02011R1178 — MT — 30.10.2022 — 019.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311 25.11.2011, p. 1) |
Emendat bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2011
tat-3 ta’ Novembru 2011
li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal:
kwalifiki differenti għal-liċenzji tal-bdoti; il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji tal-bdoti; il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-liċenzji tal-bdoti; kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-bdoti eżistenti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjira f’liċenzji tal-bdoti;
iċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni responsabbli biex jipprovdu taħriġ fit-titjir jew taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir, u biex jivvalutaw il-ħiliet tal-bdoti;
ċertifikati mediċi differenti għall-bdoti; il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati mediċi; il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ ċertifikati mediċi kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ ċertifikati mediċi nazzjonali f’ċertifikati mediċi rikonoxxuti b’mod reċiproku;
iċ-ċertifikazzjoni ta’ eżaminaturi ajrumediċi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom prattikanti mediċi ġeneralisti jistgħu jaġixxu bħala eżaminaturi ajrumediċi;
il-valutazzjoni ajrumedika perjodika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll il-kwalifiki tal-persuni responsabbli minn din il-valutazzjoni;
il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina;
il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti, u taċ-ċentri ajrumediċi involuti fl-ikkwalifikar u fil-valutazzjoni ajrumedika tal-ekwipaġġ tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili;
ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, u għall-organizzazzjonijiet li joperaw u li jużaw dak l-apparat;
ir-rekwiżiti għall-amministrazzjoni u s-sistema tal-ġestjoni li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri, mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“EASA”), u mill-organizzazzjonijiet b’rabta mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“liċenzja skont il-Parti-FCL” tfisser liċenzja tal-ekwipaġġ tal-ajru li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I;
“JAR” tfisser rekwiżiti konġunti dwar l-avjazzjoni adottati mill-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni kif applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2009;
“Liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru żgħar (LAPL)” tfisser il-liċenzja ta’ bdot għal titjir rikreattiv imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
▼M11 —————
“Liċenzja mhux konformi mal-JAR” tfisser il-liċenzja ta’ bdot maħruġa jew rikonoxxuta minn Stat Membru f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u li ma tkunx ġiet irrakkomandata għal rikonoxximent reċiproku b'rabta mal-JAR rilevanti;
“Kreditu” tfisser ir-rikonoxximent ta’ esperjenza preċedenti jew kwalifiki;
“Rapport tal-kreditu” tfisser rapport li abbażi tiegħu tista' tiġi rikonoxxuta esperjenza preċedenti jew kwalifiki;
“Rapport dwar il-konverżjoni” tfisser rapport li abbażi tiegħu liċenzja tista' tiġi kkonvertita f'liċenzja skont il-Parti-FCL;
▼M11 —————
“Membru tal-ekwipaġġ tal-kabina” tfisser membru tal-ekwipaġġ ikkwalifikat kif xieraq, għajr membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tekniku, li jkun assenjat minn operatur biex jaqdi kompiti marbutin mas-sikurezza tal-passiġġieri u mat-titjira matul l-operat;
“Ekwipaġġ tal-ajru” tfisser l-ekwipaġġ tat-titjira u l-ewkipaġġ tal-kabina;
▼M11 —————
“mezzi aċċettabbli ta' konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija sabiex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
“mezzi alternattivi ta' konformità (AltMOC)” tfisser dawk il-mezzi ta' konformità li jipproponu alternattiva għal AMC eżistenti jew dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu li għalihom ma ġie adottat l-ebda AMC assoċjat mill-Aġenzija;
“organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO)” tfisser organizzazzjoni li tkun intitolata tipprovdi taħriġ għall-bdoti abbażi ta' approvazzjoni maħruġa skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10a(1);
“apparat bażiku għat-taħriġ fl-istrumenti (BITD)” tfisser apparat tat-taħriġ ibbażat fuq l-art għat-taħriġ ta' bdoti li jirrappreżenta l-post fiżiku ta' bdot student ta' klassi ta' ajruplani, li jista' juża pannelli tal-istrumenti bbażati fuq skrins u kontrolli tat-titjir li jittellgħu b'molla, u li jipprovdi pjattaforma ta' taħriġ għall-inqas għall-aspetti proċedurali tat-titjir bl-istrumenti;
“speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (CS)” tfisser standards tekniċi adottati mill-Aġenzija li jindikaw il-mezzi li jridu jintużaw minn organizzazzjoni għall-iskop ta' ċertifikazzjoni;
“għalliem tat-titjir (FI)” tfisser għalliem bil-privileġġi li jipprovdi taħriġ f’inġenju tal-ajru, skont is-Subparti J tal-Anness I (il-Parti-FCL) ta’ dan ir-Regolament, is-Subparti FI tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 ( 1 ), jew is-Subparti FI tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 ( 2 );
“apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD)” tfisser apparat għat-taħriġ tal-bdoti li jkun:
fil-każ tal-ajruplani, simulatur ta' titjira sħiħa (FFS), apparat għat-taħriġ fit-titjir (FTD), tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT) jew apparat bażiku għat-taħriġ fl-istrumenti (BITD);
fil-każ tal-ħelikopters, simulatur ta' titjira sħiħa (FFS), apparat għat-taħriġ fit-titjir (FTD) jew tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT);
“kwalifika FSTD” tfisser il-livell ta' kapaċità teknika ta' FSTD; kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni marbuta mal-FSTD inkwistjoni;
“post prinċipali tan-negozju” ta' organizzazzjoni tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tal-organizzazzjoni li fih jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament;
“ARO.RAMP” tfisser is-Subparti RAMP tal-Anness II tar-Regolament dwar l-Operazzjonijiet tal-Ajru;
“Ivvalidata awtomatikament” tfisser l-aċċettazzjoni, mingħajr ebda formalità, ta' liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira maħruġa minn Stat skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago minn Stat kontraenti tal-ICAO mniżżel fid-dokument mehmuż tal-ICAO;
“dokument mehmuż tal-ICAO” tfisser dokument mehmuż ma' liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira vvalidata awtomatikament maħruġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago li jissemma fl-element XIII tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira;
“gwida għat-test tal-kwalifika (QTG)” tfisser dokument stabbilit biex juri li l-prestazzjoni u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar ta' FSTD jirrappreżentaw dawk tal-inġenju tal-ajru, tal-klassi tal-ajruplan jew tat-tip ta' ħelikopter, simulat fil-limiti preskritti u li r-rekwiżiti applikabbli kollha ġew issodisfati. Il-QTG jinkludi kemm id-dejta tal-inġenju tal-ajru, il-klassi ta' ajruplan jew it-tip ta' ħelikopter kif ukoll id-dejta użata biex tissostanzja l-validazzjoni;
“organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO)” tfisser organizzazzjoni li tkun intitolata tipprovdi taħriġ għall-bdoti abbażi ta' dikjarazzjoni li tkun saret skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(1);
“programm ta' taħriġ tad-DTO” tfisser dokument stabbilit minn DTO, li jiddeskrivi fid-dettall il-kors ta' taħriġ ipprovdut minn dik id-DTO.
Artikolu 3
Il-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti
Artikolu 4
Il-liċenzji nazzjonali eżistenti tal-bdoti
▼M11 —————
Liċenzji mhux konformi mal-JAR għandhom jiġu kkonvertiti f'liċenzji skont il-Parti-FCL u klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati skont:
id-dispożizzjonijiet tal-Anness II; jew
l-elementi stabbiliti fir-rapport dwar il-konverżjoni.
Ir-rapport ta’ konverżjoni għandu:
jiġi stabbilit mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja ta’ bdot b'konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”);
jiddeskrivi r-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-bdoti;
jiddeskrivi l-firxa tal-privileġġi mogħtija lill-bdoti;
jindika għal liema rekwiżiti fl-Anness I għandu jingħata l-kreditu;
jindika kwalunkwe limitazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-liċenzji skont il-Parti-FCL u kwalunkwe rekwiżiti li l-bdot għandu jikkonforma magħhom sabiex jitneħħew dawk il-limitazzjonijiet.
Stat Membru jista' jawtorizza lil bdoti studenti li jsegwu kors ta' taħriġ tal-LAPL biex jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel ma jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-ħruġ ta' LAPL, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ambitu tal-privileġġi għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza mwettqa mill-Istat Membru, filwaqt li jitqies l-ammont ta' taħriġ meħtieġ għall-livell maħsub ta' kompetenza ta' bdot li għandu jintlaħaq;
il-privileġġi għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:
it-territorju nazzjonali kollu, jew parti minnu, tal-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni;
l-inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni;
l-ajruplani u l-ħelikopters, it-tnejn bħala inġenju tal-ajru b'magna waħda bil-pistuni b'massa massima ta' tluq li ma taqbiżx l-2 000 kg, il-gliders u l-blalen tal-arja;
għat-taħriġ imwettaq taħt l-awtorizzazzjoni, id-detentur ta' tali awtorizzazzjoni li japplika għall-ħruġ ta' LAPL għandu jirċievi krediti ddeterminati mill-Istat Membru abbażi ta' rakkomandazzjoni minn ATO jew DTO;
l-Istat Membru għandu jressaq rapporti u valutazzjonijiet tar-riskji għas-sikurezza lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kull 3 snin;
l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa skont dan il-paragrafu sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta' sikurezza tal-avjazzjoni, u għandhom jieħdu azzjoni xierqa f'każ li jidentifikaw riskju miżjud għas-sikurezza jew xi tħassib ieħor tas-sikurezza.
Sat- ►M12 8 ta’ Settembru 2021 ◄ , Stat Membru jista’ joħroġ awtorizzazzjoni biex bdot ikun jista' jeżerċita privileġġi limitati speċifikati biex itajjar ajruplani skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti qabel ma jkun ikkonforma mar-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-ħruġ ta’ kwalifika ta' tajran bl-istrumenti skont dan ir-Regolament, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-Istat Membru għandu joħroġ dawn l-awtorizzazzjonijiet biss meta jkun iġġustifikat minn bżonn lokali speċifiku li ma jkunx jista' jiġu ssodisfat mill-kwalifiki stabbiliti skont dan ir-Regolament;
il-kamp ta' applikazzjoni tal-privileġġi mogħtija mill-awtorizzazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza mwettqa mill-Istat Membru, filwaqt li jitqies il-livell ta’ taħriġ meħtieġ għall-livell maħsub ta’ kompetenza li għandu jintlaħaq;
il-privileġġi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu limitati għall-ispazju tal-ajru tat-territorju nazzjonali tal-Istat Membru jew partijiet minnu;
l-awtorizzazzjoni għandha tingħata lill-applikanti li jkunu temmew taħriġ adegwat ma’ persuni kwalifikati li jħarrġu u li jkunu wrew il-kompetenzi meħtieġa lil eżaminatur ikkwalifikat, kif iddeterminat mill-Istat Membru;
l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, l-EASA u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-ispeċifiċitajiet ta’ din l-awtorizzazzjoni, inklużi l-ġustifikazzjoni tagħha u l-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza;
l-Istat Membru għandu jissorvelja l-attivitajiet assoċjati mal-awtorizzazzjoni biex jiżgura livell aċċettabbli ta’ sikurezza u jieħu azzjoni xierqa f’każ ta’ identifikazzjoni ta’ riskju akbar jew kwalunkwe tħassib dwar is-sikurezza;
l-Istat Membru għandu jirrevedi l-aspetti tas-sikurezza tal-implimentazzjoni tal-awtorizzazzjoni u jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-8 ta' April 2017;
Artikolu 4a
Privileġġi tal-kwalifika ta' titjir bl-istrumenti tan--navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni
Bdot għandu jingħata privileġġi PBN meta jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
il-bdot ikun lesta b'suċċess kors ta' għarfien teoriku inkluż dwar il-PBN, skont FCL.615 tal-Anness I (il-Parti-FCL);
il-bdot jkun lesta b'suċċess taħriġ tat-titjir inkluż dwar il-PBN, skont FCL.615 tal-Anness I (il-Parti-FCL);
il-bdot jkun lesta b'suċċess test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 7 tal-Anness I (il-Parti-FCL), jew inkella test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Anness I (il-Parti-FCL).
Artikolu 4b
Taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament
It-taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament għandu jsir parti obbligatorja minn kors ta' taħriġ għal-liċenzja għal ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed (MPL), kors ta' taħriġ integrat għall-piloti tat-trasport tal-linji tal-ajru għall-ajruplani (ATP(A)), kors ta' taħriġ għal-liċenzja ta' pilota kummerċjali għall-ajruplani (CPL(A)) u korsijiet ta' taħriġ għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal:
ajruplani b'pilota wieħed li jitħaddmu f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed;
ajruplani kumplessi mhux ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed;
ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed; jew
ajruplani b'aktar minn pilota wieħed;
skont l-Anness I (il-Parti-FCL).
Għall-korsijiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 li jibdew qabel l-20 ta' Diċembru 2019 f'organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO), it-taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament m'għandux ikun obbligatorju sakemm:
ikun tlesta kors ta' taħriġ CPL(A), ATP(A) jew MPL skont l-Anness I (il-Parti-FCL) u jkun tlesta t-test tal-aptitudni f'konformità mal-punti FCL.320 (CPL), FCL.620 (IR) jew FCL.415.A (MPL) tal-Anness I (il-Parti-FCL) sa mhux aktar tard mill-20 ta' Diċembru 2021; jew
ikun tlesta kors ta' taħriġ għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għall-ajruplani skont l-Anness I (il-Parti-FCL) u jkun tlesta t-test tal-aptitudni f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (c) tal-punt FCL.725 tal-Anness I (il-Parti-FCL) ta' dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-20 ta' Diċembru 2021.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tista', fuq l-evalwazzjoni tagħha stess u skont rakkomandazzjoni minn ATO, tagħti kreditu għal kull taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament li jkun tlesta qabel l-20 ta' Diċembru 2019 u li jkun sar skont ir-rekwiżiti nazzjonali tat-taħriġ.
Artikolu 4c
Miżura tranżizzjonali għad-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta
Sat-8 ta’ Settembru 2022 inkluż, id-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (“EIR”) kif stipulat fil-punt FCL.825 tal-Anness I (Parti-FCL) għandhom:
ikunu intitolati li jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-EIR tagħhom;
jibqgħu intitolati li jirċievu validazzjoni mill-ġdid jew tiġdid tal-EIR tagħhom, f’konformità mal-punt FCL.825(g) tal-Anness I (Parti-FCL);
ikunu intitolati li jirċievu kreditu sħiħ rigward ir-rekwiżiti tat-taħriġ fil-punt FCL.835(c)(2)(i) u (iii) tal-Anness I (Parti-FCL), meta japplikaw għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR) skont il-punt FCL.835 tal-Anness I (Parti-FCL); u
jibqgħu intitolati li jirċievu kreditu sħiħ kif stabbilit għad-detenturi ta’ EIR fl-Anness I (Parti-FCL).
Artikolu 4d
Miżuri tranżizzjonali għall-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti b’magna waħda għall-ħelikopters
Mingħajr preġudizzju għall-punt FCL.630.H tal-Anness I (Parti-FCL) ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika dan kollu li ġej:
Il-klassifikazzjonijiet tat-titjir bl-istrumenti għall-ħelikopters (IR(H)) maħruġa f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) ta’ dan ir-Regolament qabel it-30 ta’ Ottubru 2022 għandhom jitqiesu bħala IR(H) kemm għal ħelikopters b’magna waħda kif ukoll għal dawk b’aktar minn magna waħda u għandhom jinħarġu mill-ġdid bħala IR(H) tali, meta tinħareġ mill-ġdid liċenzja ta’ bdot ta’ ħelikopter għal raġunijiet amministrattivi.
L-applikanti li qabel it-30 ta’ Ottubru 2022 ikunu bdew it-taħriġ għal IR(H) għal ħelikopters b’magna waħda jew b’aktar minn magna waħda għandhom jitħallew ilestu dak it-taħriġ u, f’dak il-każ, jinħarġilhom IR(H) kemm għal ħelikopters b’magna waħda kif ukoll għal dawk b’aktar minn magna waħda.
Artikolu 4e
Miżuri tranżizzjonali għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-kontroll relatati ma’ operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters bi bdot wieħed
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li joħorġu privileġġi speċifiċi għat-twettiq ta’ taħriġ, ta’ testijiet tal-ħiliet u ta’ kontrolli tal-profiċjenza f’operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters bi bdot wieħed lill-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikollhom ċertifikat ta’ għalliem jew eżaminatur, kif applikabbli, maħruġ f’konformità mal-Anness I (Parti-FCL) ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-privileġġi li jgħallmu jew jeżaminaw, kif applikabbli, fuq it-tip ta’ ħelikopter rilevanti;
ikunu lestew it-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.735.H tal-Parti-FCL;
ikollhom esperjenza f’operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters f’livell li jkun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.
▼M11 —————
Artikolu 6
Il-konverżjoni tal-kwalifiki tat-testijiet tat-titjira
Artikolu 7
Il-liċenzji nazzjonali eżistenti tal-inġiniera tat-titjira
▼M13 —————
Artikolu 9
Kreditu għal taħriġ mibdi qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
Artikolu 9a
It-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip u d-dejta tal-adegwatezza operattiva
Artikolu 10
Kreditu għal liċenzji tal-bdoti miksuba matul is-servizz militari
Ir-rapport tal-kreditu għandu:
jiddeskrivi r-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom ikunu nħarġu l-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet, iċ-ċertifikati, l-awtorizzazzjonijiet u/jew il-kwalifiki militari;
jiddeskrivi l-firxa tal-privileġġi mogħtija lill-bdoti;
jindika għal liema rekwiżiti tal-Anness I għandu jingħata kreditu;
jindika kwalunke limitazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-liċenzji skont il-Parti-FCL u jindika kwalunkwe rekwiżiti li l-bdoti għandhom jikkonformaw magħhom biex jitneħħew dawk il-limitazzjonijiet;
jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji biex jagħtu prova tal-elementi msemmija hawn fuq, akkumpanjati b'kopji tar-rekwiżiti u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.
Artikolu 10a
Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti
Skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu intitolati jipprovdu taħriġ għall-bdoti involuti fit-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2018/1139 biss meta dawk l-organizzazzjonijiet tkun inħarġitilhom approvazzjoni mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.
Madankollu, b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet li għandhom il-post ta’ negozju ewlieni tagħhom fi Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jipprovdu t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament mingħajr tali approvazzjoni fit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali meta dawn ikunu għamlu dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punt DTO.GEN.115 ta’ dak l-Anness u, meta dan ikun meħtieġ skont il-punt DTO.GEN.230(c) ta’ dak l-Anness, l-awtorità kompetenti tkun approvat il-programm tat-taħriġ.
▼M11 —————
Artikolu 10b
Apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir
▼M11 —————
Artikolu 10c
Ċentri ajrumediċi
▼M11 —————
Artikolu 11
Is-saħħa medika tal-ekwipaġġ tal-kabina
▼M11 —————
Artikolu 11a
Il-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-kabina u attestazzjonijiet relatati
▼M11 —————
Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti f’titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:
għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tat-taħriġ tal-bidu tal-Anness V jekk ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-taħriġ, tal-ivverifikar u tar-reċentezza tal-JARs għat-trasport kummerċjali bl-ajru bil-ħelikopters; jew
jekk ma jkunux konformi mar-rekwiżiti applikabbli tat-taħriġ, tal-ivverifikar u tar-reċentezza tal-JARs għat-trasport kummerċjali bl-ajru bil-ħelikopters, għandhom ilestu t-taħriġ u l-ivverifikar kollu rilevanti meħtieġ biex joperaw bil-ħelikopter(s), għajr it-taħriġ tal-bidu, qabel ma jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament; jew
jekk ma jkunux ilhom iktar minn 5 snin joperaw titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters, għandhom ilestu l-kors tat-taħriġ tal-bidu u għandhom jgħaddu mill-eżami relatat kif meħtieġ fl-Anness V qabel ma jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11b
Kapaċitajiet ta’ sorveljanza
Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti:
l-oqsma ta’ kompetenza ta’ kull awtorità kompetenti għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar f’termini ta’ responsabbiltajiet u limitazzjoni ġeografika;
għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-mandati rispettivi tagħhom.
Il-persunal awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ superviżjoni għandu jkollu s-setgħa li jeżerċita mill-inqas il-kompiti li ġejjin:
jeżamina rekords, dejta, proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompitu ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza;
jagħmel kopji ta’ jew jieħu siltiet minn tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;
jitlob għal spjegazzjoni verbali fuq il-post;
jidħol f’bini, siti tal-operat jew mezzi ta’ trasport relevanti;
iwettaq awditjar, investigazzjonijiet, verifiki, spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u spezzjonijiet mhux avżati minn qabel; u
jadotta jew jibda miżuri ta’ infurzar kif ikun xieraq.
Artikolu 11c
Miżuri tranżizzjonali
L-Istati Membri għandhom:
jittrasferixxu lill-EASA, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021, ir-rekords kollha marbutin mas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għal-liċenzji tal-bdoti skont ir-Regolament (UE) 2018/395 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, u li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
jikkonkludu, b’koordinazzjoni mal-EASA, il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni mibdija qabel it-8 ta’ April 2020, u joħorġu ċ-ċertifikat; wara dan, l-EASA terfa’ r-responsabbiltajiet kollha tagħha bħala awtorità kompetenti għal dawk l-organizzazzjonijiet iċċertifikati.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Għandu jibda japplika mit-8 ta’ April 2012.
▼M11 —————
▼M12 —————
▼M11 —————
▼M11 —————
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
[PARTI-FCL]
SUBPARTI A
REKWIŻITI ĠENERALI
FCL.001 L-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorità, maħtura mill-Istat Membru, li lilha jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ bdot jew klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati.
FCL.005 Kamp ta’ applikazzjoni
Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ bdot u klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati u l-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom.
FCL.010 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
▼M7 —————
▼M12 —————
▼M12 —————
FCL.015 Applikazzjoni u ħruġ, rivalidazzjoni u tiġdid ta' liċenzji, kwalifiki u ċertifikati
(a) |
Applikazzjoni għall-ħruġ, għar-rivalidazzjoni jew għat-tiġdid tal-liċenzji tal-bdoti u kwalifiki u ċertifikati assoċjati, kif ukoll kull emenda għalihom, għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti b’mod u manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-applikanti jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, kif ukoll kwalifiki jew approvazzjonijiet assoċjati, kif stabbilit f’dan l-Anness (Parti-FCL) u fl-Anness IV (Parti-MED). |
(b) |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, kull limitu jew estensjoni tal-privileġġi mogħtija b’liċenzja, kwalifika jew ċertifikat għandu jiġi approvat fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti. |
(c) |
Ebda persuna ma għandu jkollha f'ebda ħin aktar minn liċenzja waħda għal kull kategorija tal-inġenju tal-ajru maħruġa skont din il-Parti. |
(d) |
Detentur ta’ liċenzja għandu jissottometti applikazzjonijiet skont il-paragrafu (a) lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru li fih tkun inħarġet il-liċenzja tiegħu jew tagħha skont dan l-Anness (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli. |
(e) |
Id-detentur ta’ liċenzja li tkun inħarġet skont dan l-Anness (Parti-FCL) jista’ japplika mal-awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru ieħor għal bidla tal-awtorità kompetenti relatata mal-liċenzji kollha miżmuma, kif speċifikat fil-paragrafu (d). |
(f) |
Għall-ħruġ ta’ liċenzja, kwalifika jew ċertifikat, l-applikant għandu japplika mhux aktar tard minn 6 xhur wara li jkun għadda mit-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza. |
(g) |
Taħriġ imwettaq fuq inġenji tal-ajru jew f’FSTDs skont l-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jitqies għar-rekwiżiti tal-esperjenza u tal-validazzjoni mill-ġdid stabbiliti f’dan l-Anness (il-Parti-FCL). |
FCL.020 Bdot student
Bdot student m'għandux itir waħdu sakemm ma jkunx awtorizzat li jagħmel dan u jkun issorveljat minn struttur tat-titjir.
Qabel l-ewwel titjira waħdu, bdot student għandu jkollu mill-inqas 16-il sena.
FCL.025 Eżamijiet tal-għarfien teoriku għall-ħruġ ta’ liċenzji u kwalifiki
(a) Responsabbiltajiet tal-applikant
(1) L-applikanti għandhom jagħmlu s-sett kollu ta’ eżamijiet tal-għarfien teoriku għal liċenzja jew klassifikazzjoni speċifika taħt ir-responsabbiltà tal-istess awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
(2) L-applikanti għandhom jagħmlu l-eżami tal-għarfien teoriku biss meta jkunu rrakkomandati mill-organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO) u mill-organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO) responsabbli għat-taħriġ tagħhom, ladarba jkunu kkompletaw l-elementi xierqa tal-kors ta' taħriġ tat-tagħlim tal-għarfien teoriku b'livell sodisfaċenti.
(3) Ir-rakkomandazzjoni minn DTO jew minn ATO għandha tkun valida għal 12-il xahar. Jekk l-applikant ma jkunx ipprova jagħmel minn tal-inqas eżami wieħed tal-għarfien teoriku f'dan il-perjodu ta' validità, il-ħtieġa għal taħriġ ulterjuri għandha tiġi stabbilita mid-DTO jew mill-ATO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikant.
(b) Standards ta’ punti minimi meħtieġa
Il-punti minimi meħtieġa f’karta tal-eżami tal-għarfien teoriku se jingħataw lill-applikant li jikseb mill-inqas 75 % tal-marki allokati f’dik il-karta. Ma għandux jintuża mmarkar b’penali (punti negattivi għal tweġibiet żbaljati).
Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’din il-Parti, applikant ikun għadda b’suċċess mill-eżami tal-għarfien teoriku li huwa rikjest għal-liċenzja jew għall-klassifikazzjoni xierqa ta’ bdot jekk ikun għadda mill-eżamijiet kollha meħtieġa tal-għarfien teoriku f’perjodu ta’ 18-il xahar li jibdew minn tmiem ix-xahar kalendarju meta l-applikant ikun għamel l-ewwel eżami.
Jekk applikant għall-eżami tal-għarfien teoriku tal-ATPL, jew għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), jew klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti (IR) ikun naqas milli jgħaddi minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku f’erba’ tentattivi, jew ikun naqas milli jgħaddi mill-karti kollha f’sitt seduti jew fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), huwa għandu jerġa’ joqgħod għas-sett sħiħ ta’ dokumenti tal-eżami tal-għarfien teoriku.
Jekk l-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif (LAPL) jew ta’ liċenzja ta’ bdot privat (PPL) ma jkunux għaddew minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba’ darbiet, jew ma jkunx għaddew mill-eżamijiet kollha fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandhom jerġgħu jagħmlu s-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku.
Qabel ma jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet tal-għarfien teoriku, l-applikanti għandhom jieħdu taħriġ ulterjuri f’DTO jew f’ATO. Il-livell u l-ambitu tat-taħriġ meħtieġ għandhom jiġu stabbiliti mid-DTO jew mill-ATO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikanti.
(c) Perjodu ta’ validità
(1) It-twettiq b'suċċess tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku għandu jkun validu:
għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif jew liċenzja ta’ bdot privat, għal perjodu ta’ 24 xahar;
għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot kummerċjali jew kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IR), għal perjodu ta’ 36 xahar;
għall-ħruġ ta’ kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR), għal tul ta’ żmien bla limitu.
Il-perjodi fil-paragrafi (i) u (ii) għandhom jingħaddu mill-ġurnata meta l-bdoti jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku, skont il-paragrafu (b)(2).
(2) It-tlestija tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru (ATPL - Airline Transport Pilot Licence) tibqa' valida għall-ħruġ ta’ ATPL għal perjodu ta’ seba' snin mill-aħħar data ta’ validità ta':
IR imdaħħla fil-liċenzja;
fil-każ ta’ ħelikopters, klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter imdaħħla f'dik il-liċenzja.
FCL.030 Test tal-ħila prattika
(a) |
Qabel ma jsir test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat, l-applikant għandu jkun għadda mill-eżami meħtieġ tal-għarfien teoriku, minbarra fil-każ ta’ applikanti li jkunu qed isegwu kors ta’ taħriġ integrat tat-titjir. F'kull każ, it-tagħlim tal-għarfien teoriku għandu dejjem ikun tlesta qabel ma jsiru t-testijiet tal-ħiliet. |
(b) |
Għajr għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru, applikant għal test tal-ħiliet għandu jiġi rrakkomandat għat-test mill-organizzazzjoni/persuna responsabbli għat-taħriġ, ladarba jitlesta t-taħriġ. Ir-rekords tat-taħriġ għandhom ikunu disponibbli għall-eżaminatur. |
(c) |
Għall-ħruġ ta’ BIR, l-applikant għal test tal-ħiliet għandu l-ewwel ilesti l-moduli kollha ta’ taħriġ u jkun irrakkomandat għat-test tal-ħiliet minn ATO. Ir-rekords tat-taħriġ tiegħu jew tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-eżaminatur, mill-ATO. |
FCL.035 Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir u l-għarfien teoriku
(a) Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir
(1) Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f'din il-Parti, il-ħin ta’ titjir li għandu jiġi kkreditat għal liċenzja, kwalifika jew ċertifikat għandu jkun sar fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru li għalih qed tintalab il-liċenzja, il-kwalifika jew iċ-ċertifikat.
(2) PIC (bdot kmandant) jew li qed jitgħallem.
Applikant għal liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat għandu jiġi kkreditat b'mod sħiħ bil-ħin kollu ta’ tagħlim fit-titjir waħdu, ma’ bdot ieħor jew ħin ta’ titjir bħala PIC biex jakkumula l-ħin totali ta’ titjir meħtieġ għal-liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat.
Gradwat ta’ kors ta’ taħriġ integrat tal-ATP huwa intitolat li jiġi kkreditat b'massimu ta’ 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala bdot kmandant student biex jakkumula l-ħin bħala PIC meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru, liċenzja ta’ bdot kummerċjali u klassfikazzjoni tat-tip jew tal-klassi ta’ aktar minn magna waħda.
Gradwat ta’ kors ta’ taħriġ integrat tal-CPL/IR huwa intitolat li jiġi kkreditat b'massimu ta’ 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala bdot kmandant student biex jakkumula l-ħin bħala PIC meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja ta’ bdot kummerċjali u klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi ta’ aktar minn magna waħda.
(3) Ħin tat-titjira bħala kobdot jew PICUS. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'din il-Parti, id-detentur ta’ liċenzja ta’ bdot, meta jaġixxi bħala kobdot jew PICUS, huwa intitolat li jiġi kkreditat bil-ħin kollu bħala kobdot biex jakkumula l-ħin totali ta’ titjir meħtieġ għal grad ogħla ta’ liċenzja ta’ bdot.
(4) Is-sigħat kollha ta’ titjir f’ajruplani jew f’TMGs li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ Stat Membru meħuda skont il-punti (a) jew (c) tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ħin tat-titjir tal-punt FCL.140.A(a)(1) u l-punt FCL.740.A(b)(1)(ii) ta’ dan l-Anness, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ajruplan jew it-TMG ikkonċernat ikun tal-istess kategorija u klassi bħall-inġenju tal-ajru skont il-Parti-FCL li fir-rigward tiegħu għandhom jiġu kkreditati s-sigħat tat-titjir;
fil-każ ta’ titjiriet ta’ taħriġ ma’ għalliem, l-ajruplan jew it-TMG li jintuża jkun soġġett għal awtorizzazzjoni speċifikata fil-punt ORA.ATO.135 tal-Anness VII (il-Parti-ORA) jew fil-punt DTO.GEN.240 tal-Anness VIII (il-Parti-DTO).
(b) Ikkreditar tal-għarfien teoriku
L-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku għal-liċenzja tal-bdot għat-trasport tal-linja tal-ajru għandhom jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru ħfief, il-liċenzja ta’ bdot privat, il-liċenzja ta’ bdot kummerċjali u, ħlief fil-każ tal-ħelikopters, l-IR u l-BIR fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru.
L-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku għal liċenzja ta’ bdot kummerċjali għandhom jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoriku għal:
il-liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru;
il-liċenzja ta’ bdot privat fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru; u
is-suġġett “komunikazzjonijiet” għall-BIR. Dan il-kreditu għandu jinkludi l-parti IFR tas-suġġett “komunikazzjonijiet” biss jekk dak is-suġġett ikun tlesta skont il-punt FCL.310, kif applikabbli mill-20 ta’ Diċembru 2019.
Id-detenturi ta’ IR jew l-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku tal-IR għal kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku għal:
l-IR f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru; u
il-BIR.
Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għandhom jiġu kkreditati biex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti għat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku għal liċenzja f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru skont l-Appendiċi 1 ta’ din il-Parti. Dan il-kreditu japplika wkoll għall-applikanti għal liċenzja ta’ bdot li diġà għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku għall-ħruġ ta’ dik il-liċenzja f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru, sakemm l-eżami tal-għarfien teoriku jkun fil-perjodu ta’ validità speċifikat fil-punt FCL.025(c).
B’deroga mill-paragrafu (b)(3), id-detenturi ta’ IR(A) li jkunu temmew kors tal-IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandhom jiġu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti fir-rigward tal-istruzzjoni u l-eżami fl-għarfien teoriku biex jinkiseb IR f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, biss jekk ikunu għaddew ukoll mill-istruzzjoni u l-eżami tal-għarfien teoriku għall-parti IFR tal-kors meħtieġ skont il-punt ►M14 FCL.720.A.(a)(2)(ii)(A) ◄ .
