2012R0244 — MT — 06.04.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta’ Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (ĠU L 081, 21.3.2012, p.18) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 312/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013 |
L 95 |
8 |
5.4.2013 |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 244/2012
tas-16 ta’ Jannar 2012
li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija [ir-rendiment enerġetiku tal-bini] ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2010/31/UE tesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi, permezz ta’ att delegat, qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini. |
(2) |
Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiffissaw rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini. Ir-rekwiżiti jridu jiġu ffissati sabiex jintlaħqu livelli kostottimali. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu jekk il-parametru referenzjarju nazzjonali użat bħala l-eżitu finali tal-kalkoli kostottimali huwiex dak ikkalkulat għal perspettiva makroekonomika (li tħares lejn il-kostijiet u l-benefiċċji tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika għas-soċjetà kollha) jew għal perspettiva strettament finanzjarja (li tħares biss lejn l-investiment innifsu). Ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tar-rendiment enerġetiku ma għandhomx ikunu iktar minn 15 % iktar baxxi mill-eżitu tar-riżultati kostottimali tal-kalkolu kkunsidrat bħala l-parametru referenzjarju nazzjonali. Il-livell kostottimali għandu jkun fil-firxa tal-livelli ta’ rendiment fejn l-analiżi tar-relazzjoni bejn il-kostijiet u l-benefiċċji tul iċ-ċiklu tal-ħajja tkun waħda pożittiva. |
(3) |
Id-Direttiva 2010/31/UE tippromwovi t-tnaqqis tal-użu tal-enerġija fl-ambjent mibni, imma tenfasizza wkoll li s-settur tal-bini huwa sors prinċipali ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. |
(4) |
Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija ( 2 ) tipprovdi għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku għal prodotti bħal dawn. Meta jiffissaw ir-rekwiżiti nazzjonali għas-sistemi tekniċi użati fil-bini, l-Istati Membri jridu jqisu l-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti skont din id-Direttiva. Ir-rendimenti tal-prodotti għall-bini li għandhom jintużaw għall-kalkoli taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu ddeterminati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE ( 3 ). |
(5) |
L-għan ta’ livelli kosteffettivi jew kostottimali ta’ effiċjenza enerġetika jista’, f’ċerti ċirkustanzi, jiġġustifika l-iffissar mill-Istati Membri ta’ rekwiżiti kosteffettivi jew kostottimali għall-elementi tal-bini li fil-prattika jostakolaw uħud mill-possibbiltajiet tad-disinn jew tekniċi tal-bini kif ukoll jistimolaw l-użu ta’ prodotti relatati mal-enerġija b’rendiment enerġetiku aħjar. |
(6) |
Il-passi li jiffurmaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva ġew stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 2010/31/UE u jinkludu l-istabbiliment ta’ binjiet ta’ referenza, id-definizzjoni tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta’ dawn il-binjiet ta’ referenza, il-valutazzjoni tad-domanda għall-enerġija primarja ta’ dawn il-miżuri u l-kalkolu tal-kostijiet (jiġifieri, il-valur preżenti nett) ta’ dawn il-miżuri. |
(7) |
Il-qafas komuni għall-kalkolu tar-rendiment enerġetiku kif ġie stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 2010/31/UE japplika wkoll għall-metodoloġija ta’ qafas kostottimali għall-passi kollha tagħha, b’mod partikolari l-pass tal-kalkolu tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini. |
(8) |
Sabiex il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva ikun adattat għaċ-ċirkustanzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini u/jew tal-element tal-bini, il-kost xieraq għat-trasportaturi tal-enerġija, għall-prodotti, għas-sistemi, il-kostijiet tal-manutenzjoni, operattivi u tax-xogħol, il-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija f’dan il-punt li għandhom jiġu preżunti għall-karburanti li ntużaw fil-kuntest nazzjonali tagħhom għall-enerġija li ntużat fil-bini, fejn titqies l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll ir-rata ta’ skont li għandha tintuża kemm fil-kalkoli makroekonomiċi kif ukoll f’dawk finanzjarji wara li jkunu wettqu analiżi tas-sensittività għal mill-inqas żewġ rati tal-imgħax għal kull kalkolu. |
(9) |
Sabiex ikun żgurat approċċ komuni għall-applikazzjoni tal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva mill-Istati Membri, huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ qafas prinċipali meħtieġa għall-kalkoli tal-valur nett preżenti bħas-sena tal-bidu għall-kalkoli, il-kategoriji tal-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati u l-perjodu tal-kalkolu li għandu jintuża. |
(10) |
L-istabbiliment ta’ perjodu tal-kalkolu komuni ma jidħolx f’kunflitt mad-dritt tal-Istati Membri li jiffissaw iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini u/jew tal-elementi tal-bini peress li tal-aħħar jista’ jkun kemm itwal kif ukoll iqsar mill-perjodu tal-kalkolu ffissat. Iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat ta’ bini jew ta’ element tal-bini għandu biss influwenza limitata fuq il-perjodu tal-kalkolu peress li tal-aħħar jiġi pjuttost iddeterminat miċ-ċiklu ta’ rinnovazzjoni ta’ bini, li huwa l-perjodu ta’ żmien li warajh il-bini jkun soġġett għal rinnovazzjoni maġġuri. |
(11) |
Il-kalkoli u l-istimi tal-kostijiet b’bosta suppożizzjonijiet u inċertezzi, inklużi pereżempju l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija matul iż-żmien, ġeneralment ikunu akkumpanjati minn analiżi tas-sensittività sabiex tkun evalwata r-robustezza tal-parametri tad-dħul prinċipali. Għall-fini tal-kalkoli kostottimali, l-analiżi tas-sensittività għandha mill-inqas tindirizza l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija u r-rata ta’ skont; idealment l-analiżi tas-sensittività għandha tinkludi wkoll l-iżviluppi futuri fil-prezzijiet tat-teknoloġija bħala input għar-reviżjoni tal-kalkoli. |
(12) |
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri sabiex jipparagunaw ir-riżultati tal-kalkoli kostottimali mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku fis-seħħ u sabiex jużaw ir-riżultat tal-paragun ħalli jiżguraw li jiġu ffissati rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku biex jintlaħqu livelli kostottimali. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll li jiffissaw rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku f’livell kostottimali għal dawk il-kategoriji ta’ bini fejn sa issa ma jeżisti l-ebda rekwiżit minimu tar-rendiment enerġetiku. |
(13) |
Il-metodoloġija kostottimali hija teknoloġikament newtrali u ma tiffavorix soluzzjoni teknoloġika fuq oħra. Hija tiżgura kompetizzjoni ta’ miżuri/pakketti/varjanti matul il-ħajja stmata ta’ bini jew ta’ element tal-bini. |
(14) |
Ir-riżultati tal-kalkoli u d-dejta tad-dħul u s-suppożizzjonijiet użati għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni kif ġie stipulat fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE. Dawn ir-rapporti għandhom jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni li tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress li jkunu għamlu l-Istati Membri sabiex jilħqu l-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku. |
(15) |
Sabiex ikun limitat il-piż amministrattiv tagħhom, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jnaqqsu l-għadd ta’ kalkoli billi jistabbilixxu binjiet ta’ referenza li jkunu rappreżentattivi ta’ iktar minn kategorija waħda ta’ bini, mingħajr ma dan jaffetwa d-dmir tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/31/UE li jiffissaw rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku għal ċerti kategoriji ta’ bini. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Skont l-Artikolu 5, l-Anness I u l-Anness III tad-Direttiva 2010/31/UE, dan ir-Regolament jistabblixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-kalkolu ta’ livelli kostottimali ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku ta’ bini u ta’ elementi tal-bini ġodda u eżistenti.
