02012D0535 — MT — 23.04.2018 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Settembru 2012

dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 6543)

(2012/535/UE)

(ĠU L 266 2.10.2012, p. 42)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/226 notifikata bid-dokument C(2015 tal-11 ta' Frar 2015

  L 37

21

13.2.2015

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/427 notifikata bid-dokument C(2017 tat-8 ta' Marzu 2017

  L 64

109

10.3.2017

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/618 notifikata bid-dokument C(2018 tad-19 ta' April 2018

  L 102

17

23.4.2018




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Settembru 2012

dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 6543)

(2012/535/UE)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “pjanti suxxettibbli” tfisser pjanti (ħlief frott u żrieragħ) tal-Abies Mill., iċ-Cedrus Trew, il-Larix Mill., il-Picea A. Dietr., il-Pinus L., is-Pseudotsuga Carr. u t-Tsuga Carr.;

▼M1

(b) “injam suxxettibbli” tfisser injam tal-koniferi (Coniferales) li jaqa' f'wieħed minn dawn il-punti:

(i) injam skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2000/29/KE;

(ii) injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu;

(iii) injam fl-għamla ta' doqqajs u kaxxi fejn ibejtu l-għasafar.

Injam suxxettibbli ma tfissirx injam isserrat u bċejjeċ taz-zkuk ta' Taxus L. u Thuja L., u njam li jkun għadda minn proċess biex jitneħħa r-riskju li jkun fih in-nematodu tal-injam tal-arżnu (il-PWN);

▼B

(c) “qoxra tas-siġar suxxettibbli” tfisser qoxra tal-koniferi (Coniferdales);

(d) “sit ta’ produzzjoni” tfisser kwalunkwe stabbiliment li jopera bħala unità waħda tal-produzzjoni. Dan jista’ jinkludi siti ta’ produzzjoni li huma mmexxija separatament għal għanijiet fitosanitarji;

(e) “vettur” tfisser ħanfus tal-ġenus Monochamus Megerle f’Dejean, 1821;

(f) “staġun tal-migrazzjoni tal-vettur” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Ottubru, minbarra fejn ikun hemm ġustifikazzjoni teknikoxjentifika għal tul ta’ żmien differenti għall-istaġun tal-migrazzjoni tal-vettur, b’kunsiderazzjoni ta’ marġini ta’ sikurezza ta’ erba’ ġimgħat addizzjonali fil-bidu u fi tmiem tal-istaġun ta’ migrazzjoni previst;

(g) “materjal tal-ippakkjar tal-injam” tfisser injam jew prodotti tal-injam li jintużaw għas-sostenn, il-protezzjoni jew il-ġarr ta’ prodott, f’forma ta’ kaxxi għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, btieti u ppakkjar simili, palits, palits f’forma ta’ kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija, għenuq tal-palits u bċejjeċ tal-injam, sew jekk fil-fatt jintużaw għat-trasport tal-oġġetti u sew jekk le. Injam proċessat magħmul bil-kolla, bis-sħana jew bil-pressjoni jew kumbinazzjoni ta’ dawn u materjal għall-ippakkjar magħmul kompletament minn injam ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas huwa eskluż;

▼M2

(h) “il-pjanta affettwata minn nirien jew tempesti” tfisser kull pjanta suxxettibbli li tkun saritilha l-ħsara minn nirien jew tempesti b'tali mod li tippermetti ovipożizzjoni mill-vettur.

▼B

Artikolu 2

Stħarriġ f’żoni fejn mhuwiex magħruf li jeżisti l-PWN

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġ annwali dwar il-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu), min hawn ’il quddiem imsejjaħ “PWN”, fir-rigward ta’ pjanti suxxettibbli, injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli u fir-rigward tal-vettur, u jiddeterminaw jekk hemmx evidenza tal-preżenza tal-PWN fit-territorju tagħhom f’żoni fejn qabel ma kienx magħruf li jeżisti l-PWN.

Dak l-istħarriġ għandu jinkludi l-ġabra u l-ittestjar fil-laboratorju ta’ kampjuni ta’ pjanti suxxettibbli, injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli u vetturi. L-għadd ta’ kampjuni għandu jiġi determinat skont prinċipji xjentifiċi u tekniċi sodi.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni deskrizzjoni tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 li jistabbilixxi l-għadd ta’ siti fejn isir l-istħarriġ, iż-żoni li għandhom jiġu sorveljati u l-għadd ta’ kampjuni li għandhom isirulhom testijiet fil-laboratorju kull sena. Id-deskrizzjoni għandha tindika l-prinċipji xjentifiċi u tekniċi li fuqhom jissejjes dak l-istħarriġ.

Dik id-deskrizzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu tas-sena li fiha għandu jsir l-istħarriġ.

3.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik li fiha jkun sar l-istħarriġ.

Artikolu 3

Testijiet fil-laboratorju

It-testijiet fil-laboratorju għall-preżenza tal-PWN fil-pjanti suxxettibbli, l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli u l-vetturi għandhom isiru skont il-protokoll dijanjostiku għall-Bursaphelenchus xylophilus stipulat fl-Istandard tal-EPPO PM7/4(2) ( 1 ). Il-metodi f’dak l-istandard jistgħu jiġu ssuplimentati jew sostitwiti minn metodi dijanjostiċi molekulari li jkunu vvalidati xjentifikament u li jkollhom sensittività u affidabbiltà tal-inqas ekwivalenti għal dawk fl-istandard tal-EPPO.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ kontinġenza

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 2013, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan li jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli 5 sa 16, f’każ ta’ preżenza kkonfermata jew ta’ suspett ta’ preżenza tal-PWN, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-pjan ta’ kontinġenza”.

▼M2

2.  Il-pjan ta' kontinġenza għandu jistabbilixxi dan li ġej:

(a) taqsima speċifika li tipprovdi informazzjoni fil-qosor dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' PWN għall-Istat Membru kkonċernat, inkluż informazzjoni ta' sfond dwar il-bijoloġija tal-PWN, is-sintomi mistennija u l-ospitanti affettwati, kif ukoll metodi ta' detezzjoni, il-mogħdijiet ewlenin għad-dħul u għat-tixrid ulterjuri, inkluż rakkomandazzjonijiet ta' kif jista' jitnaqqas ir-riskju tad-dħul, tal-istabbiliment u tat-tixrid tiegħu;

(b) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-eżekuzzjoni tal-pjan, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew issuspettata uffiċjalment tal-PWN, kif ukoll il-katina ta' kmand u l-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu minn korpi uffiċjali responsabbli, awtoritajiet pubbliċi oħra, entitajiet delegati jew persuni fiżiċi involuti, laboratorji u operaturi;

(c) il-kundizzjonijiet ta' aċċess tal-korpi uffiċjali responsabbli għall-post tal-operaturi u persuni oħra;

(d) il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-korpi uffiċjali responsabbli, fejn meħtieġ, għal-laboratorji, it-tagħmir, il-persunal, l-għarfien espert estern u r-riżorsi meħtieġa għall-qerda rapida u effettiva jew, meta xieraq, it-trażżin tal-PWN;

(e) il-miżuri li għandhom jittieħdu dwar il-forniment ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra, l-operaturi kkonċernati u l-pubbliku fir-rigward tal-preżenza tal-PWN u l-miżuri meħuda kontra l-PWN f'każ li l-preżenza tagħha tkun ikkonfermata jew issuspettata uffiċjalment;

(f) l-arranġamenti għar-reġistrazzjoni tas-sejbiet tal-preżenza tal-PWN;

(g) il-protokolli li jiddeskrivu l-metodi ta' eżamijiet viżivi, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju;

(h) il-proċeduri, u l-persuni responsabbli, għall-qafas ta' koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u, meta jkun applikabbli, mal-pajjiżi terzi ġirien.

Il-kontenut tal-pjan ta' kontinġenza għandu jqis ir-riskju li l-organiżmu speċifikat jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni fuq talba tagħha.