FCL.040 L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzji
L-eżerċitar tal-privileġġi mogħtija minn liċenzja għandu jiddependi fuq il-validità tal-klassifikazzjonijiet inklużi fiha, jekk applikabbli, u taċ-ċertifikat mediku kif xieraq għall-privileġġi eżerċitati.
FCL.045 L-obbligu tal-ġarr u l-preżentazzjoni tad-dokumenti
(a) |
Il-bdot għandu dejjem iġorr liċenzja valida u ċertifikat mediku validu meta jkun qed jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja. |
(b) |
Il-bdot għandu jġorr ukoll dokument ta’ identifikazzjoni personali li jkun fih ir-ritratt tiegħu. |
(c) |
Bdot jew bdot student għandu jippreżenta r-rekords tal-ħin ta’ titjir tiegħu, mingħajr dewmien bla bżonn, għal spezzjoni fuq talba ta’ rappreżentant awtorizzat ta’ awtorità kompetenti. |
(d) |
Bdot student għandu jġorr, fuq it-titjiriet cross-country kollha li jagħmel waħdu, evidenza tal-awtorizzazzjoni rikjesta fl-FCL.020(a). |
(e) |
Bdot li jkun beħsiebu jsuq inġenju tal-ajru rreġistrat fi Stat Membru li ma jkunx dak li ħareġ il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira 'l barra mit-territorju tal-Unjoni għandu jġorr, bħala dokument stampat jew f'format elettroniku, l-aħħar verżjoni tad-dokument mehmuż tal-ICAO li jinkludi referenza għan-numru ta' reġistrazzjoni tal-ICAO tal-ftehim li jirrikonoxxi l-validazzjoni awtomatika tal-liċenzji, kif ukoll il-lista tal-Istati li ffirmaw dak il-ftehim. |
FCL.050 Reġistrazzjoni tal-ħin ta’ titjir
Il-bdot għandu jżomm rekord affidabbli tad-dettalji tat-titjiiriet kollha li jkunu saru b'mod u manjiera stabbilita mill-awtorità kompetenti.
FCL.055 Profiċjenza fil-lingwa
Ġenerali. Bdoti ta’ ajruplani, ħelikopters, powered-lift u iġfna tal-ajru li huma rikjesti jużaw it-telefon bir-radju m’għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet tagħhom sakemm ma jkollhomx approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa fil-liċenzja tagħhom jew bl-Ingliż jew bil-lingwa li tintuża għall-komunikazzjonijiet bir-radju involuti fit-titjira. L-approvazzjoni għandha tindika l-lingwa, il-livell tal-profiċjenza u d-data tal-validità, u għandha tinkiseb skont proċedura stabbilita minn awtorità kompetenti. Il-livell minimu aċċettabbli tal-profiċjenza huwa l-livell operattiv (Livell 4) skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.
L-applikant għal approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandu juri, skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, mill-inqas livell operattiv ta’ profiċjenza fil-lingwa kemm fl-użu ta’ frażijiet kif ukoll fil-lingwa komuni lil valutatur iċċertifikat minn awtorità kompetenti jew korp li jittestja l-lingwa approvat minn awtorità kompetenti kif applikabbli. Sabiex jagħmel dan, l-applikant għandu juri l-kapaċità tiegħu li:
jikkomunika b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet fejn tintuża l-vuċi biss u f’sitwazzjonijiet wiċċ imb wiċċ;
jikkomunika dwar suġġetti komuni u relatati max-xogħol b’mod preċiż u ċar;
juża strateġiji komunikattivi xierqa sabiex jiskambja messaġġi u biex jagħraf u jsolvi nuqqas ta’ ftehim f’kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;
jegħleb b’suċċess l-isfidi lingwistiċi li jitfaċċaw minħabba kumplikazzjonijiet jew avvenimenti mhux mistennija li jseħħu fil-kuntest tar-rutina tax-xogħol jew waqt kompitu ta’ komunikazzjoni li normalment ikun familjari magħhom; u
juża djalett jew aċċent li jinftiehem fil-komunità ajrunawtika.
Għajr għall-bdoti li jkunu wrew profiċjenza fil-lingwa fil-livell ta’ esperti (livell 6) skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, l-approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandha tiġi evalwata mill-ġdid kull:
4 snin, jekk il-livell muri jkun livell operattiv (livell 4); jew
6 snin, jekk il-livell muri jkun livell estiż (livell 5).
Rekwiżiti speċifiċi għad-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IR). B’deroga mill-paragrafi ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ IR għandhom ikunu wrew il-kapaċità li jużaw l-Ingliż fil-livell xieraq ta’ profiċjenza kif definit fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.
Il-wiri ta’ profiċjenza fil-lingwa u tal-użu tal-ilsien Ingliż għal detenturi ta’ IR għandu jsir permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni stabbilit minn kwalunkwe awtorità kompetenti.
FCL.060 Esperjenza reċenti
(b) |
Ajruplani, ħelikopters, inġenji tal-ajru powered-lift u airships. Bdot m’għandux iħaddem inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali bl-ajru jew biex iġorr passiġġieri:
(1)
bħala PIC jew kopilota sakemm, fid-90 jum ta’ qabel, ma jkunx wettaq mill-inqas 3 telgħat, avviċinamenti, inżulijiet bħala bdot li jsuq inġenju tal-ajru tal-istess tip jew klassi jew FFS li jirrappreżenta dak it-tip jew klassi. It-3 telgħat u nżul għandhom isiru f’operazzjonijiet bi bdot wieħed jew aktar, skont il-privileġġi li jkollu l-bdot; u
(2)
bħala PIC billejl sakemm:
(i)
fid-90 jum ta’ qabel ma jkunx wettaq mill-inqas telgħa, avviċinament u nżul wieħed billejl bħala bdot li jsuq inġenju tal-ajru tal-istess tip jew klassi jew FFS li jirrappreżenta dak it-tip jew klassi;
(ii)
ikollu IR;
(3)
bħala kobdot cruise relief sakemm:
(i)
ikun ikkonforma mar-rekwiżiti f'(b)(1); jew
(ii)
ikun wettaq, fid-90 jum ta’ qabel, mill-inqas 3 setturi bħala bdot cruise relief fuq l-istess tip jew klassi ta’ inġenju tal-ajru; jew
(iii)
ikun wettaq taħriġ reċenti u ta’ aġġornament fit-tajran f'FFS f'intervalli li ma jaqbżux id-90 jum. Dan it-taħriġ ta’ aġġornament jista’ jiġi kkombinat mat-taħriġ ta’ aġġornament tal-operatur preskritt fir-rekwiżiti rilevanti tal- Parti-ORO.
(4)
Meta bdot ikollu l-privileġġ li jħaddem aktar minn tip ta’ ajruplan wieħed b'karatteristiċi ta’ ġestjoni u tħaddim simili, it-3 telgħat, avviċinamenti u nżulijiet meħtieġa f'(1) jistgħu jitwettqu kif definit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.
(5)
Meta bdot ikollu l-privileġġ li jħaddem aktar minn tip wieħed ta’ ħelikopter mhux kumpless b'karatteristiċi simili ta’ ġestjoni u tħaddim, kif definit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, it-3 telgħat, avviċinamenti u nżulijiet meħtieġa f'(1) jistgħu jitwettqu f'wieħed biss mit-tipi, sakemm il-bdot ikun lesta mill-inqas sagħtejn tat-titjira f'kull wieħed mit-tipi tal-ħelikopters, matul is-6 xhur ta’ qabel. |
(c) |
Rekwiżiti speċifiċi għat-trasport kummerċjali bl-ajru:
(1)
Fil-każ tat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-perjodu ta’ 90 jum preskritt fis-subparagrafi (b)(1) u (2) hawn fuq jista' jiġi estiż sa massimu ta’ 120 jum, sakemm il-bdot iwettaq titjir fuq linja taħt is-sorveljanza ta’ eżaminatur jew għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip.
(2)
Jekk il-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit fil-punt (1), huwa għandu jlesti titjira ta’ taħriġ ma’ għalliem ikkwalifikat skont is-Subparti J biex jgħallem għal dak it-tip tal-inġenju tal-ajru. It-titjira ta’ taħriġ għandha ssir fl-inġenju tal-ajru jew FFS tat-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża u għandha tinkludi mill-inqas ir-rekwiżiti deskritti fil-punti (b)(1) u (2) qabel ma jkun jista’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu. |
FCL.065 Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzja li jkolllhom 60 sena jew aktar fit-trasport kummerċjali bl-ajru
(a) |
Età bejn is-60 u l-64 sena. Ajruplani u ħelikopters. Id-detentur ta' liċenzja ta' bdot li jkun għalaq 60 sena m'għandux jaġixxi bħala bdot ta' inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru għajr jekk ikun membru ta' ekwipaġġ b'aktar minn bdot wieħed. |
(b) |
Età ta’ 65 sena. Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot li għalqu 65 sena m’għandhomx jaġixxu bħala bdot ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru. |
▼M12 —————
FCL.070 Revoka, sospensjoni u limitazzjoni tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati
(a) |
Il-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati maħruġa skont din il-Parti jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati mill-awtorità kompetenti meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ din il-Parti, il-Parti Medika jew ir-rekwiżiti operattivi applikabbli, skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fil-Parti-ARA. |
(b) |
Meta l-liċenzja tal-bdot tiġi sospiża jew revokata, il-bdot għandu jrodd lura minnufih il-liċenzja jew iċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti. |
SUBPARTI B
LIĊENZJA TA' BDOT TA' INĠENJI TAL-AJRU ĦFIEF — LAPL
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
FCL.100 LAPL — Età minima
L-applikanti għal-LAPL għall-ajruplani jew il-ħelikopters għandu jkollhom mill-inqas 17-il sena.
FCL.105 LAPL – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
Ġenerali. Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC f'operazzjonijiet mhux kummerċjali fil-kategorija adattata tal-inġenji tal-ajru. |
(b) |
Kundizzjonijiet. L-applikanti għal-LAPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru u, fejn applikabbli, għall-klassi jew it-ip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet. |
FCL.110 LAPL – Ikkreditar għall-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru
(a) |
L-applikanti għal LAPL li kellhom liċenzja oħra fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-LAPL f'dik il-kategorija ta’ inġenji tal-ajru. |
(b) |
Bla ħsara għall-paragrafu ta’ hawn fuq, jekk il-liċenzja tkun skadiet, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont FCL.125 għall-ħruġ ta’ LAPL fil-kategorija adattata ta’ inġenji tal-ajru. |
FCL.115 LAPL — Kors ta' taħriġ
L-applikanti għal LAPL għandhom ilestu kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO.
Il-kors għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir li jkunu xierqa għall-privileġġi tal-LAPL li tkun saret applikazzjoni għalih.
It-tagħlim tal-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir jistgħu jitlestew f'DTO jew f'ATO differenti minn dik li fiha l-applikanti jkunu bdew it-taħriġ tagħhom.
Għat-taħriġ fir-rigward tal-privileġġ ta’ ajruplani b’magna waħda bil-pistuni tal-klassi tal-baħar, għandhom jitqiesu l-elementi tal-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness, il-punt 7 (Klassifikazzjoni ta’ klassi – baħar) tat-Taqsima B (Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru).
FCL.120 LAPL – Eżami tal-għarfien teoriku
L-applikanti għal LAPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn li ġejjin:
suġġetti komuni:
suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:
FCL.125 LAPL – Test tal-ħiliet
(a) |
Permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal LAPL għandhom juru l-kapaċità li, bħala PIC fil-kategorija adattata ta’ inġenji tal-ajru, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija. |
(b) |
L-applikanti għat-test tal-ħiliet għandhom ikunu rċevew tagħlim fit-titjir dwar l-istess klassi kew tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża għat-test tal-ħila. Il-privileġġi għandhom ikunu limitati għall-klassi jew it-tip użati għat-test tal-ħila sakemm ma jiġux approvati estensjonijiet ulterjuri għal-liċenzja, skont din is-Subparti. |
(c) |
Punti minimi meħtieġa
(1) It-test tal-ħiliet għandu jinqasam f'taqsimiet differenti, li jirrappreżentaw il-fażijiet differenti kollha tat-titjira xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru użat fit-titjir. (2) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fi kwalunkwe punt fit-taqsima, dan ifisser li l-applikant jeħel fit-taqsima kollha. Jekk l-applikant jeħel biss minn taqsima waħda, għandu jirrepeti dik it-taqsima biss. Jekk dan ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa f'aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikun weħel mit-test kollu. (3) Meta jkun meħtieġ li t-test jiġi rripetut skont (2), nuqqas ta’ kisba tal-punti meħtieġa fi kwalunkwe taqsima, inklużi dawk li għadda minnhom f'tentattiv preċedenti, se jfisser li l-applikant ikun weħel mit-test kollu. (4) Jekk ma jirnexxilux jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test f'żewġ tentattivi, l-applikant ikun jeħtieġ aktar taħriġ prattiku. |
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi għal-LAPL għall-ajruplani — LAPL(A)
FCL.105.A LAPL(A) — Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) Privileġġi
Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ajruplani huma li jaġixxi bħala PIC fuq ajruplani b’magna waħda bil-pistuni tal-klassi tal-art (SEP(art)), ajruplani b’magna waħda bil-pistin tal-baħar (SEP(baħar)) jew TMG b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata ta’ 2000 kg jew inqas, li jġorr massimu ta’ 3 passiġġieri, b’tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord l-inġenju tal-ajru.
(b) Kundizzjonijiet
Detenturi ta’ LAPL(A) għandhom iġorru biss passiġġieri jekk ikunu wettqu 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani jew TMG wara l-ħruġ tal-liċenzja.
Id-detenturi ta’ LAPL(A) li preċedentement kellhom ATPL(A), MPL(A), CPL(A) jew PPL(A), huma eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (b)(1).
FCL.110.A LAPL(A) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza
(a) |
L-applikanti għal LAPL(A) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani jew TMGs, li jinkludu mill-inqas:
(1)
15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor fil-klassi li fiha jsir it-test tal-ħiliet;
(2)
6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir tal-bdot waħdu ssorvjelat, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 150 km (80 NM), li fiha għandu jsir inżul wieħed ta’ waqfien totali f'ajrudrom differenti mill-ajrudrom tat-tluq. |
(b) |
Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkollhom SPL maħruġa skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtajru TMGs. L-applikanti għal LAPL(A) li jkollhom SPL bil-privileġġi li jtajru TMGs għandhom ikunu lestew mill-inqas 21 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq TMGs wara l-approvazzjoni tal-privileġġi tat-TMG, u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt FCL.135.A(a) dwar l-ajruplani. |
(c) |
Ikkreditar. L-applikanti b'esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-punt (a). L-ammont ta' kreditu għandu jiġi deċiż mid-DTO jew mill-ATO li fiha l-bdot ikun attenda l-kors ta' taħriġ, abbażi ta' test tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:
(1)
ma għandux jaqbeż il-ħin tat-titjir totali bħala PIC;
(2)
ma għandux jaqbeż il-50 % tas-sigħat meħtieġa fil-punt (a);
(3)
ma għandux jinkludi r-rekwiżiti tal-punt (a)(2). |
FCL.135.A LAPL(A) – Estensjoni tal-privileġġi għal klassi oħra jew varjant tal-ajruplan
(a) |
Il-privileġġi ta’ LAPL(A) għandhom ikunu limitati għall-klassi u l-varjant tal-ajruplani jew TMG li fihom ikun twettaq it-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta r-rekwiżiti ta’ hawn taħt fi klassi oħra:
(1)
3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inklużi:
(i)
10 telgħat u nżulijiet ma’ bdot ieħor, u
(ii)
10 telgħat u nżulijiet issorveljati tal-bdot waħdu.
(2)
test tal-ħiliet li juri l-livell adegwat tal-ħila prattika fil-klassi l-ġdida. Matul dan it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell xieraq ta’ għarfien teoriku għall-klassi l-oħra f'dawn is-suġġetti:
(i)
Il-proċeduri operattivi,
(ii)
L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,
(iii)
Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru. |
(b) |
Sabiex il-privileġġi jiġu estiżi għal varjant ieħor fi klassi, il-bdot għandu jwettaq jew taħriġ dwar id-differenzi jew jagħmel familjarizzazzjoni. It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew f’rekord ekwivalenti tal-bdot u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem. |
(c) |
L-applikanti għall-estensjoni tal-privileġġi ta’ LAPL(A) għal TMG li jkollhom ukoll SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtiru fuq TMGs, għandhom jirċievu krediti sħaħ lejn ir-rekwiżiti fil-paragrafu (a). |
FCL.140.A LAPL(A) – Rekwiżiti ta’ attività riċenti
(a) Id-detenturi ta’ LAPL(A) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom biss jekk fl-aħħar sentejn ikunu ssodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin bħala bdoti ta’ ajruplani jew TMGs:
ikunu wettqu mill-inqas 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew titjir b’żewġ bdoti jew titjir bi bdot wieħed taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi:
ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza ta’ LAPL(a) ma’ eżaminatur. Il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(A);
(b) Jekk id-detenturi ta’ LAPL(A) ikollhom kemm privileġġ SEP(tal-art) kif ukoll SEP(tal-baħar), dawn jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (a)(1) f’waħda mill-klassijiet jew f’kombinament tagħhom li għandhom ikunu validi għaż-żewġ privileġġi. Għal dan il-għan, mill-inqas siegħa (1) ta’ ħin ta’ titjir meħtieġ u sitta (6) mit-12-il tlugħ u nżul meħtieġa għandhom jiġu kkompletati f’kull klassi.
TAQSIMA 3
Rekwiżiti speċifiċi għal-LAPL għall-ħelikopters — LAPL(H)
FCL.105.H LAPL(H) – Privileġġi
Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ħelikopters huma li jaġixxi bħala PIC fuq ħelikopters b'magna waħda b'massa massima ċċertifikata tat-tlugħ ta’ 2 000 kg jew inqas, li jġorru massimu ta’ 3 passiġġieri, b'tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord.
FCL.110.H LAPL(H) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza
(a) |
L-applikanti għal-LAPL(H) għandhom ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir dwar il-ħelikopters. Mill-inqas 35 siegħa minnhom għandhom ikunu titjiriet fuq it-tip ta’ ħelikopter li jintuża għat-test tal-ħiliet. It-tagħlim fit-titjir għandu jinkludi mill-inqas:
(1)
20-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;
(2)
10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir ta’ bdot waħdu ssorveljat, inklużi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country tal-bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 150 km (80 NM), li matulha għandu jsir inżul wieħed b'waqfien totali f'ajrudrom differenti mill-ajrudrom tat-tluq. |
(b) |
Ikkreditar. L-applikanti b'esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-punt (a). L-ammont ta' kreditu għandu jiġi deċiż mid-DTO jew mill-ATO li fiha l-bdot ikun attenda l-kors ta' taħriġ, abbażi ta' test tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:
(1)
ma għandux jaqbeż il-ħin tat-titjir totali bħala PIC;
(2)
ma għandux jaqbeż il-50 % tas-sigħat meħtieġa fil-punt (a);
(3)
ma għandux jinkludi r-rekwiżiti tal-punt (a)(2). |
FCL.135.H LAPL(H) – Estensjoni tal-privileġġi għal tip ieħor jew varjant tal-ħelikopter
(a) |
Il-privileġġi ta’ LAPL(H) għandhom ikunu limitati għat-tip jew il-varjant speċifiku tal-ħelikopter li fih ikun sar it-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta:
(1)
5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inklużi:
(i)
15-il telgħa, avviċinament u nżul l-art b'żewġ bdoti;
(ii)
15-il telgħa, avviċinament u nżul l-art bi bdot waħdu ssorveljat;
(2)
test tal-ħiliet li juri l-livell adegwat tal-ħiliet prattiċi fit-tip il-ġdid. Matul dan it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell adegwat ta’ għarfien teoriku għat-tip l-ieħor fis-suġġetti li ġejjin:
—
Il-proċeduri operattivi,
—
L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,
—
Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.
|
(b) |
Qabel ma d-detentur ta’ LAPL(H) ikun jista' jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja f'varjant tal-ħelikopter differenti minn dak użat għat-test tal-ħiliet, il-bdot għandu jwettaq taħriġ fid-differenzi jew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni, kif stabbilit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21. |
FCL.140.H LAPL(H) — Rekwiżiti ta’ attività riċenti
Id-detenturi ta’ LAPL(H) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq tip speċifiku biss jekk fl-aħħar 12-il xahar ikunu jew:
wettqu mill-inqas sitt sigħat ta’ ħin ta’ titjir fuq il-ħelikopters ta’ dak it-tip bħala PIC, jew titjir b’żewġ bdoti jew bi bdot waħdu taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi sitt telgħat, approċċi u nżulijiet u jkunu wettqu taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa tal-ħin ta’ titjir totali ma’ għalliem;
jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur dwar it-tip speċifiku qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom. Dak il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(H).
▼M12 —————
SUBPARTI C
LIĊENZJA TA’ BDOT PRIVAT (PPL)
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
FCL.200 Età minima
L-applikanti għal PPL għandu jkollhom mill-inqas 17-il sena.
FCL.205 Kundizzjonijiet
L-applikanti għall-ħruġ ta’ PPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet, kif stabbilit fis-Subparti H.
FCL.210 Kors ta' taħriġ
L-applikanti għal PPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO.
Il-kors għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir li jkunu adattati għall-privileġġi tal-PPL li tkun saret applikazzjoni għaliha.
It-tagħlim tal-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir jistgħu jitlestew f'DTO jew f'ATO differenti minn dik li fiha l-applikanti jkunu bdew it-taħriġ tagħhom.
FCL.215 Eżami tal-għarfien teoriku
L-applikanti għal PPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:
suġġetti komuni:
suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:
FCL.235 Test tal-ħiliet
(a) |
Permezz tat-tlestija ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal PPL għandhom juru l-kapaċità li jwettqu bħala PIC fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza xierqa għall-privileġġi mogħtija. |
(b) |
L-applikanti għat-test tal-ħiliet għandhom ikunu rċevew tagħlim fit-titjir bl-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li jintuża għat-test tal-ħiliet. |
(c) |
Punti minimi meħtieġa (1) It-test tal-ħiliet għandu jinqasam f'taqsimiet differenti, li jirrappreżentaw il-fażijiet differenti kollha tat-titjira xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru użat fit-titjir. (2) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fi kwalunkwe punt fit-taqsima, dan ifisser li l-applikant jeħel fit-taqsima kollha. Jekk l-applikant jeħel biss minn taqsima waħda, għandu jirrepeti dik it-taqsima biss. Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa f'aktar minn taqsima waħda, huwa jkun weħel mit-test kollu. (3) Meta jkun meħtieġ li t-test jiġi rripetut skont (2), nuqqas ta’ kisba tal-punti meħtieġa fi kwalunkwe taqsima, inklużi dawk li għadda minnhom f'tentattiv preċedenti, se jfisser li l-applikant ikun weħel mit-test kollu. (4) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fit-taqsimiet kollha tat-test f'2 tentattivi, se jkun jeħtieġ taħriġ ulterjuri. |
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi għal ajruplani ta’ PPL - PPL(A)
FCL.205.A PPL(A) – Privileġġi
(a) |
Il-privileġġi tad-detenturi ta’ PPL(A) huma li jaġixxu mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopiloti fuq ajruplani jew TMGs involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali u li jeżerċitaw il-privileġġi kollha tad-detenturi ta’ LAPL(A). |
(b) |
Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(A) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:
(1)
għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjiet għal-LAPL(A) jew il-PPL(A);
(2)
għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal dawn il-liċenzji;
(3)
it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja. |
FCL.210.A PPL(A) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza
(a) |
L-applikanti għal PPL(A) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 45 siegħa ta' tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jew TMGs, li ħamsa (5) minnhom għandhom ikunu saru f'FSTD, inklużi mill-inqas:
(1)
25 siegħa ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti; u
(2)
10 sigħat ta' ħin ta' titjir bi bdot waħdu ssorveljat, inklużi mill-inqas ħames (5) sigħat ta' ħin ta' titjir cross-country bi bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta' mill-inqas 270 km (150 NM), li waqtha għandu jsir inżul b'waqfien sħiħ f'żewġ (2) ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq. |
(b) |
Rekwiżiti speċifiċi għal applikanti li jkollhom LAPL(A). L-applikanti għal PPL(A) li jkollhom LAPL(A) għandhom ikunu lestew minn tal-inqas 15-il siegħa ta' ħin tat-titjir fuq l-ajruplani wara l-ħruġ tal-LAPL(A), li minnhom minn tal-inqas 10 sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir imwettaq f'kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO. Dak il-kors ta' taħriġ għandu jinkludi minn tal-inqas erba' sigħat ta' ħin tat-titjir bi bdot waħdu taħt superviżjoni, inklużi minn tal-inqas sagħtejn ta' ħin tat-titjir minn pajjiż għall-ieħor bi bdot waħdu b'minn tal-inqas titjira waħda minn pajjiż għall-ieħor ta' mill-inqas 270 km (150 NM), li matulhom għandu jsir inżul b'waqfien totali f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq. |
(c) |
Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkollhom SPL maħruġa skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtajru TMGs. L-applikanti għal PPL(A) li jkollhom SPL bil-privileġġi li jtajru TMGs għandhom ikunu lestew:
(1)
tal-inqas 24 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq TMG wara l-approvazzjoni tal-privileġġi ta’ TMG; u
(2)
minn tal-inqas 15-il siegħa ta' tagħlim fit-titjir tal-ajruplani f'kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO, inklużi minn tal-inqas ir-rekwiżiti tal-punt (a)(2). |
(d) |
Ikkreditar. L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, għajr għall-blalen tal-ajra, għandhom jiġu kkreditati b'10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 10 sigħat. L-ammont ta’ kreditu mogħti, fi kwalunkwe każ, m'għandux jinkludi r-rekwiżiti f'(a)(2). |
TAQSIMA 3
Rekwiżiti speċifiċi għal ħelikopters ta’ PPL – PPL(H)
FCL.205.H PPL(H) – Privileġġi
(a) |
Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(H) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota ta’ ħelikopters involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali u li jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detenturi ta’ LAPL(H). |
(b) |
Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(H) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:
(1)
għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għal-LAPL(H) jew il-PPL(H);
(2)
għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal dawn il-liċenzji;
(3)
it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja. |
FCL.210.H PPL(H) – Rekwiżiti u kkreditjar tal-esperjenza
(a) |
L-applikanti għal PPL(H) għandhom ikunu lestew mill-inqas 45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopters, li 5 minnhom jistgħu jkunu saru f'FNPT jew FFS, inkluż mill-inqas:
(1)
25-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;
(2)
10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bi bdot waħdu taħt sorveljanza, inklużi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country bi bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 185 km (100 NM), bi nżul ta’ waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.
(3)
35 mill-45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir għandhom isiru fuq l-istess tip ta’ ħelikopter bħal dak użat għat-test tal-ħiliet. |
(b) |
Rekwiżiti speċifiċi għal applikant li jkollu LAPL(H). L-applikanti għal PPL(H) li jkollhom LAPL(H) għandhom ilestu kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO. Dak il-kors ta' taħriġ għandu jinkludi minn tal-inqas ħames sigħat ta' ħin tat-tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti u minn tal-inqas titjira waħda bi bdot waħdu taħt superviżjoni minn pajjiż għall-ieħor ta' mill-inqas 185 km (100 NM), bi nżul b'waqfien totali f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq. |
(c) |
L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, għajr għall-blalen tal-ajra, għandhom jiġu kkreditati b'10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 6 sigħat. L-ammont ta’ kreditu mogħti, fi kwalunkwe każ, m'għandux jinkludi r-rekwiżiti f'(a)(2). |
TAQSIMA 4
Rekwiżiti speċifiċi għall-airships bil-PPL – PPL(As)
FCL.205.As PPL(As) – Privileġġi
(a) |
Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(As) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota fuq airships involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali. |
(b) |
Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(As) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:
(1)
għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għall-PPL(As);
(2)
għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal din il-liċenzja;
(3)
it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja. |
FCL.210.As PPL(As) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza
(a) |
L-applikanti għal PPL(As) għandhom ikunu lestew mill-inqas 35 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'airships, li 5 minnhom jistgħu jkunu tlestew f'FSTD, inklużi mill-inqas:
(1)
25 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti, inklużi:
(i)
3 sigħat ta’ taħriġ fit-titjir cross-country, inkluża titjira cross-country waħda ta’ mill-inqas 65 km (35 NM);
(ii)
3 sigħat ta’ tagħlim strumentali;
(2)
8 telgħat u nżulijiet f'ajrudrom, inklużi l-proċeduri tal-irbit u l-ħall tal-irbit mal-arblu;
(3)
8 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bi bdot waħdu taħt sorveljanza. |
(b) |
L-applikanti li jkollhom BPL maħruġ skont l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u li jkunu kwalifikati li jtajru airships li jaħdmu bl-arja sħuna għandhom jiġu kkreditati b’10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali airships u sa massimu ta’ 5 sigħat. |
▼M12 —————
SUBPARTI D
LIĊENZJA TA’ BDOT KUMMERĊJALI - CPL
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
FCL.300 CPL – Età minima
Applikant għal CPL għandu jkollu mill-inqas 18-il sena.
FCL.305 CPL – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
Privileġġi. Il-privileġġi tad-detentur ta’ CPL huma, fil-kategorija xierqa tal-inġenju tal-ajru, li:
(1)
jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detentur ta’ LAPL u PPL;
(2)
jaġixxi bħala PIC jew kopilota ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru involut f'operazzjonijiet differenti mit-trasport kummerċjali bl-ajru;
(3)
jaġixxi bħala PIC fit-trasport kummerċjali bl-ajru ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru bi bdot wieħed suġġett għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-FCL.060 u f'din is-Subparti;
(4)
jaġixxi bħala kopilota fit-trasport kummerċjali bl-ajru suġġett għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-FCL.060. |
(b) |
Kundizzjonijiet. Applikant għall-ħruġ ta’ CPL għandu jkun issosidfa r-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tip tal-inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet. |
FCL.310 CPL — Eżamijiet tal-għarfien teoretiku
L-applikanti għall-ħruġ ta' CPL għandhom juru livell ta' għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:
il-liġi tal-ajru;
għarfien ġenerali dwar l-inġenju tal-ajru — qafas tal-inġenju tal-ajru/sistemi/power plant;
għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru — strumentazzjoni;
massa u bilanċ;
il-prestazzjoni;
l-ippjanar u l-monitoraġġ tat-titjira;
il-prestazzjoni umana;
meteoroloġija;
in-navigazzjoni ġenerali;
ir-radjunavigazzjoni;
il-proċeduri operazzjonali;
il-prinċipji tat-titjir; kif ukoll
il-komunikazzjonijiet.
FCL.315 CPL – Kors ta’ taħriġ
Applikant għal CPL għandu jkun lesta tagħlim fl-għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir f'ATO, skont l-Appendiċi 3 ta’ din il-Parti.
FCL.320 CPL – Test tal-ħiliet
Applikant għal CPL għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 4 ta’ din il-Parti sabiex juri l-kapaċità li, bħala PIC tal-kategorija xierqa tal-inġenju tal-ajru, iwettaq il-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplani – CPL(A)
FCL.315.A CPL – Kors ta' taħriġ
Għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta' CPL(A) għandu jinkludi taħriġ ta' prevenzjoni ta' disturbi u taħriġ dwar l-irkupru.
FCL.325.A CPL(A) – Kundizzjonijiet speċifiċi għal detenturi ta’ MPL
Qabel ma jeżerċita l-privileġġi ta’ CPL(A), id-detentur ta’ MPL għandu jkun wettaq fuq l-ajruplani:
70 siegħa ta’ ħin ta’ titjir:
bħala PIC;
għamel mill-inqas 10 sigħat bħala PIC u ħin ta’ titjir addizzjonali bħala PIC taħt sorveljanza (PICUS).
Minn dawn is-70 siegħa, 20 għandhom ikunu ta’ ħin ta’ titjir cross-country skont il-VFR bħala PIC, jew ħin ta’ titjir cross-country magħmul minn mill-inqas 10 sigħat bħala PIC u 10 sigħat bħala PICUS. Dan għandu jinkludi titjira cross-country skont il-VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) li matulha għandu jsir inżul b'waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti bħala PIC;
l-elementi tal-kors modulari CPL(A) kif speċifikat fil-paragrafi 10(a) u 11 tal-Appendiċi 3, E ta’ din il-Parti;
it-test tal-ħiliet CPL(A), skont FCL.320.
SUBPARTI E
LIĊENZJA TA' BDOT B'AKTAR MINN EKWIPAĠĠ WIEĦED – MPL
FCL.400.A MPL – Età minima
Applikant għal MPL għandu jkollu mill-inqas 18-il sena.