Il-qafas tal-metodoloġija jispeċifika r-regoli biex jiġu pparagunati miżuri tal-effiċjenza enerġetika, miżuri li jinkorporaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u pakketti u varjanti ta’ miżuri bħal dawn, fuq il-bażi tar-rendiment enerġetiku primarju u l-kost attribwit għall-implimentazzjoni tagħhom. Jistipula wkoll kif dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati għal binjiet ta’ referenza magħżula bil-għan li jiġu identifikati l-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin filwaqt li għandu jiġi nnotat li għall-kalkolu fil-livell makroekonomiku, l-imposti u t-taxxi applikabbli għandhom jiġu esklużi:
(1) Kost globali tfisser is-somma tal-valur preżenti tal-kostijiet tal-investiment inizjali, is-somma tal-kostijiet amministrattivi, u l-kostijiet ta’ sostituzzjoni (b’referenza għas-sena tal-bidu), kif ukoll il-kostijiet tar-rimi jekk dan ikun applikabbli. Għall-kalkolu fil-livell makroekonomiku, qed tiġi introdotta kategorija addizzjonali ta’ kostijiet, jiġifieri l-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;
(2) Kostijiet tal-investiment inizjali tfisser il-kostijiet kollha mġarrba sal-punt meta l-bini jew l-element tal-bini jiġi kkonsenjat lill-klijent, lest biex jintuża. Dawn il-kostijiet jinkludu d-disinn, ix-xiri tal-elementi tal-bini, il-konnessjoni mal-fornituri, il-proċessi ta’ installazzjoni u ta’ kummissjonar;
(3) Kostijiet tal-enerġija tfisser il-kostijiet annwali u l-imposti fissi u għall-ħinijiet l-iktar intensivi għall-enerġija inklużi t-taxxi nazzjonali;
(4) Kostijiet operattivi tfisser il-kostijiet kollha marbuta mat-tħaddim tal-bini, inklużi l-kostijiet annwali għall-assigurazzjoni, l-imposti tal-utilitajiet u imposti u taxxi fissi oħrajn;
(5) Kostijiet tal-manutenzjoni tfisser il-kostijiet annwali għal miżuri biex tiġi ppreservata u rrestawrata l-kwalità mixtieqa tal-bini jew tal-element tal-bini. Dawn jinkludu l-kostijiet annwali għall-ispezzjoni, għat-tindif, għall-aġġustamenti, għat-tiswijiet u għall-oġġetti li jistgħu jiġu kkonsmati;
(6) Kostijiet amministrattivi tfisser il-kostijiet annwali tal-manutenzjoni, il-kostijiet operattivi u l-kostijiet tal-enerġija;
(7) Kostijiet tar-rimi tfisser il-kostijiet għad-dekostruzzjoni fi tmiem il-ħajja ta’ bini jew ta’ element tal-bini u jinkludu d-dekostruzzjoni, it-tneħħija tal-elementi tal-bini li għadhom ma waslux fi tmiem ħajjithom, it-trasport u r-riċiklaġġ;
(8) Kost annwali tfisser is-somma tal-kostijiet amministrattivi u tal-kostijiet perjodiċi jew tal-kostijiet ta’ sostituzzjoni li jitħallsu f’sena partikolari;
(9) Kost ta’ sostituzzjoni tfisser investiment ta’ sostituzzjoni għal element tal-bini, f’konformità maċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini waqt il-perjodu tal-kalkolu;
(10) Kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tfisser il-valur monetarju tal-ħsara ambjentali kkważata mill-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-konsum tal-enerġija fil-bini;
(11) Bini ta’ referenza tfisser bini ta’ referenza ipotetiku jew reali li jirrappreżenta l-ġeometrija u s-sistemi tipiċi tal-bini, ir-rendiment enerġetiku tipiku kemm għall-involkru kif ukoll għas-sistemi tal-bini, il-funzjonalità tipika u l-istruttura tipika tal-kostijiet fl-Istat Membru u huwa rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-lokalità ġeografika;
(12) Rata ta’ skont tfisser valur definit għall-paragun tal-valur tal-flus fi żminijiet differenti espress f’termini reali;
(13) Fattur ta’ skont tfisser numru tal-multiplikazzjoni li jintuża sabiex fluss tal-flus li jseħħ fi żmien partikolari jiġi kkonvertit għall-valur ekwivalenti tiegħu fil-punt tal-bidu. Huwa jiġi dderivat mir-rata ta’ skont;
(14) Sena tal-bidu tfisser is-sena li fuqha huwa bbażat kwalunkwe kalkolu u li minnha jiġi ddeterminat il-perjodu tal-kalkolu;
(15) Perjodu tal-kalkolu tfisser il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-kalkolu ġeneralment espress fi snin;
(16) Valur residwu ta’ bini tfisser is-somma tal-valuri residwi tal-bini u tal-elementi tal-bini fi tmiem il-perjodu tal-kalkolu;
(17) Żvilupp fil-prezzijiet tfisser l-iżvilupp maż-żmien tal-prezzijiet għall-enerġija, għall-prodotti, għas-sistemi tal-bini, għas-servizzi, għax-xogħol, għall-manutenzjoni u għal kostijiet oħra u jista’ jkun differenti mir-rata tal-inflazzjoni;
(18) Miżura tal-effiċjenza enerġetika tfisser bidla f’bini li tirriżulta fi tnaqqis tal-ħtieġa ta’ enerġija primarja tal-bini;
(19) Pakkett tfisser sett ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika u/jew ta’ miżuri bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli applikati għal bini ta’ referenza;
(20) Varjant tfisser ir-riżultat u d-deskrizzjoni globali ta’ sett sħiħ ta’ miżuri/pakketti applikat għal bini li jista’ jkun magħmul minn taħlita ta’ miżuri dwar l-involkru tal-bini, ta’ tekniki passivi, ta’ miżuri dwar is-sistemi tal-bini u/jew ta’ miżuri bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;
(21) Sottokategoriji ta’ bini tfisser kategoriji ta’ tipi ta’ bini li huma iktar diżaggregati skont id-daqs, l-età, il-materjal tal-kostruzzjoni, il-mudell tal-użu, iż-żona klimatika jew kriterji oħrajn minn dawk stabbiliti fl-Anness I(5) għad-Direttiva 2010/31/UE. Huwa għal sottokategoriji bħal dawn li ġeneralment jiġu stabbiliti binjiet ta’ referenza;
(22) Enerġija fornuta tfisser enerġija, espressa għal kull trasportatur tal-enerġija, ipprovduta lis-sistema teknika użata fil-bini permezz tal-konfini tas-sistema, sabiex jiġu ssodisfati l-użi meqjusa (it-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni, l-ilma sħun domestiku, id-dawl, it-tagħmir, eċċ.) jew sabiex jiġi prodott l-elettriku;
(23) Enerġija meħtieġa għat-tisħin u għat-tkessiħ tfisser sħana li għandha titwassal fi jew tiġi estratta minn spazju kkundizzjonat sabiex jinżammu l-kundizzjonijiet tat-temperatura mixtieqa waqt perjodu partikolari ta’ żmien;
(24) Enerġija esportata tfisser enerġija espressa għal kull trasportatur tal-enerġija fornuta mis-sistema teknika użata fil-bini permezz tal-konfini tas-sistema u li tintuża barra mill-konfini tas-sistema;
(25) Spazju kkundizzjonat tfisser spazju fejn ċerti parametri ambjentali bħat-temperatura, l-umdità, eċċ. jiġu rregolati b’mezzi tekniċi bħat-tisħin u t-tkessiħ, eċċ.;
(26) Enerġija minn sorsi rinnovabbli tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija mir-riħ, solari, aerotermika, ġeotermika, idrotermika u oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass mill-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ u bijogassijiet.