Artikolu 5

Żoni demarkati

1.  Fejn ir-riżultati ta’ stħarriġ annwali, kif previst fl-Artikolu 2(1), juru l-preżenza tal-PWN fi pjanta suxxettibbli f’parti tat-territorju ta’ Stat Membru fejn qabel kien magħruf li ma jeżistix, jew fejn hemm evidenza ta’ tali preżenza b’mezzi oħrajn, dak l-Istat Membru għandu minnufih jiddemarka żona skont il-paragrafu 2, minn hawn ’il quddiem imsejħa “iż-żona demarkata”.

Fejn il-preżenza tal-PWN tinstab f’vettur jew f’kunsinna ta’ injam suxxettibbli, ta’ qoxra tas-siġar suxxettibbli jew f’materjal tal-ippakkajr tal-injam, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu investigazzjoni qrib fejn ikun inqabad il-vettur jew fejn kien hemm l-injam suxxettibbli, il-qoxra tas-siġar suxxettibbli jew il-materjal tal-ippakkjar tal-injam meta saret is-sejba. Fejn ir-riżultati tal-investigazzjoni juru l-preżenza tal-PWN fi pjanta suxxettibbli, għandu japplika wkoll is-sottoparagrafu 1.

2.  Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn żona fejn tkun instabet il-preżenza tal-PWN, minn hawn ’il quddiem “iż-żona infestata”, u minn żona li ddawwar iż-żona infestata, minn hawn ’il quddiem “iż-żona ta’ lqugħ”. Iż-żona ta’ lqugħ għandha tkun wiesgħa tal-inqas 20 km.

Fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ eradikazzjoni, skont l-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ għal mhux anqas minn 6 km, sakemm dan it-tnaqqis ma jfixkilx l-eradikazzjoni.

3.  Fejn jinstab il-PWN f’żona ta’ lqugħ, għandha tintgħażel żona demarkata minnufih skont il-paragrafu 1 sabiex tiġi kkunsidrata dik is-sejba.

Iż-żona demarkata eżistenti tista’, minflok, tiġi emendata biex tiġi kkunsidrata dik is-sejba fejn dik iż-żona tkun suġġetta għal miżuri ta’ eradikazzjoni skont l-Artikolu 6.

Kull evidenza ta’ preżenza tal-PWN f’żona ta’ lqugħ għandha tiġi nnotifikata immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

4.  Fejn tinstab il-preżenza tal-PWN f’territorju ta’ Stat Membru u ż–żona demarkata testendi fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed ieħor jew aktar, l-Istat Membru l-ieħor jew l-Istati Membri l-oħrajn għandhom, skont il-paragrafu 1, jistabbilixxu żona demarkata jew żoni demarkati li jikkompletaw iż-żona ta’ lqugħ, b’żona ta’ lqugħ jew żoni ta’ lqugħ li l-wisa’ tagħhom tikkorrespondi għall-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ fl-Istat Membru fejn issir l-iskoperta.

5.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw iż-żoni demarakati fit-territorju tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar mid-data minn meta jkun instab il-PWN fiż-żona kkonċernata.

Dik il-komunikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni taż-żoni demarkati, fejn jinsabu u l-ismijiet tal-entitajiet amministrattivi milqutin mid-demarkazzjoni, flimkien ma’ mappa li tindika l-post fejn tinsab kull żona demarkata, kull żona infestata u kull żona ta’ lqugħ.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-emendi għaż-żoni demarkati fit-territorju tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien xahar minn meta ssir dik l-emenda.

6.  Fejn l-istħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibbli u l-vettur, kif stabbilit fil-punt 6 tal-Anness I, juri li ma nstabx PWN fiż-żona demarkata kkonċernata fl-erba’ snin li għaddew, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li ż-żona ma tibqax demarkata. Stat Membru fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt 5 tal-Anness I jista’ jiddeċiedi li ż-żona ma għadhiex demarkata fil-każ li jiġi kkonfermat li m’hemmx PWN permezz tat-teħid ta’ kampjuni u t-twettiq t-testijiet imsemmija fil-punt 7 ta’ dak l-Anness.

Dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dik id-deċiżjoni fi żmien xahar.

7.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ żoni demarkati u tikkomunika dik il-lista lill-Istati Membri.

Dik il-lista għandha tiġi aġġornata skont il-komunikazzjonijiet li jaslu lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 5 u 6.

Artikolu 6

Eradikazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri, kif stipulat fl-Anness I, biex jeradikaw il-PWN preżenti fiż-żoni demarkati fit-territorju tagħhom.

Għandu jitqies li l-PWN ikun ġie eradikat, meta l-istħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibli u l-vettur, kif inhu stabbilit fil-punt 6 tal-Anness I, juri li fiż-żona demarkata kkonċernata ma nstabx PWN fl-erba’ snin li għaddew, jew f’każ li jkun konfermat li m’hemmx PWN permezz tat-teħid tal-kampjuni u t-twettiq t-testijiet imsemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-punt 7 tal-Anness I.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu minn persunal li jkollu l-kwalifiki tekniċi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew minn persuni oħra li jkollhom il-kwalifiki tekniċi u li jkunu qed jaħdmu taħt is-superviżjoni tal-korpi uffiċjali responsabbli.

Artikolu 7

Trażżin

1.  Fejn l-istħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibbli u l-vettur, kif inhu stabbilit fil-punt 6 tal-Anness I, jikkonferma l-preżenza tal-PWN f’żona demarkata tul perjodu ta’ tal-anqas erba’ snin konsekuttivi u fejn l-esperjenza miksuba turi li, fis-sitwazzjoni kkonċernata, huwa impossibbli li l-PWN jiġi eradikat, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li minflok irażżan il-PWN għal din iż-żona.

L-Istat Membru kkonċernat jista’ madankollu, qabel tmiem dak il-perjodu, jiddeċiedi li jrażżan il-PWN, minflok jeradikah, f’każijiet fejn id-dijametru taż-żona infestata jaqbeż l-20 km, fejn ikun hemm evidenza tal-preżenza tal-PWN fiż-żona infestata kollha u fejn l-esperjenza miksuba turi li, fis-sitwazzjoni kkonċernata, huwa impossibbli li l-PWN f’dik iż-żona jiġi eradikat.

Il-miżuri ta’ trażżin għandhom jittieħdu kif stabbilit fl-Anness II.

2.  Fejn Stat Membru jiddeċiedi li, skont il-paragrafu 1, japplika miżuri ta’ trażżin flok miżuri ta’ eradikazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din id-deċiżjoni filwaqt li jispjega r-raġunijiet għaliha.

Fejn japplika t-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq investigazzjonijiet f’dak l-Istat Membru biex tivverifika jekk il-kondizzjonijiet previsti f’dak is-sottoparagrafu humiex sodisfati.

3.  Iż-żoni demarkati suġġetti għall-miżuri ta’ trażżin skont il-paragrafu 1, għandhom ikunu mmarkati bħala tali fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(7). L-Istati Membri jistgħu japplikaw biss il-miżuri ta’ trażżin f’żoni demarkati li f’dik il-lista ġew immarkati bħala żoni suġġetti għat-trażżin tal-PWN.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu minn persunal li jkollu l-kwalifiki tekniċi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew minn persuni oħra li jkollhom il-kwalifiki tekniċi u li jkunu qed jaħdmu taħt is-superviżjoni tal-korpi uffiċjali responsabbli.

Artikolu 8

Informazzjoni lill-operaturi u lill-pubbliku

Fejn jiġu applikati miżuri ta’ eradikazzjoni skont l-Artikolu 6 jew miżuri ta’ trażżin skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprevedu miżuri biex jiġu infurmati l-operaturi kkonċernati u l-pubbliku.

Artikolu 9

Komunikazzjoni dwar il-miżuri nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom, fi żmien xahar min-notifika, prevista fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, tal-preżenza tal-PWN f’parti mit-territorju tagħhom fejn qabel ma kienx jeżisti, jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-miżuri li jkunu ħadu u dawk li jkun beħsiebhom jieħdu għall-eradikazzjoni tal-PWN skont l-Artikolu 6.

