02012L0027 — MT — 12.06.2019 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2012/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ottubru 2012

dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 315 14.11.2012, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/12/UE tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 141

28

28.5.2013

 M2

DIRETTIVA (UE) 2018/844 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 156

75

19.6.2018

►M3

DIRETTIVA (UE) 2018/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta' Diċembru 2018

  L 328

210

21.12.2018

►M4

REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018

  L 328

1

21.12.2018

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/826 tal-4 ta' Marzu 2019

  L 137

3

23.5.2019


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 113, 25.4.2013, p.  24 (2012/27/UE)




▼B

DIRETTIVA 2012/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ottubru 2012

dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT, IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI, ID-DEFINIZZJONIJIET U L-MIRI GĦALL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA

Artikolu 1

Suġġett u Ambitu

▼M3

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija fi ħdan l-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-mira ewlenija tal-Unjoni ta' 20 % effiċjenza fl-enerġija għall-2020 u l-mira ewlenija tagħha ta' mill-inqas 32.5 % effiċjenza fl-enerġija għall-2030 jintlaħqu u jwittu t-triq għal aktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija wara dawk id-dati.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u tipprevedi li jiġu stabbiliti miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020 u l-2030.

Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju'l-effiċjenza fl-enerġija l-ewwel.

▼B

2.  Ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhom jipprevjenu lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri iktar stretti. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tipprevedi miżuri aktar stretti, l-Istati Membru għandu jinnotifika tali leġislazzjoni lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “enerġija” tfisser kull forma ta' prodotti tal-enerġija, karburanti kombustibbli, sħana, enerġija rinnovabbli, elettriku, jew kwalunkwe forma oħra ta' enerġija, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija ( 1 );

(2) “konsum primarju tal-enerġija” tfisser il-konsum intern gross, esklużi l-użi mhux tal-enerġija;

(3) “konsum finali tal-enerġija” tfisser l-enerġija kollha pprovduta lill-industrija, it-trasport, id-djar, is-servizzi u l-agrikoltura. Dan jeskludi l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni tal-enerġija u l-industriji tal-enerġija fihom infushom;

(4) “effiċjenza fl-enerġija” tfisser il-proporzjon bejn l-output ta' prestazzjoni, servizz, oġġetti jew enerġija, għall-input ta' enerġija;

(5) “iffrankar tal-enerġija” tfisser ammont ta' enerġija frankata ddeterminat billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta' miżura ta' titjib fl-effiċjenza fl-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija;

(6) “titjib fl-effiċjenza fl-enerġija” tfisser żieda fl-effiċjenza fl-enerġija b'riżultat ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġieba u/jew ekonomiċi;

(7) “servizz tal-enerġija” tfisser il-benefiċċju fiżiku, l-utilità jew il-vantaġġ li jirriżulta minn kombinazzjoni ta' enerġija ma' teknoloġija jew azzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li tista' tinkludi l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni u l-kontroll meħtieġa biex jitwassal is-servizz, li jitwassal fuq il-bażi ta' kuntratt u li f'ċirkostanzi normali wera li jwassal għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija jew għal iffrankar tal-enerġija primarja li jista' jiġi vverifikat u mkejjel jew stmat;

(8) “korpi pubbliċi” tfisser kull “awtorità kontraenti” kif iddefinit fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi ( 2 );

(9) “gvern ċentrali” tfisser id-dipartimenti amministrattivi kollha li l-kompetenzi tagħhom jestendu fuq it-territorju kollu ta' Stat Membru;

(10) “spazju totali ta’ art li tista' tintuża” tfisser id-daqs tal-ispazju tal-art ta' bini jew parti minn bini, fejn l-enerġija tintuża biex tikkondizzjona l-klima ta' ġewwa;

(11) “sistema ta' ġestjoni tal-enerġija” tfisser sett ta' elementi interrelatati jew interattivi ta' pjan li jistabbilixxi għan ta' effiċjenza fl-enerġija u strateġija sabiex jintlaħaq dak il-għan;

(12) “standard Ewropew” tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat- Telekomunikazzjoni u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;

(13) “Standard internazzjonali” tfisser standard adottat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni u magħmul disponibbli għall-pubbliku;

(14) “parti obbligata” tfisser distributur tal-enerġija jew il-kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum li hija marbuta bl-iskema nazzjonali ta' obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7;

(15) “parti inkarigata” tfisser entità legali b'setgħa ddelegata minn gvern jew korp pubbliku ieħor biex tiżviluppa, tmexxi jew tħaddem skema ta' finanzjament f'isem il-gvern jew korp pubbliku ieħor;

(16) “parti parteċipanti” tfisser intrapriża jew korp pubbliku li impenja ruħu li jilħaq ċerti għanijiet taħt ftehim volontarju, jew huwa kopert minn strument regolatorju ta' politika nazzjonali;

(17) “awtorità pubblika ta' implimentazzjoni” tfisser korp irregolat mil-liġi pubblika li hu responsabbli għat-twettiq jew il-monitoraġġ tat-tassazzjoni fuq l-enerġija jew il-karbonju, skemi u strumenti finanzjarji, inċentivi fiskali, standards u regoli, skemi ta' tikkettar tal-enerġija, taħriġ jew edukazzjoni;

(18) “miżura ta' politika” tfisser strument ta' dispożizzjoni regolatorju, finanzjarju, fiskali, volontarju jew ta' informazzjoni formalment stabbilit u implimentat fi Stat Membru biex jinħoloq qafas ta' appoġġ, rekwiżit jew inċentiv għall-atturi tas-suq biex jipprovdu u jixtru servizzi ta' enerġija u biex jieħdu miżuri oħrajn għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija;

(19) “azzjoni individwali” tfisser azzjoni li twassal għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija li jista' jiġi vverifikat, u li jista' jitkejjel jew jiġi stmat, u li titwettaq b'riżultat ta' mizura ta' politika;

(20) “distributur tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li hija responsabbli għall-kunsinna tal-enerġija, bil-għan li titwassal lil klijenti aħħarin jew lil stazzjonijiet ta' distribuzzjoni li jbiegħu l-enerġija lil klijenti aħħarin;

(21) “operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni” tfisser “operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni” kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE rispettivament;

(22) “kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ l-enerġija lil klijenti aħħarin;

(23) “klijent aħħari” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu aħħari tagħha stess;

(24) “fornitur ta' servizz tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta' enerġija jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija f'faċilità jew f'bini ta' klijent aħħari;

(25) “verifika tal-enerġija” tfisser proċedura sistematika bil-għan li jinkiseb għarfien adegwat tal-profil eżistenti tal-konsum tal-enerġija ta' bini jew ta' grupp ta' bini, ta' operazzjoni jew ta' installazzjoni industrijali jew kummerċjali jew ta' servizz privat jew pubbliku, li jidentifika u jikkwantifika opportunitajiet kosteffettivi għall-iffrankar tal-enerġija, u jirrapporta s-sejbiet;

(26) “intrapriżi żgħar u ta' daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi kif definit fit-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ( 3 ); il-kategorija ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat totali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx EUR 43 miljun;

(27) “kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija” tfisser arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċjarju u l-fornitur ta' miżura għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, ivverifikata u sorveljata matul it-terminu kollu tal-kuntratt, fejn l-investimenti (ix-xogħol, il-provvista jew is-servizz) f'dik il-miżura isir ħlas għalihom b'rabta ma' livell ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija miftiehem kuntrattwalment jew ma' kriterju ieħor miftiehem ta' prestazzjoni tal-enerġija, bħal iffrankar finanzjarju;

(28) "sistema ta' arloġġi intelliġenti" tfisser sistema elettronika li tista' tkejjel il-konsum tal-enerġija, billi tipprovdi aktar informazzjoni minn arloġġ konvenzjonali, u jista' jittrasmetti d-data billi juża forma ta' komunikazzjoni elettronika.

(29) “operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser “operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni” kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE rispettivament;

(30) “koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta' enerġija termali u ta' enerġija elettrika jew mekkanika;

(31) “domanda ekonomikament ġustifikabbli” tfisser domanda li ma taqbiżx il-ħtiġijiet għat-tisħin jew għat-tkessiħ u li kieku tiġi sodisfatta f'kundizzjonijiet tas-suq minn proċessi ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għajr il-koġenerazzjoni;

(32) “sħana utli” tfisser sħana prodotta fi proċess ta' koġenerazzjoni biex tissodisfa domanda ekonomikament ġustifikabbli għal tisħin jew għal tkessiħ;

(33) “elettriku minn koġenerazzjoni” tfisser elettriku ġġenerat fi proċess marbut mal-produzzjoni ta' sħana utli u kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilità fl-Anness I;

(34) “koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II;

(35) “effiċjenza kumplessiva” tfisser is-somma annwali tal-produzzjoni tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika u tal-output ta' sħana utli diviża bl-input ta' karburant użat għas-sħana prodotta fi proċess ta' koġenerazzjoni u bil-produzzjoni grossa tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika;

(36) “proporzjon tal-enerġija għas-sħana” tfisser il-proporzjon tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għas-sħana utli meta t-tagħmir jopera f'modalità ta' koġenerazzjoni sħiħa fejn tintuża d-data operattiva tal-unità speċifika;

(37) “unità ta' koġenerazzjoni” tfisser unità li tista' topera f'modalità ta' koġenerazzjoni;

(38) “unità ta' koġenerazzjoni ta' skala żgħira” tfisser unità ta' koġenerazzjoni b' kapaċità installata taħt il-1 MWe;

(39) “unità ta' mikrokoġenerazzjoni” tfisser unità ta' koġenerazzjoni b'kapaċità massima taħt il-50 kWe;

(40) “proporzjon ta' biċċa art” tfisser il-proporzjon tal-erja tal-qiegħa tal-art għall-bini għall-erja tal-art f'territorju speċifikat;

(41) “tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti” tfisser sistema ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali li tuża mill-inqas 50 % enerġija rinnovabbli, 50 % sħana mitlufa, 75 % sħana koġenerata jew 50 % ta' kombinazzjoni ta' tali enerġija u sħana;

(42) “tisħin u tkessiħ effiċjenti” tfisser alternattiva ta' tisħin u tkessiħ li meta mqabbla ma' xenarju bażiku li jirrifletti sitwazzjoni ta' negozju normali tnaqqas b'mod miżurabbli l-input ta' enerġija primarja meħtieġ biex tiġi pprovduta unità waħda ta' enerġija pprovduta fi ħdan konfini tas-sistema rilevanti b'mod kosteffettiv, kif ivvalutata fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji msemmija f'din id-Direttiva, b'kont meħud tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni;

(43) “tisħin u tkessiħ individwali effiċjenti” tfisser alternattiva ta' provvista ta' tisħin u tkessiħ individwali li, meta mqabbla ma' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, tnaqqas b'mod miżurabbli l-input ta' enerġija primarja mhux rinnovabbli meħtieġ biex tiġi pprovduta unità waħda ta' enerġija pprovduta fi ħdan konfini tas-sistema rilevanti jew teħtieġ l-istess input ta' enerġija primarja mhux rinnovabbli izda bi spiża aktar baxxa, b'kont meħud tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni;

(44) “rinovazzjoni sostanzjali” tfisser rinovazzjoni li l-ispiża għaliha taqbeż il-50 % tal-ispiża tal-investiment għal unità ġdida komparabbli;

(45) “aggregatur” tfisser fornitur ta' servizz li għalih hemm domanda li jgħaqqad tagħbijiet multipli ta' tul qasir tal-konsumaturi għall-bejgħ jew għall-bejgħ bl-irkant fis-swieq tal-enerġija organizzati.

Artikolu 3

Miri għall-effiċjenza tal-enerġija

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira nazzjonali indikattiva għall-effiċjenza fl-enerġija, abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew l-intensità tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miri f'konformità mal-Artikolu 24(1) u l-Anness XIV Parti 1. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jesprimu wkoll dawk il-miri f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u għandhom jispjegaw kif, u abbażi ta' liema data, dan ġie kkalkulat.

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:

▼M1

(a) li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 għandu jkun ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali;

▼B

(b) tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;

(c) tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE;

(d) ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont ukoll taċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:

(a) il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;

(b) l-evoluzzjoni u t-tbassir tal-PDG;

(c) il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;

(d) l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u

(e) l-azzjoni bikrija.

▼M1

2.  Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali fl-2020.

▼B

3.  Fit-twettiq tar-reviżjoni imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:

(a) tiġbor il-miri indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija rrapportati mill-Istati Membri;

(b) tivvaluta jekk il-ġabra ta' dawk il-miri tistax titqies bħala gwida affidabbli għal jekk l-Unjoni kollha kemm hi hijiex qiegħda fit-triq it-tajba, filwaqt li tqis, l-evalwazzjoni tal-ewwel rapport annwali f'konformità mal-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjani Nazzjonali ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);

(c) tieħu kont tal-analiżi komplementari li tirriżulta minn:

(i) valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum finali tal-enerġija jew l-iffrankar finali tal-enerġija, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta' dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta' din id-Direttiva;

(ii) riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward ta' xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni;

▼M1

(d) qabbel ir-riżultati taħt il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tinħtieġ biex jintlaħaq konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 ta’ enerġija finali fl-2020.

▼M3

4.  Sal-31 ta' Ottubru 2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Unjoni tkunx laħqet il-miri ewlenija tagħha ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2020.

5.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva f'konformità mal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). Meta jistabbilixxu dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 273 Mtoe ta' enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 956 Mtoe ta' enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jibagħtu notifika dwar dawk il-kontribuzzjonijiet lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjani nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f'konformità magħhom.

6.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miri ewlenin tal-Unjoni ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2030 stabbiliti fl-Artikolu 1(1), bil-ħsieb li tippreżenta proposta leġislattiva sal-2023 biex tirrevedi dawk il-miri 'l fuq fil-każ ta' tnaqqis sostanzjali fl-ispejjeż li jirriżulta minn żviluppi ekonomiċi jew teknoloġiċi, jew fejn meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-impenji internazzjonali tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni.

▼B



KAPITOLU II

L-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

▼M4 —————

▼B

Artikolu 5

Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, kull Stat Membru għandu jiżgura li, mill-1 ta' Jannar 2014, tiġi rrinovata kull sena 3 % mill-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà ta' u okkupata mill-gvern ċentrali tiegħu sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' d-Direttiva 2010/31/UE.

Ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 500 m2 ta' art utilizzabbli li tkun il-proprjetà ta' u okkupata mill-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Dak il-limitu għandu jitnaqqas għal 250 m2 mid-9 ta' Lulju 2015.

Fejn Stat Membru jeħtieġ li l-obbligu li kull sena tiġi rinovata 3 % tal-erja totali tal-art jestendi għall-erja tal-art li hija proprjetà ta' u okkupata mid-dipartimenti amministrattivi f'livell taħt il-gvern ċentrali, ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' art utilizzabbli ta' iktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, iktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà ta' u kkontrollatat mill-gvern ċentrali jew dawn id-dipartimenti amministrattivi tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

Meta jimplimentaw miżuri għar-rinovazzjoni komprensiva tal-bini tal-gvern ċentrali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jqisu l-bini inġenerali, inklużi l-pakkett finanzjarju, it-tagħmir, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini tal-gvern ċentrali bl-aktar prestazzjoni baxxa ta' enerġija jkun prijorità għall-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija, fejn dan ikun kosteffettiv u teknikament fattibbli.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a) bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent magħżul, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija tibdel b'mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(b) bini li hu proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintuża għal finijiet ta' difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta' għajxien singoli jew bini tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;

(c) bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi.

3.  Jekk Stat Membru jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tal-gvern ċentrali f'sena speċifika, huwa jista'jgħodd mar-rata annwali ta' rinovazzjoni kwalunkwe waħda mit-tliet snin preċedenti jew sussegwenti.

4.  L-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinovazzjoni annwali ta' bini tal-gvern ċentrali bini ġdid okkupat u li huwa proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku li jkun twaqqa' f'waħda mis-sentejn preċedenti, jew bini li jkun inbiegħ, li twaqqa' jew li m'għadux jintuża f'xi waħda mis-sentejn preċedenti minħabba użu aktar intensiv ta' bini ieħor.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju ta' bini tal-gvern ċentrali imsaħħan u/jew imkessaħ b'art utilizzabbli ta' daqs totali ta' aktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, ta' aktar minn 250 m2, bl-esklużjoni ta' bini eżentat abbażi tal-paragrafu 2. L-inventarju għandu jkollu fih id-data li ġejja:

(a) l-erja tal-art f'm2; u

(b) il-prestazzjoni tal-enerġija ta' kull binja jew data rilevanti dwar l-enerġija.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu approċċ alternattiv għall-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, fejn huma jieħdu miżuri kosteffettivi oħrajn, inklużi rinovazzjonijiet profondi u miżuri għal bidla fl-imġiba tal-okkupanti, sabiex sal-2020 jiksbu ammont ta' ffrankar tal-enerġija f'bini eliġibbli li huwa l-proprjetà ta' u okkupat mill-gvern ċentrali tagħhom li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fil-paragrafu 1, rappurtat fuq bażi annwali.

Għall-finijiet ta l-approċċ alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali qabel u wara r-rinovazzjoni u skont l-istimi tas-superfiċje tal-istokk tagħhom. Il-kategoriji ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali għandhom jirrappreżentaw l-istokk ta' tali bini tal-gvern ċentrali.

L-Istati Membri li jagħżlu l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2013, dwar il-miżuri alternattivi li biħsiebhom jadottaw, filwaqt li juru kif se jiksbu titjib ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li huwa proprjetà tal-gvern ċentrali.

7.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u lill-korpi ta' akkomodazzjoni soċjali rregolati mid-dritt pubbliku, b' konsiderazzjoni debita għall-kompetenzi u l-istruttura amministrattiva rispettivi tagħhom, biex:

(a) jadottaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija, awtonomu jew bħala parti minn pjan usa' għall-klima jew għall-ambjent, li jkun fih għanijiet u azzjonijiet speċifiċi għall-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija, bil-ħsieb li jsegwi r-rwol eżemplari tal-bini tal-gvern ċentrali stabbilit fil-paragrafi 1, 5 u 6;

(b) jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-enerġija, inklużi verifiki tal-enerġija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;

(c) jużaw, fejn xieraq, kumpanniji ta' servizzi tal-enerġija, u kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-finanzjament tar-rinovazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-pjani għall-manutenzjoni jew it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fit-tul.

Artikolu 6

Xiri minn korpi pubbliċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gvernijiet ċentrali jixtru biss prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni għolja fl-effiċjenza enerġetika, dment li dak ikun konsistenti mal-kost-effettività, il-fattibilità ekonomika, is-sostenibilità aktar wiesgħa, l-adattabbiltà teknika kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, kif imsemmi fl-Anness III.

L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kuntratti għax-xiri ta' prodotti, servizzi u bini minn korpi pubbliċi sa fejn tali kuntratti jkollhom valur ugwali għal jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18/KE.

2.  L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-kuntratti tal-forzi armati, biss safejn l-applikazzjoni tiegħu ma toħloqx konflitt man-natura u l-għan primarji tal-attivitajiet tal-forzi armati. L-obbligu ma għandux japplika għat-tagħmir militari kif iddefinit mid-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà ( 5 ).

3.  L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, b'rispett dovut għall-kompetenzi rispettivi u l-istruttura amministrattiva tagħhom, biex isegwu r-rwol eżemplari tal-gvernijiet ċentrali tagħhom biex jixtru biss prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni għolja tal-effiċjenza fl-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, meta jinħarġu offerti għal kuntratti ta' servizzi b'kontenut sinifikanti ta' enerġija, biex jivvalutaw il-possibbiltà li jiġu konklużi kuntratti ta' prestazzjoni tal-enerġija fit-tul li jipprovdu ffrankar tal-enerġija fit-tul.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta jinxtara pakkett ta' prodotti kopert kollu mill-att iddelegat adottat taħt id-Direttiva 2010/30/UE, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-effiċjenza aggregata tal-enerġija għandha tieħu prijorità fuq l-effiċjenza fl-enerġija tal-prodotti individwali f'dak il-pakkett, bix-xiri tal-pakkett ta' prodotti li jikkonforma mal-kriterju li jappartjeni għall-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija.