Artikolu 3
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva
1. Meta jikkalkulaw il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Il-qafas jippreskrivi l-kalkolu ta’ livelli kostottimali kemm għal perspettiva makroekonomika kif ukoll għal perspettiva finanzjarja, imma jħalli f’idejn l-Istati Membri biex jiddeterminaw liema minn dawn il-kalkoli għandu jsir il-parametru referenzjarju nazzjonali li skontu għandhom jiġu vvalutati r-rekwiżiti minimi nazzjonali tar-rendiment enerġetiku.
2. Għall-fini tal-kalkoli, l-Istati Membri għandhom:
(a) Jieħdu bħala s-sena tal-bidu għall-kalkolu s-sena li fiha ikun qed isir il-kalkolu;
(b) Jużaw il-perjodu tal-kalkolu fl-Anness I għal dan ir-Regolament;
(c) Jużaw il-kategoriji tal-kostijiet fl-Anness I għal dan ir-Regolament;
(d) Jużaw bħala limitu minimu inferjuri għall-ikkostjar tal-karbonju l-prezzijiet tal-karbonju tal-ETS previsti kif mogħtija fl-Anness II.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomplementaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva billi jiddeterminaw għall-fini tal-kalkoli:
(a) Iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini u/jew tal-element tal-bini;
(b) Ir-rata ta’ skont;
(c) Il-kostijiet għat-trasportaturi tal-enerġija, għall-prodotti, għas-sistemi, il-kost tal-manutenzjoni, il-kostijiet operattivi u l-kostijiet tax-xogħol;
(d) Il-fatturi tal-enerġija primarja;
(e) L-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija li għandhom jiġu preżunti għat-trasportaturi kollha tal-enerġija fejn titqies l-informazzjoni fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkalkulaw u jadottaw livelli kostottimali ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku b’rabta ma’ dawk il-kategoriji ta’ bini fejn sa issa ma jeżisti l-ebda rekwiżit minimu speċifiku tar-rendiment enerġetiku.
5. L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi sabiex jiddeterminaw is-sensittività tal-eżiti tal-kalkoli għall-bidliet fil-parametri applikati, li tkopri mill-inqas l-impatt tal-iżviluppi differenti fil-prezzijiet tal-enerġija u r-rati ta’ skont għall-kalkoli makroekonomiċi u finanzjarji, u idealment anki parametri oħrajn li huma mistennija li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-kalkoli bħall-iżviluppi fil-prezzijiet għal elementi oħrajn għajr l-enerġija.
Artikolu 4
Paragun tal-livelli kostottimali kkalkulati mar-rekwiżiti minimi attwali tar-rendiment enerġetiku
1. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu wara li jkunu kkalkulaw il-livelli tar-rekwiżiti kostottimali kemm għal perspettiva makroekonomika kif ukoll għal perspettiva finanzjarja, liema minnhom għandu jsir il-parametru referenzjarju u għandhom jirrappurtaw din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni bħala parti mir-rappurtar imsemmi skont l-Artikolu 6.
L-Istati Membri għandhom jipparagunaw l-eżitu tal-kalkolu magħżul bħala l-parametru referenzjarju nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3 mar-rekwiżiti tar-rendiment enerġetiku attwali għall-kategorija tal-bini rilevanti.
L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżultat ta’ dan il-paragun sabiex jiżguraw li ġew iffissati rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku sabiex jintlaħqu livelli kostottimali skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/31/UE. Huwa rrakkomandat b’mod qawwi li l-Istati Membri jorbtu l-inċentivi fiskali u finanzjarji mal-konformità mal-eżitu tal-kalkolu kostottimali tal-istess bini ta’ referenza.
2. Jekk l-Istati Membri ddefinixxew il-bini ta’ referenza b’tali mod li r-riżultat tal-kalkolu kostottimali jkun applikabbli għal diversi kategoriji ta’ bini, huma jistgħu jużaw dan ir-riżultat sabiex jiżguraw li jiġu ffissati rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku sabiex jintlaħqu livelli kostottimali għall-kategoriji kollha rilevanti ta’ bini.
Artikolu 5
Analiżi tal-kalkoli kostottimali
1. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-kalkoli kostottimali tagħhom fi żmien xieraq għall-analiżi tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tagħhom mitluba bl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/31/UE. Għall-analiżi, jeħtieġ b’mod partikolari li l-iżviluppi fil-prezzijiet għad-dejta tad-dħul dwar il-kostijiet jiġu analizzati u, jekk dan ikun meħtieġ, aġġornati.
2. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni fir-rapport ipprovdut mill-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni d-dejta tad-dħul u s-suppożizzjonijiet kollha li ntużaw għall-kalkoli u r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja applikati, ir-riżultati tal-kalkoli fil-livell makroekonomiku u f’dak finanzjarju, l-analiżi tas-sensittività msemmija fl-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi preżunti fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-karbonju.
