02011R1178 — MT — 12.01.2021 — 015.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 311 25.11.2011, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 290/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012

  L 100

1

5.4.2012

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 70/2014 tas-27 ta’ Jannar 2014

  L 23

25

28.1.2014

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 245/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014

  L 74

33

14.3.2014

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/445 tas-17 ta' Marzu 2015

  L 74

1

18.3.2015

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/539 tas-6 ta' April 2016

  L 91

1

7.4.2016

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1065 tas-27 ta' Lulju 2018

  L 192

31

30.7.2018

►M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1119 tal-31 ta' Lulju 2018

  L 204

13

13.8.2018

►M8

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1974 tal-14 ta' Diċembru 2018

  L 326

1

20.12.2018

►M9

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/27 tad-19 ta' Diċembru 2018

  L 8

1

10.1.2019

►M10

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/430 tat-18 ta' Marzu 2019

  L 75

66

19.3.2019

►M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1747 tal-15 ta’ Ottubru 2019

  L 268

23

22.10.2019

►M12

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/359 tal-4 ta’ Marzu 2020

  L 67

82

5.3.2020

►M13

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020

  L 170

1

2.6.2020

►M14

IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2193 tas-16 ta’ Diċembru 2020

  L 434

13

23.12.2020




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1178/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



▼M12

Artikolu 1

Suġġett

1.  

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal:

(a) 

kwalifiki differenti għal-liċenzji tal-bdoti; il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji tal-bdoti; il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-liċenzji tal-bdoti; kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-bdoti eżistenti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjira f’liċenzji tal-bdoti;

(b) 

iċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni responsabbli biex jipprovdu taħriġ fit-titjir jew taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir, u biex jivvalutaw il-ħiliet tal-bdoti;

(c) 

ċertifikati mediċi differenti għall-bdoti; il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati mediċi; il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ ċertifikati mediċi kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ ċertifikati mediċi nazzjonali f’ċertifikati mediċi rikonoxxuti b’mod reċiproku;

(d) 

iċ-ċertifikazzjoni ta’ eżaminaturi ajrumediċi, kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom prattikanti mediċi ġeneralisti jistgħu jaġixxu bħala eżaminaturi ajrumediċi;

(e) 

il-valutazzjoni ajrumedika perjodika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll il-kwalifiki tal-persuni responsabbli minn din il-valutazzjoni;

(f) 

il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif ukoll il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(g) 

il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti, u taċ-ċentri ajrumediċi involuti fl-ikkwalifikar u fil-valutazzjoni ajrumedika tal-ekwipaġġ tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili;

(h) 

ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, u għall-organizzazzjonijiet li joperaw u li jużaw dak l-apparat;

(i) 

ir-rekwiżiti għall-amministrazzjoni u s-sistema tal-ġestjoni li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri, mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“EASA”), u mill-organizzazzjonijiet b’rabta mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h).

2.  
L-Artikoli 11b u 11c ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-Anness IV (Parti-MED), l-Anness VI (Parti-ARA), l-Anness VII (Parti-ORA) u l-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-bdoti tal-blalen tal-arja u tal-gliders.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“liċenzja skont il-Parti-FCL” tfisser liċenzja tal-ekwipaġġ tal-ajru li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I;

2. 

“JAR” tfisser rekwiżiti konġunti dwar l-avjazzjoni adottati mill-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni kif applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2009;

3. 

“Liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru żgħar (LAPL)” tfisser il-liċenzja ta’ bdot għal titjir rikreattiv imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

▼M11 —————

▼B

5. 

“Liċenzja mhux konformi mal-JAR” tfisser il-liċenzja ta’ bdot maħruġa jew rikonoxxuta minn Stat Membru f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u li ma tkunx ġiet irrakkomandata għal rikonoxximent reċiproku b'rabta mal-JAR rilevanti;

6. 

“Kreditu” tfisser ir-rikonoxximent ta’ esperjenza preċedenti jew kwalifiki;

7. 

“Rapport tal-kreditu” tfisser rapport li abbażi tiegħu tista' tiġi rikonoxxuta esperjenza preċedenti jew kwalifiki;

8. 

“Rapport dwar il-konverżjoni” tfisser rapport li abbażi tiegħu liċenzja tista' tiġi kkonvertita f'liċenzja skont il-Parti-FCL;

▼M11 —————

▼M1

11. 

“Membru tal-ekwipaġġ tal-kabina” tfisser membru tal-ekwipaġġ ikkwalifikat kif xieraq, għajr membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tekniku, li jkun assenjat minn operatur biex jaqdi kompiti marbutin mas-sikurezza tal-passiġġieri u mat-titjira matul l-operat;

12. 

“Ekwipaġġ tal-ajru” tfisser l-ekwipaġġ tat-titjira u l-ewkipaġġ tal-kabina;

▼M11 —————

▼M7

14. 

“mezzi aċċettabbli ta' konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija sabiex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;

15. 

“mezzi alternattivi ta' konformità (AltMOC)” tfisser dawk il-mezzi ta' konformità li jipproponu alternattiva għal AMC eżistenti jew dawk li jipproponu mezzi ġodda sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu li għalihom ma ġie adottat l-ebda AMC assoċjat mill-Aġenzija;

16. 

“organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO)” tfisser organizzazzjoni li tkun intitolata tipprovdi taħriġ għall-bdoti abbażi ta' approvazzjoni maħruġa skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10a(1);

17. 

“apparat bażiku għat-taħriġ fl-istrumenti (BITD)” tfisser apparat tat-taħriġ ibbażat fuq l-art għat-taħriġ ta' bdoti li jirrappreżenta l-post fiżiku ta' bdot student ta' klassi ta' ajruplani, li jista' juża pannelli tal-istrumenti bbażati fuq skrins u kontrolli tat-titjir li jittellgħu b'molla, u li jipprovdi pjattaforma ta' taħriġ għall-inqas għall-aspetti proċedurali tat-titjir bl-istrumenti;

18. 

“speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (CS)” tfisser standards tekniċi adottati mill-Aġenzija li jindikaw il-mezzi li jridu jintużaw minn organizzazzjoni għall-iskop ta' ċertifikazzjoni;

▼M12

19. 

“għalliem tat-titjir (FI)” tfisser għalliem bil-privileġġi li jipprovdi taħriġ f’inġenju tal-ajru, skont is-Subparti J tal-Anness I (il-Parti-FCL) ta’ dan ir-Regolament, is-Subparti FI tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395 ( 1 ), jew is-Subparti FI tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 ( 2 );

▼M7

20. 

“apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD)” tfisser apparat għat-taħriġ tal-bdoti li jkun:

(a) 

fil-każ tal-ajruplani, simulatur ta' titjira sħiħa (FFS), apparat għat-taħriġ fit-titjir (FTD), tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT) jew apparat bażiku għat-taħriġ fl-istrumenti (BITD);

(b) 

fil-każ tal-ħelikopters, simulatur ta' titjira sħiħa (FFS), apparat għat-taħriġ fit-titjir (FTD) jew tagħmir għat-taħriġ fil-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni (FNPT);

21. 

“kwalifika FSTD” tfisser il-livell ta' kapaċità teknika ta' FSTD; kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni marbuta mal-FSTD inkwistjoni;

22. 

“post prinċipali tan-negozju” ta' organizzazzjoni tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tal-organizzazzjoni li fih jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament;

▼M9

22a. 

“ARO.RAMP” tfisser is-Subparti RAMP tal-Anness II tar-Regolament dwar l-Operazzjonijiet tal-Ajru;

22b. 

“Ivvalidata awtomatikament” tfisser l-aċċettazzjoni, mingħajr ebda formalità, ta' liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira maħruġa minn Stat skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago minn Stat kontraenti tal-ICAO mniżżel fid-dokument mehmuż tal-ICAO;

22c. 

“dokument mehmuż tal-ICAO” tfisser dokument mehmuż ma' liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira vvalidata awtomatikament maħruġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago li jissemma fl-element XIII tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira;

▼M7

23. 

“gwida għat-test tal-kwalifika (QTG)” tfisser dokument stabbilit biex juri li l-prestazzjoni u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar ta' FSTD jirrappreżentaw dawk tal-inġenju tal-ajru, tal-klassi tal-ajruplan jew tat-tip ta' ħelikopter, simulat fil-limiti preskritti u li r-rekwiżiti applikabbli kollha ġew issodisfati. Il-QTG jinkludi kemm id-dejta tal-inġenju tal-ajru, il-klassi ta' ajruplan jew it-tip ta' ħelikopter kif ukoll id-dejta użata biex tissostanzja l-validazzjoni;

24. 

“organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO)” tfisser organizzazzjoni li tkun intitolata tipprovdi taħriġ għall-bdoti abbażi ta' dikjarazzjoni li tkun saret skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(1);

25. 

“programm ta' taħriġ tad-DTO” tfisser dokument stabbilit minn DTO, li jiddeskrivi fid-dettall il-kors ta' taħriġ ipprovdut minn dik id-DTO.

▼M3

Artikolu 3

Il-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti

1.  
Bla ħsara għall-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, il-bdoti tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) u l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness I u l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
2.  
Minkejja l-privileġġi tad-detenturi ta’ liċenzji kif definit fl-Anness I għal dan ir-Regolament, id-detenturi tal-liċenzji ta’ bdot maħruġa f’konformità mas-Subparti B jew C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu iwettqu t-titjiriet msemmija fl-Artikolu 6(4a) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għat-trasport ta’ passiġġieri jew l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet kummerċjali iddefinit fis-Subparti B jew C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 4

Il-liċenzji nazzjonali eżistenti tal-bdoti

▼M11 —————

▼B

2.  
Liċenzji mhux konformi mal-JAR, inklużi kwalunkwe klassifikazzjonijiet, ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u/jew kwalifiki assoċjati maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru qabel l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonvertiti f'liċenzji skont il-Parti-FCL mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja.
3.  

Liċenzji mhux konformi mal-JAR għandhom jiġu kkonvertiti f'liċenzji skont il-Parti-FCL u klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati skont:

(a) 

id-dispożizzjonijiet tal-Anness II; jew

(b) 

l-elementi stabbiliti fir-rapport dwar il-konverżjoni.

4.  

Ir-rapport ta’ konverżjoni għandu:

(a) 

jiġi stabbilit mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja ta’ bdot b'konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”);

(b) 

jiddeskrivi r-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-bdoti;

(c) 

jiddeskrivi l-firxa tal-privileġġi mogħtija lill-bdoti;

(d) 

jindika għal liema rekwiżiti fl-Anness I għandu jingħata l-kreditu;

(e) 

jindika kwalunkwe limitazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-liċenzji skont il-Parti-FCL u kwalunkwe rekwiżiti li l-bdot għandu jikkonforma magħhom sabiex jitneħħew dawk il-limitazzjonijiet.

5.  
Ir-rapport dwar il-konverżjoni għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji biex jagħtu prova tal-elementi stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 4, inklużi kopji tar-rekwiżiti u l-proċeduri nazzjonali rilevanti. Fl-iżvilupp tar-rapport dwar il-konverżjoni, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jippermettu lill-bdoti, sakemm ikun possibbli, iżommu l-firxa tal-attivitajiet attwali tagħhom.

▼M11

6.  
Minkejja l-paragrafu 3, id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur li jkollhom privileġġi b’rabta ma’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandu jkollhom dawk il-privileġġi kkonvertiti f’ċertifikat ta’ għalliem għall-klassifikazzjoni tat-tip jew ċertifikat ta’ eżaminatur għal ajruplani bi bdot wieħed.

▼M10

7.  

Stat Membru jista' jawtorizza lil bdoti studenti li jsegwu kors ta' taħriġ tal-LAPL biex jeżerċitaw privileġġi limitati mingħajr superviżjoni qabel ma jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-ħruġ ta' LAPL, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-ambitu tal-privileġġi għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza mwettqa mill-Istat Membru, filwaqt li jitqies l-ammont ta' taħriġ meħtieġ għall-livell maħsub ta' kompetenza ta' bdot li għandu jintlaħaq;

(b) 

il-privileġġi għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(i) 

it-territorju nazzjonali kollu, jew parti minnu, tal-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni;

(ii) 

l-inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni;

(iii) 

l-ajruplani u l-ħelikopters, it-tnejn bħala inġenju tal-ajru b'magna waħda bil-pistuni b'massa massima ta' tluq li ma taqbiżx l-2 000 kg, il-gliders u l-blalen tal-arja;

(c) 

għat-taħriġ imwettaq taħt l-awtorizzazzjoni, id-detentur ta' tali awtorizzazzjoni li japplika għall-ħruġ ta' LAPL għandu jirċievi krediti ddeterminati mill-Istat Membru abbażi ta' rakkomandazzjoni minn ATO jew DTO;

(d) 

l-Istat Membru għandu jressaq rapporti u valutazzjonijiet tar-riskji għas-sikurezza lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kull 3 snin;

(e) 

l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-użu tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa skont dan il-paragrafu sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta' sikurezza tal-avjazzjoni, u għandhom jieħdu azzjoni xierqa f'każ li jidentifikaw riskju miżjud għas-sikurezza jew xi tħassib ieħor tas-sikurezza.

▼M3

8.  

Sat- ►M12  8 ta’ Settembru 2021 ◄ , Stat Membru jista’ joħroġ awtorizzazzjoni biex bdot ikun jista' jeżerċita privileġġi limitati speċifikati biex itajjar ajruplani skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti qabel ma jkun ikkonforma mar-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-ħruġ ta’ kwalifika ta' tajran bl-istrumenti skont dan ir-Regolament, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru għandu joħroġ dawn l-awtorizzazzjonijiet biss meta jkun iġġustifikat minn bżonn lokali speċifiku li ma jkunx jista' jiġu ssodisfat mill-kwalifiki stabbiliti skont dan ir-Regolament;

(b) 

il-kamp ta' applikazzjoni tal-privileġġi mogħtija mill-awtorizzazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza mwettqa mill-Istat Membru, filwaqt li jitqies il-livell ta’ taħriġ meħtieġ għall-livell maħsub ta’ kompetenza li għandu jintlaħaq;

(c) 

il-privileġġi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu limitati għall-ispazju tal-ajru tat-territorju nazzjonali tal-Istat Membru jew partijiet minnu;

(d) 

l-awtorizzazzjoni għandha tingħata lill-applikanti li jkunu temmew taħriġ adegwat ma’ persuni kwalifikati li jħarrġu u li jkunu wrew il-kompetenzi meħtieġa lil eżaminatur ikkwalifikat, kif iddeterminat mill-Istat Membru;

(e) 

l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, l-EASA u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-ispeċifiċitajiet ta’ din l-awtorizzazzjoni, inklużi l-ġustifikazzjoni tagħha u l-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza;

(f) 

l-Istat Membru għandu jissorvelja l-attivitajiet assoċjati mal-awtorizzazzjoni biex jiżgura livell aċċettabbli ta’ sikurezza u jieħu azzjoni xierqa f’każ ta’ identifikazzjoni ta’ riskju akbar jew kwalunkwe tħassib dwar is-sikurezza;

(g) 

l-Istat Membru għandu jirrevedi l-aspetti tas-sikurezza tal-implimentazzjoni tal-awtorizzazzjoni u jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-8 ta' April 2017;

▼M6

9.  
Fil-każ ta' liċenzji maħruġin qabel id-19 ta' Awwissu 2018, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu ta' ARA.FCL.200(a), hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1065 ( 3 ), sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022.

▼M5

Artikolu 4a

Privileġġi tal-kwalifika ta' titjir bl-istrumenti tan--navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni

1.  
Il-bdoti jistgħu jtiru biss skont il-proċeduri tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) wara li jkunu ngħataw privileġġi PBN bħala approvazzjoni tal-kwalifika ta' titjir bl-istrumenti (“IR”) tagħhom.
2.  

Bdot għandu jingħata privileġġi PBN meta jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

il-bdot ikun lesta b'suċċess kors ta' għarfien teoriku inkluż dwar il-PBN, skont FCL.615 tal-Anness I (il-Parti-FCL);

(b) 

il-bdot jkun lesta b'suċċess taħriġ tat-titjir inkluż dwar il-PBN, skont FCL.615 tal-Anness I (il-Parti-FCL);

(c) 

il-bdot jkun lesta b'suċċess test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 7 tal-Anness I (il-Parti-FCL), jew inkella test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Anness I (il-Parti-FCL).

3.  
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b) għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta l-awtorità kompetenti tqis li l-kompetenza miksuba, permezz tat-taħriġ jew bil-familjarità mal-operazzjonijiet tal-PBN, hija ekwivalenti għall-kompetenza miksuba permezz tal-korsijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b), u l-bdot kapaċi juri din il-kompetenza għas-sodisfazzjon tal-eżaminatur fil-kontroll tal-profiċjenza jew fit-test tal-ħiliet imsemmi fil-paragrafu 2(c).
4.  
Fil-ġurnal abbord tal-bdot għandu jinżamm rekord tat-turija tal-kompetenza fil-PBN b'suċċess, wara li jitlesta t-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza msemmija fil-paragrafu 2(c), jew rekord ekwivalenti u ffirmat mill-eżaminatur li jkun wettaq it-test jew il-kontroll.
5.  
Bdoti IR mingħajr privileġġi PBN jistgħu jtiru biss f'rotot u approċċi li ma jeħtiġux il-privileġġi tal-PBN u l-ebda oġġett tal-PBN ma jkun meħtieġ għat-tiġdid tal-IR tagħhom sal-25 ta' Awwissu 2020; wara dik id-data, il-privileġġi PBN għandhom ikunu meħtieġa għal kull IR.

▼M8

Artikolu 4b

Taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament

1.  

It-taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament għandu jsir parti obbligatorja minn kors ta' taħriġ għal-liċenzja għal ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed (MPL), kors ta' taħriġ integrat għall-piloti tat-trasport tal-linji tal-ajru għall-ajruplani (ATP(A)), kors ta' taħriġ għal-liċenzja ta' pilota kummerċjali għall-ajruplani (CPL(A)) u korsijiet ta' taħriġ għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal:

(a) 

ajruplani b'pilota wieħed li jitħaddmu f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed;

(b) 

ajruplani kumplessi mhux ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed;

(c) 

ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed; jew

(d) 

ajruplani b'aktar minn pilota wieħed;

skont l-Anness I (il-Parti-FCL).

2.  

Għall-korsijiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 li jibdew qabel l-20 ta' Diċembru 2019 f'organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO), it-taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament m'għandux ikun obbligatorju sakemm:

(a) 

ikun tlesta kors ta' taħriġ CPL(A), ATP(A) jew MPL skont l-Anness I (il-Parti-FCL) u jkun tlesta t-test tal-aptitudni f'konformità mal-punti FCL.320 (CPL), FCL.620 (IR) jew FCL.415.A (MPL) tal-Anness I (il-Parti-FCL) sa mhux aktar tard mill-20 ta' Diċembru 2021; jew

(b) 

ikun tlesta kors ta' taħriġ għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għall-ajruplani skont l-Anness I (il-Parti-FCL) u jkun tlesta t-test tal-aptitudni f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (c) tal-punt FCL.725 tal-Anness I (il-Parti-FCL) ta' dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-20 ta' Diċembru 2021.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tista', fuq l-evalwazzjoni tagħha stess u skont rakkomandazzjoni minn ATO, tagħti kreditu għal kull taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament li jkun tlesta qabel l-20 ta' Diċembru 2019 u li jkun sar skont ir-rekwiżiti nazzjonali tat-taħriġ.

▼M12

Artikolu 4c

Miżura tranżizzjonali għad-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta

1.  

Sat-8 ta’ Settembru 2022 inkluż, id-detenturi ta’ kwalifika tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (“EIR”) kif stipulat fil-punt FCL.825 tal-Anness I (Parti-FCL) għandhom:

(a) 

ikunu intitolati li jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-EIR tagħhom;

(b) 

jirċievu rivalidazzjoni jew tiġdid tal-EIR tagħhom, skont il-punt FCL.825(g) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) ( 4 );

(c) 

ikunu intitolati li jirċievu kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti tat-taħriġ fil-punt FCL.835(c)(2)(i) u (ii) tal-Anness I (Parti-FCL), meta japplikaw għall-ħruġ ta’ kwalifika bażika tat-titjir bl-istrumenti (BIR) skont il-punt FCL.835 tal-Anness I (Parti-FCL); u

(d) 

jirċievu kreditu sħiħ kif stabbilit għad-detenturi ta’ EIR fl-Anness I (Parti-FCL).

2.  
Mit-8 ta’ Settembru 2021 ’il quddiem, il-korsijiet ta’ taħriġ għal EIR kif imsemmi fil-paragrafu 1 li jkunu bdew qabel dik id-data jistgħu jitkomplew, u għandhom jitqiesu bħala korsijiet ta’ taħriġ għal BIR. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-applikant, l-organizzazzjoni tat-taħriġ approvata responsabbli għall-kors ta’ taħriġ għal BIR għandha tiddetermina l-ammont ta’ taħriġ għal EIR li jrid jiġi kkreditat lejn il-ħruġ tal-BIR.
3.  
L-applikanti għal BIR li huma detenturi ta’ EIR jew li jkunu għaddew mill-eżami tal-għarfien teoriku għal EIR skont il-punt FCL.825(d) qabel it-8 ta’ Settembru 2021 għandhom jirċievu kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti għall-istruzzjoni tal-għarfien teoriku u l-eżami għall-BIR.

▼M11 —————

▼B

Artikolu 6

Il-konverżjoni tal-kwalifiki tat-testijiet tat-titjira

1.  
Il-bdoti li, qabel ma tibda tapplika dan ir-Regolament, ikunu wettqu testijiet tat-titjira tal- kategoriji 1 u 2 kif iddefiniti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ( 5 ), jew għallmu lil bdoti tat-testijiet tat-titjira, għandu jkollhom il-kwalifiki tagħhom tat-testijiet tat-titjira kkonvertiti fi klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, f’ċertifikati ta’ għalliem tat-testijiet tat-titjira mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-kwalifiki tat-testijiet tat-titjira.
2.  
Din il-konverżjoni għandha ssir skont l-elementi stabbiliti f'rapport dwar il-konverżjoni li jkun jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(4) u (5).

Artikolu 7

Il-liċenzji nazzjonali eżistenti tal-inġiniera tat-titjira

1.  
Sabiex jiġu kkonvertiti l-liċenzji tal-inġiniera tat-titjira, maħruġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, f'liċenzji skont il-Parti-FCL, id-detenturi għandhom japplikaw għand l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja.
2.  
Il-liċenzji tal-inġiniera tat-titjira għandhom jiġu kkonvertiti f'liċenzji skont il-Parti-FCL, b'konformità ma’ rapport dwar il-konverżjoni li jkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(4) u (5).
3.  
Meta ssir applikazzjoni għal liċenzja ta’ bdot tal-linji tal-ajru (ATPL) għall-ajruplani, id-dispożizzjonijiet dwar il-kreditu fl-FCL.510.A(c)(2) tal-Anness I għandhom jiġu osservati.

▼M13 —————

▼B

Artikolu 9

Kreditu għal taħriġ mibdi qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

▼M11

1.  
Rigward il-ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-FCL f’konformità mal-Anness I, taħriġ mibdi qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni, taħt is-sorveljanza regolatorja tal-Istat Membru rrakkomandat għal rikonoxximent reċiproku fis-sistema tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni b’rabta mal-JARs rilevanti, għandu jingħata kreditu sħiħ sakemm it-taħriġ u t-testijiet ikunu ġew ikkompletati mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2016 u liċenzja skont il-Parti-FCL tinħareġ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2020.

▼B

2.  
It-taħriġ mibdi qabel ma tibda tapplika dan ir-Regolament skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago għandu jingħata kreditu għall-fini ta’ ħruġ ta’ liċenzji skont il-Parti-FCL abbażi ta’ rapport tal-kreditu stabbilit mill-Istat Membru b'konsultazzjoni mal-Aġenzija.
3.  
Ir-rapport tal-kreditu għandu jiddeskrivi l-firxa tat-taħriġ, jindika għal liema rekwiżiti tal-liċenzji skont il-Parti-FCL ikun qiegħed jingħata kreditu u, jekk ikun applikabbli, ma’ liema rekwiżiti l-applikanti għandhom jikkonformaw sabiex tingħatalhom il-liċenzja skont il-Parti-FCL. Dan għandu jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji li juru l-firxa tat-taħriġ u tar-regolamenti u l-proċeduri nazzjonali li skonthom ikun inbeda it-taħriġ.

▼M2

Artikolu 9a

It-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip u d-dejta tal-adegwatezza operattiva

1.  
Fejn l-Annessi ta’ dan ir-Regolament jagħmlu referenza għad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, u dik id-dejta ma tkunx disponibbli għall-inġenji tal-ajru tat-tip rilevanti, l-applikant għal kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 biss.
2.  
Il-korsijiet tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip approvati qabel l-approvazzjoni tas-sillabu minimu tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip ta’ bdoti fid-dejta tal-adegwatezza operattiva għat-tip rilevanti ta’ inġenji tal-ajru f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom jinkludu l-elementi mandatorji tat-taħriġ mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2017, jew fi żmien sentejn wara li d-dejta tal-adegwatezza operattiva ġiet approvata, skont liema minnhom taħbat l-aħħar.

▼B

Artikolu 10

Kreditu għal liċenzji tal-bdoti miksuba matul is-servizz militari

1.  
Sabiex id-detenturi ta’ liċenzji tal-ekwipaġġ tat-titjir militari jiksbu liċenzji skont il-Parti-FCL, għandhom japplikaw fl-Istat Membru fejn ikunu għamlu s-servizz militari.
2.  
L-għarfien, l-esperjenza u l-ħiliet miksuba fis-servizz militari għandhom jingħataw kreditu għall-fini tar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I skont l-elementi ta’ rapport tal-kreditu stabbiliti mill-Istat Membru b'konsultazzjoni mal-Aġenzija.
3.  

Ir-rapport tal-kreditu għandu:

(a) 

jiddeskrivi r-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom ikunu nħarġu l-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet, iċ-ċertifikati, l-awtorizzazzjonijiet u/jew il-kwalifiki militari;

(b) 

jiddeskrivi l-firxa tal-privileġġi mogħtija lill-bdoti;

(c) 

jindika għal liema rekwiżiti tal-Anness I għandu jingħata kreditu;

(d) 

jindika kwalunke limitazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-liċenzji skont il-Parti-FCL u jindika kwalunkwe rekwiżiti li l-bdoti għandhom jikkonformaw magħhom biex jitneħħew dawk il-limitazzjonijiet;

(e) 

jinkludi kopji tad-dokumenti kollha neċessarji biex jagħtu prova tal-elementi msemmija hawn fuq, akkumpanjati b'kopji tar-rekwiżiti u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.

▼M1

Artikolu 10a

Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-bdoti

▼M11

1.  

Skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu intitolati jipprovdu taħriġ għall-bdoti involuti fit-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) 2018/1139 biss meta dawk l-organizzazzjonijiet tkun inħarġitilhom approvazzjoni mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-rekwiżiti tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet li għandhom il-post ta’ negozju ewlieni tagħhom fi Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jipprovdu t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament mingħajr tali approvazzjoni fit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali meta dawn ikunu għamlu dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punt DTO.GEN.115 ta’ dak l-Anness u, meta dan ikun meħtieġ skont il-punt DTO.GEN.230(c) ta’ dak l-Anness, l-awtorità kompetenti tkun approvat il-programm tat-taħriġ.

▼M11 —————

▼M5

5.  
L-organizzazzjoni tat-taħriġ tal-bdoti għandhom jiżguraw li l-korsijiet tat-taħriġ IR li jorrfu jkunu jinkludu l-privileġġi PBN f'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti FCL) sa mhux aktar tard mill-25 ta' Awwissu 2020.

▼M1

Artikolu 10b

Apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir

1.  
L-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTDs - “Flight simulation training devices”) użat għat-taħriġ, għall-ittestjar u l-ivverifikar tal-bdoti, bl-eċċezzjoni tal-apparat ta’ taħriġ tal-iżvilupp użat għat-taħriġ ta’ titjir bi prova, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi VI u VII, u għandu jkun ikkwalifikat.

▼M11 —————

▼M1

Artikolu 10c

Ċentri ajrumediċi

1.  
Iċ-ċentru ajrumediċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u mal-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi VI u VII, u għandhom ikunu ċċertifikati.

▼M11 —————

▼B

Artikolu 11

Is-saħħa medika tal-ekwipaġġ tal-kabina

1.  
Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti fit-tħaddim tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness IV.

▼M11 —————

▼M1

Artikolu 11a

Il-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-kabina u attestazzjonijiet relatati

1.  
Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, involuti fit-titjiriet kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, għandhom ikunu kkwalifikati, u għandu jkollhom l-attestazzjoni relatata skont ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stipulati fl-Annessi V u VI.

▼M11 —————

▼M1

4.  

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti f’titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament:

(a) 

għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tat-taħriġ tal-bidu tal-Anness V jekk ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-taħriġ, tal-ivverifikar u tar-reċentezza tal-JARs għat-trasport kummerċjali bl-ajru bil-ħelikopters; jew

(b) 

jekk ma jkunux konformi mar-rekwiżiti applikabbli tat-taħriġ, tal-ivverifikar u tar-reċentezza tal-JARs għat-trasport kummerċjali bl-ajru bil-ħelikopters, għandhom ilestu t-taħriġ u l-ivverifikar kollu rilevanti meħtieġ biex joperaw bil-ħelikopter(s), għajr it-taħriġ tal-bidu, qabel ma jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament; jew

(c) 

jekk ma jkunux ilhom iktar minn 5 snin joperaw titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters, għandhom ilestu l-kors tat-taħriġ tal-bidu u għandhom jgħaddu mill-eżami relatat kif meħtieġ fl-Anness V qabel ma jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.

5.  
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2, l-attestazzjonijiet tal-ewkipaġġ tal-kabina konformi mal-format stipulat fl-Anness VI għandhom jinħarġu lill-membri kollha tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti fit-titjiriet kummerċjali bil-ħelikopters sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2013.

Artikolu 11b

Kapaċitajiet ta’ sorveljanza

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru entità waħda jew aktar bħala l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru, bis-setgħat u r-responsabbiltajiet allokati meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet, soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.
2.  

Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti:

(a) 

l-oqsma ta’ kompetenza ta’ kull awtorità kompetenti għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar f’termini ta’ responsabbiltajiet u limitazzjoni ġeografika;

(b) 

għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, fil-mandati rispettivi tagħhom.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità(jiet) kompetenti jkollha/jkollhom il-kapaċità meħtieġa biex tiżgura/jiżguraw is-sorveljanza tal-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha koperti bil-programm ta’ sorveljanza tagħhom, inklużi r-riżorsi biżżejjed biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtorità kompetenti ma jeżerċitax attivitajiet ta’ sorveljenza meta jkun hemm evidenza li dan jista’, direttament jew indirettament, iwassal għal kunflitt ta’ interess, b’mod partikulari meta dawn ikunu relatati ma’ interessi familjari jew finanzjarji.
5.  