▼M3

Artikolu 7

Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:

(a) iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ta' 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perijodu ta' tliet snin reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2013. Il-bejgħ tal-enerġija, bil-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dak il-kalkolu;

(b) iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ta' 0,8 % tal-konsum finali annwali tal-enerġija, fuq medja tal-aktar perijodu ta' tliet snin reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019. B'deroga minn dak ir-rekwiżit, Ċipru u Malta għandhom jiksbu ffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ekwivalenti għal 0,24 % tal-konsum finali annwali tal-enerġija, fuq medja tal-aktar perijodu ta' tliet snin reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019.

L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ta' politika, kemm jekk introdotti sal-31 ta' Diċembru 2020 jew wara dik id-data, sakemm dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali ġodda li jitwettqu wara l-31 ta' Diċembru 2020.

L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid, skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għal perijodi ta' għaxar snin wara l-2030, sakemm reviżjonijiet mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin warajhom ma jikkonkludux li dan mhuwiex meħtieġ biex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2050.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif iqassmu f'fażijiet il-kwantità kkalkulata ta' ffrankar ġdid fuq kull perijodu msemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ fl-użu finali tal-enerġija jkun intlaħaq sal-aħħar ta' kull perijodu ta' obbligu.

2.  Sakemm l-Istati Membri jwettqu mill-inqas l-obbligu tagħhom ta' ffrankar kumulattiv fl-użu finali tal-enerġija msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1), huma jistgħu jikkalkulaw l-ammont meħtieġ ta' ffrankar tal-enerġija b'wieħed jew aktar mill-mezzi li ġejjin:

(a) japplikaw rata ta' ffrankar annwali fuq il-bejgħ tal-enerġija lil klijenti aħħarin jew fuq il-konsum finali tal-enerġija, fuq medja tal-aktar perijodu ta' tliet snin reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019;

(b) jeskludu, għalkollox jew parzjalment, l-enerġija użata fit-trasport mix-xenarju bażi tal-kalkolu;

(c) jużaw kwalunkwe waħda mill-għażliet imsemmijin fil-paragrafu 4.

3.  Fejn l-Istati Membri jużaw il-possibbiltajiet previsti fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2, huma għandhom jistabbilixxu:

(a) ir-rata ta' ffrankar annwali tagħhom li ser tiġi applikata fil-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali, li għandha tiżgura li l-ammont finali tal-iffrankar nett tal-enerġija tagħhom ma jkunx anqas minn dak meħtieġ skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1; u

(b) ix-xenarju bażi tal-kalkolu tagħhom li jista' jeskludi, għalkollox jew parzjalment, l-enerġija użata fit-trasport.

4.  Soġġett għall-paragrafu 5, kull Stat Membru jista':

(a) iwettaq il-kalkolu meħtieġ taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 billi juża valuri ta' 1 % fl-2014 u fl-2015; 1,25 % fl-2016 u fl-2017; u ta' 1,5 % fl-2018, l-2019 u l-2020;

(b) jeskludi mill-kalkolu l-bejgħ kollu jew parti mill-bejgħ tal-enerġija użata, bil-volum, b'rabta mal-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jew l-enerġija finali kkunsmata, b'rabta mal-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu, mill-attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

(c) jgħodd, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trasmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta' tisħin distrettwali u tkessiħ distrettwali, bħala riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5), u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' politika maħsubin tagħhom skont dan il-punt għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 u sal-31 ta' Diċembru 2030 bħala parti mill-pjani nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. L-impatt ta' dawk il-miżuri għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness V u inkluż f'dawk il-pjani;

(d) jgħodd, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn azzjonijiet individwali ġodda li jkunu ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 li jkomplu jkollhom impatt fl-2020 fir-rigward tal-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lil hinn mill-2020 fir-rigward tal-perijodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u li jista' jitkejjel u jiġi vverifikat;

(e) jgħodd, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ta' politika sakemm jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali mwettqa mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020 li jwasslu għal iffrankar wara l-31 ta' Diċembru 2020;

(f) jeskludi mill-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, 30 % tal-ammont verifikabbli ta' enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għal użu proprju b'riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwovu l-installazzjonijiet ġodda ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli;

(g) jgħodd mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, dak l-iffrankar tal-enerġija li jeċċedi l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu ta' obbligu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, sakemm dak l-iffrankar jirriżulta minn azzjonijiet individwali mwettqa taħt miżuri ta' politika msemmijin fl-Artikoli 7a u 7b, li ngħatat notifika dwarhom mill-Istati Membri fil-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza fl-Enerġija u rappurtati fir-rapporti tal-progress tagħhom skont l-Artikolu 24.

5.  L-Istati Membri għandhom japplikaw u jikkalkulaw l-effett tal-għażliet magħżulin taħt il-paragrafu 4 għall-perijodi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 separatament

(a) għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 4. L-għażliet kollha magħżulin taħt il-paragrafu 4 meħudin flimkien iridu jammontaw għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b) għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (b) sa (g) tal-paragrafu 4, sakemm l-azzjonijiet individwali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 jkomplu jkollhom impatt verifikabbli u li jista' jitkejjel wara l-31 ta' Diċembru 2020. L-għażliet kollha magħżulin skont il-paragrafu 4 meħudin flimkien ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis ta' aktar minn 35 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija kkalkulat skont il-paragrafi 2 u 3.

Irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jeskludux għalkollox jew parzjalment l-enerġija użata fit-trasport mix-xenarju bażi tal-kalkolu tagħhom jew jużawx kwalunkwe mill-għażliet elenkati fil-paragrafu 4, għandhom jiżguraw li l-ammont nett ikkalkulat ta' ffrankar ġdid li jrid jinkiseb fil-konsum finali tal-enerġija matul il-perjodu ta' obbligu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ma jkunx aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta' ffrankar annwali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

6.  L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-pjani nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/1999 il-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija li għandu jinkiseb tul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom, jekk ikun rilevanti, jispjegaw kif ġew stabbiliti r-rata ta' ffrankar annwali u x-xenarju bażi tal-kalkolu u kif, u sa liema punt, l-għażliet imsemmijin fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ġew applikati.

7.  L-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta' Diċembru 2020 ma għandux jgħodd mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

8.  B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jippermettu lill-partijiet obbligati jużaw l-għażla msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7a(6) jistgħu, għall-iskop tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija miksub fi kwalunkwe sena partikolari wara l-2010 u qabel il-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu daqslikieku l-iffrankar tal-enerġija minflok kien inkiseb wara l-31 ta' Diċembru 2013 u qabel l-1 ta' Jannar 2021, sakemm ikunu japplikaw iċ-ċirkostanzi kollha hawn taħt:

(a) l-iskema ta' obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija kienet fis-seħħ fi kwalunkwe punt bejn il-31 ta' Diċembru 2009 u l-31 ta' Diċembru 2014 u kienet inkluża fl-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija tal-Istat Membru, ippreżentat skont l-Artikolu 24;

(b) l-iffrankar ikun ġie ġġenerat skont l-iskema ta' obbligu;

(c) l-iffrankar jiġi kkalkulat skont l-Anness V;

(d) is-snin li għalihom l-iffrankar jingħadd bħala li nkiseb ikunu ġew irrappurtati fil-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont l-Artikolu 24(2).

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iffrankar li jirriżulta minn miżuri ta' politika msemmijin fl-Artikoli 7a u 7b u fl-Artikolu 20(6) jiġi kkalkulat skont l-Anness V.

10.  L-Istati Membri għandhom jiksbu l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi jistabbilixxu skema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7a jew billi jadottaw miżuri ta' politika alternattivi msemmija fl-Artikolu 7b. L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw skema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija ma' miżuri ta' politika alternattivi.

11.  Fit-tfassil ta' miżuri ta' politika biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jiffrankaw l-enerġija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jittaffa l-faqar enerġetiku, skont il-kriterji stabbiliti minnhom u filwaqt li jqisu l-prattiki disponibbli tagħhom fil-qasam, billi jitolbu, sa fejn xieraq, sehem ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fl-iskemi nazzjonali tagħhom ta' obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija, il-miżuri ta' politika alternattivi tagħhom, jew il-programmi jew miżuri tagħhom iffinanzjati fil-qafas ta' Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija li għandu jiġi implimentat bħala prijorità fost unitajiet domestiċi vulnerabbli, inkluż dawk milquta mill-faqar enerġetiku u, fejn xieraq, fl-akkomodazzjoni soċjali.

L-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar ir-riżultat tal-miżuri biex jittaffa l-faqar enerġetiku fil-kuntest ta' din id-Direttiva fir-rapporti ta' progress integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

12.  L-Istati Membri għandhom juru li meta jkun hemm “overlap” fl-impatt ta' miżuri ta' politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta' ffrankar tal-enerġija.

▼M3

Artikolu 7a

Skemi ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija

1.  Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jwettqu l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta' ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' skema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija, huma għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li joperaw fit-territorju ta' kull Stat Membru jissodisfaw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) u (5), ir-rekwiżit tagħhom ta' ffrankar kumulattiv fl-użu finali tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 7(1).

Fejn applikabbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li partijiet obbligati jwettqu dak l-iffrankar, kollu jew parti minnu, bħala kontribuzzjoni għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont l-Artikolu 20(6).

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati fost id-distributuri tal-enerġija, kumpanniji li jbigħu l-enerġija fil-livell tal-konsum u distributuri ta' karburant għat-trasport jew bejjiegħa fil-livell tal-konsum ta' karburant għat-trasport li joperaw fit-territorju tagħhom. L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ biex jitħares l-obbligu għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati fost il-klijenti aħħarin, nominati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu magħmul skont l-Artikolu 7(1) jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, permezz ta' ffrankar iċċertifikat li jkun ġej minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (a) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

3.  Fejn kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum ikunu nnominati bħala partijiet obbligati taħt il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt li qed jissodisfaw l-obbligu tagħhom, kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum ma joħolqu l-ebda xkiel li jimpedixxi lill-konsumaturi milli jaqilbu minn fornitur għal ieħor.

4.  L-Istati Membri għandhom jesprimu l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ minn kull parti obbligata f'termini ta' konsum finali jew primarju tal-enerġija. Il-metodu magħżul biex jiġi espress l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għandu jintuża wkoll biex jiġi kkalkulat l-iffrankar iddikjarat mill-partijiet obbligati. Għandhom japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Anness IV.

5.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' kejl, kontroll u verifika li fil-qafas tagħhom issir verifika dokumentata fuq mill-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija attwati mill-partijiet obbligati. Il-kejl, kontroll u verifika għandhom jitwettqu indipendentement mill-partijiet obbligati.

6.  Fl-iskema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin, jew it-tnejn:

(a) iħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta' servizzi tal-enerġija jew partijiet terzi oħrajn inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-Istat jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri jippermettu dan, huma għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija ssegwi proċess ta' approvazzjoni li jiddaħħal fis-seħħ fl-Istati Membri, li jkun ċar, trasparenti, u miftuħ għall-parteċipanti kollha tas-suq, u li jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;

(b) iħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar miksub f'sena partikolari bħallikieku nkiseb fi kwalunkwe waħda mill-erba' snin preċedenti jew mit-tliet snin sussegwenti sakemm dan ma jmurx lil hinn mit-tmiem tal-perijodi ta' obbligu stabbiliti fl-Artikolu 7(1).

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, jekk xieraq, jieħdu miżuri biex jimminimizzaw l-impatt tal-ispejjeż diretti u indiretti ta' skemi ta' obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija fuq il-kompetittività tal-industriji li jużaw ħafna enerġija esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali.

7.  Darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-iffrankar tal-enerġija miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta' parti obbligata, u b'kollox taħt l-iskema.

Artikolu 7b

Miżuri ta' politika alternattivi

1.  Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jwettqu l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-iffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' miżuri ta' politika alternattivi, huma għandhom jiżguraw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) u (5), li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) jinkiseb fost il-klijenti aħħarin.

2.  Għall-miżuri kollha għajr dawk li jirrelataw mat-tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' kejl, kontroll u verifika li taħthom issir verifika dokumentata fuq tal-inqas proporzjon u kampjun rappreżentattiv statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija attwati mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati. Il-kejl, kontroll u verifika għandhom jitwettqu indipendentement mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati.

▼B

Artikolu 8

Il-verifiki tal-enerġija u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-disponibbiltà lill-klijenti aħħarin kollha ta' verifiki tal-enerġija ta' kwalità għolja li huma kosteffettivi u

(a) imwettqa b'mod indipendenti minn esperti kwalifikati u/jew akkreditati skont il-kriterji ta' kwalifikazzjoni; jew

(b) implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti taħt il-leġislazzjoni nazzjonali.

Il-verifiki tal-enerġija msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu minn esperti interni jew kontrolluri tal-enerġija dment li l-Istati Membru kkonċernat ikun stabbilixxa skema biex jiżgura u jivverifika l-kwalità tagħhom, inkluż, jekk xieraq, għażla annwali u għal għarrieda ta' mill-inqas perċentwali statistikament sinifikanti tal-kontrolli kollha tal-enerġija li huma jwettqu.

Għall-għan tal-garanzija ta' kwalità għolja tal-verifiki tal-enerġija u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji trasparenti u nondiskriminatorji minimi għall-verifiki tal-enerġija bbażati fuq l-Anness VI.

Il-verifiki tal-enerġija m'għandhomx jinkludu klawżoli li jipprevjenu s-sejbiet tal-verifika milli jiġu trasferiti lil xi fornitur ta' servizz tal-enerġija kwalifikat/akkreditat, bil-kondizzjoni li l-klijent ma joġġezzjonax.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi biex jinkoraġġixxu ill-SMEs biex iwettqu verifiki tal-enerġija u l-implimentazzjoni sussegwenti tar-rakkomandazzjonijiet minn dawn il-verifiki.

Abbażi ta' kriterji trasparenti u nondiskriminatorji u mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta' appoġġ għall-SMEs, inkluż jekk dawn ikunu kkonkludew ftehimiet volontarji, biex ikopru l-ispejjeż ta' verifika tal-enerġija u tal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet kosteffettivi ħafna mill-verifiki tal-enerġija, jekk il-miżuri proposti jkunu implimentati.

L-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-SMEs, inkluż permezz tal-organizzazzjonijiet intermedjarji rappreżentattivi rispettivi tagħhom, għal eżempji konkreti ta' kif is-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija jistgħu jgħinu lin-negozju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri billi tappoġġa l-iskambji tal-aħjar prattika f'dan il-qasam.

3.  L-Istati Membri għandhom ukoll jiżviluppaw programmi biex iqajmu kuxjenza fost id-djar dwar il-benefiċċji ta' tali kontrolli permezz ta' servizzi xierqa ta' konsulenza.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu programmi ta' taħriġ għall-kwalifika tal-awdituri tal-enerġija sabiex jiffaċilitaw disponibbiltà suffiċjenti ta' esperti.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi li mhumiex SMEs ikunu soġġetti għal verifika tal-enerġija li ssir b'mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kkwalifikati u/jew akkreditati jew implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġislazzjoni nazzjonali sal-5 ta' Diċembru 2015 u tal-anqas kull erba' snin mid-data tal-verifika tal-enerġija preċedenti.

5.  Il-verifiki tal-enerġija għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-paragrafu 4 meta jitwettqu b'mod indipendenti, abbażi ta' kriterji minimi bbażati fuq l-Anness VI, u implimentati taħt ftehimiet volontarji konklużi bejn organizzazzjonijiet ta' partijiet interessati u korp maħtur u ssorveljat mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn korpi oħrajn li lilhom l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw ir-responsabbiltà kkonċernata, jew mill-Kummissjoni.

L-aċċess għall-parteċipanti fis-suq li joffru servizzi tal-enerġija għandu jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u nondiskriminatorji.

6.  Intrapriżi li mhumiex SMEs u li qed jimplimentaw sistema ta' ġestjoni ta' enerġija jew ambjentali - ċertifikata minn korp indipendenti konformement mal-Istandards Ewropej jew Internazzjonali rilevanti - għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżiti tal-paragrafu 4, dment li l-Istati Membri jiżguraw li s-sistema ta' ġestjoni kkonċernata tinkludi verifika tal-enerġija abbażi tal-kriterji minimi bbażati fuq l-Anness VI.

7.  Il-verifiki tal-enerġija jistgħu jkunu awtonomi jew ikunu parti minn awditjar ambjentali iktar wiesa'. L-Istati Membri jistgħu ikunu jeħtieġu li valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-konnessjoni għal netwerk ippjanat jew eżistenti ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali tkun parti mill-verifika tal-enerġija.

Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw skemi li jinċentivaw u jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-verifiki tal-enerġija u miżuri simili.

Artikolu 9

▼M3

Kejl tal-konsum għall-gass u l-elettriku

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn ikun teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijenti aħħarin tal-elettriku u l-gass naturali jingħataw arloġġi individwali bi prezz kompetittiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum ta' enerġija reali tagħhom u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu.

▼B

Tali arloġġi individwali bi prezz kompetittiv għandhom jiġu dejjem ipprovduti meta:

(a) arloġġ eżistenti jinbidel, sakemm dan ma jkunx teknikament impossibbli jew ma jkunx kosteffettiv meta wieħed jikkunsidra l-iffrankar potenzjali stmat fuq tul ta' żmien.

(b) ssir konnessjoni ġdida f'bini ġdid jew f'bini li fih isiru rinnovazzjonijiet kbar, kif stipulat fid-Direttiva 2010/31/UE.

2.  Meta, u sa fejn, l-Istati Membri jimplimentaw sistemi ta' arloġġi intelliġenti f'konformità u jintroduċu arloġġi intelliġenti għall-gass naturali u/jew l-elettriku konformement mad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE:

(a) huma għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-arloġġi jagħtu informazzjoni dwar il-ħin effettiv ta' użu għall-klijenti aħħarin u li l-għanijiet tal-effiċjenza fl-enerġija u l-benefiċċji tal-klijenti aħħarin jitqiesu bis-sħiħ meta jiġu stabbiliti l-funzjonalitajiet minimi tal-arloġġi u l-obbligi imposti fuq il-parteċipanti fis-suq;

(b) huma għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-arloġġi intelliġenti u l-komunikazzjoni tad-data, u l-privatezza tal-klijenti aħħarin, f'konformità mal-protezzjoni tad-data u l-leġislazzjoni dwar il-privatezza rilevanti tal-Unjoni.

(c) fil-każ tal-elettriku u fuq talba tal-klijent aħħari, huma għandhom jirrikjedu lill-operaturi tal-arloġġi biex jiżguraw li l-arloġġ jew arloġġi jistgħu jagħtu kont tal-elettriku li ddaħħal fil-grilja mill-bini tal-klijent aħħari.

(d) huma għandhom jiżguraw li jekk il-klijenti aħħarin jagħmlu talba, id-data mill-arloġġi dwar l-elettriku li jitfgħu (l-input) u l-gass li jieħdu (l-offtake) tkun disponibbli għalihom jew għal parti terza li tkun qed taġixxi f'isem il-klijent aħħari f'format li jista' jiftiehem faċilment li jistgħu jużaw sabiex iqabblu l-ftehimiet b'mod identiku.

(e) huma għandhom jeħtieġu li jingħataw il-konsulenza u l-informazzjoni adegwati lill-klijenti fil-ħin tal-installazzjoni tal-arloġġi intelliġenti, b'mod partikolari dwar il-potenzjal sħiħ tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-arloġġi u l-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija.

▼M3 —————

▼M3

Artikolu 9a

Kejl tal-konsum għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għat-tisħin distrettwali, it-tkessiħ distrettwali u l-ilma sħun domestiku, il-klijenti aħħarin jingħataw arloġġi bi prezz kompetittiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum reali tagħhom ta' enerġija.