2. Jekk ir-riżultat tal-paragun imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament juri li r-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku fis-seħħ huma ferm inqas effiċjenti mil-lat enerġetiku mil-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku, ir-rapport għandu jinkludi kwalunkwe ġustifikazzjoni għad-differenza. Sa fejn id-differenza ma tistax tiġi ġġustifikata, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn pjan li jiddeskrivi fil-qosor il-passi xierqa sabiex id-differenza titnaqqas għal daqs mhux sinifikanti sal-analiżi li jmiss. F’dan ir-rigward, il-livell ferm inqas effiċjenti mil-lat enerġetiku tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku fis-seħħ għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-medja tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku kollha fis-seħħ u l-medja tal-livelli kostottimali kollha tal-kalkolu użat bħala l-parametru referenzjarju nazzjonali tal-binjiet ta’ referenza kollha u tat-tipi ta’ bini kollha użati.
3. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell tar-rappurtar ipprovdut fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika mid-9 ta’ Jannar 2013 għal bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u mid-9 ta’ Lulju 2013 għal bini ieħor ħlief għall-Artikolu 6.1 ta’ dan ir-Regolament, li għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2012, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5.2 tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija [ir-rendiment enerġetiku tal-bini].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Il-qafas ta’ metodoloġija kostottimali
1. L-ISTABBILIMENT TAL-BINJIET TA’ REFERENZA
(1) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bini ta’ referenza għall-kategoriji ta’ bini li ġejjin:
1. bini għal familja waħda;
2. blokki ta’ appartamenti u bini li jospita iktar minn familja waħda;
3. bini għall-uffiċċji.
(2) Minbarra l-bini għall-uffiċċji, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bini ta’ referenza għal kategoriji oħrajn ta’ bini mhux residenzjali elenkati fil-paragrafi (5)d sa 5(i) tal-Anness I għad-Direttiva 2010/31/UE li għalihom jeżistu rekwiżiti speċifiċi tar-rendiment enerġetiku.
(3) Jekk Stat Membru jkun jista’ juri fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament li bini ta’ referenza stabbilit jista’ jkun applikabbli fir-rigward ta’ iktar minn kategorija waħda ta’ bini, huwa jista’ jnaqqas l-għadd ta’ binjiet ta’ referenza użat u b’hekk l-għadd tal-kalkoli. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw dan l-approċċ abbażi ta’ analiżi li turi li bini ta’ referenza li qed jintuża sabiex jaqdi diversi kategoriji ta’ bini huwa rappreżentattiv tal-istokk tal-bini għall-kategoriji kollha koperti.
(4) Għal kull kategorija ta’ bini, għandu jiġi stabbilit għall-inqas bini wieħed ta’ referenza għall-bini l-ġdid u mill-inqas tnejn għall-bini eżistenti soġġetti għal rinnovazzjoni maġġuri. Il-binjiet ta’ referenza jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ sottokategoriji ta’ bini (eż. differenzjati skont id-daqs, l-età, l-istruttura tal-kostijiet, il-materjal ta’ kostruzzjoni, il-mudell tal-użu jew iż-żona klimatika) li jqisu l-karatteristiċi tal-istokk tal-bini nazzjonali. Il-binjiet ta’ referenza u l-karatteristiċi tagħhom għandhom jikkorrispondu għall-istruttura tar-rekwiżiti attwali jew ippjanati tar-rendiment enerġetiku.
(5) L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell tar-rappurtar ipprovdut fl-Anness III sabiex jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-parametri kkunsidrati fl-istabbiliment tal-binjiet ta’ referenza. Is-sett ta’ dejta sottostanti dwar l-istokk tal-bini nazzjonali użat għall-istabbiliment tal-binjiet ta’ referenza għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 6. B’mod partikolari, għandha tiġi ġġustifikata l-għażla tal-karatteristiċi li jsostnu l-istabbiliment tal-binjiet ta’ referenza.
(6) Għall-bini eżistenti (kemm residenzjali kif ukoll mhux residenzjali), l-Istati Membri għandhom japplikaw mill-inqas miżura waħda/pakkett wieħed/varjant wieħed li t/jirrappreżenta rinnovazzjoni standard meħtieġa għall-manutenzjoni tal-bini/unità ta’ bini (mingħajr miżuri addizzjonali tal-effiċjenza enerġetika lil hinn mir-rekwiżiti legali).
(7) Għall-bini l-ġdid (kemm residenzjali kif ukoll mhux residenzjali), ir-rekwiżiti minimi attwalment applikabbli tar-rendiment enerġetiku għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżit bażiku li għandu jiġi ssodisfat.
(8) L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli kostottimali anki għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment għall-elementi tal-bini installati fil-bini eżistenti jew għandhom jidderivawhom mill-kalkoli magħmula fil-livell tal-bini. Meta jiffissaw ir-rekwiżiti għall-elementi tal-bini installati fil-bini eżistenti, ir-rekwiżiti kostottimali għandhom, sa fejn ikun possibbli, iqisu l-interazzjoni ta’ dak l-element tal-bini mal-bini ta’ referenza kollu u ma’ elementi tal-bini oħrajn.
(9) L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkalkulaw u jiffissaw rekwiżiti kostottimali fil-livell tas-sistemi tekniċi individwali użati fil-bini għall-bini eżistenti jew jidderivawhom mill-kalkoli magħmula fil-livell tal-bini mhux biss għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-ilma sħun, għall-kundizzjonament tal-arja u għall-ventilazzjoni (jew taħlita ta’ sistemi bħal dawn), imma anki għas-sistemi tad-dawl għall-bini mhux residenzjali.
2. L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-MIŻURI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA, TAL-MIŻURI BBAŻATI FUQ SORSI TA’ ENERĠIJA RINNOVABBLI U/JEW TA’ PAKKETTI U TA’ VARJANTI TA’ MIŻURI BĦAL DAWN GĦAL KULL BINI TA’ REFERENZA
(1) Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika kemm għall-bini l-ġdid kif ukoll għall-bini eżistenti għandhom jiġu ddefiniti għall-parametri tad-dħul kollha għall-kalkolu li jkollhom impatt dirett jew indirett fuq ir-rendiment enerġetiku tal-bini, inkluż għal sistemi alternattivi b’effiċjenza għolja bħal sistemi ta’ provvista tal-enerġija distrettwali u l-alternattivi l-oħra elenkati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/31/UE.
(2) Il-miżuri jistgħu jiġu raggruppati ma’ pakketti ta’ miżuri jew varjanti. Jekk ċerti miżuri ma jkunux adattati f’kuntest lokali, ekonomiku jew klimatiku, l-Istati Membri għandhom jindikaw dan fir-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.
(3) L-Istati Membri għandhom jidentifikaw ukoll il-miżuri/pakketti/varjanti li jużaw enerġija rinnovabbli kemm għall-bini l-ġdid kif ukoll għall-bini eżistenti. L-obbligi vinkolanti stabbiliti fl-applikazzjoni nazzjonali tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) għandhom jiġu kkunsidrati bħala miżura waħda/pakkett wieħed/varjant wieħed li għandha/għandu t/jiġi applikat/a f’dak l-Istat Membru.
