxex 16 u 17 għandhom jinkludu dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.
18 sa 20. Il-pajjiż tal-aħħar riesportazzjoni huwa, fil-każ ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni, il-pajjiż terz li qed jirriesporta li minnu kienu ġew importati l-kampjuni qabel ma ġew riesportati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ permess ta’ importazzjoni, huwa l-pajjiż terz riesportatur li minnu jkunu sejrin jiġu importati l-kampjuni. Il-kaxex 19 u 20 għandhom jinkludu dettalji taċ-ċertifikat rilevanti ta’ riesportazzjoni.
21. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
23. Ipprovdi kemm tista’ dettalji u ġġustifika kwalunkwe ommissjoni għall-informazzjoni meħtieġa fuq.
ANNESS II
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
4. Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment.
5. Tapplika biss meta l-pajjiż li minnu jiġu importati l-kampjuni ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini.
6. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun.
9. L-isem xjentifiku għandu jkun l-isem użat fl-Anness C jew D għar-Regolament (KE) Nru 338/97.
10. Niżżel III għall-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi III għal CITES.
12. Niżżel l-ittra (C jew D) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 li fih huwa elenkat l-ispeċi.
13. L-importatur irid jibgħat l-oriġinali ffirmat (il-formola 1) u l-“kopja għall-importatur” (il-formola 2), meta jkun xieraq, flimkien mad-dokumenti tal-Appendiċi III taċ-CITES mill-pajjiż (ri)esportatur lill-uffiċċju doganali tal-introduzzjoni fl-Unjoni.
14. L-uffiċċju doganali għandu jibgħat l-oriġinali ttimbrat (il-formola 1) lill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tiegħu u jirritorna l-“kopja għall-importatur” ittimbrata (il-formola 2) lill-importatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
4. Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment.
5. Tapplika biss meta l-pajjiż li minnu jiġu importati l-kampjuni ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini.
6. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun possibbli.
9. L-isem xjentifiku għandu jkun l-isem użat fl-Anness C jew D għar-Regolament (KE) Nru 338/97.
10. Niżżel III għall-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi III għal CITES.
12. Niżżel l-ittra (C jew D) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 li fih huwa elenkat l-ispeċi.
13. L-importatur irid jibgħat l-oriġinali ffirmat (il-formola 1) u l-“kopja għall-importatur” (il-formola 2), meta jkun xieraq, flimkien mad-dokumenti tal-Appendiċi III taċ-CITES mill-pajjiż (ri)esportatur lill-uffiċċju doganali tal-introduzzjoni fl-Unjoni.
14. L-uffiċċju doganali għandu jibgħat l-oriġinali ttimbrat (il-formola 1) lill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tiegħu u jirritorna l-“kopja għall-importatur” ittimbrata (il-formola 2) lill-importatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
ANNESS III
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. Għandu jiġi ġġenerat numru uniku għaċ-ċertifikat mill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ.
2. Id-data tal-iskadenza tad-dokument ma tistax tkun ta’ aktar minn tliet snin wara d-data tal-ħruġ. Meta l-wirja li tivvjaġġa toriġina minn pajjiż terz, id-data tal-iskadenza ma għandhiex tkun aktar tard minn dik indikata fuq iċ-ċertifikat ekwivalenti minn dak il-pajjiż.
3. Imla l-isem sħiħ, l-indirizz permanenti u l-pajjiż tal-proprjetarju tal-kampjun kopert miċ-ċertifikat. In-nuqqas tal-firma tal-proprjetarju jrendi ċ-ċertifikat f’wieħed invalidu.
4. L-isem, l-indirizz u l-pajjiż tal-awtorità amministrattiva tal-ħruġ għandhom ikunu diġà stampati minn qabel fuq il-formola.
5. Dan il-blokk kien stampat minn qabel sabiex jindika l-validità taċ-ċertifikat għal movimenti transkonfinali multipli tal-kampjun bil-wirja tiegħu, għal għanijiet ta’ wiri biss, li jippermetti li l-kampjuni jintwerew lill-pubbliku skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u sabiex jiġi ċċarat li ċ-ċertifikat ma għandux jinġabar iżda għandu jibqa’ mal-kampjun/proprjetarju. Dan il-blokk jista’ jintuża sabiex tiġi ġġustifikata l-ommissjoni ta’ ċerta informazzjoni.
6. Dan il-blokk ġie stampat minn qabel sabiex jindika li l-moviment transkonfinali huwa permess lejn kwalunkwe pajjiż li jaċċetta dan iċ-ċertifikat bħala kwistjoni ta’ liġi nazzjonali.
7. Dan il-blokk ġie stampat minn qabel bil-kodiċi Q għal ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw.
8. Fejn xieraq, indika n-numru tal-bolla tas-sigurtà mwaħħla fil-blokk 19.
9. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.