2.  Fejn Stat Membru jieħu l-miżuri għall-eradikazzjoni tal-PWN skont l-Artikolu 6, il-komunikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-miżuri li jikkonċernaw it-twaqqigħ, it-teħid ta’ kampjuni, it-testijiet, it-tneħħija u r-rimi ta’ pjanti suxxettibbli, kif inhu stabbilit fil-punti 2, 3, 4, 5, 7, 8 u 9 tal-Anness I, u t-tfassil u l-organizzazzjoni tal-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ spezzjonijiet, ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u ta’ testijiet fil-laboratorju li għandhom jitwettqu, kif inhu stabbilit fil-punt 6 tal-Anness I.

Fejn Stat Membru jieħu l-miżuri għat-trażżin tal-PWN skont l-Artikolu 7, il-komunikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-miżuri li jikkonċernaw it-twaqqigħ, it-teħid ta’ kampjuni, it-testijiet, it-tneħħija u r-rimi ta’ pjanti suxxettibbli u t-tfassil u l-organizzazzjoni tal-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ spezzjonijiet, ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u ta’ testijiet fil-laboratorju li għandhom jitwettqu, kif inhu stabbilit fil-punti 2 u 3 tal-Anness II.

Dik il-komunikazzjoni tal-miżuri għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-miżuri għall-informazzjoni tal-operaturi kkonċernati u l-pubbliku kkonċernat, skont l-Artikolu 8 u tal-verifiki li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 11(1).

▼M2

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn sat-30 ta' April ta' kull sena, rapport bir-riżultati tal-miżuri meħudin skont l-Artikoli 6 u 7 bejn l-1 ta' April tas-sena ta' qabel u l-31 ta' Marzu tas-sena ta' komunikazzjoni.

Dan ir-rapport għandu jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a) l-għadd ta' sejbiet u l-postijiet fejn instabet il-preżenza tal-PWN, inklużi mapep, identifikati rispettivament għaż-żona infestata u kull żona ta' lqugħ;

(b) l-għadd ta' pjanti mejtin, ta' pjanti morda jew ta' pjanti affettwati minn nirien jew tempesti li ġew identifikati, bi speċifikazzjoni tal-għadd ta' pjanti li jkunu jinqerdu kompletament permezz ta' nirien tal-foresti jew permezz ta' maltempata;

(c) l-għadd ta' pjanti mejtin, ta' pjanti morda jew ta' pjanti affettwati minn nirien jew tempesti li jkunu ttieħdu bħala kampjun;

(d) l-għadd ta' kampjuni meħuda minn pjanti mejtin, pjanti morda jew pjanti affettwati minn nirien jew tempesti u ttestjati għall-preżenza tal-PWN;

(e) l-għadd ta' kampjuni li jkunu rriżultaw pożittivi fit-test għal PWN;

(f) l-għadd ta' pjanti mejtin u ta' pjanti morda jew ta' pjanti li ġew affettwati minn nirien jew tempesti li ġew eliminati, bi speċifikazzjoni tal-għadd ta' pjanti li kienu identifikati qabel il-bidu tal-perjodu rilevanti;

(g) l-għadd u l-post ta' nases u l-perjodu ta' monitoraġġ, kif ukoll l-għadd ta' vetturi maqbuda, l-ispeċi kkonċernati, l-għadd ta' vetturi analizzati għall-preżenza tal-PWN, l-għadd ta' kampjuni analizzati għall-preżenza tal-PWN fiż-żoni ta' lqugħ u fiż-żoni infestati rispettivament, inkluż l-għadd ta' kampjuni li jkunu ttestjaw pożittivi għall-PWN, jekk ikun hemm.

L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (f) waqt il-perjodi li ġejjin: Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru u mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu tas-sena tal-komunikazzjoni.

Meta ssir il-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenza għall-perjodu tal-ġbir ikkonċernat.

▼B

4.  Sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-miżuri li jkunu ddeċidew li jieħdu matul dik is-sena għall-eradikazzjoni tal-PWN skont l-Artikolu 6.

5.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li jrażżan il-PWN f’żona demarkata skont l-Artikolu 7(1), dan għandu jikkomunika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra verżjoni riveduta kif xieraq tal-komunikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Dik il-komunikazzjoni dwar il-miżuri tista’ tkopri perjodu sa ħames snin fil-każ ta’ żona demrkata suġġetta għal miżuri ta’ trażżin skont l-Artikolu 7. Meta l-komunikazzjoni tkopri aktar minn sena, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra verżjoni riveduta ta’ dik il-komunikazzjoni dwar il-miżuri sal-31 ta Ottubru tas-sena tal-iskadenza tagħha.

Meta jiġu deċiżi bidliet sinifikanti għall-miżuri ta’ trażżin, dik il-komunikazzjoni tal-miżuri għandha tiġi riveduta u kkomunikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih.

Artikolu 10

Ċaqliq ta’ pjanti suxxettibbli u ta’ injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli fl-Unjoni

1.  Il-pjanti suxxettibbli u l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli għandhom jiċċaqilqu biss miż-żoni demarkati f’żoni oħrajn barra miż-żoni demarkati u miż-żoni infestati fiż-żoni ta’ lqugħ jekk il-kundizzjonijiet, kif stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness III, ikunu sodisfati.

2.  Il-pjanti suxxettibbli u l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli għandhom jiċċaqilqu biss fiż-żoni infestati stess, suġġetti għal miżuri ta’ eradikazzjoni jekk il-kondizzjonijiet, kif inhuma stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness III, ikunu sodisfati.

3.  L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu ċ-ċaqliq tal-pjanti suxxettibbli u tal-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli fiż-żona infestata stess suġġetti għal miżuri ta’ trażżin.

Artikolu 11

Verifiki taċ-ċaqliq minn żoni demarkati għal żoni li mhumiex demarkati u minn żoni infestati għal żoni ta’ lqugħ

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki spontanji frekwenti tal-pjanti suxxettibbli u tal-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli, li jiċċaqilqu minn żoni demarkati li jinsabu fit-territorju tagħhom lejn żoni li mhumiex demarkati u minn żoni infestati li jinsabu fit-territorju tagħhom lejn żoni ta’ lqugħ.

Meta f’każ speċifiku jkun qed jiġi deċiż fejn għandhom isiru l-verifiki, l-Istati Membri għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq ir-riskju li l-pjanti jew l-injam u l-qoxra tas-siġar li għandhom jiġu vverifikati huma infestati bil-PWN ħaj, b’kunsiderazzjoni ta’ minn fejn ikunu ġejjin il-kunsinni, il-livell ta’ suxxettibbiltà tal-pjanti u tal-injam u l-qoxra tas-siġar ikkonċernati, u fuq il-konformità fil-passat ma’ din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni 2006/133/KE mill-operatur responsabbli għaċ-ċaqliq.

Għandhom isiru verifiki tal-pjanti suxxettibbli u tal-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli f’dawn il-postijiet:

(a) fil-punti fejn jinħarġu miż-żoni infestati lejn iż-żoni ta’ lqugħ;

(b) fil-punti fejn jinħarġu miż-żoni ta’ lqugħ lejn iż-żoni mhux demarkati;

(c) fil-punt tad-destinazzjoni tagħhom fiż-żona ta’ lqugħ; u

(d) fil-post tal-oriġini tagħhom fiż-żona infestata, bħal pereżempju fil-postijiet fejn jiġi sserrat l-injam, minn fejn jinħarġu ’l barra miż-żona infestata.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu verifiki addizzjonali f’postijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d).

Dawk il-verifiki għandhom jinkludu verifika tad-dokumenti fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 1 tal-Anness III, verifika tal-identità u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew suspett ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, verifika tas-saħħa tal-pjanti li tinkludi testijiet għall-preżenza tal-PWN.

2.  L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki spontanji ta’ pjanti suxxettibbli u injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli li jinħarġu minn żoni demarkati li jinsabu barra mit-territorju tagħhom f’żoni fit-territorju tagħhom li mhumiex dawk demarkati.