(4) Il-miżuri/pakketti/varjanti tal-effiċjenza enerġetika identifikati għall-kalkolu tar-rekwiżiti kostottimali għandhom jinkludu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r- rekwiżiti minimi attwalment applikabbli tar-rendiment enerġetiku. Jekk ikun applikabbli, huma għandhom jinkludu anki l-miżuri/pakketti/varjanti meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinkludu anki l-miżuri/pakketti/varjanti meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku għal bini b’użu ta’ ammont ta’ enerġija ekwivalenti għal kważi żero għall-bini l-ġdid u possibbilment anki dak eżistenti kif ġie ddefinit mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE.
(5) Jekk Stat Membru jista’ juri, billi jissottometti analiżijiet tal-kostijiet preċedenti bħala parti mir-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 6, li ċerti miżuri/pakketti/varjanti mhuma kostottimali xejn, dawn jistgħu jiġu esklużi mill-kalkolu. Madankollu, miżuri/pakketti/varjanti bħal dawn għandhom jerġgħu jiġu analizzati fl-analiżi tal-kalkoli li jkun imiss.
(6) Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri bbażati fuq is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli magħżula, kif ukoll il-pakketti/varjanti, għandhom ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini kif ġew elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 u kif ġew speċifikati mill-Istati Membri. Għandhom ikunu kompatibbli wkoll ma’ livelli ta’ kwalità tal-arja u ta’ kumdità fuq ġewwa tal-bini skont l-istandard CEN 15251 dwar il-kwalità tal-arja ta’ ġol-bini jew l-istandards nazzjonali ekwivalenti. F’każijiet fejn il-miżuri jipproduċu livelli ta’ kumdità differenti, dan għandu jkun trasparenti fil-kalkoli.
3. IL-KALKOLU TAD-DOMANDA GĦALL-ENERĠIJA PRIMARJA LI TIRRIŻULTA MILL-APPLIKAZZJONI TA’ MIŻURI U TA’ PAKKETTI TA’ MIŻURI BĦAL DAWN FIR-RIGWARD TA’ BINI TA’ REFERENZA
(1) Ir-rendiment enerġetiku jiġi kkalkulat skont il-qafas ġenerali komuni pprovdut fl-Anness I għad-Direttiva 2010/31/UE
(2) L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rendiment enerġetiku tal-miżuri/pakketti/varjanti billi jikkalkulaw, għall-erja tal-art iddefinita fil-livell nazzjonali, l-ewwel l-enerġija meħtieġa għat-tisħin u għat-tkessiħ. Imbagħad tiġi kkalkulata l-enerġija fornuta għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-ventilazzjoni tal-ispazju, kif ukoll għas-sistemi tal-ilma sħun domestiku u tad-dawl.
(3) L-enerġija prodotta fuq il-post għandha titnaqqas mid-domanda għall-enerġija primarja u mill-enerġija fornuta.
(4) L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-użu tal-enerġija primarja li jirriżulta billi jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja stabbiliti fil-livell nazzjonali. Huma għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja fir-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.
(5) L-Istati Membri għandhom jużaw:
(a) jew l-istandards CEN eżistenti li jkunu rilevanti għall-kalkolu tar-rendiment enerġetiku,
(b) jew metodu ta’ kalkolu nazzjonali ekwivalenti sakemm dan tal-aħħar ikun konformi mal-Artikolu 2(4) u l-Anness I tad-Direttiva 2010/31/UE.
(6) Ir-riżultati tar-rendiment enerġetiku għandhom, għall-fini tal-kalkolu kostottimali, ikunu espressi f’metri kwadri ta’ erja utli tal-art ta’ bini ta’ referenza u għandhom jirreferu għad-domanda għall-enerġija primarja.
4. IL-KALKOLU TAL-KOST GLOBALI F’TERMINI TA’ VALUR PREŻENTI NETT GĦAL KULL BINI TA’ REFERENZA
4.1. Kategoriji tal-kostijiet
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jiddeskrivu l-kategoriji separati tal-kostijiet li ġejjin li għandhom jintużaw:
(a) Il-kostijiet tal-investiment inizjali.
(b) Il-kostijiet amministrattivi. Dawn jinkludu l-kostijiet għas-sostituzzjoni perjodika tal-elementi tal-bini u jistgħu jinkludu, jekk dan ikun xieraq, il-qligħ mill-enerġija prodotta li l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw fil-kalkolu finanzjarju.
(c) Il-kostijiet tal-enerġija għandhom jirriflettu l-kost tal-enerġija totali, li jinkludi l-prezz tal-enerġija, it-tariffi tal-kapaċità u t-tariffi tal-grilja.
(d) Il-kostijiet tar-rimi jekk dan ikun xieraq.
Għall-kalkolu fil-livell makroekonomiku, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu anki l-kategorija tal-kostijiet:
(e) Il-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dawn għandhom jirriflettu l-kostijiet operattivi kkwantifikati, immonetizzati u skontati tas-CO2 li jirriżultaw mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 tul il-perjodu tal-kalkolu.
4.2. Prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-kostijiet
(1) Meta ssir stima tal-iżviluppi fil-kostijiet tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-previżjonijiet tal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Anness II għal dan ir-Regolament għaż-żejt, għall-gass, għall-faħam u għall-elettriku, fejn jibdew bil-prezzijiet medji assoluti tal-enerġija (espressi f’euro) għal dawn is-sorsi tal-enerġija fis-sena tal-eżerċizzju tal-kalkolu.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu anki l-previżjonijiet tal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija nazzjonali għal trasportaturi oħrajn tal-enerġija li ntużaw b’mod sinifikanti fil-kuntest reġjonali/lokali tagħhom u jekk dan ikun xieraq anki għat-tariffi tal-ħinijiet l-iktar intensivi. Huma għandhom jirrappurtaw ix-xejriet tal-prezzijiet stmati u l-ishma attwali tat-trasportaturi tal-enerġija differenti fl-użu tal-enerġija tal-bini lill-Kummissjoni.
(2) L-effett tal-iżviluppi futuri (mistennija) fil-prezzijiet għajr għall-kostijiet tal-enerġija, is-sostituzzjoni tal-elementi tal-bini waqt il-perjodu tal-kalkolu u l-kostijiet tar-rimi, fejn dan ikun applikabbli, jistgħu wkoll ikunu inklużi fil-kalkolu tal-kostijiet. L-iżviluppi fil-prezzijiet, permezz tal-innovazzjoni u tal-adattament tat-teknoloġiji, iridu jitqiesu meta l-kalkoli jiġu riveduti u aġġornati.
(3) Id-dejta dwar il-kostijiet għall-kategoriji tal-kostijiet a) sa d) għandha tkun ibbażata fuq is-suq u għandha tkun koerenti fir-rigward tal-lokalità u taż-żmien. Il-kostijiet għandhom ikunu espressi bħala kostijiet reali, eskluża l-inflazzjoni. Il-kostijiet għandhom jiġu vvalutati fil-livell tal-pajjiż.