2.  Fejn it-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun domestiku jiġu fornuti lil bini minn sors ċentrali li jaqdi għadd ta' bini jew minn sistema ta' tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, għandu jiġi installat arloġġ fejn isir l-iskambju tas-sħana jew fil-punt ta' konsenja.

Artikolu 9b

Kejl separat tal-konsum u allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku

1.  F'binjiet b'aktar minn appartament wieħed u f'binjiet b'diversi użi b'sors ċentrali ta' tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistema ta' tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-ilma sħun domestiku għal kull unità tal-bini, fejn teknikament fattibbli u kosteffettiv, jiġifieri jkun proporzjonati fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija potenzjali.

Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew fejn ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull unità ta' bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża għat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull radjatur sakemm l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża għat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti,. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tat-tisħin. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri biex jiġu determinati n-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u n-nuqqas ta' kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.

2.  F'bini ġdid b'aktar minn appartament wieħed u fil-partijiet residenzjali ta' bini ġdid b'diversi użi li huma mgħammra b'sors ċentrali ta' tisħin għall-ilma sħun domestiku jew jiġu fornuti minn sistemi ta' tisħin distrettwali, għandhom, minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jiġu pprovduti arloġġi individwali għall-ilma sħun domestiku.

3.  Fejn binjiet b'aktar minn appartament wieħed jew b'diversi użi jiġu moqdija minn tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, jew fejn li jkollhom is-sistemi komuni tagħhom ta' tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkun prevalenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ regoli nazzjonali trasparenti u pubblikament disponibbli dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-ilma sħun domestiku f'tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontabilità tal-konsum individwali. Fejn xieraq, tali regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-mod ta' allokazzjoni tal-ispiża għall-enerġija li tiġi użata kif ġej:

(a) ilma sħun domestiku;

(b) sħana mormija mill-installazzjoni tal-bini u għall-iskop tat-tisħin taż-żoni komuni, fejn it-taraġ u l-kurituri jkunu mgħammra b'radjaturi;

(c) għall-iskop tat-tisħin jew it-tkessiħ ta' appartamenti.

Artikolu 9c

Rekwiżit ta' qari mill-bogħod

1.  Għall-finijiet tal-Artikoli 9a u 9b, l-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin installati wara l-25 ta' Ottubru 2020 għandhom ikunu apparati li jinqraw mill-bogħod. Il-kundizzjonijiet ta' fattibilità teknika u kosteffettività stipulati fl-Artikolu 9b(1) għandhom jibqgħu japplikaw.

2.  L-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin li ma jinqrawx mill-bogħod iżda li diġà ġew installati għandhom isiru jinqraw mill-bogħod jew jiġu ssostitwiti b'apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta' Jannar 2027, ħlief fejn l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhuwiex kosteffiċjenti.

▼B

Artikolu 10

▼M3

Informazzjoni dwar il-kontijiet għall-gass u l-elettriku

1.  Fejn il-klijenti aħħarin ma jkollhomx l-arloġġi intelliġenti kif imsemmi fid-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta' Diċembru 2014, li l-informazzjoni dwar il-kontijiet tkun affidabbli, preċiża u bbażata fuq il-konsum reali, f'konformità mal-punt 1.1 tal-Anness VII, għall-elettriku u l-gass, fejn dak ikun teknikament possibbli u ekonomikament iġġustifikat.

▼B

Dan l-obbligu jista' jiġi ssodisfat minn sistema ta' qari tal-konsum proprju mill-klijenti aħħarin li permezz tiegħu huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom lill-fornitur tal-enerġija. Biss meta l-klijent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perijodu partikolari ta' kontijiet, il-kontijiet għandhom ikunu bbażat fuq konsum stmat jew rata fissa.

2.  L-arloġġi installati skont id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE għandhom jippermettu informazzjoni preċiża dwar kontijiet ibbażata fuq il-konsum effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikollhom il-possibbiltà ta' aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku li jippermettu verifiki dettaljati minnhom stess.

L-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku għandha tinkludi:

(a) data kumulattiva għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti jew il-perijodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista jekk dan ikun iqsar. Id-data għandha tikkorrispondi għall-perijodi li għalihom ġiet prodotta informazzjoni frekwenti dwar kontijiet; u

(b) data dettaljata skont il-ħin ta' użu għal kull jum, ġimgħa, xahar u sena. Din id-data għandha ssir disponibbli lill-klijent aħħari permezz tal-internet jew l-interfaċċja tal-arloġġ għall-perijodu ta' mill-anqas 24 xahar preċedenti jew il-perijodu mill-bidu tal-kuntratt ta' provvista jekk dan ikun inqas.

3.  Indipendentement minn jekk l-arloġġi intelliġenti jkunux ġew installati jew le, l-Istati Membri:

(a) għandhom jirrikjedu li, safejn l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku tal-klijenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli, fuq it-talba tal-klijent aħħari, għal fornitur ta' servizz ta' enerġija magħżul mill-klijent aħħari.

(b) għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikunu offruti l-għażla ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi u li jirċievu, fuq talba, spjegazzjoni ċara u li tiftiehem ta' kif il-kont tagħhom ġie dderivat, speċjalment fejn il-kontijiet ma jkunux ibbażati fuq il-konsum attwali;

(c) għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha xierqa tkun disponibbli mal-kont biex il-klijent aħħari ikun ipprovdut b'kont komprensiv tal-kosti kurrenti tal-enerġija, f'konformità mal-Anness VII;.

(d) jistgħu jistipulaw li, fuq talba tal-klijent aħħari, l-informazzjoni li fihom dawn il-kontijiet ma jkollhiex titqies li tikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-sorsi tal-enerġija joffru arranġamenti flessibbli għal ħlasijiet effettivi;

(e) għandhom jeħtieġu li l-informazzjoni u l-estimi għall-ispejjeż tal-enerġija jkunu pprovduti lill-konsumaturi fuq talba fil-ħin u f'format li jiftiehem faċilment li jippermetti lill-konsumaturi jqabblu ftehimiet b'mod identiku.

▼M3

Artikolu 10a

Informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum għat-tisħin, t-tkessiħ u għall-ilma sħun domestiku

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-arloġġi jew l-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin ikunu installati, l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum tkun affidabbli, preċiża u bbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, f'konformità mal-punti 1 u 2 tal-Anness VIIa għall-utenti aħħarin kollha, jiġifieri, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru t-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun domestiku għall-użu aħħari proprju tagħhom, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jokkupaw bini individwali jew unità f'bini b'aktar minn appartament wieħed jew f'bini b'diversi użi fornuta b'tisħin, tkessiħ jew ilma sħun domestiku minn sors ċentrali li ma jkollhom ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.

Dan l-obbligu jista', fejn Stat Membru jipprevedi dan, ħlief fil-każ ta' konsum b'kejl separat tal-konsum ibbażat fuq allokaturi tal-ispiża għat-tisħin taħt l-Artikolu 9b, jitwettaq minn sistema ta' qari proprju regolari mill-klijent aħħari jew mill-utent aħħari fejn huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom. Huwa biss fejn il-klijent aħħari jew l-utent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perijodu partikolari ta' kontijiet li l-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq konsum stmat jew rata fissa.

2.  L-Istati Membri għandhom:

(a) jesiġu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża għat-tisħin tal-utenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli fuq talba mill-utent aħħari, għal fornitur ta' servizz tal-enerġija magħżul mill-utent aħħari;

(b) jiżguraw li l-klijenti aħħarin jiġu offruti l-għażla ta' informazzjoni elettronika dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi;

(c) jiżguraw li informazzjoni ċara u li tinftiehem tingħata mal-kont lill-utenti aħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VIIa; u

(d) jippromwovu ċ-ċibersigurtà u jiżguraw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-utenti aħħarin f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fuq it-talba tal-klijent aħħari, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-kontijiet m'għandux jitqies li jikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu offruti arranġamenti flessibbli għall-ħlas reali.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu min għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-utenti aħħarin mingħajr kuntratt dirett jew individwali ma' fornitur tal-enerġija.

▼M3

Artikolu 11

Spiża tal-aċċess għal informazzjoni dwar kejl tal-konsum u kontijiet għall-elettriku u l-gass

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin jirċievu l-kontijiet kollha tagħhom u l-informazzjoni kollha dwar il-kontijiet għall-konsum tal-enerġija mingħajr ħlas u li l-klijenti aħħarin ikollhom aċċess għad-data dwar il-konsum tagħhom b'mod adegwat u mingħajr ħlas

▼M3

Artikolu 11a

Spiża tal-aċċess għall-kejl tal-konsum u informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti aħħarin jirċievu l-kontijiet kollha tagħhom u l-informazzjoni kollha dwar il-kontijiet għall-konsum tal-enerġija mingħajr ħlas u li l-utenti aħħarin ikollhom aċċess għad-data dwar il-konsum tagħhom b'mod adegwat u mingħajr ħlas.

2.  Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-distribuzzjoni tal-ispejjeż tal-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-konsum individwali tat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku f'bini b'aktar minn appartament wieħed u dawk b'diversi użi skont l-Artikolu 9b għandha ssir mingħajr qligħ. L-ispejjeż li jirriżultaw mill-assenjament ta' dak il-kompitu lil parti terza, bħal fornitur ta' servizz jew il-fornitur lokali tal-enerġija, li jkopru l-kejl, l-allokazzjoni u l-kontabilità għall-konsum individwali reali f'tali bini, jistgħu jingħaddu lill-utenti aħħarin, sa fejn tali spejjeż ikunu raġonevoli.

3.  Sabiex jiġu żgurati spejjeż raġonevoli għas-servizzi ta' kejl separat tal-konsum kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistimulaw il-kompetizzjoni f'dak is-settur ta' servizzi billi jieħdu miżuri xierqa, bħal pereżempju billi jirrakkomandaw jew jippromwovu b'xi mod ieħor l-użu ta' sejħiet għal offerti jew l-użu ta' apparati interoperabbli u sistemi li jiffaċilitaw il-bdil bejn fornituri ta' servizzi.

▼B

Artikolu 12

Informazzjoni lill-konsumatur u programm ta' għoti ta' setgħa

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu u jiffaċilitaw użu effiċjenti tal-enerġija minn klijenti żgħar tal-enerġija, inklużi l-klijenti domestiċi. Dawn il-miżuri jistgħu jkunu parti minn strateġija nazzjonali.

2.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, dawn il-miżuri għandhom jinkludu element wieħed jew aktar elenkati taħt il-punt (a) jew (b):

(a) firxa ta' strumenti u politiki għall-promozzjoni ta' bidla fl-imġiba li jistgħu jinkludu:

(i) inċentivi fiskali;

(ii) aċċess għal finanzi, għotjiet jew sussidji;

(iii) għoti ta' informazzjoni;

(iv) proġetti eżemplari;

(v) attivitajiet fuq il-post tax-xogħol;

(b) modi u mezzi għall-involviment tal-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi matul l-implimentazzjoni possibbli tal-arloġġi intelliġenti permezz tal-komunikazzjoni ta':

(i) bidliet kosteffettivi u faċli biex jintlaħqu fl-użu tal-enerġija;

(ii) informazzjoni dwar miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija.

Artikolu 13

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 7 sa 11 u l-Artikolu 18(3) u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifiikaw lill-Kumissjoni dawk id-disposizzjonijet sal-5 ta' Ġunju 2014 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emenda sussegwenti li taffettwahom.



KAPITOLU III

EFFIĊJENZA FIL-PROVVISTA TAL-ENERĠIJA

Artikolu 14

Il-promozzjoni tal-effiċjenza fit-tisħin u fit-tkessiħ

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom iwettqu u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VIII. Jekk ikunu diġà wettqu valutazzjoni ekwivalenti, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwarha.

Il-valutazzjoni komprensiva għandha tieħu kont sħiħ tal-analiżi tal-potenzjali nazzjonali għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza kbira li titwettaq taħt id-Direttiva 2004/8/KE.

Fuq talba tal-Kummissjoni, il-valutazzjoni għandha tiġi aġġornata u l-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata dwarha kull ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali talba tal-inqas sena qabel id-data ta' skadenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jadottaw politiki li jinkoraġġixxu li jittieħed kont debitu fil-livelli lokali u reġjonali tal-potenzjal tal-użu ta' sistemi ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti, b'mod partikolari dawk li jużaw koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja. Għandu jittieħed kont tal-potenzjal għall-iżvilupp ta' swieq lokali u reġjonali ta' sħana.

3.  Għall-għan tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji li tkopri t-territorju tagħhom skont il-Parti 1 tal-Anness VIIIbis, ibbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi, il-fattibbiltà ekonomika jew l-adegwatezza teknika skont il-Parti 1 tal-Anness IX. Dik l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għandha tkun kapaċi tiffaċilita l-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet l-aktar effiċjenti fir-riżorsi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġiet tat-tisħin u t-tkessiħ. L-analiżi tal-kosteffiċjenza tista' tkun parti minn valutazzjoni ambjentali, skont id-Direttiva 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent ( 6 ).

4.  Fejn il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 jidentifikaw potenzjal għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u/jew għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti li l-benefiċċju tiegħu jaqbeż l-ispejjeż, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżviluppaw infrastruttura għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti u/jew ħalli jiġu akkomodati l-iżvilupp ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u l-użu ta' tisħin u ta' tkessiħ minn sħana mitlufa u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija skont il-paragrafi 1, 5, u 7.

Fejn il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragarfu 3 ma jidentifikawx potenzjal li l-benefiċċji tiegħu jaqbeż l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż amministrattivi għat-twettiq tal-analiżi tal-kosteffiċjenza msemmija fil-paragrafu 5, l-Istat Membru kkonċernat jista' jeżenta installazzjonijiet mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq l-analiżi tal-kosteffiċjenza f'konformità mal-Parti 2 tal-Anness IX meta, wara l-5 ta' Ġunju 2014:

(a) tkun ippjanata installazzjoni ġdida għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b'input termali kklassifikat li jaqbeż l-20 MW, sabiex jiġu analizzati l-ispiża u l-benefiċċju tal-proviżjoni għall-operazzjoni tal-installazzjoni bħala installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(b) tkun modernizzata installazzjoni termali eżistenti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b'input termali li jaqbeż l-20 MW, sabiex jiġu analizzati l-ispiża u l-benefiċċju li din tiġi kkonvertita għal waħda ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(c) tkun ippjanata jew sostanzjalment modernizzata installazzjoni industrijali[…] b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW li jiġġenera sħana żejda b'livell utli ta' temperatura, sabiex jiġu vvalutati l-ispiża u l-benefiċċji tal-użu tas-sħana żejda biex tintlaħaq id-domanda ekonomikament ġustifikata, inkluż permezz tal-koġenerazzjoni, u tal-konnessjoni ta' dik l-installazzjoni għal netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti;

(d) tkun ippjanata netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali jew, f'netwerk eżistenti, tiġi ppjanata installazzjoni ġdida għall-produzzjoni tal-enerġija b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW jew tkun ser tiġi sostanzjalment irrinovata installazzjoni eżistenti li taqbeż l-20 MW, biex jiġu vvalutati l-ispiża u l-benefiċċji li tintuża s-sħana mitlufa minn installazzjonijiet industrijali fil-qrib.

L-installazzjoni ta' tagħmir li jaqbad id-dijossidu tal-karbonju prodott minn installazzjoni ta' kombustjoni bil-ħsieb li jinħażen ġeoloġikament kif previst fid-Direttiva 2009/31/KE m'għandhiex titqies bħala rinovazzjoni għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) ta' dan il-paragrafu.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji msemmija fil-punti (c) u (d) titwettaq f'kooperazzjoni mal-kumpanniji responsabbli għall-operazzjoni tan-netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali.

6.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-paragrafu 5:

(a) dawk l-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku għall-ħinijiet tal-ogħla konsum u l-użu f'każ ta' bżonn li huma ppjanati li joperaw għal anqas minn 1 500 siegħa ta' operazzjoni kull sena bħala medja inizjali fuq perijodu ta' ħames snin, abbażi ta' proċedura ta' verifika stabbilita mill-Istati Membri li tiżgura li dan il-kriterju għall-eżenzjoni jiġi ssodisfat;

(b) installazzjonijiet ta' enerġija nukleari;

(c) installazzjonijiet li jeħtieġ li jkunu lokalizzati qrib sit ta' ħżin ġeoloġiku li għandu permess approvati skont id-Direttiva 2009/31/KE.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti, espressi f'termini tal-ammont ta' sħana mitlufa utli disponibbli, id-domanda għas-sħana jew id-distanzi bejn l-installazzjonijiet industrijali u n-netwerks ta' tisħin distrettwali, sabiex jeżentaw installazzjonijiet individwali mid-dispożizzjonijiet tal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 5.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-eżenzjonijiet adottati taħt dan il-paragrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013 u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom wara.

7.  L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji ta' awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/72/KE, jew kriterji ta' permess ekwivalenti, biex:

(a) jieħdu kont tal-eżitu tal-valutazzjonijiet komprensivi msemmija fil-paragrafu 1;

(b) jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti għall-paragrafu 5; u

(c) jieħdu kont tal-eżitu tal-analiżi tal-kostbenefiċċju msemmija fil-paragrafu 5.

8.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw installazzjonijiet individwali mir-rekwiżiti, bl-awtorizzazzjoni u l-kriterji tal-permess imsemmija fil-paragrafu 7, li jimplimentaw għażliet li l-benefiċċji tagħhom jaqbżu l-ispejjeż tagħhom, jekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' liġi, sjieda jew finanzjament biex dan isir. F'dawn il-każijiet l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta notifika motivata tad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data li fiha ttieħdet.

9.  Il-paragrafi 5, 6, 7 u 8 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva.

10.  Fuq il-bażi tal-valuri ta' referenza armonizzati għall-effiċjenza msemmija fil-punt (f) tal-Anness II, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja tista' tiġi ggarantita skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti minn kull Stat Membru. Huma għandhom jiżguraw li din il-garanzija tal-oriġini tkun konformi mar-rekwiżiti u tkun tinkludi mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-Anness X. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku l-garanziji tal-oriġini tagħhom, esklużivament bħala prova tal-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu. Kwalunkwe rifjut biex tiġi rikonoxxuta garanzija tal-oriġini bħala prova ta' din ix-xorta, b'mod partikolari għal raġunijiet relatati mal-prevenzjoni ta' frodi, irid ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali rifjut u bil-ġustifikazzjoni għalih. Fil-każ ta' rifjut biex tiġi rikonoxxuta garanzija tal-oriġini, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni sabiex iġġiegħel lill-parti li qed tirrifjuta li tirrikonoxxiha biex tagħmel dan, b'mod partikolari fir-rigward ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji li fuqhom ikun ibbażat tali rikonoxximent.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirrevendi, permezz ta' atti delegat skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva, l-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni 2011/877/UE ( 7 ) fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/8/KE sal-31 ta' Diċembru 2014.

11.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe appoġġ disponibbli għall-koġenerazzjoni ikun suġġett għall-fatt illi l-elettriku prodott ikun oriġina minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u li s-sħana mitlufa tintuża effettivament sabiex jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja. L-appoġġ pubbliku għall-koġenerazzjoni u għall-ġenerazzjoni u għan-netwerks ta’ tisħin distrettwali għandu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn dan ikun applikabbli.

Artikolu 15

Trasformazzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jikkunsidraw debitament l-effiċjenza fl-enerġija fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati fid-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tħaddim tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku.

L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija nazzjonali permezz tal-iżvilupp ta' tariffi u regolamenti tan-netwerk, fil-qafas tad-Direttiva 2009/72/KE u b'kont meħud tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' kull miżura, jipprovdu inċentivi għall-operaturi tal-grilja sabiex jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema lill-utenti tan-netwerk li permezz tagħhom ikunu jistgħu jimplimentaw miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fil-kuntest tal-użu kontinwu tal-grilji intelliġenti.

Tali servizzi ta' sistemi jistgħu jkunu determinati mill-operatur tas-sistema u ma għandux ikollhom impatt negattiv tas-sigurtà tas-sistema.