FCL.405.A MPL – Privileġġi
(a) |
Il-privileġġi tad-detentur ta’ MPL huma li jaġixxi bħala kopilota f'ajruplan li jeħtieġ li jiġi mħaddem b'kopilota. |
(b) |
Id-detentur ta’ MPL jista' jikseb il-privileġġi żejda ta':
(1)
id-detentur ta’ PPL(A), sakemm ir-rekwiżiti għall-PPL(A) speċifikati fis-Subparti C jiġu ssodisfati;
(2)
CPL(A), sakemm ir-rekwiżiti speċifikati fl-FCL.325.A jiġu ssodisfati. |
(c) |
Id-detentur ta’ MPL għandu jkollu l-privileġġi tal-IR(A) tiegħu limitati għal ajruplani li jeħtieġ li jiġu mħaddma b'kopilota. Il-privileġġi tal-IR(A) jistgħu jiġu estiżi għal operazzjonijiet ta’ bdot wieħed fl-ajruplani, sakemm id-detentur ta’ liċenzja ikun wettaq it-taħriġ meħtieġ biex jaġixxi bħala PIC f'operazzjonijiet ta’ bdot wieħed eżerċitati biss b'referenza għal strumenti u jkun għadda mit-test tal-ħiliet tal-IR(A) bħala bdot wieħed. |
FCL.410.A MPL – Kors ta' taħriġ u eżamijiet tal-għarfien teoretiku
(a) Rotta
L-applikanti għall-ħruġ ta' MPL għandhom ikunu lestew kors ta' taħriġ tal-għarfien teoretiku u tat-tagħlim fit-titjir f'ATO skont l-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL).
(b) Eżaminazzjoni
L-applikanti għall-ħruġ ta' MPL għandhom juru livell ta' għarfien teoretiku adattat għad-detenturi ta' ATPL(A), skont FCL.515, u għall-klassifikazzjoni tat-tip b'aktar minn pilota wieħed.
FCL.415.A MPL – Ħila prattika
(a) |
Applikant għal MPL, permezz ta’ valutazzjoni kontinwa, għandu jkun wera l-ħiliet meħtieġa biex jissodisfa l-unitajiet kollha ta’ kompetenza speċifikati fl-Appendiċi 5 ta’ din il-Parti, bħala bdot fl-arja u bdot fuq l-art, f'ajruplan b'aktar minn magna waħda mħaddma bit-turbini u b'aktar minn bdot wieħed skont il-VFR u l-IFR. |
(b) |
Meta jlesti l-kors ta’ taħriġ, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti, sabiex juri l-kapaċità li jwettaq il-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija. It-test tal-ħiliet għandu jsir fit-tip ta’ ajruplan użat fil-fażi avvanzata tal-kors ta’ taħriġ integrat tal-MPL jew f'FFS li jirrappreżenta l-istess tip. |
SUBPARTI F
LIĊENZJA TA' BDOT TA' TRASPORT B'LINJA TAL-AJRU - ATPL
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
FCL.500 ATPL – Età minima
L-applikanti għal ATPL għandu jkollhom mill-inqas 21 sena.
FCL.505 ATPL – Privileġġi
(a) |
Il-privileġġi tad-detentur ta’ ATPL huma, fil-kategorija adattata tal-inġenju tal-ajru, li:
(1)
jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detentur ta’ LAPL, PPL u CPL;
(2)
jaġixxi bħala PIC ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru. |
(b) |
L-applikanti għall-ħruġ ta’ ATPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet. |
FCL.515 ATPL – Kors ta' taħriġ u eżamijiet tal-għarfien teoretiku
(a) Rotta
L-applikanti għal ATPL għandhom ikunu lestew kors ta' taħriġ f'ATO. Il-kors għandu jkun kors ta' taħriġ integrat jew kors modulari, skont l-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL).
(b) Eżaminazzjoni
L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL għandhom juru livell ta' għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:
il-liġi tal-ajru;
għarfien ġenerali dwar l-inġenju tal-ajru — qafas tal-inġenju tal-ajru/sistemi/power plant;
għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru — strumentazzjoni;
massa u bilanċ;
il-prestazzjoni;
l-ippjanar u l-monitoraġġ tat-titjira;
il-prestazzjoni umana;
meteoroloġija;
in-navigazzjoni ġenerali;
ir-radjunavigazzjoni;
il-proċeduri operazzjonali;
il-prinċipji tat-titjir; kif ukoll
il-komunikazzjonijiet.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplan – ATPL(A)
FCL.505.A ATPL(A) – Restrizzjoni tal-privileġġi għal bdoti li qabel kellhom MPL
Meta d-detentur ta’ ATPL(A) preċedentement kellu biss MPL, il-privileġġi tal-liċenzja għandhom jiġu ristretti għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, sakemm id-detentur ma jkunx ikkonforma ma’ FCL.405.A (b)(2) u (c) għal operazzjonijiet bi bdot wieħed.
FCL.510.A ATPL(A) – Prerekwiżiti, esperjenza u kkreditar
(a) |
Prerekwiżiti. L-applikanti għal ATPL(A) għandu jkollhom:
(1)
MPL;
(2)
CPL(A) u IR b'aktar minn magna waħda għall-ajruplani. F'dan il-każ, l-applikant għandu jkun ingħata wkoll tagħlim fl-MCC. |
(b) |
Esperjenza. L-applikanti għal ATPL(A) għandhom ikunu wettqu minimu ta’ 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq l-ajruplani, inklużi mill-inqas:
(1)
500 siegħa f'operazzjonijiet b’ ħafna bdoti fuq l-ajruplani;
(2)
(i)
500 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza;
(ii)
250 siegħa bħala PIC;
(iii)
250 siegħa, inkluż mill-inqas 70 siegħa bħala PIC, u dak li jifdal bħala PIC taħt sorveljanza;
(3)
200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu bħala PIC jew PIC taħt sorveljanza;
(4)
75 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom mhux aktar minn 30 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art; u
(5)
100 siegħa ta’ titjir billejl bħala PIC jew kopilota. Mill-1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, sa 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jistgħu jkunu twettqu f'FFS u FNPT. Minn dawn il-100 siegħa, massimu ta’ 25 siegħa biss jistgħu jkunu twettqu f'FNPT. |
(c) |
Ikkreditar.
(1)
Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għal kategoriji oħra ta’ inġenju tal-ajru għandhom jiġu kkreditati b'ħin ta’ titjir sa massimu ta':
(i)
għal TMG jew gliders, 30 siegħa misjuqa bħala PIC;
(ii)
għall-ħelikopters, 50 % tar-rekwiżiti kollha tal-ħin ta’ titjir tal-paragrafu (b).
(2)
Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ inġinier tat-titjir maħruġa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għandhom jirċievu krediti li jikkorrispondu għal 50 % tas-sigħat effettwati mill-inġinier tat-titjir sa kreditu massimu ta’ 250 siegħa. Dawn il-250 siegħa jistgħu jiġu kkreditati biex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ 1 500 siegħa tal-paragrafu (b), u r-rekwiżit ta’ 500 siegħa tal-punt (b)(1), sakemm il-kreditu totali mogħti fir-rigward ta’ kwalunkwe minn dawn il-paragrafi ma jaqbiżx il-250 siegħa. |
(d) |
L-esperjenza meħtieġa f'(b) għandha titwettaq qabel ma jsir it-test tal-ħiliet għall-ATPL(A). |
FCL.520.A ATPL(A) – Test tal-ħiliet
L-applikanti għal ATPL(A) għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juru l-kapaċità li, bħala PIC ta’ ajruplan b'aktar minn bdot wieħed skont IFR, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.
It-test tal-ħiliet għandu jsir fl-ajruplan jew FFS ikkwalifikat b'mod adegwat li jirrappreżenta l-istess tip.
TAQSIMA 3
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ħelikopters – ATPL(H)
FCL.510.H ATPL(H) — Prerekwiżiti, esperjenza u kkreditjar
L-applikanti għal ATPL(H) għandu:
ikollhom CPL(H);
ikunu ngħataw tagħlim fl-MCC f’konformità mal-punt FCL.735.H;
ikunu wettqu, bħala bdot tal-ħelikopters, minimu ta’ 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir inkluż mill-inqas:
350 siegħa f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters;
250 siegħa bħala PIC; jew
100 siegħa bħala PIC u 150 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza; jew
250 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza f’ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed. F’dan il-każ, il-privileġġi tal-ATPL(H) għandhom ikunu limitati għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed biss, sakemm ikunu twettqu 100 siegħa bħala PIC;
200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country li minnhom, mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu bħala PIC jew PIC taħt sorveljanza;
30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom mhux aktar minn 10 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art; u
100 siegħa ta’ titjir billejl bħala PIC jew bħala kopilota.
Mill-1 000 siegħa, massimu ta’ 100 siegħa jistgħu jkunu twettqu f’FSTD, li minnhom mhux aktar minn 25 jistgħu jitwettqu f’FNPT;
Il-ħin ta’ titjir fl-ajruplani għandu jiġi kkreditat sa 50 % fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ħin ta’ titjir tal-punt (c);
L-esperjenza meħtieġa fil-punt (c) għandha titwettaq qabel ma jsir it-test tal-ħiliet għall-ATPL(H);
L-applikanti għal ATPL(H) għandhom jirċievu kreditu sħiħ għar-rekwiżit fil-punt (b) meta jikkonformaw mal-punt FCL.720.H(a)(2)(ii) u, barra minn hekk, ikunu rċevew taħriġ f’ATO biex jissodisfaw l-istandard meħtieġ għat-tlestija b’suċċess tal-kors skont il-punt FCL.735.H.
FCL.520.H ATPL(H) – Test tal-ħiliet
L-applikanti għal ATPL(H) għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juru l-kapaċità li, bħala PIC ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.
It-test tal-ħiliet għandu jsir fil-ħelikopter jew f'FFS ikkwalifikat b'mod adegwat li jirrappreżenta l-istess tip.
SUBPARTI G
KLASSIFIKAZZJONI TAT-TITJIR BL-ISTRUMENTI - IR
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
FCL.600 IR – General
Ħlief kif previst fil-paragrafu FCL.835, l-operazzjonijiet taħt IFR fuq ajruplan, ħelikopter, airship jew inġenju tal-ajru powered-lift, għandhom jitwettqu biss minn detenturi ta’ PPL, CPL, MPL, u ATPL b’IR adattata għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru jew, jekk IR adattata għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru ma tkunx disponibbli, meta jitwettaq l-ittestjar tal-ħiliet jew struzzjoni tat-titjir b’żewġ bdoti.
FCL.605 IR — Privileġġi u kundizzjonijiet
Privileġġi
Il-privileġġi ta’ detenturi ta’ IR huma li jsuqu inġenju tal-ajru skont l-IFR, inklużi operazzjonijiet PBN, b’altitudni minima deċiżjonali ta’:
mhux inqas minn 200 pied (60 m);
inqas minn 200 pied (60 m), sakemm ikunu awtorizzati jagħmlu dan f’konformità mal-Anness V (Parti-SPA) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.
Kundizzjonijiet
Id-detenturi ta’ IR għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 8 ta’ dan l-Anness.
Sabiex jeżerċitaw privileġġi bħala PIC taħt IFR f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed f’ħelikopters, id-detenturi ta’ IR(H) għandu jkollhom mill-inqas 70 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom sa 30 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art.
FCL.610 IR – Prerekwiżiti u kkreditar
L-applikanti għal IR:
għandu jkollhom:
CPL, f'kategorija xierqa ta’ inġenji tal-ajru.
lestew mill-anqas 50 siegħa ta' titjir bejn il-pajjiżi bħala PIC f'ajruplani, TMGs, ħelikopters jew airships, li mill-anqas 10 jew, fil-każ tal-airships, 20 siegħa minnhom għandhom ikunu fil-kategorija ta' inġenji tal-ajru rilevanti.
Ħelikopters biss. L-applikanti li wettqu kors ta’ taħriġ integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), CPL(H)/IR jew CPL(H) għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit f'(b).
FCL.615 IR — Għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir
(a) Rotta
L-applikanti għal IR għandhom ikunu lestew kors ta' għarfien teoretiku u ta' tagħlim fit-titjir f'ATO. Il-kors għandu jkun:
kors ta' taħriġ integrat li jinkludi taħriġ għall-IR, skont l-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL); jew
kors modulari skont l-Appendiċi 6 ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL).
(b) Eżaminazzjoni
L-applikanti għandhom juru livell ta' għarfien teoretiku xieraq skont il-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:
il-liġi tal-ajru;
għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru — strumentazzjoni;
l-ippjanar u l-monitoraġġ tat-titjira;
il-prestazzjoni umana;
meteoroloġija;
ir-radjunavigazzjoni; kif ukoll
il-komunikazzjonijiet.
FCL.620 IR — Test tal-ħiliet
L-applikanti għal IR għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet f’konformità mal-Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness sabiex juru l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti b’livell ta’ kompetenza adattat għall-privileġġi mogħtija.
FCL.625 IR– Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
(a) Validità
IR għandha tkun valida għal sena.
(b) Validazzjoni mill-ġdid
IR għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tagħha billi tikkonforma mal-kriterji tal-validazzjoni mill-ġdid għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru.
Jekk l-applikanti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid aktar kmieni milli preskritt fil-punt (1), il-perjodu l-ġdid tal-validità għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.
L-applikanti li ma jgħaddux mit-taqsima rilevanti ta’ kontroll tal-profiċjenza tal-IR qabel id-data ta’ skadenza tal-IR għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-IR biss jekk ikunu għaddew mill-kontroll tal-profiċjenza tal-IR.
L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR għandhom jirċievu krediti sħaħ għall-kontroll tal-profiċjenza kif meħtieġ f’din is-Subparti meta jlestu l-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 relatata mal-IR għand operatur tal-EBT.
(c) Tiġdid
Jekk IR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:
sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ taħriġ ta’ aġġornament biex l-applikant jilħaq il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jgħaddi mill-element tal-istrument tat-test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9, huwa għandu jgħaddi minn valutazzjoni għand waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet li ġejjin:
għand ATO;
għand operatur tal-EBT li huwa approvat speċifikament għal tali taħriġ ta’ aġġornament;
jekk l-organizzazzjoni li tipprovdi l-valutazzjoni tqis li jkun meħtieġ skont il-punt (1), huma għandhom ilestu t-taħriġ ta’ aġġornament għand dik l-organizzazzjoni;
wara li jikkonformaw mal-punt (1) u, kif applikabbli, mal-punt (2), għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti. Dik il-valutazzjoni prattika tal-EBT tista’ tiġi kkombinata mat-taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-punt (2);
għandu jkollhom il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness.
(d) Jekk l-IR ma tkunx ġiet ivvalidata mill-ġdid jew imġedda fis-7 snin preċedenti, l-applikanti għall-IR għandhom jerġgħu jgħaddu mill-eżami tal-għarfien teoriku u mit-test tal-ħiliet tal-IR.
(e) Id-detenturi ta’ IR valida fuq liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz, f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandhom ikunu eżentati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punti (c)(1), (c)(2) u (d) meta jġeddu l-privileġġi tal-IR li jinsabu fil-liċenzji maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness.
(f) Il-kontroll tal-profiċjenza speċifikat fil-punt (c)(3) jista’ jiġi kkombinat ma’ kontroll tal-profiċjenza mwettaq għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru
FCL.620.A IR(A) — Test tal-ħiliet
Għal IR(A) b’aktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f’ajruplan b’aktar minn magna waħda. Għal IR(A) b’magna waħda, it-test għandu jsir f’ajruplan b’magna waħda. Ajruplan b’aktar minn magna waħda fiż-żaqq għandu jiġi meqjus bħala ajruplan b’magna waħda għall-finijiet ta’ dan il-punt.
L-applikanti li jkunu lestew test tal-ħiliet għal IR(A) b’aktar minn magna waħda f’ajruplan b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed li għalih hija meħtieġa klassifikazzjoni tal-klassi, għandha tinħarġilhom IR(A) b’magna waħda għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan b’magna waħda li jkollhom.
FCL.625.A IR(A) – Validazzjoni mill-ġdid
(a) |
Validazzjoni mill-ġdid. Biex jivvalidaw mill-ġdid IR(A), l-applikanti għandhom:
(1)
ikollhom il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti, sakemm il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti;
(2)
jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9, jew iwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10, jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;
(3)
jekk l-IR ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip:
(i)
għal ajruplani bi bdot wieħed, jikkompletaw it-taqsima 3b u dawk il-partijiet tat-taqsima 1 li huma rilevanti għat-titjira maħsuba tal-kontroll tal-profiċjenza preskritta fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;
(ii)
għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, jikkompletaw it-taqsima 6 tal-kontroll tal-profiċjenza għal ajruplani bi bdot wieħed skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness b’referenza unika għall-istrumenti.
(4)
Jista’ jintuża FNPT II jew FFS li jirrappreżenta l-klassi jew it-tip ta’ ajruplan rilevanti għall-validazzjoni mill-ġdid skont il-punt (3), sakemm mill-inqas kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR (A) jitwettaq f’ajruplan. |
(b) |
Il-kreditu trasversali għandu jingħata skont l-Appendiċi 8 ta’ din il-Parti. |
TAQSIMA 3
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ ħelikopters
FCL.625.H IR(H) – Validazzjoni mill-ġdid
(a) Biex jivvalidaw mill-ġdid IR(H), l-applikanti għandhom:
ikollhom il-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, sakemm il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;
jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għat-tip rilevanti ta’ ħelikopter jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip;
jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, jikkompletaw it-Taqsima 5 u l-partijiet rilevanti tat-Taqsima 1 tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għat-tip tal-ħelikopter rilevanti.
(b) FTD 2/3 jew FFS li jirrappreżenta t-tip rilevanti tal-ħelikopter rilevanti jista’ jintuża għall-kontroll tal-profiċjenza skont il-punt (a)(3), dment li mill-inqas jitwettaq kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H) f’ħelikopter.
(c) Il-kreditu trasversali għandu jingħata skont l-Appendiċi 8 ta’ dan l-Anness.
FCL.630.H IR(H) — Estensjoni tal-privileġġi ta’ IR(H) għal tipi oħrajn ta’ ħelikopters
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, id-detenturi ta’ IR(H) li jixtiequ jestendu l-privileġġi tal-IR(H) tagħhom għal tipi oħra ta’ ħelikopters għandhom, minbarra l-kors ta’ taħriġ rilevanti tal-klassifikazzjoni tat-tip, ilestu f’ATO sagħtejn ta’ taħriġ fit-titjir fuq it-tip rilevanti b’referenza unika għall-istrumenti skont l-IFR li jistgħu jitwettqu f’FFS jew fi FTD li jirrappreżenta kif xieraq it-tip rilevanti għal operazzjoni tal-IFR.
TAQSIMA 4
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ airship
FCL.620.As IR(As) — Test tal-ħiliet
Għal IR(As) b’aktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f’airship b’aktar minn magna waħda. Għal IR(As) b’magna waħda, it-test għandu jsir f’airship b’magna waħda.
FCL.625.As IR(As) – Validazzjoni mill-ġdid
L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As):
meta kkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, għandhom iwettqu kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti, għat-tip ta’ airship rilevanti;
meta mhux ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dawn għandhom jikkompletaw taqsima 5 u dawk il-partijiet tat-Taqsima 1 rilevanti għat-titjira maħsuba tal-kontroll tal-profiċjenza għall-airships skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-parti. F'dan il-każ, FTD 2/3 jew FFS li jirrappreżenta t-tip rilevanti jista' jintuża, iżda mill-inqas kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As) f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jsir f'airship.
SUBPARTI H
KLASSIFIKAZZJONI TAL-KLASSI U TAT-TIP
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
FCL.700 Ċirkustanzi li fihom huma meħtieġa klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip
(a) |
Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għandhom jaġixxu bħala bdoti ta’ inġenju tal-ajru biss jekk ikollhom kwalifika valida u xierqa tal-klassi jew tat-tip, sakemm ma tapplikax kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(1)
jekk qed jeżerċitaw il-privileġġi ta’ LAPL;
(2)
jekk qed iwettqu testijiet tal-ħiliet jew kontrolli tal-profiċjenza għat-tiġdid tal-kwalifiki tal-klassi jew tat-tip;
(3)
jekk jirċievu tagħlim fit-titjir;
(4)
jekk ikollhom kwalifika ta’ test tat-titjira maħruġa skont il-punt FCL.820. |
(b) |
Minkejja (a), fil-każ ta’ titjiriet relatati mal-introduzzjoni jew il-modifika tat-tipi tal-inġenji tal-ajru, il-bdoti jista' jkollhom ċertifikat speċjali mogħti mill-awtorità kompetenti, li jawtorizzahom iwettqu t-titjiriet. Din l-awtorizzazzjoni għandu jkollha l-validità tagħha limitata għat-titjiriet speċifiċi. |
▼M5 —————
FCL.705 Privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip
Il-privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip huma li jaġixxi bħala bdot fil-klassi jew fit-tip ta’ inġenju tal-ajru speċifikat fil-klassifikazzjoni.
FCL.710 Klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip — varjanti
(a) Il-bdoti għandhom ilestu taħriġ dwar id-differenzi jew familjarizzazzjoni sabiex jestendu l-privileġġi tagħhom għal varjant ieħor ta’ inġenju tal-ajru fi klassifikazzjoni waħda tal-klassi jew tat-tip. Fil-każ ta’ varjanti fi klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, it-taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni għandhom jinkludu l-elementi rilevanti ddefiniti fl-OSD, fejn applikabbli.
(b) It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitwettaq f’wieħed minn dawn li ġejjin:
ATO;
DTO fil-każ ta’ inġenju tal-ajru msemmi fil-punti DTO.GEN.110(a)(1)(c) u (a)(2)(c) tal-Anness VIII;
detentur ta’ AOC li għandu programm ta’ taħriġ approvat dwar id-differenzi għall-klassi jew it-tip rilevanti.
(c) Minkejja r-rekwiżit fil-punt (b), it-taħriġ dwar id-differenzi għat-TMG, għall-ajruplani b’magna waħda bil-pistin (SEP), b’magna waħda b’turbina (SET) u b’aktar minn magna waħda bil-pistin (MEP) jista’ jitwettaq minn għalliem ikkwalifikat kif xieraq sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-OSD.
(d) Jekk il-bdoti ma jkunux tajru l-varjant fi żmien sentejn wara t-taħriġ elenkat fil-punt (b), għandu jitwettaq taħriġ ulterjuri dwar id-differenzi jew kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant, ħlief għat-tipi jew il-varjanti fi ħdan il-klassifikazzjonijiet tal-klassi SEP u TMG.
(e) It-taħriġ dwar id-differenzi jew il-kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew fir-rekord ekwivalenti tal-bdot u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem jew mill-eżaminatur kif xieraq.
FCL.725 Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip
(a) |
Kors ta' taħriġ. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jlesti kors ta' taħriġ f'ATO. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b'magna waħda mhux ta' prestazzjoni għolja, għal klassifikazzjoni tal-klassi ta' TMG jew għal klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b'magna waħda msemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) jista' jlesti l-kors ta' taħriġ f'DTO. Il-kors ta' taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jinkludi l-elementi obbligatorji tat-taħriġ għat-tip rilevanti kif iddefinit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012. |
(b) |
Eżami fl-għarfien teoriku. L-applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jgħaddi minn eżami tal-għarfien teoriku organizzat mill-ATO biex juri l-livell tal-għarfien teoriku meħtieġ għat-tħaddim sikur tal-klassi jew tat-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli.
(1)
Għal inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jkun bil-miktub u jinvolvi mill-inqas 100 mistoqsija b'għażla multipla mqassma kif xieraq bejn is-suġġetti ewlenin tas-sillabu.
(2)
Għal inġenju tal-ajru b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jkun bil-miktub u n-numru tal-mistoqsijiet b'għażla multipla għandu jiddependi fuq il-kumplessità tal-inġenju tal-ajru.
(3)
Għal inġenju tal-ajru b'magna waħda, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jiġi mwettaq verbalment mill-eżaminatur matul it-test tal-ħiliet sabiex jiġi stabbilit jekk intlaħaqx livell sodisfaċenti ta’ għarfien jew le.
(4)
Għall-ajruplani bi bdot wieħed li huma kklassifikati bħala ajruplani bi prestazzjoni għolja, l-eżami għandu jkun bil-miktub u jinkludi mill-anqas 100 mistoqsija b'diversi għażliet imqassma b'mod xieraq fis-suġġetti tas-sillabu.
(5)
Għall-ajruplani bi bdot wieħed u b’magna waħda u dawk bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda (tal-baħar), l-eżami għandu jsir bil-miktub u għandu jinkludi mill-inqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli. |
(c) |
Test tal-ħiliet. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juri l-ħiliet meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-klassi jew tat-tip applikabbli tal-inġenju tal-ajru. L-applikant għandu jgħaddi mit-test tal-ħiliet fi żmien 6 xhur wara l-bidu tal-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip u f'perjodu ta’ 6 xhur qabel l-applikazzjoni għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip. |
(d) |
Operazzjoni bi bdot wieħed u b’aktar minn bdot wieħed
(1)
Bdot li diġà għandu klassifikazzjoni tat-tip għal tip ta’ inġenju tal-ajru, bil-privileġġ għal operazzjonijiet ta’ bdot wieħed jew b’aktar minn bdot wieħed, għandu jiġi kkunsidrat bħala li diġà ssodisfa r-rekwiżiti teoretiċi meta japplika biex iżid il-privileġġ għall-forma l-oħra ta’ operazzjoni fuq l-istess tip ta’ inġenju tal-ajru.
(2)
Tali bdot għandu jlesti taħriġ addizzjonali fit-titjir għall-forma l-oħra ta’ operazzjoni fit-tip rilevanti f’konformità mal-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012. Dan it-taħriġ għandu jitlesta f’waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
ATO;
(ii)
organizzazzjoni li għaliha japplika l-Anness III (Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u li hija intitolata tipprovdi tali taħriġ abbażi ta’ approvazzjoni jew, fil-każ ta’ ħelikopters bi bdot wieħed, dikjarazzjoni.
(3)
Ħlief għal ħelikopters bi bdot wieħed, il-forma tal-operazzjoni għandha tiddaħħal fil-liċenzja.
(4)
Fil-każ ta’ ħelikopters bi bdot wieħed, għandu japplika dan kollu li ġej:
(i)
Fil-każ fejn test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter mhux kumpless bi bdot wieħed ikun tlesta f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed biss, restrizzjoni għal operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed għandha tiġi approvata bil-klassifikazzjoni tat-tip fil-liċenzja. Din l-approvazzjoni għandha titneħħa meta l-applikant ilesti kontroll tal-profiċjenza li kien jinkludi l-elementi meħtieġa għal operazzjoni bi bdot wieħed kif speċifikat fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness.
(ii)
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-forma tal-operazzjoni ma għandhiex tiddaħħal fil-liċenzja. Il-bdot huwa intitolat jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-tip:
(A)
f’operazzjoni bi bdot wieħed, diment li t-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza jew:
(1)
ikun tlesta f’operazzjoni bi bdot wieħed; jew
(2)
ikun tlesta f’operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed u kien fih elementi addizzjonali għal operazzjoni bi bdot wieħed, kif speċifikat fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;
(B)
f’operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed taħt il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(1)
il-bdot jikkonforma mal-punt FCL.720.H(a)(2);
(2)
il-privileġġi jiġu eżerċitati f’konformità mal-Anness III (Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 biss;
(3)
it-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza jkunu tlestew f’operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed. |
(e) |
Minkejja l-paragrafi ta’ hawn fuq, il-bdoti li għandhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjir maħruġa skont FCL.820 li kienu involuti fit-testijiet tat-titjir tal-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni jew il-produzzjoni għal tip ta’ inġenju tal-ajru, u li wettqu 50 siegħa ta’ ħin totali ta’ titjir jew 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq titjiriet ta’ ttestjar f'dak it-tip, għandhom ikunu intitolati biex japplikaw għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, sakemm ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ dik il-klassifikazzjoni tat-tip, kif stabbilit f'din is-Subparti għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru. |
(f) |
L-applikanti għal kwalifika tal-klassi għal TMGs li jkollhom ukoll SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inkluż il-privileġġi biex itiru fuq TMGs, għandhom jirċievu krediti sħaħ fir-rigward tar-rekwiżiti fil-paragrafi (a), (b) u (c). |
FCL.740 Validità u tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip
Validità
Il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għandu jkun ta’ sena, ħlief għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ bdot wieħed u magna waħda, li għalihom il-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ sentejn, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD. Jekk il-bdoti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid qabel dak preskritt fil-punti FCL.740.A, FCL.740.H, FCL.740.PL u FCL.740.As, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.
L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandhom jirċievu krediti sħaħ għall-kontroll tal-profiċjenza kif meħtieġ f’din is-Subparti meta jlestu l-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 għand operatur li jkun implimenta l-EBT għall-klassifikazzjoni rilevanti tal-klassi jew tat-tip.
Tiġdid
Għat-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:
sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ taħriġ ta’ aġġornament biex l-applikant jilħaq il-livell ta’ profiċjenza biex jopera l-inġenju tal-ajru b’mod sikur, huma għandhom jgħaddu minn valutazzjoni għand waħda minn dawn li ġejjin:
għand ATO;
għand DTO jew għand ATO, jekk il-klassifikazzjoni li skadiet kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja, klassifikazzjoni tal-klassi ta’ TMG jew klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b’magna waħda msemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII;
għand DTO, għand ATO jew ma’ għalliem, jekk il-klassifikazzjoni tkun skadiet mhux aktar minn 3 snin qabel u l-klassifikazzjoni tkun tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja jew klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG;
għand operatur tal-EBT li huwa approvat speċifikament għal tali taħriġ ta’ aġġornament;
jekk l-organizzazzjoni jew l-għalliem li jipprovdi l-valutazzjoni jqisu li jkun meħtieġ skont il-punt (1), huma għandhom ilestu t-taħriġ ta’ aġġornament għand dik l-organizzazzjoni jew ma’ dak l-għalliem;
wara li jikkonformaw mal-punt (1) u, kif applikabbli, mal-punt (2), għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10. Dik il-valutazzjoni prattika tal-EBT tista’ tiġi kkombinata mat-taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-punt (2).
Permezz ta’ deroga mill-punti (b)(1), (b)(2) u (b)(3), il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjira maħruġa skont il-punt FCL.820 li kienu involuti fit-testijiet tat-titjir tal-iżvilupp, taċ-ċertifikazzjoni jew tal-produzzjoni għal tip ta’ inġenju tal-ajru u jkunu kkompletaw jew 50 siegħa ta’ ħin totali ta’ titjir jew 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC f’titjiriet ta’ ttestjar f’dak it-tip matul is-sena qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom, għandhom ikunu intitolati li japplikaw għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti.
L-applikanti għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit fil-punti (b)(1) u (b)(2) jekk ikollhom klassifikazzjoni valida għall-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru fuq liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u jekk ikunu intitolati jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni.
Il-bdoti li jitilqu mill-programm tal-EBT ta’ operatur wara li jkunu naqsu milli juru livell aċċettabbli ta’ kompetenza skont dak il-programm tal-EBT ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni tat-tip qabel ma jkunu kkonformaw ma’ waħda minn dawn li ġejjin:
ikunu lestew il-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10;
ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza skont il-punt FCL.625(c)(3) jew il-punt FCL.740(b)(3), kif applikabbli. F’każ bħal dan, il-punt FCL.625(b)(4) u l-punt FCL.740(a)(2) ma għandhomx japplikaw.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru
FCL.720.A Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip — ajruplani
Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (OSD), l-applikanti għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni rilevanti li ġejjin:
(a) Ajruplani b'pilota wieħed
L-applikanti għall-ħruġ inizjali tal-privileġġi biex joperaw ajruplan bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, jew meta japplikaw għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip jew meta jestendu l-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip li kellhom diġà għal operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(4) u, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ rilevanti, il-punt (b) (5).
Barra minn hekk, għal:
(1) Ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed.
L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip fuq ajruplan b'pilota wieħed u b'aktar minn magna waħda għandhom ikunu għamlu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq l-ajruplani.
(2) Ajruplani mhux kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed.
Qabel jibdew it-taħriġ fit-titjir, l-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal ajruplan b'pilota wieħed klassifikat bħala ajruplan ta' prestazzjoni għolja:
għandu jkollhom total ta' mill-inqas 200 siegħa esperjenza ta' titjir, li minnhom 70 siegħa bħala PIC fuq l-ajruplani; filwaqt li
għandhom jikkonformaw ma' wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
għandu jkollhom ċertifikat ta' tlestija b'mod sodisfaċenti ta' kors għal għarfien teoretiku addizzjonali mwettaq f'ATO; jew
iridu jkunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku tal-ATPL(A) skont dan l-Anness (il-Parti-FCL); jew
għandu jkollhom, flimkien ma' liċenzja maħruġa skont dan l-Anness (il-Parti-FCL), ATPL(A) jew CPL(A)/IR bi kreditu ta' għarfien teoretiku għal ATPL(A), maħruġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago).
(3) |
Ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed L-applikanti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan kumpless bi bdot wieħed ikklassifikat bħala ajruplan ta’ prestazzjoni għolja għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (2), jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:
(i)
għandu jkollhom jew kellhom IR(A) b’magna waħda jew b’aktar minn magna waħda, kif xieraq u kif stabbilit fis-Subparti G;
(ii)
għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(5). |
(b) Ajruplani b'aktar minn pilota wieħed.