(4) Meta jiġi ddeterminat il-kost globali ta’ miżura/pakkett/varjant, dawn li ġejjin jistgħu jitħallew barra:
(a) Il-kostijiet li jkunu l-istess għall-miżuri/pakketti/varjanti vvalutati kollha;
(b) Il-kostijiet relatati mal-elementi tal-bini li ma għandhom l-ebda influwenza fuq ir-rendiment enerġetiku tal-bini.
Il-kostijiet l-oħra kollha jeħtieġ li jitqiesu kompletament għall-kalkolu tal-kostijiet globali.
(5) Il-valur residwu għandu jiġi ddeterminat b’deprezzament lineari tal-kost tal-investiment inizjali jew tas-sostituzzjoni ta’ element tal-bini partikolari sa tmiem il-perjodu tal-kalkolu skontat għall-bidu tal-perjodu tal-kalkolu. Iż-żmien tad-deprezzament jiġi ddeterminat mill-ħajja ekonomika tal-bini jew tal-element tal-bini. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-valuri residwi tal-elementi tal-bini jiġu korretti għall-kost li jitneħħew mill-bini fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini.
(6) Il-kostijiet tar-rimi, jekk dan ikun applikabbli, għandhom jiġu skontati u jistgħu jitnaqqsu sal-valur finali. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-ewwel jiġu skontati lura mill-ħajja ekonomika stmata sa tmiem il-perjodu tal-kalkolu u sussegwentement skontati lura sal-bidu tal-perjodu tal-kalkolu.
(7) Fi tmiem il-perjodu tal-kalkolu, il-kostijiet tar-rimi (jekk dan ikun applikabbli) jew il-valur residwu tal-komponenti u tal-elementi tal-bini jitqiesu sabiex jiġu ddeterminati l-kostijiet finali tul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat tal-bini.
(8) L-Istati Membri għandhom jużaw perjodu tal-kalkolu ta’ 30 sena għall-bini residenzjali u pubbliku, u perjodu tal-kalkolu ta’ 20 sena għall-bini kummerċjali u mhux residenzjali.
(9) L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw l-Anness A tal-EN 15459 dwar id-dejta ekonomika għall-elementi tal-bini meta jiddefinixxu l-ħajjiet ekonomiċi stmati għal dawk l-elementi tal-bini. Jekk għall-elementi tal-bini jiġu stabbiliti ħajjiet ekonomiċi stmati oħrajn, dawn għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni bħala parti mir-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-livell nazzjonali ċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat ta’ bini.
4.3. Il-kalkolu tal-kostijiet globali għal kalkolu finanzjarju
(1) Meta jiġi ddeterminat il-kost globali ta’ miżura/pakkett/varjant għall-kalkolu finanzjarju, il-prezzijiet rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati huma l-prezzijiet imħallsa mill-klijent, inklużi t-taxxi kollha applikabbli, fosthom il-VAT u l-imposti. Idealment anki s-sussidji disponibbli għall-varjanti/pakketti/miżuri differenti għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu, imma l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jħallu s-sussidji fil-ġenb, filwaqt li f’dak il-każ, madankollu, jiżguraw li kemm is-sussidji kif ukoll l-iskemi ta’ appoġġ għat-teknoloġiji, imma anki possibbilment is-sussidji eżistenti għall-prezzijiet tal-enerġija jitneħħew.
(2) Il-kostijiet globali għall-bini u għall-elementi tal-bini għandhom jiġu kkalkulati billi jingħaddu flimkien it-tipi differenti ta’ kostijiet u fir-rigward tagħhom tiġi applikata r-rata ta’ skont permezz ta’ fattur ta’ skont sabiex dawn ikunu espressi f’termini ta’ valur fis-sena tal-bidu, flimkien mal-valur residwu skontat kif ġej:
fejn:
τ |
tfisser il-perjodu tal-kalkolu |
Cg(τ) |
tfisser il-kost globali (b’referenza għas-sena tal-bidu τ 0) tul il-perjodu tal-kalkolu |
CI |
tfisser il-kostijiet tal-investiment inizjali għal miżura jew għal sett ta’ miżuri j |
Ca,I (j) |
tfisser il-kost annwali matul is-sena i għal miżura jew għal sett ta’ miżuri j |
Vf,τ (j) |
tfisser valur residwu ta’ miżura jew ta’ sett ta’ miżuri j fi tmiem il-perjodu tal-kalkolu (skontat sas-sena tal-bidu τ 0). |
Rd (i) |
tfisser fattur ta’ skont għas-sena i bbażat fuq rata ta’ skont r li għandu jiġi kkalkulat |
bħala:
Fejn p tfisser l-għadd ta’ snin mill-perjodu tal-bidu u r tfisser ir-rata ta’ skont reali.
(3) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-rata ta’ skont li għandha tintuża fil-kalkolu finanzjarju wara li jkunu wettqu analiżi tas-sensittività fuq mill-inqas żewġ rati differenti tal-għażla tagħhom.
4.4. Il-kalkolu tal-kostijiet globali għall-kalkolu makroekonomiku
(1) Meta jiġi ddeterminat il-kost globali għall-kalkolu makroekonomiku ta’ miżura/pakkett/varjant, il-prezzijiet rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati huma l-prezzijiet esklużi t-taxxi, il-VAT, l-imposti u s-sussidji kollha applikabbli.
(2) Meta jiġi ddeterminat il-kost globali fil-livell makroekonomiku ta’ miżura/pakkett/varjant, flimkien mal-kategoriji tal-kostijiet elenkati taħt 4.1. għandha tiġi inkluża kategorija ġdida ta’ kostijiet, jiġifieri l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, sabiex il-metodoloġija aġġustata tal-kostijiet globali tkun taqra kif ġej:
Fejn:
C c, i(j) tfisser il-kost tal-karbonju għal miżura jew għal sett ta’ miżuri j matul sena i
(3) L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-kost kumulattiv tal-karbonju tal-miżuri/pakketti/varjanti tul il-perjodu tal-kalkolu billi jieħdu s-somma tal-emissjonijiet annwali tal-gassijiet serra mmultiplikata bil-prezzijiet mistennija għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’kull sena maħruġa, bl-użu ta’ limitu minimu inferjuri inizjalment ta’ mill-inqas EUR 20 għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 sal-2025, EUR 35 sal-2030 u EUR 50 wara l-2030 f’konformità max-xenarji attwali tal-Kummissjoni tal-prezzijiet previsti tal-karbonju tal-ETS (imkejla fi prezzijiet reali u kostanti skont il-valur tal-euro fl-2008, li għandhom jiġu adattati skont id-dati u l-metodoloġija tal-kalkolu magħżula). Ix-xenarji aġġornati għandhom jiġu kkunsidrati kull darba li titwettaq analiżi tal-kalkoli kostottimali.
(4) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-rata ta’ skont li għandha tintuża fil-kalkolu makroekonomiku wara li jkunu wettqu analiżi tas-sensittività fuq mill-inqas żewġ rati differenti, u waħda minnhom għandha tkun 3 %, espressa f’termini reali.