Il-persunal awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ superviżjoni għandu jkollu s-setgħa li jeżerċita mill-inqas il-kompiti li ġejjin:

(a) 

jeżamina rekords, dejta, proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompitu ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza;

(b) 

jagħmel kopji ta’ jew jieħu siltiet minn tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;

(c) 

jitlob għal spjegazzjoni verbali fuq il-post;

(d) 

jidħol f’bini, siti tal-operat jew mezzi ta’ trasport relevanti;

(e) 

iwettaq awditjar, investigazzjonijiet, verifiki, spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u spezzjonijiet mhux avżati minn qabel; u

(f) 

jadotta jew jibda miżuri ta’ infurzar kif ikun xieraq.

6.  
Il-kompiti taħt il-paragrafu 5 għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru rilevanti.

▼M12

Artikolu 11c

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom:

(a) 

jittrasferixxu lill-EASA, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2021, ir-rekords kollha marbutin mas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għal-liċenzji tal-bdoti skont ir-Regolament (UE) 2018/395 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976, u li għalihom l-EASA hija l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(b) 

jikkonkludu, b’koordinazzjoni mal-EASA, il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni mibdija qabel it-8 ta’ April 2020, u joħorġu ċ-ċertifikat; wara dan, l-EASA terfa’ r-responsabbiltajiet kollha tagħha bħala awtorità kompetenti għal dawk l-organizzazzjonijiet iċċertifikati.

▼B

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-8 ta’ April 2012.

▼M11 —————

▼M12 —————

▼M11 —————

▼M8

4.  
B'deroga mill-paragrafu 1, sal- ►M14  20 ta’ Ġunju 2022 ◄ l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-piloti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz li jkun involut fl-operat mhux kummerċjali ta' inġenji tal-ajru kif speċifikat fl-Artikolu 2(1)(b), il-punti (i) jew (ii), tar-Regolament (UE) 2018/1139. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawk id-deċiżjonijiet.

▼M11 —————

▼M11

7.  
Meta Stat Membru jagħmel użu mir-rekwiżiti tal-paragrafi 2a u 4, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Din in-notifika għandha tiddeskrivi r-raġunijiet għal tali deroga kif ukoll il-programm tal-implimentazzjoni bl-azzjonijiet previsti u l-iskedar relatat tagħhom.

▼M8

8.  
B'deroga mill-paragrafu 1, il-punt FCL.315.A, it-tieni sentenza tal-paragrafu (a) tal-punt FCL.410.A u l-paragrafu (c) tal-punt FCL.725.A tal-Anness I (il-Parti-FCL) għandhom japplikaw mill-20 ta' Diċembru 2019.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

[PARTI-FCL]

SUBPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

FCL.001    L-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorità, maħtura mill-Istat Membru, li lilha jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ bdot jew klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati.

FCL.005    Kamp ta’ applikazzjoni

Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ bdot u klassifikazzjonijiet u ċertifikati assoċjati u l-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom.

FCL.010    Definizzjonijiet

▼M8

Għall-finijiet ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M8

“Aċċessibbli” tfisser li apparat jista' jintuża minn dawn li ġejjin:
— 
organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO), li bl-approvazzjoni tagħha jkun qed isir kors ta' taħriġ għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip; jew
— 
l-eżaminatur li jkun qed iwettaq il-valutazzjoni tal-kompetenza, it-test tal-aptitudni jew il-kontroll tal-profiċjenza għall-għan ta' valutazzjoni, ittestjar jew iċċekkjar.

▼M8

“Titjira ajrubatika” tfisser manuvra intenzjonali li tinvolvi bidla f'daqqa fil-pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru, pożizzjonament anormali, jew aċċellerazzjoni anormali, mhux meħtieġa għal titjir normali jew għal tagħlim għal liċenzji, ċertifikati jew klassifikazzjonijiet għajr il-klassifikazzjoni ajrubatika.

▼B

“Ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi li jaħdem bil-magna, li huwa itqal mill-ajru u li jżomm fl-ajru permezz tar-reazzjoni dinamika tal-arja mal-ġwienaħ tiegħu.
“Ajruplan li għandu jitħaddem b'kopilota” tfisser tip ta’ ajruplan li għandu jitħaddem b'kopilota kif speċifikat fil-manwal tat-titjira jew fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru.

▼M8

“Taħriġ għall-prevenzjoni tal-instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament tal-ajruplan (UPRT)” tfisser taħriġ li jikkonsisti minn:
— 
taħriġ għall-prevenzjoni tal-instabbiltà tal-ajruplan: kombinament ta' għarfien teoretiku u ta' taħriġ fit-titjir bl-għan li l-ekwipaġġ tat-titjira jingħata l-kompetenzi meħtieġa biex jevita episodji ta' instabbiltà tal-ajruplan; kif ukoll
— 
taħriġ għall-irkuprar tal-pożizzjonament tal-ajruplan waqt instabbiltà: kombinament ta' għarfien teoretiku u ta' taħriġ fit-titjir bl-għan li l-ekwipaġġ tat-titjira jingħata l-kompetenzi meħtieġa biex jirkupra l-pożizzjonament f'każ ta' episodji ta' instabbiltà tal-ajruplan.

▼B

“Inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe magna li tista' tiġi sostnuta fl-atmosfera permezz tar- reazzjonijiet tal-arja li ma jkunux ir-reazzjonijiet tal-arja mas-superfiċje tad-dinja.
“Ħila fit-titjir” tfisser l-użu konsistenti ta’ ġudizzju tajjeb u għarfien, ħiliet u attitudnijiet żviluppati sew sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-titjira.

▼M12

“Airship” tfisser inġenju tal-ajru bil-magna li huwa eħfef mill-arja, bl-eċċezzjoni ta’ airships li jaħdmu b’arja sħuna, li huma kkunsidrati bħala blalen tal-arja skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395.

▼M8

“FSTD disponibbli” tfisser kull apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD) li huwa liberu biex jintuża mill-operatur tal-FSTD jew mill-klijent irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni ta' ħin.

▼M5

“Operazzjoni angulari” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bi strument li fiha l-massimu tollerabbli ta' żball/devjazzjoni mit-trajettorja ppjanata huwa espress bid-diflessjoni tal-labar tal-Indikatur tad-Devjazzjoni tar-Rotta (CDI) jew apparat tal-wiri ekwivalenti fil-kokpit.

▼M11

“Valutazzjoni tal-kompetenza” tfisser il-wiri tal-ħiliet, l-għarfien u l-attitudni għall-ħruġ inizjali, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur.

▼B

“Ballun tal-arja” tfisser inġenju tal-ajru mhux bil-magna li huwa eħfef mill-ajru u li jtir permezz tal-gass jew ta’ sistema ta’ tisħin fl-ajru. Għall-finijiet ta’ din il-Parti, airship li jaħdem b'arja sħuna, għalkemm bil-magna, huwa meqjus ukoll bħala ballun tal-arja.

▼M7 —————

▼B

“Kategorija tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-kategorizzazzjoni ta’ inġenju tal-ajru skont karatteristiċi bażiċi speċifikati, pereżempju ajruplan, powered-lift, ħelikopter, airship, glider, ballun tal-arja ħieles.
“Klassi ta’ ajruplan” tfisser kategorizzazzjoni ta’ ajruplani bi bdot wieħed li ma jeħtiġux klassifikazzjoni tat-tip.

▼M12 —————

▼B

“Trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser it-trasport ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta b'remunerazzjoni jew kiri.
“Kompetenza” tfisser taħlita ta’ ħiliet, għarfien u attitudni li huma meħtieġa biex jitwettaq kompitu skont l-istandard preskritt.
“Element ta’ kompetenza” tfisser azzjoni li tikkostitwixxi kompitu b'avveniment li jiskattah u avveniment li jitterminah, li jiddefinixxi b'mod ċar il-limiti tiegħu, u riżultat osservabbli.
“Unità ta’ kompetenza” tfisser funzjoni diskreta li tikkonsisti f'għadd ta’ elementi ta’ kompetenza.
“Kopilota” tfisser bdot li ma jaħdimx bħala l-bdot kmandant, fuq inġenju tal-ajru li jirrikjedi aktar minn bdot wieħed, iżda teskludi l-bdot li jkun abbord l-inġenju tal-ajru unikament biex jingħata tagħlim fit-titjir għal liċenzja jew klassifikazzjoni.
“Cross-country” tfisser titjira bejn punt tat-tluq u punt tal-wasla li ssegwi rotta ppjanata minn qabel, permezz ta’ proċeduri standard ta’ navigazzjoni.
“Kopilota għal cruise relief” tfisser bdot li jserraħ lill-kopilota mid-dmirijiet tiegħu fil-kmand waqt il-fażi ta’ cruise ta’ titjira f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed 'il fuq minn FL 200.
“Ħin ta’ tagħlim doppju” tfisser ħin ta’ titjir jew ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art li matulu persuna tingħata tagħlim fit-titjir minn għalliem awtorizzat.
“Żball” tfisser azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni mwettqa mill-ekwipaġġ tat-titjira li twassal għal devjazzjonijiet mill-intenzjonijiet jew l-aspettattivi organizzattivi jew tat-titjira.
“Ġestjoni ta’ żball” tfisser il-proċess tal-identifikazzjoni ta’ żbalji u r-reazzjoni għalihom permezz ta’ kontromiżuri li jnaqqsu jew jeliminaw il-konsegwenzi tal-iżbalji, u jtaffu l-probabbiltà tal-iżbalji jew stati mhux mixtieqa tal-inġenju tal-ajru.
“Simulatur ta’ Titjira Sħiħa” (FFS - Full Flight Simulator) tfisser replika fuq skala reali tat-tip, il-mudell u s-serje speċifiċi ta’ kabina tal-pilota, inklużi l-assemblaġġ tat-tagħmir u l-programmi informatiċi kollha meħtieġa biex jirrappreżentaw l-inġenju tal-ajru waqt operazzjonijiet fuq l-art u fl-ajru, sistema viżiva li tipprovdi veduta ta’ barra mill-kabina, u sistema ta’ riproduzzjoni tal-movimenti.

▼M12

“Ħin ta’ titjir”:
għal ajruplani, touring motor gliders u inġenji tal-ajru powered-lift, tfisser il-ħin totali mill-mument meta inġenju tal-ajru jibda jiċċaqlaq sabiex jinqata’ mill-art sal-mument meta finalment jieqaf fi tmiem it-titjira;
għal ħelikopters, tfisser il-ħin totali minn meta l-iskrejjen tal-ħelikopter jibdew iduru sakemm il-ħelikopter finalment jieqaf fi tmiem it-titjira, u jitwaqqfu l-iskrejjen;
għal airships, tfisser il-ħin totali minn meta l-airship jinħall minn mal-arblu biex jinqata’ mill-art sa meta l-airship finalment jieqaf fi tmiem it-titjira, u jintrabat mal-arblu.

▼B

“Ħin ta’ Titjir skont ir-Regoli ta’ Titjir bl-Istrumenti” (IFR - Instrument Flight Rules) tfisser il-ħin kollu ta’ titjir li matulu l-inġenju tal-ajru jitħaddem skont ir-Regoli ta’ Titjir bl-Istrumenti.
“Apparat tat-Taħriġ fit-Titjir” (FTD - Flight Training Device) tfisser replika fuq skala reali tal-istrumenti, it-tagħmir, il-panewijiet u l-kontrolli ta’ tip speċifiku ta’ inġenju tal-ajru f'żona ta’ kabina tal-pilota miftuħa jew magħluqa fuq inġenju tal-ajru, inklużi l-assemblaġġ tat-tagħmir u l-programmi informatiċi meħtieġa biex jirrappreżentaw l-inġenju tal-arju f'kundizzjonijiet fuq l-art u fl-ajru skont is-sistemi installati fl-apparat. Dan ma jeħtieġx sistema ta’ riproduzzjoni tal-movimenti jew sistema viżiva, minbarra fil-każ tal-livelli FTD 2 u 3 tal-ħelikopters, fejn ikunu meħtieġa sistemi viżivi.
“Għalliem għal Taħriġ fi Proċeduri ta’ Titjir u Navigazzjoni” (FNPT - Flight and Navigation Procedures Trainer) tfisser apparat ta’ taħriġ li jirrappreżenta l-ambjent tal-kabina tal-pilota, inklużi l-assemblaġġ ta’ tagħmir u programmi tal-kompjuter meħtieġa biex jirrappreżentaw tip jew klassi ta’ inġenju tal-ajru f'operazzjonijiet ta’ titjiriet sal-punt li s-sistemi jidhru li jiffunzjonaw bħal f'inġenju tal-ajru.

▼M11

“Imtajra biss b’referenza għall-istrumenti” tfisser li l-bdoti jtajru l-inġenju tal-ajru mingħajr ebda referenza viżwali esterna, f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument simulati jew reali (IMC).

▼M12 —————

▼B

“Ħelikopter” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-ajru u li primarjament iżomm fl-ajru permezz tar-reazzjonijiet tal-arja fuq skrun b'mutur wieħed jew aktar fuq assi sostanzjalment vertikali.
“Ħin ta’ titjir bl-istrumenti” tfisser il-ħin li matulu l-bdot jikkontrolla inġenju tal-ajru waqt it-titjira permezz ta’ strumenti biss.
“Ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art” tfisser il-ħin li matulu l-bdot jingħata tagħlim fit-titjir bl-istrumenti simulat, f'apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTD - Flight Simulation Training Devices).
“Ħin ta’ titjir bl-istrumenti” tfisser ħin ta’ titjir bl-istrumenti jew ħin bl-istrumenti fuq l-art.

▼M5

“Operazzjoni Lineari” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bi strument li fiha l-massimu tollerabbli ta' żball/devjazzjoni mit-trajettorja ppjanata huwa espress f'unitajiet ta' tul, pereżempju mil nawtiku, għal devjazzjoni perpendikolari laterali.

▼M11

“Titjir f’linja taħt superviżjoni” (LIFUS) tfisser titjir f’linja wara kors ta’ taħriġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħin ta’ titjir żero approvat jew it-titjir f’linja meħtieġ minn rapport dwar id-data tal-adegwatezza operattiva (OSD).

▼M5

“LNAV” tfisser Navigazzjoni Laterali.
“LPV” tfisser l-Prestazzjoni tal-Lokalizzatur bi Gwida Vertikali.

▼B

“Operazzjoni b'aktar minn bdot wieħed”:
għal ajruplani, tfisser operazzjoni li tirrikjedi mill-inqas 2 bdoti b'kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed f'ajruplani b'aktar minn bdot wieħed jew bi bdot wieħed;
għal ħelikopters, tfisser operazzjoni li tirrikjedi mill-inqas 2 bdoti b'kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed.
“Kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed” (MCC - Multi-Crew Cooperation) tfisser il-funzjonament ta’ ekwipaġġ ta’ titjira bħala tim ta’ membri li jikkoperaw bejniethom, immexxija mill-bdot kmandant.
“Inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed”:
għal ajruplani, tfisser ajruplani ċċertifikati biex jaħdmu b'ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti;
għal ħelikopters, airships u inġenji tal-ajru ta’ powered-lift, tfisser it-tip ta’ inġenji tal-ajru li għandu jitħaddem b'kopilota kif speċifikat fil-manwal tat-titjira jew skont iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru jew dokument ekwivalenti.

▼M11

“Lejl” tfisser il-perjodu bejn it-tmiem tal-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu jew tali perjodu ieħor bejn tlugħ ix-xemx u nżul ix-xemx kif jista’ jiġi preskritt mill-awtorità xierqa.

▼M11

“OSD” tfisser id-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

▼M11

“Apparat ieħor ta’ taħriġ” (OTD) tfisser għajnuniet ta’ taħriġ li mhumiex FSTDs li jipprovdu mezz ta’ taħrig meta ma jkunx meħtieġ ambjent komplut ta’ kabina tal-bdot.

▼M5

“Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (PBN)” tfisser navigazzjoni taż-żona bbażata fuq rekwiżiti ta' prestazzjoni għal inġenji tal-ajru li joperaw fuq rotta ATS, fuq proċedura ta' avviċinament bl-istrumenti jew fi spazju tal-ajru ddeżinjat.

▼B

“Kriterji ta’ eżekuzzjoni” tfisser dikjarazzjoni ta’ evalwazzjoni sempliċi dwar ir-riżultat meħtieġ tal-element ta’ kompetenza u deskrizzjoni tal-kriterji użati biex jiġi evalwat jekk il-livell meħtieġ tal-eżekuzzjoni jkunx intlaħaq.
“Bdot kmandant” (PIC - Pilot-in-command) tfisser il-bdot maħtur bħala kmandant u bil-kompitu li jwettaq titjira sigura.
“Bdot kmandant taħt sorveljanza” (PICUS - Pilot-in-command under supervision) tfisser kopilota li, taħt is-sorveljanza tal-bdot kmandant, iwettaq id-dmirjiet u l-funzjonijiet ta’ bdot kmandant.
“Inġenju tal-ajru ta’ powered-lift” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li jwettaq refgħa vertikali u propulsjoni/refgħa waqt it-titjir minn skrejjen ġeometriċi varjabbli jew magni/tagħmir ta’ propulsoni mwaħħla jew fil-qafas tal-ajruplan jew fil-ġwienaħ.

▼M12

“Glider bil-mutur” tfisser glider mgħammar b’magna waħda jew aktar li, meta l-magni ma jkunux qed jaħdmu, ikollu l-karatteristiċi ta’ glider.

▼B

“Bdot privat” tfisser bdot li għandu liċenzja li timpedixxi l-pilotaġġ ta’ inġenju tal-ajru f'operazzjonijiet li għalihom tingħata remunerazzjoni, esklużi l-attivitajiet ta’ tagħlim jew eżaminazzjoni, kif stabbilit f'din il-Parti.

▼M11

“Kontroll tal-profiċjenza” tfisser il-wiri ta’ kompetenza biex jiġu vvalidati mill-ġdid jew imġedda l-klassifikazzjonijiet jew il-privileġġi, u dan jinkludi kwalunkwe eżami orali li jista’ jkun meħtieġ.

▼B

“Tiġdid” (pereżempju ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat) tfisser l-azzjoni amministrattiva mwettqa wara li jiskadu klassifikazzjoni jew ċertifikat għall-finijiet tat-tiġdid tal-privileġġi tal-klassifikazzjoni jew ċertifikat għal perjodu speċifiku ulterjuri wara li jiġu sodisfatti rekwiżiti speċifiċi.
“Validazzjoni mill-ġdid” (pereżempju ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat) tfisser l-azzjoni amministrattiva mwettqa fil-perjodu ta’ validità ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat li jippermetti li l-utent ikompli jeżerċita l-privileġġi ta’ klassifikazzjoni jew ċertifikat għal perjodu speċifiku ulterjuri wara li jiġu sodisfatti rekwiżiti speċifiċi.

▼M5

“RNP APCH” tfisser speċifikazzjoni tal-PBN użata għal operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti.
“Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LNAV” tfisser operazzjoni 2D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha l-gwida laterali hija bbażata fuq lokalizzazzjoni GNSS.
“Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LNAV/VNAV” tfisser operazzjoni 3D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha l-gwida laterali hija bbażata fuq lokalizzazzjoni GNSS u li l-gwida vertikali hija pprovduta mill-funzjoni Baro VNAV jew mil-lokalizzazzjoni GNSS inkluż SBAS.
“Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LPV” tfisser operazzjoni 3D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha kemm il-gwida laterali u dik vertikali huma bbażati fuq lokalizzazzjoni GNSS inkluż SBAS.
“RNP AR APCH” tfisser speċifikazzjoni tan-navigazzjoni użata għal operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti li jeħtieġu approvazzjoni speċifika.

▼B

“Settur tar-rotta” tfisser titjira li tinkludi l-fażijiet tat-tlugħ, it-tluq, tajran ta’ mhux inqas minn 15-il minuta, il-wasla, l-avviċinament u l-inżul.
“Glider” tfisser inġenju tal-ajru itqal mill-ajru li jżomm fl-ajru permezz tar-reazzjoni dinamika tal-arja mas-superfiċji fissi tar-refgħa tiegħu, li t-titjir ħieles tiegħu ma jiddependix minn magna.
“Inġenju tal-ajru bi bdot wieħed” tfisser inġenju tal-ajru ċċertifikat biex jaħdem bi bdot wieħed.
“Test tal-ħiliet” tfisser il-wiri ta’ ħiliet b'rabta ma’ liċenzja jew klassifikazzjoni, inkluż kwalunkwe eżami orali li jista' jkun meħtieġ.
“Ħin ta’ titjir bi bdot wieħed” tfisser ħin ta’ titjir li matulu l-bdot student ikun l-uniku okkupant ta’ inġenju tal-ajru.
“Bdot kmandant student” (SPIC - Student pilot-in-command) tfisser bdot student li jaġixxi bħala bdot kmandant f'titjira b'għalliem fejn dan tal-aħħar josserva biss lill-bdot student u la jinfluwenza u lanqas jikkontrolla t-titjira tal-inġenju tal-ajru.
“Theddida” tfisser avvenimenti jew żbalji li jseħħu barra mill-influwenza tal-ekwipaġġ tat-titjira, iżidu l-kumplessità operattiva, u li għandhom jiġu mmaniġjati sabiex jinżamm il-marġni tas-sikurezza.
“Ġestjoni tat-theddida” tfisser il-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ theddidiet u r-reazzjoni għalihom permezz ta’ kontromiżuri li jnaqqsu jew jeliminaw il-konsegwenzi tat-theddid, u jtaffu l-probabbiltà ta’ żbalji jew stati mhux mixtieqa tal-inġenju tal-ajru.

▼M5

“Operazzjoni ta' approċċ bl-istrumenti tridimensjonali (3D)” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti li tuża gwida tan-navigazzjoni laterali u vertikali.

▼M12

“Touring motor glider (TMG)” tfisser, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor wara l-proċess ta’ ċertifikazzjoni skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, klassi speċifika ta’ gliders bil-mutur li jkollhom magna mgħammra b’mod integrali li ma tistax titreġġa’ lura u skrun li ma jistax jitreġġa’ lura. Għandu jkun kapaċi jagħmel tlugħ mill-art u fl-ajru bil-qawwa tal-magna tiegħu skont il-manwal tat-titjir tiegħu.

▼M5

“Operazzjoni ta' approċċ bl-istrumenti bidimensjonali (2D)” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti li tuża gwida tan-navigazzjoni laterali biss.

▼B

“Tip ta’ inġenju tal-ajru” tfisser kategorizzazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li jeħtieġ klassifikazzjoni tat-tip kif stabbilit fid-dejta dwar l-adegwatezza operattiva stabbilita f'konformità mal-Parti 21, u li jinkludi l-inġenju tal-ajru kollu tal-istess disinn bażiku, inkluż it-tibdil kollu tiegħu, għajr dawk li jirriżultaw f'bidla fil-karatteristiċi tal-ġestjoni u tat-titjira.

▼M11

“Lista tal-klassifikazzjoni tat-tip u tal-approvazzjoni tal-liċenzja” tfisser lista ppubblikata mill-Aġenzija bbażata fuq ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-OSD u li tinkludi klassijiet ta’ ajruplani u tipi ta’ inġenji tal-ajru għall-iskop ta’ liċenzjar tal-ekwipaġġi tat-titjir.

▼M5

“VNAV” tfisser Navigazzjoni Vertikali.

▼M14

“Operatur ta’ taħriġ ibbażat fuq l-evidenza (EBT)” tfisser organizzazzjoni li għandha ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) skont l-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u li implimentat programm tal-EBT approvat mill-awtorità kompetenti, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.
“Valutazzjoni prattika tal-EBT” tfisser metodu għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni li jservi biex tiġi vverifikata l-prestazzjoni integrata tal-kompetenzi. Dan iseħħ jew f’ambjent simulat jew f’ambjent operattiv.
“Programm tal-EBT” tfisser programm ta’ valutazzjoni u taħriġ tal-bdot skont il-punt ORO.FC.231 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.
“Programm tal-EBT imħallat” tfisser programm ta’ taħriġ rikorrenti u kontrolli regolari ta’ operatur previst fil-punt ORO.FC.230 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li porzjon minnu huwa ddedikat għall-applikazzjoni tal-EBT iżda li ma jiħux post il-kontrolli tal-profiċjenza previsti fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness.

▼M3

FCL.015    Applikazzjoni u ħruġ, rivalidazzjoni u tiġdid ta' liċenzji, kwalifiki u ċertifikati

▼M12

(a)

Applikazzjoni għall-ħruġ, għar-rivalidazzjoni jew għat-tiġdid tal-liċenzji tal-bdoti u kwalifiki u ċertifikati assoċjati, kif ukoll kull emenda għalihom, għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti b’mod u manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-applikanti jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat, kif ukoll kwalifiki jew approvazzjonijiet assoċjati, kif stabbilit f’dan l-Anness (Parti-FCL) u fl-Anness IV (Parti-MED).

(b)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, kull limitu jew estensjoni tal-privileġġi mogħtija b’liċenzja, kwalifika jew ċertifikat għandu jiġi approvat fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat mill-awtorità kompetenti.

▼B

(c)

Ebda persuna ma għandu jkollha f'ebda ħin aktar minn liċenzja waħda għal kull kategorija tal-inġenju tal-ajru maħruġa skont din il-Parti.

▼M12

(d)

Detentur ta’ liċenzja għandu jissottometti applikazzjonijiet skont il-paragrafu (a) lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru li fih tkun inħarġet il-liċenzja tiegħu jew tagħha skont dan l-Anness (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli.

▼M12

(e)

Id-detentur ta’ liċenzja li tkun inħarġet skont dan l-Anness (Parti-FCL) jista’ japplika mal-awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru ieħor għal bidla tal-awtorità kompetenti relatata mal-liċenzji kollha miżmuma, kif speċifikat fil-paragrafu (d).

(f)

Għall-ħruġ ta’ liċenzja, kwalifika jew ċertifikat, l-applikant għandu japplika mhux aktar tard minn 6 xhur wara li jkun għadda mit-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza.

▼M14

(g)

Taħriġ imwettaq fuq inġenji tal-ajru jew f’FSTDs skont l-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jitqies għar-rekwiżiti tal-esperjenza u tal-validazzjoni mill-ġdid stabbiliti f’dan l-Anness (il-Parti-FCL).

▼M3

FCL.020    Bdot student

(a) 

Bdot student m'għandux itir waħdu sakemm ma jkunx awtorizzat li jagħmel dan u jkun issorveljat minn struttur tat-titjir.

▼M12

(b) 

Qabel l-ewwel titjira waħdu, bdot student għandu jkollu mill-inqas 16-il sena.

▼M3

FCL.025    Eżamijiet tal-għarfien teoriku għall-ħruġ ta’ liċenzji u kwalifiki

▼B

(a)    Responsabbiltajiet tal-applikant

▼M11

(1) L-applikanti għandhom jagħmlu s-sett kollu ta’ eżamijiet tal-għarfien teoriku għal liċenzja jew klassifikazzjoni speċifika taħt ir-responsabbiltà tal-istess awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

▼M7

(2) L-applikanti għandhom jagħmlu l-eżami tal-għarfien teoriku biss meta jkunu rrakkomandati mill-organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO) u mill-organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO) responsabbli għat-taħriġ tagħhom, ladarba jkunu kkompletaw l-elementi xierqa tal-kors ta' taħriġ tat-tagħlim tal-għarfien teoriku b'livell sodisfaċenti.

(3) Ir-rakkomandazzjoni minn DTO jew minn ATO għandha tkun valida għal 12-il xahar. Jekk l-applikant ma jkunx ipprova jagħmel minn tal-inqas eżami wieħed tal-għarfien teoriku f'dan il-perjodu ta' validità, il-ħtieġa għal taħriġ ulterjuri għandha tiġi stabbilita mid-DTO jew mill-ATO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikant.

▼M11

(b)    Standards ta’ punti minimi meħtieġa

(1) 

Il-punti minimi meħtieġa f’karta tal-eżami tal-għarfien teoriku se jingħataw lill-applikant li jikseb mill-inqas 75 % tal-marki allokati f’dik il-karta. Ma għandux jintuża mmarkar b’penali (punti negattivi għal tweġibiet żbaljati).

(2) 

Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’din il-Parti, applikant ikun għadda b’suċċess mill-eżami tal-għarfien teoriku li huwa rikjest għal-liċenzja jew għall-klassifikazzjoni xierqa ta’ bdot jekk ikun għadda mill-eżamijiet kollha meħtieġa tal-għarfien teoriku f’perjodu ta’ 18-il xahar li jibdew minn tmiem ix-xahar kalendarju meta l-applikant ikun għamel l-ewwel eżami.

(3) 

Jekk l-applikant għall-eżami tal-għarfien teoriku tal-ATPL, jew għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti (IR) jew klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti waqt ir-rotta (EIR) ma jkunx għadda minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba’ darbiet, jew ma jkunx għadda mill-eżamijiet kollha f’sitt darbiet jew fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandu jerġa’ jagħmel is-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku.

▼M14

(4) 

Jekk l-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif (LAPL) jew ta’ liċenzja ta’ bdot privat (PPL) ma jkunux għaddew minn wieħed mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku wara erba’ darbiet, jew ma jkunx għaddew mill-eżamijiet kollha fil-perjodu msemmi fil-punt (b)(2), għandhom jerġgħu jagħmlu s-sett kollu tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku.

▼M11

(5) 

Qabel ma jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet tal-għarfien teoriku, l-applikanti għandhom jieħdu taħriġ ulterjuri f’DTO jew f’ATO. Il-livell u l-ambitu tat-taħriġ meħtieġ għandhom jiġu stabbiliti mid-DTO jew mill-ATO, abbażi tal-ħtiġijiet tal-applikanti.

▼B

(c)    Perjodu ta’ validità

(1) It-twettiq b'suċċess tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku għandu jkun validu:

▼M12

(i) 

għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġenju tal-ajru ħafif jew liċenzja ta’ bdot privat, għal perjodu ta’ 24 xahar;

▼M3

(ii) 

għall-ħruġ ta' liċenzja ta' bdot kummerċjali, kwalifika tal-istrumenti (IR) jew kwalifika tal-istrumenti waqt ir-rotta (EIR), għal perjodu ta' 36 xahar;

▼B

(iii) 

il-perjodi f'(i) u (ii) għandhom jingħaddu mill-ġurnata meta l-bdot jgħaddi mill-eżami tal-għarfien teoriku, skont (b)(2).

(2) It-tlestija tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru (ATPL - Airline Transport Pilot Licence) tibqa' valida għall-ħruġ ta’ ATPL għal perjodu ta’ seba' snin mill-aħħar data ta’ validità ta':

(i) 

IR imdaħħla fil-liċenzja;

(ii) 

fil-każ ta’ ħelikopters, klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter imdaħħla f'dik il-liċenzja.

FCL.030    Test tal-ħila prattika

(a)

Qabel ma jsir test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat, l-applikant għandu jkun għadda mill-eżami meħtieġ tal-għarfien teoriku, minbarra fil-każ ta’ applikanti li jkunu qed isegwu kors ta’ taħriġ integrat tat-titjir.