L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b’aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu bdoti studenti li attwalment ikunu qed jitħarrġu fuq kors ta’ taħriġ tal-MPL jew għandhom, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
għandu jkollhom mill-inqas 70 siegħa ta' esperjenza fit-titjir bħala PIC fuq l-ajruplani;
għandu jkollhom jew ikun kellhom IR(A) għal ajruplani b'aktar minn magna waħda;
iridu jkunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku tal-ATPL(A) skont dan l-Anness (il-Parti-FCL);
għajr meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun kombinat ma' kors tal-MCC:
għandu jkollhom ċertifikat ta' tlestija b'mod sodisfaċenti ta' kors tal-MCC fuq l-ajruplani; jew
għandu jkollhom ċertifikat ta' tlestija b'mod sodisfaċenti tal-MCC fil-ħelikopters u jkollhom aktar minn 100 siegħa ta' esperjenza individwali fit-titjir bħala piloti fuq ħelikopters b'aktar minn pilota wieħed; jew
għandu jkollhom mill-inqas 500 siegħa bħala piloti fuq ħelikopters b'aktar minn pilota wieħed; jew
għandu jkollhom mill-inqas 500 siegħa bħala piloti f'operazzjonijiet ta' aktar minn pilota wieħed fuq ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed, fit-trasport kummerċjali bl-ajru skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-operazzjonijiet tal-ajru; kif ukoll
ikunu lestew il-kors ta’ taħriġ speċifikat fil-punt FCL.745.A, sakemm ma jikkonformawx ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
ikunu lestew, matul is-3 snin preċedenti, it-taħriġ u l-ikkontrollar skont il-punti ORO.FC.220 u ORO.FC.230 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;
ikunu lestew it-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.915(e)(1)(ii).
(c) |
Minkejja l-punt (b), Stat Membru jista' joħroġ klassifikazzjoni tat-tip bi privileġġi limitati għal ajruplan b'aktar minn pilota wieħed li tippermetti li d-detenturi ta' klassifikazzjoni bħal din jaġixxu bħala kopiloti għal cruise relief 'il fuq mil-Livell tat-Titjira FL 200, sakemm żewġ membri oħra tal-ekwipaġġ ikollhom klassifikazzjoni tat-tip skont il-punt (b). |
(d) |
Meta jiġi stabbilit hekk fl-OSD, l-eżerċitar tal-privileġġi ta' klassifikazzjoni tat-tip jista' inizjalment ikun limitat għal titjiriet taħt is-sorveljanza ta' għalliem. Is-sigħat ta' titjir taħt sorveljanza għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta' abbord jew f'rekord ekwivalenti tal-pilota, u dan għandu jiġi ffirmat mill-għalliem. Il-limitazzjoni għandha titneħħa meta l-piloti juru li jkunu għamlu s-sigħat ta' titjir taħt sorveljanza meħtieġa mill-OSD. |
FCL.725.A Għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip — ajruplani
Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012:
għal ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed:
il-kors tal-għarfien teoretiku għall-klassifikazzjoni tal-klassi b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed għandu jinkludi mill-inqas 7 sigħat ta' tagħlim b'rabta ma' operazzjonijiet ta' ajruplani b'aktar minn magna waħda; kif ukoll
il-kors ta' taħriġ fit-titjir għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed għandu jinkludi mill-inqas sagħtejn u 30 minuta ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ piloti taħt kundizzjonijiet normali ta' operazzjonijiet f'ajruplani b'aktar minn magna waħda, u mhux inqas minn 3 sigħat u 30 minuta ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ piloti fi proċeduri ta' ħsara fil-magna u tekniki tat-titjir asimettriku.
għal ajruplani b'pilota wieħed (fuq il-baħar):
il-kors ta' taħriġ għall-klassifikazzjoni ta' ajruplan b'pilota wieħed (fuq il-baħar) għandu jinkludi għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir; kif ukoll
it-taħriġ fit-titjir għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip (fuq il-baħar) għal ajruplani b'pilota wieħed (fuq il-baħar) għandu jinkludi mill-inqas 8 sigħat ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ piloti jekk l-applikanti jkollhom il-verżjoni tal-art tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti, jew 10 sigħat jekk l-applikanti ma jkollhomx tali klassifikazzjoni; kif ukoll
fil-każ ta' ajruplani kumplessi mhux ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed, ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed u ajruplani b'aktar minn pilota wieħed, il-korsijiet ta' taħriġ għandhom jinkludu għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir UPRT relatati mal-ispeċifiċitajiet tal-klassi jew tat-tip rilevanti.
FCL.730.A Rekwiżiti speċifiċi għal bdoti li jwettqu kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħin ta’ titjir żero (ZFTT) - ajruplani
(a) |
Bdot li jkun qed jiġi mgħallem f'kors ta’ ZFTT għandu jkun lesta, fuq ajruplan turboġett b'aktar minn bdot wieħed iċċertifikat skont l-istandards ta’ CS-25 jew kodiċi ekwivalenti ta’ ajrunavigabbiltà jew fuq ajruplan turbopropp b'aktar minn bdot wieħed li jkollu massa massima ċċertifikata ta’ tlugħ ta’ mhux inqas minn 10 tunnellati jew konfigurazzjoni ċċertifikata ta’ postijiet għall-passiġġiera ta’ aktar minn 19-il passiġġier, mill-inqas:
(1)
jekk jintuża FFS ikkwalifikat għal-livell CG, C jew interim C matul il-kors, 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 250 settur tar-rotot;
(2)
jekk jintuża FFS ikkwalifikat għal-livell DG jew D matul il-kors, 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 100 settur tar-rotot. |
(b) |
Meta bdot ikun qed jibdel minn ajruplan turbopropp għal wieħed turboġett jew minn ajruplan turboġett għal wieħed turbopropp, għandu jkun meħtieġ taħriġ addizzjonali b'simulatur. |
FCL.735.A Kors ta’ taħriġ b'kooperazzjoni bejn ħafna ekwipaġġi - ajruplani
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jkun fih mill-inqas:
(1)
25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;
(2)
20 siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC, jew 15-il siegħa fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat tal-ATP. Għandu jintuża FNPT II MCC jew FFS. Meta t-taħriġ tal-MCC jingħaqad mat-taħriġ inizjali tal-klassifikazzjoni tat-tip, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 10 sigħat jekk jintuża l-istess FFS għall-MCC u għat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip. |
(b) |
Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO. |
(c) |
Sakemm il-kors tal-MCC ma jkunx ġie kkombinat ma’ kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip, meta jlesti kors ta’ taħriġ tal-MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija. |
(d) |
Applikant li jkun lesta taħriġ tal-MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1). |
FCL.740.A Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip - ajruplani
(a) |
Validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi u klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn magna waħda. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi u validazzjonijiet tat-tip ta’ aktar minn magna waħda, l-applikant għandu:
(1)
jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 fil-klassi jew fit-tip rilevanti ta’ ajruplan jew FSTD li jirrappreżenta lil dik il-klassi jew tip, fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni; kif ukoll
(2)
ilesti matul il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni, mill-inqas:
(i)
10 setturi tar-rotot bħala bdot tal-klassi jew tat-tip rilevanti tal-ajruplan;
(ii)
settur tar-rotot wieħed bħala bdot tal-klassi jew tat-tip rilevanti tal-ajruplan jew FFS, imtajjar ma’ eżaminatur. Dan is-settur tar-rotot jista' jittajjar matul il-kontroll tal-profiċjenza.
(3)
Bdot li jaħdem għal operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-operazzjonijiet tal-ajru li jkun għadda mill-kontroll tal-profiċjenza tal-operaturi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jkun eżentat milli jikkonforma mar-rekwiżiti f'(2).
(4)
Ir-rivalidazzjoni ta’ BIR jew IR(A), għal min għandu, tista’ tiġi kkombinata ma’ kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifika tal-klassi jew tat-tip. |
(b) |
Validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda u bi bdot wieħed.
(1)
Kwalifiki tal-klassi ta’ ajruplani b’magna waħda bil-pistuni u kwalifiki tal-klassi tat-TMG. Għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifiki tal-klassi ta’ ajruplani bi bdot wieħed u b’magna waħda bil-pistuni jew kwalifiki tal-klassi tat-TMG, l-applikanti għandhom:
(i)
fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza fil-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur; jew
(ii)
fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, iwettaq 12-il siegħa ta' ħin ta' titjir fil-klassi rilevanti, inklużi:
—
sitt (6) sigħat bħala PIC,
—
12-il tlugħ u 12-il inżul l-art,
—
taħriġ ta' fakkir il-moħħ ta' mill-inqas titjira ta' siegħa waħda (1) f'ħin totali ma' struttur tat-titjir (FI) jew ma' struttur tal-klassifikazzjoni tal-klassi (CRI). L-applikanti għandhom ikunu eżentati minn dan it-taħriġ ta' fakkir il-moħħ jekk ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza; eżami tal-ħiliet jew evalwazzjoni tal-kompetenza fi kwalunkwe klassi jew tip ta' ajruplan ieħor.
(2)
Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' TMG, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1) f'kull klassi jew kombinazzjoni tagħhom, u jiksbu validazzjoni mill-ġdid taż-żewġ klassifikazzjonijiet.
(3)
Ajruplani turboprop bi bdot wieħed u b'magna waħda. Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' turbopropp b'magna waħda, l-applikanti għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza dwar il-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur, fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni.
(4)
Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' klassi ta' ajruplan li jinżel fil-baħar b'magna waħda tal-pistin, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1)(ii) f'kull klassi jew kombinazzjoni tagħhom, u jiksbu l-issodisfar ta dawn ir-rekwiżiti għaż-żewġ klassifikazzjonijiet. Mill-inqas siegħa (1) ta' ħin hija meħtieġa għall-PIC u sitta (6) mit-12 il-tlugħ u nżul għandhom jiġu kkompletati f'kull klassi.
(5)
Il-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifika tal-klassi ta’ ajruplan b’magna waħda u bi bdot wieħed jista’ jiġi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ BIR, skont il-punt FCL.835(g)(8). |
(c) |
L-applikanti li ma jirnexxilhomx jgħaddu mit-taqsimiet kollha tal-kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni qabel ma jiksbu l-punti minimi meħtieġa f'dak il-kontroll tal-profiċjenza. |
FCL.745.A Kors ta' livell avvanzat fil-UPRT — ajruplani
Il-kors ta' livell avvanzat fil-UPRT għandu jitlesta f'ATO, u għandu jinkludi mill-inqas:
5 sigħat ta' tagħlim fl-għarfien teoretiku;
tgħarrif ta' qabel it-titjiriet u ġbir ta' informazzjoni wara t-titjiriet; kif ukoll
3 sigħat ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ piloti ma' għalliem tat-titjir għall-ajruplani FI(A) ikkwalifikat skont il-punt FCL.915 (e), u li jikkonsisti minn kors ta' livell avvanzat fil-UPRT f'ajruplan kwalifikat għall-iskop tat-taħriġ.
Malli jlestu l-kors tal-UPRT, l-applikanti għandu jinħarġilhom ċertifikat ta' tlestija mill-ATO.
TAQSIMA 3
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ ħelikopters
FCL.720.H Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip - ħelikopters
Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni rilevanti li ġejjin:
Ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed. Applikant għal klassifikazzjoni tat-tip għal tip ta’ ħelikopter b’aktar minn bdot wieħed għandu, qabel ma jibda l-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip:
ikollu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters;
għajr meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun kombinat ma’ kors tal-MCC:
ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ kors tal-MCC fil-ħelikopters;
ikun lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru;
▼M16 —————
ikun għadda mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H).
►M16 Gradwat minn kors integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), CPL(H)/IR jew CPL(H) li ma jikkonformax mar-rekwiżit tal-punt (a)(1), għandu jkun intitolat li jgħaddi mill-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip għal klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed u għandu jkollu l-klassifikazzjoni tat-tip maħruġa bil-privileġġi limitati għall-eżerċitar tal-funzjonijiet bħala kopilota biss. Il-limitazzjoni għandha titneħħa ladarba l-bdot ikun ikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin: ◄
għamel 70 siegħa bħala PIC jew bdot kmandant taħt sorveljanza tal-ħelikopters;
għadda mit-test tal-ħiliet ta’ aktar minn bdot wieħed fit-tip applikabbli ta’ ħelikopter bħala PIC.
►M16 Ħelikopters b’aktar minn magna waħda. Applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b’aktar minn magna waħda għandu: ◄
qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir:
ikun għadda mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H);
ikollu ċertifikat tat-tlestija ta’ kors ta’ qabel id-dħul imwettaq mill-ATO. Il-kors għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin tal-kors tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H):
fil-każ ta’ applikanti li ma lestewx kors ta’ taħriġ integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), jew CPL(H)/IR, ikunu wettqu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters.
FCL.735.H Kors ta’ taħriġ ta’ kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - ħelikopters
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jkun fih mill-inqas:
(1)
għal MCC/IR:
(i)
25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;
(ii)
20 siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC jew 15-il siegħa, fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat ta’ ATP(H)/IR. Meta t-taħriġ tal-MCC ikun ikkombinat ma’ taħriġ inizjali ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 10 sigħat jekk jintuża l-istess FSTD għall-MCC u għall-klassifikazzjoni tat-tip;
(2)
għal MCC/VFR:
(i)
25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;
(ii)
15-il siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC jew 10 sigħat, fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat ta’ ATP(H)/IR. Meta t-taħriġ tal-MCC ikun ikkombinat mat-taħriġ inizjali tal-klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 7 sigħat jekk jintuża l-istess FSTD għall-MCC u għall-klassifikazzjoni tat-tip. |
(b) |
Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO. Għandhom jintużaw FNPT II jew III ikkwalifikat għal MCC, FTD 2/3 jew FFS. |
(c) |
Sakemm il-kors MCC ma jkunx ikkombinat ma’ kors ta’ taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn bdot wieħed, mat-tlestija tal-kors ta’ taħriġ f'MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija. |
(d) |
Applikant li jkun wettaq taħriġ f'MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1)(i) jew (a)(2)(i), kif applikabbli. |
(e) |
Applikant għal taħriġ f'MCC/IR li jkun wettaq taħriġ f'MCC/VFR għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1)(i), u għandu jlesti 5 sigħat ta’ taħriġ prattiku ta’ MCC/IR. |
FCL.740.H Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip – ħelikopters
(a) |
Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip għall-ħelikopters, l-applikant għandu:
(1)
jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ ħelikopter jew FSTD li jirrappreżenta dak it-tip fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;
(2)
iwettaq mill-inqas sagħtejn bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ ħelikopter fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni. It-tul taż-żmien tal-kontroll tal-profiċjenza jista' jingħadd mas-sagħtejn.
(3)
Meta l-applikanti jkollhom aktar minn klassifikazzjoni waħda tat-tip għal ħelikopters b'magna waħda bil-pistin, dawn jistgħu jiksbu validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet kollha rilevanti tat-tip billi jwettqu kontroll tal-profiċjenza f'wieħed biss mit-tipi rilevanti miżmuma, sakemm dawn ikunu wettqu mill-inqas sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq it-tipi l-oħra matul il-perjodu ta’ validità. Il-kontroll tal-profiċjenza għandu jsir kull darba fuq tip differenti.
(4)
Meta l-applikanti jkollhom aktar minn klassifikazzjoni tat-tip waħda għal ħelikopters b'magna waħda b'turbina b'massa massima ċċertifikata ta’ tlugħ sa 3 175 kg, dawn jistgħu jiksbu validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet rilevanti kollha tat-tip billi jwettqu l-kontroll tal-profiċjenza f'wieħed biss mit-tipi rilevanti li għandhom, sakemm ikunu wettqu:
(i)
300 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters;
(ii)
15-il siegħa fuq kull wieħed mit-tipi li għandhom;
(iii)
mill-inqas sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq kull wieħed mit-tipi l-oħra matul il-perjodu ta’ validità. Il-kontroll tal-profiċjenza għandu jsir kull darba fuq tip differenti.
(5)
Bdot li jlesti b'suċċess test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni addizzjonali tat-tip għandu jikseb validazzjoni mill-ġdid għall-klassifikazzjoni rilevanti tat-tip fi gruppi komuni, skont (3) u (4).
(6)
Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H), għal min għandu, tista' tiġi kkombinata ma’ kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip. |
(b) |
Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza. Fil-każ ta’ (a)(3) u (4), l-applikant m'għandux jeżerċita l-privileġġi tiegħu fi kwalunkwe wieħed mit-tipi. |
TAQSIMA 4
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift
FCL.720.PL Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenju tal-ajru bil-powered-lift
Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għall-ewwel ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip tal-powered-lift għandu jikkonforma mar-rekwiżiti u l-prerekwiżiti tal-esperjenza li ġejjin:
għall-bdoti tal-ajruplani:
ikollhom CPL/IR(A) bl-għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL(A);
ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC;
ikunu lestew aktar minn 100 siegħa bħala bdot f'ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;
ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-ħelikopters;
għall-bdoti tal-ħelikopters:
ikollhom CPL/IR(H) bl-għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL/IR(H);
ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC;
ikunu lestew aktar minn 100 siegħa bħala bdot f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;
ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fl-ajruplani;
għal bdoti kkwalifikati biex itajru l-ajruplani u l-ħelikopters:
ikollhom mill-inqas CPL(H);
ikollhom IR u għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL fl-ajruplani jew fil-ħelikopters;
ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC fl-ajruplani jew fil-ħelikopters;
ikunu lestew mill-inqas 100 siegħa bħala bdot f'ħelikopters jew ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;
ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jew fil-ħelikopters, kif ikun applikabbli, jekk il-bdot m'għandu l-ebda esperjenza bħala ATPL jew fuq inġenji tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed.
FCL.725.PL Tagħlim fit-titjir għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenji tal-ajru bil-powered-lift
Il-parti tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ għal klassifikazzjoni tat-tip bil-powered-lift għandha titlesta fl-inġenji tal-ajru u FSTD li jirrappreżentaw l-inġenju tal-ajru u li huma kkwalifikati b'mod adegwat għal dan l-iskop.
FCL.740.PL Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenji tal-ajru bil-powered-lift
(a) |
Validazzjoni mill-ġdid. Għal validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip ta'l-powered-lift, l-applikant għandu:
(1)
jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 għal din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ powered-lift fit-3 xhur li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;
(2)
ilesti matul il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni, mill-inqas:
(i)
10 setturi tar-rotot bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift;
(ii)
settur tar-rotot wieħed bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift jew FFS, imtajra ma’ eżaminatur. Dan is-settur tar-rotot jista' jittajjar matul il-kontroll tal-profiċjenza.
(3)
Bdot li jaħdem għal operatur fit-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru applikabbli li għadda mill-kontroll tal-profiċjenza tal-operaturi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jkun eżentat milli jikkonforma mar-rekwiżit f'(2). |
(b) |
Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza. |
TAQSIMA 5
Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ airship
FCL.720.As Prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip - airships
Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip ta’ airship għandu jikkonforma mar-rekwiżiti u l-prerekwiżiti tal-esperjenza li ġejjin:
għal airships b'aktar minn bdot wieħed:
ikun lesta 70 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala PIC fuq l-airships;
ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ MCC fl-airships.
Applikant li ma jkunx konformi mar-rekwiżit f'(2) għandha tinħariġlu l-klassifikazzjoni tat-tip bil-privileġġi limitati għat-twettiq tal-funzjonijiet bħala kopilota biss. Il-limitazzjoni għandha titneħħa meta l-bdot ikun lesta 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew bdot kmandant taħt sorveljanza tal-airships.
FCL.735.As Kors ta’ taħriġ fil-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - airships
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ tal-MCC għandu jkun fih mill-inqas:
(1)
12-il siegħa ta’ struzzjoni u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku; u
(2)
5 sigħat ta’ taħriġ f'MCC prattiku; Għandu jintuża FNPT II jew III kkwalifikat għal MCC, FTD 2/3 jew FFS. |
(b) |
Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO. |
(c) |
Sakemm il-kors MCC ma jkunx ikkombinat ma’ kors ta’ taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn bdot wieħed, mat-tlestija tal-kors ta’ taħriġ f'MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija. |
(d) |
Applikant li jlesti taħriġ f'MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti f'(a). |
FCL.740.As Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip - airships
(a) |
Validazzjoni mill-ġdid. Għal validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għall-airships, l-applikant għandu:
(1)
jgħaddi minn kontroll tal-kompetenza skont l-Appendiċi 9 għal din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ airship fit-3 xhur li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;
(2)
ilesti mill-inqas sagħtejn bħala bdot tat-tip ta’ airship rilevanti fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni. It-tul taż-żmien tal-kontroll tal-profiċjenza jista' jingħadd mas-sagħtejn.
(3)
Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As), għal min għandu, tista' tkun ikkombinata mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip. |
(b) |
Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza. |
SUBPARTI I
KLASSIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI
FCL.800 Klassifikazzjoni ajrubatika
(a) |
Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot bi privileġġi li jtajru ajruplani jew TMGs għandhom jagħmlu titjiriet ajrubatiċi biss jekk ikollhom kwalifika ajrubatika skont dan il-punt. |
(b) |
L-applikanti għal klassifikazzjoni ajrubatika għandhom ikunu lestew:
(1)
wara l-ħruġ tal-liċenzja, mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC f’ajruplani jew TMGs; |
(c) |
Il-privileġġi tal-kwalifika ajrubatika għandhom ikunu limitati għal titjir ajrubatiku jew f’ajruplani jew f’TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna, skont għal liema inġenju tal-ajru ntlaħqu r-rekwiżiti ta’ (b)(1) u (b)(2)(ii). Din il-limitazzjoni għandha titneħħa mal-applikazzjoni jekk il-bdot ikun lesta b’suċċess mill-inqas 3 titjiriet ta’ taħriġ b’żewġ bdoti f’ajruplani jew TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna, kif ikun applikabbli, li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ ajrubatiku. |
(d) |
L-applikanti għal kwalifika ajrubatika li jkollhom ukoll kwalifika tal-klassi tat-TMG kif ukoll privileġġi ajrubatiċi avvanzati għal gliders bil-privileġġi kif speċifikat fil-punt SFCL.200(d) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, għandhom:
(1)
ikunu eżentati milli jkollhom il-kwalifika ajrubatika tagħhom limitata għall-ajruplani, kif speċifikat fil-paragrafu (c) jekk ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti ta’ (b)(1) u (b)(2)(ii) f’ajruplani, jew
(2)
jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti fil-paragrafu (b) għall-ħruġ ta’ kwalifika ajrubatika ristretta għal TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna. Din il-limitazzjoni għandha titneħħa mal-applikazzjoni jekk il-bdot ikun lesta t-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (c). |
FCL.805 Klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni
(a) |
Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot bil-privileġġi li jtajru l-ajruplani jew TMGs għandhom jiġbdu l-gliders jew l-istrixxuni biss meta jkollhom il-klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni adattata. |
(b) |
L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ gliders għandhom ikunu lestew:
(1)
mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC u 60 telgħa u nżul l-art fl-ajruplani, jekk l-attività se titwettaq fl-ajruplani, jew f'TMGs, jekk l-attività se titwettaq f'TMGs, li jitlestew wara l-ħruġ tal-liċenzja;
(2)
kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO, li jinkludi:
(i)
tagħlim ta’ għarfien teoriku dwar l-operazzjonijiet u l-proċeduri tal-ġbid;
(ii)
mill-inqas 10 titjiriet ta’ tagħlim ta’ ġbid ta’ glider, inklużi mill-inqas 5 titjiriet ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, u
(iii)
għajr għad-detenturi ta’ SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, 5 titjiriet ta’ familjarizzazzjoni fi glider li jiġi llanċjat minn inġenju tal-ajru. |
(c) |
L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ strixxun għandhom ikunu lestew:
(1)
mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir u 200 telgħa u nżul l-art bħala PIC fuq l-ajruplani jew TMGs, wara l-ħruġ tal-liċenzja. Mill-inqas 30 minn dawn is-sigħat għandhom jitwettqu fl-ajruplani, jekk l-attività se titwettaq fl-ajruplani, jew f'TMGs, jekk l-attività se titwettaq f'TMGs; |
(d) |
Il-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni għandhom ikunu limitati għal ajruplani jew TMGs, b’mod xieraq għall-inġenju tal-ajru li fuqu jkun tlesta t-tagħlim fit-titjir. Għall-ġbid ta’ strixxuni, il-privileġġi għandhom ikunu limitati għall-metodu tal-ġbid li jintuża għat-tagħlim fit-titjir. Il-privileġġi għandhom jiġu estiżi jekk il-bdoti jkunu wettqu b’suċċess mill-inqas tliet titjiriet ta’ taħriġ ma’ bdiet ieħor li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ fil-ġbid f’wieħed mill-inġenji tal-ajru u l-metodu tal-ġbid għall-ġbid ta’ strixxuni. |
(e) |
Sabiex ikunu eżerċitati l-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tal-ġbid tal-gliders jew tal-istrixxuni, id-detentur tal-klassifikazzjoni għandu jkun lesta mill-inqas 5 irmunkaturi matul l-aħħar 24 xahar. |
(f) |
Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit f'(e), qabel ikun jista' jeżerċita mill-ġdid il-privileġġi tiegħu, il-bdot għandu jlesti l-irmunkaturi nieqsa ma’ għalliem jew taħt is-sorveljanza ta’ dan. |
(g) |
L-applikanti għal kwalifika tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni fuq TMGs skont dan il-punt għandhom jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti tal-paragrafu (b) jew (c), kif applikabbli, jekk ikollhom kwalifika tal-ġbid ta’ gliders jew ġbid ta’ strixxuni skont il-punt SFCL.205 tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli, jew jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-kwalifika. |
FCL.810 Klassifikazzjoni ta’ billejl
(a) |
Ajruplani, TMGs u airships.
(1)
L-applikanti għandhom ikunu lestew kors ta’ taħriġ f’perjodu ta’ mhux aktar minn 6 xhur f’DTO jew f’ATO biex jeżerċitaw il-privileġġi ta’ LAPL jew PPL għall-ajruplani, it-TMGs jew l-airships f’kundizzjonijiet VFR billejl. Il-kors għandu jinkludi:
(i)
tagħlim fl-għarfien teoriku;
(ii)
mill-inqas ħames sigħat ta’ ħin ta’ titjir fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata billejl, inklużi mill-inqas tliet sigħat ta’ struzzjoni ma’ bdot ieħor, inkluża mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country b’mill-inqas titjira cross-country ma’ bdot ieħor ta’ mill-inqas 50 km (27 NM) u ħames telgħat bi bdot waħdu u ħames inżulijiet l-art b’waqfa sħiħa bi bdot waħdu.
(2)
Qabel ilestu t-taħriġ billejl, id-detenturi ta’ LAPL għandhom ikunu lestew it-taħriġ bażiku fit-titjir bl-istrumenti meħtieġ għall-ħruġ tal-PPL.
(3)
Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi tal-ajruplani (tal-art) b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni tat-TMGs, huma jistgħu jlestu r-rekwiżiti f'(1) ta’ hawn fuq fil-klassijiet individwali jew fiż-żewġ klassiijiet.
(4)
L-applikanti għal kwalifika ta’ billejl għall-ajruplani jew TMGs skont dan is-subparagrafu għandhom jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti tas-subparagrafi (1) u (2) jekk ikollhom kwalifika ta’ billejl ta’ TMG skont il-punt SFCL.210 tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, jew jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-kwalifika. |
(b) |
Ħelikopters. Jekk il-privileġġi ta’ PPL għall-ħelikopters għandhom ikunu eżerċitati f'kundizzjonijiet VFR billejl, l-applikanti għandhom ikunu:
(1)
lestew mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti f'ħelikopters wara l-ħruġ tal-liċenzja, inklużi mill-inqas 60 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters u 20 siegħa ta’ titjir cross-country;
(2)
lesta kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO. Il-kors għandu jitlesta f'perjodu ta' sitt xhur u għandu jinkludi:
(i)
5 sigħat ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku;
(ii)
10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim tal-istrumenti tal-ħelikopters ma’ bdot ieħor;
(iii)
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir billejl, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inkluża mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.
(3)
Applikant li għandu jew kellu IR f'ajruplan jew TMG, għandu jkun ikkreditat b'5 sigħat fir-rigward tar-rekwiżiti f'(2)(ii) ta’ hawn fuq. |
▼M12 —————
FCL.815 Klassifikazzjoni tat-tijir fil-muntanji
(a) |
Privileġġi. Il-privileġġi tad-detentur ta’ kwalifika tat-titjir fil-muntanji huma li jwettaq titjiriet b’ajruplani jew TMGs għal u minn superfiċji li huma indikati li jeħtieġu tali kwalifika mill-awtoritajiet xierqa maħtura mill-Istati Membri. Id-detenturi ta’ LAPL jew PPL bil-privileġġi li jtajru ajruplani jew TMGs jistgħu jiksbu l-kwalifika tat-titjir fil-muntanji inizjali, jew fi:
(1)
ir-roti, biex jingħata l-privileġġ li jsiru titjiriet lejn u minn tali uċuħ meta ma jkunux miksijin bil-borra;
(2)
l-iskis, biex jingħata l-privileġġ li jsiru titjiriet lejn u minn tali uċuħ meta jkunu miksijin bil-borra.
(3)
Il-privileġġi tal-klassifikazzjoni inizjali jistgħu jkunu estiżi għall-privileġġi tar-roti jew tal-iskis meta l-bdot ikun wettaq kors ta’ familjarizzazzjoni addizzjonali adattat, inklużi tagħlim fl-għarfien teoriku u taħriġ fit-titjir ma’ għalliem tat-titjir tal-muntanji. |
(b) |
Kors ta' taħriġ. L-applikanti għal klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji għandhom ikunu lestew, f'perjodu ta' 24 xahar, kors ta' tagħlim tal-għarfien teoriku u ta' taħriġ fit-titjir f'DTO jew f'ATO. Il-kontenut tal-kors għandu jkun xieraq għall-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji li għaliha tkun saret applikazzjoni. |
(c) |
Test tal-ħiliet. Mat-tlestija tat-taħriġ, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet b'FE kkwalifikat b'mod adegwat għal dan l-iskop. It-test tal-ħiliet għandu jkun fih:
(1)
eżami verbali tal-għarfien teoriku;
(2)
6 inżulijiet fuq mill-inqas 2 uċuħ differenti, ikklassifikati bħala li jeħtieġu klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, differenti mill-wiċċ tat-tluq. |
(d) |
Validità. Klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji għandha tkun valida għal 24 xahar. |
(e) |
Validazzjoni mill-ġdid Sabiex jivvalidaw mill-ġdid klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, l-applikanti għandhom jew:
(1)
ilestu mill-inqas sitt inżulijiet, fuq wiċċ magħżul bħala li jirrikjedi klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, fis-sentejn ta’ qabel;
(2)
jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza li jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt (c). |
(f) |
Tiġdid. Jekk il-klassifikazzjoni tkun skadiet, l-applikant għandu jikkonforma mar-rekwiżit f'(e)(2). |
FCL.820 Klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir
(a) |
Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għall-ajruplani jew il-ħelikopters għandhom jaġixxu biss bħala PIC f'testijiet tat-titjir tal-kategorija 1 jew 2, kif iddefiniti fil-Parti 21, meta jkollhom klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir. |
(b) |
L-obbligu li jkollhom klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir stabbilit f'(a) għandu japplika biss għal testijiet tat-titjir imwettqa fuq:
(1)
ħelikopters iċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont l-istandards ta’ CS-27 jew CS-29 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti;
(2)
ajruplani ċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont:
(i)
l-istandards ta’ CS-25 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti;
(ii)
l-istandards ta’ CS-23 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti, għajr għall-ajruplani b'massa tat-tlugħ massima ta’ inqas minn 2 000 kg. |
(c) |
Il-privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir huma li, fi ħdan il-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru:
(1)
fil-każ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir tal-kategorija 1, iwettaq il-kategoriji kollha ta’ testijiet tat-titjir, kif iddefiniti fil-Parti 21, bħala PIC jew bħala kopilota;
(2)
fil-każ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir tal-kategorija 2:
(i)
iwettaq testijiet tat-titjir tal-kategorija 1, kif iddefiniti fil-Parti 21:
—
bħala kopilota;
—
bħala PIC, fil-każ tal-ajruplani msemmija f'(b)(2)(ii), għajr għal dawk fi ħdan il-kategorija ta’ dawk li jġorru lil dawk li jużaw it-trasport biex imorru x-xogħol jew li għandhom il-veloċità tal-għadis tad-disinn akbar minn 0,6 mach jew għoli massimu ta’ aktar minn 25 000 pied;
(ii)
iwettaq il-kategoriji l-oħra kollha tat-testijiet tat-titijir, kif iddefinit fil-Parti 21, bħala PIC jew bħala kopilota;
(3)
iwettaq titjiriet mingħajr klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi kif iddefinit fis-Subparti H, ħlief li l-klassifikazzjoni ta' test tat-titjir m'għandhiex tintuża għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru. |
(d) |
L-applikanti għall-ewwel ħruġ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir għandhom:
(1)
ikollhom mill-inqas CPL u IR fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata;
(2)
ikunu lestew mill-inqas 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata, li minnhom mill-inqas 400 siegħa bħala PIC;
(3)
ikunu lestew kors ta’ taħriġ f'ATO adattata għall-inġenju tal-ajru u l-kategorija tat-titjiriet intiżi. It-taħriġ għandu jkopri mill-inqas is-suġġetti li ġejjin:
—
Il-Prestazzjoni;
—
L-Istabbiltà u l-kontroll/il-Kwalitajiet tal-immaniġġjar;
—
Is-Sistemi;
—
Il-Ġestjoni tat-testijiet;
—
Il-Ġestjoni tar-riskji/is-sigurtà.
|
(e) |
Il-privileġġi tad-detenturi ta’ klassifikazzjoni ta’ testijiet tat-titjir jistgħu jkunu estiżi għal kategorija oħra ta’ testijiet tat-titjir u kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru meta jkunu lestew kors ta’ taħriġ addizzjonali f'ATO. |
▼M12 —————
FCL.835 Kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR)
Privileġġi u kundizzjonijiet
Il-privileġġi ta’ detentur ta’ BIR huma li jwettaq titjiriet skont l-IFR fuq ajruplani bi bdot wieħed li għalihom għandu kwalifiki tal-klassi, bl-eċċezzjoni ta’ ajruplani u varjanti ta’ ajruplani bi prestazzjoni għolja jekk id-data tal-adegwatezza operattiva tkun iddeterminat li hija meħtieġa IR.