Għall-elettriku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamentazzjoni tan-netwerks, u t-tariffi tan-netwerks, jissodisfaw il-kriterji fl-Anness XI, b'kunsiderazzjoni għal-linji gwida u l-kodiċijiet żviluppati skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sat-30 ta' Ġunju 2015, li:

(a) issir valutazzjoni tal-potenzjali tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-gass u l-elettriku u tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ġestjoni tat-tagħbiji u tal-interoperabbiltà, kif ukoll tal-konnessjoni mal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, inklużi l-possibbiltajiet ta' aċċess għal ġeneraturi tal-enerġija mikro;

(b) jiġu identifikati miżuri u investimenti konkreti għall-introduzzjoni ta' titjib kosteffettiv tal-effiċjenza fl-enerġija fl-infrastruttura tan-netwerks, bi skeda ta' żmien għall-introduzzjoni tagħhom.

▼M3

2a.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji metodoloġija komuni sabiex l-operaturi tan-netwerks jiġu inkoraġġuti jnaqqsu t-telf, jimplimentaw programm ta' investiment fl-infrastruttura kosteffiċjenti u effiċjenti fl-enerġija u jagħtu rendikont xieraq tal-effiċjenza fl-enerġija u l-flessibbiltà tal-grilja.

▼B

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu komponenti ta’ skemi u ta’ strutturi tariffarji b’għan soċjali għat-trasmissjoni u għad-distribuzzjoni tal-enerġija destinata għan-netwerk, sakemm kwalunkwe effett li jista' jfixkel is-sistema ta' trasmissjoni u distribuzzjoni jinżamm għall-minimu neċessarju u ma jkunx spropozjonat mal-għan soċjali.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tneħħija ta' dawk l-inċentivi fit-tariffi tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni li jagħmlu ħsara lill-effiċjenza ġenerali (inkluża l-effiċjenza fl-enerġija) tal-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku jew dawk li jistgħu jfixklu l-parteċipazzjoni ta' rispons ta' domanda, fl-ibbilanċjar tas-swieq u fl-akkwist tas-servizzi anċillari. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerk ikunu inċentivati biex itejbu l-effiċjenza fid-disinn u l-ħidma tal-infrastruttura, u, fil-qafas tad-Direttiva 2009/72/KE, li t-tariffi jippermettu lill-fornituri jtejbu l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi fl-effiċjenza tas-sistema, inkluż ir-rispons tad-domanda skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali.

▼C1

5.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u b'kont meħud tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista tas-sħana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, suġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni meta jkunu responsabbli mid-dispaċċ tal-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-enerġija fit-territorju tagħhom:

(a) jiggarantixxu t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(b) jipprovdu aċċess prijoritarju jew iggarantit għall-grilja tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(c) meta jiddispaċċaw l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, jipprovdu dispaċċ prijoritarju ta' elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sakemm jippermetti t-tħaddim sigur tas-sistema nazzjonali tal-elettriku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli relatati mal-klassifikazzjoni tal-prijoritajiet differenti ta' aċċess u dispaċċ mogħtija fis-sistemi tal-elettriku tagħhom jiġu spjegati fid-dettall u ppubblikati. Meta jipprovdu aċċess jew dispaċċ prijoritarju għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-klassifikazzjonijiet bħala bejn l-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew fi ħdan tipi differenti tagħhom u fi kwalunkwe każ għandhom jiżguraw li l-aċċess jew id-dispaċċ prijoritarji għall-enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u varjabbli ma jkunux imfixkla.

▼B

Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII.

L-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw, b'mod partikolari, il-konnessjoni mas-sistema tal-grilja tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja minn unitajiet ta' koġenerazzjoni ta' skala żgħira u ta' mikroġenerazzjoni. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jieħdu passi biex jinkoraġġixxu lill-operaturi tan-netwerks biex jadottaw notifika sempliċi ta' proċess ta' 'installa u informa' għall-installazzjoni ta' unitajiet mikro ta' koġenerazzjoni għas-simplifikazzjoni u t-tqassir tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għaċ-ċittadini u l-installaturi individwali.

6.  Soġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżguraw li, fejn dan ikun teknikament u ekonomikament fattibbli mal-mod ta' operazzjoni tal-installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-operaturi tal-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja jistgħu joffru servizzi ta' bbilanċjar u servizzi operattivi oħrajn fuq il-livell tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jew tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni fejn dan ikun konsistenti mal-modalità ta' tħaddim tal-installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiżguraw li tali servizzi jkunu parti minn proċess ta' tfigħ ta' offerti għas-servizzi li jkun trasparenti, mhux diskriminatorji u miftuħa għal skrutinju.

Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jinkoraġġixxu li l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja titqiegħed f'post qrib iż-żoni ta' domanda billi jnaqqsu t-tariffi tal-konnessjoni u tal-użu tas-sistema.

7.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-produtturi ta' elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja li jixtiequ jkunu konnessi mal-grilja joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-konnessjoni.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji tal-enerġija jinkoraġġixxu riżorsi fuq in-naħa tad-domanda, bħar-risposta għad-domanda, biex jipparteċipaw flimkien mal-provvista fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut.

Soġġett għal limiti tekniċi inerenti fit-tmexxija tan-netwerks, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, fl-ilħuq tar-rekwiżiti għal servizzi ta' bilanċjar u anċillari, jittrattaw lill-fornituri tar-risposta għad-domanda, inklużi l-aggregaturi, b'mod mhux diskriminatorju, abbażi tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom.

Soġġett għal limiti tekniċi inerenti fit-tmexxija tan-netwerks, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aċċess għal u l-parteċipazzjoni fir-risposta għad-domanda fl-ibbilanċjar, ir-riżerva u swieq oħrajn ta' sistema ta' servizzi, fost l-oħrajn bir-rekwiżit li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jew, fejn is-sistemi regolatorji nazzjonali tagħhom hekk jeħtieġu, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-fornituri u l-konsumaturi tas-servizz tad-domanda, biex jiġu definiti l-modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawn is-swieq abbażi tar-rekwiżiti tekniċi ta' dawn is-swieq u l-kapaċitajiet tar-risposta għad-domanda. Tali speċifikazzjonijiet għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-aggregaturi.

9.  Fir-rappurtar taħt id-Direttiva 2010/75/UE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-inklużjoni ta' informazzjoni dwar il-livelli ta' effiċjenza tal-enerġija ta' installazzjonijiet li jwettqu l-kombustjoni ta' karburanti b'input termali kklassifikat totali ta' 50 MW jew aktar fid-dawl tal-aħjar tekniki disponibbli rilevanti, kif żviluppat skont id-Direttivi 2010/75/UE u 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż ( 8 ).

L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-installazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu biex itejbu r-rati operattivi netti medji annwali tagħhom.



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI

Artikolu 16

Disponibbilta' ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni

1.  Fejn Stat Membru jikkunsira li l-livell nazzjonali ta' kompetenza, oġġettività u affidabbiltà teknika mhux suffiċjenti, huwa għandu jiżgura li, sal-31 ta' Diċembru 2014, l-iskemi ta' ċertifikazzjoni u/jew ta' akkreditazzjoni u/jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti, inkluż, fejn meħtieġ, programmi xierqa ta' taħriġ, isiru jew ikunu disponibbli għall-fornituri ta' servizzi tal-enerġija, għall-verifiki tal-enerġija, għall-managers tal-enerġija u għall-installaturi tal-elementi tal-bini relatati mal-enerġija kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi msemmija fil-paragrafu 1 jipprovdu trasparenza għall-konsumaturi, ikunu affidabbli u jikkontribwixxu għall-objettivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament l-iskemi ta' ċertifikazzjoni u/jew ta' akkreditazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni dwar il-paraguni bejn l-iskemi u r-rikonoxximent tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu lill-konsumaturi konxji mid-disponibbiltà tal-iskemi ta' kwalifika u/jew ċertifikazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 18(1).

Artikolu 17

Informazzjoni u taħriġ

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-mekkaniżmi disponibbli tal-effiċjenza fl-enerġija u l-oqfsa finanzjarji u legali jkunu trasparenti u distribwiti b'mod wiesa' mal-atturi rilevanti kollha tas-suq, bħall-konsumaturi, il-bennejja, l-arkitetti, l-inġiniera, l-awditjarri ambjentali u tal-enerġija, u l-installaturi tal-elementi tal-bini kif definit fid-Direttiva 2010/31/UE.

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-għoti ta' informazzjoni lill-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn dwar il-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni, inkluż permezz tal-ħolqien ta' sħubiji pubbliċi/privati, fil-finanzjament tal-miżuri ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kondizzjonijiet xierqa għall-operaturi tas-swieq biex jipprovdu informazzjoni adegwata u mmirata u konsulenza lill-konsumaturi tal-enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

3.  Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-impatt tal-miżuri tagħha biex tappoġġa l-iżvilupp ta' pjattaformi li jinvolvu, fost l-oħrajn, korpi ta' djalogu soċjali Ewropew fit-trawwim ta' programmi ta' taħriġ għall-effiċjenza fl-enerġija, u għandha tressaq aktar miżuri jekk ikun xieraq. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lis-sħab soċjali Ewropej fid-diskussjonijiet tagħhom dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

4.  L-Istati Membri għandhom, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jippromwovu l-informazzjoni xierqa, is-sensibilizzazzjoni u l-inizjattivi ta' taħriġ biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet li jittieħdu miżuri ta' titjib fl-effiċjenza fl-enerġija.

5.  Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iskambju u d-distribuzzjoni wiesa' tal-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki ta' effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri.

Artikolu 18

Servizzi ta' enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu s-suq tas-servizzi tal-enerġija u l-aċċess tal-SMEs għal dan is-suq billi:

(a) jiddistribwixxu informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar

(i) il-kuntratti u l-klawsoli tas-servizzi tal-enerġija disponibbli li għandhom ikunu inklużi f'kuntratti ta' din ix-xorta sabiex jiġu ggarantiti l-iffrankar tal-enerġija u d-drittijiet tal-klijenti aħħarin;

(ii) strumenti finanzjarji, inċentivi, għotjiet u self sabiex jingħata appoġġ lill-proġetti tas-servizzi tal-effiċjenza fl-enerġija;

(b) jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' tikketti ta' kwalità, fost l-oħrajn, minn assoċjazzjonijiet kummerċjali;

(c) jagħmlu pubblikament disponibbli u jaġġornaw regolarment lista ta' fornituri disponibbli ta' servizzi ta' enerġija li huma kwalifikati u/jew ċertifikati u l-kwalifiki tagħhom u/jew ċertifikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16, jew jipprovdu pjattaforma fejn il-fornituri ta' servizzi ta' enerġija jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni;

(d) jappoġġaw lis-settur pubbliku biex jieħu l-offerti ta' servizz tal-enerġija, b'mod partikolari għall-modernizzazzjoni tal-bini, billi:

(i) jipprovdu mudell ta' kuntratti għall-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija li jinkludi mill-inqas il-punti elenkati fl-Anness XIII;

(ii) jipprovdu informazzjoni dwar l-aħjar prattiki għall-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija, inkluża, jekk ikunu disponibbli, l-analiżi tal-ispiża u l-benefiċċji bl-użu ta' approċċ ta' ċiklu tal-ħajja.

▼M4 —————

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-funzjonament tajjeb tas-suq tas-servizzi tal-enerġija, fejn xieraq, billi:

(a) jidentifikaw u jippubbliċizzaw il-punt(i) ta' kuntatt fejn il-klijenti aħħarin jistgħu jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b) jieħdu, jekk ikun meħtieġ, miżuri biex jitneħħew l-ostakoli regolatorji u mhux regolatorji li jipprojbixxu t-teħid tal-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli oħrajn ta' servizzi ta' effiċjenza fl-enerġija għall-identifikazzjoni u/jew l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ffrankar tal-enerġija;

(c) jikkunsidraw l-implimentazzjoni jew l-assenjament tar-rwol ta' mekkaniżmu indipendenti, bħal ombudsman, biex jiġi żgurat it-trattament effiċjenti tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jirriżulta mill-kuntratti tas-servizzi tal-enerġija.

(d) jippermettu li intermedjarji tas-suq indipendenti ikollhom rwol fl-istimolu tal-iżvilupp tas-suq fuq in-naħat tad-domanda u l-provvista.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u l-kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum joqogħdu lura minn kwalunkwe attività li tista' timpedixxi d-domanda għal u t-twassil tas-servizzi ta' enerġija, jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, jew li tfixkel l-iżvilupp tas-swieq għal tali servizzi jew miżuri, inkluż l-għeluq tas-suq għall-kompetituri jew l-abbuż minn pożizzjonijiet dominanti.

Artikolu 19

Miżuri oħrajn sabiex tkun promossa l-effiċjenza fl-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jevalwaw u jekk ikun meħtieġ jieħdu miżuri xierqa sabiex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza fl-enerġija, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-proprjetà u l-liġi dwar il-kera tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a) il-qsim tal-inċentivi bejn is-sid u l-kerrej ta' bini jew fost is-sidien, sabiex ikun żgurat li dawn il-partijiet ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti għal titjib tal-effiċjenza li kienu jagħmlu kieku ma kienx għall-fatt li ma jiksbux individwalment il-benefiċċji sħaħ jew minħabba n-nuqqas ta' regoli għad-diviżjoni tal-ispejjeż u tal-benefiċċji bejniethom, inklużi r-regoli u l-miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-proprjetà b'diversi sidien;

(b) id-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, u l-prattiki amministrattivi, fir-rigward tax-xiri pubbliku u tal-ibbaġitjar u tal-kontabbiltà annwali, sabiex ikun żgurat li l-korpi pubbliċi individwali ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti fit-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-minimizzar tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja mistennija u mill-użu tal-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mekkaniżmi ta' finanzjament ta' partijiet terzi oħrajn fuq bażi kuntrattwali fit-tul;

Tali miżuri sabiex jitneħħew l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta' inċentivi, ir-revoka jew l-emendar ta' dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, jew l-adozzjoni ta' linji gwida u ta' komunikazzjonijiet interpretattivi, jew is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. Il-miżuri jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta' edukazzjoni, taħriġ u ma' informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

2.  L-evalwazzjoni tal-ostakli u tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni fl-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija msemmi fl-Artikolu 24(2). Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali f'dan ir-rigward.

Artikolu 20

Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija, Finanzjament u Appoġġ Tekniku

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-istabbiliment tal-faċilitajiet ta' finanzjament, jew l-użu ta' dawk eżistenti, għall-miżuri ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija biex jiġu massimizzati l-benefiċċji ta' diversi sorsi ta' finanzjament.

2.  Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, direttament jew permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta' faċilitajiet ta' finanzjament u skemi ta' appoġġ tekniku bl-għan li tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija f'setturi differenti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali kompetenti, pereżempju permezz ta' laqgħat annwali tal-korpi regolatorji, bażijiet tad-data pubbliċi bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri mill-Istati Membri, u l-paragun bejn il-pajjiżi.

▼M3

3a.  Sabiex jiġi mobilizzat finanzjament privat għal miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u rinnovazzjoni tal-enerġija, f'konformità mad-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni għandha jkollha djalogu ma' istituzzjonijiet finanzjarji kemm pubbliċi kif ukoll privati biex tesplora azzjonijiet possibbli li tista' tieħu.

3b.  L-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3a għandhom jinkludu li ġej:

(a) il-mobilizzazzjoni ta' investiment ta' kapital fl-effiċjenza fl-enerġija billi jitqiesu l-impatti aktar mifruxa tal-iffrankar tal-enerġija għall-ġestjoni tar-riskju finanzjarju;

(b) tiġi żgurata data ta' rendiment aħjar fl-enerġija u l-finanzi billi:

(i) jiġi eżaminat aktar kif investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija jtejbu l-valuri tal-assi sottostanti;

(ii) jiġu appoġġati studji biex jivvalutaw il-monetizzazzjoni tal-benefiċċji mhux tal-enerġija ta' investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija.

3c.  Għall-iskop tal-mobilizzazzjoni tal-finanzjament privat ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u rinnovazzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva:

(a) iqisu modi kif jagħmlu użu aħjar tal-verifiki tal-enerġija taħt l-Artikolu 8 biex jinfluwenzaw it-teħid ta' deċiżjonijiet;

(b) jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-possibiltajiet u l-għodod proposti fl-inizjattiva proposta ta' finanzi intelliġenti għal bini intelliġenti.

3d.  Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif jiġi stimulat l-investiment privat.

▼B

4.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija. L-iskop ta' dan il-fond għandu jkun li jappoġġa inizjattivi nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

5.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jintlaħqu bil-kontribuzzjonijiet annwali lill-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija ta' ammont ugwali għall-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-obbligi.

6.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-partijiet obbligati jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati fil-Artikolu 7(1) billi kull sena jikkontribwixxu għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija ammont ugwali għall-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-obbligi.

7.  L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali ta' emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE fl-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi biex jagħtu effett prattiku għall-objettiv fl-Artikolu 5 tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

Artikolu 21

Fatturi ta' konverżjoni

Għall-finijiet tal-paragun tal-iffrankar u l-konverżjoni tal-enerġija ma' unità paragunabbli, għandhom japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni stipulati fl-Anness IV sakemm ma jistax jiġi ġġustifikat l-użu ta' fatturi ta' konverżjoni oħrajn.



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Atti delegati

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegat skont l-Artikolu 23 sabiex tirrevedi l-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(10).

▼M3

2.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex temenda din id-Direttiva billi tadatta għall-progress tekniku l-valuri, il-metodi ta' kalkolu, il-koeffiċjent awtomatiku tal-enerġija primarja u r-rekwiżiti fl-Annessi I sa V, VII sa X u XII.

▼B

Artikolu 23

Tħaddim tad-delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

▼M3

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 22 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-24 ta' Diċembru 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

▼B

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 22 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

▼M3

3a.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 9 ).

▼B

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.  Att iddelegat li ġie adottat skont l-Artikolu 22 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġġedded b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 24

Rieżami u monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.  Sat-30 ta' April ta' kull sena mill-2013, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġeika, skont il-Parti 1 tal-Anness XIV (1). Ir-rapport jista' jifforma parti mill-Programmi Nazzjonali ta' Riforma msemmijin fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2010/410/UE tat-13 ta' Lulju 2010 dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni ( 10 ).

▼M4 —————

▼B

3.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rapporti annwali u l-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għandha tivvaluta kemm għamlu progress l-Istati Membri sabiex jilħqu l-miri nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija mitluba mill-Artikolu 3(1) u sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti u l-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija l-Kummissjoni tista' tagħti rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

4.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq id-Direttivi 2003/87/KE, 2009/28/KE u 2010/31/UE u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, u fuq is-setturi industrijali, b'mod partikolari dawk li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-karbonju, kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2010/2/UE.

▼M3

4a.  Fil-kuntest tar-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju skont l-Artikolu 35(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, filwaqt li tqis l-effetti tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

▼B

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħtieġa kontinwa għall-possibbiltà ta' eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(6) għall-ewwel darba fil-valutazzjoni tal-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u kull tliet snin wara dan. Meta r-reviżjoni turi li kwalunkwe wieħed mill-kriterji għal dawn l-eżenzjonijiet m'għadux jista' jiġi ġġustifikat billi titqies id-disponibbiltà tat-tagħbija tas-sħana u l-kondizzjonijiet operattivi reali tal-installazzjonijiet eżenti, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa.

6.  L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, qabel it-30 ta' April ta' kull sena, statistika dwar il-produzzjoni nazzjonali tal-elettriku u tas-sħana minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u baxxa, skont il-metodoloġija murija fl-Anness I, b'relazzjoni għall-produzzjoni totali tas-sħana u tal-elettriku. Huma għandhom iressqu wkoll statistika annwali dwar il-kapaċitajiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku u l-karburanti għall-koġenerazzjoni, u dwar il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, b'relazzjoni għall-kapaċitajiet totali tas-sħana u tal-produzzjoni tal-elettriku. L-Istati Membri għandhom iressqu statistika dwar l-iffrankar tal-enerġija primarja miksub bl-applikazzjoni tal-koġenerazzjoni skont il-metodoloġija murija fl-Anness II.