F'kull każ, it-tagħlim tal-għarfien teoriku għandu dejjem ikun tlesta qabel ma jsiru t-testijiet tal-ħiliet.

(b)

Għajr għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru, applikant għal test tal-ħiliet għandu jiġi rrakkomandat għat-test mill-organizzazzjoni/persuna responsabbli għat-taħriġ, ladarba jitlesta t-taħriġ. Ir-rekords tat-taħriġ għandhom ikunu disponibbli għall-eżaminatur.

FCL.035    Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir u l-għarfien teoriku

(a)    Ikkreditar tal-ħin ta’ titjir

▼M3

(1) Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f'din il-Parti, il-ħin ta’ titjir li għandu jiġi kkreditat għal liċenzja, kwalifika jew ċertifikat għandu jkun sar fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru li għalih qed tintalab il-liċenzja, il-kwalifika jew iċ-ċertifikat.

(2) PIC (bdot kmandant) jew li qed jitgħallem.

▼B

(i) 

Applikant għal liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat għandu jiġi kkreditat b'mod sħiħ bil-ħin kollu ta’ tagħlim fit-titjir waħdu, ma’ bdot ieħor jew ħin ta’ titjir bħala PIC biex jakkumula l-ħin totali ta’ titjir meħtieġ għal-liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat.

(ii) 

Gradwat ta’ kors ta’ taħriġ integrat tal-ATP huwa intitolat li jiġi kkreditat b'massimu ta’ 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala bdot kmandant student biex jakkumula l-ħin bħala PIC meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja ta’ bdot ta’ linja tal-ajru, liċenzja ta’ bdot kummerċjali u klassfikazzjoni tat-tip jew tal-klassi ta’ aktar minn magna waħda.

(iii) 

Gradwat ta’ kors ta’ taħriġ integrat tal-CPL/IR huwa intitolat li jiġi kkreditat b'massimu ta’ 50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala bdot kmandant student biex jakkumula l-ħin bħala PIC meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja ta’ bdot kummerċjali u klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi ta’ aktar minn magna waħda.

▼M3

(3) Ħin tat-titjira bħala kobdot jew PICUS. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'din il-Parti, id-detentur ta’ liċenzja ta’ bdot, meta jaġixxi bħala kobdot jew PICUS, huwa intitolat li jiġi kkreditat bil-ħin kollu bħala kobdot biex jakkumula l-ħin totali ta’ titjir meħtieġ għal grad ogħla ta’ liċenzja ta’ bdot.

▼M14

(4) Is-sigħat kollha ta’ titjir f’ajruplani jew f’TMGs li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ Stat Membru meħuda skont il-punti (a) jew (c) tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ħin tat-titjir tal-punt FCL.140.A(a)(1) u l-punt FCL.740.A(b)(1)(ii) ta’ dan l-Anness, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-ajruplan jew it-TMG ikkonċernat ikun tal-istess kategorija u klassi bħall-inġenju tal-ajru skont il-Parti-FCL li fir-rigward tiegħu għandhom jiġu kkreditati s-sigħat tat-titjir;

(ii) 

fil-każ ta’ titjiriet ta’ taħriġ ma’ għalliem, l-ajruplan jew it-TMG li jintuża jkun soġġett għal awtorizzazzjoni speċifikata fil-punt ORA.ATO.135 tal-Anness VII (il-Parti-ORA) jew fil-punt DTO.GEN.240 tal-Anness VIII (il-Parti-DTO).

▼B

(b)    Ikkreditar tal-għarfien teoriku

▼M3

(1) Applikant li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku għal-liċenzja tal-bdot għat-trasport tal-linja tal-ajru għandu jiġi kkreditat bir-rekwiżiti tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief, il-liċenzja ta' bdot privat, il-liċenzja ta' bdot kummerċjali u, ħlief fil-każ tal-ħelikopters, l-IR u l-EIR fl-istess kategorija ta' inġenji tal-ajru.

▼B

(2) Applikant li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku għal-liċenzja ta’ bdot kummerċjali għandu jiġi kkreditat bir-rekwiżit tal-għarfien teoriku għal liċenzja ta’ bdot ta’ inġenji tal-ajru ħfief jew liċenzja ta’ bdot privat fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru.

(3) Id-detentur ta’ IR jew applikant li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku dwar l-istrumenti għal kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandu jiġi kkreditat b'mod sħiħ biex ikun jista' jissodisfa r-rekwiżiti tat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku għal IR f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru.

(4) Id-detentur ta’ liċenzja ta’ bdot għandu jiġi kkreditat biex ikun jista' jissodisfa r-rekwiżiti għat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku għal liċenzja f'kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru skont l-Appendiċi 1 ta’ din il-Parti.

▼M3

(5) Minkejja l-punt (b)(3) ta' hawn fuq, id-detentur ta' IR(A) li jkun temm kors tal-IR modulari bbażat fuq il-kompetenzi jew id-detentur ta' EIR għandu jibbenefika b'mod sħiħ minn krediti li jikkorrispondu għar-rekwiżiti fir-rigward tal-istruzzjoni u l-eżami fl-għarfien teoriku biex jinkiseb IR f'kategorija oħra ta' inġenji tal-ajru, biss sakemm ikun għadda wkoll mill-istruzzjoni u l-eżami tal-għarfien teoriku għall-parti IFR tal-kors meħtieġ skont il-paragrafu ►M14  FCL.720.A.(a)(2)(ii)(A) ◄ .

▼B

Dan il-kreditu japplika wkoll għall-applikanti għal liċenzja ta’ bdot li diġà għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku għall-ħruġ ta’ dik il-liċenzja f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru, sakemm ikun fil-perjodu ta’ validità speċifikat fl-FCL.025(c).

▼M11

FCL.040    L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzji

L-eżerċitar tal-privileġġi mogħtija minn liċenzja għandu jiddependi fuq il-validità tal-klassifikazzjonijiet inklużi fiha, jekk applikabbli, u taċ-ċertifikat mediku kif xieraq għall-privileġġi eżerċitati.

▼B

FCL.045    L-obbligu tal-ġarr u l-preżentazzjoni tad-dokumenti

(a)

Il-bdot għandu dejjem iġorr liċenzja valida u ċertifikat mediku validu meta jkun qed jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja.

(b)

Il-bdot għandu jġorr ukoll dokument ta’ identifikazzjoni personali li jkun fih ir-ritratt tiegħu.

(c)

Bdot jew bdot student għandu jippreżenta r-rekords tal-ħin ta’ titjir tiegħu, mingħajr dewmien bla bżonn, għal spezzjoni fuq talba ta’ rappreżentant awtorizzat ta’ awtorità kompetenti.

(d)

Bdot student għandu jġorr, fuq it-titjiriet cross-country kollha li jagħmel waħdu, evidenza tal-awtorizzazzjoni rikjesta fl-FCL.020(a).

▼M6

(e)

Bdot li jkun beħsiebu jsuq inġenju tal-ajru rreġistrat fi Stat Membru li ma jkunx dak li ħareġ il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira 'l barra mit-territorju tal-Unjoni għandu jġorr, bħala dokument stampat jew f'format elettroniku, l-aħħar verżjoni tad-dokument mehmuż tal-ICAO li jinkludi referenza għan-numru ta' reġistrazzjoni tal-ICAO tal-ftehim li jirrikonoxxi l-validazzjoni awtomatika tal-liċenzji, kif ukoll il-lista tal-Istati li ffirmaw dak il-ftehim.

▼B

FCL.050    Reġistrazzjoni tal-ħin ta’ titjir

Il-bdot għandu jżomm rekord affidabbli tad-dettalji tat-titjiiriet kollha li jkunu saru b'mod u manjiera stabbilita mill-awtorità kompetenti.

▼M11

FCL.055    Profiċjenza fil-lingwa

(a) 

Ġenerali. Bdoti ta’ ajruplani, ħelikopters, powered-lift u iġfna tal-ajru li huma rikjesti jużaw it-telefon bir-radju m’għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet tagħhom sakemm ma jkollhomx approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa fil-liċenzja tagħhom jew bl-Ingliż jew bil-lingwa li tintuża għall-komunikazzjonijiet bir-radju involuti fit-titjira. L-approvazzjoni għandha tindika l-lingwa, il-livell tal-profiċjenza u d-data tal-validità, u għandha tinkiseb skont proċedura stabbilita minn awtorità kompetenti. Il-livell minimu aċċettabbli tal-profiċjenza huwa l-livell operattiv (Livell 4) skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

(b) 

L-applikant għal approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandu juri, skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, mill-inqas livell operattiv ta’ profiċjenza fil-lingwa kemm fl-użu ta’ frażijiet kif ukoll fil-lingwa komuni lil valutatur iċċertifikat minn awtorità kompetenti jew korp li jittestja l-lingwa approvat minn awtorità kompetenti kif applikabbli. Sabiex jagħmel dan, l-applikant għandu juri l-kapaċità tiegħu li:

(1) 

jikkomunika b’mod effettiv f’sitwazzjonijiet fejn tintuża l-vuċi biss u f’sitwazzjonijiet wiċċ imb wiċċ;

(2) 

jikkomunika dwar suġġetti komuni u relatati max-xogħol b’mod preċiż u ċar;

(3) 

juża strateġiji komunikattivi xierqa sabiex jiskambja messaġġi u biex jagħraf u jsolvi nuqqas ta’ ftehim f’kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;

(4) 

jegħleb b’suċċess l-isfidi lingwistiċi li jitfaċċaw minħabba kumplikazzjonijiet jew avvenimenti mhux mistennija li jseħħu fil-kuntest tar-rutina tax-xogħol jew waqt kompitu ta’ komunikazzjoni li normalment ikun familjari magħhom; u

(5) 

juża djalett jew aċċent li jinftiehem fil-komunità ajrunawtika.

(c) 

Għajr għall-bdoti li jkunu wrew profiċjenza fil-lingwa fil-livell ta’ esperti (livell 6) skont l-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness, l-approvazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa għandha tiġi evalwata mill-ġdid kull:

(1) 

4 snin, jekk il-livell muri jkun livell operattiv (livell 4); jew

(2) 

6 snin, jekk il-livell muri jkun livell estiż (livell 5).

(d) 

Rekwiżiti speċifiċi għad-detenturi tal-kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (IR) jew kwalifika tat-titjir bl-istrumenti (EIR) waqt ir-rotta. Mingħajr preġudizzju għall-punti ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ IR jew EIR għandhom ikunu wrew il-kapaċità li jużaw l-Ingliż fil-livell xieraq ta’ profiċjenza kif definit fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

(e) 

Il-wiri ta’ profiċjenza fil-lingwa u l-kapaċità li jintuża l-Ingliż għal detenturi ta’ IR jew EIR għandhom isiru permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni stabbilit minn kwalunkwe awtorità kompetenti.

▼B

FCL.060    Esperjenza reċenti

(b)

▼M12

Ajruplani, ħelikopters, inġenji tal-ajru powered-lift u airships. Bdot m’għandux iħaddem inġenju tal-ajru għat-trasport kummerċjali bl-ajru jew biex iġorr passiġġieri:

▼B

(1) 

bħala PIC jew kopilota sakemm, fid-90 jum ta’ qabel, ma jkunx wettaq mill-inqas 3 telgħat, avviċinamenti, inżulijiet f'inġenju tal-ajru tal-istesss tip jew klassi jew FFS li tirrappreżenta dak it-tip jew klassi. It-3 telgħat u nżulijiet għandhom isiru f'operazzjoni bi bdot wieħed jew aktar, skont il-privileġġi li jkollu l-bdot;

(2) 

bħala PIC billejl sakemm:

(i) 

fid-90 jum ta’ qabel ma jkunx wettaq mill-inqas telgħa, avviċinament u nżul wieħed billejl bħala bdot li jsuq inġenju tal-ajru tal-istess tip jew klassi jew FFS li jirrappreżenta dak it-tip jew klassi;

(ii) 

ikollu IR;

▼M3

(3) 

bħala kobdot cruise relief sakemm:

(i) 

ikun ikkonforma mar-rekwiżiti f'(b)(1); jew

(ii) 

ikun wettaq, fid-90 jum ta’ qabel, mill-inqas 3 setturi bħala bdot cruise relief fuq l-istess tip jew klassi ta’ inġenju tal-ajru; jew

(iii) 

ikun wettaq taħriġ reċenti u ta’ aġġornament fit-tajran f'FFS f'intervalli li ma jaqbżux id-90 jum. Dan it-taħriġ ta’ aġġornament jista’ jiġi kkombinat mat-taħriġ ta’ aġġornament tal-operatur preskritt fir-rekwiżiti rilevanti tal- Parti-ORO.

▼B

(4) 

Meta bdot ikollu l-privileġġ li jħaddem aktar minn tip ta’ ajruplan wieħed b'karatteristiċi ta’ ġestjoni u tħaddim simili, it-3 telgħat, avviċinamenti u nżulijiet meħtieġa f'(1) jistgħu jitwettqu kif definit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.

(5) 

Meta bdot ikollu l-privileġġ li jħaddem aktar minn tip wieħed ta’ ħelikopter mhux kumpless b'karatteristiċi simili ta’ ġestjoni u tħaddim, kif definit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, it-3 telgħat, avviċinamenti u nżulijiet meħtieġa f'(1) jistgħu jitwettqu f'wieħed biss mit-tipi, sakemm il-bdot ikun lesta mill-inqas sagħtejn tat-titjira f'kull wieħed mit-tipi tal-ħelikopters, matul is-6 xhur ta’ qabel.

(c)

Rekwiżiti speċifiċi għat-trasport kummerċjali bl-ajru:

(1) 

Fil-każ tat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-perjodu ta’ 90 jum preskritt fis-subparagrafi (b)(1) u (2) hawn fuq jista' jiġi estiż sa massimu ta’ 120 jum, sakemm il-bdot iwettaq titjir fuq linja taħt is-sorveljanza ta’ eżaminatur jew għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip.

▼M11

(2) 

Jekk il-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit fil-punt (1), huwa għandu jlesti titjira ta’ taħriġ ma’ għalliem ikkwalifikat skont is-Subparti J biex jgħallem għal dak it-tip tal-inġenju tal-ajru. It-titjira ta’ taħriġ għandha ssir fl-inġenju tal-ajru jew FFS tat-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża u għandha tinkludi mill-inqas ir-rekwiżiti deskritti fil-punti (b)(1) u (2) qabel ma jkun jista’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu.

▼M4

FCL.065    Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzja li jkolllhom 60 sena jew aktar fit-trasport kummerċjali bl-ajru

(a)

Età bejn is-60 u l-64 sena. Ajruplani u ħelikopters. Id-detentur ta' liċenzja ta' bdot li jkun għalaq 60 sena m'għandux jaġixxi bħala bdot ta' inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru għajr jekk ikun membru ta' ekwipaġġ b'aktar minn bdot wieħed.

▼M12

(b)

Età ta’ 65 sena. Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot li għalqu 65 sena m’għandhomx jaġixxu bħala bdot ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru.

▼M12 —————

▼B

FCL.070    Revoka, sospensjoni u limitazzjoni tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati

(a)

Il-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati maħruġa skont din il-Parti jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati mill-awtorità kompetenti meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ din il-Parti, il-Parti Medika jew ir-rekwiżiti operattivi applikabbli, skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fil-Parti-ARA.

(b)

Meta l-liċenzja tal-bdot tiġi sospiża jew revokata, il-bdot għandu jrodd lura minnufih il-liċenzja jew iċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti.

SUBPARTI B

LIĊENZJA TA' BDOT TA' INĠENJI TAL-AJRU ĦFIEF — LAPL

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

▼M12

FCL.100    LAPL — Età minima

L-applikanti għal-LAPL għall-ajruplani jew il-ħelikopters għandu jkollhom mill-inqas 17-il sena.

▼B

FCL.105    LAPL – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Ġenerali. Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC f'operazzjonijiet mhux kummerċjali fil-kategorija adattata tal-inġenji tal-ajru.

(b)

Kundizzjonijiet. L-applikanti għal-LAPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru u, fejn applikabbli, għall-klassi jew it-ip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet.

FCL.110    LAPL – Ikkreditar għall-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru

(a)

L-applikanti għal LAPL li kellhom liċenzja oħra fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-LAPL f'dik il-kategorija ta’ inġenji tal-ajru.

(b)

Bla ħsara għall-paragrafu ta’ hawn fuq, jekk il-liċenzja tkun skadiet, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont FCL.125 għall-ħruġ ta’ LAPL fil-kategorija adattata ta’ inġenji tal-ajru.

▼M7

FCL.115    LAPL — Kors ta' taħriġ

(a) 

L-applikanti għal LAPL għandhom ilestu kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO.

(b) 

Il-kors għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir li jkunu xierqa għall-privileġġi tal-LAPL li tkun saret applikazzjoni għalih.

(c) 

It-tagħlim tal-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir jistgħu jitlestew f'DTO jew f'ATO differenti minn dik li fiha l-applikanti jkunu bdew it-taħriġ tagħhom.

▼M11

(d) 

Għat-taħriġ fir-rigward tal-privileġġ ta’ ajruplani b’magna waħda bil-pistuni tal-klassi tal-baħar, għandhom jitqiesu l-elementi tal-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness, il-punt 7 (Klassifikazzjoni ta’ klassi – baħar) tat-Taqsima B (Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru).

▼M12

FCL.120    LAPL – Eżami tal-għarfien teoriku

L-applikanti għal LAPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija, permezz ta’ eżamijiet dwar dawn li ġejjin:

(a) 

suġġetti komuni:

— 
Il-liġi tal-ajru,
— 
Il-prestazzjoni umana,
— 
Il-meteoroloġija,
— 
Il-komunikazzjonijiet, u
— 
In-navigazzjoni.
(b) 

suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

— 
Il-prinċipji tat-titjir,
— 
Il-proċeduri operattivi,
— 
L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet, u
— 
Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

▼B

FCL.125    LAPL – Test tal-ħiliet

(a)

Permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal LAPL għandhom juru l-kapaċità li, bħala PIC fil-kategorija adattata ta’ inġenji tal-ajru, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.

(b)

L-applikanti għat-test tal-ħiliet għandhom ikunu rċevew tagħlim fit-titjir dwar l-istess klassi kew tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jintuża għat-test tal-ħila. Il-privileġġi għandhom ikunu limitati għall-klassi jew it-tip użati għat-test tal-ħila sakemm ma jiġux approvati estensjonijiet ulterjuri għal-liċenzja, skont din is-Subparti.

(c)

Punti minimi meħtieġa

(1) It-test tal-ħiliet għandu jinqasam f'taqsimiet differenti, li jirrappreżentaw il-fażijiet differenti kollha tat-titjira xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru użat fit-titjir.

(2) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fi kwalunkwe punt fit-taqsima, dan ifisser li l-applikant jeħel fit-taqsima kollha. Jekk l-applikant jeħel biss minn taqsima waħda, għandu jirrepeti dik it-taqsima biss. Jekk dan ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa f'aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikun weħel mit-test kollu.

(3) Meta jkun meħtieġ li t-test jiġi rripetut skont (2), nuqqas ta’ kisba tal-punti meħtieġa fi kwalunkwe taqsima, inklużi dawk li għadda minnhom f'tentattiv preċedenti, se jfisser li l-applikant ikun weħel mit-test kollu.

(4) Jekk ma jirnexxilux jgħaddi mit-taqsimiet kollha tat-test f'żewġ tentattivi, l-applikant ikun jeħtieġ aktar taħriġ prattiku.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għal-LAPL għall-ajruplani — LAPL(A)

▼M11

FCL.105.A    LAPL(A) — Privileġġi u kundizzjonijiet

(a) Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ajruplani huma li jaġixxi bħala PIC fuq ajruplani b’magna waħda bil-pistuni tal-klassi tal-art (SEP(art)), ajruplani b’magna waħda bil-pistin tal-baħar (SEP(baħar)) jew TMG b’massa ta’ tluq massima ċċertifikata ta’ 2000 kg jew inqas, li jġorr massimu ta’ 3 passiġġieri, b’tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord l-inġenju tal-ajru.

(b) Kundizzjonijiet

(1) 

Detenturi ta’ LAPL(A) għandhom iġorru biss passiġġieri jekk ikunu wettqu 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani jew TMG wara l-ħruġ tal-liċenzja.

(2) 

Id-detenturi ta’ LAPL(A) li preċedentement kellhom ATPL(A), MPL(A), CPL(A) jew PPL(A), huma eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (b)(1).

▼B

FCL.110.A    LAPL(A) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal LAPL(A) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani jew TMGs, li jinkludu mill-inqas:

(1) 

15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor fil-klassi li fiha jsir it-test tal-ħiliet;

(2) 

6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir tal-bdot waħdu ssorvjelat, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 150 km (80 NM), li fiha għandu jsir inżul wieħed ta’ waqfien totali f'ajrudrom differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

▼M12

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkollhom SPL maħruġa skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtajru TMGs. L-applikanti għal LAPL(A) li jkollhom SPL bil-privileġġi li jtajru TMGs għandhom ikunu lestew mill-inqas 21 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq TMGs wara l-approvazzjoni tal-privileġġi tat-TMG, u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt FCL.135.A(a) dwar l-ajruplani.

▼M7

(c)

Ikkreditar. L-applikanti b'esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-punt (a).

L-ammont ta' kreditu għandu jiġi deċiż mid-DTO jew mill-ATO li fiha l-bdot ikun attenda l-kors ta' taħriġ, abbażi ta' test tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:

(1) 

ma għandux jaqbeż il-ħin tat-titjir totali bħala PIC;

(2) 

ma għandux jaqbeż il-50 % tas-sigħat meħtieġa fil-punt (a);

(3) 

ma għandux jinkludi r-rekwiżiti tal-punt (a)(2).

▼B

FCL.135.A    LAPL(A) – Estensjoni tal-privileġġi għal klassi oħra jew varjant tal-ajruplan

(a)

Il-privileġġi ta’ LAPL(A) għandhom ikunu limitati għall-klassi u l-varjant tal-ajruplani jew TMG li fihom ikun twettaq it-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta r-rekwiżiti ta’ hawn taħt fi klassi oħra:

(1) 

3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inklużi:

(i) 

10 telgħat u nżulijiet ma’ bdot ieħor, u

(ii) 

10 telgħat u nżulijiet issorveljati tal-bdot waħdu.

(2) 

test tal-ħiliet li juri l-livell adegwat tal-ħila prattika fil-klassi l-ġdida. Matul dan it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell xieraq ta’ għarfien teoriku għall-klassi l-oħra f'dawn is-suġġetti:

(i) 

Il-proċeduri operattivi,

(ii) 

L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,

(iii) 

Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

▼M11

(b)

Sabiex il-privileġġi jiġu estiżi għal varjant ieħor fi klassi, il-bdot għandu jwettaq jew taħriġ dwar id-differenzi jew jagħmel familjarizzazzjoni. It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew f’rekord ekwivalenti tal-bdot u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem.

▼M12

(c)

L-applikanti għall-estensjoni tal-privileġġi ta’ LAPL(A) għal TMG li jkollhom ukoll SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtiru fuq TMGs, għandhom jirċievu krediti sħaħ lejn ir-rekwiżiti fil-paragrafu (a).

▼M11

FCL.140.A    LAPL(A) – Rekwiżiti ta’ attività riċenti

(a) Id-detenturi ta’ LAPL(A) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom biss jekk fl-aħħar sentejn ikunu ssodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin bħala bdoti ta’ ajruplani jew TMGs:

(1) 

ikunu wettqu mill-inqas 12-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew titjir b’żewġ bdoti jew titjir bi bdot wieħed taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi:

— 
12-il tlugħ u nżul;
— 
taħriġ ta’ aġġornament ta’ ħin ta’ titjir totali ta’ mill-inqas siegħa ma’ għalliem;
(2) 

ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza ta’ LAPL(a) ma’ eżaminatur. Il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(A);

(b) Jekk id-detenturi ta’ LAPL(A) ikollhom kemm privileġġ SEP(tal-art) kif ukoll SEP(tal-baħar), dawn jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (a)(1) f’waħda mill-klassijiet jew f’kombinament tagħhom li għandhom ikunu validi għaż-żewġ privileġġi. Għal dan il-għan, mill-inqas siegħa (1) ta’ ħin ta’ titjir meħtieġ u sitta (6) mit-12-il tlugħ u nżul meħtieġa għandhom jiġu kkompletati f’kull klassi.

▼B

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għal-LAPL għall-ħelikopters — LAPL(H)

FCL.105.H    LAPL(H) – Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta’ LAPL għall-ħelikopters huma li jaġixxi bħala PIC fuq ħelikopters b'magna waħda b'massa massima ċċertifikata tat-tlugħ ta’ 2 000 kg jew inqas, li jġorru massimu ta’ 3 passiġġieri, b'tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn 4 persuni abbord.

FCL.110.H    LAPL(H) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal-LAPL(H) għandhom ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir dwar il-ħelikopters. Mill-inqas 35 siegħa minnhom għandhom ikunu titjiriet fuq it-tip ta’ ħelikopter li jintuża għat-test tal-ħiliet. It-tagħlim fit-titjir għandu jinkludi mill-inqas:

(1) 

20-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;

(2) 

10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir ta’ bdot waħdu ssorveljat, inklużi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country tal-bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 150 km (80 NM), li matulha għandu jsir inżul wieħed b'waqfien totali f'ajrudrom differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

▼M7

(b)

Ikkreditar. L-applikanti b'esperjenza preċedenti bħala PIC jistgħu jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-punt (a).

L-ammont ta' kreditu għandu jiġi deċiż mid-DTO jew mill-ATO li fiha l-bdot ikun attenda l-kors ta' taħriġ, abbażi ta' test tat-titjir qabel id-dħul, iżda fi kwalunkwe każ:

(1) 

ma għandux jaqbeż il-ħin tat-titjir totali bħala PIC;

(2) 

ma għandux jaqbeż il-50 % tas-sigħat meħtieġa fil-punt (a);

(3) 

ma għandux jinkludi r-rekwiżiti tal-punt (a)(2).

▼B

FCL.135.H    LAPL(H) – Estensjoni tal-privileġġi għal tip ieħor jew varjant tal-ħelikopter

(a)

Il-privileġġi ta’ LAPL(H) għandhom ikunu limitati għat-tip jew il-varjant speċifiku tal-ħelikopter li fih ikun sar it-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta:

(1) 

5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir, inklużi:

(i) 

15-il telgħa, avviċinament u nżul l-art b'żewġ bdoti;

(ii) 

15-il telgħa, avviċinament u nżul l-art bi bdot waħdu ssorveljat;

(2) 

test tal-ħiliet li juri l-livell adegwat tal-ħiliet prattiċi fit-tip il-ġdid. Matul dan it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri wkoll lill-eżaminatur livell adegwat ta’ għarfien teoriku għat-tip l-ieħor fis-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-proċeduri operattivi,
— 
L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet,
— 
Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

(b)

Qabel ma d-detentur ta’ LAPL(H) ikun jista' jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja f'varjant tal-ħelikopter differenti minn dak użat għat-test tal-ħiliet, il-bdot għandu jwettaq taħriġ fid-differenzi jew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni, kif stabbilit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21.

▼M11

FCL.140.H    LAPL(H) — Rekwiżiti ta’ attività riċenti

Id-detenturi ta’ LAPL(H) għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fuq tip speċifiku biss jekk fl-aħħar 12-il xahar ikunu jew:

(a) 

wettqu mill-inqas sitt sigħat ta’ ħin ta’ titjir fuq il-ħelikopters ta’ dak it-tip bħala PIC, jew titjir b’żewġ bdoti jew bi bdot waħdu taħt is-superviżjoni ta’ għalliem, inklużi sitt telgħat, approċċi u nżulijiet u jkunu wettqu taħriġ ta’ aġġornament ta’ mill-inqas siegħa tal-ħin ta’ titjir totali ma’ għalliem;

(b) 

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza ma’ eżaminatur dwar it-tip speċifiku qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom. Dak il-programm dwar il-kontroll tal-profiċjenza għandu jkun ibbażat fuq it-test tal-ħiliet għal-LAPL(H).

▼M12 —————

▼B

SUBPARTI C

▼M12

LIĊENZJA TA’ BDOT PRIVAT (PPL)

▼B

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

▼M12

FCL.200    Età minima

L-applikanti għal PPL għandu jkollhom mill-inqas 17-il sena.

▼B

FCL.205    Kundizzjonijiet

L-applikanti għall-ħruġ ta’ PPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet, kif stabbilit fis-Subparti H.

▼M7

FCL.210    Kors ta' taħriġ

▼M12

(a) 

L-applikanti għal PPL għandhom ilestu kors ta’ taħriġ f’ATO jew f’DTO.

(b) 

Il-kors għandu jinkludi għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir li jkunu adattati għall-privileġġi tal-PPL li tkun saret applikazzjoni għaliha.

▼M7

(c) 

It-tagħlim tal-għarfien teoriku u t-tagħlim fit-titjir jistgħu jitlestew f'DTO jew f'ATO differenti minn dik li fiha l-applikanti jkunu bdew it-taħriġ tagħhom.

▼M12

FCL.215    Eżami tal-għarfien teoriku

L-applikanti għal PPL għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku adattat għall-privileġġi mogħtija permezz ta’ eżamijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

(a) 

suġġetti komuni:

— 
Il-liġi tal-ajru,
— 
Il-prestazzjoni umana,
— 
Il-meteoroloġija,
— 
Il-komunikazzjonijiet; u
— 
In-navigazzjoni.
(b) 

suġġetti speċifiċi li jikkonċernaw il-kategoriji differenti ta’ inġenji tal-ajru:

— 
Il-prinċipji tat-titjir,
— 
Il-proċeduri operattivi,
— 
L-eżekuzzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet, u
— 
Għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru.

▼B

FCL.235    Test tal-ħiliet

▼M14

(a)

Permezz tat-tlestija ta’ test tal-ħiliet, l-applikanti għal PPL għandhom juru l-kapaċità li jwettqu bħala PIC fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza xierqa għall-privileġġi mogħtija.

▼M12

(b)

L-applikanti għat-test tal-ħiliet għandhom ikunu rċevew tagħlim fit-titjir bl-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li jintuża għat-test tal-ħiliet.

▼B

(c)

Punti minimi meħtieġa

(1) It-test tal-ħiliet għandu jinqasam f'taqsimiet differenti, li jirrappreżentaw il-fażijiet differenti kollha tat-titjira xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru użat fit-titjir.

▼M3

(2) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fi kwalunkwe punt fit-taqsima, dan ifisser li l-applikant jeħel fit-taqsima kollha. Jekk l-applikant jeħel biss minn taqsima waħda, għandu jirrepeti dik it-taqsima biss. Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa f'aktar minn taqsima waħda, huwa jkun weħel mit-test kollu.

▼B

(3) Meta jkun meħtieġ li t-test jiġi rripetut skont (2), nuqqas ta’ kisba tal-punti meħtieġa fi kwalunkwe taqsima, inklużi dawk li għadda minnhom f'tentattiv preċedenti, se jfisser li l-applikant ikun weħel mit-test kollu.