Il-privileġġi tal-BIR għandhom jiġu eżerċitati biss skont il-punt FCL.205.A.
Il-privileġġi tal-BIR jistgħu jiġu eżerċitati billejl jekk il-bdot ikollu kwalifika ta’ billejl skont il-punt FCL.810 biss.
Il-privileġġi ta’ BIR b’aktar minn magna waħda għandhom ikunu validi wkoll fuq l-ajruplani b’magna waħda li għalihom il-bdot ikollu kwalifika valida tal-klassi ta’ magna waħda.
L-eżerċitar tal-privileġġi tal-BIR għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-altitudni deċiżjonali (DH) jew l-għoli minimu ta’ nżul (MDH) użati fil-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom għandhom ikunu mill-inqas 200 pied aktar minn dak li kieku jiġi kkalkulat skont il-punt “NCO.OP.110 Il-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — l-ajruplani u l-ħelikopters” u l-punt “NCO.OP.111 Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet NPA, APV, CAT I” tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; u
il-viżibbiltà li tintuża fil-valuri minimi tal-ajrudrom ma għandhiex tkun inqas minn 1 500 m;
il-bdot fil-kmand ma għandux jibda titjira taħt l-IFR jew iwettaq tranżizzjoni minn VFR għal IFR, sakemm:
fl-ajrudrom tat-tluq, il-viżibbiltà tkun ta’ mill-inqas 1 500 m u l-limitu tal-bażi tas-sħab ikun mill-inqas 600 pied, jew il-minimu ppubblikat tad-dawran applikabbli għall-kategorija tal-ajruplan, skont liema jkun l-ikbar; u
fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv meħtieġ, l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli tindika, għall-perjodu minn siegħa qabel sa siegħa wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa siegħa wara l-ħin stmat tal-wasla, ikun liema jkun l-iqsar perjodu, viżibbiltà ta’ mill-inqas 1 500 m u limitu tal-bażi tas-sħab ta’ mill-inqas 600 pied, jew il-minimu ppubblikat tad-dawran applikabbli għall-kategorija tal-ajruplan, jew id-DH/l-MDH miżjud b’200 pied skont (i), skont liema minnhom ikun l-ikbar.
Prerekwiżiti. L-applikanti għall-BIR għandu jkollhom mill-inqas PPL(A).
Kors ta’ taħriġ. L-applikanti għall-BIR għandhom ikunu lestew f’ATO:
it-tagħlim tal-għarfien teoriku f’konformità mal-punt FCL.615(a); u
tagħlim fit-titjir li jinkludi l-moduli tat-tagħlim fit-titjir bl-istrumenti li ġejjin:
modulu 1 — il-modulu ewlieni ta’ taħriġ fit-titjir dwar il-ħiliet tal-immaniġġjar tat-titjir b’referenza unika għall-istrumenti;
modulu 2 — il-modulu tat-taħriġ fit-titjir applikat tal-proċeduri tat-tluq, iż-żamma, l-avviċinament f’2D u 3D tal-IFR;
modulu 3 — il-modulu ta’ taħriġ fit-titjir applikat tal-proċeduri tat-titjir tal-IFR tul ir-rotta; u
modulu 4 — jekk hija mfittxa BIR b’aktar minn magna waħda, il-modulu tat-taħriġ fit-titjir applikat b’magna waħda wieqfa għandu jinkludi avviċinament bl-istrument asimmetriku u proċeduri ta’ tidwir; u
tagħlim tat-titjir li huwa konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
Il-modulu speċifikat fil-paragrafu (c)(2)(i) għandu jitlesta l-ewwel. Il-moduli speċifikati fil-paragrafi (c)(2)(ii) u (c)(2)(iii), u jekk applikabbli (c)(2)(iv), jistgħu jitlestew f’ordni magħżula mill-applikant.
Il-moduli speċifikati fil-paragrafu (c)(2) jistgħu jitlestew fl-ajruplani, fl-FSTDs jew f’kombinazzjoni tagħhom. Fi kwalunkwe każ, l-applikant għandu jirċievi taħriġ fl-ajruplan li jkun se jintuża għat-test tal-ħiliet.
Il-moduli speċifikati fil-paragrafi (c)(2)(i), (c)(2)(ii) u (c)(2)(iv) jistgħu jinbdew barra ATO iżda għandhom jitlestew f’ATO. Il-modulu speċifikat fil-punt (c)(2)(iii) jista’ jitlesta barra ATO.
Qabel ma jibda l-modulu speċifikat fil-paragrafu (c)(2)(iv), bdot li ma jkollux kwalifika tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda għandu jkun irċieva t-taħriġ b’aktar minn magna waħda speċifikat fis-Subparti H ta’ dan l-Anness (Parti-FCL).
Għarfien teoriku. Qabel ma jagħmel it-test tal-ħiliet u permezz ta’ eżamijiet fis-suġġetti msemmija fil-punt FCL.615(b), l-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku li jkun adattat għall-privileġġi mogħtija. L-eżami tal-għarfien teoriku għandu jikkonsisti f’karta tal-eżami waħda assoċjata ma’ kull modulu kif speċifikat fil-paragrafi (c)(2)(i), (c)(2)(ii) u (c)(2)(iii).
Test tal-ħiliet. Wara t-tlestija tal-kors ta’ taħriġ speċifikat fil-paragrafu (c), l-applikanti għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet f’ajruplan skont l-Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness. Għal BIR b’aktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f’ajruplan b’aktar minn magna waħda. Għal BIR b’magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f’ajruplan b’magna waħda. Ajruplan b’aktar minn magna waħda fiż-żaqq għandu jitqies li huwa ajruplan b’magna waħda għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.
B’deroga mill-paragrafu (d), id-detenturi ta’ BIR għal inġenji b’magna waħda li jkollhom ukoll kwalifika tal-klassi ta’ inġenji b’aktar minn magna waħda u li jixtiequ jiksbu BIR għal inġenji b’aktar minn magna waħda għall-ewwel darba, għandhom itemmu kors ta’ taħriġ f’ATO li jinkludi t-taħriġ speċifikat fil-paragrafu (c)(2)(iv) u għandhom jgħaddu mit-test tal-ħiliet imsemmi fil-paragrafu (e).
Validità, rivalidazzjoni u tiġdid
BIR għandha tkun valida għal sena.
L-applikanti għal rivalidazzjoni ta’ BIR għandhom:
f’perjodu ta’ tliet xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-kwalifika, jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti; jew
fil-perjodu ta’ validità, ilesti 6 sigħat bħala PIC taħt l-IFR inklużi tliet proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti, u jlesti titjira ta’ taħriġ ta’ mill-inqas siegħa ma’ għalliem li jkollu l-privileġġi li jipprovdi taħriġ għall-BIR.
Għal kull rivalidazzjoni sussegwenti alternata, id-detentur tal-BIR għandu jgħaddi b’suċċess minn kontroll tal-profiċjenza skont il-paragrafu (2)(i) f’ajruplan.
Jekk il-bdot jagħżel li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ rivalidazzjoni speċifikati fil-paragrafu (g)(2)(i) aktar kmieni milli stipulat f’dak il-paragrafu, il-perjodu l-ġdid tal-validità għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.
L-applikanti li ma jgħaddux mit-taqsimiet rilevanti ta’ kontroll tal-profiċjenza tal-BIR qabel id-data ta’ skadenza tal-BIR ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-BIR qabel ma jkunu għaddew mill-kontroll tal-profiċjenza.
Jekk BIR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom, l-applikanti għandhom:
fejn ikun meħtieġ biex jintlaħaq il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ, ilestu taħriġ ta’ aġġornament ipprovdut minn ATO jew, jekk il-BIR ikun ilu li skada tliet snin jew inqas, minn għalliem li jkollu l-privileġġi li jipprovdi taħriġ għall-BIR; u
jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza f’ajruplan.
Għal BIR għal inġenji b’aktar minn magna waħda, il-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid, kif ukoll it-taħriġ ta’ titjir meħtieġ fil-paragrafu (g)(2)(ii) għandhom jitlestew f’ajruplan b’aktar minn magna waħda.
Il-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ BIR jista’ jiġi kkombinat ma’ kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ kwalifika tal-klassi ta’ ajruplan bi bdot wieħed li fuqha jistgħu jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-BIR skont il-punt FCL.835(a)(1).
L-applikanti għall-BIR li jkollhom PPL jew FCL maħruġa skont l-Anness I (il-Parti-FCL) u IR(A) valida maħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago minn pajjiż terz jistgħu jiġu kkreditati b’mod sħiħ għar-rekwiżiti tal-kors ta’ taħriġ imsemmija fil-paragrafu (c)(2). Sabiex tinħarġilhom il-BIR, l-applikanti għandhom:
itemmu b’suċċess it-test tal-ħiliet imsemmi fil-paragrafu (e);
juru bil-fomm lill-eżaminatur matul it-test tal-ħiliet li huma kisbu livell adegwat ta’ għarfien teoriku tal-liġi tal-ajru, il-meteoroloġija, u l-ippjanar u l-prestazzjoni tat-titjiriet; u
ikollhom esperjenza minima ta’ mill-anqas 25 siegħa ta’ ħin ta’ titjir taħt IFR bħala PIC fuq l-ajruplani.
Id-detentur ta’ IR għandu jirċievi krediti sħaħ lejn ir-rekwiżit fil-paragrafu (c)(2).
SUBPARTI J
GĦALLIEMA
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
FCL.900 Ċertifikati tal-għalliema
(a) |
Ġenerali. Persuna għandha twettaq biss:
(1)
tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jekk hija għandha:
(i)
liċenzja ta’ bdot maħruġa jew aċċettata skont dan ir-Regolament;
(ii)
ċertifikat ta’ għalliem adattat għat-tagħlim mogħti, maħruġ skont din is-Subparti;
(2)
tagħlim fit-titjir sintetiku jew tagħlim MCC meta hija għandha ċertifikat ta’ għalliem adattat għat-tagħlim mogħti, maħruġ skont din is-Subparti. |
(b) |
Kundizzjonijiet speċjali
(1)
L-awtorità kompetenti tista' toħroġ ċertifikat speċifiku li jagħti privileġġi għat-tagħlim fit-titjir meta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din is-Subparti ma tkunx possibbli fil-każ tal-introduzzjoni ta':
(i)
inġenji tal-ajru ġodda fl-Istati Membri jew fil-flotta ta' operatur; jew
(ii)
korsijiet ta' taħriġ ġodda f'dan l-Anness (il-Parti-FCL). Tali ċertifikat għandu jkun limitat għat-titjiriet ta' taħriġ meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta' inġenju tal-ajru jew tal-kors ta' taħriġ il-ġdid, u l-validità tiegħu m'għandhiex, fi kwalunkwe każ, tkun ta' aktar minn sena.
(2)
Id-detenturi ta’ ċertifikat maħruġ f'konformità ma’ (b)(1) li jixtiequ japplikaw għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ għalliem għandhom jikkonformaw mal-prerekwiżiti u r-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid stabbiliti għal dik il-kategorija ta’ għalliem. Minkejja FCL.905.TRI (b), ċertifikat TRI maħruġ skont dan il-paragrafu/subparagrafu għandu jinkludi l-privileġġ tat-tagħlim għall-ħruġ ta’ ċertifikat TRI jew SFI għat-tip rilevanti. |
(c) |
Tagħlim ipprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri
(1)
Permezz ta’ deroga mill-punt (a), fil-każ ta’ tagħlim fit-titjir ipprovdut matul kors tat-taħriġ approvat skont dan l-Anness barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem lill-applikanti li:
(i)
għandhom liċenzja ta’ bdot li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(A)
tikkonforma mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili;
(B)
fi kwalunkwe każ, hija mill-inqas CPL fil-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru bi klassifikazzjoni jew ċertifikat rilevanti;
(ii)
tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti;
(iii)
turi lill-awtorità kompetenti livell adegwat ta’ għarfien rigward ir-regoli Ewropej tas-sigurtà fl-avjazzjoni biex ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi ta’ tagħlim skont dan l-Anness.
(2)
Iċ-ċertifikat għandu jkun limitat biex jipprovdi tagħlim fit-titjir matul kors tat-taħriġ approvat skont dan l-Anness li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
jiġi pprovdut barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
(ii)
jiġi pprovdut lil bdoti studenti li għandhom għarfien biżżejjed tal-lingwa li biha jingħata t-tagħlim fit-titjir. |
FCL.915 Rekwiżiti u prerekwiżiti ġenerali għall-għalliema
(a) Elementi ġenerali
L-applikanti għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' għalliem għandu jkollhom mill-inqas 18-il sena.
(b) Rekwiżiti addizzjonali għall-għalliema li jipprovdu tagħlim fit-titjir fl-inġenji tal-ajru
L-applikanti għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' għalliem, jew id-detenturi tagħhom bil-privileġġi li jipprovdu tagħlim fit-titjir f'inġenju tal-ajru:
għal taħriġ għal-liċenzja, gaħndu jkollhom mill-inqas il-liċenzja jew, fil-każ tal-punt FCL.900 (c), il-liċenzja ekwivalenti, li għaliha għandu jingħata t-tagħlim fit-titjir;
għal taħriġ fil-klassifikazzjoni, għandu jkollhom mill-inqas il-klassifikazzjoni rilevanti jew, fil-każ tal-punt FCL.900(c), il-klassifikazzjoni ekwivalenti, li għaliha għandu jingħata t-tagħlim fit-titjir;
għajr fil-każ ta' għalliema fit-testijiet tat-titjir (FTIs), għandhom ikunu:
lestew mill-inqas 15-il siegħa ta' ħin ta' titjir bħala piloti tal-klassi jew tat-tip ta' inġenju tal-ajru li fuqu se tingħata struzzjoni fit-titjir, li minnhom massimu ta' seba' sigħat jistgħu jkunu f'apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD) li jirrappreżenta l-klassi jew it-tip ta' inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli; jew
għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza għall-kategorija ta' għalliem rilevanti fuq dik il-klassi jew it-tip ta' inġenju tal-ajru; kif ukoll
għandhom ikunu intitolati li jaġixxu bħala PIC fl-inġenju tal-ajru matul tali tagħlim fit-titjir.
(c) Kreditu għal aktar ċertifikati ta’ għalliem u għall-fini ta’ rivalidazzjoni
Kreditu sħiħ għall-ħiliet li wieħed jgħallem u jitgħallem jista’ jingħata lil:
detenturi ta’ ċertifikat ta’ għalliem li japplikaw għal aktar ċertifikati ta’ għalliem; u
applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem li diġà jkollhom ċertifikat ta’ għalliem maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.
Is-sigħat tat-titjir bħala eżaminatur matul it-testijiet tal-aptitudni jew il-kontrolli tal-profiċjenza għandhom ikunu kkreditati bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid għaċ-ċertifikati ta' għalliem kollha li jkollhom.
(d) |
Il-kreditu għal estensjoni għal tipi oħra għandu jqis l-elementi rilevanti kif definiti fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (OSD). |
(e) |
Rekwiżiti addizzjonali għat-tagħlim waqt kors ta' taħriġ skont FCL.745.A:
(1)
Apparti dak li hemm imsemmi fil-punt (b), qabel jaġixxu bħala għalliema għal kors ta' taħriġ skont FCL.745.A, id-detenturi ta' ċertifikat ta' għalliem:
(i)
għandu jkollhom mill-inqas 500 siegħa ta' ħin ta' titjir bħala piloti ta' ajruplani, inklużi 200 siegħa ta' tagħlim fit-titjir;
(ii)
wara li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti relatati mal-esperjenza stabbiliti fil-punt (e)(1)(i), iridu jkunu lestew kors ta' taħriġ biex jispeċjalizzaw bħala għalliema tal-UPRT f'ATO, li matulu l-kompetenza tal-applikanti tkun ġiet evalwata b'mod kontinwu; kif ukoll
(iii)
wara li jkunu lestew il-kors, ikun inħarġilhom ċertifikat ta' tlestija tal-kors mill-ATO, li l-Kap ta' Taħriġ tagħha (HT) jrid ikun daħħal il-privileġġi speċifikati fil-punt (e)(1) fil-ġurnal ta' abbord tal-applikanti.
(2)
Il-privileġġi msemmija fil-punt (e)(1) għandhom jiġu eżerċitati biss jekk matul l-aħħar sena l-għalliema jkunu rċevew taħriġ ta' aġġornament f'ATO li matulu l-kompetenza meħtieġa biex jingħata tagħlim f'kors skont il-punt FCL.745.A tiġi vvalutata għas-sodisfazzjon tal-HT.
(3)
Għalliema li jkollhom il-privileġġi speċifikati fil-punt (e)(1) jistgħu jaġixxu bħala għalliema għal kors kif speċifikat fil-punt (e)(1)(ii), sakemm dawn:
(i)
ikollhom esperjenza ta' 25 siegħa ta' tagħlim fit-titjir matul it-taħriġ skont FCL.745.A;
(ii)
ikunu lestew valutazzjoni tal-kompetenza għal dan il-privileġġ; kif ukoll
(iii)
ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' attività reċenti stipulati fil-punt (e)(2).
(4)
Dawn il-privileġġi għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta' abbord tal-għalliema u għandhom jiġu ffirmati mill-eżaminatur. |
FCL.920 Kompetenzi u valutazzjoni ta’ għalliem
L-għalliema kollha għandhom ikunu mħarrġa biex jiksbu l-kompetenzi li ġejjin:
FCL.925 Rekwiżiti addizzjonali għall-għalliema għall-MPL
(a) |
Għalliema li jwettqu taħriġ għall-MPL għandhom:
(1)
ikunu lestew b'suċċess kors ta’ taħriġ għall-għalliema tal-MPL f'ATO;
(2)
addizzjonalment, għall-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati tal-kors ta’ taħriġ integrat għall-MPL:
(i)
ikollhom esperjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed;
(ii)
ikunu lestew taħriġ inizjali fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ għal operatur fit-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru applikabbli. |
(b) |
MPL instructors training course (1) The MPL instructor training course shall comprise at least 14 hours of training. Upon completion of the training course, the applicant shall undertake an assessment of instructor competencies and of knowledge of the competency-based approach to training. (2) The assessment shall consist of a practical demonstration of flight instruction in the appropriate phase of the MPL training course. This assessment shall be conducted by an examiner qualified in accordance with Subpart K. (3) Upon successful completion of the MPL training course, the ATO shall issue an MPL instructor qualification certificate to the applicant. |
(c) |
Sabiex jinżammu l-privileġġi, l-għalliem għandu jwettaq, fit-12-il xahar preċedenti, fi ħdan il-kors ta’ taħriġ tal-MPL:
(1)
sessjoni ta’ simulatur ta’ mill-inqas 3 sigħat;
(2)
eżerċizzju tal-arja ta’ mill-inqas siegħa li jinkludi mill-inqas 2 telgħat u nżulijiet l-art. |
(d) |
Jekk l-għalliem ma jkunx issodisfa r-rekwiżiti ta’ (c), qabel jeżerċita l-privileġġi li jipprovdi tagħlim fit-titjir għall-MPL huwa għandu:
(1)
jingħata taħriġ ta’ aġġornament f'ATO biex jilħaq il-livell ta’ kompetenza meħtieġa biex jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenzi ta’ għalliem;
(2)
jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenzi ta’ għalliem kif stipulati f'(b)(2). |
FCL.930 Kors ta' taħriġ
Applikant għal ċertifikat ta' għalliem għandu jkun lesta kors ta' għarfien teoriku u ta' tagħlim fit-titjir f'ATO. Applikant għal ċertifikat ta' għalliem għall-gliders jew għall-blalen tal-arja jista' jkun lesta kors ta' għarfien teoriku u ta' tagħlim fit-titjir f'DTO.
Minbarra l-elementi speċifiċi stabbiliti f'dan l-Anness (il-Parti-FCL) għal kull kategorija ta' għalliem, il-kors ta' taħriġ għandu jinkludi l-elementi meħtieġa fil-punt FCL.920.
FCL.935 Valutazzjoni tal-kompetenza
(a) |
Għajr għall-għalliem tal-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed (MCCI), l-għalliem tat-taħriġ sintetiku (STI), l-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji (MI) u l-għalliem tat-testijiet tat-titjir (FTI), applikant għal ċertifikat ta’ għalliem għandu jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, fil-klassi jew fit-tip rilevanti jew fl-FSTD xierqa, biex juri lil eżaminatur ikkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità li jgħallem lil bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat rilevanti. |
(b) |
Din il-valutazzjoni għandha tinkludi:
(1)
il-wiri tal-kompetenzi deskritti fl-FCL.920, matul it-tagħlim qabel it-titjir, wara t-titjir u tal-għarfien teoriku;
(2)
eżamijiet teoriċi orali rigward il-laqgħat ta’ informazzjoni (briefings) fuq l-art, qabel it-titjir u wara t-titjir u wirjiet waqt it-titjir matul it-testijiet tal-ħiliet fil-klassi ta’ inġenju tal-ajru, it-tip ta’ inġenju tal-ajru jew FSTD adattata;
(3)
eżerċizzji adegwati għall-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-għalliem. |
(c) |
Il-valutazzjoni għandha titwettaq fl-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru jew FSTD użata għat-tagħlim fit-titjir. |
(d) |
Meta valutazzjoni tal-kompetenza hija meħtieġa għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ għalliem, applikant li ma jgħaddix mill-valutazzjoni qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat tal-għalliem m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dak iċ-ċertifikat sakemm ma jlestix b'suċċess il-valutazzjoni. |
FCL.940 Validità taċ-ċertifikati ta’ għalliem
Bl-eċċezzjoni tal-MI, u mingħajr preġudizzju għall-punti FCL.900 (b)(1) u FCL.915 (e)(2), iċ-ċertifikati tal-għalliema għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 3 snin.
FCL. 945 Obbligi għall-istruttur
Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir għal validazzjoni mill-ġdid ta' SEP jew klassifikazzjoni tal-klassi jew TMG skont FCL.740.A (b)(1) u biss f'każ ta' ssodisfar tal-kriterji ta' validazzjoni mill-ġdid l-oħrajn kollha meħtieġa skont FCL.740.A (b)(1) l-istruttur għandu japprova l-liċenzja tal-applikant bid-data ta' skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-liċenzja tal-applikant.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem fit-titjir – FI
FCL.905.FI FI – Privileġġi u kundizzjonijiet
Il-privileġġi tal-FIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’:
PPL u LAPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;
kwalifiki tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, għajr għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;
klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li l-FIs jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;
ikunu lestew dawn kollha li ġejjin:
mill-inqas 500 siegħa bħala bdoti f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq l-ajruplani;
il-kors tat-taħriġ għal MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;
klassifikazzjonijiet tat-tip għal iġfna tal-ajru bi bdot wieħed jew b’aktar minn bdot wieħed;
CPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, dment li l-FIs ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’dik il-kategorija tal-inġenju tal-ajru;
il-klassifikazzjoni ta’ billejl, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
huma kkwalifikati biex itiru billejl fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa;
ikunu wrew il-kapaċità li jgħallmu billejl lil FI kkwalifikat skont il-punt (j);
jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ esperjenza billejl stabbilit fil-punt FCL.060(b)(2);
kwalifika tal-ġbid jew dik ajrubatika, dment li wieħed ikollu dawn il-privileġġi u l-FI jkun wera l-kapaċità li jgħallem għal dik il-kwalifika lil FI li huwa kkwalifikat skont il-punt (j);
BIR jew IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata, dment li l-FI jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu lestew bħala bdoti studenti l-kors ta’ taħriġ tal-IRI u jkunu għaddew minn valutazzjoni ta’ kompetenza għaċ-ċertifikat tal-IRI;
jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935 fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn magna waħda u mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2) fil-każ ta’ ħelikopters b’aktar minn magna waħda;
Flimkien mal-kundizzjonijiet (1) u (2):
jekk matul kors ta’ taħriġ approvat f’ATO, l-FI ikun qed jipprovdi taħriġ f’FSTDs jew ikun qed jissorvelja titjiriet ta’ taħriġ ta’ SPIC li jsiru skont l-IFR, l-FI għandu jkun lesta mill-inqas 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR wara l-ħruġ tal-BIR jew tal-IR, li minnhom massimu ta’ 10 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II;
jekk l-FI qed jipprovdi taħriġ f’inġenju tal-ajru, l-FI għandu jkun lesta mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom sa 50 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II;
klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, minbarra l-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
fil-każ tal-ajruplani, jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935;
fil-każ tal-ħelikopters, jikkonformaw mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2);
ċertifikat ta’ FI, IRI, CRI, STI jew MI dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu lestew mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;
ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa biex juru lil eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE) il-kapaċità li jgħallmu għaċ-ċertifikat rilevanti;
MPL, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
għall-fażi tat-titjir ewlenija tat-taħriġ, ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-ajruplani, inklużi mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;
għall-fażi bażika tat-taħriġ:
ikollhom IR ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda u l-privileġġ li jgħallmu għal IR;
ikunu wettqu mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f’operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed;
fil-każ ta’ FIs diġà kkwalifikati biex jgħallmu f’korsijiet integrati ATP(A) jew CPL(A)/IR, ir-rekwiżit fil-punt (2)(ii) jista’ jiġi ssostitwit bit-tlestija ta’ kors ta’ taħriġ strutturat li jkun fih:
kwalifika ta’ MCC;
l-osservazzjoni ta’ 5 sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 3 ta’ kors ta’ MPL;
l-osservazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 4 ta’ kors ta’ MPL;
l-osservazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ taħriġ fit-titjir orjentati lejn linja rikorrenti tal-operatur;
il-kontenut tal-kors tal-MCCI.
F’dan il-każ, l-FIs għandhom iwettqu l-ewwel ħames sessjonijiet ta’ għalliema taħt is-superviżjoni ta’ TRI(A), MCCI(A) jew SFI(A) ikkwalifikat għal tagħlim fit-titjir ta’ MPL.
FCL.910.FI FI – Privileġġi ristretti
(a) |
FI għandu jkollu l-privileġġi tiegħu limitati għat-twettiq ta' tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta' FI għall-istess kategorija ta' inġenju tal-ajru nnominat mid-DTO jew mill-ATO għal dan l-għan, fil-każijiet li ġejjin:
(1)
għall-ħruġ tal-PPL u LAPL;
(2)
fil-korsijiet integrati kollha fil-livell ta’ PPL, fil-każ ta’ ajruplani u ħelikopters;
(3)
għal kwalifiki tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru b’magna waħda u bi bdot wieħed, ħlief għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;
(4)
għall-klassifikazzjonijiet ta’ billejl, l-irmunkar jew dawk aerobatiċi. |
(b) |
Waqt li jwettaq taħriġ taħt sorveljanza, skont (a), FI m'għandux ikollu l-privileġġ li jawtorizza lil bdoti studenti li jwettqu l-ewwel titjiriet waħedhom u l-ewwel titjiriet cross-country waħedhom. |
(c) |
Il-limitazzjonijiet f'(a) u (b) għandhom jitneħħew miċ-ċertifikat ta’ FI meta FI ikun lesta mill-inqas:
(1)
għall-FI(A), 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'ajruplani jew TMGs u, barra minn hekk ikun issorvelja mill-inqas 25 titjira ta’ studenti waħedhom;
(2)
għall-FI(H) 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'ħelikopters u, barra minn hekk ikun issorvelja mill-inqas 25 eżerċizzju tal-ajru ta’ titjiriet ta’ studenti waħedhom;
(3)
għall-FI(As), 15-il siegħa jew 50 tlugħ mill-art ta’ tagħlim fit-titjir li jkopru s-sillabu sħiħ tat-taħriġ għall-ħruġ ta’ PPL(As). |
FCL.915.FI FI – Prerekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ FI għandu:
fil-każ tal-FI(A) u l-FI(H):
ikun ingħata mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti fuq il-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata, li minnhom mhux aktar minn 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FSTD;
ikun lesta mill-inqas 20 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country VFR fuq il-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata bħala PIC;
addizzjonalment, għall-FI(A):
ikollu mill-inqas CPL(A);
ikollu mill-inqas PPL(A) u jkun:
ħlief għal FI(A) li jipprovdi taħriġ għal-LAPL(A) biss u li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma wieħed ilesti kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoriku tas-CPL u li m’għandux ikun validu għall-ħruġ ta’ CPL; u
lesta mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq ajruplani jew TMGs, li minnhom 150 siegħa bħala PIC;
lesta mill-inqas 30 siegħa fuq ajruplani b'magna waħda bil-pistin li minnhom mill-inqas 5 sigħat għandhom ikunu tlestew matul is-6 xhur li jiġu qabel it-test tat-titjir qabel id-dħul stabbilit fl-FCL.930.FI(a);
lesta titjira cross-country VFR bħala PIC, inkluża titjira ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) li matulha għandhom isiru waqfiet sħaħ bi nżul f'2 ajrudromi differenti;
addizzjonalment, għall-FI(H), ikun lesta 250 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala bdot fuq il-ħelikopters li minnhom:
mill-inqas 100 siegħa ħandhom ikunu bħala PIC, jekk l-applikant ikollu mill-inqas CPL(H);
mill-inqas 200 siegħa bħala PIC jekk l-applikant ikollu mill-inqas PPL(H) u jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma wieħed ilesti kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoriku tas-CPL u li m’għandux ikun validu għall-ħruġ ta’ CPL;
għal FI(As), ikun lesta 500 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq airships bħala PIC, li minnhom 400 siegħa għandhom ikunu bħala PIC li għandu CPL(As);
▼M12 —————
FCL.930.FI FI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
L-applikanti għaċ-ċertifikat ta’ FI għandhom ikunu għaddew minn test tat-titjir qabel id-dħul speċifiku ma’ FI kkwalifikat skont FCL.905.FI (i) fis-6 xhur li jiġu qabel il-bidu tal-kors, biex tkun ivvalutata l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kors. It-test tat-titjir qabel id-dħul għandu jkun ibbażat fuq kontroll tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip kif stabbilit fl-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti. |
(b) |
Il-kors ta’ taħriġ ta’ FI għandu jinkludi:
(1)
25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;
(2)
mill-inqas 100 siegħa ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku, inklużi t-testijiet tal-progress;
(3)
(i)
fil-każ ta’ FI (A) u (H), mill-inqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom 25 siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor, li minnhom 5 sigħat jistgħu jitwettqu f'FFS, FNPT I jew II jew FTD 2/3;
(ii)
fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom 15-il siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti. ▼M12 —————
(4)
Applikanti għal ċertifikat tal-FI f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru li jkollhom jew li kellhom FI(A), (H) jew (As) għandhom jiġu kkreditati b’55 siegħa b’rabta mar-rekwiżit fil-punt (b)(2). |
(c) |
L-applikanti għaċ-ċertifikat ta’ FI li għandhom jew kellhom kwalunkwe ċertifikat ta’ għalliem ieħor li jinħareġ skont dan l-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(1). |
FCL.940.FI FI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
(a) Validazzjoni mill-ġdid
Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ FI, id-detenturi għandhom jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI:
ikunu lestew:
fil-każ ta’ FI(A) u FI(H), mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata bħala FIs, TRIs, CRIs, IRIs, MIs jew eżaminaturi. Jekk il-privileġġi għat-tagħlim tal-BIR u l-IR għandhom jiġu rivalidati, 10 minn dawk il-50 siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal BIR jew IR u għandhom ikunu tlestew fl-aħħar 12-il xahar eżatt qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat tal-FI;
fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’iġfna tal-ajru bħala FIs, IRIs jew bħala eżaminaturi. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, 10 minn dawk is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;
▼M12 —————
ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala FI f’ATO jew fl-awtorità kompetenti. L-FI(B)s u l-FI(S)s jistgħu jlestu dan it-taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem f’DTO;
ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI.
Għal mill-inqas kull rivalidazzjoni alternata, fil-każ ta’ FI(A) jew FI(H), jew kull tielet rivalidazzjoni, fil-każ ta’ FI(As), id-detenturi taċ-ċertifikat ta’ FI rilevanti għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.
(b) Tiġdid.
Jekk iċ-ċertifikat ta’ FI jkun skada, l-applikanti għandhom, f’perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-applikazzjoni għat-tiġdid, ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala FI f’ATO jew f’awtorità kompetenti fil-każ ta’ FI(B) jew FI(S) f’ATO, f’DTO jew f’awtorità kompetenti u jlestu valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.
TAQSIMA 4
Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip - TRI
FCL.905.TRI TRI — Privileġġi u kundizzjonijiet
Il-privileġġi ta’ TRI huma li jipprovdi istruzzjonijiet għal:
►M12 il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IR, diment li t-TRI jkollu IR valida; ◄
il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI jew SFI, diment li d-detentur jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikollu mill-inqas 50 siegħa esperjenza ta’ tagħlim bħala TRI jew SFI skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012;
ikun wettaq is-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-parti rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI skont il-punt FCL.930.TRI(a)(3) għas-sodisfazzjon tal-kap tat-taħriġ ta’ ATO;
fil-każ tat-TRI għal ajruplani bi bdot wieħed:
il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed diment li l-applikant ifittex privileġġi biex jopera f’operazzjonijiet bi bdot wieħed.