Dawn il-verifiki għandhom jinkludu verifika tad-dokumenti fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness III, verifika tal-identità u verifika tas-saħħa tal-pjanti li tinkludi testijiet għall-preżenza tal-PWN.

▼M2

3.  L-Istati Membri għandhom, sat-30 ta' April ta' kull sena, jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni l-ħin u r-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 mwettqa matul is-sena preċedenti.

▼B

Fejn dawn il-verifiki juru li l-PWN huwa preżenti fi pjanti suxxettibbli jew injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’dik is-sejba.

Artikolu 12

Miżuri fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 10

Meta l-verifiki msemmija fl-Artikolu 11 juru li hemm nuqqas ta’ konformità mat-Taqsima 1 jew mat-Taqsima 2 tal-Anness III, l-Istat Membru li jkun wettaq dawk il-verifiki għandu minnufih iqiegħed il-materjal li mhux konformi suġġett għal waħda minn dawn il-miżuri:

(a) qerda;

(b) ċaqliq b’superviżjoni uffiċjali lejn faċilità għat-trattament awtorizzata speċifikament għal dan il-għan, fejn isirlu trattament bis-sħaħa biex tintlaħaq temperatura minima ta’ 56 għal tal-anqas 30 minuta għall-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli kollha, biex jiġi żgurat li l-PWNs ħajjin u l-vetturi ħajjin jinqerdu;

(c) fejn il-materjal mhux konformi jikkonsisti minn materjal tal-ippakkjar tal-injam li fil-fatt ikun qed jintuża fit-trasport tal-oġġetti, u mingħajr ħsara għall-Anness III, jiġi rritornat b’superviżjoni uffiċjali lejn il-post minn fejn ikun intbagħat, jew post qrib is-sit tal-interċezzjoni, għall-ippakkjar mill-ġdid ta’ dawk l-oġġetti u l-qerda ta’ dak il-materjal tal-ippakkjar tal-injam, filwaqt li jiġi evitat kull riskju li jixtered il-PWN.

Artikolu 13

Awtorizzazzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament

1.  L-Istati Membri fejn ikun hemm żona demarkata, għandhom jawtorizzaw dawk il-faċilitajiet ta’ trattament li jkunu mgħammra b’mod xieraq biex iwettqu wieħed mill-kompiti li ġejjin jew aktar, kif inhu stabbilit fl-Anness III:

(a) iwettqu trattament ta’ injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness u l-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu tal-punt 2 tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness;

(b) joħorġu passaporti tal-pjanti kif imsemmi fid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE ( 2 ) għall-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli trattati mill-faċilità għat-trattament ikkonċernata, skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, kif inhu stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 1 tal-Anness III u tal-punt (b) tat-tieni sottoparagrafu tal-punt 2 tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness.

(c) iwettqu trattament ta’ materjal tal-ippakkjar tal-injam, kif inhu stabbilit fil-punt 3(a) tat-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness u l-punt 3 tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness; u

▼M1

(d) jimmarkaw skont l-Anness II mal-Istandard Internazzjoni tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15, kif stabbilit fil-punti 2(b) u 3(b) tat-Taqsima 1 tal-Anness III u l-punt 3 tat-Taqsima 2 ta' dak l-Anness, id-doqqajs, il-kaxxi fejn ibejtu l-għasafar u l-materjal tal-ippakkjar tal-injam trattat mill-faċilità tat-trattament konċernata skont, rispettivament, il-punti (a) u (c).

▼B

Dawk il-faċilitajiet minn hawn ’il quddiem jissejħu “faċilitajiet awtorizzati għat-trattament”.

2.  Il-faċilitajiet awtorizzati għat-trattament għandhom jiżguraw it-traċċabbiltà tal-injam, il-qoxra tas-siġar u l-materjal tal-ippakkjar tal-injam suxxettibbli u trattat.

Artikolu 14

Awtorizzazzjoni għall-imarrkar

▼M1

1.  L-Istati Membri fejn ikun hemm żona demarkata għandhom jawtorizzaw lill-produtturi tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam, id-doqqajs u l-kaxxi mgħammra sew fejn ibejtu l-għasafar, biex il-materjal tal-ippakkjar, id-doqqajs u l-kaxxi fejn ibejtu l-għasafar li jibnu bl-injam trattat minn faċilità tat-trattament awtorizzata u akkumpanjat minn passaport tal-pjanti msemmi fid-Direttiva 92/105/KEE, jimmarkawh skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15.

Minn hawn 'il quddiem dawk il-produtturi jissejħu “produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam”.

▼B

2.  Il-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam għandhom, b’mod esklużiv, jużaw injam minn faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati b’mod speċifiku għal dan il-għan u akkumpanjat mill-passaport tal-pjanti msemmi fid-Direttiva 92/105/KEE għall-produzzjoni tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam u għandhom jiżguraw li l-injam li jintuża għal dak il-għan ikun jista’ jiġi traċċat lura għal dawk il-faċilitajiet ta’ trattament.

Artikolu 15

Superviżjoni tal-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament u tal-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam

L-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-faċilitajiet awtorizzati għat-trattament u l-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam, biex jiżguraw li dawn iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod korrett, kif inhu stipulat fl-awtorizzazzjoni tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik is-superviżjoni titwettaq minn persunal li jkollu l-kwalifiki tekniċi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew minn persuni oħra li jkollhom il-kwalifiki tekniċi u li jkunu qed jaġixxu taħt is-superviżjoni tal-korpi uffiċjali responsabbli.

Artikolu 16

Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ faċilitajiet awtorizzati għat-trattament u tal-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam

1.  Fejn l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni jsir konxju mill-preżenza tal-PWN f’injam, qoxra tas-siġar jew materjal tal-ippakkjar tal-injam suxxettibbli u trattat f’faċilità awtorizzata għat-trattament, dan għandu jirtira l-awtorizzazzjoni minnufih.

Fejn l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni jsir konxju mill-preżenza tal-PWN f’injam, qoxra tas-siġar jew materjal tal-ippakkjar tal-injam suxxettibbli mmarkat minn produttur awtorizzat tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam, dan għandu jirtira l-awtorizzazzjoni minnufih.

2.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni jsir konxju mill-fatt li faċilità awtorizzata għat-trattament jew produttur awtorizzat tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam ma jkunx qed iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod korrett, kif inhu stipulat fl-awtorizzazzjoni tiegħu, dan għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li jkun hemm konformità mal-Artikoli 13 u 14.

Artikolu 17

Lista ta’ faċilitajiet awtorizzati għat-trattament u ta’ produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam

1.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni meta huma jawtorizzaw faċilità għat-trattament skont l-Artikolu 13 jew produttur tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam skont l-Artikolu 14 u meta jirtiraw tali awtorizzazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-faċilitajiet awtorizzati għat-trattament u tal-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam u għandha tibgħat l-lista lill-Istati Membri. Il-Parti A tal-lista għandha tistabbilixxi l-faċilitajiet għat-trattament. Il-Parti B tal-lista għandha tistabbilixxi l-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam. Din il-lista għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni li tasal mill-Istati Membri.

Artikolu 18

Revoka

Id-Deċiżjoni 2006/133/KE hija revokata.

Artikolu 19

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rriveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2015.

Artikolu 20

Data tal-applikazzjoni

It-tieni sentenza tal-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III u t-tieni sentenza tal-punt 2(c) tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 21

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Miżuri ta’ eradikazzjoni stipulati fl-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 6, jieħdu l-miżuri fiż-żoni demarkati biex jeradikaw il-PWN, kif inhu stabbilit fil-punti 2 sa 10.

L-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dawk il-miżuri fil-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 9(1).

2. Meta jkun qed jistabbilixxi żona demarkata, l-Istat Membru kkonċernat għandu, f’dik iż-żona, jistabbilixxi minnufih żona b’radju minimu ta’ 500 m madwar kull pjanta suxxettibbli fejn ikun instab il-PWN, minn hawn ’il quddiem “żona fejn ikunu twaqqgħu s-siġar kollha”. Ir-radju attwali ta’ dik iż-żona għandu jiġi determinat, għal kull pjanta suxxettibbli fejn instab il-PWN, ibbażat fuq ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-PWN mill-vettur lil hinn minn 500 m minn dik il-pjanta suxxettibbli.