(4) Jekk l-applikant ma jiksibx il-punti minimi meħtieġa fit-taqsimiet kollha tat-test f'2 tentattivi, se jkun jeħtieġ taħriġ ulterjuri.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għal ajruplani ta’ PPL - PPL(A)

FCL.205.A    PPL(A) – Privileġġi

▼M11

(a)

Il-privileġġi tad-detenturi ta’ PPL(A) huma li jaġixxu mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopiloti fuq ajruplani jew TMGs involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali u li jeżerċitaw il-privileġġi kollha tad-detenturi ta’ LAPL(A).

▼B

(b)

Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(A) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:

(1) 

għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjiet għal-LAPL(A) jew il-PPL(A);

(2) 

għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal dawn il-liċenzji;

▼M3

(3) 

it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja.

▼B

FCL.210.A    PPL(A) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

▼M4

(a)

L-applikanti għal PPL(A) għandhom ikunu kkompletaw mill-inqas 45 siegħa ta' tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jew TMGs, li ħamsa (5) minnhom għandhom ikunu saru f'FSTD, inklużi mill-inqas:

(1) 

25 siegħa ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti; u

(2) 

10 sigħat ta' ħin ta' titjir bi bdot waħdu ssorveljat, inklużi mill-inqas ħames (5) sigħat ta' ħin ta' titjir cross-country bi bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta' mill-inqas 270 km (150 NM), li waqtha għandu jsir inżul b'waqfien sħiħ f'żewġ (2) ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

▼M7

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għal applikanti li jkollhom LAPL(A). L-applikanti għal PPL(A) li jkollhom LAPL(A) għandhom ikunu lestew minn tal-inqas 15-il siegħa ta' ħin tat-titjir fuq l-ajruplani wara l-ħruġ tal-LAPL(A), li minnhom minn tal-inqas 10 sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir imwettaq f'kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO. Dak il-kors ta' taħriġ għandu jinkludi minn tal-inqas erba' sigħat ta' ħin tat-titjir bi bdot waħdu taħt superviżjoni, inklużi minn tal-inqas sagħtejn ta' ħin tat-titjir minn pajjiż għall-ieħor bi bdot waħdu b'minn tal-inqas titjira waħda minn pajjiż għall-ieħor ta' mill-inqas 270 km (150 NM), li matulhom għandu jsir inżul b'waqfien totali f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

(c)

▼M12

Rekwiżiti speċifiċi għall-applikanti li jkollhom SPL maħruġa skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inklużi l-privileġġi li jtajru TMGs. L-applikanti għal PPL(A) li jkollhom SPL bil-privileġġi li jtajru TMGs għandhom ikunu lestew:

(1) 

tal-inqas 24 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq TMG wara l-approvazzjoni tal-privileġġi ta’ TMG; u

▼M7

(2) 

minn tal-inqas 15-il siegħa ta' tagħlim fit-titjir tal-ajruplani f'kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO, inklużi minn tal-inqas ir-rekwiżiti tal-punt (a)(2).

▼B

(d)

Ikkreditar. L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, għajr għall-blalen tal-ajra, għandhom jiġu kkreditati b'10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 10 sigħat. L-ammont ta’ kreditu mogħti, fi kwalunkwe każ, m'għandux jinkludi r-rekwiżiti f'(a)(2).

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għal ħelikopters ta’ PPL – PPL(H)

FCL.205.H    PPL(H) – Privileġġi

▼M11

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(H) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota ta’ ħelikopters involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali u li jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detenturi ta’ LAPL(H).

▼B

(b)

Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(H) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:

(1) 

għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għal-LAPL(H) jew il-PPL(H);

(2) 

għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal dawn il-liċenzji;

▼M3

(3) 

it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja.

▼B

FCL.210.H    PPL(H) – Rekwiżiti u kkreditjar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal PPL(H) għandhom ikunu lestew mill-inqas 45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopters, li 5 minnhom jistgħu jkunu saru f'FNPT jew FFS, inkluż mill-inqas:

(1) 

25-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti;

(2) 

10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bi bdot waħdu taħt sorveljanza, inklużi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir cross-country bi bdot waħdu b'mill-inqas titjira waħda cross-country ta’ mill-inqas 185 km (100 NM), bi nżul ta’ waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

(3) 

35 mill-45 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir għandhom isiru fuq l-istess tip ta’ ħelikopter bħal dak użat għat-test tal-ħiliet.

▼M7

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għal applikant li jkollu LAPL(H). L-applikanti għal PPL(H) li jkollhom LAPL(H) għandhom ilestu kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO. Dak il-kors ta' taħriġ għandu jinkludi minn tal-inqas ħames sigħat ta' ħin tat-tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti u minn tal-inqas titjira waħda bi bdot waħdu taħt superviżjoni minn pajjiż għall-ieħor ta' mill-inqas 185 km (100 NM), bi nżul b'waqfien totali f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

▼B

(c)

L-applikanti li jkollhom liċenzja ta’ bdot għal kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, għajr għall-blalen tal-ajra, għandhom jiġu kkreditati b'10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 6 sigħat. L-ammont ta’ kreditu mogħti, fi kwalunkwe każ, m'għandux jinkludi r-rekwiżiti f'(a)(2).

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-airships bil-PPL – PPL(As)

FCL.205.As    PPL(As) – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ PPL(As) huma li jaġixxi mingħajr remunerazzjoni bħala PIC jew kopilota fuq airships involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali.

(b)

Minkejja l-paragrafu ta’ hawn fuq, id-detentur ta’ PPL(As) bi privileġġi ta’ għalliem jew eżaminatur jista' jirċievi remunerazzjoni:

(1) 

għall-provvista ta’ tagħlim fit-titjir għall-PPL(As);

(2) 

għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal din il-liċenzja;

▼M3

(3) 

it-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar għall-kwalifiki jew iċ-ċertifikati mehmuża ma’ din il-liċenzja.

▼B

FCL.210.As    PPL(As) – Rekwiżiti u kkreditar tal-esperjenza

(a)

L-applikanti għal PPL(As) għandhom ikunu lestew mill-inqas 35 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'airships, li 5 minnhom jistgħu jkunu tlestew f'FSTD, inklużi mill-inqas:

(1) 

25 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir b'żewġ bdoti, inklużi:

(i) 

3 sigħat ta’ taħriġ fit-titjir cross-country, inkluża titjira cross-country waħda ta’ mill-inqas 65 km (35 NM);

(ii) 

3 sigħat ta’ tagħlim strumentali;

(2) 

8 telgħat u nżulijiet f'ajrudrom, inklużi l-proċeduri tal-irbit u l-ħall tal-irbit mal-arblu;

(3) 

8 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bi bdot waħdu taħt sorveljanza.

▼M12

(b)

L-applikanti li jkollhom BPL maħruġ skont l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u li jkunu kwalifikati li jtajru airships li jaħdmu bl-arja sħuna għandhom jiġu kkreditati b’10 % tal-ħin totali tat-titjir tagħhom bħala PIC fuq tali airships u sa massimu ta’ 5 sigħat.

▼M12 —————

▼B

SUBPARTI D

LIĊENZJA TA’ BDOT KUMMERĊJALI - CPL

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.300    CPL – Età minima

Applikant għal CPL għandu jkollu mill-inqas 18-il sena.

FCL.305    CPL – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Privileġġi. Il-privileġġi tad-detentur ta’ CPL huma, fil-kategorija xierqa tal-inġenju tal-ajru, li:

(1) 

jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detentur ta’ LAPL u PPL;

(2) 

jaġixxi bħala PIC jew kopilota ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru involut f'operazzjonijiet differenti mit-trasport kummerċjali bl-ajru;

(3) 

jaġixxi bħala PIC fit-trasport kummerċjali bl-ajru ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru bi bdot wieħed suġġett għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-FCL.060 u f'din is-Subparti;

(4) 

jaġixxi bħala kopilota fit-trasport kummerċjali bl-ajru suġġett għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-FCL.060.

(b)

Kundizzjonijiet. Applikant għall-ħruġ ta’ CPL għandu jkun issosidfa r-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tip tal-inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet.

FCL.310    CPL – Eżamijiet ta’ għarfien teoriku

Applikant għal CPL għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-Liġi tal-Ajru,
— 
Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-Ajru – Qafas tal-Inġenju tal-Ajru/Sistemi/Impjant tal-Enerġija,
— 
Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-Ajru – Strumentalizzazzjoni,
— 
Il-Massa u l-Bilanċ,
— 
L-Eżekuzzjoni,
— 
L-Ippjanar u l-Monitoraġġ tat-Titjira,
— 
Il-Prestazzjoni Umana,
— 
Il-Meteoroloġija,
— 
In-Navigazzjoni Ġenerali,
— 
In-Navigazzjoni bir-Radju,
— 
Il-Proċeduri Operattivi,
— 
Il-Prinċipji tat-Titjir,
— 
Il-Komunikazzjonijiet ta’ Regoli tat-Titjir Viżiv (VFR).

FCL.315    CPL – Kors ta’ taħriġ

Applikant għal CPL għandu jkun lesta tagħlim fl-għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir f'ATO, skont l-Appendiċi 3 ta’ din il-Parti.

FCL.320    CPL – Test tal-ħiliet

Applikant għal CPL għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 4 ta’ din il-Parti sabiex juri l-kapaċità li, bħala PIC tal-kategorija xierqa tal-inġenju tal-ajru, iwettaq il-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplani – CPL(A)

▼M4

FCL.315.A    CPL – Kors ta' taħriġ

Għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta' CPL(A) għandu jinkludi taħriġ ta' prevenzjoni ta' disturbi u taħriġ dwar l-irkupru.

▼B

FCL.325.A    CPL(A) – Kundizzjonijiet speċifiċi għal detenturi ta’ MPL

Qabel ma jeżerċita l-privileġġi ta’ CPL(A), id-detentur ta’ MPL għandu jkun wettaq fuq l-ajruplani:

(a) 

70 siegħa ta’ ħin ta’ titjir:

(1) 

bħala PIC;

(2) 

għamel mill-inqas 10 sigħat bħala PIC u ħin ta’ titjir addizzjonali bħala PIC taħt sorveljanza (PICUS).

Minn dawn is-70 siegħa, 20 għandhom ikunu ta’ ħin ta’ titjir cross-country skont il-VFR bħala PIC, jew ħin ta’ titjir cross-country magħmul minn mill-inqas 10 sigħat bħala PIC u 10 sigħat bħala PICUS. Dan għandu jinkludi titjira cross-country skont il-VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) li matulha għandu jsir inżul b'waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti bħala PIC;

(b) 

l-elementi tal-kors modulari CPL(A) kif speċifikat fil-paragrafi 10(a) u 11 tal-Appendiċi 3, E ta’ din il-Parti;

(c) 

it-test tal-ħiliet CPL(A), skont FCL.320.

SUBPARTI E

LIĊENZJA TA' BDOT B'AKTAR MINN EKWIPAĠĠ WIEĦED – MPL

FCL.400.A    MPL – Età minima

Applikant għal MPL għandu jkollu mill-inqas 18-il sena.

FCL.405.A    MPL – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ MPL huma li jaġixxi bħala kopilota f'ajruplan li jeħtieġ li jiġi mħaddem b'kopilota.

(b)

Id-detentur ta’ MPL jista' jikseb il-privileġġi żejda ta':

(1) 

id-detentur ta’ PPL(A), sakemm ir-rekwiżiti għall-PPL(A) speċifikati fis-Subparti C jiġu ssodisfati;

(2) 

CPL(A), sakemm ir-rekwiżiti speċifikati fl-FCL.325.A jiġu ssodisfati.

(c)

Id-detentur ta’ MPL għandu jkollu l-privileġġi tal-IR(A) tiegħu limitati għal ajruplani li jeħtieġ li jiġu mħaddma b'kopilota. Il-privileġġi tal-IR(A) jistgħu jiġu estiżi għal operazzjonijiet ta’ bdot wieħed fl-ajruplani, sakemm id-detentur ta’ liċenzja ikun wettaq it-taħriġ meħtieġ biex jaġixxi bħala PIC f'operazzjonijiet ta’ bdot wieħed eżerċitati biss b'referenza għal strumenti u jkun għadda mit-test tal-ħiliet tal-IR(A) bħala bdot wieħed.

▼M8

FCL.410.A    MPL – Kors ta' taħriġ u eżamijiet tal-għarfien teoretiku

(a)   Rotta

L-applikanti għall-ħruġ ta' MPL għandhom ikunu lestew kors ta' taħriġ tal-għarfien teoretiku u tat-tagħlim fit-titjir f'ATO skont l-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL).

(b)   Eżaminazzjoni

L-applikanti għall-ħruġ ta' MPL għandhom juru livell ta' għarfien teoretiku adattat għad-detenturi ta' ATPL(A), skont FCL.515, u għall-klassifikazzjoni tat-tip b'aktar minn pilota wieħed.

▼B

FCL.415.A    MPL – Ħila prattika

(a)

Applikant għal MPL, permezz ta’ valutazzjoni kontinwa, għandu jkun wera l-ħiliet meħtieġa biex jissodisfa l-unitajiet kollha ta’ kompetenza speċifikati fl-Appendiċi 5 ta’ din il-Parti, bħala bdot fl-arja u bdot fuq l-art, f'ajruplan b'aktar minn magna waħda mħaddma bit-turbini u b'aktar minn bdot wieħed skont il-VFR u l-IFR.

(b)

Meta jlesti l-kors ta’ taħriġ, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti, sabiex juri l-kapaċità li jwettaq il-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija. It-test tal-ħiliet għandu jsir fit-tip ta’ ajruplan użat fil-fażi avvanzata tal-kors ta’ taħriġ integrat tal-MPL jew f'FFS li jirrappreżenta l-istess tip.

SUBPARTI F

LIĊENZJA TA' BDOT TA' TRASPORT B'LINJA TAL-AJRU - ATPL

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.500    ATPL – Età minima

L-applikanti għal ATPL għandu jkollhom mill-inqas 21 sena.

FCL.505    ATPL – Privileġġi

(a)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ ATPL huma, fil-kategorija adattata tal-inġenju tal-ajru, li:

(1) 

jeżerċita l-privileġġi kollha tad-detentur ta’ LAPL, PPL u CPL;

(2) 

jaġixxi bħala PIC ta’ inġenju tal-ajru involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru.

(b)

L-applikanti għall-ħruġ ta’ ATPL għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru użat fit-test tal-ħiliet.

FCL.515    ATPL – Kors ta’ taħriġ u eżaminijiet fl-għarfien teoriku

(a)

Kors. L-applikanti għal ATPL għandhom ikunu lestew kors ta’ taħriġ f'ATO. Il-kors għandu jkun kors ta’ taħriġ integrat jew kors modulari, skont l-Appendiċi 3 ta’ din il-Parti.

(b)

Eżami. L-applikanti għal ATPL għandhom juru livell ta’ għarfien adattat skont il-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-Liġi tal-Ajru,
— 
Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenju tal-Ajru – Qafas tal-Inġenju tal-Ajru/Sistemi/Impjant tal-Enerġija,
— 
Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-Ajru – Strumentalizzazzjoni,
— 
Il-Massa u l-Bilanċ,
— 
L-Eżekuzzjoni,
— 
L-Ippjanar u l-Monitoraġġ tat-Titjira,
— 
Il-Prestazzjoni Umana,
— 
Il-Meteoroloġija,
— 
In-Navigazzjoni Ġenerali,
— 
In-Navigazzjoni bir-Radju,
— 
Il-Proċeduri Operattivi,
— 
Il-Prinċipji tat-Titjir,
— 
Il-Komunikazzjonijiet VFR,
— 
Il-Komunikazzjonijiet tal-IFR.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplan – ATPL(A)

FCL.505.A    ATPL(A) – Restrizzjoni tal-privileġġi għal bdoti li qabel kellhom MPL

Meta d-detentur ta’ ATPL(A) preċedentement kellu biss MPL, il-privileġġi tal-liċenzja għandhom jiġu ristretti għal operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed, sakemm id-detentur ma jkunx ikkonforma ma’ FCL.405.A (b)(2) u (c) għal operazzjonijiet bi bdot wieħed.

FCL.510.A    ATPL(A) – Prerekwiżiti, esperjenza u kkreditar

(a)

Prerekwiżiti. L-applikanti għal ATPL(A) għandu jkollhom:

(1) 

MPL;

(2) 

CPL(A) u IR b'aktar minn magna waħda għall-ajruplani. F'dan il-każ, l-applikant għandu jkun ingħata wkoll tagħlim fl-MCC.

(b)

Esperjenza. L-applikanti għal ATPL(A) għandhom ikunu wettqu minimu ta’ 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq l-ajruplani, inklużi mill-inqas:

(1) 

500 siegħa f'operazzjonijiet b’ ħafna bdoti fuq l-ajruplani;

(2) 
(i) 

500 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza;

(ii) 

250 siegħa bħala PIC;

(iii) 

250 siegħa, inkluż mill-inqas 70 siegħa bħala PIC, u dak li jifdal bħala PIC taħt sorveljanza;

(3) 

200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu bħala PIC jew PIC taħt sorveljanza;

(4) 

75 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom mhux aktar minn 30 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art; u

(5) 

100 siegħa ta’ titjir billejl bħala PIC jew kopilota.

Mill-1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, sa 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jistgħu jkunu twettqu f'FFS u FNPT. Minn dawn il-100 siegħa, massimu ta’ 25 siegħa biss jistgħu jkunu twettqu f'FNPT.

(c)

Ikkreditar.

(1) 

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għal kategoriji oħra ta’ inġenju tal-ajru għandhom jiġu kkreditati b'ħin ta’ titjir sa massimu ta':

(i) 

għal TMG jew gliders, 30 siegħa misjuqa bħala PIC;

(ii) 

għall-ħelikopters, 50 % tar-rekwiżiti kollha tal-ħin ta’ titjir tal-paragrafu (b).

▼M3

(2) 

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ inġinier tat-titjir maħruġa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għandhom jirċievu krediti li jikkorrispondu għal 50 % tas-sigħat effettwati mill-inġinier tat-titjir sa kreditu massimu ta’ 250 siegħa. Dawn il-250 siegħa jistgħu jiġu kkreditati biex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ 1 500 siegħa tal-paragrafu (b), u r-rekwiżit ta’ 500 siegħa tal-punt (b)(1), sakemm il-kreditu totali mogħti fir-rigward ta’ kwalunkwe minn dawn il-paragrafi ma jaqbiżx il-250 siegħa.

▼B

(d)

L-esperjenza meħtieġa f'(b) għandha titwettaq qabel ma jsir it-test tal-ħiliet għall-ATPL(A).

FCL.520.A    ATPL(A) – Test tal-ħiliet

L-applikanti għal ATPL(A) għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juru l-kapaċità li, bħala PIC ta’ ajruplan b'aktar minn bdot wieħed skont IFR, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.

It-test tal-ħiliet għandu jsir fl-ajruplan jew FFS ikkwalifikat b'mod adegwat li jirrappreżenta l-istess tip.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ħelikopters – ATPL(H)

FCL.510.H    ATPL(H) – Prerekwiżiti, esperjenza u kkreditjar

L-applikanti għal ATPL(H) għandu:

(a) 

ikollhom CPL(H) u klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed u jkunu ngħataw tagħlim fl-MCC;

(b) 

ikunu wettqu, bħala bdot tal-ħelikopters, minimu ta’ 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir inklużi mill-inqas:

(1) 

350 siegħa f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(2) 
(i) 

250 siegħa bħala PIC;

(ii) 

100 siegħa bħala PIC u 150 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza;

(iii) 

250 siegħa bħala PIC taħt sorveljanza f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed. F'dan il-każ, il-privileġġi tal-ATPL(H) għandhom ikunu limitati għal operazzjoni b'aktar minn bdot wieħed biss, sakemm ikunu twettqu 100 siegħa bħala PIC;

(3) 

200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu bħala PIC jew PIC taħt sorveljanza;

(4) 

30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom mhux aktar minn 10 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

(5) 

100 siegħa ta’ titjir billejl bħala PIC jew bħala kopilota.

Mill-1 000 siegħa, massimu ta’ 100 siegħa jistgħu jkunu twettqu f'FSTD, li minnhom mhux aktar minn 25 jistgħu jitwettqu f'FNPT.

(c) 

Il-ħin ta’ titjir fl-ajruplani għandu jiġi kkreditat sa 50 % fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ħin ta’ titjir tal-paragrafu (b).

(d) 

L-esperjenza meħtieġa f'(b) għandha titwettaq qabel ma jsir it-test tal-ħiliet għall-ATPL(H).

FCL.520.H    ATPL(H) – Test tal-ħiliet

L-applikanti għal ATPL(H) għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juru l-kapaċità li, bħala PIC ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, iwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti bil-kompetenza adattata għall-privileġġi mogħtija.

It-test tal-ħiliet għandu jsir fil-ħelikopter jew f'FFS ikkwalifikat b'mod adegwat li jirrappreżenta l-istess tip.

SUBPARTI G

KLASSIFIKAZZJONI TAT-TITJIR BL-ISTRUMENTI - IR

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

▼M12

FCL.600    IR – General

Ħlief kif previst fil-paragrafu FCL.835, l-operazzjonijiet taħt IFR fuq ajruplan, ħelikopter, airship jew inġenju tal-ajru powered-lift, għandhom jitwettqu biss minn detenturi ta’ PPL, CPL, MPL, u ATPL b’IR adattata għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru jew, jekk IR adattata għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru ma tkunx disponibbli, meta jitwettaq l-ittestjar tal-ħiliet jew struzzjoni tat-titjir b’żewġ bdoti.

▼B

FCL.605    IR – Privileġġi

▼M5

(a)

Il-privileġġi ta' detentur ta' IR iridu jtajru inġenju tal-ajru skont IFR, inklużi operazzjonijiet PBN, b'altitudni deċiżjonali ta' mhux inqas minn 200 pied (60 m).

▼B

(b)

Fil-każ ta’ IR b'aktar minn magna waħda, dawn il-privileġġi jistgħu jiġu estiżi għal altitudnijiet deċiżjonali inqas minn 200 pied (60 m) meta l-applikant ikun wettaq taħriġ speċifiku f'ATO u jkun għadda mit-taqsima 6 tat-test tal-ħiliet preskritt fl-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti f'inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed.

(c)

Id-detenturi ta’ IR għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 8 ta’ din il-Parti.

(d)

Ħelikopters biss. Sabiex jeżerċita privileġġi bħala PIC taħt IFR f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, id-detentur ta’ IR(H) għandu jkollu mill-inqas 70 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li minnhom sa 30 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art.

FCL.610    IR – Prerekwiżiti u kkreditar

L-applikanti għal IR:

(a) 

għandu jkollhom:

(1) 

mill-inqas PPL fil-kategorija xierqa tal-inġenju tal-ajru, u:

▼M3

(i) 

il-privileġġi ta' tajran bil-lejl skont il-paragrafu FCL.810, jekk il-privileġġi tal-IR ma jkunux sejrin jintużaw billejl; jew

▼B

(ii) 

ATPL f'kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru;

(2) 

CPL, f'kategorija xierqa ta’ inġenji tal-ajru.

▼M3

(b) 

lestew mill-anqas 50 siegħa ta' titjir bejn il-pajjiżi bħala PIC f'ajruplani, TMGs, ħelikopters jew airships, li mill-anqas 10 jew, fil-każ tal-airships, 20 siegħa minnhom għandhom ikunu fil-kategorija ta' inġenji tal-ajru rilevanti.

▼B

(c) 

Ħelikopters biss. L-applikanti li wettqu kors ta’ taħriġ integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), CPL(H)/IR jew CPL(H) għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit f'(b).

FCL.615    IR – Għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir

(a)

Kors. L-applikanti għal IR għandhom ikunu rċevew kors ta’ għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir f'ATO. Il-kors għandu jkun:

(1) 

kors ta’ taħriġ integrat li jinkludi taħriġ għall-IR, skont l-Appendiċi 3 ta’ din il-Parti;

(2) 

kors modulari skont l-Appendiċi 6 ta’ din il-Parti.

▼M3

(b)

Eżami. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien teoriku xieraq skont il-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-Liġi tal-Ajru,
— 
Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-Ajru – Strumentazzjoni,
— 
L-Ippjanaru l-Monitoraġġ tat-Titjira,
— 
Il-Prestazzjoni Umana,
— 
Il-Meteoroloġija,
— 
In-Navigazzjoni bir-Radju,
— 
Il-Komunikazzjonijiet tal-IFR.

▼B

FCL.620    IR – Test tal-ħiliet

(a)

L-applikanti għal IR għandhom jgħaddu minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 7 ta’ din il-Parti sabiex juru l-kapaċità li jwettqu l-proċeduri u l-manuvri rilevanti b'livell ta’ kompetenza adattat għall-privileġġi mogħtija.

(b)

Għal IR b'aktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f'inġenju tal-ajru b'aktar minn magna waħda. Għal IR b'magna waħda, it-test għandu jsir f'inġenju tal-ajru b'magna waħda. Ajruplan b'aktar minn magna waħda fiż-żaqq għandu jiġi meqjus bħala ajruplan b'magna waħda għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

▼M12

(c)

L-applikanti li jkunu lestew test tal-ħiliet għal IR b’aktar minn magna waħda f’ajruplan b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed li għalih hija meħtieġa kwalifika tal-klassi, għandha tinħarġilhom IR b’magna waħda għall-kwalifika tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan b’magna waħda li jkollhom.

▼M11

FCL.625    IR– Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a) Validità

IR għandha tkun valida għal sena.

(b) Validazzjoni mill-ġdid

(1) 

IR għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tagħha billi tikkonforma mal-kriterji tal-validazzjoni mill-ġdid għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru.

(2) 

Jekk l-applikanti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid aktar kmieni milli preskritt fil-punt (1), il-perjodu l-ġdid tal-validità għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.

(3) 

L-applikanti li ma jgħaddux mit-taqsima rilevanti ta’ kontroll tal-profiċjenza tal-IR qabel id-data ta’ skadenza tal-IR għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-IR biss jekk ikunu għaddew mill-kontroll tal-profiċjenza tal-IR.

▼M14

(4) 

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR għandhom jirċievu krediti sħaħ għall-kontroll tal-profiċjenza kif meħtieġ f’din is-Subparti meta jlestu l-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 relatata mal-IR għand operatur tal-EBT.

▼M14

(c) Tiġdid

Jekk IR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(1) 

sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ taħriġ ta’ aġġornament biex l-applikant jilħaq il-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jgħaddi mill-element tal-istrument tat-test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9, huwa għandu jgħaddi minn valutazzjoni għand waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet li ġejjin:

(i) 

għand ATO;

(ii) 

għand operatur tal-EBT li huwa approvat speċifikament għal tali taħriġ ta’ aġġornament;

(2) 

jekk l-organizzazzjoni li tipprovdi l-valutazzjoni tqis li jkun meħtieġ skont il-punt (1), huma għandhom ilestu t-taħriġ ta’ aġġornament għand dik l-organizzazzjoni;

(3) 

wara li jikkonformaw mal-punt (1) u, kif applikabbli, mal-punt (2), għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti. Dik il-valutazzjoni prattika tal-EBT tista’ tiġi kkombinata mat-taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-punt (2);

(4) 

għandu jkollhom il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness.

▼M11

(d) Jekk l-IR ma tkunx ġiet ivvalidata mill-ġdid jew imġedda fis-7 snin preċedenti, l-applikanti għall-IR għandhom jerġgħu jgħaddu mill-eżami tal-għarfien teoriku u mit-test tal-ħiliet tal-IR.

▼M14

(e) Id-detenturi ta’ IR valida fuq liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz, f’konformità mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandhom ikunu eżentati milli jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punti (c)(1), (c)(2) u (d) meta jġeddu l-privileġġi tal-IR li jinsabu fil-liċenzji maħruġa f’konformità ma’ dan l-Anness.

(f) Il-kontroll tal-profiċjenza speċifikat fil-punt (c)(3) jista’ jiġi kkombinat ma’ kontroll tal-profiċjenza mwettaq għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti.

▼B

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru

FCL.625.A    IR(A) – Validazzjoni mill-ġdid

▼M11

(a)

Validazzjoni mill-ġdid.

Biex jivvalidaw mill-ġdid IR(A), l-applikanti għandhom:

(1) 

ikollhom il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti, sakemm il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti;

▼M14

(2) 

jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9, jew iwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10, jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

▼M11

(3) 

jekk l-IR ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip:

(i) 

għal ajruplani bi bdot wieħed, jikkompletaw it-taqsima 3b u dawk il-partijiet tat-taqsima 1 li huma rilevanti għat-titjira maħsuba tal-kontroll tal-profiċjenza preskritta fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness;

(ii) 

għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, jikkompletaw it-taqsima 6 tal-kontroll tal-profiċjenza għal ajruplani bi bdot wieħed skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness b’referenza unika għall-istrumenti.

▼M14

(4) 

Jista’ jintuża FNPT II jew FFS li jirrappreżenta l-klassi jew it-tip ta’ ajruplan rilevanti għall-validazzjoni mill-ġdid skont il-punt (3), sakemm mill-inqas kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR (A) jitwettaq f’ajruplan.

▼B

(b)

Il-kreditu trasversali għandu jingħata skont l-Appendiċi 8 ta’ din il-Parti.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ ħelikopters

▼M11

FCL.625.H    IR(H) – Validazzjoni mill-ġdid

(a) Biex jivvalidaw mill-ġdid IR(H), l-applikanti għandhom:

(1) 

ikollhom il-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, sakemm il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(2) 

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għat-tip rilevanti ta’ ħelikopter jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR tkun ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip;

(3) 

jekk il-validazzjoni mill-ġdid tal-IR ma tkunx ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, jikkompletaw it-Taqsima 5 u l-partijiet rilevanti tat-Taqsima 1 tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għat-tip tal-ħelikopter rilevanti.

(b) FTD 2/3 jew FFS li jirrappreżenta t-tip rilevanti tal-ħelikopter rilevanti jista’ jintuża għall-kontroll tal-profiċjenza skont il-punt (a)(3), dment li mill-inqas jitwettaq kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H) f’ħelikopter.

(c) Il-kreditu trasversali għandu jingħata skont l-Appendiċi 8 ta’ dan l-Anness.

▼B

FCL.630.H    IR(H) – Estensjoni tal-privileġġi minn ħelikopters b'magna waħda għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda

Id-detenturi ta’ IR(H) valida għal ħelikopters b'magna waħda li jixtiequ jestendu l-IR(H) għall-ewwel darba għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda għandhom iwettqu:

(a) 

kors ta’ taħriġ f'ATO li jinvolvi mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti b'żewġ bdoti, li 3 sigħat minnhom jistgħu jkunu f'FFS jew FTD 2/3 jew FNPT II/III;

(b) 

it-Taqsima 5 tat-test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti dwar il-ħelikopters b'aktar minn magna waħda.

