02012R0360 — MT — 03.11.2020 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta' April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114 26.4.2012, p. 8) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1923 tas-7 ta' Diċembru 2018 |
L 313 |
2 |
10.12.2018 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1474 tat-13 ta’ Ottubru 2020 |
L 337 |
1 |
14.10.2020 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 360/2012
tal-25 ta' April 2012
dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Kamp ta' Applikazzjoni u Definizzjonijiet
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
għajnuna mogħtija lil impriżi għal attivitajiet fis-setturi tas-sajd u tal-akwakultura, kif koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 ( 1 );
għajnuna mogħtija lil impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli;
għajnuna mogħtija lil impriżi attivi fl-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli, fil-każi segwenti:
meta l-ammont tal-għajnuna jkun ffissat fuq il-bażi tal-prezz jew kwantità ta' prodotti bħal dawn mixtrija minn produtturi primarji jew imqiegħda fis-suq mill-impriżi kkonċernati,
meta l-għajnuna tkun bil-kundizzjoni li parti minnha jew kollha kemm hi tingħata lill-produtturi primarji;
għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament ma' kwantitajiet esportati, it-twaqqif u t-tħaddim ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;
għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi fuq dawk importati;
għajnuna mogħtija lil impriżi attivi fis-settur tal-faħam, kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE ( 2 );
għajnuna mogħtija lill-intrapriżi li jeżegwixxu trasport tal-merkanzija bit-triq għal kiri u ħlas;
għajnuna mogħtija lil impriżi f’diffikultà.
Jekk huma impriżi attivi fis-setturi msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (g) tal-ewwel subparagrafu, kif ukoll f’setturi mhux esklużi mill-iskop ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament japplika biss għal għajnuna mogħtija fir-rigward ta' dawk is-setturi jew attivitajiet oħra, bil-kundizzjoni li Stati Membri jiżguraw li l-attività fis-setturi esklużi ma tibbenefikax minn għajnuna de minimis taħt dan ir-Regolament, b'mezzi xierqa bħal ma huma s-separazzjoni tal-attivita' jew distinzjoni fl-ispejjeż.
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
“prodotti agrikoli” tfisser prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, ħlief għall-prodotti tas-sajd;
“ipproċessar ta’ prodotti agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirrizulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, ħlief fuq attivitajiet li jsiru f'razzett li huma neċessarji għall-preparazzjoni ta’ prodott minn annimal jew pjanta għall-ewwel bejgħ;
“it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli” tfisser li żżomm jew turi bil-għan li tbiegħ, li toffri għall-bejgħ, li tikkonsenja jew kwalunkwe mod ieħor ta’ tqegħid fuq is-suq, minbarra għall-ewwel bejgħ minn produttur primarju lil min jerġa’ jbiegħ jew lil proċessuri u kwalunkwe attività li tipprepara prodott għal dak l-ewwel bejgħ; bejgħ mill-produttur primarju lill-konsumaturi finali għandu jitqies bħala kummerċjalizzazzjoni jekk dan iseħħ f'post separat riżervat għal dak il-għan.
Artikolu 2
Għajnuna de minimis
Dan il-limitu għandu japplika irrispettivament mill-forma tal-għajnuna de minimis jew tal-għan mixtieq u japplika wkoll sew jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tkun iffinanzjata totalment u sew jekk parzjalment mir-riżorsi li jkunu joriġinaw mill-Unjoni. Il-perjodu li għandu jitqies huwa ddeterminat permezz ta' referenza għall-eżerċizzji fiskali użati mill-intrapriża fl-Istat Membru kkonċernat.
Għajnuna li titħallas f'diversi pagamenti bin-nifs għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument tal-għotja. Ir-rata tal-interessi li tintuża għal skopijiet ta’ skont għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.
Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li għaliha jista' jiġi kkalkulat ex ante b'mod preċiż l-ekwivalenti tal-għotja gross mingħajr il-ħtieġa ta' evalwazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”). B’mod partikolari:
l-għajnuna inkluża f’self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti meta l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-ħin tal-għotja;
għajnuna fil-forma ta' injezzjonijiet ta’ kapital ma għandhiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-ammont totali ta' injezzjoni mill-pubbliku ma jaqbiżx il-limitu de minimis;
għajnuna fil-forma ta' miżuri ta' kapital ta’ riskju ma għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-iskema ta’ kapital ta’ riskju kkonċernata tipprovdi kapital biss sal-limitu de minimis għal kull impriża fil-mira;
Għajnuna individwali mogħtija taħt skema ta’ garanzija lill-intrapriżi li mhumiex intrapriżi f’diffikultà għandha titqies għajnuna de minimis trasparenti meta parti mis-self tal-garanzija pprovdut fi skema bħal din ma taqbiżx EUR 3 750 000 għal kull intrapriża. Jekk il-parti "garanzija" tas-self sottostanti ma tirrappreżentax ħlief frazzjoni ta’ dan il-limitu, l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross tal-garanzija huwa preżunt li jikkorispondi mal-istess frazzjoni tal-limitu msemmi fil-paragrafu 2. Il-garanzija ma għandhiex tkun aktar minn 80 % tas-self sottostanti. Skemt ta' garanzija għandhom ukoll jitqiesu trasparenti jekk:
qabel l-implimentazzjoni tal-iskema, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-għotja gross ekwivalenti tal-garanziji ġiet aċċettata wara notifika ta’ din il-metodoloġija lill-Kummissjoni taħt regolament adottat mill Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat; u
il-metodoloġija approvata tiffoka b’mod espliċitu fuq it-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ transazzjonijiet sottostanti kkonċernati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Monitoraġġ
L-Istat Membru għandu jagħti l-għajnuna de minimis ġdida taħt dan ir-Regolament biss wara li jkun ivverifika li dan ma jżidx l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lil impriża li tipprovdi servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali taħt dan ir-Regolament għal livell ogħla mil-limitu stipulat fl-Artikolu 2(2) u li r-regoli ta’ kumulazzjoni fl-Artikolu 2(6), (7) u (8) qed jiġu rispettati.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna de minimis mogħtija għall-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, sakemm din l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1 u 2. Kwalunkwe għajnuna għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li ma tikkonformax ma' dawn il-kundizzjonijiet għandha tiġi analizzata skont id-deċiżjonijiet, l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.
Fl-aħħar tal-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tista’ tkun implimentata b’mod validu għal perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ validità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tieliet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
( 2 ) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24.