Il-privileġġi tat-TRI(SPA) jistgħu jiġu estiżi għat-tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, sakemm it-TRI jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikollu jew kellu ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;
ikun wettaq mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkun temm kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;
il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika, diment li għandu l-privileġġi estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u għandu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);
fil-każ tat-TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed:
il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal:
ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;
ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed meta l-applikant jitlob privileġġi biex jagħmel operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;
taħriġ f’MCC;
il-kors ta’ MPL dwar il-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati, sakemm, għall-fażi bażika, ikollu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);
fil-każ tat-TRI għall-ħelikopters:
il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;
Taħriġ f’MCC, sakemm ikun lesta 350 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru;
▼M16 —————
fil-każ tat-TRI għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift:
il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip “powered-lift”;
taħriġ f’MCC.
Il-privileġġi ta’ TRI jinkludu privileġġi biex titwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT għand operatur tal-EBT, diment li l-għalliem jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għall-istandardizzazzjoni tal-għalliem tal-EBT għand dak l-operatur tal-EBT.
FCL.910.TRI TRI – Privileġġi ristretti
(a) Ġenerali. Jekk it-taħriġ ta’ TRI jitwettaq f’FSTDs biss, il-privileġġi tat-TRIs għandhom ikunu ristretti għal taħriġ fl-FSTDs. Madankollu, din ir-restrizzjoni għandha tinkludi l-privileġġi li ġejjin għat-twettiq, fl-inġenju tal-ajru:
LIFUS, dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI jkun inkluda t-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(a)(4)(i);
taħriġ dwar l-inżul, dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI ikun inkluda t-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(a)(4)(ii); jew
it-titjira ta’ taħriġ speċifikata fil-punt FCL.060(c)(2), dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI jkun inkludi t-taħriġ imsemmi fil-punti (a)(1) jew (a)(2).
Ir-restrizzjoni għall-FSTD għandha titneħħa jekk it-TRIs ikunu lestew valutazzjoni tal-kompetenza fl-inġenju tal-ajru.
(b) TRIs għal ajruplani u għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift — TRI(A) u TRI(PL). Il-privileġġi tat-TRIs huma ristretti għat-tip ta’ ajruplan jew inġenju tal-ajru bil-powered-lift li fih twettqu t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza. Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD, biex jestendu l-privileġġi tat-TRIs għal aktar tipi, it-TRIs għandhom:
ikunu lestew fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas 15-il settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 7 setturi jistgħu jitlestew f’FSTD;
ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli;
ikunu għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 sabiex juru lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità tagħhom li jipprovdu tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta’ qabel it-titjir, ta’ wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.
Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk it-TRIs ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.
(c) TRIs għall-ħelikopters — TRI(H).
Il-privileġġi tat-TRIs(H) huma ristretti għat-tip ta’ ħelikopter li fih tkun saret il-valutazzjoni tal-kompetenza għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ TRI. Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD, il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar tipi jekk it-TRIs ikunu:
lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI;
lestew fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel id-data tal-applikazzjoni, mill-inqas 10 sigħat fuq it-tip tal-ħelikopter applikabbli, li minnhom massimu ta’ 5 sigħat jistgħu jitlestew f’FFS jew f’FTD 2/3; u
għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 sabiex juru lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità tagħhom li jipprovdu tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta’ qabel it-titjir, ta’ wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.
Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk it-TRIs ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.
Sabiex jiġu estiżi l-privileġġi ta’ TRI(H) għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fl-istess tip ta’ ħelikopters bi bdot wieħed, id-detentur għandu jkollu mill-inqas 350 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru jew ikollu mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq it-tip speċifiku fl-aħħar sentejn.
Qabel ma l-privileġġi ta’ TRI(H) jiġu estiżi minn ħelikopters bi bdot wieħed għal ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed, id-detentur għandu jikkonforma mal-punt FCL.915.TRI(d)(3).
(d) Minkejja l-punti ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ ċertifikat TRI li jkunu ngħataw klassifikazzjoni tat-tip skont il-punt FCL.725(e) għandhom ikunu intitolati li jkollhom il-privileġġi TRI tagħhom estiżi għal dak it-tip il-ġdid ta’ inġenji tal-ajru.
FCL.915.TRI TRI – Prerekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ TRI għandu:
ikollu liċenzja ta’ bdot CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija ta’ inġenji tal-ajru applikabbli;
għal ċertifikat ta’ TRI(MPA):
ikun lesta 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani ta’ aktar minn bdot wieħed;
ikun lesta, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC jew kopilota fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom 15-il settur jistgħu jitlestew f'FFS li jirrappreżenta dak it-tip;
għal ċertifikat ta’ TRI(SPA):
ikun lesta, fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel id-data tal-applikazzjoni, mill-inqas 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom massimu ta’ 15-il settur jistgħu jitlestew f’FSTD li jirrappreżenta dak it-tip; u
ikun lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani, inklużi 30 siegħa bħala PIC fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli;
ikollu jew kellu ċertifikat ta’ FI għal ajruplani b'aktar minn magna waħda bil-privileġġi IR(A);
għal TRI(H):
għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b’magna waħda bi bdot wieħed, jew:
ikun lesta 250 siegħa bħala bdot fuq il-ħelikopters; jew
ikollu ċertifikat ta’ FI(H);
għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, jew:
ikun lesta 500 siegħa bħala bdot tal-ħelikopters, inklużi 100 siegħa bħala PIC f’ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed; jew
ikollu ċertifikat FI(H) u jkun lesta 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’ħelikopters b’aktar minn magna waħda;
għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed, ikun lesta 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq il-ħelikopters, u jkollu 350 siegħa f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru jew 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq it-tip li għalih jintalab iċ-ċertifikat ta’ TRI(H);
għal TRI(PL):
ikun lesta 1 500 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala bdot fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed, bil-powered-lift, jew ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;
ikun lesta, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC jew kopilota fuq it-tip tal-powered-lift applikabbli, li minnhom 15-il settur jistgħu jitlestew f'FFS li jirrappreżenta dak it-tip.
FCL.930.TRI TRI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
Il-kors tat-taħriġ ta’ TRI għandu jitwettaq fl-inġenju tal-ajru biss jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli u aċċessibbli u għandu jinkludi:
(1)
25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;
(2)
10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;
(3)
5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru xieraq jew FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru bi bdot wieħed u 10 sigħat għal inġenji tal-ajru b’aktar minn bdot wieħed jew FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru;
(4)
it-taħriġ li ġej, kif applikabbli:
(i)
taħriġ speċifiku addizzjonali qabel ma jitwettaq l-LIFUS;
(ii)
taħriġ speċifiku addizzjonali qabel ma jitwettaq it-taħriġ dwar l-inżul. Dak it-taħriġ fl-FSTD għandu jinkludi taħriġ għal proċeduri ta’ emerġenza relatati mal-inġenju tal-ajru. |
(b) |
L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1). |
(c) |
Applikant għal ċertifikat ta’ TRI li għandu ċertifikat ta’ SFI għat-tip rilevanti għandu jkun ikkreditat b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI ristrett għal tagħlim fit-titjir f'simulaturi. |
FCL.935.TRI TRI – Valutazzjoni tal-kompetenza
(a) Il-valutazzjoni tal-kompetenza għal TRI għal MPA u PL għandha titwettaq f’FFS. Jekk l-ebda FFS ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, għandu jintuża inġenju tal-ajru.
(b) Il-valutazzjoni tal-kompetenza għal TRI għal ajruplani u ħelikopters kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandha titwettaq fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
FFS disponibbli u aċċessibbli;
jekk l-ebda FFS ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, f’kombinament ta’ FSTD(s) u inġenju tal-ajru;
jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, f’inġenju tal-ajru.
FCL.940.TRI TRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
(a) Validazzjoni mill-ġdid
Ajruplani
Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ TRI(A), l-applikanti għandhom, fiż-żmien 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:
iwettqu waħda mill-partijiet li ġejjin ta’ kors komplut tal-klassifikazzjoni tat-tip jew ta’ taħriġ rikorrenti: iwettqu sessjoni ta’ simulazzjoni ta’ mill-inqas 3 sigħat jew eżerċizzju wieħed fl-ajru ta’ mill-inqas siegħa li tinkludi minimu ta’ żewġ telgħat u nżulijiet l-art;
ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI(A) f’ATO;
jgħaddu mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935. L-applikanti li kkonformaw mal-punt FCL.910.TRI(b)(3) għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.
Ħelikopters u powered lift
Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ TRI (H) jew TRI(PL), l-applikanti għandhom, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ TRI, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:
ikunu lestew mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq kull wieħed mit-tipi ta’ inġenji tal-ajru li fuqhom għandhom il-privileġġi li jipprovdu tagħlim jew f’FSTD li jirrappreżenta dawk it-tipi, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom jitlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ TRI. Fil-każ ta’ TRI(PL), dawk is-sigħat għandhom jitlestew bħala TRI jew eżaminatur tal-klassifikazzjoni tat-tip (TRE), jew bħala SFI jew eżaminatur tat-titjir sintetiku (SFE). Fil-każ ta’ TRI(H), il-ħin ta’ titjir bħala FIs, strutturi tal-kwalifika ta’ titjir bl-istrumenti (IRIs), strutturi tat-taħriġ b’mezzi ta’ simulazzjoni (STIs) jew bħala kwalunkwe tip ta’ eżaminaturi għandu jkun rilevanti għal dan l-għan;
ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI(H) jew TRI(PL), kif rilevanti, f’ATO;
fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punti FCL.935, FCL.910.TRI(b)(3) jew FCL.910.TRI(c)(3), kif applikabbli.
Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ TRI, id-detenturi għandhom jgħaddu mill-valutazzjoni ta’ kompetenza skont il-punt FCL.935.
Jekk it-TRIs ikollhom ċertifikat għal aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza li titwettaq fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.
Rekwiżiti speċifiċi għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ TRI(H)
It-TRIs(H) li għandhom ċertifikat ta’ FI(H) fuq it-tip rilevanti għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (a). F’dan il-każ, iċ-ċertifikat ta’ TRI(H) għandu jkun validu sad-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI(H).
(b) Tiġdid
Biex iġeddu ċertifikat ta’ TRI, l-applikanti għandhom, fi żmien 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni, ikunu għaddew mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 u għandhom ikunu lestew dawn li ġejjin:
għall-ajruplani:
mill-inqas 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 15-il settur jistgħu jitlestew f’FFS;
taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f’ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI;
għall-ħelikopters u l-powered lift:
mill-inqas 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 5 sigħat jistgħu jitlestew f’FFS jew f’FTD 2/3;
taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f’ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI.
Jekk l-applikanti jkollhom ċertifikat għal aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha ġġedded iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.
TAQSIMA 5
Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip - CRI
FCL.905.CRI CRI – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
Il-privileġġi ta’ CRI huma li jipprovdi tagħlim għal:
(1)
il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ kwalifika tal-klassi jew tat-tip għal ajruplani li jsuqhom bdot wieħed biss ħlief ajruplani ta’ prestazzjoni għolja u b'magna kumplessa li jsuqhom bdot wieħed biss, meta l-privileġġi mitluba mill-applikant huma li jtir f’operazzjonijiet bi bdot wieħed;
(2)
klassifikazzjoni tal-ġbid jew dik ajrubatika għall-kategorija tal-ajruplan, sakemm is-CRI għandu l-klassifikazzjoni rilevanti u jkun wera l-kapaċità li jipprovdi tagħlim għal dik il-klassifikazzjoni lil FI kkwalifikat skont FCL.905.FI(i);
(3)
estensjoni tal-privileġġi LAPL(A) għal klassi jew varjant ieħor ta' ajruplan. |
(b) |
Il-privileġġi ta’ CRI huma ristretti għall-klassi jew it-tip ta’ ajruplan li fih kienet saret il-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ għalliem. Il-privileġġi tas-CRI għandhom ikunu estiżi għal aktar klassijiet jew tipi meta s-CRI ikun lesta, fl-aħħar 12-il xahar:
(1)
15-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan applikabbli;
(2)
titjira ta’ taħriġ mill-post tan-naħa tal-lemin taħt is-sorveljanza ta’ CRI ieħor jew FI kkwalifikat għal dik il-klassi jew it-tip li jokkupa l-post tal-bdot l-ieħor. |
(ba) |
Il-privileġġi tas-CRIs huma li jipprovdu tagħlim għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li s-CRIs jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1)
ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;
(2)
ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkunu lestew kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI. |
(c) |
Applikanti għal CRI għal ajruplani b'aktar minn magna waħda li jkollhom ċertifikat CRI għal ajruplani ta' magna waħda jkunu ssodisfaw il-prerekwiżiti għal CRI stabbilit fil-paragrafu FCL.915.CRI(a) u r-rekwiżiti fil-paragrafi FCL.930.CRI(a)(3) u FCL.935. |
FCL.915.CRI CRI – Prerekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ CRI għandu jkun lesta mill-inqas:
għall-ajruplani b'aktar minn magna waħda:
500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani;
30 siegħa bħala PIC fuq il-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli;
għall-ajruplani b'magna waħda:
300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani;
30 siegħa bħala PIC fuq il-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli.
FCL.930.CRI CRI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ ta’ CRI għandu jkun fih, mill-inqas:
(1)
25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;
(2)
10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;
(3)
5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani b’aktar minn magna waħda jew FSTD li jirrappreżenta dik il-klassi jew dak it-tip ta’ ajruplan, inklużi mill-inqas 3 sigħat fuq l-ajruplan, jew mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani b’magna waħda, li jingħata minn FI(A) ikkwalifikat skont il-punt FCL.905.FI(j). |
(b) |
L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1). |
FCL.940.CRI CRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
(a) Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ CRI, l-applikanti għandhom jissodisfaw, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ CRI, mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:
iwettqu mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bħala CRI. Jekk l-applikanti għandhom il-privileġġi ta’ CRI fuq ajruplani kemm b’magna waħda kif ukoll b’aktar minn magna waħda, dawk is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-ajruplani b’magna waħda u l-ajruplani b’aktar minn magna waħda;
ilestu taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f’ATO jew f’awtorità kompetenti;
jgħaddu mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 għal ajruplani b’aktar minn magna waħda jew ajruplani b’magna waħda, kif ikun rilevanti.
(b) Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ CRI, id-detenturi għandhom ikunu kkonformaw mar-rekwiżit fil-punt (a)(3).
(c) Tiġdid
Jekk iċ-ċertifikat ta’ CRI jkun skada, dan għandu jiġġedded jekk l-applikanti fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid:
ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f’ATO jew f’awtorità kompetenti;
ikunu lestew il-valutazzjoni tal-kompetenza kif meħtieġ mill-punt FCL.935.
TAQSIMA 6
Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti - IRI
FCL.905.IRI IRI – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
Il-privileġġi tal-IRIs jippermettu li jingħataw taħriġ għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid ta’ BIR u IR fil-kategorija ta’ inġenji tal-ajru adattata. |
(b) |
Rekwiżiti speċifiċi għall-kors MPL. Biex jipprovdi tagħlim għall-fażi bażika tat-taħriġ fil-kors tal-MPL, l-IRI(A) għandu:
(1)
ikollu IR għal ajruplani b'aktar minn magna waħda;
(2)
ikun lesta mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f'operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed.
(3)
Fil-każ ta’ IRI diġà kkwalifikat biex jipprovdi tagħlim f'korsijiet integrati ATP(A) jew CPL(A)/IR, ir-rekwiżit ta’ (b)(2) jista' jiġi issostitwit bit-tlestija tal-kors previst fil-paragrafu FCL.905.FI(j)(3). |
FCL.915 IRI IRI – Prerekwiżiti
Applikanti għal ċertifikat ta’ IRI għandhom:
fil-każ ta’ IRI(A):
biex jipprovdu taħriġ fl-FSTDs matul kors ta’ taħriġ approvat f’ATO, ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR wara l-ħruġ tal-BIR jew tal-IR, li minnhom mill-inqas 50 siegħa għandhom ikunu fl-ajruplani;
biex jipprovdu taħriġ f’ajruplan, ikunu lestew mill-inqas 800 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 400 siegħa għandhom ikunu fl-ajruplani;
biex japplikaw għal IRI(A) għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935;
għal IRI(H):
biex jipprovdu taħriġ fl-FSTDs matul kors ta’ taħriġ approvat f’ATO, ikunu lestew mill-inqas 125 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR wara l-ħruġ tal-IR, li minnhom mill-inqas 65 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’ħelikopters;
biex jipprovdu taħriġ f’ħelikopter, ikunu lestew mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 250 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’ħelikopters; u
meta jkunu qed ifittxu privileġġi biex jipprovdu taħriġ f’ħelikopters b’aktar minn magna waħda, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2);
L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRI(As) għandhom ikunu lestew mill-inqas 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’airships.
FCL.930.IRI IRI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ għall-IRI għandu jkun fih, mill-inqas:
(1)
25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;
(2)
10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien teoriku dwar l-istrumenti, it-tħejjija ta’ pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi;
(3)
(i)
għall-IRI(A), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplan, FFS, FTD 2/3 jew FPNT II. Fil-każ ta’ applikanti li għandhom ċertifikat ta’ FI(A), dawn is-sigħat jitnaqqsu għal 5;
(ii)
għall-IRI(H), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopter, FFS, FTD 2/3 jew FNPT II/III. Fil-każ ta’ applikanti li għandhom ċertifikat ta’ FI(H), dawk is-sigħat jitnaqqsu għal mill-inqas 5;
(iii)
għall-IRI(As), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq airship, FFS, FTD 2/3 jew FNPT II. |
(b) |
Tagħlim fit-titjir għandha tingħata minn FI kkwalifikat skont FCL.905.FI (i). |
(c) |
L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1). |
FCL.940.IRI IRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
Għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ IRI, id-detentur għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ FI, skont FCL.940.FI.
TAQSIMA 7
Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem ta’ titjir sintetiku - SFI
FCL.905.SFI SFI – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) Il-privileġġi ta’ SFIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku, fi ħdan il-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, għal:
il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IR, dment li għandhom jew kellhom IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti;
il-ħruġ ta’ IR, dment li għandhom jew kellhom IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti u jkunu lestew kors ta’ taħriġ ta’ IRI.
(b) Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani bi bdot wieħed huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:
il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, jekk l-applikanti jitolbu privileġġi biex iħaddmu operazzjonijiet bi bdot wieħed.
Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani bi bdot wieħed jistgħu jkunu estiżi għal tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:
ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;
ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkunu lestew kors tat-taħriġ f’MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;
il-korsijiet ta’ taħriġ ta’ MCC u MPL dwar il-fażi bażika, dment li l-privileġġi ta’ SFIs(SPA) ikunu ġew estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed skont il-punt (1).
(c) Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:
il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed u jekk l-applikanti jitolbu privileġġi biex joperaw f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;
il-kors ta’ taħriġ f’MCC;
il-kors ta’ MPL dwar il-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati, dment li, għall-fażi bażika, huma għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);
(d) Il-privileġġi ta’ SFIs għall-ħelikopters huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:
il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;
Taħriġ f’MCC, sakemm ikunu lestew 350 siegħa bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru.
(e) Il-privileġġi ta’ SFI jinkludu privileġġi biex titwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT għand operatur tal-EBT, diment li l-għalliem jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għall-istandardizzazzjoni tal-għalliem tal-EBT għand dak l-operatur tal-EBT.
FCL.910.SFI SFI – Privileġġi ristretti
Il-privileġġi ta’ SFIs għandhom ikunu ristretti għall-FTD 2/3 jew l-FFS tat-tip ta’ inġenji tal-ajru li fih ikun sar il-kors ta’ taħriġ ta’ SFI.
Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi tal-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru jekk id-detenturi jkunu:
lestew il-kontenut tas-simulatur tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;
lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli;
wettqu fuq kors sħiħ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir relatati mad-dmirijiet ta’ SFI fuq it-tip applikabbli taħt is-superviżjoni u għas-sodisfazzjon ta’ TRE jew SFE kkwalifikat għal dan il-għan.
Il-privileġġi tal-SFI għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk l-SFI ikun lesta l-partijiet rilevanti tat-tip tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.
FCL.915.SFI SFI – Prerekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ SFI għandu:
ikollu jew ikun kellu CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;
ikun lesta l-kontroll tal-profiċjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenju tal-ajru speċifika f'FFS li jirrappreżenta t-tip applikabbli, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni;
addizzjonalment, għal SFI(A) għal ajruplani b'aktar minn bdot wieħed jew SFI(PL), ikollu:
mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani ta’ aktar minn bdot wieħed jew bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;
lesta, bħala bdot jew osservatur, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas:
3 setturi tar-rotot fil-kokpit tat-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli;
2 sessjonijiet ta’ simulatur ibbażati fuq it-taħriġ għal titjir orjentat lejn il-linja mwettaq minn ekwipaġġ tat-titjir ikkwalifikat fil-kokpit tat-tip applikabbli. Dawn is-sessjonijiet ta’ simulatur għandhom jinkludu 2 titjiriet ta’ mill-inqas sagħtejn kull waħda bejn 2 ajrudromi differenti u l-ippjanar ta’ qabel it-titjira u d-debriefing assoċjati;
addizzjonalment, għal SFI(A) għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:
lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed;
ikollu jew kellu klassifikazzjoni IR(A) ta’ aktar minn magna waħda;
issodisfa r-rekwiżiti f'(c)(2);
addizzjonalment, għal SFI(H), ikun:
lesta, bħala bdot jew osservatur, mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir f'kokpit tat-tip applikabbli, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni;
fil-każ ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed, mill-inqas 1 000 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot fil-ħelikopters, inklużi mill-inqas 350 siegħa f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru;
fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, lesta 500 siegħa bħala bdot tal-ħelikopters, inklużi 100 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed;
fil-każ ta’ ħelikopters b’magna waħda u bi bdot wieħed, ikun lesta 250 siegħa bħala bdot fuq il-ħelikopters;
fil-każ ta’ ħelikopters bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, ikun lesta mill-inqas 350 siegħa f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru.
FCL.930.SFI SFI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ għall-SFI għandu jinkludi:
(1)
il-kontenut FSTD tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip applikabbli;
(2)
il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI applikabbli;
(3)
25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut. |
(b) |
Applikant għal ċertifikat ta’ SFI li għandu ċertifikat ta’ TRI għat-tip rilevanti għandu jkun ikkreditat b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu. |
FCL.940.SFI SFI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
(a) Validazzjoni mill-ġdid
Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ SFI, l-applikanti għandhom jissodisfaw, qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ SFI, mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:
ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa bħala għalliema jew eżaminaturi f’FSTDs, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ SFI;
ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f’ATO;
ikunu għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.
(b) Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu lestew, f’FFS, il-kontrolli tal-profiċjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom ikollhom il-privileġġi.
(c) Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ SFI, id-detenturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit fil-punt (a)(3).
(d) Jekk SFI jkollu ċertifikat fuq aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ SFI għat-tipi l-oħra li għandu fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.
(e) Tiġdid
Biex iġeddu ċ-ċertifikat ta’ SFI, l-applikanti għandhom, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f’ATO;
ikunu għaddew mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935;
ikunu lestew, f’FSTD, it-test tal-ħiliet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom il-privileġġi għandhom jiġu mġedda.
TAQSIMA 8
Rekwiżit speċifiċi għal għalliem tal-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - MCCI
FCL.905.MCCI MCCI – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
Il-privileġġi ta’ MCCI huma li jwettaq it-tagħlim fit-titjir matul:
(1)
il-parti prattika tal-korsijiet tal-MCC meta ma jkunux ikkombinati mat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip;
(2)
fil-każ ta’ MCCI(A), il-fażi bażika tal-kors ta’ taħriġ integrat ta’ MPL, sakemm huwa jkollu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A). |
FCL.910.MCCI MCCI – Privileġġi Ristretti
Il-privileġġi tad-detentur ta’ ċertifikat MCCI għandhom ikunu ristretti għall-FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ f'MCCI.
Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw tipi oħra ta’ inġenji tal-ajru meta d-detentur ikun ikkompleta t-taħriġ prattiku tal-kors tal-MCCI fuq dak it-tip ta’ FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS.
FCL.915.MCCI MCCI – Prerekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ MCCI għandu:
ikollu jew ikun kellu CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;
ikollu mill-inqas:
fil-każ ta’ ajruplani, airships u inġenji tal-ajru bil-powered-lift, 1 500 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, li minnhom mill-inqas 350 siegħa għandhom ikunu fil-kategorija xierqa ta’ inġenji tal-ajru;
fil-każ ta’ ħelikopters, 1 000 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, li minnhom mill-inqas 350 siegħa għandhom ikunu fuq ħelikopters.
FCL.930.MCCI MCCI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ għall-MCCI għandu jkun fih, mill-inqas:
(1)
25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;
(2)
taħriġ tekniku relatat mat-tip ta’ FSTD fejn l-applikant ikun jixtieq jgħallem;
(3)
3 sigħat ta’ tagħlim prattiku, li jistgħu jkunu tagħlim fit-titjir jew tagħlim fl-MCC dwar FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS rilevanti, taħt is-sorveljanza ta’ TRI, SFI jew MCCI maħtur mill-ATO għal dak l-għan. Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt sorveljanza għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920. |
(b) |
L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI, TRI, CRI, IRI jew SFI għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1). |
FCL.940.MCCI MCCI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
(a) |
Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ MCCI, l-applikant għandu jkun ikkompleta r-rekwiżiti tal-FCL.930.MCCI (a)(3) dwar it-tip rilevanti ta’ FNPT II/III, FTD 2/3 jew FFS, fl-aħħar 12-il xahar tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ MCCI. |
(b) |
Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat MCCI jkun skada, l-applikant għandu jikkompleta r-rekwiżiti tal-FCL.930.MCCI (a)(2) u (3) dwar it-tip rilevanti ta’ FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS. |
TAQSIMA 9
Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tat-taħriġ sintetiku - STI
FCL.905.STI STI – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
Il-privileġġi ta’ STI huma li jiprpovdi tagħlim fit-titjir sintetiku fil-kategorija adattata tal-inġenju tal-ajru bl-iskop ta':
(1)
ħruġ ta’ liċenzja;
(2)
il-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ BIR u IR u kwalifika tal-klassi jew tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed. |
(b) |
Privileġġi addizzjonali għall-STI(A). Il-privileġġi ta’ STI(A) għandhom jinkludu t-tagħlim fit-titjir sintetiku matul it-taħriġ fil-ħiliet ewlenin tat-titjir tal-kors ta’ taħriġ integrat tal-MPL. |
FCL.910.STI SFI – Privileġġi ristretti
Il-privileġġi ta’ STIs għandhom ikunu ristretti għall-FSTD li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ ta’ STI.
Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi ta’ inġenji tal-ajru jekk fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni, id-detenturi jkunu:
lestew il-kontenut tal-FSTD tal-kors ta’ CRI jew ta’ TRI dwar il-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru li għalih jintalbu l-privileġġi ta’ tagħlim;
għaddew fl-FSTD li fih għandu jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsima applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru xieraq.
Għal STIs(A) li jgħallmu fuq BITD biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);
wettqu, f’CPL, IR, PPL, jew kors tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI, CRI(A), IRI jew TRI nominat mill-ATO għal dan il-għan, inkluża mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li tkun issorveljata minn FIE fil-kategorija ta’ inġenju tal-ajru xierqa.
FCL.915.STI SFI – Prerekwiżiti
(a) L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ STI għandu:
ikollhom, jew kellhom, fl-aħħar 3 snin qabel l-applikazzjoni, liċenzja ta’ bdot u privileġġi ta’ tagħlim adattati għall-korsijiet li għalihom ikun intiż it-tagħlim;
ikunu lestew f’FSTD il-kontroll tal-profiċjenza rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni.
L-applikanti għall-ħruġ ta’ STI(A) li jkunu jixtiequ jgħallmu fuq il-BITDs biss, għandhom iwettqu biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);
(b) Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-punt (a), l-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ STI(H), għandhom ikunu wettqu mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala osservaturi fil-kokpit tat-tip applikabbli ta’ ħelikopter, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni.
FCL.930.STI STI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ għall-STI għandu jinkludi mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir relatat mad-dmirijiet ta’ STI f'FFS, FTD 2/3 jew FNPT II/III, taħt is-sorveljanza ta’ FIE. Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt sorveljanza għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920. L-applikanti għal STI(A) li jkunu jixtiequ jgħallmu fuq BITD biss għandhom jikkompletaw it-tagħlim fit-titjir fuq BITD. |
(b) |
Għall-applikanti għal STI(H), il-kors għandu jinkludi wkoll il-kontenut dwar l-FFS tal-kors ta’ TRI applikabbli. |
FCL.940.STI STI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid ta’ ċertifikat ta’ STI
(a) Validazzjoni mill-ġdid
Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ STI, l-applikanti għandhom, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ STI, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu wettqu mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir f’FSTD, bħala parti minn kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;
ikunu għaddew fl-FSTD li fih jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru xieraq.
Għal STIs(A) li jgħallmu fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A).
(b) Tiġdid
Biex iġeddu ċ-ċertifikat ta’ STI, l-applikanti għandhom fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid:
ilestu taħriġ ta’ aġġornament bħala STI f’ATO;
jgħaddu fl-FSTD li fih jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru xieraq.
Għal STI(A) li jgħallem fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);
iwettqu, fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, f’kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip. mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI, CRI, IRI jew TRI nominat mill-ATO għal dan il-għan, inkluża mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li tkun issorveljata minn eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE).
TAQSIMA 10
Għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji - MI
FCL.905.MI MI – privileġġi u kundizzjonijiet
Il-privileġġi ta’ MI huma li jipprovdi tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji.
FCL.915.MI MI – Prerekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ MI għandu:
ikollu ċertifikat ta’ FI, CRI, jew TRI, bi privileġġi għall-ajruplani bi bdot wieħed;
ikollu klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji.
FCL.930.MI MI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ għall-MI għandu jinkludi l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920. |
(b) |
Qabel jattendu l-kors, l-applikanti għandhom ikunu għaddew minn test tat-titjira ta’ qabel id-dħul ma’ MI li jkollu ċertifikat ta’ FI biex tiġi vvalutata l-esperjenza u l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kors ta’ taħriġ. |
FCL.940.MI Validità taċ-ċertifikat ta’ MI
Iċ-ċertifikat ta’ MI huwa validu sakemm iċ-ċertifikat ta’ FI, TRI jew CRI jkun validu.
TAQSIMA 11
Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tat-testijiet tat-titjira - FTI
FCL.905.FTI FTI – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
Il-privileġġi ta’ għalliem tat-testijiet fuq titjira (FTI) huma li jgħallem, fi ħdan il-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata, bl-iskop ta':
(1)
il-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jew 2, sakemm ikun detentur tal-kategorija rilevanti tal-klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira;
(2)
il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FTI, fi ħdan il-kategorija rilevanti tal-klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira, sakemm l-għalliem ikollu mill-inqas sentejn esperjenza fit-tagħlim għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira. |
(b) |
Il-privileġġi ta’ FTI detentur ta’ klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jinkludu l-provvista ta’ tagħlim fit-titjir anke fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet fuq titjira tal-kategorija 2. |
FCL.915.FTI FTI – Prerekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ FTI għandu:
ikollu klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira maħruġa skont l-FCL.820;
ikun ikkompleta mill-inqas 200 siegħa tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jew 2.
FCL.930.FTI FTI – Kors ta’ taħriġ
(a) |
Il-kors ta’ taħriġ għall-FTI għandu jkun fih, mill-inqas:
(1)
25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;
(2)
10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;
(3)
5 sigħat ta’ tagħlim prattiku fit-titjir taħt is-sorveljanza ta’ FTI kkwalifikat skont l-FCL.905.FTI (b). Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant, kif deskritt fl-FCL.920. |
(b) |
L-ikkreditar
(1)
L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).
(2)
Barra minn hekk, l-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI jew ta’ TRI fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru rilevanti għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ (a)(2). |
FCL.940.FTI FTI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid
(a) |
Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ FTI, l-applikant għandu, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ FTI, jissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(1)
jikkompleta mill-inqas:
(i)
50 siegħa ta’ testijiet tat-titjira, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fl-aħħar 12-il xahar ta’ qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FTI;
(ii)
5 sigħat ta’ tagħlim dwar it-testijiet tat-titjira fl-aħħar 12-il xahar ta’ qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FTI; jew
(2)
jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala FTI f'ATO. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jkun ibbażat fuq l-element ta’ tagħlim prattiku fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ ta’ FTI, skont l-FCL.930.FTI (a)(3), u jinkludi mill-inqas siegħa ta’ titjira ta’ tagħlim taħt is-sorveljanza ta’ FTI kkwalifikat skont l-FCL.905.FTI (b). |
(b) |
Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat ta’ FTI ikun skada, l-applikant għandu jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala FTI f'ATO. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti tal-FCL.930.FTI (a)(3). |
SUBPARTI K
EŻAMINATURI
TAQSIMA 1
Rekwiżiti komuni
FCL.1000 Ċertifikati tal-eżaminaturi
(a) Ġenerali
Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur għandu:
ikollhom, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dan l-Anness, liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza u l-privileġġ li jgħallmu għalihom;
ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza jekk jitwettqu fuq l-inġenju tal-ajru.