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ airship

FCL.625.As    IR(As) – Validazzjoni mill-ġdid

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As):

(a) 

meta kkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, għandhom iwettqu kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti, għat-tip ta’ airship rilevanti;

(b) 

meta mhux ikkombinata mal-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dawn għandhom jikkompletaw taqsima 5 u dawk il-partijiet tat-Taqsima 1 rilevanti għat-titjira maħsuba tal-kontroll tal-profiċjenza għall-airships skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-parti. F'dan il-każ, FTD 2/3 jew FFS li jirrappreżenta t-tip rilevanti jista' jintuża, iżda mill-inqas kull kontroll tal-profiċjenza alternattiv għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As) f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jsir f'airship.

SUBPARTI H

KLASSIFIKAZZJONI TAL-KLASSI U TAT-TIP

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.700    Ċirkustanzi li fihom huma meħtieġa klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip

▼M12

(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għandhom jaġixxu bħala bdoti ta’ inġenju tal-ajru biss jekk ikollhom kwalifika valida u xierqa tal-klassi jew tat-tip, sakemm ma tapplikax kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(1) 

jekk qed jeżerċitaw il-privileġġi ta’ LAPL;

(2) 

jekk qed iwettqu testijiet tal-ħiliet jew kontrolli tal-profiċjenza għat-tiġdid tal-kwalifiki tal-klassi jew tat-tip;

(3) 

jekk jirċievu tagħlim fit-titjir;

(4) 

jekk ikollhom kwalifika ta’ test tat-titjira maħruġa skont il-punt FCL.820.

▼B

(b)

Minkejja (a), fil-każ ta’ titjiriet relatati mal-introduzzjoni jew il-modifika tat-tipi tal-inġenji tal-ajru, il-bdoti jista' jkollhom ċertifikat speċjali mogħti mill-awtorità kompetenti, li jawtorizzahom iwettqu t-titjiriet. Din l-awtorizzazzjoni għandu jkollha l-validità tagħha limitata għat-titjiriet speċifiċi.

▼M5 —————

▼B

FCL.705    Privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip

Il-privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip huma li jaġixxi bħala bdot fil-klassi jew fit-tip ta’ inġenju tal-ajru speċifikat fil-klassifikazzjoni.

▼M11

FCL.710    Klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip — varjanti

(a) Il-bdoti għandhom ilestu taħriġ dwar id-differenzi jew familjarizzazzjoni sabiex jestendu l-privileġġi tagħhom għal varjant ieħor ta’ inġenju tal-ajru fi klassifikazzjoni waħda tal-klassi jew tat-tip. Fil-każ ta’ varjanti fi klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, it-taħriġ dwar id-differenzi jew il-familjarizzazzjoni għandhom jinkludu l-elementi rilevanti ddefiniti fl-OSD, fejn applikabbli.

(b) It-taħriġ dwar id-differenzi għandu jitwettaq f’wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) 

ATO;

(2) 

DTO fil-każ ta’ inġenju tal-ajru msemmi fil-punti DTO.GEN.110(a)(1)(c) u (a)(2)(c) tal-Anness VIII;

(3) 

detentur ta’ AOC li għandu programm ta’ taħriġ approvat dwar id-differenzi għall-klassi jew it-tip rilevanti.

(c) Minkejja r-rekwiżit fil-punt (b), it-taħriġ dwar id-differenzi għat-TMG, għall-ajruplani b’magna waħda bil-pistin (SEP), b’magna waħda b’turbina (SET) u b’aktar minn magna waħda bil-pistin (MEP) jista’ jitwettaq minn għalliem ikkwalifikat kif xieraq sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-OSD.

(d) Jekk il-bdoti ma jkunux tajru l-varjant fi żmien sentejn wara t-taħriġ elenkat fil-punt (b), għandu jitwettaq taħriġ ulterjuri dwar id-differenzi jew kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant, ħlief għat-tipi jew il-varjanti fi ħdan il-klassifikazzjonijiet tal-klassi SEP u TMG.

(e) It-taħriġ dwar id-differenzi jew il-kontroll tal-profiċjenza f’dak il-varjant għandu jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord jew fir-rekord ekwivalenti tal-bdot u għandu jiġi ffirmat mill-għalliem jew mill-eżaminatur kif xieraq.

▼B

FCL.725    Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip

▼M7

(a)

Kors ta' taħriġ. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jlesti kors ta' taħriġ f'ATO. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b'magna waħda mhux ta' prestazzjoni għolja, għal klassifikazzjoni tal-klassi ta' TMG jew għal klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b'magna waħda msemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) jista' jlesti l-kors ta' taħriġ f'DTO. Il-kors ta' taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jinkludi l-elementi obbligatorji tat-taħriġ għat-tip rilevanti kif iddefinit fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.

▼B

(b)

Eżami fl-għarfien teoriku. L-applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jgħaddi minn eżami tal-għarfien teoriku organizzat mill-ATO biex juri l-livell tal-għarfien teoriku meħtieġ għat-tħaddim sikur tal-klassi jew tat-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli.

(1) 

Għal inġenju tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jkun bil-miktub u jinvolvi mill-inqas 100 mistoqsija b'għażla multipla mqassma kif xieraq bejn is-suġġetti ewlenin tas-sillabu.

(2) 

Għal inġenju tal-ajru b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jkun bil-miktub u n-numru tal-mistoqsijiet b'għażla multipla għandu jiddependi fuq il-kumplessità tal-inġenju tal-ajru.

(3) 

Għal inġenju tal-ajru b'magna waħda, l-eżami tal-għarfien teoriku għandu jiġi mwettaq verbalment mill-eżaminatur matul it-test tal-ħiliet sabiex jiġi stabbilit jekk intlaħaqx livell sodisfaċenti ta’ għarfien jew le.

▼M3

(4) 

Għall-ajruplani bi bdot wieħed li huma kklassifikati bħala ajruplani bi prestazzjoni għolja, l-eżami għandu jkun bil-miktub u jinkludi mill-anqas 100 mistoqsija b'diversi għażliet imqassma b'mod xieraq fis-suġġetti tas-sillabu.

▼M11

(5) 

Għall-ajruplani bi bdot wieħed u b’magna waħda u dawk bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda (tal-baħar), l-eżami għandu jsir bil-miktub u għandu jinkludi mill-inqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli.

▼B

(c)

Test tal-ħiliet. Applikant għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti sabiex juri l-ħiliet meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-klassi jew tat-tip applikabbli tal-inġenju tal-ajru.

L-applikant għandu jgħaddi mit-test tal-ħiliet fi żmien 6 xhur wara l-bidu tal-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip u f'perjodu ta’ 6 xhur qabel l-applikazzjoni għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip.

▼M8

(d)

Applikant li diġà għandu klassifikazzjoni tat-tip għal tip ta' inġenju tal-ajru, bil-privileġġ għal operazzjonijiet ta' pilota wieħed jew b'aktar minn pilota wieħed, għandu jiġi kkunsidrat bħala li diġà ssodisfa r-rekwiżiti teoretiċi meta japplika biex iżid il-privileġġ għall-forma l-oħra ta' operazzjoni fuq l-istess tip ta' inġenju tal-ajru. Tali applikant għandu jlesti taħriġ addizzjonali fit-titjir għall-forma l-oħra ta' operazzjoni f'ATO, jew għand detentur ta' AOC awtorizzat b'mod speċifiku għal taħriġ ta' dan it-tip mill-awtorità kompetenti. Il-forma ta' operazzjoni għandha tiddaħħal fil-liċenzja.

▼B

(e)

Minkejja l-paragrafi ta’ hawn fuq, il-bdoti li għandhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjir maħruġa skont FCL.820 li kienu involuti fit-testijiet tat-titjir tal-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni jew il-produzzjoni għal tip ta’ inġenju tal-ajru, u li wettqu 50 siegħa ta’ ħin totali ta’ titjir jew 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq titjiriet ta’ ttestjar f'dak it-tip, għandhom ikunu intitolati biex japplikaw għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, sakemm ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ dik il-klassifikazzjoni tat-tip, kif stabbilit f'din is-Subparti għall-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru.

▼M12

(f)

L-applikanti għal kwalifika tal-klassi għal TMGs li jkollhom ukoll SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, inkluż il-privileġġi biex itiru fuq TMGs, għandhom jirċievu krediti sħaħ fir-rigward tar-rekwiżiti fil-paragrafi (a), (b) u (c).

▼M14

FCL.740    Validità u tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip

(a) 

Validità

(1) 

Il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għandu jkun ta’ sena, ħlief għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta’ bdot wieħed u magna waħda, li għalihom il-perjodu ta’ validità għandu jkun ta’ sentejn, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD. Jekk il-bdoti jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid qabel dak preskritt fil-punti FCL.740.A, FCL.740.H, FCL.740.PL u FCL.740.As, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jibda mid-data tal-kontroll tal-profiċjenza.

(2) 

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandhom jirċievu krediti sħaħ għall-kontroll tal-profiċjenza kif meħtieġ f’din is-Subparti meta jlestu l-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 għand operatur li jkun implimenta l-EBT għall-klassifikazzjoni rilevanti tal-klassi jew tat-tip.

(b) 

Tiġdid

Għat-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, l-applikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(1) 

sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ taħriġ ta’ aġġornament biex l-applikant jilħaq il-livell ta’ profiċjenza biex jopera l-inġenju tal-ajru b’mod sikur, huma għandhom jgħaddu minn valutazzjoni għand waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

għand ATO;

(ii) 

għand DTO jew għand ATO, jekk il-klassifikazzjoni li skadiet kienet tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi għal inġenji tal-ajru tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja, klassifikazzjoni tal-klassi ta’ TMG jew klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b’magna waħda msemmija fil-punt DTO.GEN.110(a)(2)(c) tal-Anness VIII;

(iii) 

għand DTO, għand ATO jew ma’ għalliem, jekk il-klassifikazzjoni tkun skadiet mhux aktar minn 3 snin qabel u l-klassifikazzjoni tkun tikkonċerna klassifikazzjoni tal-klassi tal-pistuni b’magna waħda mhux ta’ prestazzjoni għolja jew klassifikazzjoni tal-klassi tat-TMG;

(iv) 

għand operatur tal-EBT li huwa approvat speċifikament għal tali taħriġ ta’ aġġornament;

(2) 

jekk l-organizzazzjoni jew l-għalliem li jipprovdi l-valutazzjoni jqisu li jkun meħtieġ skont il-punt (1), huma għandhom ilestu t-taħriġ ta’ aġġornament għand dik l-organizzazzjoni jew ma’ dak l-għalliem;

(3) 

wara li jikkonformaw mal-punt (1) u, kif applikabbli, mal-punt (2), għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10. Dik il-valutazzjoni prattika tal-EBT tista’ tiġi kkombinata mat-taħriġ ta’ aġġornament speċifikat fil-punt (2).

Permezz ta’ deroga mill-punti (b)(1), (b)(2) u (b)(3), il-bdoti li jkollhom klassifikazzjoni tat-test tat-titjira maħruġa skont il-punt FCL.820 li kienu involuti fit-testijiet tat-titjir tal-iżvilupp, taċ-ċertifikazzjoni jew tal-produzzjoni għal tip ta’ inġenju tal-ajru u jkunu kkompletaw jew 50 siegħa ta’ ħin totali ta’ titjir jew 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC f’titjiriet ta’ ttestjar f’dak it-tip matul is-sena qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom, għandhom ikunu intitolati li japplikaw għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti.

L-applikanti għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit fil-punti (b)(1) u (b)(2) jekk ikollhom klassifikazzjoni valida għall-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru fuq liċenzja ta’ bdot maħruġa minn pajjiż terz skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u jekk ikunu intitolati jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni.

(c) 

Il-bdoti li jitilqu mill-programm tal-EBT ta’ operatur wara li jkunu naqsu milli juru livell aċċettabbli ta’ kompetenza skont dak il-programm tal-EBT ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni tat-tip qabel ma jkunu kkonformaw ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(1) 

ikunu lestew il-valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10;

(2) 

ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza skont il-punt FCL.625(c)(3) jew il-punt FCL.740(b)(3), kif applikabbli. F’każ bħal dan, il-punt FCL.625(b)(4) u l-punt FCL.740(a)(2) ma għandhomx japplikaw.

▼B

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru

▼M8

FCL.720.A    Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip — ajruplani

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (OSD), l-applikanti għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni rilevanti li ġejjin:

(a)   Ajruplani b'pilota wieħed

▼M14

L-applikanti għall-ħruġ inizjali tal-privileġġi biex joperaw ajruplan bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, jew meta japplikaw għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip jew meta jestendu l-privileġġi ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip li kellhom diġà għal operazzjoni b’aktar minn bdot wieħed, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(4) u, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ rilevanti, il-punt (b) (5).

▼M8

Barra minn hekk, għal:

(1)   Ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed.

L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip fuq ajruplan b'pilota wieħed u b'aktar minn magna waħda għandhom ikunu għamlu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq l-ajruplani.

(2)   Ajruplani mhux kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed.

Qabel jibdew it-taħriġ fit-titjir, l-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal ajruplan b'pilota wieħed klassifikat bħala ajruplan ta' prestazzjoni għolja:

(i) 

għandu jkollhom total ta' mill-inqas 200 siegħa esperjenza ta' titjir, li minnhom 70 siegħa bħala PIC fuq l-ajruplani; filwaqt li

(ii) 

għandhom jikkonformaw ma' wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(A) 

għandu jkollhom ċertifikat ta' tlestija b'mod sodisfaċenti ta' kors għal għarfien teoretiku addizzjonali mwettaq f'ATO; jew

(B) 

iridu jkunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku tal-ATPL(A) skont dan l-Anness (il-Parti-FCL); jew

(C) 

għandu jkollhom, flimkien ma' liċenzja maħruġa skont dan l-Anness (il-Parti-FCL), ATPL(A) jew CPL(A)/IR bi kreditu ta' għarfien teoretiku għal ATPL(A), maħruġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago).

▼M14

(3)

Ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed

L-applikanti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan kumpless bi bdot wieħed ikklassifikat bħala ajruplan ta’ prestazzjoni għolja għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (2), jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(i) 

għandu jkollhom jew kellhom IR(A) b’magna waħda jew b’aktar minn magna waħda, kif xieraq u kif stabbilit fis-Subparti G;

(ii) 

għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(5).

▼M8

(b)   Ajruplani b'aktar minn pilota wieħed.

▼M14

L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b’aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu bdoti studenti li attwalment ikunu qed jitħarrġu fuq kors ta’ taħriġ tal-MPL jew għandhom, qabel ma jibdew il-kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

▼M8

(1) 

għandu jkollhom mill-inqas 70 siegħa ta' esperjenza fit-titjir bħala PIC fuq l-ajruplani;

(2) 

għandu jkollhom jew ikun kellhom IR(A) għal ajruplani b'aktar minn magna waħda;

(3) 

iridu jkunu għaddew mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku tal-ATPL(A) skont dan l-Anness (il-Parti-FCL);

(4) 

għajr meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun kombinat ma' kors tal-MCC:

(i) 

għandu jkollhom ċertifikat ta' tlestija b'mod sodisfaċenti ta' kors tal-MCC fuq l-ajruplani; jew

(ii) 

għandu jkollhom ċertifikat ta' tlestija b'mod sodisfaċenti tal-MCC fil-ħelikopters u jkollhom aktar minn 100 siegħa ta' esperjenza individwali fit-titjir bħala piloti fuq ħelikopters b'aktar minn pilota wieħed; jew

(iii) 

għandu jkollhom mill-inqas 500 siegħa bħala piloti fuq ħelikopters b'aktar minn pilota wieħed; jew

(iv) 

għandu jkollhom mill-inqas 500 siegħa bħala piloti f'operazzjonijiet ta' aktar minn pilota wieħed fuq ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed, fit-trasport kummerċjali bl-ajru skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-operazzjonijiet tal-ajru; kif ukoll

▼M14

(5) 

ikunu lestew il-kors ta’ taħriġ speċifikat fil-punt FCL.745.A, sakemm ma jikkonformawx ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

ikunu lestew, matul is-3 snin preċedenti, it-taħriġ u l-ikkontrollar skont il-punti ORO.FC.220 u ORO.FC.230 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(ii) 

ikunu lestew it-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.915(e)(1)(ii).

▼M8

(c)

Minkejja l-punt (b), Stat Membru jista' joħroġ klassifikazzjoni tat-tip bi privileġġi limitati għal ajruplan b'aktar minn pilota wieħed li tippermetti li d-detenturi ta' klassifikazzjoni bħal din jaġixxu bħala kopiloti għal cruise relief 'il fuq mil-Livell tat-Titjira FL 200, sakemm żewġ membri oħra tal-ekwipaġġ ikollhom klassifikazzjoni tat-tip skont il-punt (b).

(d)

Meta jiġi stabbilit hekk fl-OSD, l-eżerċitar tal-privileġġi ta' klassifikazzjoni tat-tip jista' inizjalment ikun limitat għal titjiriet taħt is-sorveljanza ta' għalliem. Is-sigħat ta' titjir taħt sorveljanza għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta' abbord jew f'rekord ekwivalenti tal-pilota, u dan għandu jiġi ffirmat mill-għalliem. Il-limitazzjoni għandha titneħħa meta l-piloti juru li jkunu għamlu s-sigħat ta' titjir taħt sorveljanza meħtieġa mill-OSD.

FCL.725.A    Għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip — ajruplani

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012:

(a) 

għal ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed:

(1) 

il-kors tal-għarfien teoretiku għall-klassifikazzjoni tal-klassi b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed għandu jinkludi mill-inqas 7 sigħat ta' tagħlim b'rabta ma' operazzjonijiet ta' ajruplani b'aktar minn magna waħda; kif ukoll

(2) 

il-kors ta' taħriġ fit-titjir għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed għandu jinkludi mill-inqas sagħtejn u 30 minuta ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ piloti taħt kundizzjonijiet normali ta' operazzjonijiet f'ajruplani b'aktar minn magna waħda, u mhux inqas minn 3 sigħat u 30 minuta ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ piloti fi proċeduri ta' ħsara fil-magna u tekniki tat-titjir asimettriku.

(b) 

għal ajruplani b'pilota wieħed (fuq il-baħar):

(1) 

il-kors ta' taħriġ għall-klassifikazzjoni ta' ajruplan b'pilota wieħed (fuq il-baħar) għandu jinkludi għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir; kif ukoll

(2) 

it-taħriġ fit-titjir għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip (fuq il-baħar) għal ajruplani b'pilota wieħed (fuq il-baħar) għandu jinkludi mill-inqas 8 sigħat ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ piloti jekk l-applikanti jkollhom il-verżjoni tal-art tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rilevanti, jew 10 sigħat jekk l-applikanti ma jkollhomx tali klassifikazzjoni; kif ukoll

(c) 

fil-każ ta' ajruplani kumplessi mhux ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed, ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed u ajruplani b'aktar minn pilota wieħed, il-korsijiet ta' taħriġ għandhom jinkludu għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir UPRT relatati mal-ispeċifiċitajiet tal-klassi jew tat-tip rilevanti.

▼B

FCL.730.A    Rekwiżiti speċifiċi għal bdoti li jwettqu kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħin ta’ titjir żero (ZFTT) - ajruplani

(a)

Bdot li jkun qed jiġi mgħallem f'kors ta’ ZFTT għandu jkun lesta, fuq ajruplan turboġett b'aktar minn bdot wieħed iċċertifikat skont l-istandards ta’ CS-25 jew kodiċi ekwivalenti ta’ ajrunavigabbiltà jew fuq ajruplan turbopropp b'aktar minn bdot wieħed li jkollu massa massima ċċertifikata ta’ tlugħ ta’ mhux inqas minn 10 tunnellati jew konfigurazzjoni ċċertifikata ta’ postijiet għall-passiġġiera ta’ aktar minn 19-il passiġġier, mill-inqas:

(1) 

jekk jintuża FFS ikkwalifikat għal-livell CG, C jew interim C matul il-kors, 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 250 settur tar-rotot;

(2) 

jekk jintuża FFS ikkwalifikat għal-livell DG jew D matul il-kors, 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir jew 100 settur tar-rotot.

(b)

Meta bdot ikun qed jibdel minn ajruplan turbopropp għal wieħed turboġett jew minn ajruplan turboġett għal wieħed turbopropp, għandu jkun meħtieġ taħriġ addizzjonali b'simulatur.

FCL.735.A    Kors ta’ taħriġ b'kooperazzjoni bejn ħafna ekwipaġġi - ajruplani

(a)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jkun fih mill-inqas:

(1) 

25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;

(2) 

20 siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC, jew 15-il siegħa fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat tal-ATP.

Għandu jintuża FNPT II MCC jew FFS. Meta t-taħriġ tal-MCC jingħaqad mat-taħriġ inizjali tal-klassifikazzjoni tat-tip, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 10 sigħat jekk jintuża l-istess FFS għall-MCC u għat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip.

(b)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO.

(c)

Sakemm il-kors tal-MCC ma jkunx ġie kkombinat ma’ kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip, meta jlesti kors ta’ taħriġ tal-MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija.

(d)

Applikant li jkun lesta taħriġ tal-MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1).

FCL.740.A    Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi u tat-tip - ajruplani

(a)

Validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi u klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn magna waħda. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tal-klassi u validazzjonijiet tat-tip ta’ aktar minn magna waħda, l-applikant għandu:

▼M14

(1) 

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 jew iwettqu valutazzjoni prattika tal-EBT skont l-Appendiċi 10 fil-klassi jew fit-tip rilevanti ta’ ajruplan jew FSTD li jirrappreżenta lil dik il-klassi jew tip, fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni; kif ukoll

▼B

(2) 

ilesti matul il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni, mill-inqas:

(i) 

10 setturi tar-rotot bħala bdot tal-klassi jew tat-tip rilevanti tal-ajruplan;

(ii) 

settur tar-rotot wieħed bħala bdot tal-klassi jew tat-tip rilevanti tal-ajruplan jew FFS, imtajjar ma’ eżaminatur. Dan is-settur tar-rotot jista' jittajjar matul il-kontroll tal-profiċjenza.

(3) 

Bdot li jaħdem għal operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-operazzjonijiet tal-ajru li jkun għadda mill-kontroll tal-profiċjenza tal-operaturi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jkun eżentat milli jikkonforma mar-rekwiżiti f'(2).

▼M12

(4) 

Ir-rivalidazzjoni ta’ BIR jew IR(A), għal min għandu, tista’ tiġi kkombinata ma’ kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifika tal-klassi jew tat-tip.

▼M4

(b)

Validazzjoni mill-ġdid ta' klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda u bi bdot wieħed.

(1) 

▼M12

Kwalifiki tal-klassi ta’ ajruplani b’magna waħda bil-pistuni u kwalifiki tal-klassi tat-TMG. Għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifiki tal-klassi ta’ ajruplani bi bdot wieħed u b’magna waħda bil-pistuni jew kwalifiki tal-klassi tat-TMG, l-applikanti għandhom:

▼M4

(i) 

fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza fil-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur; jew

(ii) 

fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni, iwettaq 12-il siegħa ta' ħin ta' titjir fil-klassi rilevanti, inklużi:

— 
sitt (6) sigħat bħala PIC,
— 
12-il tlugħ u 12-il inżul l-art,
— 
taħriġ ta' fakkir il-moħħ ta' mill-inqas titjira ta' siegħa waħda (1) f'ħin totali ma' struttur tat-titjir (FI) jew ma' struttur tal-klassifikazzjoni tal-klassi (CRI). L-applikanti għandhom ikunu eżentati minn dan it-taħriġ ta' fakkir il-moħħ jekk ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza; eżami tal-ħiliet jew evalwazzjoni tal-kompetenza fi kwalunkwe klassi jew tip ta' ajruplan ieħor.
(2) 

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' TMG, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1) f'kull klassi jew kombinazzjoni tagħhom, u jiksbu validazzjoni mill-ġdid taż-żewġ klassifikazzjonijiet.

(3) 

Ajruplani turboprop bi bdot wieħed u b'magna waħda. Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi ta' turbopropp b'magna waħda, l-applikanti għandhom jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza dwar il-klassi rilevanti skont l-Appendiċi 9 ta' din il-Parti ma' eżaminatur, fi żmien 3 xhur qabel id-data ta' skadenza tal-klassifikazzjoni.

(4) 

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi ta' ajruplan fuq l-art b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni ta' klassi ta' ajruplan li jinżel fil-baħar b'magna waħda tal-pistin, dawn jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' (1)(ii) f'kull klassi jew kombinazzjoni tagħhom, u jiksbu l-issodisfar ta dawn ir-rekwiżiti għaż-żewġ klassifikazzjonijiet. Mill-inqas siegħa (1) ta' ħin hija meħtieġa għall-PIC u sitta (6) mit-12 il-tlugħ u nżul għandhom jiġu kkompletati f'kull klassi.

▼M12

(5) 

Il-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ kwalifika tal-klassi ta’ ajruplan b’magna waħda u bi bdot wieħed jista’ jiġi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għar-rivalidazzjoni ta’ BIR, skont il-punt FCL.835(g)(8).

▼B

(c)

L-applikanti li ma jirnexxilhomx jgħaddu mit-taqsimiet kollha tal-kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni qabel ma jiksbu l-punti minimi meħtieġa f'dak il-kontroll tal-profiċjenza.

▼M8

FCL.745.A Kors ta' livell avvanzat fil-UPRT — ajruplani

(a) 

Il-kors ta' livell avvanzat fil-UPRT għandu jitlesta f'ATO, u għandu jinkludi mill-inqas:

(1) 

5 sigħat ta' tagħlim fl-għarfien teoretiku;

(2) 

tgħarrif ta' qabel it-titjiriet u ġbir ta' informazzjoni wara t-titjiriet; kif ukoll

(3) 

3 sigħat ta' tagħlim fit-titjir b'żewġ piloti ma' għalliem tat-titjir għall-ajruplani FI(A) ikkwalifikat skont il-punt FCL.915 (e), u li jikkonsisti minn kors ta' livell avvanzat fil-UPRT f'ajruplan kwalifikat għall-iskop tat-taħriġ.

(b) 

Malli jlestu l-kors tal-UPRT, l-applikanti għandu jinħarġilhom ċertifikat ta' tlestija mill-ATO.

▼B

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ ħelikopters

FCL.720.H    Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip - ħelikopters

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni rilevanti li ġejjin:

(a) 

Ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed. Applikant għall-ewwel kors tal-klassifikazzjoni tat-tip għal tip ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed għandu:

(1) 

ikollu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters;

(2) 

għajr meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun kombinat ma’ kors tal-MCC:

(i) 

ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ kors tal-MCC fil-ħelikopters;

(ii) 

ikollu mill-inqas 500 siegħa bħala bdot fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(iii) 

ikollu mill-inqas 500 siegħa bħala bdot f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed fuq ħelikopters b'aktar minn magna waħda;

(3) 

ikun għadda mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H).

(b) 

Applikant għall-ewwel kors tal-klassifikazzjoni tat-tip għal tip ta’ ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed li huwa gradwat minn kors integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), CPL(H)/IR jew CPL(H) u li ma jikkonformax mar-rekwiżit ta’ (a)(1) għandu jkollu l-klassifikazzjoni tat-tip maħruġa bil-privileġġi limitati għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet bħala kopilota biss. Il-limitazzjoni għandha titneħħa ladarba l-bdot ikun:

(1) 

għamel 70 siegħa bħala PIC jew bdot kmandant taħt sorveljanza tal-ħelikopters;

(2) 

għadda mit-test tal-ħiliet ta’ aktar minn bdot wieħed fit-tip applikabbli ta’ ħelikopter bħala PIC.

(c) 

Ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed. Applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed għandu:

(1) 

qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir:

(i) 

ikun għadda mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H);

(ii) 

ikollu ċertifikat tat-tlestija ta’ kors ta’ qabel id-dħul imwettaq mill-ATO. Il-kors għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin tal-kors tal-għarfien teoriku tal-ATPL(H):

— 
Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenju tal-Ajru: qafas tal-inġenju tal-ajru/sistemi/impjant tal-enerġija u strument/elettronika,
— 
Eżekuzzjoni u Ppjanar tat-Titjir: massa u bilanċ, eżekuzzjoni;
(2) 

fil-każ ta’ applikanti li ma lestewx kors ta’ taħriġ integrat ta’ ATP(H)/IR, ATP(H), jew CPL(H)/IR, ikunu wettqu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters.

FCL.735.H    Kors ta’ taħriġ ta’ kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - ħelikopters

(a)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jkun fih mill-inqas:

(1) 

għal MCC/IR:

(i) 

25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;

(ii) 

20 siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC jew 15-il siegħa, fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat ta’ ATP(H)/IR. Meta t-taħriġ tal-MCC ikun ikkombinat ma’ taħriġ inizjali ta’ klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 10 sigħat jekk jintuża l-istess FSTD għall-MCC u għall-klassifikazzjoni tat-tip;

(2) 

għal MCC/VFR:

(i) 

25-il siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku;

(ii) 

15-il siegħa ta’ taħriġ prattiku tal-MCC jew 10 sigħat, fil-każ ta’ bdoti studenti li jattendu kors integrat ta’ ATP(H)/IR. Meta t-taħriġ tal-MCC ikun ikkombinat mat-taħriġ inizjali tal-klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed, it-taħriġ prattiku tal-MCC jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn 7 sigħat jekk jintuża l-istess FSTD għall-MCC u għall-klassifikazzjoni tat-tip.

(b)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO.

Għandhom jintużaw FNPT II jew III ikkwalifikat għal MCC, FTD 2/3 jew FFS.

(c)

Sakemm il-kors MCC ma jkunx ikkombinat ma’ kors ta’ taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn bdot wieħed, mat-tlestija tal-kors ta’ taħriġ f'MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija.

(d)

Applikant li jkun wettaq taħriġ f'MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1)(i) jew (a)(2)(i), kif applikabbli.

(e)

Applikant għal taħriġ f'MCC/IR li jkun wettaq taħriġ f'MCC/VFR għandu jkun eżentat mir-rekwiżit f'(a)(1)(i), u għandu jlesti 5 sigħat ta’ taħriġ prattiku ta’ MCC/IR.

FCL.740.H    Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip – ħelikopters

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip għall-ħelikopters, l-applikant għandu:

(1) 

jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ ħelikopter jew FSTD li jirrappreżenta dak it-tip fi żmien 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;

(2) 

iwettaq mill-inqas sagħtejn bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ ħelikopter fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni. It-tul taż-żmien tal-kontroll tal-profiċjenza jista' jingħadd mas-sagħtejn.

(3) 

Meta l-applikanti jkollhom aktar minn klassifikazzjoni waħda tat-tip għal ħelikopters b'magna waħda bil-pistin, dawn jistgħu jiksbu validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet kollha rilevanti tat-tip billi jwettqu kontroll tal-profiċjenza f'wieħed biss mit-tipi rilevanti miżmuma, sakemm dawn ikunu wettqu mill-inqas sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq it-tipi l-oħra matul il-perjodu ta’ validità.

Il-kontroll tal-profiċjenza għandu jsir kull darba fuq tip differenti.