5. IT-TWETTIQ TA’ ANALIŻI TAS-SENSITTIVITÀ GĦAD-DEJTA TAD-DĦUL TAL-KOSTIJIET INKLUŻI L-PREZZIJIET TAL-ENERĠIJA
L-għan tal-analiżi tas-sensittività huwa li tidentifika l-iktar parametri importanti ta’ kalkolu kostottimali. L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tas-sensittività fuq ir-rati ta’ skont billi jużaw mill-inqas żewġ rati ta’ skont, kull waħda espressa f’termini reali għall-kalkolu makroekonomiku u żewġ rati għall-kalkolu finanzjarju. Waħda mir-rati ta’ skont li għandha tintuża għall-analiżi tas-sensittività għall-kalkolu makroekonomiku għandha tkun ta’ 3 %, espressa f’termini reali. L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tas-sensittività fuq ix-xenarji tal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija għat-trasportaturi kollha tal-enerġija użati b’mod sinifikanti fil-bini fil-kuntest nazzjonali tagħhom. Huwa rrakkomandat li l-analiżi tas-sensittività tiġi estiża anki għal dejta tad-dħul oħra kruċjali.
6. ID-DERIVAZZJONI TA’ LIVELL KOSTOTTIMALI TAR-RENDIMENT ENERĠETIKU GĦAL KULL BINI TA’ REFERENZA
(1) Għal kull bini ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom jipparagunaw ir-riżultati tal-kost globali kkalkulati għall-miżuri differenti tal-effiċjenza enerġetika u għall-miżuri differenti bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-pakketti/varjanti ta’ dawk il-miżuri.
(2) F’każijiet fejn l-eżitu tal-kalkoli kostottimali jagħti l-istess kostijiet globali għal livelli differenti ta’ rendiment enerġetiku, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw f’użu inqas tal-enerġija primarja bħala l-bażi għall-paragun mar-rekwiżiti minimi eżistenti tar-rendiment enerġetiku.
(3) Ladarba tittieħed deċiżjoni dwar jekk huwiex il-kalkolu makroekonomiku jew dak finanzjarju li għandu jsir il-parametru referenzjarju nazzjonali, għandhom jiġu kkalkulati l-medji tal-livelli kostottimali kkalkulati tar-rendiment enerġetiku għall-binjiet ta’ referenza kollha użati, meħuda flimkien, sabiex jiġu pparagunati mal-medji tar-rekwiżiti eżistenti tar-rendiment enerġetiku għall-istess binjiet ta’ referenza. Ir-raġuni għal dan huwa sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu tad-differenza bejn ir-rekwiżiti eżistenti tar-rendiment enerġetiku u l-livelli kostottimali kkalkulati.
ANNESS II
Informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija stmati fuq perjodu ta’ żmien twil
Għall-kalkoli tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jqisu x-xejriet tal-iżviluppi stmati fil-prezzijiet tal-karburanti u tal-elettriku kif inhu pprovdut mill-Kummissjoni Ewropea ►C1 darba kull sentejn ◄ . Dawn l-aġġornamenti huma disponibbli fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/energy/observatory/trends_2030/index_en.htm
Dawn ix-xejriet jistgħu jiġu estrapolati lil hinn mill-2030 sakemm isiru disponibbli stimi fuq perjodu ta’ żmien itwal.
Informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-karbonju stmati fuq perjodu ta’ żmien twil
Għall-kalkoli makroekonomiċi tagħhom, l-Istati Membri huma mitluba jużaw bħala limitu minimu inferjuri l-prezzijiet previsti tal-karbonju tal-ETS fix-xenarju ta’ referenza tal-Kummissjoni sal-2050, fejn tiġi preżunta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti imma mhux id-dekarbonizzazzjoni (l-ewwel linja tat-tabella ta’ hawn taħt): Il-previżjonijiet attwalmant jassumu prezz għal kull tunnellata ta’ EUR 20 sal-2025, ta’ EUR 35 sal-2030 u ta’ EUR 50 wara l-2030, imkejla fi prezzijiet reali u kostanti skont il-valur tal-euro fl-2008, li għandu jiġu adattat skont id-dati tal-kalkolu u l-metodoloġija magħżula (ara t-tabella ta’ hawn taħt). Xenarji aġġornati dwar il-prezzijiet tal-karbonju kif ipprovduti mill-Kummissjoni għandhom jitqiesu kull darba li titwettaq analiżi tal-kalkoli kostottimali.
L-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-karbonju |
2020 |
2025 |
2030 |
2035 |
2040 |
2045 |
2050 |
Referenza (azzjoni frammentata, prezzijiet ta’ referenza tal-karburanti fossili) |
16,5 |
20 |
36 |
50 |
52 |
51 |
50 |
Tekn. Effett. (azzjoni gloali, prezzijiet baxxi tal-karburanti fossili) |
25 |
38 |
60 |
64 |
78 |
115 |
190 |
Tekn. Effett. (azzjoni frammentata, prezzijiet ta’ referenza tal-karburanti fossili) |
25 |
34 |
51 |
53 |
64 |
92 |
147 |
Sors: Anness 7.10 ta’ http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SEC:2011:0288:FIN:EN:PDF |
ANNESS III
Il-mudell tar-rappurtar li l-Istati Membri jistgħu jużaw għar-rappurtar lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament
1. BINJIET TA’ REFERENZA
1.1. |
Irrapporta dwar il-bini ta’ referenza għall-kategoriji tal-bini kollha u dwar kif dawn huma rappreżentattivi tal-istokk tal-bini billi tuża t-Tabella 1 (bini eżistenti) u t-Tabella 2 (bini ġdid). L-informazzjoni addizzjonali tista’ tiġi miżjuda f’anness. |
1.2. |
Agħti d-definizzjoni tar-referenza tal-erja tal-art użata fil-pajjiż tiegħek u kif din tiġi kkalkulata. |
1.3. |
Jekk jogħġbok elenka l-kriterji tal-għażla użati sabiex jiġi ddefinit kull bini ta’ referenza (kemm ġdid kif ukoll eżistenti): eż. analiżi statistika bbażata fuq l-użu, l-età, il-ġeometrija, iż-żoni klimatiċi, l-istrutturi tal-kostijiet, il-materjal ta’ kostruzzjoni eċċ., fejn tintroduċi wkoll il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa u ta’ barra, u l-lokalità ġeografika. |
1.4. |
Jekk jogħġbok indika jekk il-bini ta’ referenza tiegħek huwiex bini ta’ turija, bini virtwali, eċċ. |
1.5. |
Jekk jogħġbok indika s-sett tad-dejta sottostanti għall-istokk tal-bini nazzjonali
Tabella 1 Il-bini ta’ referenza għall-bini eżistenti (rinnovazzjoni maġġuri)
Tabella 2 Il-bini ta’ referenza għall-bini l-ġdid
Tabella 3 Eżempju ta’ tabella bażika ta’ rappurtar għal dejta rilevanti għar-rendiment enerġetiku
|
2. L-GĦAŻLA TAL-VARJANTI/MIŻURI/PAKKETTI
2.1. |
Irrapporta f’forma tabulari l-karatteristiċi tal-varjanti/miżuri/pakketti magħżula li qed jiġu applikati għall-kalkolu kostottimali. Jekk jogħġbok ibda bl-iktar teknoloġiji u soluzzjonijiet komuni u mbagħad semmi dawk iktar innovattivi. Jekk ikun hemm evidenza minn kalkoli preċedenti li l-miżuri mhuma kostottimali xejn, ma trid timtela l-ebda tabella imma dan għandu jiġi rapportat separatament lill-Kummissjoni. Jista’ jintuża l-format ta’ hawn taħt, imma jekk jogħġbok innota li l-eżempji elenkati huma purament illustrattivi.