Fiż-żona fejn ikunu twaqqgħu s-siġar kollha, il-pjanti suxxettibbli kollha għandhom jitwaqqgħu, jitneħħew jew jintremew. It-twaqqigħ u l-qerda ta’ dawk il-pjanti għandhom jibdew mill-periferija taż-żona u jimxu lejn iċ-ċentru. Il-prekawzjonijiet neċessarji kollha għandhom jittieħdu biex jiġi evitat it-tixrid tal-PWN u l-vettur tiegħu waqt it-twaqqigħ.

▼M2

Il-pjanti mejtin jew il-pjanti morda kollha u għadd ta' pjanti li jkunu jidhru b'saħħithom magħżula skont ir-riskju tat-tixrid tal-PWN fil-każ partikolari għandu jittiħdilhom kampjun wara t-tqaċċit totali tal-pjanti. It-teħid tal-kampjuni għandu jsir f'diversi partijiet ta' kull pjanta inkluża l-quċċata, u b'mod partikolari f'dawk il-partijiet fejn is-sinjali ta' attività tal-insetti vetturi huma viżibbli. Il-kampjuni għandhom jittieħdu wkoll minn zkuk maqtugħin, minn fdalijiet tat-tqattigħ u minn fdalijiet li jseħħu b'mod naturali, li juru sinjali ta' attività ta' insetti vetturi, u li jinsabu f'partijiet taż-żoni demarkati fejn sintomi ta' dbiel tal-pjanti suxxettibbli ma jkunux mistennija li jseħħu jew ikunu mistennija li jseħħu fi stadju aktar tard. Dawk il-kampjuni għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tal-PWN.

3. Fejn Stat Membru jikkonkludi li l-istabbiliment ta’ żona ta’ demarkazzjoni ċara b’radju ta’ 500 m, kif inhu msemmi fil-punt 2, ikollu impatti soċjali u ambjentali inaċċettabbli, ir-radju minimu taż-żona ta’ demarkazzjoni ċara jista’ jitnaqqas għal 100 m madwar kull pjanta suxxettibbli fejn tkun instabet il-preżenza tal-PWN.

F’każijiet eċċezzjonali ta’ ċerti pjanti individwali li jinsabu f’dik iż-żona fejn ikunu twaqqgħu s-siġar kollha, fejn l-Istat Membru jikkonkludi li t-twaqqigħ ta’ dawk il-pjanti ma jkunx xieraq, tista’ tiġi applikata miżura ta’ eradikazzjoni alternattiva għal dawk il-pjanti biss, li toffri l-istess livell ta’ ħarsien mit-tixrid tal-PWN. Ir-raġunijiet għal dik il-konklużjoni u d-deskrizzjoni ta’ dik il-miżura għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1).

▼M2

4. Meta japplika l-punt 3, kull pjanta suxxettibbli eżentata mit-tqaċċit totali u li tinsab bejn 100 m u 500 m mill-pjanti suxxettibbli li fihom ikun instab il-PWN, għandha tkun spezzjonata qabel, matul u wara l-istaġun migratorju tal-vetturi, għal sinjali jew sintomi tal-preżenza tal-PWN.

F'każ li dawn is-sinjali jew is-sintomi huma preżenti, il-pjanta għandha tittieħed għall-kampjun u ssirilha test għall-preżenza tal-PWN. It-teħid ta' kampjun ta' dawk il-pjanti suxxettibbli għandu jsir f'diversi partijiet ta' kull pjanta inkluża fil-quċċata. L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi ħdan l-istaġun migratorju, iwettaq stħarriġ intensiv ta' vetturi permezz tat-teħid ta' kampjuni u tal-ittestjar ta' dawk il-vetturi għall-preżenza tal-PWN.

Dawk il-miżuri għandhom japplikaw sat-tlestija ta' eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 6(1) jew sakemm il-miżuri ta' trażżin kif previsti fl-Artikolu 7(1) ikunu ġew approvati.

5. Meta Stat Membru jkollu evidenza li l-vettur ma kienx preżenti fiż-żona kkonċernata għal dawn l-aħħar tliet snin, abbażi ta' stħarriġ għall-preżenza tal-vettur skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 4 ( 3 ) u b'kont meħud tal-kapaċità ta' tixrid tal-vetturi, ir-raġġ minimu ta' żona demarkata b'mod ċar għandu jkun 100 m madwar kull pjanta suxxettibbli fejn tkun instabet il-preżenza tal-PWN.

L-evidenza għandha tiġi inkluża fil-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 9(1).

6. L-Istati Membri għandhom iwettqu, waqt u barra l-istaġun migratorju tal-vettur, stħarriġ tal-pjanti suxxettibbli fiż-żoni demarkati billi jispezzjonaw, jieħdu kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti u l-vettur għall-preżenza tal-PWN. Huma għandhom iwettqu wkoll stħarriġ tal-vettur tal-PWN matul l-istaġun migratorju. Dak l-istħarriġ għandu jkun partikolarment iffukat fuq il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li jkunu f'żoni milqutin minn nirien jew tempesti. It-teħid ta' kampjuni ta' dawk il-pjanti suxxettibbli għandu jsir f'diversi partijiet ta' kull pjanta inkluża fil-quċċata. Dan l-istħarriġ għandu jsir ukoll fuq zkuk maqtugħin, fuq residwi tal-qtugħ, fuq residwi li jseħħu b'mod naturali li juru sinjali ta' attività ta' insetti vetturi u li jinsabu f'partijiet taż-żoni demarkati fejn sintomi ta' dbiel tal-pjanti suxxettibbli ma jkunux mistennija li jseħħu jew ikunu mistennija li se jseħħu aktar tard. L-intensità tal-istħarriġ fi ħdan 3 000  m madwar kull pjanta suxxettibbli li fiha jkun instab il-PWN, għandha tkun tal-anqas erba' darbiet ogħla milli minn 3 000  m sal-periferija ta' barra taż-żona ta' lqugħ.

7. L-Istati Membri għandhom, fiż-żona demarkata kollha, jidentifikaw u jqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli kollha fejn ikun instab il-PWN, u dawk li jkunu mejtin, morda jew jinsabu f'żoni milqutin minn nirien jew tempesti. Huma għandhom ineħħu u jarmu l-pjanti li jkunu tqaċċtu għalkollox u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex iwaqqfu t-tixrid tal-PWN u l-vettur sa ma jintemm it-tqaċċit totali tal-pjanti. Huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-pjanti suxxettibbli identifikati barra mill-istaġun ta’ migrazzjoni tal-vettur għandhom, qabel l-istaġun ta’ migrazzjoni li jmiss, jitwaqqgħu u jinqerdu fuq il-post jew inkella jitneħħew u l-injam u l-qoxra tagħhom jiġu trattati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, jew ipproċessati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III.

(b) Il-pjanti suxxettibbli identifikati waqt l-istaġun ta’ migrazzjoni tal-vettur għandhom jitwaqqgħu minnufih u jinqerdu fuq il-post jew inkella jitneħħew u l-injam u l-qoxra tagħhom jiġu trattati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, jew ipproċessati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III.

Il-pjanti suxxettibbli li jitwaqqgħu u li fihom ikun għadu ma nstabx il-PWN għandhom jittieħdu għall-kampjun u jsirulhom testijiet għall-preżenza tal-PWN, skont skema ta’ teħid ta’ kampjuni li tista’ tikkonferma b’affidabbiltà ta’ 99 % li l-livell tal-preżenza tal-PWN f’dawk il-pjanti suxxettibbli huwa aktar baxx minn 0,1 %.