(4) 

Meta l-applikanti jkollhom aktar minn klassifikazzjoni tat-tip waħda għal ħelikopters b'magna waħda b'turbina b'massa massima ċċertifikata ta’ tlugħ sa 3 175 kg, dawn jistgħu jiksbu validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet rilevanti kollha tat-tip billi jwettqu l-kontroll tal-profiċjenza f'wieħed biss mit-tipi rilevanti li għandhom, sakemm ikunu wettqu:

(i) 

300 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters;

(ii) 

15-il siegħa fuq kull wieħed mit-tipi li għandhom;

(iii) 

mill-inqas sagħtejn ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq kull wieħed mit-tipi l-oħra matul il-perjodu ta’ validità.

Il-kontroll tal-profiċjenza għandu jsir kull darba fuq tip differenti.

(5) 

Bdot li jlesti b'suċċess test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni addizzjonali tat-tip għandu jikseb validazzjoni mill-ġdid għall-klassifikazzjoni rilevanti tat-tip fi gruppi komuni, skont (3) u (4).

(6) 

Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(H), għal min għandu, tista' tiġi kkombinata ma’ kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip.

(b)

Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza. Fil-każ ta’ (a)(3) u (4), l-applikant m'għandux jeżerċita l-privileġġi tiegħu fi kwalunkwe wieħed mit-tipi.

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift

FCL.720.PL    Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenju tal-ajru bil-powered-lift

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għall-ewwel ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip tal-powered-lift għandu jikkonforma mar-rekwiżiti u l-prerekwiżiti tal-esperjenza li ġejjin:

(a) 

għall-bdoti tal-ajruplani:

(1) 

ikollhom CPL/IR(A) bl-għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL(A);

(2) 

ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC;

(3) 

ikunu lestew aktar minn 100 siegħa bħala bdot f'ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(4) 

ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-ħelikopters;

(b) 

għall-bdoti tal-ħelikopters:

(1) 

ikollhom CPL/IR(H) bl-għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL/IR(H);

(2) 

ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC;

(3) 

ikunu lestew aktar minn 100 siegħa bħala bdot f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(4) 

ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fl-ajruplani;

(c) 

għal bdoti kkwalifikati biex itajru l-ajruplani u l-ħelikopters:

(1) 

ikollhom mill-inqas CPL(H);

(2) 

ikollhom IR u għarfien teoriku ta’ ATPL jew ATPL fl-ajruplani jew fil-ħelikopters;

(3) 

ikollhom ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors MCC fl-ajruplani jew fil-ħelikopters;

(4) 

ikunu lestew mill-inqas 100 siegħa bħala bdot f'ħelikopters jew ajruplani b'aktar minn bdot wieħed;

(5) 

ikunu lestew 40 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jew fil-ħelikopters, kif ikun applikabbli, jekk il-bdot m'għandu l-ebda esperjenza bħala ATPL jew fuq inġenji tal-ajru b'aktar minn bdot wieħed.

FCL.725.PL    Tagħlim fit-titjir għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenji tal-ajru bil-powered-lift

Il-parti tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ għal klassifikazzjoni tat-tip bil-powered-lift għandha titlesta fl-inġenji tal-ajru u FSTD li jirrappreżentaw l-inġenju tal-ajru u li huma kkwalifikati b'mod adegwat għal dan l-iskop.

FCL.740.PL    Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip – inġenji tal-ajru bil-powered-lift

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għal validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip ta'l-powered-lift, l-applikant għandu:

(1) 

jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 għal din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ powered-lift fit-3 xhur li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;

(2) 

ilesti matul il-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni, mill-inqas:

(i) 

10 setturi tar-rotot bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift;

(ii) 

settur tar-rotot wieħed bħala bdot tat-tip rilevanti ta’ inġenji tal-ajru bil-powered-lift jew FFS, imtajra ma’ eżaminatur. Dan is-settur tar-rotot jista' jittajjar matul il-kontroll tal-profiċjenza.

(3) 

Bdot li jaħdem għal operatur fit-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru applikabbli li għadda mill-kontroll tal-profiċjenza tal-operaturi kkombinat mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tat-tip għandu jkun eżentat milli jikkonforma mar-rekwiżit f'(2).

(b)

Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza.

TAQSIMA 5

Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta’ airship

FCL.720.As    Prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip - airships

Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont il-Parti 21, applikant għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip ta’ airship għandu jikkonforma mar-rekwiżiti u l-prerekwiżiti tal-esperjenza li ġejjin:

(a) 

għal airships b'aktar minn bdot wieħed:

(1) 

ikun lesta 70 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala PIC fuq l-airships;

(2) 

ikollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti ta’ MCC fl-airships.

(3) 

Applikant li ma jkunx konformi mar-rekwiżit f'(2) għandha tinħariġlu l-klassifikazzjoni tat-tip bil-privileġġi limitati għat-twettiq tal-funzjonijiet bħala kopilota biss. Il-limitazzjoni għandha titneħħa meta l-bdot ikun lesta 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC jew bdot kmandant taħt sorveljanza tal-airships.

FCL.735.As    Kors ta’ taħriġ fil-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - airships

▼M3

(a)

Il-kors ta’ taħriġ tal-MCC għandu jkun fih mill-inqas:

(1) 

12-il siegħa ta’ struzzjoni u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku; u

(2) 

5 sigħat ta’ taħriġ f'MCC prattiku;

Għandu jintuża FNPT II jew III kkwalifikat għal MCC, FTD 2/3 jew FFS.

▼B

(b)

Il-kors ta’ taħriġ f'MCC għandu jitlesta fi żmien 6 xhur għand ATO.

(c)

Sakemm il-kors MCC ma jkunx ikkombinat ma’ kors ta’ taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip ta’ aktar minn bdot wieħed, mat-tlestija tal-kors ta’ taħriġ f'MCC l-applikant għandu jingħata ċertifikat ta’ tlestija.

(d)

Applikant li jlesti taħriġ f'MCC għal kwalunkwe kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti f'(a).

FCL.740.As    Validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip - airships

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għal validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għall-airships, l-applikant għandu:

(1) 

jgħaddi minn kontroll tal-kompetenza skont l-Appendiċi 9 għal din il-Parti fit-tip rilevanti ta’ airship fit-3 xhur li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni;

(2) 

ilesti mill-inqas sagħtejn bħala bdot tat-tip ta’ airship rilevanti fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni. It-tul taż-żmien tal-kontroll tal-profiċjenza jista' jingħadd mas-sagħtejn.

(3) 

Il-validazzjoni mill-ġdid ta’ IR(As), għal min għandu, tista' tkun ikkombinata mal-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip.

(b)

Applikant li ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha ta’ kontroll tal-profiċjenza qabel id-data ta’ skadenza tal-klassifikazzjoni tat-tip m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni sakemm ma jgħaddix mill-kontroll tal-profiċjenza.

SUBPARTI I

KLASSIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI

FCL.800    Klassifikazzjoni ajrubatika

▼M12

(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot bi privileġġi li jtajru ajruplani jew TMGs għandhom jagħmlu titjiriet ajrubatiċi biss jekk ikollhom kwalifika ajrubatika skont dan il-punt.

▼B

(b)

L-applikanti għal klassifikazzjoni ajrubatika għandhom ikunu lestew:

▼M12

(1) 

wara l-ħruġ tal-liċenzja, mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC f’ajruplani jew TMGs;

(2) 

▼M7

kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO, li jinkludi:

▼B

(i) 

tagħlim ta’ għarfien teoriku adattat għall-klassifikazzjoni;

▼M12

(ii) 

mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim ajrubatiku f’ajruplani jew TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna.

(c)

Il-privileġġi tal-kwalifika ajrubatika għandhom ikunu limitati għal titjir ajrubatiku jew f’ajruplani jew f’TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna, skont għal liema inġenju tal-ajru ntlaħqu r-rekwiżiti ta’ (b)(1) u (b)(2)(ii). Din il-limitazzjoni għandha titneħħa mal-applikazzjoni jekk il-bdot ikun lesta b’suċċess mill-inqas 3 titjiriet ta’ taħriġ b’żewġ bdoti f’ajruplani jew TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna, kif ikun applikabbli, li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ ajrubatiku.

▼M12

(d)

L-applikanti għal kwalifika ajrubatika li jkollhom ukoll kwalifika tal-klassi tat-TMG kif ukoll privileġġi ajrubatiċi avvanzati għal gliders bil-privileġġi kif speċifikat fil-punt SFCL.200(d) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, għandhom:

(1) 

ikunu eżentati milli jkollhom il-kwalifika ajrubatika tagħhom limitata għall-ajruplani, kif speċifikat fil-paragrafu (c) jekk ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti ta’ (b)(1) u (b)(2)(ii) f’ajruplani, jew

(2) 

jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti fil-paragrafu (b) għall-ħruġ ta’ kwalifika ajrubatika ristretta għal TMGs li jittajru bil-qawwa tal-magna. Din il-limitazzjoni għandha titneħħa mal-applikazzjoni jekk il-bdot ikun lesta t-taħriġ kif speċifikat fil-paragrafu (c).

▼B

FCL.805    Klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni

(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot bil-privileġġi li jtajru l-ajruplani jew TMGs għandhom jiġbdu l-gliders jew l-istrixxuni biss meta jkollhom il-klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni adattata.

(b)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ gliders għandhom ikunu lestew:

(1) 

mill-inqas 30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC u 60 telgħa u nżul l-art fl-ajruplani, jekk l-attività se titwettaq fl-ajruplani, jew f'TMGs, jekk l-attività se titwettaq f'TMGs, li jitlestew wara l-ħruġ tal-liċenzja;

(2) 

▼M7

kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO, li jinkludi:

▼B

(i) 

tagħlim ta’ għarfien teoriku dwar l-operazzjonijiet u l-proċeduri tal-ġbid;

(ii) 

mill-inqas 10 titjiriet ta’ tagħlim ta’ ġbid ta’ glider, inklużi mill-inqas 5 titjiriet ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, u

▼M12

(iii) 

għajr għad-detenturi ta’ SPL skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, 5 titjiriet ta’ familjarizzazzjoni fi glider li jiġi llanċjat minn inġenju tal-ajru.

▼B

(c)

L-applikanti għal klassifikazzjoni tal-ġbid ta’ strixxun għandhom ikunu lestew:

(1) 

mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir u 200 telgħa u nżul l-art bħala PIC fuq l-ajruplani jew TMGs, wara l-ħruġ tal-liċenzja. Mill-inqas 30 minn dawn is-sigħat għandhom jitwettqu fl-ajruplani, jekk l-attività se titwettaq fl-ajruplani, jew f'TMGs, jekk l-attività se titwettaq f'TMGs;

(2) 

▼M7

kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO, li jinkludi:

▼B

(i) 

tagħlim ta’ għarfien teoriku dwar l-operazzjonijiet u l-proċeduri tal-ġbid;

(ii) 

mill-inqas 10 titjiriet ta’ tagħlim dwar il-ġbid ta’ strixxun, inklużi mill-inqas 5 titjiriet ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor.

▼M11

(d)

Il-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni għandhom ikunu limitati għal ajruplani jew TMGs, b’mod xieraq għall-inġenju tal-ajru li fuqu jkun tlesta t-tagħlim fit-titjir. Għall-ġbid ta’ strixxuni, il-privileġġi għandhom ikunu limitati għall-metodu tal-ġbid li jintuża għat-tagħlim fit-titjir. Il-privileġġi għandhom jiġu estiżi jekk il-bdoti jkunu wettqu b’suċċess mill-inqas tliet titjiriet ta’ taħriġ ma’ bdiet ieħor li jkopru s-sillabu kollu tat-taħriġ fil-ġbid f’wieħed mill-inġenji tal-ajru u l-metodu tal-ġbid għall-ġbid ta’ strixxuni.

▼B

(e)

Sabiex ikunu eżerċitati l-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet tal-ġbid tal-gliders jew tal-istrixxuni, id-detentur tal-klassifikazzjoni għandu jkun lesta mill-inqas 5 irmunkaturi matul l-aħħar 24 xahar.

(f)

Meta l-bdot ma jikkonformax mar-rekwiżit f'(e), qabel ikun jista' jeżerċita mill-ġdid il-privileġġi tiegħu, il-bdot għandu jlesti l-irmunkaturi nieqsa ma’ għalliem jew taħt is-sorveljanza ta’ dan.

▼M12

(g)

L-applikanti għal kwalifika tal-ġbid ta’ gliders u l-ġbid ta’ strixxuni fuq TMGs skont dan il-punt għandhom jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti tal-paragrafu (b) jew (c), kif applikabbli, jekk ikollhom kwalifika tal-ġbid ta’ gliders jew ġbid ta’ strixxuni skont il-punt SFCL.205 tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli, jew jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-kwalifika.

▼B

FCL.810    Klassifikazzjoni ta’ billejl

(a)

Ajruplani, TMGs u airships.

(1) 

▼M12

L-applikanti għandhom ikunu lestew kors ta’ taħriġ f’perjodu ta’ mhux aktar minn 6 xhur f’DTO jew f’ATO biex jeżerċitaw il-privileġġi ta’ LAPL jew PPL għall-ajruplani, it-TMGs jew l-airships f’kundizzjonijiet VFR billejl. Il-kors għandu jinkludi:

▼B

(i) 

tagħlim fl-għarfien teoriku;

▼M3

(ii) 

mill-inqas ħames sigħat ta’ ħin ta’ titjir fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata billejl, inklużi mill-inqas tliet sigħat ta’ struzzjoni ma’ bdot ieħor, inkluża mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country b’mill-inqas titjira cross-country ma’ bdot ieħor ta’ mill-inqas 50 km (27 NM) u ħames telgħat bi bdot waħdu u ħames inżulijiet l-art b’waqfa sħiħa bi bdot waħdu.

▼B

(2) 

Qabel ilestu t-taħriġ billejl, id-detenturi ta’ LAPL għandhom ikunu lestew it-taħriġ bażiku fit-titjir bl-istrumenti meħtieġ għall-ħruġ tal-PPL.

(3) 

Meta l-applikanti jkollhom kemm klassifikazzjoni tal-klassi tal-ajruplani (tal-art) b'magna waħda bil-pistin u klassifikazzjoni tat-TMGs, huma jistgħu jlestu r-rekwiżiti f'(1) ta’ hawn fuq fil-klassijiet individwali jew fiż-żewġ klassiijiet.

▼M12

(4) 

L-applikanti għal kwalifika ta’ billejl għall-ajruplani jew TMGs skont dan is-subparagrafu għandhom jingħataw kreditu sħiħ lejn ir-rekwiżiti tas-subparagrafi (1) u (2) jekk ikollhom kwalifika ta’ billejl ta’ TMG skont il-punt SFCL.210 tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, jew jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ ta’ dik il-kwalifika.

▼B

(b)

Ħelikopters. Jekk il-privileġġi ta’ PPL għall-ħelikopters għandhom ikunu eżerċitati f'kundizzjonijiet VFR billejl, l-applikanti għandhom ikunu:

(1) 

lestew mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti f'ħelikopters wara l-ħruġ tal-liċenzja, inklużi mill-inqas 60 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters u 20 siegħa ta’ titjir cross-country;

(2) 

▼M7

lesta kors ta' taħriġ f'DTO jew f'ATO. Il-kors għandu jitlesta f'perjodu ta' sitt xhur u għandu jinkludi:

▼B

(i) 

5 sigħat ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku;

(ii) 

10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim tal-istrumenti tal-ħelikopters ma’ bdot ieħor;

(iii) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir billejl, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inkluża mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.

(3) 

Applikant li għandu jew kellu IR f'ajruplan jew TMG, għandu jkun ikkreditat b'5 sigħat fir-rigward tar-rekwiżiti f'(2)(ii) ta’ hawn fuq.

▼M12 —————

▼B

FCL.815    Klassifikazzjoni tat-tijir fil-muntanji

(a)

▼M12

Privileġġi. Il-privileġġi tad-detentur ta’ kwalifika tat-titjir fil-muntanji huma li jwettaq titjiriet b’ajruplani jew TMGs għal u minn superfiċji li huma indikati li jeħtieġu tali kwalifika mill-awtoritajiet xierqa maħtura mill-Istati Membri.

Id-detenturi ta’ LAPL jew PPL bil-privileġġi li jtajru ajruplani jew TMGs jistgħu jiksbu l-kwalifika tat-titjir fil-muntanji inizjali, jew fi:

▼B

(1) 

ir-roti, biex jingħata l-privileġġ li jsiru titjiriet lejn u minn tali uċuħ meta ma jkunux miksijin bil-borra;

(2) 

l-iskis, biex jingħata l-privileġġ li jsiru titjiriet lejn u minn tali uċuħ meta jkunu miksijin bil-borra.

(3) 

Il-privileġġi tal-klassifikazzjoni inizjali jistgħu jkunu estiżi għall-privileġġi tar-roti jew tal-iskis meta l-bdot ikun wettaq kors ta’ familjarizzazzjoni addizzjonali adattat, inklużi tagħlim fl-għarfien teoriku u taħriġ fit-titjir ma’ għalliem tat-titjir tal-muntanji.

▼M7

(b)

Kors ta' taħriġ. L-applikanti għal klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji għandhom ikunu lestew, f'perjodu ta' 24 xahar, kors ta' tagħlim tal-għarfien teoriku u ta' taħriġ fit-titjir f'DTO jew f'ATO. Il-kontenut tal-kors għandu jkun xieraq għall-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji li għaliha tkun saret applikazzjoni.

▼B

(c)

Test tal-ħiliet. Mat-tlestija tat-taħriġ, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet b'FE kkwalifikat b'mod adegwat għal dan l-iskop. It-test tal-ħiliet għandu jkun fih:

(1) 

eżami verbali tal-għarfien teoriku;

(2) 

6 inżulijiet fuq mill-inqas 2 uċuħ differenti, ikklassifikati bħala li jeħtieġu klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, differenti mill-wiċċ tat-tluq.

(d)

Validità. Klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji għandha tkun valida għal 24 xahar.

▼M11

(e)

Validazzjoni mill-ġdid

Sabiex jivvalidaw mill-ġdid klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, l-applikanti għandhom jew:

(1) 

ilestu mill-inqas sitt inżulijiet, fuq wiċċ magħżul bħala li jirrikjedi klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, fis-sentejn ta’ qabel;

(2) 

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza li jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt (c).

▼B

(f)

Tiġdid. Jekk il-klassifikazzjoni tkun skadiet, l-applikant għandu jikkonforma mar-rekwiżit f'(e)(2).

FCL.820    Klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir

(a)

Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ bdot għall-ajruplani jew il-ħelikopters għandhom jaġixxu biss bħala PIC f'testijiet tat-titjir tal-kategorija 1 jew 2, kif iddefiniti fil-Parti 21, meta jkollhom klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir.

(b)

L-obbligu li jkollhom klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir stabbilit f'(a) għandu japplika biss għal testijiet tat-titjir imwettqa fuq:

(1) 

ħelikopters iċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont l-istandards ta’ CS-27 jew CS-29 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti;

(2) 

ajruplani ċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont:

(i) 

l-istandards ta’ CS-25 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti;

(ii) 

l-istandards ta’ CS-23 jew kodiċi tal-ajrunavigabbiltà ekwivalenti, għajr għall-ajruplani b'massa tat-tlugħ massima ta’ inqas minn 2 000 kg.

(c)

Il-privileġġi tad-detentur ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir huma li, fi ħdan il-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru:

(1) 

fil-każ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir tal-kategorija 1, iwettaq il-kategoriji kollha ta’ testijiet tat-titjir, kif iddefiniti fil-Parti 21, bħala PIC jew bħala kopilota;

(2) 

fil-każ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir tal-kategorija 2:

(i) 

iwettaq testijiet tat-titjir tal-kategorija 1, kif iddefiniti fil-Parti 21:

— 
bħala kopilota;
— 
bħala PIC, fil-każ tal-ajruplani msemmija f'(b)(2)(ii), għajr għal dawk fi ħdan il-kategorija ta’ dawk li jġorru lil dawk li jużaw it-trasport biex imorru x-xogħol jew li għandhom il-veloċità tal-għadis tad-disinn akbar minn 0,6 mach jew għoli massimu ta’ aktar minn 25 000 pied;
(ii) 

iwettaq il-kategoriji l-oħra kollha tat-testijiet tat-titijir, kif iddefinit fil-Parti 21, bħala PIC jew bħala kopilota;

▼M5

(3) 

iwettaq titjiriet mingħajr klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi kif iddefinit fis-Subparti H, ħlief li l-klassifikazzjoni ta' test tat-titjir m'għandhiex tintuża għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru.

▼B

(d)

L-applikanti għall-ewwel ħruġ ta’ klassifikazzjoni ta’ test tat-titjir għandhom:

(1) 

ikollhom mill-inqas CPL u IR fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata;

(2) 

ikunu lestew mill-inqas 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata, li minnhom mill-inqas 400 siegħa bħala PIC;

(3) 

ikunu lestew kors ta’ taħriġ f'ATO adattata għall-inġenju tal-ajru u l-kategorija tat-titjiriet intiżi. It-taħriġ għandu jkopri mill-inqas is-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-Prestazzjoni;
— 
L-Istabbiltà u l-kontroll/il-Kwalitajiet tal-immaniġġjar;
— 
Is-Sistemi;
— 
Il-Ġestjoni tat-testijiet;
— 
Il-Ġestjoni tar-riskji/is-sigurtà.

(e)

Il-privileġġi tad-detenturi ta’ klassifikazzjoni ta’ testijiet tat-titjir jistgħu jkunu estiżi għal kategorija oħra ta’ testijiet tat-titjir u kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru meta jkunu lestew kors ta’ taħriġ addizzjonali f'ATO.

▼M3

FCL.825    Kwalifika tal-istrumenti waqt ir-rotta (EIR)

(a) 

Privileġġi u kundizzjonijiet

(1) 

Il-privileġġi tad-detentur ta' kwalifika tal-istrumenti waqt ir-rotta (EIR) huma li jwettaq titjir bi nhar skont l-IFR fil-fażi ta' waqt ir-rotta tat-titjira, b'ajruplan li għalih dan ikollu kwalifika tal-klassi jew it-tip. Il-privileġġ jista' jiġi estiż biex jitwettqu titjiriet billejl taħt l-IFR fil-fażi ta' waqt ir-rotta tat-titjira, jekk il-bdot ikollu kwalifika ta' billejl skont il-paragrafu FCL.810.

(2) 

Id-detentur tal-EIR, għandu jibda jew ikompli titjira li jkun beħsiebu jeżerċita l-privileġġi tal-kwalifika tiegħu fuqha jekk l-aħħar informazzjoni meteoroloġika disponibbli tindika li:

(i) 

il-kundizzjonijiet tat-temp mat-tluq ikunu tali li jippermettu li s-segment tat-titjira mit-tlugħ sa tranżizzjoni VFR għal IFR ippjanata jitwettaq f'konformità mal-VFR; u

(ii) 

fil-ħin stmat tal-wasla fl-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat, il-kundizzjonijiet tat-temp ikunu tali li jippermettu li s-segment tat-titjira minn tranżizzjoni IFR għal VFR sal-inżul jitwettaq f'konformità mal-VFR.

(b) 

Prerekwiżiti. L-applikazzjonijiet għall-EIR għandu jkollhom mill-anqas PPL(A) waħda u għandhom ikunu wettqu mill-anqas 20 siegħa ta' ħin ta' titjir bejn il-pajjiżi bħala PIC fl-ajruplani.

(c) 

Kors ta’ taħriġ. L-applikanti għal EIR għandhom ikunu wettqu, fi żmien 36 xahar f'ATO:

(1) 

mill-anqas 80 siegħa ta' struzzjoni fl-għarfien teoriku skont il-paragrafu FCL.615; u

(2) 

struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti, li matulha:

(i) 

it-taħriġ fit-tajran għal EIR b'magna waħda għandu jinkludi mill-anqas 15-il siegħa ta' ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti; u

(ii) 

it-taħriġ fit-tajran għal EIR b'iktar minn magna waħda għandu jinkludi mill-anqas 16-il siegħa ta' ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti, li mill-anqas erba' sigħat minnhom għandhom ikunu f'ajruplani b'iktar minn magna waħda.

(d) 

Għarfien teoriku. Qabel ma jagħmel it-test tal-ħiliet, l-applikant għandu juri livell ta' għarfien teoriku xieraq għall-privileġġi mogħtija, fis-suġġetti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu FCL.615.

(e) 

Test tal-ħiliet. Wara t-tlestija tat-taħriġ, l-applikant għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet f'ajruplan fil-presenza ta' IRE. Għal EIR b'iktar minn magna waħda, it-test tal-ħiliet għandu jsir f'ajruplan b'iktar minn magna waħda. Għal EIR b'magna waħda, it-test għandu jsir f'ajruplan b'magna waħda.

(f) 

B'deroga mill-punti (c) u (d), id-detentur ta' EIR b'magna waħda li għandu wkoll klassi b'aktar minn magna waħda jew kwalifika tat-tip li jixtieq jikseb EIR b'aktar minn magna waħda għall-ewwel darba, għandu jtemm kors f'ATO li jinkludi mill-anqas sagħtejn ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti fil-fażi ta' waqt ir-rotta tat-titjira f'ajruplani b'aktar minn magna u għandu jgħaddi mit-test tal-ħiliet imsemmija f'(e).

(g) 

Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid.

(1) 

EIR għandha tkun valida għal sena.

(2) 

L-applikanti għal validazzjoni mill-ġdid ta' EIR għandhom:

(i) 

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza fi żmien tliet xhur immedjatament qabel id-data ta' skadenza tal-kwalifika;

(ii) 

fi żmien 12-il xahar qabel id-data ta' skadenza tal-kwalifika, ikunu lestew sitt sigħat bħala PIC taħt IFR u titjir ta' taħriġ ta' mill-anqas siegħa ma' struttur li jkollu l-privileġġi biex jipprovdi taħriġ għall-IR(A) jew l-EIR.

(3) 

Għal kull validazzjoni mill-ġdid sussegwenti alternattiva, id-detentur tal-EIR għandu jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza skont il-punt (g)(2)(i).

(4) 

Jekk EIR tkun skadiet, sabiex iġeddu l-privileġġi tagħhom l-applikanti għandhom:

(i) 

ilestu taħriġ ta' aġġornament minn struttur li jkollu l-privileġġi biex jipprovdi taħriġ għall-IR(A) jew l-EIR biex jilħqu l-livell ta' profiċjenza meħtieġa; u

(ii) 

ilestu kontroll tal-profiċjenza.

(5) 

Jekk l-EIR ma tkunx ġiet ivvalidata mill-ġdid jew ġiet imġedda fi żmien seba' snin mill-aħħar data ta' validità, id-detentur sejjer ikollu wkoll jerġa’ jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku tal-EIR skont il-paragrafu FCL.615(b).

▼M4

(6) 

Għal EIR b'aktar minn magna waħda, il-kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid, u t-titjira ta' taħriġ meħtieġa fil-punt (g) (2) (ii) iridu jitlestew f'ajruplan b'iktar minn magna waħda. Jekk il-bdot ikollu wkoll EIR b'magna waħda, din il-verifika tal-profiċjenza għandha tikseb ukoll validazzjoni mill-ġdid jew tiġdid tal-EIR b'magna waħda. It-taħriġ tat-titjir ikkompletat f'ajruplan b'iktar minn magna waħda għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżit għal titjira ta' taħriġ tal-EIR b'magna waħda.

▼M3

(h) 

Meta l-applikant għall-EIR ikun lesta żmien ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti ma' IRI(A) jew FI(A) li jkollhom il-privileġġ li jipprovdu taħriġ għall-IR jew l-EIR, dawn is-sigħat jistgħu jiġu kkreditati mas-sigħat meħtieġa fil-punt (c)(2)(i) u (ii) hawn fuq sa massimu ta' ħames jew sitt sigħat rispettivament. L-erba' sigħat ta' struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti f'ajruplani b'iktar minn magna waħda meħtieġa fil-punt (c)(2)(ii) ma għandhomx ikunu suġġetti għal dan il-kreditu.

(1) 

Biex jiġi stabbili l-ammont ta' sigħat li għandhom jiġu kkreditati u biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet ta' taħriġ, l-applikant għandu jlesti valutazzjoni ta' qabel id-dħul fl-ATO.

(2) 

It-tlestija tal-istruzzjoni għat-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) għandha tiġi ddokumentata f'rekord ta' taħriġ speċifiku u ffirmat mill-istruttur.

(i) 

L-applikanti għall-EIR, b'PPL jew CPL tal-Parti-FCL u IR(A) valida maħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago minn pajjiż terz, jistgħu jiġu kkreditati b'mod sħiħ mar-rekwiżiti tal-kors ta' taħriġ imsemmija fil-punt (c). Sabiex tinħareġ l-EIR, l-applikant għandu:

(1) 

ilesti b'suċċess it-test tal-ħiliet għall-EIR;

(2) 

permezz ta' deroga minn punt (d) ta' hawn fuq, waqt it-test tal-ħiliet, juri lill-eżaminatur li hu kiseb livell xieraq ta' għarfien teoriku tal-liġi tal-ajru, il-meteoroloġija u l-ippjanar u l-prestazzjoni tat-titjira (IR);

(3) 

ikollu esperjenza minima ta' mill-anqas 25 sena ta' ħin ta' titjir taħt IFR bħala PIC fuq l-ajruplani.

▼M12 —————

▼B

SUBPARTI J

GĦALLIEMA

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

FCL.900    Ċertifikati tal-għalliema

(a)

Ġenerali. Persuna għandha twettaq biss:

(1) 

tagħlim fit-titjir fl-ajruplani jekk hija għandha:

(i) 

liċenzja ta’ bdot maħruġa jew aċċettata skont dan ir-Regolament;

(ii) 

ċertifikat ta’ għalliem adattat għat-tagħlim mogħti, maħruġ skont din is-Subparti;

(2) 

tagħlim fit-titjir sintetiku jew tagħlim MCC meta hija għandha ċertifikat ta’ għalliem adattat għat-tagħlim mogħti, maħruġ skont din is-Subparti.

(b)

Kundizzjonijiet speċjali

▼M8

(1) 

L-awtorità kompetenti tista' toħroġ ċertifikat speċifiku li jagħti privileġġi għat-tagħlim fit-titjir meta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din is-Subparti ma tkunx possibbli fil-każ tal-introduzzjoni ta':

(i) 

inġenji tal-ajru ġodda fl-Istati Membri jew fil-flotta ta' operatur; jew

(ii) 

korsijiet ta' taħriġ ġodda f'dan l-Anness (il-Parti-FCL).

Tali ċertifikat għandu jkun limitat għat-titjiriet ta' taħriġ meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta' inġenju tal-ajru jew tal-kors ta' taħriġ il-ġdid, u l-validità tiegħu m'għandhiex, fi kwalunkwe każ, tkun ta' aktar minn sena.