10. Iddeskrivi, bl-aktar mod preċiż possibbli, il-kampjun kopert miċ-ċertifikat, inklużi marki ta’ identifikazzjoni (tikketti, ċrieki, marki uniċi, eċċ.) suffiċjenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tal-pajjiż li fih tidħol il-wirja jivverifikaw li ċ-ċertifikat jikkorrispondi għall-kampjun kopert. Fejn possibbli, għandhom jiġu rreġistrati s-sess u l-età, waqt il-ħruġ taċ-ċertifikat.
11. Indika l-għadd totali tal-kampjuni. Fil-każ ta’ annimali ħajjin, normalment dan ikun wieħed. Jekk ikun hemm aktar minn kampjun wieħed, iddikjara “ara l-inventarju mehmuż”.
12. Niżżel in-numru tal-Appendiċi għall-Konvenzjoni (I, II jew III) li fih jiġi elenkat l-ispeċi waqt il-ħruġ taċ-ċertifikat.
13. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġi elenkat l-ispeċi waqt il-ħruġ taċ-ċertifikat.
14. Uża l-kodiċijiet ta’ hawn taħt sabiex tindika s-sors. Dan iċ-ċertifikat ma jistax jintuża għal kampjuni bil-kodiċi tas-sors W, R, F jew U, sakemm dawn ma jkunux nkisbu jew ġew introdotti fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I, II jew III għall-Konvenzjoni jew fl-Anness Cgħar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 saru applikabbli għalihom u jintuża wkoll il-kodiċi O.
W |
Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom |
R |
Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza. |
A |
Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom |
C |
Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
F |
Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
U |
Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat) |
O |
Qabel il-Konvenzjoni (jista’ tintuża flimkien ma’ kwalunkwe kodiċi ieħor). |
X |
Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat |
15/16. Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew imwielda artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxxa 16 għandha tinkludi dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.
17. Dan il-blokk għandu jinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni tal-wirja.
18. Niżżel id-data tal-akkwist biss għall-kampjuni li nkisbu jew ġew introdotti fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet relatati mal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I, II jew III għall-Konvenzjoni, jew fl-Anness C għar-Regolament (KEE) Nru 3626/82, jew fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 saru applikabbli għalihom.
19. Għandha timtela mill-uffiċjal li joħroġ iċ-ċertifikat. Ċertifikat jista’ jinħareġ biss mill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż fejn tkun ibbażata wirja u biss meta l-proprjetarju tal-wirja jkun irreġistra d-dettalji sħaħ tal-kampjun ma’ dik l-awtorità amministrattiva. Fil-każ ta’ wirja li toriġina f’pajjiż terz, ċertifikat jista’ jinħareġ biss mill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tal-ewwel destinazzjoni. L-isem tal-uffiċjal tal-ħruġ għandu jinkiteb sħiħ. Is-siġill, il-firma u, fejn xieraq, in-numru tal-bolla tas-sigurtà, għandhom ikunu leġibbli b’mod ċar.
20. Dan il-blokk jista’ jintuża biex jirreferi għal leġiżlazzjoni nazzjonali jew għal kundizzjonijiet speċjali addizzjonali mpoġġija fil-moviment transkonfinali mill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ.
21. Dan il-blokk kien stampat minn qabel sabiex jirreferi għall-folja ta’ kontinwazzjoni mehmuża, li għandha tindika l-movimenti transkonfinali kollha.
Soġġett għall-punt 5, malli jiskadi, dan id-dokument għandu jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ.
Id-detentur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jċedi l-oriġinal ta’ dan iċ-ċertifikat (il-formola 1) — u, fejn applikabbli, iċ-ċertifikat tal-wirja li tivvjaġġa maħruġ minn pajjiż terz — għal għanijiet ta’ verifika, u jissottometti l-folja ta’ kontinwazzjoni li takkumpanjah jew (meta ċ-ċertifikat jinħareġ fuq il-bażi ta’ ċertifikat ekwivalenti minn pajjiż terz) iż-żewġ folji ta’ kontinwazzjoni u kopji tagħhom lil xi uffiċċju doganali magħżul skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97. L-uffiċċju doganali għandu, wara li jimla l-folja jew folji ta’ kontinwazzjoni, jibgħat lura l-oriġinal ta’ dan iċ-ċertifikat (il-formola 1), iċ-ċertifikat oriġinali maħruġ minn pajjiż terz (fejn applikabbli) — u l-folja jew folji ta’ kontinwazzjoni — lid-detentur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu u jibgħat kopja approvata tal-folja ta’ kontinwazzjoni taċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru lill-awtorità amministrattiva rilevanti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament 865/2006.
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
3. Imla l-isem sħiħ, l-indirizz permanenti u l-pajjiż tal-proprjetarju tal-kampjun kopert miċ-ċertifikat (mhux ta’ aġent). In-nuqqas tal-firma tal-proprjetarju jrendi ċ-ċertifikat f’wieħed invalidu.
8. Fejn xieraq, indika n-numru tal-bolla tas-sigurtà mwaħħla fil-blokk 19.
9. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.