Fejn japplika l-punt 5, l-Istati Membri jistgħu madankollu jiddeċiedu li jieħdu kampjun u jwettqu testijiet għall-preżenza tal-PWN fil-pjanti suxxettibbli msemmija fl-ewwel sottoparagrafu mingħajr ma jwaqqgħuhom, skont skema ta’ teħid ta’ kampjuni li tista’ tikkonferma b’affidabbiltà ta’ 99 % li l-livell tal-preżenza tal-PWN f’dawn il-pjanti suxxettibbli huwa aktar baxx minn 0,1 % L-ewwel sentenza ma għandhiex tapplika għall-pjanti suxxettibbli fejn ikun instab il-PWN.

8. Fir-rigward tal-injam suxxettibbli identifikat fiż-żona demarkata waqt l-istaġun ta’ migrazzjoni tal-vettur, kif imsemmi fil-punt 7(b), l-Istati Membri għandhom ineħħu l-qoxra taz-zkuk tal-pjanti suxxettibbli li jkunu twaqqgħu, jew jittrattaw dawk iz-zkuk b’insettiċida li jkun magħruf li hija effettiva kontra l-vettur jew jgħattu dawk iz-zkuk b’xibka tal-insetti mgħaddsa ġo tali insettiċida eżatt wara t-twaqqigħ. Wara t-tneħħija, it-trattament jew it-tqegħid tal-għata, l-injam suxxettibbli għandu, b’superviżjoni uffiċjali, jittieħed minnufih f’post ta’ ħażna jew f’faċilità awtorizzata għat-trattament. L-injam, li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra għandu, fil-post tal-ħażna tiegħu jew fil-faċilità awtorizzata għat-trattament, jiġi trattat minnufih għal darba oħra b’insettiċida li jkun magħruf li hija effettiva kontra l-vettur jew jitgħatta b’xibka tal-insetti mgħaddsa ġo tali insettiċida.

▼M2

Meta Stat Membru jikkonkludi li t-tqaxxir tal-qoxra tas-siġar, it-trattament b'insettiċida li tkun magħrufa li hija effettiva kontra l-vettur u l-kopertura b'xibka tal-insetti għasra ġo tali insettiċida mhumiex adattati, l-injam, li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra, għandu jinqered minnufih fuq il-post.

L-iskart prodott mill-injam fil-waqt li jitqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli u li jitħalla fil-post u injam mhux imqaxxar mill-qoxra taz-zokk li jinqered fil-post għandu jitqatta' f'laqx li jkun inqas minn 3 cm oħxon u inqas minn 3 cm wiesa'.

▼M2

8a. B'deroga mill-punt 7(b), meta Stat Membru jikkonkludi li t-tqaċċit totali u t-tneħħija ta' pjanti suxxettibbli milquta minn nirien jew tempesti, waqt l-istaġun migratorju tal-vettur, ma jkunx adattat, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jipproċedi bit-tqaċċit totali u t-tneħħija ta' dawn il-pjanti qabel il-bidu tal-istaġun migratorju li jmiss.

Mingħajr preġudizzju għall-punt 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien l-istaġun migratorju, iwettaq stħarriġ intensiv fiż-żona milquta minn nirien jew tempesti bit-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar ta' dawk il-vetturi għall-preżenza ta' PWN u, jekk jiġi kkonfermat, iwettaq stħarriġ tal-pjanti suxxettibbli li jinsabu fiż-żona tal-inħawi, billi jispezzjona, jieħu kampjuni u jwettaq testijiet ta' dawk il-pjanti li juru sinjali jew sintomi tal-preżenza tal-PWN jew tal-vetturi tiegħu.

▼B

9. L-Istati Membri għandhom ineħħu u jarmu l-pjanti suxxettibbli kollha li jitkabbru f’postijiet ta’ produzzjoni tal-pjanti għat-tħawwil, fejn ikun instab il-PWN mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tat-tkabbir, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jipprevjenu t-tixrid tal-PWN u l-vettur tiegħu waqt dawk l-attivitajiet.

▼M1

9a. Fiż-żoni kollha ta' salvagwardja, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw kull pjanta suxxettibbli li tinqata' u li mhix koperta bil-punti 7, 8 u 9. Dawn għandhom ineħħu dawk il-pjanti u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jipprevjenu li dawn jaġixxu bħala attrattanti tal-PWN u l-vettur tiegħu.

▼B

10. L-Istati Membri għandhom jipprevedu protokoll tal-iġjene għall-vetturi kollha li jittrasportaw il-prodotti forestali u l-makkinarju għall-ipproċessar tal-prodotti forestali, biex jiżguraw li l-PWN ma jixteridx permezz ta’ dawk il-vetturi u l-makkinarju.




ANNESS II

Miżuri ta’ trażżin stipulati fl-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 7, jieħdu miżuri fiż-żoni demarkati, li għandu jkollhom żona ta’ lqugħ li tkun wiesgħa tal-anqas 20 km, biex irażżnu l-PWN, kif inhu stabbilit fil-punti 2 u 3.

L-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dawk il-miżuri fil-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 9(1).

▼M2

2. L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibbli u l-vettur fiż-żoni infestati billi jispezzjonaw, jieħdu kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti u l-vettur għall-preżenza tal-PWN. Dak l-istħarriġ għandu jkun partikolarment iffukat fuq il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li jkunu f'żoni milqutin minn nirien jew tempesti. Dawn għandhom ikunu ffukati fuq partijiet taż-żona infestata li jkunu maġenb iż-żoni ta' lqugħ, bl-għan li jippreservaw dawn iż-żoni. L-Istati Membri għandhom iqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli kollha fejn ikun instab il-PWN u jneħħu u jarmu dawk il-pjanti u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex il-PWN u l-vettur tiegħu ma jixterdux.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin fiż-żoni ta' lqugħ:

(a) L-Istati Membri għandhom iwettqu barra u waqt l-istaġun migratorju tal-vettur, stħarriġ dwar il-pjanti suxxettibbli fiż-żoni ta' lqugħ billi jispezzjonaw, jieħdu kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti u l-vettur għall-preżenza tal-PWN. Huma għandhom iwettqu wkoll stħarriġ tal-vettur tal-PWN matul l-istaġun migratorju. Dak l-istħarriġ għandu jkun partikolarment iffukat fuq il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew milquta minn nirien jew tempesti, u fuq vetturi li jinsabu f'żoni fejn huwa probabbli li l-PWN ikun preżenti jew fejn huwa mistenni li s-sintomi jimmanifestaw irwieħhom iktar tard. It-teħid ta' kampjuni ta' pjanti suxxettibbli għandu jsir f'diversi partijiet ta' kull pjanta inkluża fil-quċċata. Dan l-istħarriġ għandu jsir ukoll fuq zkuk maqtugħin, fuq ir-residwi tal-qtugħ, fuq ir-residwi li jseħħu b'mod naturali li juru sinjali ta' attività ta' insetti vetturi u li jinsabu f'partijiet taż-żoni demarkati fejn mhumiex mistennija li jseħħu s-sintomi ta' dbiel fil-pjanti suxxettibbli.

▼M3

(b) L-Istati Membri għandhom, fiż-żoni ta' lqugħ ikkonċernati kollha, jidentifikaw u jaqtgħu l-pjanti kollha suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li ntlaqtu minn nirien jew tempesti. Huma għandhom ineħħu u jarmu l-pjanti li jkunu qatgħu flimkien mal-fdalijiet tagħhom, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex iwaqqfu t-tixrid tal-PWN u l-vettur tiegħu, qabel u matul il-qtugħ, u sa ma jintremew il-pjanti li nqatgħu flimkien mal-fdalijiet tagħhom, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) Il-pjanti suxxettibbli identifikati barra mill-istaġun migratorju tal-vettur għandhom, qabel l-istaġun ta' migrazzjoni li jkun imiss, jinqatgħu u jinqerdu fuq il-post, jinġarru taħt kontroll uffiċjali lejn iż-żona infestata jew jitneħħew. Fl-aħħar każ, l-injam u l-qoxra ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu trattati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III jew ipproċessati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III.