(b) Kundizzjonijiet speċjali:
L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ ċertifikat speċifiku li jagħti privileġġi għat-twettiq tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-konformità jekk il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti ma tkunx possibbli minħabba li jiġi introdott kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
inġenju tal-ajru ġdid fl-Istati Membri jew fil-flotta ta’ operatur;
korsijiet ta’ taħriġ ġodda f’dan l-Anness.
Tali ċertifikat għandu jkun limitat għat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta’ inġenju tal-ajru jew il-kors ta’ taħriġ ġdid u l-validità tiegħu m’għandhiex, fi kwalunkwe każ, taqbeż sena.
Id-detenturi ta’ ċertifikat li jinħareġ f’konformità mal-punt (b)(1) li jkunu jixtiequ japplikaw għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom jikkonformaw mal-prerekwiżiti u r-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid għal dik il-kategorija taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur.
Meta l-ebda eżaminatur ikkwalifikat ma jkun disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jawtorizzaw spetturi jew eżaminaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni tal-għalliem, tat-tip jew tal-klassi rilevanti, kif speċifikat f’(a), biex iwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza.
(c) Eżami pprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri:
Permezz ta’ deroga mill-punt (a), fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza li jiġu pprovduti barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ eżaminatur lill-applikanti li għandhom liċenzja ta’ bdot li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li dawk l-applikanti:
ikollhom mill-inqas liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza, u fi kwalunkwe każ, mill-inqas CPL;
ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet jew kontroll li jitwettaq fuq l-inġenju tal-ajru;
jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur rilevanti; u
juru lill-awtorità kompetenti li għandhom livell adegwat ta’ għarfien tar-regoli tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi tal-eżaminatur f’konformità ma’ dan l-Anness.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (1) għandu jkun limitat għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza:
barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; u
fir-rigward ta’ bdoti li jkollhom biżżejjed għarfien tal-lingwa li biha jsir it-test/il-kontroll.
FCL.1005 Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ interessi partikolari
L-eżaminaturi m’għandhomx iwettqu:
testijiet tal-ħiliet jew valutazzjonijiet tal-kompetenza tal-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat li lilhom ikunu pprovdew aktar minn 25 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; u
testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tagħhom tista’ tiġi affettwata.
FCL.1010 Prerekwiżiti għall-eżaminaturi
L-applikanti għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom juru:
l-għarfien, it-taħriġ u l-esperjenza xierqa rilevanti relatati mal-privileġġi ta’ eżaminatur;
li ma ġew soġġetti għal ebda sanzjonijiet, inklużi s-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ kwalunkwe waħda/wieħed mil-liċenzji, klassifikazzjonijiet jew ċertifikat tagħhom maħruġa skont din il-Parti, minħabba nuqqas ta’ konformità mar-Regolament Bażiku u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu matul l-aħħar 3 snin.
FCL.1015 Standardizzazzjoni tal-eżaminaturi
(a) |
Applikant għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jwettaq kors ta’ standardizzazzjoni li huwa pprovdut mill-awtorità kompetenti jew li huwa pprovdut minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti. |
(b) |
Il-kors ta’ standardizzazzjoni għandu jikkonsisti minn tagħlim teoriku u prattiku u għandu jinkludi, mill-inqas:
(1)
it-twettiq ta’ 2 testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza għal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati li għalihom l-applikant jixtieq il-privileġġ li jwettaq testijiet u kontrolli;
(2)
tagħlim fuq ir-rekwiżiti applikabbli f'din il-parti u r-rekwiżiti applikabbli tal-operazzjonijiet tal-ajru, it-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza, u d-dokumentazzjoni u r-rappurtaġġ tagħhom;
(3)
briefing dwar il-proċeduri amministrattivi nazzjonali, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dejta personali, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni għall-inċidenti u t-tariffi;
(4)
briefing dwar il-ħtieġa ta’ reviżjoni u l-applikazzjoni tal-elementi fil-punt (3) filwaqt li jitwettqu t-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur; u
(5)
struzzjoni dwar kif wieħed għandu jaċċessa dawn il-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali ta’ awtoritajiet kompetenti oħra meta meħtieġa. |
(c) |
id-detenturi ta’ ċertifikat ta' eżaminaturi m’għandhomx iwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur, sakemm huma jkunu rrevedew l-aħħar informazzjoni disponibbli li jkun fiha l-proċeduri nazzjonali rilevanti tal-awtorità kompetenti tal-applikant. |
FCL.1020 Valutazzjoni tal-kompetenza tal-eżaminaturi
L-applikanti għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom juru l-kompetenza tagħhom lil spettur mill-awtorità kompetenti jew eżaminatur aktar esperjenzat awtorizzat speċifikament biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat tal-eżaminatur permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza fir-rwol ta’ eżaminatur li għalih jintalbu l-privileġġi, inklużi l-briefing, it-twettiq ta’ test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza, u valutazzjoni tal-persuna li lilha jsirilha t-test, il-kontroll jew il-valutazzjoni, id-debriefing u r-reġistrazzjoni tad-dokumentazzjoni.
FCL.1025 Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur
(a) Validità
Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jkun validu għal 3 snin.
(b) Validazzjoni mill-ġdid
Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ eżaminatur, id-detenturi għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu wettqu mill-inqas sitt testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza, valutazzjonijiet tal-kompetenza, jew fażijiet tal-evalwazzjoni tal-EBT matul modulu tal-EBT imsemmi fil-punt ORO.FC.231 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;
fil-perjodu ta’ 12-il xahar immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu temmew kors ta’ aġġornament tal-eżaminatur li huwa pprovdut mill-awtorità kompetenti jew li huwa pprovdut minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti;
wieħed mit-testijiet tal-ħiliet, mill-kontrolli tal-profiċjenza, mill-valutazzjonijiet tal-kompetenza jew mill-fażijiet tal-evalwazzjoni tal-EBT imwettqa skont il-punt (1) għandu jsir fil-perjodu ta’ 12-il xahar immedjatament qabel id-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-eżaminatur u għandu:
ikun ġie vvalutat minn spettur mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminatur aktar esperjenzat awtorizzat speċifikament biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat ta’ eżaminatur; jew
jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt FCL.1020.
Jekk l-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ikollhom privileġġi għal aktar minn kategorija waħda ta’ eżaminatur, il-privileġġi kollha ta’ eżaminatur jistgħu jiġu vvalidati mill-ġdid jekk l-applikanti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti FCL.1020(b)(1) u (2) għal waħda mill-kategoriji taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur li jkollhom, bi ftehim mal-awtorità kompetenti.
(c) Tiġdid
Jekk iċ-ċertifikat ikun skada, qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi, l-applikanti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (b)(2) u l-punt FCL.1020 fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid.
(d) Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jiġi vvalidat mill-ġdid jew imġedded biss jekk l-applikant juri konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti fl-FCL.1010 u FCL.1030.
FCL.1030 Twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza
(a) |
Meta jitwettqu t-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza, l-eżaminaturi għandhom:
(1)
jiżguraw li tista' tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-applikant mingħajr ostakoli lingwistiċi;
(2)
jivverifikaw li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifika, taħriġ u esperjenza f'din il-Parti għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom isiru t-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza;
(3)
jgħarrfu lill-applikant bil-konsegwenzi li jkun hemm jekk jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, mhux preċiża jew falza relatata mat-taħriġ u l-esperjenza tiegħu fit-titjir. |
(b) |
Wara l-ikkompletar tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza, l-eżaminatur għandu:
(1)
jinforma lill-applikant bir-riżultat tat-test. Fil-każ li jgħaddi b'mod parzjali jew jeħel, l-eżaminatur għandu jinforma lill-applikant li huwa ma jistax jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjoni qabel ma jkun għadda totalment. L-eżaminatur għandu jagħtih id-dettalji rigward kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ addizzjonali u jispjega d-dritt ta’ appell tal-applikant;
(2)
fil-każ li jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid, japprova l-liċenzja jew iċ-ċertifikat tal-applikant bid-data ta’ skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant;
(3)
jipprovdi lill-applikant rapport iffirmat dwar it-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza u jissottometti kopji tar-rapport mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, u lill-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur. Ir-rapport għandu jinkludi:
(i)
dikjarazzjoni li l-eżaminatur irċieva informazzjoni mingħand l-applikant rigward l-esperjenza u t-tagħlim tiegħu, u sab l-esperjenza u t-tagħlim konformi mar-rekwiżiti applikabbli f'din il-Parti;
(ii)
konferma li l-manuvri u l-eżerċizzji kollha meħtieġa ġew ikkompletati, kif ukoll informazzjoni dwar l-eżami verbali tal-għarfien teoriku, fejn applikabbli. Jekk ikun weħel minn xi komponent, l-eżaminatur għandu jniżżel ir-raġunijiet għal din il-valutazzjoni;
(iii)
ir-riżultat tat-test, tal-kontroll jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza;
(iv)
dikjarazzjoni li l-eżaminatur ikun irreveda u applika l-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali tal-awtorità kompetenti tal-applikant jekk l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur;
(v)
kopja taċ-ċertifikat tal-eżaminatur li jindika l-ambitu tal-privileġġi tiegħu bħala eżaminatur fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur. |
(c) |
L-eżaminaturi għandhom iżommu r-rekords għal 5 snin bid-dettalji tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha mwettqa u r-riżultati tagħhom. |
(d) |
Fuq talba mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat ta’ eżaminatur, jew l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, l-eżaminaturi għandhom jissottomettu r-rekords u r-rapporti kollha, u kwalunkwe informazzjoni oħra, kif meħtieġ għall-attivitajiet ta’ sorveljanza. |
TAQSIMA 2
Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminaturi tat-titjir - FE
FCL.1005.FE FE – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
FE(A). Il-privileġġi ta’ FE għall-ajruplani huma li jwettaq:
(1)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(A) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet assoċjati tal-klassi u tat-tip bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;
(2)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tas-CPL(A) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet assoċjati tal-klassi u tat-tip bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;
(3)
testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-LAPL(A), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;
(4)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 500 telgħa u nżul l-art ta’ tagħlim fit-titjir għall-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji;
(5)
kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-EIRs, sakemm l-FE ikun lesta mill-anqas 1 500 siegħa bħala bdot fuq ajruplani u jikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu FCL.1010.IRE(a)(2). |
(b) |
FE(H). Il-privileġġi ta’ FE għall-ħelikopters huma li jwettaq:
(1)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(H) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed imdaħħla f'PPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;
(2)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tas-CPL(H) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed imdaħħla f'CPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;
(3)
testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed imdaħħla f'PPL(H) jew CPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun issodisfa r-rekwiżiti f'(1) jew (2), kif applikabbli, u jkollu CPL(H) jew ATPL(H) u, fejn applikabbli, IR(H);
(4)
testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-LAPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 150 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir. |
(c) |
FE(As). Il-privileġġi ta’ FE għall-airships huma li jwettqu testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(As) u s-CPL(As) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ airships assoċjati, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq airships, inklużi 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir. |
▼M12 —————
FCL.1010.FE FE – Prerekwiżiti
Applikant għal ċertifikat ta’ FE għandu jkollu:
ċertifikat ta’ FI fil-kategorija adegwata tal-inġenju tal-ajru.
TAQSIMA 3
Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminaturi tal-klassifikazzjoni tat-tip - TRE
FCL.1005.TRE TRE – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
TRE(A) u TRE(PL). Il-privileġġi ta’ TRE għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift huma li jwettaq:
(1)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ inizjali tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;
(2)
kontrolli tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid tal-kwalifiki tat-tip u tal-IRs;
(3)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(A);
(4)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ MPL, sakemm l-eżaminatur ikun konformi mar-rekwiżiti fl-FCL.925;
(5)
valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ TRI jew SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru applikabbli, dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala TRE u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b). |
(b) |
TRE(H). Il-privileġġi ta’ TRE(H) huma li jwettaq:
(1)
testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;
(2)
kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ IRs, sakemm it-TRE(H) ikollu IR(H) valida;
(3)
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(H);
(4)
valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ TRI(H) jew SFI(H), dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala TRE u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b). |
FCL.1010.TRE TRE – Prerekwiżiti
(a) |
TRE(A) u TRE(PL). L-applikanti għal ċertifikat ta’ TRE għall-ajruplani u għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift għandhom:
(1)
fil-każ ta’ ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift b'aktar minn bdot wieħed, ikunu kkompletaw 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti ta’ ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift b'aktar minn bdot wieħed, jekk applikabbli, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;
(2)
fil-każ tal-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti ta’ ajruplani bi bdot wieħed, li minnhom mill-inqas 200 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;
(3)
ikollhom CPL jew ATPL u ċertifikat ta’ TRI għat-tip applikabbli;
(4)
għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ TRE, ikunu kkompletaw mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala TRI, FI jew SFI fit-tip applikabbli jew f'FSTD li jirrappreżenta dak it-tip. |
(b) |
TRE(H). L-applikanti għal ċertifikat ta’ TRE(H) għall-ħelikopters għandu:
(1)
ikollhom ċertifikat ta’ TRI(H) jew, fil-każ ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed, ċertifikat ta’ FI(H) validu, għat-tip applikabbli;
(2)
għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ TRE, ikunu kkompletaw 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala TRI, FI jew SFI fit-tip applikabbli jew f'FSTD li jirrappreżenta dak it-tip;
(3)
fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, ikollhom CPL(H) jew ATPL(H) u jkunu kkompletaw 1 500 siegħa bħala bdoti ta’ ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;
(4)
fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda bi bdot wieħed:
(i)
ikunu kkompletaw 1 000 siegħa ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;
(ii)
ikollhom CPL(H) jew ATPL(H) u, fejn applikabbli, IR(H) valida;
(5)
fil-każ ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed:
(i)
ikunu kkompletaw 750 siegħa ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;
(ii)
ikollhom CPL (H) jew ATPL (H);
(6)
Qabel ma l-privileġġi ta’ TRE(H) jiġu estiżi minn operazzjonijiet bi bdot wieħed għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq l-istess tip ta’ ħelikopter, id-detentur għandu jkollu jew:
(i)
mill-inqas 100 siegħa f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq dan it-tip; jew
(ii)
mill-inqas 350 siegħa f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru;
(7)
Fil-każ ta’ applikanti għall-ewwel ċertifikat ta’ TRE b'aktar minn magna waħda u b'aktar minn bdot wieħed, l-1 500 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed rikjesti f'(b)(3) jistgħu jitqiesu li ġew issodisfati jekk ikunu ġew ikkompletati l-500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed tal-istess tip. |
TAQSIMA 4
Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur tal-Klassifikazzjoni tal-Klassi - CRE
FCL.1005.CRE CRE – Privileġġi
Il-privileġġi ta’ CRE huma li jwettaq, għall-ajruplani bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip;
kontrolli tal-profiċjenza għal:
il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip;
il-validazzjoni mill-ġdid tal-IRs, dment li jkunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa bħala bdoti tal-ajruplani u jkunu wettqu mill-inqas 450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR;
it-tiġdid tal-IRs, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.1010.IRE(a); u
rivalidazzjoni u tiġdid ta’ BIRs, sakemm is-CRE jkun lesta:
1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot tal-ajruplani; u
450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont IFR; u
testijiet tal-ħiliet għal estensjoni tal-privileġġi LAPL(A) għal klassi jew varjant ieħor ta' ajruplan.
FCL.1010.CRE CRE – Prerekwiżiti
Applikanti għal ċertifikat ta’ CRE għandu:
ikollhom jew ikun kellhom CPL(A), MPL(A) jew ATPL(A) bi privileġġi ta’ bdot wieħed u jkollhom PPL(A);
ikollhom ċertifikat ta’ CRI jew ta’ FI bil-privileġġi li jipprovdu tagħlim għall-klassi jew it-tip applikabbli;
ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani.
TAQSIMA 5
Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur tal-Klassifikazzjoni tat-Titjir bl-Istrumenti - IRE
FCL.1005 IRE IRE — Privileġġi
Il-privileġġi tad-detenturi ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur tal-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IRE) huma li jwettaq testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ BIRs u IRs, u kontrolli tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni u t-tiġdid tagħhom.
FCL.1010.IRE IRE – Prerekwiżiti
(a) IRE(A)
L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ajruplani għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(A) jew ta’ FI(A) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(A) u għandhom ikunu wettqu:
2000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ajruplani; u
450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom 250 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.
(b) IRE(H)
L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ħelikopters għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(H) jew FI(H) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(H) u jkunu wettqu:
2000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ħelikopters; u
300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq il-ħelikopters, li minnhom 200 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.
(c) IRE(As)
L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-iġfna tal-ajru għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(As) jew FI(As) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(As) u għandhom ikunu wettqu:
500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-iġfna tal-ajru; u
100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-iġfna tal-ajru, li minnhom 50 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.
TAQSIMA 6
Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur ta’ Titjir Sintetiku - SFE
FCL.1005.SFE SFE – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) SFE għall-ajruplani (SFE(A)) u SFE għall-inġenju tal-ajru bil-powered-lift (SFE(PL))
Il-privileġġi tal-SFEs għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift huma li jwettqu f’FFS, jew għall-valutazzjonijiet fil-punt (5) fuq l-FSTD applikabbli:
testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;
kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ IRs jekk ikunu kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dment li jkunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għat-tip tal-inġenju tal-ajru inkluża l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fl-aħħar sena;
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(A);
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ MPL, dment li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.925; u
valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala SFE(A) u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).
(b) SFE għall-ħelikopters (SFE(H))
Il-privileġġi ta’ SFEs(H) huma li jwettqu f’FFS jew għall-valutazzjonijiet fil-punt (4) fuq l-FSTD applikabbli:
testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip;
kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IRs jekk dawk il-kontrolli jkunu kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dment li l-SFEs ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għat-tip tal-inġenju tal-ajru inkluża l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fl-aħħar sena ta’ qabel il-kontroll tal-profiċjenza;
testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(H); u
valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ SFI(H), dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala SFE(H) u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).
FCL.1010.SFE SFE – Prerekwiżiti
(a) SFE(A)
L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(A) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn bdot wieħed:
ikollhom jew kellhom ATPL(A) u kwalifika tat-tip;
ikollhom ċertifikat ta’ SFI(A) għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; kif ukoll
ikunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;
fil-każ ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:
ikollhom jew kellhom CPL(A) jew ATPL(A) u kwalifika tat-tip;
ikollhom ċertifikat ta’ SFI(A) għall-klassi jew għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; kif ukoll
ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani bi bdot wieħed;
għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala TRI(A) jew SFI(A) fuq it-tip applikabbli.
(b) SFE(H)
L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(H) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikollhom jew kellhom ATPL(H) u klassifikazzjoni tat-tip għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;
ikollhom ċertifikat ta’ SFI(H) għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;
fil-każ ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed, ikollhom mill-inqas 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed;
fil-każ ta’ ħelikopters bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, ikunu lestew mill-inqas 350 siegħa f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fi kwalunkwe kategorija ta’ inġenji tal-ajru;
għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu kkompletaw mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala TRI(H) jew SFI(H) fuq it-tip applikabbli.
TAQSIMA 7
Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminatur ta’ għalliema tat-titjir - FIE
FCL.1005.FIE FIE – Privileġġi u kundizzjonijiet
(a) |
FIE(A). Il-privileġġi ta’ FIE fuq l-ajruplani huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati għal FI(A), CRI(A), IRI(A) u TRI(A) fuq ajruplani bi bdot wieħed, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti. |
(b) |
FIE(H). Il-privileġġi ta’ FIE fuq il-ħelikopters huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat għal ta’ FI(H), IRI(H) u TRI(H) fuq ħelikopters bi bdot wieħed, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti. |
(c) |
FIE(As). Il-privileġġi ta’ FIE fuq l-airships huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ għalliema tal-airships, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti. |
FCL.1010.FIE FIE – Prerekwiżiti
(a) |
FIE(A). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-ajruplani għandhom fil-każ ta’ applikanti li jkunu jixtiequ jwettqu valutazzjonijiet tal-kompetenza:
(1)
ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti, kif ikun applikabbli;
(2)
ikunu kkompletaw 2 000 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala bdoti fuq ajruplani jew TMGs;
(3)
ikollhom mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem. |
(b) |
FIE(H). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-ħelikopters għandhom:
(1)
ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti, kif ikun applikabbli;
(2)
ikunu kkompletaw 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq il-ħelikopters;
(3)
ikollhom mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem. |
(c) |
FIE(As). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-airships għandhom:
(1)
ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-airships;
(2)
ikollhom mill-inqas 20 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ FI(AS);
(3)
ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliema rilevanti. |
▼M12 —————
Appendiċi 1
Ikkreditar tal-għarfien teoretiku
IKKREDITAR TAL-GĦARFIEN TEORETIKU FL-ISTESS KATEGORIJA JEW F'KATEGORIJA OĦRA TA' INĠENJU TAL-AJRU — TAGĦLIM TA' INTEGRAZZJONI U R-REKWIŻITI TAL-EŻAMI
1. LAPL u PPL
1.1. |
Għall-ħruġ ta’ LAPL, id-detentur ta’ LAPL f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ lejn ir-rekwiżiti ta’ għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.120(a). |
1.2. |
Għall-ħruġ ta’ LAPL jew ta’ PPL, id-detenturi ta’ PPL, CPL jew ATPL f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati lejn ir-rekwiżiti tal-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.215(a). Dan il-kreditu għandu japplika wkoll għal applikanti għal LAPL jew PPL li jkollhom BPL maħruġa skont l-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew SPL maħruġa skont l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, ħlief li s-suġġett “navigazzjoni” ma għandux jiġi kkreditat. |
1.3. |
Għall-ħruġ ta’ PPL, id-detentur ta’ LAPL fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ lejn rekwiżiti tat-tagħlim u tal-eżami tal-għarfien teoriku. |
1.4. |
B’deroga mill-punt 1.2, għall-ħruġ ta’ LAPL(A), id-detentur ta’ SPL maħruġa skont l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 bil-privileġġi li jtajjar it-TMGs għandu juri livell adegwat ta’ għarfien teoriku għall-klassi tal-ajruplani b’magna waħda bil-pistin li jinżlu fuq l-art f’konformità mal-punt FCL.135.A(a)(2). |
2. CPL
2.1. |
L-applikanti għall-ħruġ ta' CPL li jkollhom CPL f'kategorija oħra ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu ngħataw tagħlim ta' integrazzjoni fl-għarfien teoretiku waqt kors approvat f'ATO skont id-differenzi identifikati bejn is-sillabi tas-CPL għal kategoriji differenti ta' inġenji tal-ajru. |
2.2. |
L-applikanti għandhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku kif definit f'dan l-Anness (il-Parti-FCL) għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija xierqa ta' inġenju tal-ajru: 021 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: il-qafas u s-sistemi tal-inġenju tal-ajru, kif ukoll l-impjant elettriku, il-power plant u l-apparat ta' emerġenza tal-inġenju tal-ajru;
022 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: strumentazzjoni;
032/034 — Ajruplani jew ħelikopters ta' prestazzjoni, kif applikabbli;
070 — Il-proċeduri operazzjonali; kif ukoll
080 — Il-prinċipji tat-titjir.
|
2.3. |
L-applikanti għall-ħruġ ta' CPL li jkunu għaddew mill-eżamijiet rilevanti tal-għarfien teoretiku għal IR fl-istess kategorija ta' inġenju tal-ajru jiġu ikkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fil-prestazzjoni umana u l-meteoroloġija, sakemm ma jkunux lestew il-kors ta' taħriġ għal IR skont l-Appendiċi 6, it-Taqsima A, ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL). |
2.4. |
L-applikanti għal CPL li jkunu għaddew mill-eżamijiet rilevanti tal-għarfien teoretiku għal IR jew EIR fl-istess kategorija ta' inġenju tal-ajru jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-komunikazzjonijiet. |
3. ATPL
3.1. |
L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL li jkollhom ATPL f'kategorija oħra ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu ngħataw tagħlim ta' integrazzjoni fl-għarfien teoretiku waqt kors approvat f'ATO skont id-differenzi identifikati bejn is-sillabi tal-ATPL għal kategoriji differenti ta' inġenji tal-ajru. |
3.2. |
L-applikanti għandhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku kif definit f'dan l-Anness (il-Parti-FCL) għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija xierqa ta' inġenju tal-ajru: 021 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: il-qafas u s-sistemi tal-inġenju tal-ajru, kif ukoll l-impjant elettriku, il-power plant u l-apparat ta' emerġenza tal-inġenju tal-ajru;
022 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: strumentazzjoni;
032/034 — Ajruplani jew ħelikopters ta' prestazzjoni, kif applikabbli;
070 — Il-proċeduri operazzjonali; kif ukoll
080 — Il-prinċipji tat-titjir.
|
3.3. |
L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL(A) li jkunu għaddew mill-eżami teoretiku rilevanti għal CPL(A) jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-komunikazzjonijiet. |
3.4. |
L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL(H) li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(H) jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġetti li ġejjin:
—
il-liġi tal-ajru;
—
il-prinċipji tat-titjir (ħelikopters); kif ukoll
—
il-komunikazzjonijiet.
|
3.5. |
L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL(A) li jkunu għaddew mill-eżami teoretiku rilevanti għal IR(A) jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-komunikazzjonijiet. |
3.6. |
L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL(H) b'IR(H) li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(H) jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġetti li ġejjin:
—
il-prinċipji tat-titjir (ħelikopters); kif ukoll
—
il-komunikazzjonijiet.
|
4. IR
4.1. |
Applikanti għal IR, jew għal BIR, li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi għal CPL fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, għandhom ikunu kkreditati lejn ir-rekwiżiti ta’ għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:
—
Prestazzjoni Umana,
—
Meteoroloġija,
—
Komunikazzjoni.
|
4.2. |
Applikanti għall-ħruġ ta' IR(H) li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal ATPL(H) VFR huma meħtieġa jgħaddu minn eżami fis-suġġetti li ġejjin:
—
il-liġi tal-ajru;
—
l-ippjanar u l-monitoraġġ tat-titjira; kif ukoll
—
ir-radjunavigazzjoni.
|
Appendiċi 2
Skala tal-Klassifikazzjoni tal-Kompetenza fil-Lingwa – Livell ta’ espert, avvanzat u operattiv
Livell |
Pronunzja |
Struttura |
Vokabularju |
Kapaċità Fit-Taħdit |
Fehim |
Interazzjonijiet |
Espert (Livell 6) |
Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm possibbilment influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, kważi qatt ma jfixklu l-faċilità tal-fehim. |
Ħakma konsistentement tajba tal-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi, kemm dawk bażiċi kif ukoll dawk kumplessi. |
Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabularju huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar medda wiesgħa ta’ suġġetti familjari u mhux. Il-vokabularju huwa idjomatiku, varjat u adattat skont ir-reġistru. |
Kapaċità ta’ konverżazzjoni fit-tul b'mod naturali u mingħajr tbatija. Kapaċità fil-varjazzjoni tad-diskors sabiex jinkiseb effett stilistiku, eż. sabiex jiġi enfasizzat punt. Kapaċità ta’ użu spontanju ta’ markaturi u konnetturi tad-diskors. |
Il-fehim huwa konsistentement preċiż fi kważi l-kuntesti kollha u jinkludi l-fehim ta’ dettalji żgħar lingwistiċi u kulturali. |
Kapaċità ta’ interazzjoni mingħajr tbatija kważi fis-sitwazzjonijiet kollha. Kapaċità tal-persuna li tinduna bi spunti verbali u sinjali mhux verbali, u li tirreaġixxi b'mod adattat għalihom. |
Avvanzat (Livell 5) |
Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, rari jfixklu l-faċilità tal-fehim. |
Ħakma konsistentement tajba tal-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi bażiċi. Isiru tentattivi ta’ formazzjoni ta’ strutturi kumplessi, iżda bi żbalji li kultant ifixklu s-sens intiż. |
Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabluarju huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol. Isir użu konsistenti u tajjeb ta’ parafrażijiet. Il-vokabularju kultanti huwa idjomatiku. |
Kapaċità ta’ konverżazzjoni fit-tul mingħajr ħafna tbatija dwar suġġetti familjari, iżda nuqqas ta’ kapaċità fil-varjazzjoni tad-diskors għal effett stilistiku. Kapaċità ta’ użu adattat ta’ markaturi jew konnetturi tad-diskors. |
Il-fehim huwa preċiż fir-rigward ta’ suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol u ġeneralment preċiż meta l-kelliem jiffaċċja problema lingwistika jew sitwazzjoni kkumplikata jew tibdil mhux mistenni tas-sitwazzjoni. Kapaċità ta’ fehim ta’ firxa ta’ varjetajiet ta’ diskors (djalett u/jew aċċent) jew reġistri. |
It-tweġibiet huma immedjati, adattati u informattivi. Kapaċità effettiva ta’ ġestjoni tar-relazzjoni bejn il-kelliem u s-semmiegħ. |
Operattiv (Livell 4) |
Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, iżda kultant biss ifixklu l-faċilità tal-fehim. |
L-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi bażiċi jintużaw b'mod kreattiv u ġeneralment ikun hemm ħakma tajba tagħhom. Jistgħu jsiru żbalji, b'mod partikolari f'ċirkostanzi mhux tas-soltu jew mhux mistennija, iżda rari jfixklu s-sens intiż. |
Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabluarju normalment huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol. Ħafna drabi jkun hemm il-kapaċità ta’ użu ta’ parafrażijiet fin-nuqqas ta’ vokabularju, speċjalment f'ċirkostanzi mhux tas-soltu jew mhux mistennija. |
Kapaċità ta’ espressjoni b'ritmu xieraq. Xi kultant il-konverżazzjoni tista' tkun inqas mexxejja meta ma jibqgħux jintużaw formoli fissi u diskors li l-kelliem ikun tgħallem bl-amment u minflok ikun hemm interazzjoni spontanja, iżda dan ma jfixkilx l-effikaċja tal-komunikjazzjoni. Kapaċità ta’ użu limitat ta’ markaturi u konnetturi tad-diskors. L-espressjonijiet konnettivi fl-intervalli tad-diskors ma jtellfux l-attenzjoni. |
Il-fehim huwa fil-biċċa l-kbira preċiż fir-rigward ta’ suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol meta l-aċċent jew il-varjetajiet użati jkunu tali li jkunu jistgħu jinftiehmu minn komunità internazzjonali ta’ utenti. Meta l-kelliem jiffaċċja problema lingwistika jew sitwazzjoni kkumplikata jew avvenimenti mhux mistennija, il-fehim jista' jkun inqas rapidu jew ikun hemm bżonn strateġiji ta’ kjarifika. |
It-tweġibiet normalment ikunu immedjati, adattati u informattivi. Il-kelliem jaf jibda u jkompli konverżazzjoni anki meta jseħħu avvenimenti mhux mistennija. Kapaċità ta’ ġestjoni adegwata f'każijiet eventwali ta’ nuqqas ta’ fehim permezz ta’ verifika, konferma jew kjarifika. |
Nota: It-test inizjali tal-Appendiċi 2 ġie ttrasferit għal AMC, ara wkoll in-Nota Spjegattiva.
Appendiċi 3
Korsijiet ta’ taħriġ għall-ħruġ ta’ CPL u ATPL
1. Din l-appendiċi tiddeskrivi r-rekwiżiti għat-tipi differenti ta’ korsijiet ta’ taħriġ għall-ħruġ ta’ CPL u ATPL, b’IR u mingħajrha.
2. Applikant li jixtieq jittrasferixxi għal ATO oħra matul kors ta’ taħriġ għandu japplika għand l-awtorità kompetenti għal valutazzjoni formali tas-sigħat ta’ taħriġ addizzjonali meħtieġa.
A. Kors integrat ta’ ATP - Ajruplani
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat ATP(A) huwa li jħarreġ lil bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu bħala kopiloti ta’ ajruplani b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu s-CPL(A)/IR.
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(A) għandu jikkompleta l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoretiku sal-livell ta' għarfien tal-ATPL(A);
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti;
taħriġ fl-MCC għat-tħaddim ta' ajruplani b'aktar minn pilota wieħed; kif ukoll
UPRT skont FCL.745.A sakemm l-applikanti ma jkunux diġà lestew dan il-kors ta' taħriġ qabel ikunu bdew il-kors integrat tal-ATP.
5. Applikanti li ma jirnexxilhomx jew li ma jkunux kapaċi jlestu l-kors tal-ATP(A) kollu jistgħu japplikaw għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoretiku u għat-test tal-aptitudni għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jiġu ssodisfati.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ATP(A) għandu jinkludi mill-inqas 750 siegħa ta’ tagħlim.
►M8 7.1. ◄ Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 25 siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku.