▼B

(2) 

Id-detenturi ta’ ċertifikat maħruġ f'konformità ma’ (b)(1) li jixtiequ japplikaw għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ għalliem għandhom jikkonformaw mal-prerekwiżiti u r-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid stabbiliti għal dik il-kategorija ta’ għalliem. Minkejja FCL.905.TRI (b), ċertifikat TRI maħruġ skont dan il-paragrafu/subparagrafu għandu jinkludi l-privileġġ tat-tagħlim għall-ħruġ ta’ ċertifikat TRI jew SFI għat-tip rilevanti.

▼M11

(c)

Tagħlim ipprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri

(1) 

Permezz ta’ deroga mill-punt (a), fil-każ ta’ tagħlim fit-titjir ipprovdut matul kors tat-taħriġ approvat skont dan l-Anness barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem lill-applikanti li:

(i) 

għandhom liċenzja ta’ bdot li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(A) 

tikkonforma mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili;

(B) 

fi kwalunkwe każ, hija mill-inqas CPL fil-kategorija rilevanti tal-inġenju tal-ajru bi klassifikazzjoni jew ċertifikat rilevanti;

(ii) 

tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti;

(iii) 

turi lill-awtorità kompetenti livell adegwat ta’ għarfien rigward ir-regoli Ewropej tas-sigurtà fl-avjazzjoni biex ikun jista’ jeżerċita l-privileġġi ta’ tagħlim skont dan l-Anness.

(2) 

Iċ-ċertifikat għandu jkun limitat biex jipprovdi tagħlim fit-titjir matul kors tat-taħriġ approvat skont dan l-Anness li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

jiġi pprovdut barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(ii) 

jiġi pprovdut lil bdoti studenti li għandhom għarfien biżżejjed tal-lingwa li biha jingħata t-tagħlim fit-titjir.

▼M8

FCL.915    Rekwiżiti u prerekwiżiti ġenerali għall-għalliema

(a)   Elementi ġenerali

L-applikanti għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' għalliem għandu jkollhom mill-inqas 18-il sena.

(b)   Rekwiżiti addizzjonali għall-għalliema li jipprovdu tagħlim fit-titjir fl-inġenji tal-ajru

L-applikanti għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' għalliem, jew id-detenturi tagħhom bil-privileġġi li jipprovdu tagħlim fit-titjir f'inġenju tal-ajru:

(1) 

għal taħriġ għal-liċenzja, gaħndu jkollhom mill-inqas il-liċenzja jew, fil-każ tal-punt FCL.900 (c), il-liċenzja ekwivalenti, li għaliha għandu jingħata t-tagħlim fit-titjir;

(2) 

għal taħriġ fil-klassifikazzjoni, għandu jkollhom mill-inqas il-klassifikazzjoni rilevanti jew, fil-każ tal-punt FCL.900(c), il-klassifikazzjoni ekwivalenti, li għaliha għandu jingħata t-tagħlim fit-titjir;

(3) 

għajr fil-każ ta' għalliema fit-testijiet tat-titjir (FTIs), għandhom ikunu:

(i) 

lestew mill-inqas 15-il siegħa ta' ħin ta' titjir bħala piloti tal-klassi jew tat-tip ta' inġenju tal-ajru li fuqu se tingħata struzzjoni fit-titjir, li minnhom massimu ta' seba' sigħat jistgħu jkunu f'apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD) li jirrappreżenta l-klassi jew it-tip ta' inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli; jew

(ii) 

għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza għall-kategorija ta' għalliem rilevanti fuq dik il-klassi jew it-tip ta' inġenju tal-ajru; kif ukoll

(4) 

għandhom ikunu intitolati li jaġixxu bħala PIC fl-inġenju tal-ajru matul tali tagħlim fit-titjir.

▼M12

(c)   Kreditu għal aktar ċertifikati ta’ għalliem u għall-fini ta’ rivalidazzjoni

(1) 

Kreditu sħiħ għall-ħiliet li wieħed jgħallem u jitgħallem jista’ jingħata lil:

(i) 

detenturi ta’ ċertifikat ta’ għalliem li japplikaw għal aktar ċertifikati ta’ għalliem; u

(ii) 

applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem li diġà jkollhom ċertifikat ta’ għalliem maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

▼M8

(2) 

Is-sigħat tat-titjir bħala eżaminatur matul it-testijiet tal-aptitudni jew il-kontrolli tal-profiċjenza għandhom ikunu kkreditati bis-sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid għaċ-ċertifikati ta' għalliem kollha li jkollhom.

(d)

Il-kreditu għal estensjoni għal tipi oħra għandu jqis l-elementi rilevanti kif definiti fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (OSD).

(e)

Rekwiżiti addizzjonali għat-tagħlim waqt kors ta' taħriġ skont FCL.745.A:

(1) 

Apparti dak li hemm imsemmi fil-punt (b), qabel jaġixxu bħala għalliema għal kors ta' taħriġ skont FCL.745.A, id-detenturi ta' ċertifikat ta' għalliem:

(i) 

għandu jkollhom mill-inqas 500 siegħa ta' ħin ta' titjir bħala piloti ta' ajruplani, inklużi 200 siegħa ta' tagħlim fit-titjir;

(ii) 

wara li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti relatati mal-esperjenza stabbiliti fil-punt (e)(1)(i), iridu jkunu lestew kors ta' taħriġ biex jispeċjalizzaw bħala għalliema tal-UPRT f'ATO, li matulu l-kompetenza tal-applikanti tkun ġiet evalwata b'mod kontinwu; kif ukoll

(iii) 

wara li jkunu lestew il-kors, ikun inħarġilhom ċertifikat ta' tlestija tal-kors mill-ATO, li l-Kap ta' Taħriġ tagħha (HT) jrid ikun daħħal il-privileġġi speċifikati fil-punt (e)(1) fil-ġurnal ta' abbord tal-applikanti.

(2) 

Il-privileġġi msemmija fil-punt (e)(1) għandhom jiġu eżerċitati biss jekk matul l-aħħar sena l-għalliema jkunu rċevew taħriġ ta' aġġornament f'ATO li matulu l-kompetenza meħtieġa biex jingħata tagħlim f'kors skont il-punt FCL.745.A tiġi vvalutata għas-sodisfazzjon tal-HT.

(3) 

Għalliema li jkollhom il-privileġġi speċifikati fil-punt (e)(1) jistgħu jaġixxu bħala għalliema għal kors kif speċifikat fil-punt (e)(1)(ii), sakemm dawn:

(i) 

ikollhom esperjenza ta' 25 siegħa ta' tagħlim fit-titjir matul it-taħriġ skont FCL.745.A;

(ii) 

ikunu lestew valutazzjoni tal-kompetenza għal dan il-privileġġ; kif ukoll

(iii) 

ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' attività reċenti stipulati fil-punt (e)(2).

(4) 

Dawn il-privileġġi għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta' abbord tal-għalliema u għandhom jiġu ffirmati mill-eżaminatur.

▼B

FCL.920    Kompetenzi u valutazzjoni ta’ għalliem

L-għalliema kollha għandhom ikunu mħarrġa biex jiksbu l-kompetenzi li ġejjin:

— 
Iħejju r-riżorsi,
— 
Joħolqu klima li twassal għal tagħlim,
— 
Jippreżentaw l-għarfien,
— 
Jintegraw il-Ġestjoni tat-Theddid u l-Iżbalji (TEM) u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ,
— 
Jimmaniġġjaw il-ħin biex jinkisbu l-għanijiet tat-taħriġ,
— 
Iħaffu t-tagħlim,
— 
Jevalwaw il-prestazzjoni ta’ min qed jitħarreġ,
— 
Jikkontrollaw u janalizzaw il-progress,
— 
Jivvalutaw is-sessjonijiet tat-taħriġ,
— 
Jirrappurtaw dwar ir-riżultati.

FCL.925    Rekwiżiti addizzjonali għall-għalliema għall-MPL

(a)

Għalliema li jwettqu taħriġ għall-MPL għandhom:

(1) 

ikunu lestew b'suċċess kors ta’ taħriġ għall-għalliema tal-MPL f'ATO;

(2) 

addizzjonalment, għall-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati tal-kors ta’ taħriġ integrat għall-MPL:

(i) 

ikollhom esperjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed;

(ii) 

ikunu lestew taħriġ inizjali fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ għal operatur fit-trasport kummerċjali bl-ajru approvat skont ir-rekwiżiti tal-operazzjonijiet bl-ajru applikabbli.

(b)

MPL instructors training course

(1) The MPL instructor training course shall comprise at least 14 hours of training.

Upon completion of the training course, the applicant shall undertake an assessment of instructor competencies and of knowledge of the competency-based approach to training.

(2) The assessment shall consist of a practical demonstration of flight instruction in the appropriate phase of the MPL training course. This assessment shall be conducted by an examiner qualified in accordance with Subpart K.

(3) Upon successful completion of the MPL training course, the ATO shall issue an MPL instructor qualification certificate to the applicant.

(c)

Sabiex jinżammu l-privileġġi, l-għalliem għandu jwettaq, fit-12-il xahar preċedenti, fi ħdan il-kors ta’ taħriġ tal-MPL:

(1) 

sessjoni ta’ simulatur ta’ mill-inqas 3 sigħat;

(2) 

eżerċizzju tal-arja ta’ mill-inqas siegħa li jinkludi mill-inqas 2 telgħat u nżulijiet l-art.

(d)

Jekk l-għalliem ma jkunx issodisfa r-rekwiżiti ta’ (c), qabel jeżerċita l-privileġġi li jipprovdi tagħlim fit-titjir għall-MPL huwa għandu:

(1) 

jingħata taħriġ ta’ aġġornament f'ATO biex jilħaq il-livell ta’ kompetenza meħtieġa biex jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenzi ta’ għalliem;

(2) 

jgħaddi mill-valutazzjoni tal-kompetenzi ta’ għalliem kif stipulati f'(b)(2).

▼M7

FCL.930    Kors ta' taħriġ

(a) 

Applikant għal ċertifikat ta' għalliem għandu jkun lesta kors ta' għarfien teoriku u ta' tagħlim fit-titjir f'ATO. Applikant għal ċertifikat ta' għalliem għall-gliders jew għall-blalen tal-arja jista' jkun lesta kors ta' għarfien teoriku u ta' tagħlim fit-titjir f'DTO.

(b) 

Minbarra l-elementi speċifiċi stabbiliti f'dan l-Anness (il-Parti-FCL) għal kull kategorija ta' għalliem, il-kors ta' taħriġ għandu jinkludi l-elementi meħtieġa fil-punt FCL.920.

▼B

FCL.935    Valutazzjoni tal-kompetenza

▼M11

(a)

Għajr għall-għalliem tal-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed (MCCI), l-għalliem tat-taħriġ sintetiku (STI), l-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji (MI) u l-għalliem tat-testijiet tat-titjir (FTI), applikant għal ċertifikat ta’ għalliem għandu jgħaddi minn valutazzjoni tal-kompetenza fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, fil-klassi jew fit-tip rilevanti jew fl-FSTD xierqa, biex juri lil eżaminatur ikkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità li jgħallem lil bdot student sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat rilevanti.

▼B

(b)

Din il-valutazzjoni għandha tinkludi:

(1) 

il-wiri tal-kompetenzi deskritti fl-FCL.920, matul it-tagħlim qabel it-titjir, wara t-titjir u tal-għarfien teoriku;

(2) 

eżamijiet teoriċi orali rigward il-laqgħat ta’ informazzjoni (briefings) fuq l-art, qabel it-titjir u wara t-titjir u wirjiet waqt it-titjir matul it-testijiet tal-ħiliet fil-klassi ta’ inġenju tal-ajru, it-tip ta’ inġenju tal-ajru jew FSTD adattata;

(3) 

eżerċizzji adegwati għall-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-għalliem.

(c)

Il-valutazzjoni għandha titwettaq fl-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru jew FSTD użata għat-tagħlim fit-titjir.

(d)

Meta valutazzjoni tal-kompetenza hija meħtieġa għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ għalliem, applikant li ma jgħaddix mill-valutazzjoni qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat tal-għalliem m'għandux jeżerċita l-privileġġi ta’ dak iċ-ċertifikat sakemm ma jlestix b'suċċess il-valutazzjoni.

▼M11

FCL.940    Validità taċ-ċertifikati ta’ għalliem

Bl-eċċezzjoni tal-MI, u mingħajr preġudizzju għall-punti FCL.900 (b)(1) u FCL.915 (e)(2), iċ-ċertifikati tal-għalliema għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 3 snin.

▼M4

FCL. 945    Obbligi għall-istruttur

Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir għal validazzjoni mill-ġdid ta' SEP jew klassifikazzjoni tal-klassi jew TMG skont FCL.740.A (b)(1) u biss f'każ ta' ssodisfar tal-kriterji ta' validazzjoni mill-ġdid l-oħrajn kollha meħtieġa skont FCL.740.A (b)(1) l-istruttur għandu japprova l-liċenzja tal-applikant bid-data ta' skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-liċenzja tal-applikant.

▼B

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem fit-titjir – FI

▼M11

FCL.905.FI    FI – Privileġġi u kundizzjonijiet

Il-privileġġi tal-FIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’:

▼M12

(a) 

PPL u LAPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

(b) 

kwalifiki tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, għajr għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;

▼M11

(c) 

klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li l-FIs jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(2) 

ikunu lestew dawn kollha li ġejjin:

(i) 

mill-inqas 500 siegħa bħala bdoti f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed fuq l-ajruplani;

(ii) 

il-kors tat-taħriġ għal MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;

(d) 

klassifikazzjonijiet tat-tip għal iġfna tal-ajru bi bdot wieħed jew b’aktar minn bdot wieħed;

(e) 

CPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, dment li l-FIs ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’dik il-kategorija tal-inġenju tal-ajru;

(f) 

il-klassifikazzjoni ta’ billejl, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

huma kkwalifikati biex itiru billejl fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa;

(2) 

ikunu wrew il-kapaċità li jgħallmu billejl lil FI kkwalifikat skont il-punt (j);

(3) 

jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ esperjenza billejl stabbilit fil-punt FCL.060(b)(2);

▼M12

(g) 

kwalifika tal-ġbid jew dik ajrubatika, dment li wieħed ikollu dawn il-privileġġi u l-FI jkun wera l-kapaċità li jgħallem għal dik il-kwalifika lil FI li huwa kkwalifikat skont il-punt (j);

▼M11

(h) 

EIR jew IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom sa massimu ta’ 50 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II;

(2) 

ikunu lestew bħala bdoti studenti l-kors ta’ taħriġ tal-IRI u jkunu għaddew minn valutazzjoni ta’ kompetenza għaċ-ċertifikat tal-IRI;

(3) 

jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935 fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn magna waħda u mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2) fil-każ ta’ ħelikopters b’aktar minn magna waħda;

(i) 

klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, minbarra l-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

fil-każ tal-ajruplani, jikkonformaw mal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935;

(2) 

fil-każ tal-ħelikopters, jikkonformaw mal-punti FCL.910.TRI(c)(1) u FCL.915.TRI(d)(2);

(j) 

ċertifikat ta’ FI, IRI, CRI, STI jew MI dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M12

(1) 

ikunu lestew mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

▼M11

(2) 

ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa biex juru lil eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE) il-kapaċità li jgħallmu għaċ-ċertifikat rilevanti;

(k) 

MPL, dment li l-FIs jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

għall-fażi tat-titjir ewlenija tat-taħriġ, ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-ajruplani, inklużi mill-inqas 200 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(2) 

għall-fażi bażika tat-taħriġ:

(i) 

ikollhom IR ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda u l-privileġġ li jgħallmu għal IR;

(ii) 

ikunu wettqu mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f’operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed;

(3) 

fil-każ ta’ FIs diġà kkwalifikati biex jgħallmu f’korsijiet integrati ATP(A) jew CPL(A)/IR, ir-rekwiżit fil-punt (2)(ii) jista’ jiġi ssostitwit bit-tlestija ta’ kors ta’ taħriġ strutturat li jkun fih:

(i) 

kwalifika ta’ MCC;

(ii) 

l-osservazzjoni ta’ 5 sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 3 ta’ kors ta’ MPL;

(iii) 

l-osservazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ tagħlim fit-titjir fil-Fażi 4 ta’ kors ta’ MPL;

(iv) 

l-osservazzjoni ta’ ħames sessjonijiet ta’ taħriġ fit-titjir orjentati lejn linja rikorrenti tal-operatur;

(v) 

il-kontenut tal-kors tal-MCCI.

F’dan il-każ, l-FIs għandhom iwettqu l-ewwel ħames sessjonijiet ta’ għalliema taħt is-superviżjoni ta’ TRI(A), MCCI(A) jew SFI(A) ikkwalifikat għal tagħlim fit-titjir ta’ MPL.

▼B

FCL.910.FI    FI – Privileġġi ristretti

(a)

▼M7

FI għandu jkollu l-privileġġi tiegħu limitati għat-twettiq ta' tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta' FI għall-istess kategorija ta' inġenju tal-ajru nnominat mid-DTO jew mill-ATO għal dan l-għan, fil-każijiet li ġejjin:

▼M12

(1) 

għall-ħruġ tal-PPL u LAPL;

▼B

(2) 

fil-korsijiet integrati kollha fil-livell ta’ PPL, fil-każ ta’ ajruplani u ħelikopters;

▼M12

(3) 

għal kwalifiki tal-klassi u tat-tip għal inġenji tal-ajru b’magna waħda u bi bdot wieħed, ħlief għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;

▼B

(4) 

għall-klassifikazzjonijiet ta’ billejl, l-irmunkar jew dawk aerobatiċi.

(b)

Waqt li jwettaq taħriġ taħt sorveljanza, skont (a), FI m'għandux ikollu l-privileġġ li jawtorizza lil bdoti studenti li jwettqu l-ewwel titjiriet waħedhom u l-ewwel titjiriet cross-country waħedhom.

(c)

Il-limitazzjonijiet f'(a) u (b) għandhom jitneħħew miċ-ċertifikat ta’ FI meta FI ikun lesta mill-inqas:

(1) 

għall-FI(A), 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'ajruplani jew TMGs u, barra minn hekk ikun issorvelja mill-inqas 25 titjira ta’ studenti waħedhom;

(2) 

għall-FI(H) 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f'ħelikopters u, barra minn hekk ikun issorvelja mill-inqas 25 eżerċizzju tal-ajru ta’ titjiriet ta’ studenti waħedhom;

▼M12

(3) 

għall-FI(As), 15-il siegħa jew 50 tlugħ mill-art ta’ tagħlim fit-titjir li jkopru s-sillabu sħiħ tat-taħriġ għall-ħruġ ta’ PPL(As).

▼B

FCL.915.FI    FI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ FI għandu:

(a) 

fil-każ tal-FI(A) u l-FI(H):

(1) 

ikun ingħata mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti fuq il-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata, li minnhom mhux aktar minn 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FSTD;

(2) 

ikun lesta mill-inqas 20 siegħa ta’ ħin ta’ titjir cross-country VFR fuq il-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata bħala PIC;

(b) 

addizzjonalment, għall-FI(A):

(1) 

ikollu mill-inqas CPL(A);

(2) 

ikollu mill-inqas PPL(A) u jkun:

▼M11

(i) 

ħlief għal FI(A) li jipprovdi taħriġ għal-LAPL(A) biss u li jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma wieħed ilesti kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoriku tas-CPL u li m’għandux ikun validu għall-ħruġ ta’ CPL; u

▼B

(ii) 

lesta mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq ajruplani jew TMGs, li minnhom 150 siegħa bħala PIC;

(3) 

lesta mill-inqas 30 siegħa fuq ajruplani b'magna waħda bil-pistin li minnhom mill-inqas 5 sigħat għandhom ikunu tlestew matul is-6 xhur li jiġu qabel it-test tat-titjir qabel id-dħul stabbilit fl-FCL.930.FI(a);

(4) 

lesta titjira cross-country VFR bħala PIC, inkluża titjira ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) li matulha għandhom isiru waqfiet sħaħ bi nżul f'2 ajrudromi differenti;

(c) 

addizzjonalment, għall-FI(H), ikun lesta 250 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala bdot fuq il-ħelikopters li minnhom:

(1) 

mill-inqas 100 siegħa ħandhom ikunu bħala PIC, jekk l-applikant ikollu mill-inqas CPL(H);

▼M11

(2) 

mill-inqas 200 siegħa bħala PIC jekk l-applikant ikollu mill-inqas PPL(H) u jkun għadda mill-eżami tal-għarfien teoriku tas-CPL, li jista’ jsir mingħajr ma wieħed ilesti kors ta’ taħriġ dwar l-għarfien teoriku tas-CPL u li m’għandux ikun validu għall-ħruġ ta’ CPL;

▼B

(d) 

għal FI(As), ikun lesta 500 siegħa ta’ ħin tat-titjir fuq airships bħala PIC, li minnhom 400 siegħa għandhom ikunu bħala PIC li għandu CPL(As);

▼M12 —————

▼B

FCL.930.FI    FI – Kors ta’ taħriġ

(a)

L-applikanti għaċ-ċertifikat ta’ FI għandhom ikunu għaddew minn test tat-titjir qabel id-dħul speċifiku ma’ FI kkwalifikat skont FCL.905.FI (i) fis-6 xhur li jiġu qabel il-bidu tal-kors, biex tkun ivvalutata l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kors. It-test tat-titjir qabel id-dħul għandu jkun ibbażat fuq kontroll tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip kif stabbilit fl-Appendiċi 9 ta’ din il-Parti.

(b)

Il-kors ta’ taħriġ ta’ FI għandu jinkludi:

(1) 

25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

▼M12

(2) 

mill-inqas 100 siegħa ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku, inklużi t-testijiet tal-progress;

▼B

(3) 
(i) 

fil-każ ta’ FI (A) u (H), mill-inqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom 25 siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor, li minnhom 5 sigħat jistgħu jitwettqu f'FFS, FNPT I jew II jew FTD 2/3;

▼M12

(ii) 

fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom 15-il siegħa għandhom ikunu tagħlim fit-titjir b’żewġ bdoti.

▼M12 —————

▼M12

(4) 

Applikanti għal ċertifikat tal-FI f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru li jkollhom jew li kellhom FI(A), (H) jew (As) għandhom jiġu kkreditati b’55 siegħa b’rabta mar-rekwiżit fil-punt (b)(2).

▼M11

(c)

L-applikanti għaċ-ċertifikat ta’ FI li għandhom jew kellhom kwalunkwe ċertifikat ta’ għalliem ieħor li jinħareġ skont dan l-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punt (b)(1).

▼M11

FCL.940.FI    FI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a) Validazzjoni mill-ġdid

(1) 

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ FI, id-detenturi għandhom jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI:

(i) 

ikunu lestew:

(A) 

fil-każ ta’ FI(A) u FI(H), mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru xierqa bħala FIs, TRIs, CRIs, IRIs, MIs jew eżaminaturi. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, mill-inqas 10 minn dawk is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;

(B) 

fil-każ ta’ FI(As), mill-inqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir f’iġfna tal-ajru bħala FIs, IRIs jew bħala eżaminaturi. Jekk il-privileġġi biex jiġi pprovdut tagħlim għall-IR għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid, 10 minn dawk is-sigħat għandhom ikunu tagħlim fit-titjir għal IR u għandhom ikunu tlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI;

▼M12 —————

▼M11

(ii) 

ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala FI f’ATO jew fl-awtorità kompetenti. L-FI(B)s u l-FI(S)s jistgħu jlestu dan it-taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem f’DTO;

(iii) 

ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI.

▼M12

(2) 

Għal mill-inqas kull rivalidazzjoni alternata, fil-każ ta’ FI(A) jew FI(H), jew kull tielet rivalidazzjoni, fil-każ ta’ FI(As), id-detenturi taċ-ċertifikat ta’ FI rilevanti għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.

▼M11

(b) Tiġdid.

Jekk iċ-ċertifikat ta’ FI jkun skada, l-applikanti għandhom, f’perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tal-applikazzjoni għat-tiġdid, ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala FI f’ATO jew f’awtorità kompetenti fil-każ ta’ FI(B) jew FI(S) f’ATO, f’DTO jew f’awtorità kompetenti u jlestu valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.

▼B

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip - TRI

▼M14

FCL.905.TRI   TRI — Privileġġi u kundizzjonijiet

(a) 

Il-privileġġi ta’ TRI huma li jipprovdi istruzzjonijiet għal:

(1) 

il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IR, diment li t-TRI jkollu IR valida;

(2) 

il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI jew SFI, diment li d-detentur jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ikollu mill-inqas 50 siegħa esperjenza ta’ tagħlim bħala TRI jew SFI skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(ii) 

ikun wettaq is-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-parti rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI skont il-punt FCL.930.TRI(a)(3) għas-sodisfazzjon tal-kap tat-taħriġ ta’ ATO;

(3) 

fil-każ tat-TRI għal ajruplani bi bdot wieħed:

(i) 

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed diment li l-applikant ifittex privileġġi biex jopera f’operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Il-privileġġi tat-TRI(SPA) jistgħu jiġu estiżi għat-tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, sakemm it-TRI jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(A) 

ikollu jew kellu ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(B) 

ikun wettaq mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkun temm kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;

(ii) 

il-kors ta’ MPL dwar il-fażi bażika, diment li għandu l-privileġġi estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u għandu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);

(4) 

fil-każ tat-TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed:

(i) 

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal:

(A) 

ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(B) 

ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed meta l-applikant jitlob privileġġi biex jagħmel operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;

(ii) 

taħriġ f’MCC;

(iii) 

il-kors ta’ MPL dwar il-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati, sakemm, għall-fażi bażika, ikollu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);

(5) 

fil-każ tat-TRI għall-ħelikopters:

(i) 

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

(ii) 

taħriġ f’MCC, diment li jkollu klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopter b’aktar minn bdot wieħed;

(iii) 

l-estensjoni tal-IR(H) b’magna waħda għal IR(H) b’aktar minn magna waħda;

(6) 

fil-każ tat-TRI għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift:

(i) 

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip “powered-lift”;

(ii) 

taħriġ f’MCC.

(b) 

Il-privileġġi ta’ TRI jinkludu privileġġi biex titwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT għand operatur tal-EBT, diment li l-għalliem jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għall-istandardizzazzjoni tal-għalliem tal-EBT għand dak l-operatur tal-EBT.

▼M11

FCL.910.TRI    TRI – Privileġġi ristretti

(a) Ġenerali. Jekk it-taħriġ ta’ TRI jitwettaq f’FSTDs biss, il-privileġġi tat-TRIs għandhom ikunu ristretti għal taħriġ fl-FSTDs. Madankollu, din ir-restrizzjoni għandha tinkludi l-privileġġi li ġejjin għat-twettiq, fl-inġenju tal-ajru:

(1) 

LIFUS, dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI jkun inkluda t-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(a)(4)(i);

(2) 

taħriġ dwar l-inżul, dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI ikun inkluda t-taħriġ speċifikat fil-punt FCL.930.TRI(a)(4)(ii); jew

(3) 

it-titjira ta’ taħriġ speċifikata fil-punt FCL.060(c)(2), dment li l-kors tat-taħriġ ta’ TRI jkun inkludi t-taħriġ imsemmi fil-punti (a)(1) jew (a)(2).

Ir-restrizzjoni għall-FSTD għandha titneħħa jekk it-TRIs ikunu lestew valutazzjoni tal-kompetenza fl-inġenju tal-ajru.

(b) TRIs għal ajruplani u għal inġenji tal-ajru bil-powered-lift — TRI(A) u TRI(PL). Il-privileġġi tat-TRIs huma ristretti għat-tip ta’ ajruplan jew inġenju tal-ajru bil-powered-lift li fih twettqu t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza. Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD, biex jestendu l-privileġġi tat-TRIs għal aktar tipi, it-TRIs għandhom:

(1) 

ikunu lestew fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas 15-il settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 7 setturi jistgħu jitlestew f’FSTD;

(2) 

ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli;

(3) 

ikunu għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 sabiex juru lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità tagħhom li jipprovdu tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta’ qabel it-titjir, ta’ wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.

Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk it-TRIs ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.

(c) TRIs għall-ħelikopters — TRI(H).

(1) 

Il-privileġġi tat-TRIs(H) huma ristretti għat-tip ta’ ħelikopter li fih tkun saret il-valutazzjoni tal-kompetenza għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ TRI. Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD, il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar tipi jekk it-TRIs ikunu:

(i) 

lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI;

(ii) 

lestew fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel id-data tal-applikazzjoni, mill-inqas 10 sigħat fuq it-tip tal-ħelikopter applikabbli, li minnhom massimu ta’ 5 sigħat jistgħu jitlestew f’FFS jew f’FTD 2/3; u

(iii) 

għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 sabiex juru lil FIE jew TRE kkwalifikat skont is-Subparti K ta’ dan l-Anness il-kapaċità tagħhom li jipprovdu tagħlim lil bdot sal-livell meħtieġ għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-tagħlim ta’ qabel it-titjir, ta’ wara t-titjir u tal-għarfien teoriku.

Il-privileġġi tat-TRIs għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk it-TRIs ikunu lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-partijiet tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.

(2) 

Qabel ma l-privileġġi ta’ TRI(H) ikunu estiżi minn privileġġi ta’ bdot wieħed għal dawk ta’ aktar minn bdot wieħed fuq l-istess tip ta’ ħelikopters, id-detentur għandu jkun wettaq mill-inqas 100 siegħa f’operazzjonijiet ta’ aktar minn bdot wieħed fuq dan it-tip.

(d) Minkejja l-punti ta’ hawn fuq, id-detenturi ta’ ċertifikat TRI li jkunu ngħataw klassifikazzjoni tat-tip skont il-punt FCL.725(e) għandhom ikunu intitolati li jkollhom il-privileġġi TRI tagħhom estiżi għal dak it-tip il-ġdid ta’ inġenji tal-ajru.

▼B

FCL.915.TRI    TRI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ TRI għandu:

(a) 

ikollu liċenzja ta’ bdot CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija ta’ inġenji tal-ajru applikabbli;

(b) 

għal ċertifikat ta’ TRI(MPA):

(1) 

ikun lesta 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani ta’ aktar minn bdot wieħed;

(2) 

ikun lesta, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC jew kopilota fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom 15-il settur jistgħu jitlestew f'FFS li jirrappreżenta dak it-tip;

(c) 

▼M11

għal ċertifikat ta’ TRI(SPA):

(1) 

ikun lesta, fi żmien 12-il xahar li jiġu qabel id-data tal-applikazzjoni, mill-inqas 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli, li minnhom massimu ta’ 15-il settur jistgħu jitlestew f’FSTD li jirrappreżenta dak it-tip; u

▼B

(2) 
(i) 

ikun lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani, inklużi 30 siegħa bħala PIC fuq it-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(ii) 

ikollu jew kellu ċertifikat ta’ FI għal ajruplani b'aktar minn magna waħda bil-privileġġi IR(A);

(d) 

għal TRI(H):

(1) 

għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b'magna waħda u bi bdot wieħed, ikun lesta 250 siegħa bħala bdot fuq il-ħelikopters;

(2) 

għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, ikun lesta 500 siegħa bħala bdot fuq il-ħelikopters, inklużi 100 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed;

(3) 

għal ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, ikun lesta 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq il-ħelikopters, inklużi:

(i) 

350 siegħa bħala bdot f'ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(ii) 

għal applikanti li diġà għandhom ċertifikat ta’ TRI(H) għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, 100 siegħa bħala bdot fuq dak it-tip f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed.