(ii) Il-pjanti suxxettibbli identifikati waqt l-istaġun migratorju tal-vettur għandhom minnufih jinqatgħu u jinqerdu fuq il-post, jinġarru taħt kontroll uffiċjali lejn iż-żona infestata jew jitneħħew. Fl-aħħar każ, l-injam u l-qoxra ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu trattati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III jew ipproċessati, kif inhu stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III.

Meta l-Istat Membru jikkonkludi li l-qtugħ u t-tneħħija ta' pjanti suxxettibbli identifikati waqt l-istaġun migratorju u li ġew milquta minn nirien jew tempesti ma jkunux xierqa, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jipproċedi bil-qtugħ u t-tneħħija ta' dawn il-pjanti qabel il-bidu tal-istaġun migratorju li jmiss. Matul operazzjonijiet ta' qtugħ u ta' tneħħija bħal dawn, il-pjanti suxxettibbli għandhom jinqerdu fil-post inkella jitneħħew u l-injam u l-qoxra tagħhom jiġu ttrattati skont il-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, inkella pproċessati, skont il-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III. Meta tapplika din id-deroga, u mingħajr preġudizzju għall-punt (a), l-Istat Membru kkonċernat għandu, fl-istaġun migratorju, iwettaq stħarriġ intensiv fiż-żona milquta minn nirien jew minn tempesti permezz tat-teħid ta' kampjuni u tal-ittestjar ta' dawk il-vetturi għall-preżenza ta' PWN u, jekk jiġi kkonfermat, iwettaq stħarriġ tal-pjanti suxxettibbli li jinsabu fiż-żona tal-inħawi, billi jispezzjona, jieħu kampjuni u jwettaq testijiet ta' dawk il-pjanti li juru sinjali jew sintomi tal-preżenza tal-PWN.

B'deroga mill-punti (i) u (ii), il-Portugall jista' jiddeċiedi li jkompli bil-qtugħ, it-tneħħija u r-rimi tal-pjanti suxxettibbli, li huma uffiċjalment iddeżinjati bħala milquta min-nirien fl-2017, mill-korp uffiċjali responsabbli, għal perjodu itwal, u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2020. Għall-finijiet tal-qtugħ, it-tneħħija u r-rimi f'dak il-perjodu, għandhom jingħataw prijorità l-pjanti suxxettibbli li jinsabu fiż-żoni li ġejjin:

 żoni maġenb iż-żona infestata;

 żoni fejn hemm sinjali ta' attività tal-vetturi tal-insetti;

 żoni b'rata miżjuda ta' siġar li sejrin lura, li jindikaw il-possibbiltà tal-preżenza tal-PWN;

 kwalunkwe żoni oħra li jippreżentaw l-ogħla riskju ta' infestazzjoni tal-PWN.

Dawk il-pjanti suxxettibbli għandhom jinqatgħu u jinqerdu fil-post, jiġu ttrasportati taħt kontroll uffiċjali lejn iż-żona infestata inkella jitneħħew. F'dak il-każ, l-injam u l-qoxra ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu ttrattati kif stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III, inkella pproċessati kif stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness III. Il-pjanti suxxettibbli li ma jistgħux jintużaw mill-insett vettur għat-tlestija taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jistgħu jinżammu fil-post mingħajr ma jinqerdu.

Sal-31 ta' Mejju 2018, il-Portugall għandu jressaq pjan ta' azzjoni annwali lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, li jkun fih mapep li jindikaw fejn jinsabu l-pjanti milquta min-nirien fiż-żona ta' lqugħ, il-post fejn jinsabu ż-żoni msemmija fit-tieni subparagrafu u l-ġustifikazzjoni għal dik l-għażla, il-miżuri li jkunu se jiġu implimentati għall-mitigazzjoni tar-riskju minn infestazzjoni tal-PWN sakemm jinqatgħu, jitneħħew u jintremew dawk il-pjanti, inklużi attivitajiet ta' stħarriġ intensifikat tal-pjanti suxxettibbli u tal-vetturi għad-ditezzjoni bikrija tal-preżenza tal-PWN, ir-riżorsi meħtieġa u l-iskadenzi rilevanti biex jitwettqu dawk il-miżuri. Sal-31 ta' Mejju 2019, il-Portugall għandu jressaq pjan ta' azzjoni annwali ieħor bl-istess kontenut.

Il-livell ta' riskju li jinħoloq minn dawk il-pjanti għandu jiġi vvalutat fuq bażi annwali u l-pjan ta' azzjoni għandu jiġi aġġornat kif xieraq. L-attivitajiet previsti f'dak il-pjan ta' azzjoni għandhom jitqiesu meta jkun qed jitħejja l-pjan ta' azzjoni ġenerali msemmi fl-Artikolu 9.

Il-Portugall għandu jippreżenta rapport dwar ir-riżultati annwali lill-Kummissjoni u lill-Istati Mmebri, u dan għandu jinkludi r-riżultati tal-istħarriġ intensifikat dwar il-vetturi, kif ukoll kwalunkwe aġġornament ta' dak il-pjan ta' azzjoni sat-30 ta' April tas-sena ta' wara s-sena kkonċernata.

Il-pjanti suxxettibbli li jinqatgħu, minbarra l-pjanti li nqerdu kompletament bin-nirien tal-foresti, għandu jitteħdilhom kampjun u jsirulhom testijiet għall-preżenza tal-PWN, skont skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-PWN f'dawk il-pjanti suxxettibbli huwa aktar baxx minn 0,02 %.

▼M2

(c) Fir-rigward tal-injam suxxettibbli identifikat fiż-żona ta' lqugħ waqt l-istaġun migratorju tal-vettur, kif inhu msemmi fil-punt (b), l-Istati Membri għandhom ineħħu l-qoxra taz-zkuk tal-pjanti suxxettibbli li jkunu tqaċċtu għalkollox, jew jittrattaw dawk iz-zkuk b'insettiċida li tkun magħrufa li hija effettiva kontra l-vettur jew jgħattu dawk iz-zkuk b'xibka tal-insetti mgħaddsa ġo tali insettiċida eżatt wara t-tqaċċit totali tal-pjanti.

Wara t-tqaxxir, it-trattament jew il-kopertura, l-injam suxxettibbli għandu, b'superviżjoni uffiċjali, jittieħed minnufih f'post ta' ħażna jew f'faċilità awtorizzata għat-trattament. L-injam, li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra għandu, fil-post tal-ħażna tiegħu jew fil-faċilità awtorizzata għat-trattament, jiġi trattat minnufih għal darba oħra b'insettiċida li jkun magħruf li hija effettiva kontra l-vettur jew jitgħatta b'xibka tal-insetti mgħaddsa ġo tali insettiċida.

L-iskart prodott mill-injam meta jitqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli u li jitħalla fil-post għandu jitqatta' f'laqx ta' ħxuna u wisa' ta' anqas minn 3 cm.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-Istat Membru jikkonkludi li t-tqaxxir tal-qoxra, it-trattament b'insettiċida li tkun magħrufa li hija effettiva kontra l-vettur u l-kopertura b'xibka tal-insetti għasra ġo tali insettiċida mhumiex adattati, l-injam, li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra, għandu jinqered minnufih fuq il-post. Meta tapplika din id-deroga, l-iskart prodott mill-injam meta jitqaċċtu għalkollox il-pjanti suxxettibbli li jitħalla fil-post u l-injam li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra tiegħu li jkun inqered fil-post, għandu jitqatta' f'laqx li jkun inqas minn 3 cm oħxon u inqas minn 3 cm wiesa'.

▼M1

3a. Fiż-żoni kollha ta' salvagwardja, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw kull pjanta suxxettibbli li tinqata' ħlief dawk li jissemmew fil-punt 3(b). Dawn għandhom ineħħu dawk il-pjanti u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jipprevjenu li dawn jaġixxu bħala attrattanti tal-PWN u l-vettur tiegħu.

▼B

4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu protokoll tal-iġjene għall-vetturi kollha li jittrasportaw il-prodotti forestali u l-makkinarju għall-ipproċessar tal-prodotti forestali, biex jiżguraw li l-PWN ma jinxteridx permezz ta’ dawk il-vetturi u l-makkinarju.