7.  Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għal miżuri oħrajn.

8.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 sa sal-5 ta' Diċembru 2015, b'kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2004/18/KE u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.

9.  Sat-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġislattiva għal għan wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a) sabiex tinbidel id-data finali stabbilita fl-Artikolu 7(1);

(b) sabiex jiġu riveduti l-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 7(1), (2) u (3);

(c) sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(7).

10.  Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li għamlu l-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji msemmijin fl-Artikolu 19(1). Din il-valutazzjoni għandha tkun segwita, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.

11.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli r-rapporti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

▼M3

12.  Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-finijiet tal-Artikolu 8(4), u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Kemm jista' jkun malajr wara l-preżentazzjoni ta' dak ir-rapport, il-Kummmissjoni għandha, jekk xieraq, tadotta proposti leġislattivi.

13.  Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-potenzjal għall-effiċjenza fl-enerġija fil-konverżjoni, it-trasformazzjoni, it-trasmissjoni, it-trasport u l-ħżin tal-enerġija, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu, jekk xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi.

14.  Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha, sakemm sadanittant ma jkunux ġew proposti bidliet għad-dispożizzjonijiet dwar is-suq fil-livell tal-konsum tad-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass, tagħmel valutazzjoni, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-kejl tal-konsum, il-kontijiet u l-informazzjoni għall-konsumaturi għall-gass naturali, bil-għan li jiġu allinjati, fejn xieraq, mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-elettriku fid-Direttiva 2009/72/KE, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u l-klijenti aħħarin jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni aktar frekwenti, ċara u aġġornata dwar il-konsum tagħhom tal-gass naturali u jirregolaw l-użu tagħhom tal-enerġija. Kemm jista' jkun malajr wara l-preżentazzjoni ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tadotta proposti leġislattivi.

15.  Sat-28 ta' Frar 2024, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi:

(a) eżami jekk jiġux adattati, wara l-2030, ir-rekwiżiti u l-approċċ alternattiv stipulati fl-Artikolu 5;

(b) valutazzjoni tal-effettività ġenerali ta' din id-Direttiva u tal-ħtieġa li l-politika tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija tiġi aġġustata aktar skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima konsegwentement għall-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ( 11 ) u fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u fl-innovazzjoni.

Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.

▼B

Artikolu 25

Pjattaforma online

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma online biex titrawwem l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Dik il-pjattaforma għandha tappoġġa l-iskambju ta' esperjenzi fuq il-prattiki, il-punti ta' riferiment, l-attivitajiet ta' netwerking, kif ukoll il-prattiki innovattivi.

Artikolu 26

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Emendi u Revoka

1.  Id-Direttiva 2006/32/KE hija revokata mill-5 ta' Ġunju 2014, minbarra għall-Artikolu 4(1) sa (4) tagħha l-Annessi I, III u IV għaliha, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali. L-Artikolu 4(1) sa (4) tal-Annessi I, III u IV għad-Direttiva 2006/32/KE għandhom jiġu mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2017.

Id-Direttiva 2004/8/KE hija rrevokata mill-5 ta' Ġunju 2014, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali.

Ir-referenzi għad-Direttivi 2006/32/KE u 2004/8/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XV.

2.  L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2010/30/UE huwa mħassar mill-5 ta' Ġunju 2014.

3.  Id-Direttivas 2009/125/KE hija emendata kif ġej:

(1) tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(35a)

Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ( *1 ) teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-enerġija bħall-bini ta' elementi li jagħmlu parti mill-allokazzjoni għall-bini u rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija, l-installazzjoni xierqa, u d-dimensjonar, aġġustament u kontroll xierqa tas-sistemi tekniċi għall-bini li jkunu installati fil-bini eżistenti. Huwa konsistenti mal-objettivi ta' din id-Direttiva li dawn ir-rekwiżiti jistgħu f'ċerti ċirkostanzi jillimitaw l-installazzjoni ta' prodotti relatati mal-enerġija li jikkonformaw ma' din id-Direttiva u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux ostakolu mhux ġustifikat għas-suq.

(2) is-sentenza li ġejja tiżdied mal-aħħar tal-Artikolu 6(1):

“Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni u r-rekwiżiti għas-sistema stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/31/UE.”.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-5 ta' Ġunju 2014.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 5(6), l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 7(9), l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(2) u l-punt (4) tal-Anness V sad-dati speċifikati fihom.

Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 30

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-KALKOLU TAL-ELETTRIKU MILL-KOĠENERAZZJONI

Parti I

Il-prinċipji ġenerali

Il-valuri użati għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tat-tħaddim tal-unità mistenni jew effettiv f'kundizzjonijiet ta' użu normali. Għall-unitajiet ta' mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu jista' jkun ibbażat fuq valuri ċċertifkati.

(a) Il-produzzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandha titqies bħala ugwali għall-produzzjoni annwali totali tal-elettriku tal-unità mkejla fl-iżbokk tal-ġeneraturi ewlenin;

(i) f'unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (b), (d), (e), (f), (g) u (h) imsemmijia f'Parti II, b'effiċjenza annwali totali ffissata mill-Istati Membri f'livell ta' mill-inqas 75 %; u

(ii) f'unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tip (a) u (c) imsemmija f'Parti II b'effiċjenza annwali totali ffissata mill-Istati Membri f'livell ta' mill-inqas 80 %.

(b) F'unitajiet ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza annwali totali taħt il-valur imsemmi fil- punt (i) tal-punt (a) (unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (b), (d), (e), (f), (g), u (h) imsemmija fil-Parti II) jew b'effiċjenza annwali totali taħt il-valur imsemmi fil- punt (ii) tal-punt (a) (unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (a) u (c) imsemmija fil-Parti II) il-koġenerazzjoni tiġi kkalkolata skont il-formula li ġejja:

ECHP=HCHP*C

fejn:

ECHP hija l-ammont ta' elettriku mill-koġenerazzjoni;

C hija l-proporzjon tal-enerġija għas-sħana;

HCHP hija l-ammont ta'sħana siewja mill-koġenerazzjoni (ikkalkolat għal dan il-għan bħala l-produzzjoni totali ta' sħana bit-tnaqqis ta' kwalunkwe sħana prodotta f'boljers separati jew bl-estrazzjoni ta' fwar taħt pressjoni (live steam) mill-ġeneratur tal-fwar qabel it-turbina).

Il-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-proporzjon effettiv tal-enerġija għas-sħana. Jekk il-proporzjon effettiv tal-enerġija għas-sħana tal-unità ta' koġenerazzjoni mhuwiex magħruf, jistgħu jintużaw il-valuri awtomatiċi li ġejjin, b'mod partikolari għal finijiet statistiċi, għal unitajiet tat-tip (a), (b), (c), (d) u (e) msemmija f'Parti II, bil-kundizzjoni li l-elettriku mill-koġenerazzjoni kkalkolat ikun inqas jew ugwali għall-produzzjoni totali tal-elettriku tal-unità:



Tip ta 'l-unità

Setgħa Default għal enerġija termali, C

Flimkien ċiklu turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana

0,95

Turbina tal-fwar pressjoni lura

0,45

Turbina tal-fwar estrazzjoni kondensazzjoni

0,45

Turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana

0,55

Magna ta 'kombustjoni interna

0,75

Jekk l-Istati Membri jintroduċu valuri awtomatiċi għall-proporzjonijiet tal-enerġija għas-sħana għall-unitajiet tat-tip (f), (g), (h), (i), (j) u (k) imsemmija fil-Parti II, tali valuri awtomatiċi għandhom jiġu ppubblikati u nnotifikati lill-Kummissjoni.

(c) Jekk sehem mill-kontenut tal-enerġija tal-input tal-karburant fil-proċess ta' koġenerazzjoni jiġi rkuprat f'kimiċi u rriċiklat, dan is-sehem jista' jiġi mnaqqas mill-input tal-karburant qabel ma tiġi kkalkolata l-effiċjenza totali użata fil-punti (a) u (b).

(d) L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-proporzjon tal-enerġija għas-sħana bħala l-proporzjon tal-elettriku għas-sħana siewja meta t-tħaddim isir fil-modalità ta' koġenerazzjoni b'kapaċità iktar baxxa fejn tintuża d-data operattiva tal-unità speċifika.

(e) L-Istati Membri jistgħu jużaw perijodi ta' rappurtaġġ oħrajn minflok ta' sena għall-għan tal-kalkoli skont il-punti (a) u (b).

Parti II

It-Teknoloġiji ta' koġenerazzjoni koperti minn din id-Diretttiva

(a) Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat bl-irkupru tas-sħana

(b) Turbina ta' kontropressjoni tal-fwar

(c) Turbina ta' estrazzjoni bil-kondensazzjoni tal-fwar

(d) Turbina tal-gass bl-irkupru ta' sħana

(e) Magna li taħdem bil-kombustjoni interna

(f) Mikroturbini

(g) Magni Stirling

(h) Ċelloli tal-karburant

(i) Magni tal-fwar

(j) Ċikli organiċi Rankine

(k) Kwalunkwe tip ieħor ta' teknoloġija jew kombinazzjoni ta' teknoloġiji li jaqa' taħt id-definizzjoni stabbilità fl-Artikolu 2(30).

Meta jimplimentaw u japplikaw il-prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Linji Gwida dettaljati stabbiliti bid-Deċiżjoni 2008/952/KE tad-19 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).




ANNESS II

METODOLOĠIJA BIEX TKUN IDDETERMINATA L-EFFIĊJENZA TAL-PROĊESS TA’ KOĠENERAZZJONI

Il-valuri użati għall-kalkolu tal-effiċjenza tal-koġenerazzjoni u tal-iffrankar tal-enerġija primarja għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tat-tħaddim mistenni jew effettiv tal-unità f'kundizzjonijiet tal-użu normali.

(a)   Koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 produzzjoni ta' koġenerazzjoni minn unitajiet ta' koġenerazzjoni għandha tipprovdi ffrankar tal-enerġija primarja kkalkulat skont punt (b) ta' mill-inqas 10 % meta mqabbel mar-referenzi għall-produzzjoni separata tas-sħana u l-elettriku,

 produzzjoni minn unitajiet ta' skala żgħira u mikro koġenerazzjoni li jipprovdu ffrankar tal-enerġija primarja, jistgħu jikkwalifikaw bħala koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

(b)   Kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja

L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija primarja pprovdut minn produzzjoni ta' koġenerazzjoni ddefinit skont l-Anness I għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-formula li ġejja:

image

Fejn:

PES hija l-iffrankar tal-enerġija primarja.

CHP Hη hija l-effiċjenza tas-sħana tal-produzzjoni ta' koġenerazzjoni ddefinita bħala l-output annwali ta' sħana siewja diviż bl-input ta' karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana siewja u ta' elettriku mill-koġenerazzjoni.

Ref Hη hija l-valur ta' referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata tas-sħana.

CHP Eη hija l-effiċjenza elettrika tal-produzzjoni ta' koġenerazzjoni ddefinita bħala l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni diviż bl-input ta' karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana siewja u ta' elettriku mill-koġenerazzjoni. Fejn unità ta' koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista' jitkabbar b'element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta' elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali ma joħloqx dritt għall-ħruġ ta' garanziji tal-oriġini skont l-Artikolu 14(10).

Ref Eη hija l-valur ta' referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku.

(c)   Kalkoli ta' ffrankar tal-enerġija bl-użu ta' kalkolu alternattiv

L-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija primarja minn produzzjoni ta' sħana u ta' elettriku u ta' enerġija mekkanika, kif indikat iktar 'l isfel, mingħajr ma japplikaw l-Anness I sabiex jeskludu l-partijiet tas-sħana u tal-elettriku mhux mill-koġenerazzjoni tal-istess proċess. Produzzjoni ta' din ix-xorta tista' tiġi kkunsidrata bħala koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja sakemm tissodisfa l-kriterji tal-effiċjenza fil-punt (a) ta' dan l-Anness u, għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni b'kapaċità elettrika ta' iktar minn 25 MW, l-effiċjenza totali tkun ta' iktar minn 70 %. Madankollu, l-ispeċifikazzjoni tal-kwantità ta' elettriku mill-koġenerazzjoni prodotta fi produzzjoni ta' din ix-xorta, għall-ħruġ ta' garanzija tal-oriġini u għal finijiet statistiċi, għandha tkun iddeterminata skont l-Anness I.

Jekk l-iffrankar tal-enerġija primarja ta' proċess jiġi kkalkolat permezz tal-kalkolu alternattiv, kif indikat iktar 'il fuq, l-iffrankar tal-enerġija primarja għandu jiġi kkalkolat permezz tal-formula fil-paragrafu (b) ta' dan l-Anness bis-sostituzzjoni ta':“CHP Hη” bi “Hη” u“CHP Eη” bi “Eη”, fejn:

Hη għandha tfisser l-effiċjenza tas-sħana tal-proċess, iddefinita bħala l-output annwali ta' sħana diviż bl-input tal-karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana u tal-output ta' elettriku.

Eη għandha tfisser l-effiċjenza tal-elettriku tal-proċess, iddefinita bħala l-output annwali tal-elettriku diviż bl-input tal-karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana u tal-output ta' elettriku. Fejn unità ta' koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista' jitkabbar b'element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta' elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali mhuwiex se joħloq dritt għall-ħruġ ta' garanziji tal-oriġini skont l-Artikolu 14(10).

(d)

L-Istati Membri jistgħu jużaw perijodi ta' rappurtaġġ oħrajn minflok ta' sena għall-għan tal-kalkoli skont il-punti (b) u (c) ta' dan l-Anness.

(e)

Għall-unitajiet ta' mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja jista' jkun ibbażat fuq data ċċertifikata.

(f)

Valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-produzzjoni separata ta' sħana u elettriku

Il-valuri armonizzati ta' referenza għall-effiċjenza għandhom jikkonsistu f'matriċi ta' valuri differenzjati skont fatturi rilevanti, inkluża s-sena tal-kostruzzjoni u t-tipi ta' karburant, u jridu jkunu bbażati fuq analiżi dokumentata sew li tqis, fost l-oħrajn, id-data mill-użu operattiv f'kundizzjonijiet realistiċi, it-taħlita tal-karburanti u l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll it-teknoloġiji ta' koġenerazzjoni applikati.

Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta' sħana u ta' elettriku skont il-formula stabbilita fil-punt (b) għandhom jistabbilixxu l-effiċjenza operattiva tal-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku li l-koġenerazzjoni hija maħsuba li tissostitwixxi.

Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipji li ġejjin:

1. Għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni il-paragun ma' produzzjoni separata tal-elettriku għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju li jiġu mqabbla l-istess kategoriji ta' karburanti.

2. Kull unità ta' koġenerazzjoni għandha titqabbel mal-aħjar teknoloġija disponibbli u ekonomikament ġustifikabbli għall-produzzjoni separata tas-sħana u l-elettriku fis-suq fis-sena tal-kostruzzjoni tal-unità ta' koġenerazzjoni.

3. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni li jkollhom iktar minn għaxar snin għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-valuri ta' referenza ta' unitajiet li jkollhom għaxar snin.

4. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u għall-produzzjoni separata tas-sħana għandhom jirriflettu d-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri.




ANNESS III

REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦAX-XIRI TA’ PRODOTTI, SERVIZZI U BINI MILL-GVERN ĊENTRALI

Gvernijiet ċentrali li jixtru prodotti, servizzi jew bini, dment li dawn ikunu konsistenti mal-kosteffettività, il-fattibbiltà ekonomika, sostenibbiltà ikbar, l-istabilità teknika, kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, għandhom:

(a) fejn prodott ikun kopert minn att iddelegat adottat skont id-Direttiva 2010/30/UE jew b'direttiva implimentattiva tal-Kummissjoni relatata, jixtru biss il-prodotti li jikkonformaw mal-kriterju li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija possibbli fid-dawl tal-ħieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni suffiċjenti;

(b) fejn prodott li ma jkunx kopert taħt punt a) jkun kopert minn miżura ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE adottata wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jixtru biss prodotti li jikkonformaw mal-parametri ta' effiċjenza fl-enerġija speċifikati f'dik il-miżura ta' implimentazzjoni;

(c) jixtru prodotti ta' tagħmir tal-uffiċċji koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konlużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji ( 13 ) li jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' effiċjenza fl-enerġija mhux inqas stretti minn dawk elenkati fl-Anness C għall-Ftehim mehmuż ma' dik id-Deċiżjoni;

(d) jixtru biss tajers li jikkonformaw mal-kriterju li jkollhom l-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija fl-użu tal-karburant, kif definit mir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ( 14 ). Dan ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers bl-ogħla klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tad-tidwir, fejn dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta' sikurezza jew ta' saħħa pubblika;

(e) jeżiġu fis-sejħiet għall-offerti tagħhom għal kuntratti ta' servizzi li l-fornituri tas-servizzi jużaw, għall-għanijiet tal-forniment tas-servizzi involuti, biss prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (d), meta jipprovdu s-servizzi inkwistjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għal prodotti ġodda mixtrija mill-fornituri tas-servizzi parzjalment jew totalment għall-għan li jagħtu s-servizz inkwistjoni;

(f) jixtru, jew jagħmlu ftehimiet ta' kiri ġodda, biss għal bini li jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1) sakemm l-għan tax-xiri ma jkunx:

(i) sabiex iwettaq rinnovazzjoni kompleta jew demolizzjoni;

(ii) fil-każ ta' korpi pubbliċi, sabiex jerġa' jbiegħ il-bini mingħajr ma jużah għall-finijiet tal-korp pubbliku, jew

(iii) li jippreservah bħala bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent ikklassifikat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu.

Il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti għandha tkun ivverifikata permezz taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmijin fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE.




ANNESS IV

IL-KONTENUT TAL-ENERĠIJA TA’ FJUWILS MAGĦŻULA GĦALL-UŻU AĦĦARI – TABELLA TA’ KONVERŻJONI ( 15 )



Prodott tal-enerġija

kJ (NCV)

kgoe (NCV)

kWh (NCV)

1 kg kokk

28 500

0,676

7,917

1 kg faħam iebes

17 200 — 30 700

0,411 — 0,733

4,778 — 8,528

1 kg maltunelli ta' faħam kannella

20 000

0,478

5,556

1 kg linjite iswed

10 500 — 21 000

0,251 — 0,502

2,917 — 5,833

1 kg faħam kannella

5 600 — 10 500

0,134 — 0,251

1,556 — 2,917

1 kg shale taż-żejt

8 000 — 9 000

0,191 — 0,215

2,222 — 2,500

1 kg pit

7 800 — 13 800

0,186 — 0,330

2,167 — 3,833

1 kg maltunelli tal-pit

16 000 — 16 800

0,382 — 0,401

4,444 — 4,667

1 kg żejt tal-karburant residwu (żejt tqil)

40 000

0,955

11,111

1 kg żejt tal-karburant ħafif

42 300

1,010

11,750

1 kg spirtu tal-magni (petrol)

44 000

1,051

12,222

1 kg paraffin

40 000

0,955

11,111

1 kg gass taż-żejt mhux raffinat likwifikat

46 000

1,099

12,778

1 kg gass naturali (1)

47 200

1,126

13,10

1 kg gass naturali likwifikat

45 190

1,079

12,553

1 kg injam (umdità ta' 25 %) (2)

13 800

0,330

3,833

1 kg gerbub/briks tal-injam

16 800

0,401

4,667

1 kg skart

7 400 — 10 700

0,177 — 0,256

2,056 — 2,972

1 MJ sħana derivata

1 000

0,024

0,278

1 kWh enerġija elettrika

3 600

0,086

1  (3)

(1)   93 % metan.

(2)   L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri oħrajn skont it-tip ta' njam l-iktar użat fl-Istat Membru rispettiv.