Tabella 4 Tabella illustrattiva biex jiġu elenkati l-varjanti/miżuri magħżula
L-elenku tal-miżuri huwa purament illustrattiv. Għall-involkru tal-bini: f’W/m2K Għas-sistemi: l-effiċjenza Jistgħu jintgħażlu diversi livelli ta’ titjib (pereżempju: valuri ta’ trażmittanza termika differenti għat-twieqi) |
3. KALKOLU TAD-DOMANDA GĦALL-ENERĠIJA PRIMARJA TAL-MIŻURI
3.1. Valutazzjoni tar-Rendiment Enerġetiku
3.1.1. Irrapporta l-proċedura tal-kalkolu għall-valutazzjoni tar-rendiment enerġetiku li qed tiġi applikata fir-rigward tal-bini ta’ referenza u l-miżuri/varjanti adottati.
3.1.2. Agħti referenzi għal-leġiżlazzjoni, għar-regolamentazzjoni, għall-istandards u għan-normi rilevanti.
3.1.3. Niżżel il-perjodu tal-kalkolu (20 jew 30 sena), l-intervall tal-kalkolu (annwali, fix-xahar jew ta’ kuljum) u d-dejta klimatika użata għal kull bini ta’ referenza.
3.2. Kalkolu tad-domanda għall-enerġija
3.2.1. Jekk jogħġbok irrapporta r-riżultati tal-kalkolu tar-rendiment enerġetiku għal kull miżura/pakkett/varjant għal kull bini ta’ referenza differenzjat/a għal mill-inqas il-ħtieġa ta’ enerġija għat-tisħin u għat-tkessiħ, l-użu tal-enerġija, l-enerġija fornuta u d-domanda għall-enerġija primarja.
Niżżel ukoll l-iffrankar tal-enerġija.
Tabella 5
It-tabella tar-riżultat tal-kalkolu tad-domanda għall-enerġija
Bini ta’ referenza |
||||||||||
Miżura/pakkett/varjant ta’ miżuri (kif deskritt fit-Tabella 4) |
Ħtieġa ta’ enerġija |
Użu ta’ enerġija |
Enerġija fornuta speċifikata skont is-sors |
Domanda għall-enerġija primarja f’kWh/m2, a |
Tnaqqis fl-enerġija fl-enerġija primarja pparagunat mal-bini ta’ referenza |
|||||
għat-tisħin |
għat-tkessiħ |
tisħin |
tkessiħ |
ventilazzjoni |
DHW |
dawl |
||||
Jekk jogħġbok imla tabella waħda għal kull bini ta’ referenza
Ir-rappurtar jista’ jkun limitat għall-iktar miżuri/pakketti importanti imma għandu jiġi indikat kemm-il kalkolu twettaq b’kollox. Jekk ikun hemm evidenza minn kalkoli preċedenti li l-miżuri mhuma kostottimali xejn, ma trid timtela l-ebda tabella imma dan għandu jiġi rapportat separatament lill-Kummissjoni.
3.2.2. Irrapporta s-sommarju tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-enerġija primarja użati fil-pajjiż f’tabella separata.
3.2.3. Indika l-enerġija fornuta għal kull trasportatur f’tabella addizzjonali.
4. IL-KALKOLU TAL-KOST GLOBALI.
4.1. |
Ikkalkula l-kost globali għall kull varjant/pakkett/miżura billi tuża t-tabelli li ġejjin li jirreferu għal xenarju (ta’ prezz tal-enerġija) baxx, medju jew għoli. Il-kalkolu tal-kost għall-bini ta’ referenza għandu jitqiegħed bħala 100 %. |
4.2. |
Irrapporta s-sors tal-iżvilupp fil-prezzijiet tal-enerġija applikat. |
4.3. |
Irrapporta r-rata ta’ skont applikata għall-kalkolu finanzjarju u għall-kalkolu makroekonomiku u r-riżultat tal-analiżi tas-sensittività sottostanti fuq mill-inqas żewġ rati tal-imgħax differenti għal kull wieħed.
Tabella 6 Id-dejta tar-riżultati u l-kalkoli tal-kost globali
|
4.4. |
Jekk jogħġbok irrapporta l-parametri tad-dħul tiegħek li ntużaw għall-kalkolu tal-kost globali (eż. il-kost tax-xogħol, il-kost tat-teknoloġija, eċċ.) |
4.5. |
Agħmel il-kalkolu fuq l-analiżi tas-sensittività għall-kostijiet prinċipali u għall-kostijiet tal-enerġija u r-rata ta’ skont applikata kemm għall-kalkolu makroekonomiku kif ukoll għal dak finanzjarju. Għal kull varjazzjoni tal-kost uża tabella separata bħat-Tabella ta’ hawn fuq. |
4.6. |
Jekk jogħġbok indika l-kost preżunt tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-kalkoli makroekonomiċi. |
5. IL-LIVELL KOSTOTTIMALI GĦALL-BINJIET TA’ REFERENZA
5.1. |
Irrapporta l-livell ekonomiku ottimali tar-rendiment enerġetiku fl-enerġija primarja (kWh/m2 fis-sena, jew jekk jiġi segwit approċċ fil-livell tas-sistemi, fl-unità rilevanti, eż. il-valur-U) għal kull każ b’rabta mal-binjiet ta’ referenza fejn tindika jekk il-livelli kostottimali ġewx ikkalkulati fil-livell makroekonomiku jew f’dak finanzjarju. |
6. PARAGUN
6.1. |
Jekk id-differenza tkun waħda sinifikanti, jekk jogħġbok indika r-raġuni li tiġġustifika d-differenza u anki pjan bil-passi xierqa sabiex titnaqqas id-differenza jekk id-differenza ma tistax tiġi ġġustifikata (kompletament)
Tabella 7 It-tabella ta’ paragun kemm għall-bini l-ġdid kif ukoll għal dak eżistenti
Ġustifikazzjoni tad-differenza: Pjan biex titnaqqas id-differenza mhux iġġustifikata: |
( 1 ) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
( 2 ) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
( 3 ) ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.
( 4 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.