7.2. It-tagħlim tal-għarfien teoretiku fil-UPRT għandu jsir f'konformità ma' FCL.745.A.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
8. Applikant għandu juri l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ ATPL(A).
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
9. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta' mill-inqas 195 siegħa, inklużi t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 55 sigħa tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta' titjir bl-istrumenti f'simulatur. Fi ħdan it-total ta' 195 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:
95 siegħa ta' tagħlim ma' pilota ieħor, li minnhom sa 55 sigħa jistgħu jkunu ħin ta' titjir bl-istrumenti f'simulatur;
70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;
50 siegħa ta' titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR waħda ta' mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir illandjar ta' waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq; kif ukoll
5 sigħat ta' ħin ta' titjir billejl, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta' tagħlim ma' għalliem, li għandhom jinkludu mill-inqas:
siegħa (1) ta' titjir cross-country;
ħames manuvri ta' qtugħ mill-art b'pilota wieħed; kif ukoll
ħames manuvri ta' llandjar ta' waqfien sħiħ b'pilota wieħed;
tagħlim fit-titjir UPRT f'konformità ma' FCL.745.A;
115 siegħa ta' ħin ta' titjir bl-istrumenti li jinkludu, mill-inqas:
20 siegħa bħala SPIC;
l5-il siegħa ta' MCC, li għalihom jista' jintuża FFS jew FNPT II;
50 siegħa ta' tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa:
25 siegħa jistgħu jkunu ħin ta' titjir bl-istrumenti f'simulatur f'FNPT I; jew
40 siegħa jistgħu jkunu ħin ta' titjir bl-istrumenti f'simulatur f'FNPT II, FTD 2 jew FFS, li minnhom sa 10 sigħat jistgħu jitwettqu f'FNPT I.
L-applikanti li jkollhom BIR jew ċertifikat ta’ tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat għall-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti. Is-sigħat li jsiru f’BITD ma għandhomx jiġu kkreditati;
5 sigħat f'ajruplan li:
huwa ċertifikat għall-ġarr ta' mill-inqas 4 persuni; kif ukoll
għandu skrun b'angolu tal-qala' varjabbli u attrezzatura għall-illandjar li tidħol u toħroġ.
TEST TAL-ĦILIET
10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) jew fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda, kif ukoll it-test tal-ħiliet tal-IR fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda.
B. Kors modulari ta’ ATP – Ajruplani
1. L-applikanti għal ATPL(A) li jlestu t-tagħlim fl-għarfien teoriku f’kors modulari:
għandu jkollhom mill-inqas PPL(A) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO;
għandhom iwettqu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku li ġejjin:
għall-applikanti li għandhom PPL(A): 650 siegħa;
għall-applikanti li għandhom CPL(A): 400 siegħa;
għall-applikanti li għandhom IR(A): 500 siegħa;
għall-applikanti li għandhom CPL(A) u IR(A): 250 siegħa.
It-tagħlim fl-għarfien teoriku għandu jitlesta qabel jittieħed it-test tal-ħiliet għall-ATPL(A).
C. Kors integrat CPL/IR - Ajruplani
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat CPL(A) u IR(A) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddmu ajruplani b’magna waħda u bi bdot wieħed, jew b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u biex jiksbu CPL(A)/IR.
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A) u IR;
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(A) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfatti.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A)/IR għandu jinkludi mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A) u IR.
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
8. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 180 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 40 sigħat tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 180 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:
80 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 40 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;
70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;
50 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, u li matulhom għandhom isiru 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu;
100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li jinkludu, mill-inqas:
20 siegħa bħala SPIC;
50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa:
25 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I, jew
40 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT II, FTD 2 jew FFS, li minnhom sa 10 sigħat jistgħu jitwettqu f’FNPT I.
L-applikanti li jkollhom BIR jew ċertifikat ta’ tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat għall-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti. Is-sigħat li jsiru f’BITD ma għandhomx jiġu kkreditati; u
5 sigħat għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.
TESTIJIET TAL-ĦILIET
9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) u t-test tal-ħiliet tal-IR jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda jew fuq ajruplan b’magna waħda.
D. Kors integrat ta’ CPL - Ajruplani
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat CPL(A) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ għall-ħruġ ta’ CPL(A).
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A);
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(A) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfatti.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A)/IR għandu jinkludi mill-inqas 350 siegħa ta’ tagħlim.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A).
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
8. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 150 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 150 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:
80 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;
70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC;
20 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, u li matulhom għandhom isiru 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu;
10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I, FTD 2, FNPT II jew FFS. L-applikanti li jkollhom BIR jew ċertifikat ta’ tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat għall-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti. Is-sigħat li jsiru f’BITD ma għandhomx jiġu kkreditati;
5 sigħat għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.
TEST TAL-ĦILIET
9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda.
E. Kors modulari ta’ CPL - Ajruplani
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors modulari CPL(A) huwa li jħarreġ lid-detenturi ta’ PPL(A) sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ għall-ħruġ ta’ CPL(A).
2. Qabel ma jibdew kors modulari ta’ CPL(A), l-applikanti għandhom ikunu detenturi ta’ PPL(A) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO.
3. Qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir, kull applikant għandu:
ikun wettaq 150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir; inklużi 50 siegħa bħala PIC f’ajruplani li minnhom 10 sigħat għandhom ikunu cross-country.
Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC fl-ajruplani, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq l-ajruplani fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
20 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom PPL(H);
50 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom CPL(H);
10 sigħat f’TMGs jew gliders;
20 siegħa f’airship, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);
50 siegħa f’airship, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As).
ikun ikkonforma mal-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal ajruplani b’aktar minn magna waħda skont is-Subparti H, jekk se jintuża ajruplan b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.
4. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jsir f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.
5. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A);
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A) approvat għandu jinkludi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A).
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
8. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-inqas 25 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor, li jinkludu 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’BITD, FNPT I jew II, FTD 2 jew FFS.
9. L-applikanti li jkollhom IR(A) valida għandhom ikunu kkreditati lejn il-ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li jkollhom IR(H) valida għandhom ikunu kkreditati sa 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti b’żewġ bdoti, u f’dan il-każ mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti b’żewġ bdoti għandhom jingħataw f’ajruplan. L-applikanti li jkollhom BIR jew Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat lejn il-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti.
10.
L-applikanti li għandhom IR valida għandhom jingħataw mill-inqas 15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir viżiv ma’ bdot ieħor.
L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan għandhom jingħataw mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u li għandhom jinkludu 5 telgħat bi bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu.
11. Mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni u li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.
ESPERJENZA
12. L-applikant għal CPL(A) għandu jkun lesta mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi mill-inqas:
100 siegħa bħala PIC, li minnhom 20 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, li għandhom jinkludu titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM), u li matulha għandu jsir inżul b’waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, kif ukoll 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ bil-bdot waħdu;
10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I jew FNPT II jew FFS. L-applikanti li jkollhom BIR jew ċertifikat ta’ tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b’sa 10 sigħat għall-ħin meħtieġ ta’ tagħlim bl-istrumenti. Is-sigħat li jsiru f’BITD ma għandhomx jiġu kkreditati;
6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda, jekk jintuża ajruplan b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.
Is-sigħat bħala PIC ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-200 siegħa ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:
30 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikant ikollu PPL(H);
100 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikant ikollu CPL(H);
30 sigħat f’TMGs jew gliders;
30 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu PPL(As);
60 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu CPL(As).
TEST TAL-ĦILIET
13. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir u r-rekwiżiti tal-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) jew fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda.
F. Kors integrat ATP/IR — Ħelikopters
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat ATP(H)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jagħtihom il-kapaċità li jaħdmu bħala kopiloti fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu CPL(H)/IR.
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(H)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:
40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;
50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(H) u IR;
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti;
taħriġ f’MCC għat-tħaddim ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed.
5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(H)/IR kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ ATP(H)/IR għandu jinkludi mill-inqas 750 siegħa ta’ tagħlim.
7. Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 25 siegħa ta’ eżerċizzji ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
8. L-applikanti għandhom juru l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ ATPL(H) u IR.
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
9. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 195 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 195 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:
140 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:
75 siegħa ta’ tagħlim viżiv li jistgħu jinkludu:
30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew
25 siegħa f’FTD 2,3, jew
20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew
20 siegħa f’ajruplan jew TMG;
50 siegħa ta’ tagħlim tal-istrumenti li jistgħu jinkludu:
sa 20 siegħa f’FFS jew FTD 2,3 jew FNPT II/III tal-ħelikopters, jew
10 sigħat mill-inqas f’FNPT 1 ta’ ħelikopter jew ajruplan;
15-il siegħa MCC, li għalihom jista’ jintuża FFS ta’ ħelikopter jew FTD 2,3(MCC) ta’ ħelikopter jew FNPT II/III(MCC).
Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir huwa ta’ tip differenti mill-FFS tal-ħelikopter użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III tal-ħelikopters.
55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Mill-inqas għandhom jitwettqu 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl. (c)
50 siegħa ta’ titjir cross-country, inklużi mill-inqas 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala SPIC, fosthom titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;
50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:
10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u
40 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-inqas 10 sigħat f’ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.
TESTIJIET TAL-ĦILIET
10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda u t-test tal-ħiliet tal-IR fuq ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għal taħriġ MCC.
G. Kors integrat ATP — Ħelikopters
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat ATP(H) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jagħtihom il-kapaċità li jaħdmu bħala kopiloti fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed limitati għal privileġġi VFR fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu CPL(H).
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:
40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;
50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(H);
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti bażiċi;
taħriġ f’MCC għat-tħaddim ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed.
5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ ATP(H) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ ATP(H) għandu jinkludi mill-inqas 650 siegħa ta’ tagħlim.
7. Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 20 siegħa ta’ eżerċizzji ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
8. L-applikanti għandhom juru l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ ATPL (H).
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
9. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 150 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 150 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:
95 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:
75 siegħa ta’ tagħlim viżiv li jistgħu jinkludu:
30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew
25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew
20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew
20 siegħa f’ajruplan jew TMG;
10 sigħat ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan;
10 sigħat MCC, li għalihom jintuża ħelikopter: jista’ jintuża FFS tal-ħelikopters jew FTD 2,3(MCC) jew FNPT II/III(MCC).
Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir huwa ta’ tip differenti mill-FFS tal-ħelikopter użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III tal-ħelikopters.
55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;
50 siegħa ta’ titjir cross-country, inklużi mill-inqas 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala SPIC, li minnhom titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha l-ħelikopter għandu jinżel f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.
TESTIJIET TAL-ĦILIET
10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda, u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti MCC.
H. Kors modulari ATP — Ħelikopters
1. L-applikanti għal ATPL(H) li jkunu lestew it-tagħlim tal-għarfien teoriku tagħhom f’kors modulari għandu jkollhom mill-inqas PPL(H) u jwettqu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim li ġejjin f’perjodu ta’ 18-il xahar:
għall-applikanti li għandhom PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO: 550 siegħa;
għall-applikanti li għandhom CPL(H): 300 siegħa.
2. L-applikanti għal ATPL(H)/IR li jkunu lestew it-tagħlim tal-għarfien teoriku tagħhom f’kors modulari għandu jkollhom mill-inqas PPL(H) u jlestu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim li ġejjin:
għall-applikanti li għandhom PPL(H): 650 siegħa;
għall-applikanti li għandhom CPL(H): 400 siegħa;
għall-applikanti li għandhom IR(H): 500 siegħa;
għall-applikanti li għandhom CPL(H) u IR(H): 250 siegħa.
I. Kors integrat CPL/IR — Ħelikopters
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat CPL(H)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddmu ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed u biex jiksbu CPL(H)/IR ta’ ħelikopter b’aktar minn magna waħda.
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(H)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:
40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;
50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim ta’ għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H) u IR, u l-klassifikazzjoni tat-tip inizjali ta’ ħelikopter b’aktar minn magna waħda;
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tas-CPL(H)/IR kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H)/IR għandu jinkludi mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(H) u IR.
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 180 siegħa li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 180 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:
125 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:
75 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu:
30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew
25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew
20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew
20 siegħa f’ajruplan jew TMG;
50 siegħa ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti li jistgħu jinkludu:
sa 20 siegħa f’FFS jew FTD 2,3 jew FNPT II,III tal-ħelikopters, jew
10 sigħat f’FNPT 1 mill-inqas ta’ ħelikopter jew ajruplan.
Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III.
55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;
10 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;
10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li mill-inqas waħda minnhom ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;
50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:
10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u
40 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-inqas 10 sigħat f’ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.
TEST TAL-ĦILIET
9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) jew fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda jew fuq ħelikopter b’magna waħda u t-test tal-ħiliet tal-IR fuq ħelikopter iċċertifikat b’IFR.
J. Kors integrat CPL — Ħelikopters
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat CPL(H) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ kompetenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(H).
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:
40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;
50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H);
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL(H) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H) approvat għandu jinkludi mill-inqas 350 siegħa ta’ tagħlim jew 200 siegħa jekk l-applikant ikun detentur ta’ PPL.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(H).
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 135 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 135 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:
85 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:
sa 75 siegħa ta’ tagħlim viżiv, u jistgħu jinkludu:
30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew
25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew
20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew
20 siegħa f’ajruplan jew TMG.
sa 10 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, u jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan.
Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III.
50 siegħa bħala PIC, li minnhom 35 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;
10 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;
10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;
10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor, inklużi mill-inqas 5 sigħat f’ħelikopter.
TEST TAL-ĦILIET
9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir irrelatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H).
K. Kors modulari CPL — Ħelikopters
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors modulari CPL(H) huwa li jħarreġ lid-detenturi ta’ PPL(H) sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(H).
2. Qabel ma jibdew kors modulari ta’ CPL(H), l-applikanti għandhom ikunu detenturi ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO.
3. Qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir, kull applikant għandu:
ikun wettaq mill-inqas 155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi 50 siegħa bħala PIC f’ħelikopters li minnhom 10 sigħat għandhom ikunu cross-country.
Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC f’ħelikopters, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq il-ħelikopters fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
20 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikanti jkollhom PPL(A);
50 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikanti jkollhom CPL(A);
10 sigħat f’TMGs jew gliders;
20 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);
50 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As);
ikun ikkonforma ma’ FCL.725 u FCL.720.H jekk se jintuża ħelikopter b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.
4. Applikant li jixtieq jagħmel kors modulari ta’ CPL(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim fit-titjir kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jingħata f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.
5. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H);
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H) approvat għandu jinkludi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(H).
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
8. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-anqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom:
20 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’FFS tal-ħelikopters jew FTD 2,3 jew FNPT II,III;
10 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FTD 1 jew FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan.
9. L-applikanti li għandhom IR(H) valida għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li għandhom IR(A) valida għandhom iwettqu mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor f’ħelikopter.
10. L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter għandhom jingħataw mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bi bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.
ESPERJENZA
11. L-applikant għal CPL(H) għandu jkun wettaq mill-inqas 185 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi 50 siegħa bħala PIC, li minnhom 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.
Is-sigħat bħala bdot kmandant ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-185 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:
20 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikant ikollu PPL(A);
50 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikant ikollu CPL(A); jew
10 sigħat f’TMGs jew gliders;
20 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu PPL(As);
50 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu CPL(As).
TEST TAL-ĦILIET
12. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat u l-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H).
L. Kors integrat CPL/IR — Airships
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat CPL(As)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa biex iħaddmu l-airships u biex jiksbu CPL(As)/IR.
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(As)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(As), PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(As), PPL(A) jew PPL(H), huwa għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’:
10 sigħat, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;
15-il siegħa, li minnhom sa 7 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim ta’ għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As) u IR, u l-klassifikazzjoni tat-tip inizjali ta’ airship;
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL/IR(As) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As)/IR għandu jinkludi mill-anqas 500 siegħa ta’ tagħlim.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
7. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As) u IR.
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 80 siegħa li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 80 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:
60 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:
30 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu:
12-il siegħa f’FFS ta’ airship, jew
10 sigħat f’FTD ta’ airship, jew
8 sigħat f’FNPT II/III ta’ airship, jew
8 sigħat f’ajruplan, ħelikopter jew TMG;
30 siegħa ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti li jistgħu jinkludu:
sa 12-il siegħa f’FFS jew FTD jew FNPT II,III ta’ airship, jew
6 sigħat f’mill-anqas FTD 1 jew FNPT I ta’ airship jew ajruplan.
Jekk l-airship użat għat-taħriġ fit-titjir huwa tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal 8 sigħat.
20 siegħa bħala PIC, li minnhom 5 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;
5 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM) li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’airships għandhom jitlestew billejl inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;
30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:
10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u
20 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-anqas 10 sigħat f’airship iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.
TEST TAL-ĦILIET
9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(As) jew fuq airship b’aktar minn magna waħda jew fuq airship b’magna waħda u għandu jagħmel it-test tal-ħiliet tal-IR fuq airship iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.
M. Kors integrat CPL — Airships
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat CPL(As) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(As).
2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(As) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.
3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(As), PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(As), PPL(A) jew PPL(H), huwa għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’:
10 sigħat, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;
15-il siegħa, li minnhom sa 7 sigħat jistgħu jkunu tagħli mma’ bdot ieħor jekk inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As);
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL(As) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli.
GĦARFIEN TEORIKU
6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As) approvat għandu jinkludi mill-anqas 350 siegħa ta’ tagħlim jew 200 siegħa jekk l-applikant huwa detentur ta’ PPL.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
7. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As).
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 50 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 50 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:
30 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;
20 siegħa bħala PIC;
5 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;
5 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM) li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;
5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’airships għandhom jitlestew billejl inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;
10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas 5 sigħat f’airship.
TEST TAL-ĦILIET
9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(As).
N. Kors modulari CPL — Airships
ĠENERALI
1. L-għan tal-kors integrat CPL(As) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(As).
2. Qabel jibda kors modulari ta’ CPL(As) applikant għandu:
ikollu PPL(As) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO;
ikun lesta 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’airships, inklużi 100 siegħa bħala PIC, li minnhom 50 siegħa għandhom ikunu cross-country.
3. Applikant li jixtieq jagħmel kors modulari ta’ CPL(As) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim fit-titjir kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jingħata f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.
4. Il-kors għandu jinkludi:
tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As);
taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.
GĦARFIEN TEORIKU
5. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As) approvat għandu jinkludi mill-anqas 250 siegħa ta’ tagħlim.
EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU
6. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As).
TAĦRIĠ FIT-TITJIR
7. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-anqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom:
8. L-pplikanti li għandhom IR(As) valida għandhom jiġu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li għandhom IR valida f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandhom jagħmlu mill-anqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-tijir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor f’airship.
9. L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship għandhom jingħataw mill-anqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bi bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.
ESPERJENZA
10. L-applikant għal CPL(As) għandu jkun lesta mill-anqas 250 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f’airships, inklużi 125 siegħa bħala PIC, li minnhom 50 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM), li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni.
Is-sigħat bħala PIC ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-185 siegħa ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:
30 siegħa f’ajruplani jew ħelikopters, jekk l-applikant ikollu PPL(A) jew PPL(H) rispettivament;
60 siegħa f’ajruplani jew ħelikopters, jekk l-applikant ikollu CPL(A) jew CPL(H) rispettivament; jew
10 sigħat f’TMGs jew gliders;
10 sigħat fi blalen tal-arja.
TEST TAL-ĦILIET
11. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat u l-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet ta’ CPL(As).
Appendiċi 4
Test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL
A. Ġenerali
1. Applikant għal test tal-ħiliet għal CPL għandu jkun ngħata tagħlim dwar l-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li se jintuża fit-test.
2. Applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet. Jekk ma jgħaddix minn xi punt fit-taqsima, allura ma jgħaddix mit-taqsima kollha. Jekk jeħel minn aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu kemm hu. Applikant li jeħel minn taqsima waħda biss għandu jirrepeti t-taqsima biss li jkun weħel minnha. Jekk jeħel minn xi taqsima meta jerġa’ jagħmel it-test, inklużi dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom fit-test preċedenti, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu. It-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. Jekk ma jirnexxilux jikseb il-punti minimi meħtieġa fit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test f’żewġ tentattivi, l-applikant ikollu jingħata aktar taħriġ.
3. Jista’ jkun meħtieġ aktar taħriġ wara kwalunkwe test tal-ħiliet li l-applikant jeħel minnu. Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ testijiet tal-ħiliet li jistgħu jsiru.
TWETTIQ TAT-TEST
4. Jekk l-applikant jagħżel li jwaqqaf it-test tal-ħiliet għal raġunijiet li jitqiesu bħala inadegwati mill-Eżaminatur tat-Titjir (FE), l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test tal-ħiliet kollu kemm hu. Jekk it-test jitwaqqaf għal raġunijiet li jitqiesu bħala adegwati mill-FE, it-taqsimiet li ma jkunux tlestew biss għandhom jiġu ttestjati f’titjira oħra.
5. Għad-diskrezzjoni tal-FE, kwalunkwe manuvra jew proċedura tat-test tista’ tkun irripetuta darba mill-applikant. Il-FE jista’ jwaqqaf it-test fi kwalunkwe stadju jekk jitqies li l-wirja tal-applikant tal-ħiliet tat-titjir teħtieġ test komplet mill-ġdid.
6. Applikant għandu jkun meħtieġ li jtajjar l-inġenju tal-ajru minn pożizzjoni fejn jistgħu jitwettqu l-funzjonijiet ta’ PIC u li jwettaq it-test bħallikieku m’hemm l-ebda membru ieħor tal-ekwipaġġ preżenti. Ir-responsabbiltà għat-titjira għandha tiġi allokata skont ir-regolamenti nazzjonali.
7. Applikant għandu jindika lill-FE l-kontrolli u d-dmirijiet imwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom jitlestew skont il-lista ta’ kontroll għall-inġenju tal-ajru li fuqu se jsir it-test. Matul it-tħejjija ta’ qabel it-titjira għat-test, l-applikant huwa meħtieġ jiddetermina l-issettjar tal-qawwa u l-veloċitajiet. Id-dejta tal-prestazzjoni għat-tlugħ, l-avviċinament u l-nżul għandha tiġi kkalkolata mill-applikant skont il-manwal tal-operazzjonijiet jew skont il-manwal tat-titjira għall-inġenju tal-ajru użat.
8. L-FE m’għandux jieħu sehem fit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru għajr meta l-intervent ikun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà jew biex jiġi evitat dewmien inaċċettabbli fir-rigward ta’ traffiku ieħor.
B. Kontenut tat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL — Ajruplani
1. L-ajruplan użat għat-test tal-ħiliet għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-ajruplani tat-taħriġ, u għandu jkun iċċertifikat għat-trasport ta’ mill-anqas erba’ persuni, u jkollu skrun bis-snien tal-ingranaġġ varjabbli u attrezzatura għall-inżul li tista’ tiġi miġbuda lura.
2. Ir-rotta tat-titjira għandha tintgħażel mill-FE u d-destinazzjoni għandha tkun ajrudrom ikkontrollat. L-applikant għandu jkun responsabbli għall-ippjanar tat-titjira u għandu jiżgura li t-tagħmir u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tat-titjira jinsabu abbord. It-tul tal-ħin tat-titjira għandu jkun mill-anqas 90 minuta.
3. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:
iħaddem l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu,
iwettaq il-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni,
jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;
japplika għarfien ajrunawtiku;
iżomm kontroll tal-ajruplan f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament.
TOLLERANZI MATUL IT-TEST TAT-TITJIR
4. Dawn il-limiti għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti biex jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ta’ turbulenza u l-kwalitajiet ta’ mmaniġġjar u eżekuzzjoni tal-ajruplan użat.
titjira normali |
± 3,048.00 cm |
bi ħsara simulata fil-magna |
± 4,572.00 cm |
Intraċċar fuq għajnuniet tar-radju |
± 5° |
titjira normali |
± 10° |
bi ħsara simulata fil-magna |
± 15° |
it-tlugħ mill-art u l-avviċinament |
± 5 knots |
is-sistemi tat-titjir l-oħra kollha |
± 10 knots |
KONTENUT TAT-TEST
5. Is-suġġetti fit-Taqsima 2(c) u (e)(iv), u t-Taqsimiet 5 u 6 kollha jistgħu jitwettqu f’FNPT II jew f’FFS.
L-użu ta’ listi ta’ kontroll tal-ajruplani, il-ħila fit-titjir, il-kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, il-proċeduri ta’ kontra s-silġ u tat-tneħħija tas-silġ, u l-prinċipji tal-ġestjoni ta’ theddid u żbalji japplikaw fit-taqsimiet kollha.
TAQSIMA 1 — OPERAZZJONIJIET TA’ QABEL IT-TITJIRA U TLUQ |
|
a |
Qabel it-titjira, inklużi: L-Ippjanar tat-titjira, id-Dokumentazzjoni, id-Determinazzjoni tal-massa u l-bilanċ, l-Briefing dwar it-temp, NOTAMS |
b |
Spezzjoni u manutenzjoni tal-ajruplan |
c |
Taxi u tlugħ mill-art |
d |
Kunsiderazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni u ttrimmjar |
e |
Operazzjonijiet tal-ajrudrom u x-xejriet tat-traffiku |
f |
Il-proċedura tat-tluq, l-issettjar tal-altimetru, l-evitar tal-kolliżjonijiet (għassa) |
g |
Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T |
TAQSIMA 2 — OPERAZZJONIJIET FL-AJRU ĠENERALI |
|
a |
Kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, inklużi dritt u livell, tlugħ fl-ajru, tbaxxija, għassa |
b |
It-titjira b’airspeeds (veloċità fl-ajru mqabbel mal-arja) baxxi b’mod kritiku inklużi r-rikonoxximent ta’ u l-irkupru minn bidu ta’ waqfien tal-magni jew waqfien sħiħ |
c |
Dawriet, inklużi dawriet f’konfigurazzjoni ta’ nżul. Dawriet weqfin ta’ 45° |
d |
It-titjir b’airspeeds għoljin b’mod kritiku, inklużi r-rikonoxximent ta’ u l-irkupru minn għadsiet spirali |
e |
Titjir b’referenza għall-istrumenti biss, inklużi: (i) titjir wati, il-konfigurazzjoni tat-tajran, il-kontroll tal-heading, l-altitudni u l-airspeed (ii) dawriet ta’ 10°–30° fit-tlugħ fl-ajru u t-tbaxxija (iii) irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu (iv) strumenti tal-panew limitati |
f |
Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T |
TAQSIMA 3 — PROĊEDURI WAQT IR-ROTTA |
|
a |
Kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, inkluża l-konfigurazzjoni tat-tajran |
b |
L-orjentazzjoni, il-qari tal-mapep |
c |
L-altitudni, il-veloċità, il-kontroll tal-heading, l-għassa |
d |
L-issettjar tal-altimetru. Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T |
e |
Il-monitoraġġ tal-progress tat-titjira, il-ġurnal ta’ abbord, il-konsum tal-karburant, il-valutazzjoni tal-iżbalji tal-intraċċar u l-istabbiliment mill-ġdid tal-intraċċar korrett |
f |
L-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-temp, il-valutazzjoni tax-xejriet, l-ippjanar għal devjazzjoni |
g |
L-intraċċar, l-istazzjonar (NDB jew VOR), l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet (titjir bl-istrumenti). L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ devjazzjoni għal ajrudrom alternattiv (titjir viżiv) |
TAQSIMA 4 — PROĊEDURI TAL-AVVIĊINAMENT U TAL-INŻUL |
|
a |
Proċeduri tal-wasla, l-issettjar tal-altimetru, il-kontrolli, l-għassa |
b |
Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T |
c |
Azzjoni ta’ tidwir fil-baxx |
d |
Inżul normali, inżul bir-riħ mill-ġenb (jekk il-kundizzjonijiet ikunu adattati) |
e |
Inżul f’distanza qasira |
f |
Avviċinament u nżul bil-magna wieqfa (b’magna waħda biss) |
g |
Inżul mingħajr użu tal-flaps |
h |
Azzjonijiet ta’ wara t-titjira |
TAQSIMA 5 — PROĊEDURI ANORMALI U TA’ EMERĠENZA |
|
Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 4 |
|
a |
Ħsara fil-magna ssimulata wara t-tlugħ (f’altitudni sikura), it-taħriġ kontra n-nirien |
b |
Funzjonament ħażin tat-tagħmir inkluża ħsara fl-estensjoni tal-attrezzatura għall-inżul alternattiv, fl-elettriku u l-brejkijiet |
c |
Inżul ta’ emerġenza (issimulat) |
d |
Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T |
e |
Mistoqsijiet orali |
TAQSIMA 6 — TITJIR ASIMMETRIKU SSIMULAT U ELEMENTI TAL-KLASSI JEW TAT-TIP RELEVANTI |
|
Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 5 |
|
a |
Ħsara fil-magna ssimulata matul it-tlugħ (f’altitudni sikura sakemm ma jitwettaqx f’FFS) |
b |
Avviċinament asimmetriku u avviċinament b’tidwira |
c |
Avviċinament asimmetriku u nżul sħiħ |
d |
It-tifi u l-istartjar mill-ġdid tal-magna |
e |
Kollegament ma’ ATC – konformità, il-proċeduri ta’ R/T, il-Ħila fit-titjir |
f |
Kif iddeterminat mill-FE — kwalunkwe element rilevanti tat-test tal-ħiliet tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jinkludi, jekk applikabbli: (i) is-sistemi tal-ajruplan inkluż il-ġestjoni tal-bdot awtomatiku (ii) it-tħaddim tas-sistema ta’ pressjoni qawwija (iii) l-użu tas-sistema tat-tneħħija tas-silġ u ta’ kontra s-silġ |
g |
Mistoqsijiet orali |
C. Kontenut tat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL — Ħelikopters
1. Il-ħelikopter użat għat-test tal-ħiliet għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-ħelikopters tat-taħriġ.
2. Iż-żona u r-rotta tat-titjira għandhom jintgħażlu mill-FE u l-operazzjonijiet ta’ titjir f’livell baxx u titjir wieqaf għandu jkun f’ajrudrom jew sit approvat. Ir-rotot użati għat-Taqsima 3 jistgħu jintemmu fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom ieħor u waħda mid-destinazzjonijiet għandha tkun ajrudrom ikkontrollat. It-test tal-ħiliet jista’ jitwettaq f’2 titjiriet. It-tul tal-ħin totali ta’ titjira/titjiriet għandu jkun mill-anqas 90 minuta.
3. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:
jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;
jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;
jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;
japplika għarfien ajrunawtiku;
iżomm kontroll tal-airship f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament.
TOLLERANZI TAT-TEST TAT-TITJIR
4. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-eżekuzzjoni tal-ħelikopter użat.
titjira normali |
± 3,048.00 cm |
emerġenza maġġuri ssimulata |
± 4,572.00 cm |
Intraċċar fuq għajnuniet tar-radju |
± 10° |
titjira normali |
± 10° |
emerġenza maġġuri ssimulata |
± 15° |
it-tlugħ u l-avviċinament b’aktar minn magna waħda |
± 5 knots |
is-sistemi tat-titjir l-oħra kollha |
± 10 knots |
Tlugħ wieqaf relattivament għall-art (I.G.E.) |
± 91.44 cm |
KONTENUT TAT-TEST
5. L-affarijiet f’Taqsima 4 jistgħu jitwettqu f’ħelikopter FNPT jew f’ħelikopter FFS. L-użu tal-listi ta’ kontroll tal-ħelikopter, il-ħila fit-titjir, il-kontroll tal-ħelikopter permezz ta’ referenza viżiva esterna, il-proċeduri tat-tneħħija tas-silġ, u l-prinċipji ta’ ġestjoni ta’ theddid u żbalji japplikaw fit-taqsimiet kollha.
TAQSIMA 1 — VERIFIKI U PROĊEDURI TA’ QABEL/WARA T-TITJIRA |
|
a |
L-għarfien dwar il-ħelikopters (eż. log tekniku, karburant, massa u bilanċ, eżekuzzjoni), l-ippjanar tat-titjir, id-dokumentazzjoni, NOTAMS, it-temp |
b |
L-ispezzjoni/azzjoni ta’ qabel it-titjira, il-post tal-partijiet u l-għan |
c |
L-ispezzjoni tal-kokpit, il-proċedura tal-istartjar |
d |
Il-kontrolli tat-tagħmir tal-komunikazzjoni u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar ta’ frekwenzi |
e |
Il-proċedura ta’ qabel it-tlugħ mill-art, proċedura R/T, kollegament ma’ ATC - konformità |
f |
L-ipparkjar, it-tifi tal-magna u l-proċedura ta’ wara t-titjira |
TAQSIMA 2 — MANUVRI TITJIR WIEQAF, IT-TRATTAMENT AVVANZAT U ŻONI RISTRETTI |
|
a |
Tlugħ u nżul l-art (irfigħ u llandjar) |
b |
Taxi, taxi tat-titjir wieqaf |
c |
Titjir wieqaf b’riħ minn quddiem/mill-ġenb/minn wara |
d |
Dawriet f’titjir wieqaf, 360° lejn ix-xellug u l-lemin (dawriet fil-post) |
e |
Il-manuvri ta’ titjir wieqaf ‘il quddiem, la ġenba u lura |
f |
Ħsara fil-magna ssimulata mit-titjir wieqaf |
g |
Waqfiet rapidi fir-riħ u favur ir-riħ |
h |
Inżul u tlugħ mill-art, f’art inklinata/siti mhux imħejjija |
i |
Tlugħ (diversi profili) |
j |
Tlugħ bir-riħ mill-ġenb, favur ir-riħ (jekk ikun prattikabbli) |
k |
Tlugħ mill-art bil-massa tat-tlugħ massimu (attwali jew issimulat) |
l |
Avviċinamenti (profili differenti) |
m |
Tlugħ u nżul b’enerġija limitata |
n |
Awtorotazzjonijiet (l-FE jagħżel żewġ elementi minn — Dawriet bażiċi, fuq medda, b’veloċità baxxa u dawk ta’ 360°) |
o |
Inżul awtorotattiv |
p |
Prattika ta’ nżul ta’ emerġenza bl-irkupru tal-enerġija |
q |
Kontrolli tal-enerġija, it-teknika tal-istħarriġ, it-teknika tal-avviċinament u t-tluq |