(3)   Applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f'termini ta' enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum finali tal-enerġija. Għall-iffrankar f'kWh ta' elettriku, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent stabbilit permezz ta' metodoloġija trasparenti fuq il-bażi ta' ċirkostanzi nazzjonali li jaffetwaw il-konsum primarju tal-enerġija, sabiex jiġi żgurat kalkolu preċiż ta' kemm jiġi ffrankat fil-verità. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom ikunu sostanzjati, verifikabbli u bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. Għall-iffrankar f'kWh ta' elettriku l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta' 2,1 jew jużaw id-diskrezzjoni biex jiddefinixxu koeffiċjent differenti sakemm ikunu jistgħu jiġġustifikawh. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-taħlita enerġetika inkluża fil-pjani nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima m li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Sal-25 ta' Diċembru 2022 u kull erba' snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha, tirrevedi l-koeffiċjent awtomatiku fuq il-bażi ta' data osservata. Dik ir-reviżjoni għandha ssir b'kont meħud tal-effetti tagħha fuq liġijiet oħra tal-Unjoni bħad-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament 2017/1369/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

Sors: Eurostat.

▼M3




ANNESS V

Metodi u prinċipji komuni biex jiġi kkalkulat l-impatt tal-iskemi tal-obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija jew ta' miżuri oħrajn ta' politika taħt l-Artikoli 7, 7a u 7b u l-Artikolu 20(6)

1.

Il-metodi biex jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-enerġija minbarra dawk li jirriżultaw minn miżuri ta' tassazzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 7, 7a u 7b u tal-Artikolu 20(6).

Il-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati jew l-awtoritajiet pubbliċi ta' implimentazzjoni jistgħu jużaw il-metodi li ġejjin biex jikkalkulaw l-iffrankar tal-enerġija:

(a) iffrankar stmat, b'referenza għar-riżultati ta' titjib enerġetiku preċedenti mmonitorjat b'mod indipendenti f'installazzjonijiet simili. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ “ex-ante”;

(b) iffrankar imkejjel bl-arloġġi, fejn l-iffrankar mill-installazzjoni ta' miżura, jew ta' pakkett ta' miżuri, jiġi determinat permezz tar-reġistrazzjoni tat-tnaqqis proprju fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu fatturi bħall-addizzjonalità, l-okkupazzjoni tal-bini, il-livelli ta' produzzjoni u t-temp, li jistgħu jaffettwaw il-konsum. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ “ex-post”;

(c) iffrankar skalat, fejn jintużaw stimi tal-inġinerija tal-iffrankar. Dan l-approċċ jista' jintuża biss fejn l-istabbiliment ta' data mkejla robusta għal installazzjoni speċifika jkun diffiċli jew għali b'mod sproporzjonat, pereżempju s-sostituzzjoni ta' kompressur jew mutur tal-elettriku b'rata ta' kWh differenti minn dik li għaliha tkejlet l-informazzjoni indipendenti dwar l-iffrankar, jew fejn dawk l-istimi jsiru fuq il-bażi ta' metodoloġiji u punti ta' riferiment nazzjonali stabbiliti minn esperti kwalifikati jew akkreditati li huma indipendenti mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati involuti;

(d) iffrankar mistħarreġ, fejn tiġi ddeterminata r-reazzjoni tal-konsumaturi għall-pariri, għall-kampanji ta' informazzjoni, għall-iskemi ta' tikkettar jew ta' ċertifikazzjoni jew kejl intelliġenti tal-konsum. Dan l-approċċ jista' jintuża biss għal iffrankar li jirriżulta minn tibdil fl-imġiba tal-konsumatur. Ma għandux jintuża għal iffrankar li jirriżulta mill-installazzjoni ta' miżuri fiżiċi.

2.

Fid-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija għal miżura ta' effiċjenza fl-enerġija għall-finijiet tal-Artikoli 7, 7a u 7b u tal-Artikolu 20(6) għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) L-iffrankar għandu jintwera li huwa addizzjonali għal dak li kien ser ikun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati jew tal-awtoritajiet pubbliċi ta' implimentazzjoni. Biex jiġi determinat l-iffrankar li jista' jiġi ddikjarat bħala addizzjonali l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif l-użu tal-enerġija u d-domanda għaliha jevolvu fin-nuqqas tal-miżura ta' politika inkwistjoni billi jqisu minn tal-inqas il-fatturi mniżżlin hawn taħt: xejriet ta' konsum tal-enerġija, bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi, progress teknoloġiku u bidliet ikkawżati minn miżuri oħrajn implimentati fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali.

(b) L-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-liġi obbligatorja tal-Unjoni għandu jitqies bħala ffrankar li kien ser iseħħ fi kwalunkwe każ, u b'hekk ma għandux jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-Artikolu 7(1). B'deroga minn dak ir-rekwiżit, l-iffrankar marbut mar-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti jista' jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-Artikolu 7(1) dment li jkun żgurat il-kriterju ta' materjalità msemmi fil-punt 3(h) ta' dan l-Anness. L-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta' rekwiżiti minimi nazzjonali stabbiliti għal bini ġdid qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE jista' jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-punt (a) tal-Artikolu 7(1) dment li jkun żgurat il-kriterju ta' materjalità msemmi fil-punt 3(h) ta' dan l-Anness u dak l-iffrankar tkun ingħatat notifika dwaru mill-Istati Membri fil-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont l-Artikolu 24(2).

(c) Jista' jingħata kreditu biss għall-iffrankar li jaqbeż il-livelli li ġejjin:

(i) l-istandards tal-Unjoni għall-prestazzjoni b'rabta mal-emissjonijiet għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda wara l-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 ( 16 ) u (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 );

(ii) ir-rekwiżiti tal-Unjoni relatati mat-tneħħija mis-suq ta' ċerti prodotti relatati mal-enerġija wara l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE.

(d) Il-politiki bl-iskop li jinkoraġġixxu livelli ogħla ta' effiċjenza fl-enerġija ta' prodotti, tagħmir, sistemi tat-trasport, vetturi u karburanti, bini u elementi tal-bini, proċessi jew swieq għandhom ikunu permessi.

(e) Il-miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew f'bini jistgħu jkunu eliġibbli biex jitqiesu fl-adempiment tar-rekwiżiti ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġa skont l-Artikolu 7(1), sakemm jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija verifikabbli, u li jkun jista' jitkejjel jew jiġi stmat. Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.

(f) Għall-politiki li jaċċelleraw l-adozzjoni ta' prodotti u vetturi aktar effiċjenti, tista' ssir dikjarazzjoni għal kreditu sħiħ dment li jintwera li tali adozzjoni sseħħ qabel l-iskadenza tat-tul ta' ħajja medju mistenni tal-prodott jew tal-vettura, jew qabel ma l-prodott jew il-vettura normalment jiġu sostitwiti, u sakemm l-iffrankar jiġi ddikjarat biss għall-perijodu sa tmiem it-tul ta' ħajja medju mistenni tal-prodott jew tal-vettura li jridu jiġu sostitwiti.

(g) Fil-promozzjoni tat-teħid ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri għandhom fejn rilevanti, jiżguraw li jinżammu l-istandards ta' kwalità għall-prodotti, għas-servizzi u għall-installazzjoni ta' miżuri, jew li dawn jiġu introdotti fejn ma jeżistux.

(h) Biex jitqiesu l-varjazzjonijiet klimatiċi bejn ir-reġjuni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jaġġustaw l-iffrankar għal valur standard jew li jagħtu ffrankar tal-enerġija differenti skont il-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn ir-reġjuni.

(i) Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri u r-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien. Dak il-kalkolu għandu jgħodd l-iffrankar li kull azzjoni individwali tikseb matul il-perijodu mid-data ta' implimentazzjoni tagħha sal-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 skont il-każ. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb mill-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodu ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar tal-enerġija kkalkulat bl-użu ta' dak il-metodu ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali ser tikseb matul il-perjodu mid-data ta' implimentazzjoni tagħha sal-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 skont il-każ. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjani nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima taħt ir-Regolament (UE) 2018/1999 il-metodu l-ieħor u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat li jkun sodisfatt ir-rekwiżit vinkolanti dwar il-kalkolu.

3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li ġejjin għall-miżuri ta' politika li ttieħdu skont l-Artikolu 7b u l-Artikolu 20(6) jintlaħqu:

(a) il-miżuri ta' politika u l-azzjonijiet individwali jipproduċu ffrankar fl-użu aħħari tal-enerġija li jista' jiġi vverifikat;

(b) ir-responsabbiltà ta' kull parti parteċipanti, parti inkarigata jew awtorità pubblika ta' implimentazzjoni, kif rilevanti, tiġi definita b'mod ċar;

(c) l-iffrankar tal-enerġija li jinkiseb jew li għandu jinkiseb jiġi ddeterminat b'mod trasparenti;

(d) l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ jew li għandu jintlaħaq mill-miżura ta' politika jiġi espress fil-konsum finali jew primarju tal-enerġija, bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni mniżżla fl-Anness IV;

(e) għandu jiġi pprovdut u jsir disponibbli għall-pubbliku rapport annwali dwar l-iffrankar tal-enerġija miksub mill-partijiet inkarigati, il-partijiet parteċipanti u l-awtoritajiet pubbliċi ta' implimentazzjoni kif ukoll data dwar ix-xejra annwali ta' ffrankar tal-enerġija;

(f) monitoraġġ tar-riżultati u t-teħid ta' miżuri xierqa jekk il-progress ma jkunx sodisfaċenti;

(g) l-iffrankar tal-enerġija minn azzjoni individwali ma jiġix iddikjarat minn iktar minn parti waħda;

(h) għandu jintwera li l-attivitajiet tal-parti parteċipanti, tal-parti inkarigata jew tal-awtorità pubblika ta' implimentazzjoni jkunu materjali għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija ddikjarat.

4.

Fid-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta' politika relatati mat-tassazzjoni introdotti taħt l-Artikolu 7b, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) għandu jingħata kreditu biss għall-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta' tassazzjoni li jaqbżu l-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli għall-karburanti kif meħtieġ fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE ( 18 ) jew 2006/112/KE ( 19 );

(b) il-flessibbiltà tal-prezz għall-kalkolu tal-impatt tal-miżuri tat-tassazzjoni (fuq l-enerġija) għandha tirrappreżenta r-rispons tad-domanda għall-enerġija għall-bidliet fil-prezzijiet, u għandha tiġi stmata abbażi ta' sorsi ta' data uffiċjali reċenti u rappreżentattivi;

(c) l-iffrankar tal-enerġija minn strumenti ta' politika tat-tassazzjoni li jakkumpanjawhom, inkluż inċentivi fiskali jew pagament għal fond, għandu jitqies separatament.

5.

Notifika tal-metodoloġija

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-metodoloġija dettaljata proposta tagħhom għat-tħaddim tal-iskemi ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija u tal-miżuri alternattivi msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u fl-Artikolu 20(6). Ħlief fil-każ tat-tassazzjoni, tali notifika għandha tinkludi dettalji ta':

(a) il-livell tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) jew l-iffrankar mistenni li jinkiseb tul il-perijodu sħiħ mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030;

(b) il-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati, jew l-awtoritajiet pubbliċi ta' implimentazzjoni;

(c) is-setturi fil-mira;

(d) il-miżuri ta' politika u l-azzjonijiet individwali, inkluż l-ammont totali mistenni tal-iffrankar kumulattiv tal-enerġija għal kull miżura;

(e) it-tul tal-perijodu ta' obbligu għall-iskema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija;

(f) l-azzjonijiet previsti mill-miżura ta' politika;

(g) il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż kif ġew iddeterminati l-addizzjonalità u l-materjalità u liema metodoloġiji u punti ta' riferiment jintużaw għall-iffrankar stmat u skalat;

(h) it-tul ta' ħajja tal-miżuri u kif dan jiġi kkalkulat jew fuq xiex inhu bbażat;

(i) l-approċċ meħud biex jiġu indirizzati l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru;

(j) is-sistemi tal-monitoraġġ u tal-verifika għall-miżuri skont l-Artikoli 7a u 7b u kif tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati;

(k) fil-każ tat-tassazzjoni:

(i) is-setturi u t-taqsima ta' min iħallas it-taxxa fil-mira;

(ii) l-awtorità pubblika ta' implimentazzjoni;

(iii) l-iffrankar li huwa mistenni jinkiseb;

(iv) it-tul ta' żmien tal-miżura tat-tassazzjoni; u

(v) il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż liema flessibbiltà tal-prezz qed tintuża u kif din ġiet stabbilita.

▼B




ANNESS VI

Kriterji minimi għall-verifiki tal-enerġija inklużi dawk li jsiru bħala parti mis-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija

Il-verifiki tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida li ġejjin:

(a) ikunu bbażati fuq data operattiva aġġornata, imkejla u traċċabbli fuq il-konsum tal-enerġija u (għall-elettriku) il-profili tat-tagħbija;

(b) jinkludu rieżami dettaljat tal-profil tal-konsum tal-enerġija ta' bini jew gruppi ta' bini, operazzjonijiet jew installazzjonijiet industrijali, inkluż it-trasport;

(c) jibbażaw, meta possibbli, fuq analiżi tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja (LCCA) minflok Perijodi ta' Ripagament Sempliċi (SPP) sabiex jittieħed kont tal-iffrankar fit-tul, il-valuri residwali tal-investimenti fit-tul u r-rati ta' skont;

(d) ikunu proporzjonati, u suffiċjentement rappreżentattivi biex jippermettu t-tfassil ta' stampa affidabbli tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija u l-identifikazzjoni affidabbli tal-aktar opportunitajiet sinifikanti għal titjib.

Il-verifiki tal-enerġija għandhom jippermettu kalkoli dettaljati u vvalidati għall-miżuri proposti sabiex tiġi pprovduta informazzjoni ċara fuq l-iffrankar potenzjali.

Id-data użata fil-verifiki tal-enerġija għandha tkun tista' tinħażen għall-analiżi storika u t-traċċar tal-prestazzjoni.




ANNESS VII

▼M3

Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni dwar il-kontijiet ibbażata fuq il-konsum reali tal-elettriku u l-gass

▼B

1.   Rekwiżiti minimi għall-kontijiet

1.1.   Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju

Biex il-klijenti aħħarin ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru fuq il-bażi tal-konsum proprju tal-inqas darba fis-sena, u l-informazzjoni fil-kontijiet għandha tkun disponibbli tal-inqas kull tliet xhur, fuq talba jew fejn il-konsumaturi jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku jew inkella darbtejn fis-sena. Il-gass li jintuża biss għal skopijiet ta' tisjir jista' jkun eżentat minn dan ir-rekwiżit.

1.2.   Informazzjoni minima inkluża fil-kont

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn xieraq, l-informazzjon li ġejja tkun disponibbli għall-klijenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet, kuntratti, transazzjonijiet, u irċevuti fl-istazzjonijiet ta' distribuzzjoni jew mehmuża magħhom:

(a) il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija;

(b) il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-klijent aħħari mal-konsum għall-istess perijodu fis-sena preċedenti, preferibbilment f'forma grafika;

(c) l-informazzjoni ta' kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inklużi l-indirizzi tas-siti elettroniċi minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija;

Barra minn dan, kull fejn ikun possibbli u siewi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paraguni ma' klijent aħħari medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fil-kategorija l-istess utent isiru disponibbli għall-klijenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu, fil-kontijiet, fil-kuntratti, fit-transazzjonijiet, u fl-irċevuti maħruġin mill-istazzjonijiet ta' distribuzzjoni jew fid-dokumenti mehmużin magħhom..

1.3.   Il-pariri dwar l-effiċjenza fl-enerġija mehmuża mal-kontijiet u rispons ieħor għall-klijenti aħħarin

Meta jibagħtu kuntratti u bidliet fil-kuntratti, u fil-kontijiet li jirċievu l-klijenti jew permezz ta' siti elettroniċi li jindirizzaw lil klijenti individwali, id-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsumatur, għandhom jgħarrfu lill-klijenti tagħhom b'mod ċar u li jinftiehem bl-informazzjoni ta' kuntatt għal ċentri ta' pariri indipendenti għall-konsumaturi, aġenziji tal-enerġija jew istituzzjonijiet simili, inklużi l-indirizzi fuq l-internet tagħhom, fejn jistgħu jiksbu pariri dwar il-miżuri disponibbli tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili tal-parametri ta' referenza għall-konsum tal-enerġija tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li juża l-enerġija li jistgħu jservu sabiex inaqqsu l-konsum ta' dan it-tagħmir.

▼M3




ANNESS VIIa

Rekwiżiti minimi għal informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku

1.   Kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin

Sabiex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru fuq il-bażi tal-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin tal-inqas darba fis-sena.

2.   Frekwenza minima tal-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum

Mill-25 ta' Ottubru 2020, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin għandha tiġi pprovduta lill-utenti aħħarin tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-klijenti aħħarin ikunu għażlu li jirċievu kont elettroniku, jew inkella darbtejn fis-sena.

Mill-1 ta' Jannar 2022, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin għandha tiġi pprovduta lill-utenti aħħarin mill-inqas kull xahar. Din tista' wkoll issir disponibbli permezz tal-Internet u tiġi aġġornata sikwit kemm permess mill-apparat u s-sistemi ta' kejl użati. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jiġu eżentati minn dak ir-rekwiżit barra l-istaġuni tat-tisħin jew tat-tkessiħ.

3.   Informazzjoni minima li għandha tkun fil-kont

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja ssir disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew magħhom fejn dawn ikunu bbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin:

(a) il-prezzijiet reali kurrenti u l-konsum reali tal-enerġija jew l-ispiża totali tat-tisħin u l-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin;

(b) l-informazzjoni dwar it-taħlita tal-karburanti użata u l-emissjonijiet annwali ta' gassijiet serra relatati, inkluż għall-utenti aħħarin fornuti mit-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali, u deskrizzjoni tat-taxxi, l-imposti u t-tariffi differenti applikati. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżit li tingħata informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' gass serra biex tinkludi biss provvisti minn sistemi ta' tisħin distrettwali b'input termali kklassifikat totali li jaqbeż l-20 MW;

(c) il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-utenti aħħarin mal-konsum għall-istess perijodu fis-sena preċedenti f'forma grafika, bil-korrezzjonijiet tal-klima għat-tisħin u għat-tkessiħ;

(d) l-informazzjoni ta' kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inkluż l-indirizzi tas-siti elettroniċi minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija;

(e) l-informazzjoni dwar proċeduri ta' lmenti rilevanti, servizzi tal-ombudsman jew mekkaniżmi alternattivi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim, kif applikabbli fl-Istati Membri;

(f) il-paraguni ma' utent aħħari medju normalizzat jew skont punti ta' riferiment fl-istess kategorija ta' utenti. Fil-każ ta' kontijiet elettroniċi, tali paraguni jistgħu minflok isiru disponibbli online u jiġu indikati fil-kontijiet.

Kontijiet li ma jkunux ibbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u li tinftiehem ta' kif l-ammont stipulat fil-kont ġie kkalkulat, u tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (e).