ANNESS III

Il-kondizzjonijiet għaċ-ċaqliq tal-pjanti suxxettibbli u l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli fl-Unjoni, kif inhu stipulat fl-Artikolu 10

TAQSIMA 1

Il-kondizzjonijiet għaċ-ċaqliq tal-pjanti suxxettibbli u l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli minn żoni demarkati f’żoni li mhumiex demarkati u minn żoni infestati f’żoni ta’ lqugħ

1. Il-pjanti suxxettibbli jistgħu jiċċaqilqu sakemm dawk il-pjanti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) Ikunu tkabbru f’postijiet ta’ produzzjoni tal-pjanti fejn ma jkunx ġie osservat il-PWN jew is-sintomi tiegħu mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tat-tkabbir.

(b) Tul ħajjithom kollha jkunu tkabbru bi protezzjoni fiżika totali li tiżgura li l-vettur ma jkunx jista’ jilħaq lill-pjanti.

(c) Ikunu ġew spezzjonati uffiċjalment, sarulhom it-testijiet u nstabu ħielsa mill-PWN u mill-vettur.

(d) Huma jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva 92/105/KEE għal destinazzjonijiet fl-Unjoni.

(e) Ikunu ġew trasportati barra mill-istaġun ta’ migrazzjoni tal-vettur jew f’kontejners jew pakketti magħluqin li jiżguraw li ma tkunx tista’ sseħħ infestazzjoni b’dak il-PWN jew il-vettur.

2. L-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli, bl-eċċezzjoni tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam, jistgħu jiċċaqilqu sakemm dak l-injam jew il-qoxra jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Ikun sarilhom trattament adegwat bis-sħana f’faċilità awtorizzata għat-trattament biex tintlaħaq temperatura minima ta’ 56 għal tal-anqas 30 minuta f’dak l-injam u l-qoxra kollha, li tiżgura li dawn ikunu ħielsa mill-PWNs ħajjin u mill-vetturi ħajjin. Fil-każ ta’ trattament bis-sħana ta’ kkompostjar, l-ikkompostjar għandu jitwettaq skont speċifikazzjoni tat-trattament approvata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/29/KE.

▼M1

(b) Ikun akkumpanjat minn passaport tal-pjanti msemmi fid-Direttiva 92/105/KEE u maħruġ minn faċilità tat-trattament awtorizzata; rigward injam suxxettibbli li jkollu l-għamla ta' doqqajs u kaxxi fejn ibejtu l-għasafar, dan jiġi akkumpanjat minn dak il-passaport tal-pjanti jew jiġi mmarkat skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15.

(c) Jekk ikollu qoxra tas-siġar, dan ma għandux jiċċaqlaq fl-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur jew inkella għandu jiċċaqlaq b'għata protettiva li tiżgura li ma ssirx infestazzjoni bil-PWN jew bil-vettur.

▼B

3. L-injam suxxettibbli f’forma ta’ materjal tal-ippakkjar tal-injam, jista’ jiċċaqlaq sakemm dak il-materjal tal-ippakkjar tal-injam jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Ikun ġie suġġett għal wieħed mit-trattamenti awtorizzati f’faċilità awtorizzata għat-trattament, speċifikata fl-Anness I mal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar ir-Regolazzjoni tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam fil-kummerċ internazzjonali ( 4 ), li jiżgura ħelsin mill-PWNs ħajjin u mill-vetturi ħajjin.

(b) Ikun immarkat skont l-Anness II ma’ dak l-Istandard Internazzjonali.

4. Bħala deroga mill-punti 2 u 3, l-injam suxxettibbli jista’ jiċċaqlaq miż-żona demarkata, jew miż-żona infestata fiż-żona ta’ lqugħ, lejn il-faċilità awtorizzata għat-trattament li tinsab l-eqreb lejn dik iż-żona demarkata jew iż-żona infestata, għal trattament immedjat fejn ma jkunx hemm faċilità adegwata għat-trattament f’dik il-parti jew dik iż-żona.

Id-deroga għandha tapplika biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-ġestjoni, it-trattament, il-ħażna u t-trasport tal-pjanti suxxettibbli mwaqqgħin skont il-punti 8 u 10 tal-Anness I u tal-punti 3(c) u 4 tal-Anness II, jiżguraw li l-vettur ma jkunx preżenti fuq dak l-injam u li ma jaħrabx minnu.

(b) Iċ-ċaqliq isir barra mill-istaġun ta’ migrazzjoni tal-vettur jew b’għata protettiv li jiżgura li l-infestazzjoni ta’ pjanti, injam jew qoxra oħra bil-PWN jew il-vettur ma ssirx.

(c) Iċ-ċaqliq huwa suġġett għal kontroll fil-post regolari mill-awtoritajiet kompetenti.

5. Bħala deroga mill-punti 2 u 3, l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli sserrati f’laqx ta’ żxuna u wisa’ anqas minn 3 cm jistgħu jinħarġu miż-żona demarkata lejn il-faċilità awtorizzata għat-trattament li tinsab l-eqreb lejn dik iż-żona, jew barra minn dik iż-żona infestata fiż-żona ta’ lqugħ, biex jintużaw bħala fjuwil, sakemm il-punti (b) u (c) tat-tieni sottoparagrafu tal-punt 4 jiġu ssodisfati.

TAQSIMA 2

Il-kondizzjonijiet għaċ-ċaqliq ta’ pjanti suxxettibbli u injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli fiż-żoni infestati suġġetti għall-miżuri ta’ eradikazzjoni

1. Il-pjanti suxxettibbli għat-tħawwil jistgħu jiċċaqilqu, sakemm dawk il-pjanti jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet li huma stipulati fil-punt 1 tat-Taqsima 1

2. L-injam u l-qoxra tal-injam suxxettibbli jistgħu jiċċaqilqu biex dak l-injam jew il-qoxra jiġu suġġetti għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin:

(a) Għandhom jinqerdu billi jinħarqu f’post fil-qrib fiż-żona demarkata maħsub għal dan il-għan.

(b) Għandhom jintużaw f’faċilità ta’ proċessar bħala fjuwil jew għal għanijiet distruttivi oħra li jiżguraw ħelsien minn PWNs ħajjin u vetturi ħajjin.

(c) Għandu jsirilhom trattament adegwat bis-sħana f’faċilità awtorizzata għat-trattament biex tintlaħaq temperatura minima ta’ 56 għal tal-anqas 30 minuta f’dak l-injam u l-qoxra kollha, li tiżgura li dawn ikunu ħielsa mill-PWNs ħajjin u mill-vetturi ħajjin. Fil-każ ta’ trattament bis-sħana ta’ kkompostjar, l-ikkompostjar għandu jitwettaq skont speċifikazzjoni tat-trattament approvata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/29/KE.

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal dak iċ-ċaqliq:

(a) L-injam jew il-qoxra tas-siġar għandha tiċċaqlaq b’superviżjoni uffiċjali u barra mill-istaġun tal-migrazzjoni tal-vettur jew b’għata protettiv li jiżgura li l-infestazzjoni ta’ pjanti, injam jew qoxra oħra bil-PWN jew il-vettur ma sseħħx, jew

(b) Injam jew qoxra tas-siġar li jkun sarilhom it-trattament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu jistgħu jiċċaqilqu, sakemm ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti maħruġ minn faċilità awtorizzata għat-trattament.

Dan il-punt la għandu japplika għall-materjal tal-ippakkjar tal-injam u lanqas għall-injam suxxettibbli miksub minn pjanti li jkunu ġew ittestjati indvidwalment u li ma jkollhomx PWN.

3. L-injam suxxettibbli f’forma ta’ materjal tal-ippakkjar tal-injam jista’ jiċċaqlaq jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 1.



( 1 ) EPPO Bulletin 39(3):344-353.

( 2 ) ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22.

( 3 ) Secretariat of the International Plant Protection Convention (1995), International Standard for Phytosanitary Measures 4: Requirements for the establishment of pest free areas.

( 4 ) Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (2009), L-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji 15. Regolazzjoni tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam fil-kummerċ internazzjonali.