02011R1332 — MT — 10.03.2025 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ĠU L 336 20.12.2011, p. 20) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/583 tal-15 ta' April 2016 |
L 101 |
7 |
16.4.2016 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/343 tas-17 ta’ Frar 2025 |
L 343 |
1 |
18.2.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1332/2011
tas-16 ta’ Diċembru 2011
li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru li għandhom jiġu ssodisfati minn:
l-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija skont l-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li jagħmlu titjiriet lejn l-Unjoni, fl-Unjoni jew mill-Unjoni, u
l-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija skont l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li jagħmlu titjiriet fl-ispazju tal-ajru 'l fuq mit-territorju li għalih japplika t-Trattat kif ukoll fi kwalunkwe spazju tal-ajru ieħor fejn l-Istati Membri japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“sistema għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS)” tfisser sistema tal-inġenji tal-ajru bbażata fuq sinjali ta' transponder għar-radar ta' sorveljanza sekondarju (SSR) li topera indipendentament mit-tagħmir ibbażat fl-art biex tipprovdi l-pariri lill-pilota dwar inġenji tal-ajru li potenzjalment jista' jkollhom kunflitt u li jkunu mgħammra bit-transponders tal-SSR;
“sistema II għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS II)” tfisser sistema għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru li flimkien mal-konsultazzjonijiet tat-traffiku tipprovdi l-konsultazzjonijiet ta' riżoluzzjoni vertikali;
“indikazzjoni ta' konsultazzjonijiet ta' riżoluzzjoni (RA)” tfisser indikazzjoni mogħtija lill-ekwipaġġ tat-titjira b'suġġeriment ta' manuvrar bl-intenzjoni li tipprovdi separazzjoni mit-theddid kollu jew restrizzjoni ta' manuvrar bl-intenzjoni li żżomm separazzjoni eżistenti.
“indikazzjoni ta' konsultazzjonijiet tat-traffiku (TA)” tfisser indikazzjoni mogħtija lill-ekwipaġġ tat-titjira li l-viċinanza ta' inġenju tal-ajru ieħor hija theddida potenzjali.
Artikolu 3
Sistema għall-Evitar ta' Kolliżjonijiet fl-Ajru (ACAS)
▼M1 —————
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Sistemi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS) II
(Parti-ACAS)
AUR.ACAS.1005 Rekwiżit tal-prestazzjoni
L-ajruplani bil-magna mħaddma bit-turbini li ġejjin għandhom ikunu mgħammra bil-verżjoni 7.1 tal-loġika għall-evitar ta’ kolliżjonijiet tal-ACAS II jew bl-ACAS Xa:
ajruplani b’massa tat-tlugħ iċċertifikata massima li taqbeż 5 700 kg;
ajruplani awtorizzati biex iġorru iktar minn 19-il passiġġier.
L-inġenji tal-ajru mhux imsemmija fil-punt 1 imma li huma mgħammra bl-ACAS II fuq bażi volontarja għandu jkollhom il-verżjoni 7.1 tas-sistema għall-evitar ta’ kolliżjonijiet tal-ACAS II jew l-ACAS Xa.
Il-punt 1 ma għandux japplika għal sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.
AUR.ACAS.1010 Taħriġ tal-ACAS II
L-operaturi għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-programm tat-taħriġ tal-ACAS II biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jsir kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.
( 1 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.