▼M5




ANNESS VIII

Potenzjal għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti

Il-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjali nazzjonali għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti msemmija fl-Artikolu 14(1) għandha tinkludi u tkun ibbażata fuq dan li ġej:

Parti I

ĦARSA KUMPLESSIVA LEJN IT-TISĦIN U T-TKESSIĦ

1.

id-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ f'termini ta' enerġija utli vvalutata ( 20 ) u f'termini ta' konsum finali tal-enerġija kkwantifikat f'GWh kull sena ( 21 ) skont is-setturi:

(a) is-settur residenzjali;

(b) is-settur tas-servizzi;

(c) is-settur tal-industrija;

(d) kwalunkwe settur ieħor li individwalment jikkonsma iktar minn 5 % tad-domanda nazzjonali totali għat-tisħin u għat-tkessiħ utli;

2.

l-identifikazzjoni, jew fil-każ tal-punt 2(a)(i), l-identifikazzjoni jew l-istima, tal-provvista attwali ta' tisħin u ta' tkessiħ:

(a) skont it-teknoloġija, f'GWh kull sena ( 22 ), fis-setturi msemmija fil-punt 1 fejn ikun possibbli, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli:

(i) ipprovduta fil-post f'siti mhux ta' servizz u mhux residenzjali permezz ta':

 bojlers tas-sħana biss;

 koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija b'effiċjenza għolja;

 pompi tas-sħana;

 teknoloġiji u sorsi oħra fil-post;

(ii) ipprovduta fil-post f'siti mhux ta' servizz u mhux residenzjali permezz ta':

 bojlers tas-sħana biss;

 koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija b'effiċjenza għolja;

 pompi tas-sħana;

 teknoloġiji u sorsi oħra fil-post;

(iii) ipprovduta mhux fil-post permezz ta':

 koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija b'effiċjenza għolja;

 sħana residwa;

 teknoloġiji u sorsi oħra mhux fil-post;

(b) l-identifikazzjoni ta' installazzjonijiet li jiġġeneraw sħana jew kesħa residwa u l-provvista potenzjali tagħhom ta' tisħin jew ta' tkessiħ, f'GWh kull sena:

(i) l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija termali li jistgħu jipprovdu jew li jistgħu jiġu mmodifikati retroattivament biex jipprovdu s-sħana residwa b'input termali totali li jaqbeż l-50 MW;

(ii) l-installazzjonijiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija li jużaw it-teknoloġiji msemmija fil-Parti II tal-Anness I b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW;

(iii) l-impjanti ta' inċinerazzjoni tal-iskart;

(iv) l-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW, ħlief l-installazzjonijiet speċifikati fil-punt 2(b)(i) u (ii) li jiġġeneraw it-tisħin jew it-tkessiħ bl-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(v) l-installazzjonijiet industrijali b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW u li jistgħu jipprovdu sħana residwa;

(c) l-ammont irrapportat ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana jew kesħa residwa fil-konsum finali tal-enerġija tas-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali ( 23 ) matul l-aħħar ħames snin, b'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001;

3.

mappa li tkopri t-territorju nazzjonali kollu u li tidentifika (filwaqt li tiġi ppreservata l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva):

(a) iż-żoni tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ wara l-analiżi tal-punt 1, filwaqt li jintużaw kriterji konsistenti biex issir enfasi fuq iż-żoni b'densità tal-enerġija fil-muniċipalitajiet u fil-konurbazzjonijiet;

(b) il-punti tal-provvista eżistenti ta' tisħin u ta' tkessiħ identifikati skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali;

(c) il-punti tal-provvista ppjanati ta' tisħin u ta' tkessiħ tat-tip deskritt skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali;

4.

tbassir tax-xejriet fid-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ biex tinżamm perspettiva tat-30 sena li jmiss f'GWh u filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-projezzjonijiet għall-10 snin li ġejjin, il-bidla fid-domanda fil-bini u f'setturi differenti tal-industrija, u l-impatt tal-politiki u tal-istrateġiji marbuta mal-ġestjoni tad-domanda, bħall-istrateġiji fit-tul ta' rinnovazzjoni tal-bini skont id-Direttiva (UE) 2018/844;

Parti II

OBJETTIVI, STRATEĠIJI U MIŻURI TA' POLITIKA

5.

il-kontribuzzjoni ppjanata tal-Istat Membru fir-rigward tal-għanijiet, tal-miri u tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tiegħu għall-ħames dimensjonijiet tal-unjoni tal-enerġija, kif stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1999, imwassla permezz ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti, b'mod partikolari b'rabta mal-punti 1 sa 4 tal-Artikolu 4(b) u mal-paragrafu (4)(b) tal-Artikolu 15, li tidentifika liema minn dawn l-elementi huwa addizzjonali meta mqabbel mal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u għall-klima;

6.

ħarsa kumplessiva ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri eżistenti kif deskritt fl-iktar rapport reċenti ppreżentat b'konformità mal-Artikoli 3, 20, 21 u 27(a) tar-Regolament (UE) 2018/1999;

Parti III

ANALIŻI TAL-POTENZJAL EKONOMIKU TAT-TISĦIN U TAT-TKESSIĦ EFFIĊJENTI

7.

analiżi tal-potenzjal ekonomiku ( 24 ) ta' teknoloġiji differenti tat-tisħin u tat-tkessiħ għandha titwettaq għat-territorju nazzjonali kollu billi tintuża l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 14(3) u għandha tidentifika xenarji alternattivi għal teknoloġiji iktar effiċjenti tat-tisħin u tat-tkessiħ, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli fejn ikun applikabbli.

Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati t-teknoloġiji li ġejjin:

(a) is-sħana u l-kesħa residwa industrijali;

(b) l-inċinerazzjoni tal-iskart;

(c) il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(d) sorsi ta' enerġija rinnovabbli (pereżempju l-enerġija ġeotermali, l-enerġija termali solari u l-bijomassa) ħlief dawk li jintużaw għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(e) il-pompi tas-sħana;

(f) it-tnaqqis tat-telf tas-sħana min-netwerks distrettwali eżistenti;

8.

din l-analiżi tal-potenzjal ekonomiku għandha tinkludi l-passi u l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a) Kunsiderazzjonijiet:

(i) l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji għall-iskopijiet tal-Artikolu 14(3) għandha tinkludi analiżi ekonomika li tikkunsidra l-fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali ( 25 ), u analiżi finanzjarja mwettqa biex jiġu vvalutati l-proġetti mill-perspettiva tal-investituri. Kemm l-analiżi ekonomika u kemm dik finanzjarja għandhom jużaw il-valur preżenti nett bħala kriterju għall-valutazzjoni;

(ii) jenħtieġ li x-xenarju bażi jservi bħala punt ta' referenza, iqis il-politiki eżistenti meta titħejja din il-valutazzjoni komprensiva ( 26 ), u jkun marbut mad-data miġbura skont il-Parti I u l-punt 6 tal-Parti II ta' dan l-Anness;

(iii) ix-xenarji alternattivi għax-xenarju bażi għandhom iqisu l-objettivi tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli tar-Regolament (UE) 2018/1999. Kull xenarju għandu jippreżenta l-elementi li ġejjin imqabbla max-xenarju bażi:

 il-potenzjal ekonomiku tat-teknoloġiji eżaminat billi l-valur preżenti nett jintuża bħala kriterju;

 it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

 mal-iffrankar previst tal-enerġija primarja f'GWh kull sena;

 l-impatt fuq l-ammont ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali.

Ix-xenarji li ma jkunux fattibbli minħabba raġunijiet tekniċi, minħabba raġunijiet finanzjarji jew minħabba r-regolamentazzjoni nazzjonali jistgħu jiġu esklużi fi stadju bikri tal-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji jekk dan ikun iġġustifikat abbazi ta' kunsiderazzjonijiet attenti, espliċiti u dokumentati sew.

Jenħtieġ li l-valutazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet iqisu l-kostijiet u l-iffrankar tal-enerġija miż-żieda fil-flessibbiltà fil-provvista tal-enerġija u minn tħaddim iktar ottimali tan-netwerks tal-elettriku, inkluż il-kostijiet evitati u l-iffrankar mit-tnaqqis fl-investiment fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.

(b) Kostijiet u benefiċċji

Il-kostijiet u l-benefiċċji msemmija fil-punt 8(a) għandhom jinkludu minn tal-inqas il-kostijiet u l-benefiċċji li ġejjin:

(i) Benefiċċji:

 il-valur tal-output għall-konsumatur (it-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku);

 il-benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali, tat-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u tas-saħħa u tas-sikurezza, kemm jista' jkun;

 l-effetti fuq is-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività, kemm jista' jkun.

(ii) Kostijiet:

 il-kostijiet kapitali tal-impjanti u tat-tagħmir;

 il-kostijiet kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati;

 il-kostijiet varjabbli u fissi tat-tħaddim;

 il-kostijiet tal-enerġija;

 il-kostijiet ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza, kemm jista' jkun;

 il-kostijiet tas-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività, kemm jista' jkun.

(c) Xenarji rilevanti mqabbla max-xenarju bażi:

Għandhom jiġu kkunsidrati x-xenarji rilevanti kollha mqabbla max-xenarju bażi, inkluż ir-rwol tat-tisħin u tat-tkessiħ individwali effiċjenti.

(i) L-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji tista' tkopri valutazzjoni ta' proġett jew grupp ta' proġetti għal valutazzjoni lokali, reġjonali jew nazzjonali usa' sabiex tiġi stabbilita l-iktar soluzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ li tkun kosteffettiva u ta' benefiċċju mqabbla ma' xenarju bażi għal żona ġeografika partikolari għall-iskop tal-ippjanar;

(ii) l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-analizijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji skont l-Artikolu 14. Huma għandhom jipprovdu l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet dettaljati b'konformità ma' dan l-Anness u għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għall-analiżi ekonomika u jagħmluhom pubbliċi.

(d) Konfini u approċċ integrat:

(i) il-konfini ġeografiku għandu jkopri żona ġeografika adegwata li tkun definita sew;

(ii) l-analiżijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji għandhom iqisu r-riżorsi ċentralizzati jew deċentralizzati rilevanti kollha ta' provvista fis-sistema u fil-konfini ġeografiku, inkluż it-teknoloġiji kkunsidrati fil-punt 7 tal-Parti III ta' dan l-Anness, kif ukoll ix-xejriet u l-karatteristiki kollha tat-tisħin u tat-tkessiħ.

(e) Suppożizzjonijiet:

(i) l-Istati Membri għandhom jipprovdu suppożizzjonijiet, għall-iskop tal-analiżijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji, dwar il-prezzijiet ta' fatturi maġġuri ta' input u ta' output kif ukoll ir-rata ta' skont;

(ii) ir-rata ta' skont li tintuża fl-analiżi ekonomika biex jiġi kkalkulat il-valur preżenti nett għandha tintgħażel b'konformità mal-linji gwida Ewropej jew nazzjonali;

(iii) l-Istati Membri għandhom jużaw tbassir nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali tal-iżvilupp tal-prezz tal-enerġija jekk ikun xieraq fil-kuntest nazzjonali u/jew reġjonali/lokali tagħhom;

(iv) il-prezzijiet li jintużaw fl-analiżi ekonomika għandhom jirriflettu l-kostijiet u l-benefiċċji soċjoekonomiċi. Il-kostijiet esterni, bħall-effetti ambjentali u tas-saħħa, jenħtieġ li jiġu inklużi kemm jista' jkun, jiġifieri meta jeżisti prezz tas-suq jew meta dan ikun diġà inkluż fir-regolamentazzjoni Ewropea jew nazzjonali.

(f) Analiżi tas-sensittività:

(i) għandha tiġi inkluża analiżi tas-sensittività biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-benefiċċji ta' proġett jew ta' grupp ta' proġetti abbażi ta' fatturi varjabbli li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-kalkoli, pereżempju prezzijiet differenti tal-enerġija, il-livelli tad-domanda, ir-rati ta' skont u oħrajn.

Parti IV

STRATEĠIJI U MIŻURI TA' POLITIKA ĠODDA POTENZJALI

9.

ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ġodda ta' politika leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ( 27 ) sabiex jitwettaq il-potenzjal ekonomiku identifikat skont il-punti 7 u 8, flimkien:

(a) mat-tnaqqis previst tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

(b) mal-iffrankar previst tal-enerġija primarja f'GWh kull sena;

(c) mal-impatt previst fuq l-ammont ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

(d) mal-impatt previst fuq l-ammont ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali u fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ;

(e) mar-rabtiet previsti mal-ipprogrammar finanzjarju nazzjonali u mal-iffrankar previst tal-kostijiet għall-baġit pubbliku u għall-parteċipanti tas-suq;

(f) mal-istima tal-miżuri previsti ta' sostenn pubbliku, jekk ikun hemm, bil-baġit annwali tagħhom u bl-identifikazzjoni tal-element ta' għajnuna potenzjali.

▼B




ANNESS IX

ANALIŻI TAL-BENEFIĊĊJI MQABBLA MAL-ISPEJJEŻ

▼M5 —————

▼B

Parti 2

Prinċipji għall-għan tal-Artikolu 14(5) u (7)

L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għandhom jipprovdu informazzjoni għall-għan tal-miżuri fl-Artikolu 14(5) u (7):

Jekk tiġi ppjanata installazzjoni tal-elettriku biss jew installazzjoni mingħajr irkupru ta' sħana, għandu jsir tqabbil bejn l-installazzjonijiet ippjanati jew il-modernizzazzjoni ppjanata u installazzjoni ekwivalenti li tipproduċi l-istess ammont ta' elettriku jew sħana fil-proċessi, iżda li tirkupra s-sħana mormija u tipprovdi sħana permezz ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u/jew netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali.

F'konfini ġeografiċi partikolari l-valutazzjoni għandha tieħu kont tal-installazzjoni ppjanata u kwalunkwe punt eżistenti jew potenzjali ta' domanda għas-sħana xierqa li jistgħu jkunu fornuti minnha, b'kont meħud tal-possibbiltajiet razzjonali (pereżempju, l-fattibbiltà teknika u d-distanza).

Il-konfini tas-sistema għandu jinkludi l-installazzjoni ppjanata u t-tagħbijiet tas-sħana, bħall-bini u l-proċess industrijali. F'dan il-konfini tas-sistema, l-ispiża totali tal-forniment tas-sħana u l-enerġija għandha tkun iddeterminata għaż-żewġ każijiet u mqabbla.

It-tagħbijiet tas-sħana għandhom jinkludu t-tagħbijiet tas-sħana eżistenti, bħal installazzjoni industrijali jew sistema ta' tisħin distrettwali eżistenti, u wkoll, f'żoni urbani, it-tagħbija u l-ispiża tas-sħana li jkun hemm jekk grupp ta' bini jew parti minn belt tkun ġiet ipprovduta bi u/jew konnessa ma' netwerk ġdida ta' tisħin distrettwali.

L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandha tiġi bbażata fuq deskrizzjoni tal-installazzjoni ppjanata u l-installazzjon(ijiet) ta' tqabbil, li tkopri l-kapaċità elettrika u termali, kif applikabbli, it-tip ta' karburant, l-użu ppjanat u l-għadd ta' sigħat ta' tħaddim ippjanati kull sena, il-post u d-domanda għall-elettriku u termali.

Għall-għan tat-tqabbil, għandu jittieħed kont tad-domanda għall-enerġija termali u t-tipi ta' tisħin u tkessiħ użati mill-punti ta' domanda għas-sħana fil-qrib. Il-paragun għandu jkopri l-ispejjeż relatati mal-infrastruttura għall-installazzjoni u l-paragun ippjanati.

Analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għall-finijiet tal-Artikolu 14(5) għandhom jinkludu analiżi ekonomika li tkopri analiżi finanzjarja li tirrifletti t-transazzjonijiet attwali tal-flussi ta' flus kontanti mill-investimenti fi u t-tħaddim ta' installazzjonijiet individwali.

Il-proġetti b'eżitu kosteffiċjenti pożittiv huma dawk fejn it-total tal-benefiċċji skontati fl-analiżi ekonomika u finanzjarja jaqbeż it-total tal-ispejjeż skontati (provvista ta' kostbenefiċċju).

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-prinċipji li jiggwidaw il-metodoloġija, l-istimi u l-medda taż-żmien għall-analiżi ekonomika.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-kumpanniji responsabbli mit-tħaddim ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni tal-elettriku termali, kumpanniji industrijali, netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, jew partijiet oħrajn influwenzati mill-konfini definit tas-sistema u dak ġeografiku, jikkontribwixxu data għall-użu fil-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' installazzjoni individwali.




ANNESS X

Garanzija tal-oriġini għall-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja

(a) L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li:

(i) il-garanzija tal-oriġini tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja:

 tagħmilha possibbli għall-produtturi juru li l-elettriku li jbigħu jkun prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u jinħareġ għal dan il-għan b'reazzjoni għal talba mingħand il-produttur;

 tkun preċiża, affidabbli u reżistenti għall-frodi;

 tinħareġ, tiġi ttrasferita u tiġi kkanċellata elettronikament;

(ii) l-istess unità tal-enerġija mill-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja tkun ikkunsidrata darba waħda biss.

(b) Il-garanzija tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 14(10) għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(i) l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità (termali u elettrika) tal-installazzjoni fejn kienet prodotta l-enerġija;

(ii) id-dati u l-postijiet ta' produzzjoni;

(iii) il-valur kalorifiku iktar baxx tas-sors tal-karburant li minnu kien prodott l-elettriku;

(iv) il-kwantità u l-użu tas-sħana ġġenerata flimkien mal-elettriku;

(v) il-kwantità tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja skont l-Anness II li tirrappreżenta l-garanzija;

(vi) l-iffrankar tal-enerġija primarja kkalkolat skont l-Anness II fuq il-bażi tal-valuri armonizzati ta' referenza għall-effiċjenza inidikati fil-punt (f) tal-Anness II;

(vii) l-effiċjenza elettrika u termali nominali tal-impjant;

(viii) jekk u sa liema punt l-installazzjoni gawdiet minn appoġġ għall-investiment;

(ix) jekk u sa liema punt l-unità tal-enerġija gawdiet bi kwalunkwe mod ieħor minn skema ta' appoġġ nazzjonali, u t-tip ta' skema ta' appoġġ;

(x) id-data li fiha l-impjant sar operazzjonali; u

(xi) id-data u l-pajjiż li joħroġ il-garanzija u numru ta' identifikazzjoni uniku.

Il-garanzija tal-oriġini għandha tkun ta' qies standard ta' 1 MWh. Għandha tkun marbuta mal-output nett ta' elettriku mkejjel fil-parametru tal-istazzjoni u esportat fil-grilja.




ANNESS XI

Kriterji ta' effiċjenza fl-enerġija għar-regolamentazzjoni tan-netwerk tal-enerġija u għat-tariffi tan-netwerk tal-elettriku

1. It-tariffi tan-netwerk għandhom jirriflettu l-ispejjeż tal-iffrankar tal-ispejjeż fin-netwerks miksuba mil-lat tad-domanda u l-miżuri ta' reazzjoni għad-domanda u l-ġenerazzjoni distribwita, inkluż l-iffrankar mit-tnaqqis tal-ispiża tat-twassil jew tal-investiment fin-netwerks u tħaddim iktar ottimali tan-netwerk.

2. Ir-regolamentazzjoni u t-tariffi tan-netwerk m'għandhomx jipprevjenu lill-operaturi tan-netwerk jew il-bejjiegħa tal-enerġija milli jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema għal miżuri ta' reazzjoni għad-domanda, ġestjoni tad-domanda u ġenerazzjoni distribwita fis-swieq organizzati tal-elettriku, b'mod partikolari:

(a) it-trasferiment tat-tagħbija mill-ħinijiet tal-ikbar domanda għal ħinijiet mhux tal-ikbar domanda mill-klijenti aħħarin b'kont meħud tad-disponibbiltà tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija mill-koġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni distribwita;

(b) l-iffrankar tal-enerġija mir-reazzjoni għad-domanda tal-konsumaturi distribwiti mill-aggregaturi tal-enerġija;

(c) it-tnaqqis tad-domanda minn miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija mwettqa mill-fornituri tas-servizzi ta' enerġija, inklużi l-kumpanniji tas-servizzi ta' enerġija;

▼C1

(d) il-konnessjoni u d-dispaċċ ta' sorsi ta' ġenerazzjoni f'livelli iktar baxxi ta' vultaġġ;

▼B

(e) il-konnessjoni tas-sorsi ta' ġenerazzjoni minn post eqreb għall-konsum; u

(f) il-ħżin tal-enerġija.

Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, it-terminu “swieq organizzati tal-elettriku” għandu jinkludi s-swieq b'bejgħ dirett u l-boroż tal-enerġija elettrika għall-kummerċ ta' enerġija, ta' kapaċità kif ukoll servizzi ta' bbilanċjar u servizzi anċillari fil-perijodi kollha ta' żmien, inklużi s-swieq bil-quddiem, bil-ġurnata 'l quddiem u ta' dak inhar stess.