10. Iddeskrivi, bl-aktar mod preċiż possibbli, il-kampjun kopert miċ-ċertifikat, inklużi marki ta’ identifikazzjoni (tikketti, ċrieki, marki uniċi, eċċ.) suffiċjenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tal-pajjiż li fih tidħol il-wirja jivverifikaw li ċ-ċertifikat jikkorrispondi għall-kampjun kopert. Fejn possibbli, għandhom jiġu rreġistrati s-sess u l-età, waqt il-ħruġ taċ-ċertifikat.
11. Indika l-għadd totali tal-kampjuni. Fil-każ ta’ annimali ħajjin, normalment dan ikun wieħed. Jekk ikun hemm aktar minn kampjun wieħed, iddikjara “ara l-inventarju mehmuż”.
12. Niżżel in-numru tal-Appendiċi għall-Konvenzjoni (I, II jew III) li fih jiġi elenkat l-ispeċi waqt l-applikazzjoni.
13. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġi elenkat l-ispeċi waqt l-applikazzjoni.
14. Uża l-kodiċijiet ta’ hawn taħt sabiex tindika s-sors. Dan iċ-ċertifikat ma jistax jintuża għal kampjuni bil-kodiċi tas-sors W, R, F jew U, sakemm dawn ma jkunux nkisbu jew ġew introdotti fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I, II jew III għall-Konvenzjoni jew fl-Anness Cgħar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 saru applikabbli għalihom u jintuża wkoll il-kodiċi O.
W |
Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom |
R |
Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza. |
A |
Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom |
C |
Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
F |
Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
U |
Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat) |
O |
Qabel il-Konvenzjoni (jista’ tintuża flimkien ma’ kwalunkwe kodiċi ieħor). |
X |
Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat |
15/16. Il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, twieldu u trabbew fil-magħluq, jew tnisslu artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz (jiġifieri pajjiż mhux membru fl-UE), il-kaxxa 16 għandha tinkludi dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.
17. Dan il-blokk għandu jinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni tal-wirja.
18. Niżżel id-data tal-akkwist biss għall-kampjuni li nkisbu jew ġew introdotti fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet relatati mal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I, II jew III għall-Konvenzjoni, jew fl-Anness C għar-Regolament (KEE) Nru 3626/82, jew fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 saru applikabbli għalihom.
19. Ipprovdi kemm tista’ dettalji u ġġustifika kwalunkwe ommissjoni għall-informazzjoni meħtieġa fuq.
ANNESS IV
ANNESS V
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. L-isem u l-indirizz sħiħ tad-detentur taċ-ċertifikat, mhux ta’ aġent.
2. Għandha timtela biss fil-każ li l-permess ta’ importazzjoni għall-kampjuni kkonċernati jippreskrivi l-post li għandhom jinżammu fih, jew meta jkun meħtieġ li l-kampjuni li ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom fi Stat Membru jinżammu f’indirizz awtorizzat.
Kull moviment, minbarra għal xi trattament veterinarju urġenti u sakemm il-kampjuni jintbagħtu lura direttament lejn il-post awtorizzat tagħhom, mill-post indikat, għandu mbagħad ikun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità amministrattiva kompetenti (ara l-kaxxa 19).
4. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.
5/6. Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
7. Niżżel in-numru tal-Appendiċi CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.
8. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.
9. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:
W |
Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom |
R |
Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza. |
D |
Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
A |
Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom |
C |
Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
F |
Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
I |
Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda ( 8 ) |
O |
Qabel il-Konvenzjoni (8) |
U |
Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat) |
X |
Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat |
10 sa 12. Il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, twieldu u trabbew fil-magħluq, jew tnisslu artifiċjalment.
13 sa 15. L-Istat Membru tal-importazzjoni huwa, meta applikabbli, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ importazzjoni għall-kampjuni kkonċernati.
16. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. L-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant għaċ-ċertifikat, mhux ta’ aġent.
2. Għandha timtela biss fuq il-formola tal-applikazzjoni fil-każ ta’ kampjuni ħajjin tal-ispeċi elenkati fl-Anness A għajr il-kampjuni mrobbija fil-magħluq jew imnisslin artifiċjalment.
4. Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.
5/6. Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
7. Niżżel in-numru tal-Appendiċi ta’ CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-applikazzjoni.
8. Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-applikazzjoni.
9. Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:
W |
Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom |
R |
Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza. |
D |
Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
A |
Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom |
C |
Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu |
F |
Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom |
I |
Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda ( 9 ) |
O |
Qabel il-Konvenzjoni (9) |
U |
Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat) |
X |
Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat |
10 sa 12. Il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, twieldu u trabbew fil-magħluq, jew tnisslu artifiċjalment.
13 sa 15. L-Istat Membru tal-importazzjoni huwa, meta applikabbli, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ importazzjoni għall-kampjuni kkonċernati.
16. L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.
18. Ipprovdi kemm tista’ dettalji u ġġustifika kwalunkwe ommissjoni għall-informazzjoni meħtieġa fuq.
ANNESS VI
( 1 ) ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.
( 2 ) ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.
( 3 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
( 4 ) Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.
( 5 ) Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.
( 6 ) Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.
( 7 ) Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.
( 8 ) Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.
( 9 ) Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.