3. It-tariffi tan-netwerk jew tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jappoġġaw il-prezz dinamiku għall-miżuri ta' rispota għad-domanda mill-konsuamturi finali, bħal:

(a) tariffi skont il-ħin tal-użu (time-of-use tariffs);

(b) ipprezzar għall-ħinijiet kritiċi tal-iktar użu (critical peak pricing);

(c) ipprezzar f'ħin reali; u

(d) rifużjonijiet tal-ħinijiet tal-iktar użu.




ANNESS XII

REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMA TA’ TRASMISSJONI U GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMA TA’ DISTRIBUZZJONI

L-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni għandhom:

▼M3

(a) jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mat-tiġrib u l-qsim tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja, it-tisħiħ tal-grilja u l-introduzzjoni ta' grilji ġodda, tħaddim aħjar tal-grilja u regoli dwar l-implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa;

▼B

(b) jipprovdu lil kwalunkwe produttur ġdid ta' elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja li jixtieq ikun konness mas-sistema bl-informazzjoni komprensiva u meħtieġa mitluba, inklużi:

(i) stima komprensiva u dettaljata tal-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni;

(ii) skeda ta' żmien raġonevoli u preċiża sabiex tasal it-talba u tkun pproċessata għal konnessjoni mal-grilja;

(iii) skeda ta' żmien indikattiva raġonevoli għal kwalunkwe konnessjoni mal-grilja proposta. Il-proċess ġenerali għall-konnessjoni mal-grilja m'għandux ikun itwal minn 24 xahar, b'kont meħud ta' dak li huwa raġonevolment pratikabbli u mhux diskriminatorju;

(c) jipprovdu proċeduri standardizzati u ssimplifikati għall-konnessjoni ta' produtturi distribwiti ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja sabiex jiffaċilitaw il-konnessjoni tagħhom mal-grilja.

Ir-regoli standard imsemmija fil-punt (a) għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji fejn b'mod partikolari jkunu kkunsidrati l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta' dawk il-produtturi mal-grilja. Huma jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta' konnessjoni.




ANNESS XIII

Elementi minimi li għandhom jiġu inkużi fil-kuntratti tal-prestazzjoni tal-enerġija mas-settur pubbliku jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta assoċjati

 Lista ċara u trasparenti tal-miżuri ta' effiċjenza li għandhom jiġu implimentati jew ir-riżultati tal-effiċjenza li għandhom jinkisbu.

 L-iffrankar iggarantit li għandu jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kuntratt.

 It-tul u l-punti ewlenin tal-kuntratt, it-termini u l-perijodu ta' notifika.

 Lista ċara u trasparenti tal-obbligi ta' kull parti kontraenti.

 Id-data(i) ta' referenza sabiex ikun stabbilit l-iffrankar miksub.

 Lista ċara u trasparenti tal-passi li għandhom jitwettqu biex tkun implimentata miżura jew pakkett ta' miżuri u, fejn rilevanti, l-ispejjeż assoċjati.

 Obbligu li l-miżuri fil-kuntratt jiġu implimentati b'mod sħiħ u li l-bidliet kollha li jsiru waqt il-proġett jiġu ddokumentati.

 Regolamenti li jispeċifikaw l-inklużjoni ta' rekwiżiti ekwivalenti fi kwalunkwe sottokuntrattar ma' partijiet terzi.

 Wirja ċara u trasparenti tal-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proġett u distribuzzjoni tas-sehem taż-żewġ partijiet fl-iffrankar monetarju miksub (jiġifieri, ir-remunerazzjoni tal-fornitur tas-servizz).

 Dispożizzjonijiet ċari u trasparenti dwar il-kejl u l-verifika tal-iffrankar iggarantit miksub, il-kontrolli u l-garanziji tal-kwalità.

 Dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-proċedura sabiex ikunu indirizzati l-kundizzjonijiet ta' qafas li jinbidlu li jaffettwaw il-kontenut u l-eżitu tal-kuntratt (jiġifieri, prezzijiet tal-enerġija li jinbidlu, l-intensità tal-użu ta' installazzjoni).

 Informazzjoni dettaljata tal-obbligi ta' kull wieħed mill-parti kontraenti u tal-penali għall-ksur tagħhom.




ANNESS XIV

QAFAS ĠENERALI GĦAR-RAPPORTAĠĠ

Parti 1

Qafas ġenerali għar-rapporti annwali

Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 24(1) jipprovdu bażi għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri nazzjonali tal-2020. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja:

(a) stima tal-indikaturi li ġejjin fis-sena qabel l-aħħar (sena X ( 28 ) -2):

(i) il-konsum tal-enerġija primarja;

(ii) il-konsum totali tal-enerġija finali;

(iii) il-konsum tal-enerġija finali skont is-settur

 l-industrija;

 it-trasport (maqsum bejn it-trasport tal-passiġġieri u dak tal-merkanzija, jekk disponibbli)

 l-unitajiet domestiċi

 is-servizzi;

(iv) il-valur gross miżjud skont is-settur

 l-industrija;

 is-servizzi;

(v) id-dħul disponibbli tal-familji;

(vi) il-prodott domestiku gross (PDG);

(vii) il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali;

(viii) il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sħana u enerġija kkombinati;

(ix) il-ġenerazzjoni tas-sħana mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali;

(x) il-ġenerazzjoni tas-sħana minn impjanti ta' sħana u enerġija kkombinati, inkluż sħana mormija industrijali;

(xi) l-input ta' karburant għall-ġenerazzjoni tal-enerġija termali;

(xii) kilometri tal-passiġġieri (pkm), jekk disponibbli;

(xiii) kilometri tat-tunnellati (tkm), jekk disponibbli;

(xiv) kilometri ta' trasport ikkombinat (pkm + tkm), fil-każ li (xii) u (xiii) ma jkunux disponibbli;

(xv) il-popolazzjoni;

F'setturi fejn il-konsum tal-enerġija jibqa' stabbli jew qed jikber, l-Istati Membri għandhom janalizzaw ir-raġunijiet għal dan u jehmżu l-evalwazzjoni tagħhom mal-istimi.

It-tieni rapport u dawk sussegwenti għandhom jinkludu wkoll il-punti (b) sa (e):

(b) aġġornamenti ta' miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżattivi ewlenin implimentati fis-sena preċedenti li jagħtu kontribut għall-miri nazzjonali kumplessivi għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020;

(c) id-daqs totali tal-wiċċ l-art tal-binjiet b'daqs totali tal-wiċċ tal-art siewi ta' iktar minn 500 m2 u mid-9 ta' Lulju 2015 iktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri tiegħu u okkupata minnu li, fl-1 ta' Jannar tas-sena meta għandu jitressaq ir-rapport, ma ssodisfatx ir-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1);

(d) id-daqs totali ta' wiċċ l-art tal-binjiet imsaħħna u/jew imkessħa li huma l-proprjetà tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri u okkupati minnu li ġie rinnovat fis-sena preċedenti msemmi fl-Artikolu 5(1) jew l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija f'binjiet eliġibbli li huma l-proprjetà tal-gvern ċentrali tagħhom u okkupati minnu kif imsemmi fl-Artikolu 5(6);

(e) l-iffrankar tal-enerġija miksub permezz tal-iskemi nazzjonali ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7(1) jew il-miżuri alternattivi adottati fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(9).

L-ewwel rapport għandu jinkludu wkoll il-mira nazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(1).

Fir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 24(1) l-Istati Membri jistgħu jinkludu wkoll miri nazzjonali addizzjonali. Dawn jistgħu ikunu marbuta b'mod partikolari mal-indikaturi statistiċi elenkati fil-punt (a) ta' din il-Parti jew kombinazzjonijiet tagħhom, bħall-intensità enerġetika primarja jew finali jew intensitajiet enerġetiċi settorjali.

Parti 2

Qafas ġenerali għall-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija imsemmija fl-Artikolu 24(2) għandhom jipprovdu qafas għall-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija.

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom ikopru miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija mistenni/miksub sinifikanti, inklużi dawk fil-provvista, fit-trasmissjoni u fid-distribuzzjoni tal-enerġija kif ukoll fl-użu aħħari tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja:

1. Miri u strateġiji

 il-mira nazzjonali indikattiva għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020 kif inhu mitlub mill-Artikolu 3(1);

 il-mira indikattiva nazzjonali ta' ffrankar tal-enerġija stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE;

 miri eżistenti oħrajn għall-effiċjenza fl-enerġija li jindirizzaw l-ekonomija kollha jew setturi speċifiċi.

2. Miżuri u ffrankar tal-enerġija

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-miżuri adottati jew li hu ppjanat li jiġu adottati bil-ħsieb li jiġu implimentati l-elementi ewlenin ta' din id-Direttiva u dwar l-iffrankar relatat tagħhom.

(a) Iffrankar tal-enerġija primarja

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jelenkaw miżuri u azzjonijiet sinfikanti meħuda għall-iffrankar tal-enerġija primarja fis-setturi kollha tal-ekonomija. Għal kull miżura jew għal kull pakkett ta' miżuri/azzjonijiet għandhom ikunu pprovduti stimi tal-iffrankar mistenni għall-2020 u l-iffrankar miksub sa żmien ir-rappurtaġġ.

Fejn disponibbli, għandha tingħata informazzjoni dwar impatti/benefiċċji oħrajn tal-miżuri (tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gass serra, titjib fil-kwalità tal-arja, il-ħolqien tal-impjiegi, eċċ.) u dwar il-baġit għall-implimentazzjoni.

(b) Iffrankar tal-enerġija finali

L-ewwel u t-tieni Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu r-riżultati fir-rigward tal-kisba tal-mira għall-iffrankar tal-enerġija finali stabbilita fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2006/32/KE. Jekk il-kalkolu/stima tal-iffrankar għal kull miżura ma jkunx disponibbli, għandu jintwera t-tnaqqis fl-enerġija fil-livell tas-settur minħabba (l-kombinazzjoni) ta' miżuri.

L-ewwel u t-tieni Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu wkoll il-metodoloġija tal-kejl u/jew tal-kalkolu użata biex jiġi kkalkolat l-iffrankar tal-enerġija. Jekk il-“metodoloġija rakkomandata ( 29 )” tiġi applikata, il-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandu jipprovdi referenzi għal dan.

3. Informazzjoni speċifika relatata ma' din id-Direttiva

3.1. Korpi pubbliċi (Artikolu 5)

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu l-lista ta' korpi pubbliċi li jkunu żviluppaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija skont l-Artikolu 5(7).

3.2. Obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija (Artikolu 7)

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu l-koeffiċjenti nazzjonali magħżula skont l-Anness IV.

L-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandu jinkludi deskrizzjoni qasira tal-iskema nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7(1) jew il-miżuri alternattivi adottati b'applikazzjoni tal-Artikolu 7(9).

3.3. Verifiki u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija (Artikolu 8)

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu:

(a) l-għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa fil-perijodu preċedenti;

(b) l-għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa fl-impriżi l-kbar fil-perijodu preċedenti;

(c) l-għadd ta' kumpanniji kbar fit-territorju tagħhom, b'indikazzjoni tal-għadd ta' dawk li japplika għalihom l-Artikolu 8(5).

3.4. Promozzjoni ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti (Artikolu 14)

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu valutazzjoni tal-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-valutazzjoni komprensiva msemmija fl-Artikolu 14(1).

3.5. Trasmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija (Artikolu 15)

L-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u r-rapporti sussegwenti mistennija kull 10 snin minn dakinhar 'il quddiem għandhom jinkludu l-valutazzjoni magħmula, il-miżuri u l-investimenti identifikati biex jiġu utilizzati l-potenzjali ta' effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.6. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw, bħala parti mill-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija, dwar il-miżuri li ttieħdu biex jippermettu u jiżviluppaw ir-risposta għad-domanda kif imsemmi fl-Artikolu 15.

3.7. Disponibbilta' ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni (Artikolu 16)

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-iskemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti disponibbli għall-fornituri tas-servizzi ta' enerġija, il-verifiki tal-enerġija u l-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.

3.8. Servizzi tal-Enerġija (Artikolu 18)

Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu link tal-internet għas-sit elettroniku fejn il-lista jew il-pjattaforma tal-fornituri tas-servizzi tal-enerġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(1) jistgħu jkunu aċċessibbli.

3.9. Miżuri oħrajn għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija (Artikolu 19)

L-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandu jinkludi lista tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 19(1).




ANNESS XV

Tabella tal-korrelazzjoni



Id-Direttiva 2004/8/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

Artikolu 2

Artikolu 1(1)

Artikolu 3, punt (a)

Artikolu 2, punt (30)

Artikolu 3, punt (b)

Artikolu 2, punt (32)

Artikolu 3, punt (c)

Artikolu 2, punt (31)

Artikolu 3, punt (d)

Artikolu 2, punt (33)

Artikolu 3, punt (e) u (f)

Artikolu 3, punt (g)

Artikolu 2, punt (35)

Artikolu 3, punt (h)

Artikolu 3, punt (i)

Artikolu 2, punt (34)

Artikolu 3, punt (j)

Artikolu 3, punt (k)

Artikolu 2, punt (36)

Artikolu 3, punt (l)

Artikolu 2, punt (37)

Artikolu 3, punt (m)

Artikolu 2, punt (39)

Artikolu 3, punt (n)

Artikolu 2, punt (38)

Artikolu 3, punt (o)

Artikolu 2, punt (40),(41), (42), (43) u (44)

Artikolu 4(1)

Anness II, punt (f), l-ewwel subpunt

Artikolu 4(2)

Artikolu 14(10), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 5

Artikolu 14(10), l-ewwel subparagrafu u l-Anness X

Artikolu 6

Artikolu 14(1), u (3), l-Anness VIII u IX

Artikolu 7(1)

Artikolu 14(11)

Artikolu 7(2) u (3)

Artikolu 8

Artikolu 15(5)

Artikolu 15(6), (7), (8) u (9)

Artikolu 9

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 14(1) u 24(2), Anness XIV, Parti 2

Artikolu 10(3)

Artikolu 24(6)

Artikolu 11

Artikolu 24(3)

Artikolu 24(5)

Artikolu 12 (1) u (3)

Artikolu 12 (2)

Anness II, punt (c)

Artikolu 13

Artikolu 22(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 28

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 29

Artikolu 18

Artikolu 30

Anness I

Anness I, Parti II

Anness II

Anness I, Parti I u Parti II, l-aħħar subparagrafu

Anness III

Anness II

Anness IV

Anness VIII

Anness IX



Id-Direttiva 2006/32/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

Artikolu 2

Artikolu 1(1)

Artikolu 3, punt (a)

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 3, punt (b)

Artikolu 2, punt (4)

Artikolu 3, punt (c)

Artikolu 2, punt (6)

Artikolu 3, punt (d)

Artikolu 2, punt (5)

Artikolu 2, punti (2) u (3)

Artikolu 3 punt (e)

Artikolu 2, punt (7)

Artikolu 3, punti (f), (g), (h) u (i)

Artikolu 2, punti (8) sa (19)

Artikolu 3, punt (j)

Artikolu 2, punt (27)

Artikolu 2, punt (28)

Artikolu 3, punt (k)

Artikolu 3, punt (l)

Artikolu 2, punt (25)

Artikolu 2, punt (26)

Artikolu 3, punt (m)

Artikolu 3, punt (n)

Artikolu 2, punt (23)

Artikolu 3, punt (o)

Artikolu 2, punt (20)

Artikolu 3, punt (p)

Artikolu 2, punt (21)

Artikolu 3, punt (q)

Artikolu 2, punt (22)

Artikolu 3, punti (r) u (s)

Artikolu 2, punti (24), (29), (44) u (45)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikoli 5 u 6

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 7(8), punti (a) u (b)

Artikolu 6 (1)(b)

Artikolu 18(3)

Artikolu 6 (2)

Artikolu 7(1), (5), (6), (7), (9), (10), (11) u (12)

Artikolu 7(2) u (3)

Artikolu 6 (3)

Artikolu 18(2), punti (b) u (c)

Artikolu 6 (5)

Artikolu 7

Artikolu 17

Artikolu 8

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2) u (3)

Artikolu 9(1)

Artikolu 19

Artikolu 9(2)

Artikolu 18(1) punt (d), subpunt (i)

Artikolu 18(1), punti (a), (b), (c), (d), subpunt (ii), u (e)

Artikolu 10(1)

Artikolu 15(4)

Artikolu 10(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(7), (8) u (9)

Artikolu 11

Artikolu 20

Artikolu 12(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 8(2), (3), (4), (5), (6) u (7)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(1)

Artikolu 9

Artikolu 13(2)

Artikolu 10 u Anness VII, punt 1.1

Artikolu 13(3)

Anness VII, punti 1.2 u 1.3

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 18(2), punti (a) u (d)

Artikolu 21

Artikolu 14(1) and (2)

Artikolu 24(1) u (2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(4) and (5)

Artikolu 24(3)

Artikolu 24(4) u (7) sa (11)

Artikolu 22(1)

Artikolu 15(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 15(2), (3) and (4)

Artikolu 23

Artikolu 25

Artikolu 16

Artikolu 26

Artikolu 17

Artikolu 27

Artikolu 18

Artikolu 28

Artikolu 19

Artikolu 29

Artikolu 20

Artikolu 30

Anness I

Anness II

Anness IV

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness VI

Anness III

Anness V

Anness VI

Anness VII

Anness XI

Anness XII

Anness XIII

Anness XIV

Anness XV



( 1 ) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.

( 2 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

( 3 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

( 4 ) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 5 ) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

( 6 ) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

( 7 ) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91.

( 8 ) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

( 9 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 10 ) ĠU L 191, 23.7.2010, p. 28.

( 11 ) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

( *1 ) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.”;

( 12 ) ĠU L 338, 17.12.2008, p. 55.

( 13 ) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24.

( 14 ) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.

( 15 ) Member States may apply different conversion factors if these can be justified.

( 16 ) Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

( 17 ) Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

( 18 ) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

( 19 ) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

( 20 ) L-ammont ta' enerġija termali meħtieġ biex tiġi ssodisfata d-domanda tal-utenti finali għat-tisħin u għat-tkessiħ.

( 21 ) Jenħtieġ li tintuża l-iktar data reċenti disponibbli.

( 22 ) Jenħtieġ li tintuża l-iktar data reċenti disponibbli.

( 23 ) Wara li tiġi stabbilita l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità ta' enerġija rinnovabbli li tintuża għat-tkessiħ u għat-tkessiħ distrettwali skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-identifikazzjoni ta' “tkessiħ rinnovabbli” għandha titwettaq b'konformità ma' dik id-Direttiva. Sakemm jasal dak iż-żmien, l-identifikazzjoni għandha titwettaq skont metodoloġija nazzjonali xierqa.

( 24 ) Jenħtieġ li l-analiżi tal-potenzjal ekonomiku tippreżenta l-volum ta' enerġija (f'GWh) li jista' jiġi ġġenerat kull sena minn kull teknoloġija analizzata. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-limitazzjonijiet u l-interrelazzjonijiet fis-sistema tal-enerġija. L-analiżi tista' tuża mudelli bbażati fuq suppożizzjonijiet li jirrappreżentaw it-tħaddim ta' tipi komuni ta' teknoloġiji jew ta' sistemi.

( 25 ) Inkluż il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

( 26 ) Id-data limitu biex jitqiesu l-politiki għax-xenarju bażi hija tmiem is-sena ta' qabel is-sena li sa tmiemha trid issir il-valutazzjoni komprensiva. Jiġifieri, il-politiki ppromulgati fi żmien sena qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni komprensiva ma hemmx għalfejn jitqiesu.

( 27 ) Din il-ħarsa ġenerali għandha tinkludi l-miżuri u l-programmi ta' finanzjament li jistgħu jiġu adottati matul il-perjodu tal-valutazzjoni komprensiva, mingħajr ma tiġi ppreġudikata notifika separata tal-iskemi ta' sostenn pubbliku għal valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat,

( 28 ) X=sena kurrenti.

( 29 ) Rakkomandazzjonijiet dwar il-Metodi ta' Kejl u ta' Verifika fil-qafas tad-Direttiva 2006/32/KE dwar Effiċjenza fl-Użu Finali tal-Enerġija u dwar Servizzi ta' Enerġija.