(4) 

Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ FI(H) għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ (1) u (2) fil-ħelikopter bi bdot wieħed rilevanti;

(e) 

għal TRI(PL):

(1) 

ikun lesta 1 500 siegħa ta’ ħin tat-titjir bħala bdot fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed, bil-powered-lift, jew ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(2) 

ikun lesta, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul, bħala PIC jew kopilota fuq it-tip tal-powered-lift applikabbli, li minnhom 15-il settur jistgħu jitlestew f'FFS li jirrappreżenta dak it-tip.

FCL.930.TRI    TRI – Kors ta’ taħriġ

(a)

▼M11

Il-kors tat-taħriġ ta’ TRI għandu jitwettaq fl-inġenju tal-ajru biss jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli u aċċessibbli u għandu jinkludi:

▼B

(1) 

25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 

10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;

▼M11

(3) 

5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru xieraq jew FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru bi bdot wieħed u 10 sigħat għal inġenji tal-ajru b’aktar minn bdot wieħed jew FSTD li jirrappreżenta lil dak l-inġenju tal-ajru;

▼M11

(4) 

it-taħriġ li ġej, kif applikabbli:

(i) 

taħriġ speċifiku addizzjonali qabel ma jitwettaq l-LIFUS;

(ii) 

taħriġ speċifiku addizzjonali qabel ma jitwettaq it-taħriġ dwar l-inżul. Dak it-taħriġ fl-FSTD għandu jinkludi taħriġ għal proċeduri ta’ emerġenza relatati mal-inġenju tal-ajru.

▼B

(b)

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

(c)

Applikant għal ċertifikat ta’ TRI li għandu ċertifikat ta’ SFI għat-tip rilevanti għandu jkun ikkreditat b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ TRI ristrett għal tagħlim fit-titjir f'simulaturi.

▼M11

FCL.935.TRI    TRI – Valutazzjoni tal-kompetenza

(a) Il-valutazzjoni tal-kompetenza għal TRI għal MPA u PL għandha titwettaq f’FFS. Jekk l-ebda FFS ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, għandu jintuża inġenju tal-ajru.

(b) Il-valutazzjoni tal-kompetenza għal TRI għal ajruplani u ħelikopters kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed għandha titwettaq fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) 

FFS disponibbli u aċċessibbli;

(2) 

jekk l-ebda FFS ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, f’kombinament ta’ FSTD(s) u inġenju tal-ajru;

(3) 

jekk l-ebda FSTD ma jkun disponibbli jew aċċessibbli, f’inġenju tal-ajru.

FCL.940.TRI    TRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a) Validazzjoni mill-ġdid

(1) 

Ajruplani

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ TRI(A), l-applikanti għandhom, fiż-żmien 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

iwettqu waħda mill-partijiet li ġejjin ta’ kors komplut tal-klassifikazzjoni tat-tip jew ta’ taħriġ rikorrenti: iwettqu sessjoni ta’ simulazzjoni ta’ mill-inqas 3 sigħat jew eżerċizzju wieħed fl-ajru ta’ mill-inqas siegħa li tinkludi minimu ta’ żewġ telgħat u nżulijiet l-art;

(ii) 

ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI(A) f’ATO;

(iii) 

jgħaddu mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935. L-applikanti li kkonformaw mal-punt FCL.910.TRI(b)(3) għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

(2) 

Ħelikopters u powered lift

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ TRI (H) jew TRI(PL), l-applikanti għandhom, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ TRI, jissodisfaw mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

ikunu lestew mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir fuq kull wieħed mit-tipi ta’ inġenji tal-ajru li fuqhom għandhom il-privileġġi li jipprovdu tagħlim jew f’FSTD li jirrappreżenta dawk it-tipi, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom jitlestew fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ TRI. Fil-każ ta’ TRI(PL), dawk is-sigħat għandhom jitlestew bħala TRI jew eżaminatur tal-klassifikazzjoni tat-tip (TRE), jew bħala SFI jew eżaminatur tat-titjir sintetiku (SFE). Fil-każ ta’ TRI(H), il-ħin ta’ titjir bħala FIs, strutturi tal-kwalifika ta’ titjir bl-istrumenti (IRIs), strutturi tat-taħriġ b’mezzi ta’ simulazzjoni (STIs) jew bħala kwalunkwe tip ta’ eżaminaturi għandu jkun rilevanti għal dan l-għan;

(ii) 

ilestu taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI(H) jew TRI(PL), kif rilevanti, f’ATO;

(iii) 

fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punti FCL.935, FCL.910.TRI(b)(3) jew FCL.910.TRI(c)(3), kif applikabbli.

(3) 

Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ TRI, id-detenturi għandhom jgħaddu mill-valutazzjoni ta’ kompetenza skont il-punt FCL.935.

(4) 

Jekk it-TRIs ikollhom ċertifikat għal aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza li titwettaq fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.

(5) 

Rekwiżiti speċifiċi għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ TRI(H)

It-TRIs(H) li għandhom ċertifikat ta’ FI(H) fuq it-tip rilevanti għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (a). F’dan il-każ, iċ-ċertifikat ta’ TRI(H) għandu jkun validu sad-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FI(H).

(b) Tiġdid

Biex iġeddu ċertifikat ta’ TRI, l-applikanti għandhom, fi żmien 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni, ikunu għaddew mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 u għandhom ikunu lestew dawn li ġejjin:

(1) 

għall-ajruplani:

(i) 

mill-inqas 30 settur tar-rotot, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 15-il settur jistgħu jitlestew f’FFS;

(ii) 

taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f’ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI;

(2) 

għall-ħelikopters u l-powered lift:

(i) 

mill-inqas 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir, inklużi tlugħ u nżul fuq it-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli, li minnhom massimu ta’ 5 sigħat jistgħu jitlestew f’FFS jew f’FTD 2/3;

(ii) 

taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala TRI f’ATO, liema taħriġ għandu jkopri l-elementi rilevanti tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI.

(3) 

Jekk l-applikanti jkollhom ċertifikat għal aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha ġġedded iċ-ċertifikat ta’ TRI għat-tipi l-oħra li għandha fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.

▼B

TAQSIMA 5

Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip - CRI

FCL.905.CRI    CRI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ CRI huma li jipprovdi tagħlim għal:

▼M3

(1) 

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ kwalifika tal-klassi jew tat-tip għal ajruplani li jsuqhom bdot wieħed biss ħlief ajruplani ta’ prestazzjoni għolja u b'magna kumplessa li jsuqhom bdot wieħed biss, meta l-privileġġi mitluba mill-applikant huma li jtir f’operazzjonijiet bi bdot wieħed;

▼B

(2) 

klassifikazzjoni tal-ġbid jew dik ajrubatika għall-kategorija tal-ajruplan, sakemm is-CRI għandu l-klassifikazzjoni rilevanti u jkun wera l-kapaċità li jipprovdi tagħlim għal dik il-klassifikazzjoni lil FI kkwalifikat skont FCL.905.FI(i);

▼M4

(3) 

estensjoni tal-privileġġi LAPL(A) għal klassi jew varjant ieħor ta' ajruplan.

▼B

(b)

Il-privileġġi ta’ CRI huma ristretti għall-klassi jew it-tip ta’ ajruplan li fih kienet saret il-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ għalliem. Il-privileġġi tas-CRI għandhom ikunu estiżi għal aktar klassijiet jew tipi meta s-CRI ikun lesta, fl-aħħar 12-il xahar:

(1) 

15-il siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(2) 

titjira ta’ taħriġ mill-post tan-naħa tal-lemin taħt is-sorveljanza ta’ CRI ieħor jew FI kkwalifikat għal dik il-klassi jew it-tip li jokkupa l-post tal-bdot l-ieħor.

▼M11

(ba)

Il-privileġġi tas-CRIs huma li jipprovdu tagħlim għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip għal ajruplani bi bdot wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li s-CRIs jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(2) 

ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkunu lestew kors tat-taħriġ għall-MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI.

▼M3

(c)

Applikanti għal CRI għal ajruplani b'aktar minn magna waħda li jkollhom ċertifikat CRI għal ajruplani ta' magna waħda jkunu ssodisfaw il-prerekwiżiti għal CRI stabbilit fil-paragrafu FCL.915.CRI(a) u r-rekwiżiti fil-paragrafi FCL.930.CRI(a)(3) u FCL.935.

▼B

FCL.915.CRI    CRI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ CRI għandu jkun lesta mill-inqas:

(a) 

għall-ajruplani b'aktar minn magna waħda:

(1) 

500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani;

(2) 

30 siegħa bħala PIC fuq il-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli;

(b) 

għall-ajruplani b'magna waħda:

(1) 

300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani;

(2) 

30 siegħa bħala PIC fuq il-klassi jew it-tip ta’ ajruplan applikabbli.

FCL.930.CRI    CRI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ ta’ CRI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 

25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 

10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;

▼M11

(3) 

5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani b’aktar minn magna waħda jew FSTD li jirrappreżenta dik il-klassi jew dak it-tip ta’ ajruplan, inklużi mill-inqas 3 sigħat fuq l-ajruplan, jew mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplani b’magna waħda, li jingħata minn FI(A) ikkwalifikat skont il-punt FCL.905.FI(j).

▼B

(b)

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

▼M11

FCL.940.CRI    CRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a) Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ CRI, l-applikanti għandhom jissodisfaw, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ CRI, mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

(1) 

iwettqu mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bħala CRI. Jekk l-applikanti għandhom il-privileġġi ta’ CRI fuq ajruplani kemm b’magna waħda kif ukoll b’aktar minn magna waħda, dawk is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-ajruplani b’magna waħda u l-ajruplani b’aktar minn magna waħda;

(2) 

ilestu taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f’ATO jew f’awtorità kompetenti;

(3) 

jgħaddu mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935 għal ajruplani b’aktar minn magna waħda jew ajruplani b’magna waħda, kif ikun rilevanti.

(b) Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ CRI, id-detenturi għandhom ikunu kkonformaw mar-rekwiżit fil-punt (a)(3).

(c) Tiġdid

Jekk iċ-ċertifikat ta’ CRI jkun skada, dan għandu jiġġedded jekk l-applikanti fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid:

(1) 

ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament bħala CRI f’ATO jew f’awtorità kompetenti;

(2) 

ikunu lestew il-valutazzjoni tal-kompetenza kif meħtieġ mill-punt FCL.935.

▼B

TAQSIMA 6

Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti - IRI

FCL.905.IRI    IRI – Privileġġi u kundizzjonijiet

▼M3

(a)

Il-privileġġi ta' IRI jippermettu li jingħataw istruzzjonijiet għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta' EIR jew IR fil-kategorija ta' inġenji tal-ajru xierqa.

▼B

(b)

Rekwiżiti speċifiċi għall-kors MPL. Biex jipprovdi tagħlim għall-fażi bażika tat-taħriġ fil-kors tal-MPL, l-IRI(A) għandu:

(1) 

ikollu IR għal ajruplani b'aktar minn magna waħda;

(2) 

ikun lesta mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f'operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed.

(3) 

Fil-każ ta’ IRI diġà kkwalifikat biex jipprovdi tagħlim f'korsijiet integrati ATP(A) jew CPL(A)/IR, ir-rekwiżit ta’ (b)(2) jista' jiġi issostitwit bit-tlestija tal-kors previst fil-paragrafu FCL.905.FI(j)(3).

▼M12

FCL.915 IRI    IRI – Prerekwiżiti

Applikanti għal ċertifikat ta’ IRI għandhom:

(a) 

fil-każ ta’ IRI(A):

(1) 

biex jipprovdu taħriġ fl-FSTDs matul kors ta’ taħriġ approvat f’ATO, ikunu lestew mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR wara l-ħruġ tal-BIR jew tal-IR, li minnhom mill-inqas 50 siegħa għandhom ikunu fl-ajruplani;

(2) 

biex jipprovdu taħriġ f’ajruplan, ikunu lestew mill-inqas 800 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 400 siegħa għandhom ikunu fl-ajruplani;

(3) 

biex japplikaw għal IRI(A) għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti FCL.915.CRI(a), FCL.930.CRI u FCL.935;

(b) 

għal IRI(H):

(1) 

biex jipprovdu taħriġ fl-FSTDs matul kors ta’ taħriġ approvat f’ATO, ikunu lestew mill-inqas 125 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR wara l-ħruġ tal-IR, li minnhom mill-inqas 65 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’ħelikopters;

(2) 

biex jipprovdu taħriġ f’ħelikopter, ikunu lestew mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 250 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’ħelikopters; u

(3) 

biex japplikaw għal IR(H) għal ħelikopters b’aktar minn magna waħda, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt FCL.905.FI(h)(2);

(c) 

L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRI(As) għandhom ikunu lestew mill-inqas 300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom mill-inqas 100 siegħa għandhom ikunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti f’airships.

▼B

FCL.930.IRI    IRI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-IRI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 

25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 

10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien teoriku dwar l-istrumenti, it-tħejjija ta’ pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi;

(3) 
(i) 

għall-IRI(A), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ajruplan, FFS, FTD 2/3 jew FPNT II. Fil-każ ta’ applikanti li għandhom ċertifikat ta’ FI(A), dawn is-sigħat jitnaqqsu għal 5;

▼M11

(ii) 

għall-IRI(H), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq ħelikopter, FFS, FTD 2/3 jew FNPT II/III. Fil-każ ta’ applikanti li għandhom ċertifikat ta’ FI(H), dawk is-sigħat jitnaqqsu għal mill-inqas 5;

▼B

(iii) 

għall-IRI(As), mill-inqas 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir fuq airship, FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.

(b)

Tagħlim fit-titjir għandha tingħata minn FI kkwalifikat skont FCL.905.FI (i).

(c)

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

FCL.940.IRI    IRI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

Għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ IRI, id-detentur għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ FI, skont FCL.940.FI.

TAQSIMA 7

Rekwiżiti speċifiċi għall-għalliem ta’ titjir sintetiku - SFI

▼M11

FCL.905.SFI    SFI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a) Il-privileġġi ta’ SFIs huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku, fi ħdan il-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, għal:

(1) 

il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IR, dment li għandhom jew kellhom IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti;

(2) 

il-ħruġ ta’ IR, dment li għandhom jew kellhom IR fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti u jkunu lestew kors ta’ taħriġ ta’ IRI.

(b) Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani bi bdot wieħed huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

(1) 

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, jekk l-applikanti jitolbu privileġġi biex iħaddmu operazzjonijiet bi bdot wieħed.

Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani bi bdot wieħed jistgħu jkunu estiżi għal tagħlim fit-titjir għal klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, dment li jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:

(i) 

ikollhom jew kellhom ċertifikat ta’ TRI għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(ii) 

ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa fuq ajruplani f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed u jkunu lestew kors tat-taħriġ f’MCCI skont il-punt FCL.930.MCCI;

(2) 

il-korsijiet ta’ taħriġ ta’ MCC u MPL dwar il-fażi bażika, dment li l-privileġġi ta’ SFIs(SPA) ikunu ġew estiżi għal operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed skont il-punt (1).

(c) Il-privileġġi ta’ SFIs għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

(1) 

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani b’aktar minn bdot wieħed u jekk l-applikanti jitolbu privileġġi biex joperaw f’operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed, għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed;

(2) 

il-kors ta’ taħriġ f’MCC;

(3) 

il-kors ta’ MPL dwar il-fażijiet bażiċi, intermedji u avvanzati, dment li, għall-fażi bażika, huma għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A);

(d) Il-privileġġi ta’ SFIs għall-ħelikopters huma li jipprovdu tagħlim fit-titjir sintetiku għal:

(1) 

il-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

(2) 

taħriġ tal-MCC, jekk l-SFIs ikollhom il-privileġġi li jagħtu struzzjoni għal ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed.

▼M14

(e) Il-privileġġi ta’ SFI jinkludu privileġġi biex titwettaq valutazzjoni prattika tal-EBT għand operatur tal-EBT, diment li l-għalliem jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 għall-istandardizzazzjoni tal-għalliem tal-EBT għand dak l-operatur tal-EBT.

▼M11

FCL.910.SFI    SFI – Privileġġi ristretti

Il-privileġġi ta’ SFIs għandhom ikunu ristretti għall-FTD 2/3 jew l-FFS tat-tip ta’ inġenji tal-ajru li fih ikun sar il-kors ta’ taħriġ ta’ SFI.

Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi tal-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru jekk id-detenturi jkunu:

(a) 

lestew il-kontenut tas-simulatur tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(b) 

lestew il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli;

(c) 

wettqu fuq kors sħiħ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir relatati mad-dmirijiet ta’ SFI fuq it-tip applikabbli taħt is-superviżjoni u għas-sodisfazzjon ta’ TRE jew SFE kkwalifikat għal dan il-għan.

Il-privileġġi tal-SFI għandhom jiġu estiżi għal aktar varjanti skont l-OSD jekk l-SFI ikun lesta l-partijiet rilevanti tat-tip tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ TRI applikabbli.

▼B

FCL.915.SFI    SFI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ SFI għandu:

(a) 

ikollu jew ikun kellu CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

(b) 

ikun lesta l-kontroll tal-profiċjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenju tal-ajru speċifika f'FFS li jirrappreżenta t-tip applikabbli, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni;

(c) 

addizzjonalment, għal SFI(A) għal ajruplani b'aktar minn bdot wieħed jew SFI(PL), ikollu:

(1) 

mill-inqas 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani ta’ aktar minn bdot wieħed jew bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;

(2) 

lesta, bħala bdot jew osservatur, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni, mill-inqas:

(i) 

3 setturi tar-rotot fil-kokpit tat-tip ta’ inġenju tal-ajru applikabbli;

(ii) 

2 sessjonijiet ta’ simulatur ibbażati fuq it-taħriġ għal titjir orjentat lejn il-linja mwettaq minn ekwipaġġ tat-titjir ikkwalifikat fil-kokpit tat-tip applikabbli. Dawn is-sessjonijiet ta’ simulatur għandhom jinkludu 2 titjiriet ta’ mill-inqas sagħtejn kull waħda bejn 2 ajrudromi differenti u l-ippjanar ta’ qabel it-titjira u d-debriefing assoċjati;

(d) 

addizzjonalment, għal SFI(A) għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:

(1) 

lesta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed;

(2) 

ikollu jew kellu klassifikazzjoni IR(A) ta’ aktar minn magna waħda;

(3) 

issodisfa r-rekwiżiti f'(c)(2);

(e) 

addizzjonalment, għal SFI(H), ikun:

(1) 

lesta, bħala bdot jew osservatur, mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir f'kokpit tat-tip applikabbli, fi żmien it-12-il xahar li jiġu qabel l-applikazzjoni;

(2) 

fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, mill-inqas 1 000 siegħa ta’ esperjenza ta’ titjir bħala bdot fuq il-ħelikopters, inklużi mill-inqas 350 siegħa bħala bdot fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed;

(3) 

fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, lesta 500 siegħa bħala bdot tal-ħelikopters, inklużi 100 siegħa bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed;

(4) 

fil-każ ta’ ħelikopters b'magna waħda u bi bdot wieħed, lesta 250 siegħa bħala bdot fuq il-ħelikopters.

FCL.930.SFI    SFI – Kors ta’ taħriġ

▼M14

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-SFI għandu jinkludi:

(1) 

il-kontenut FSTD tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip applikabbli;

(2) 

il-partijiet rilevanti tat-taħriġ tekniku u l-kontenut tal-FSTD tas-sillabu tat-tagħlim fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ ta’ TRI applikabbli;

(3) 

25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut.

▼B

(b)

Applikant għal ċertifikat ta’ SFI li għandu ċertifikat ta’ TRI għat-tip rilevanti għandu jkun ikkreditat b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

▼M11

FCL.940.SFI    SFI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a) Validazzjoni mill-ġdid

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ SFI, l-applikanti għandhom jissodisfaw, qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ SFI, mill-inqas tnejn mit-tliet rekwiżiti li ġejjin:

(1) 

ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa bħala għalliema jew eżaminaturi f’FSTDs, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ SFI;

(2) 

ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f’ATO;

(3) 

ikunu għaddew mit-taqsimiet rilevanti tal-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935.

(b) Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu lestew, f’FFS, il-kontrolli tal-profiċjenza għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom ikollhom il-privileġġi.

(c) Għal mill-inqas kull validazzjoni mill-ġdid alternattiva ta’ ċertifikat ta’ SFI, id-detenturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit fil-punt (a)(3).

(d) Jekk SFI jkollu ċertifikat fuq aktar minn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru fi ħdan l-istess kategorija, il-valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa fuq wieħed minn dawk it-tipi għandha tivvalida mill-ġdid iċ-ċertifikat ta’ SFI għat-tipi l-oħra li għandu fi ħdan l-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor fl-OSD.

(e) Tiġdid

Biex iġeddu ċ-ċertifikat ta’ SFI, l-applikanti għandhom, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

ikunu lestew taħriġ ta’ aġġornament ta’ għalliem bħala SFI f’ATO;

(2) 

ikunu għaddew mill-valutazzjoni tal-kompetenza skont il-punt FCL.935;

(3) 

ikunu lestew, f’FSTD, it-test tal-ħiliet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ inġenji tal-ajru speċifiċi li jirrappreżentaw it-tipi li għalihom il-privileġġi għandhom jiġu mġedda.

▼B

TAQSIMA 8

Rekwiżit speċifiċi għal għalliem tal-kooperazzjoni bejn aktar minn ekwipaġġ wieħed - MCCI

FCL.905.MCCI    MCCI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ MCCI huma li jwettaq it-tagħlim fit-titjir matul:

(1) 

il-parti prattika tal-korsijiet tal-MCC meta ma jkunux ikkombinati mat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip;

(2) 

fil-każ ta’ MCCI(A), il-fażi bażika tal-kors ta’ taħriġ integrat ta’ MPL, sakemm huwa jkollu jew kellu ċertifikat ta’ FI(A) jew IRI(A).

FCL.910.MCCI    MCCI – Privileġġi Ristretti

Il-privileġġi tad-detentur ta’ ċertifikat MCCI għandhom ikunu ristretti għall-FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ f'MCCI.

Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw tipi oħra ta’ inġenji tal-ajru meta d-detentur ikun ikkompleta t-taħriġ prattiku tal-kors tal-MCCI fuq dak it-tip ta’ FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS.

FCL.915.MCCI    MCCI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ MCCI għandu:

(a) 

ikollu jew ikun kellu CPL, MPL jew ATPL fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru adattata;

(b) 

ikollu mill-inqas:

▼M3

(1) 

fil-każ ta’ ajruplani, airships u inġenji tal-ajru bil-powered-lift, 1 500 siegħa ta’ esperjenza fit-tajran bħala bdot fuq operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;

▼B

(2) 

fil-każ ta’ ħelikopters, 1 000 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir bħala bdot f'operazzjonijiet ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed, li minnhom mill-inqas 350 siegħa fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed.

FCL.930.MCCI    MCCI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-MCCI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 

25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 

taħriġ tekniku relatat mat-tip ta’ FSTD fejn l-applikant ikun jixtieq jgħallem;

(3) 

3 sigħat ta’ tagħlim prattiku, li jistgħu jkunu tagħlim fit-titjir jew tagħlim fl-MCC dwar FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS rilevanti, taħt is-sorveljanza ta’ TRI, SFI jew MCCI maħtur mill-ATO għal dak l-għan. Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt sorveljanza għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920.

(b)

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI, TRI, CRI, IRI jew SFI għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

FCL.940.MCCI    MCCI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ MCCI, l-applikant għandu jkun ikkompleta r-rekwiżiti tal-FCL.930.MCCI (a)(3) dwar it-tip rilevanti ta’ FNPT II/III, FTD 2/3 jew FFS, fl-aħħar 12-il xahar tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ MCCI.

(b)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat MCCI jkun skada, l-applikant għandu jikkompleta r-rekwiżiti tal-FCL.930.MCCI (a)(2) u (3) dwar it-tip rilevanti ta’ FNPT II/III MCC, FTD 2/3 jew FFS.

TAQSIMA 9

Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tat-taħriġ sintetiku - STI

FCL.905.STI    STI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ STI huma li jiprpovdi tagħlim fit-titjir sintetiku fil-kategorija adattata tal-inġenju tal-ajru bl-iskop ta':

(1) 

ħruġ ta’ liċenzja;

(2) 

ħruġ, validazzjoni mill-ġdid jew tiġdid ta’ IR u klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal inġenji tal-ajru bi bdot wieħed, minbarra għal ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed.

(b)

Privileġġi addizzjonali għall-STI(A). Il-privileġġi ta’ STI(A) għandhom jinkludu t-tagħlim fit-titjir sintetiku matul it-taħriġ fil-ħiliet ewlenin tat-titjir tal-kors ta’ taħriġ integrat tal-MPL.

▼M11

FCL.910.STI    SFI – Privileġġi ristretti

Il-privileġġi ta’ STIs għandhom ikunu ristretti għall-FSTD li fih ikun ittieħed il-kors ta’ taħriġ ta’ STI.

Il-privileġġi jistgħu jkunu estiżi għal FSTDs oħra li jirrappreżentaw aktar tipi ta’ inġenji tal-ajru jekk fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni, id-detenturi jkunu:

(a) 

lestew il-kontenut tal-FSTD tal-kors ta’ CRI jew ta’ TRI dwar il-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru li għalih jintalbu l-privileġġi ta’ tagħlim;

(b) 

għaddew fl-FSTD li fih għandu jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsima applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip ta’ inġenju tal-ajru xieraq.

Għal STIs(A) li jgħallmu fuq BITD biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

(c) 

wettqu, f’CPL, IR, PPL, jew kors tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI, CRI(A), IRI jew TRI nominat mill-ATO għal dan il-għan, inkluża mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li tkun issorveljata minn FIE fil-kategorija ta’ inġenju tal-ajru xierqa.

FCL.915.STI    SFI – Prerekwiżiti

(a) L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ STI għandu:

(1) 

ikollhom, jew kellhom, fl-aħħar 3 snin qabel l-applikazzjoni, liċenzja ta’ bdot u privileġġi ta’ tagħlim adattati għall-korsijiet li għalihom ikun intiż it-tagħlim;

(2) 

ikunu lestew f’FSTD il-kontroll tal-profiċjenza rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni.

L-applikanti għall-ħruġ ta’ STI(A) li jkunu jixtiequ jgħallmu fuq il-BITDs biss, għandhom iwettqu biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

(b) Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-punt (a), l-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ STI(H), għandhom ikunu wettqu mill-inqas siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala osservaturi fil-kokpit tat-tip applikabbli ta’ ħelikopter, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni.

▼B

FCL.930.STI    STI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-STI għandu jinkludi mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir relatat mad-dmirijiet ta’ STI f'FFS, FTD 2/3 jew FNPT II/III, taħt is-sorveljanza ta’ FIE. Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt sorveljanza għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920.

L-applikanti għal STI(A) li jkunu jixtiequ jgħallmu fuq BITD biss għandhom jikkompletaw it-tagħlim fit-titjir fuq BITD.

(b)

Għall-applikanti għal STI(H), il-kors għandu jinkludi wkoll il-kontenut dwar l-FFS tal-kors ta’ TRI applikabbli.

▼M11

FCL.940.STI    STI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid ta’ ċertifikat ta’ STI

(a) Validazzjoni mill-ġdid

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ STI, l-applikanti għandhom, fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ STI, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

ikunu wettqu mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir f’FSTD, bħala parti minn kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

(2) 

ikunu għaddew fl-FSTD li fih jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru xieraq.

Għal STIs(A) li jgħallmu fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A).

(b) Tiġdid

Biex iġeddu ċ-ċertifikat ta’ STI, l-applikanti għandhom fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid:

(1) 

ilestu taħriġ ta’ aġġornament bħala STI f’ATO;

(2) 

jgħaddu fl-FSTD li fih jitwettaq it-tagħlim fit-titjir, mit-taqsimiet applikabbli tal-kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness għall-klassi jew it-tip tal-inġenju tal-ajru xieraq.

Għal STI(A) li jgħallem fuq BITDs biss, il-kontroll tal-profiċjenza għandu jinkludi biss l-eżerċizzji adattati għal test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ PPL(A);

(3) 

iwettqu, fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, f’kors sħiħ ta’ CPL, IR, PPL jew tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip. mill-inqas 3 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir taħt is-superviżjoni ta’ FI, CRI, IRI jew TRI nominat mill-ATO għal dan il-għan, inkluża mill-inqas siegħa ta’ tagħlim fit-titjir li tkun issorveljata minn eżaminatur tal-għalliema tat-titjir (FIE).

▼B

TAQSIMA 10

Għalliem tal-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji - MI

FCL.905.MI    MI – privileġġi u kundizzjonijiet

Il-privileġġi ta’ MI huma li jipprovdi tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji.

FCL.915.MI    MI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ MI għandu:

(a) 

ikollu ċertifikat ta’ FI, CRI, jew TRI, bi privileġġi għall-ajruplani bi bdot wieħed;

(b) 

ikollu klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji.

FCL.930.MI    MI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-MI għandu jinkludi l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant kif deskritt fl-FCL.920.

(b)

Qabel jattendu l-kors, l-applikanti għandhom ikunu għaddew minn test tat-titjira ta’ qabel id-dħul ma’ MI li jkollu ċertifikat ta’ FI biex tiġi vvalutata l-esperjenza u l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kors ta’ taħriġ.

▼M3

FCL.940.MI    Validità taċ-ċertifikat ta’ MI

Iċ-ċertifikat ta’ MI huwa validu sakemm iċ-ċertifikat ta’ FI, TRI jew CRI jkun validu.

▼B

TAQSIMA 11

Rekwiżiti speċifiċi għal għalliem tat-testijiet tat-titjira - FTI

FCL.905.FTI    FTI – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

Il-privileġġi ta’ għalliem tat-testijiet fuq titjira (FTI) huma li jgħallem, fi ħdan il-kategorija tal-inġenji tal-ajru adattata, bl-iskop ta':

(1) 

il-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jew 2, sakemm ikun detentur tal-kategorija rilevanti tal-klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira;

(2) 

il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ FTI, fi ħdan il-kategorija rilevanti tal-klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira, sakemm l-għalliem ikollu mill-inqas sentejn esperjenza fit-tagħlim għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira.

(b)

Il-privileġġi ta’ FTI detentur ta’ klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jinkludu l-provvista ta’ tagħlim fit-titjir anke fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tat-testijiet fuq titjira tal-kategorija 2.

FCL.915.FTI    FTI – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ FTI għandu:

(a) 

ikollu klassifikazzjoni tat-testijiet tat-titjira maħruġa skont l-FCL.820;

(b) 

ikun ikkompleta mill-inqas 200 siegħa tat-testijiet tat-titjira tal-kategorija 1 jew 2.

FCL.930.FTI    FTI – Kors ta’ taħriġ

(a)

Il-kors ta’ taħriġ għall-FTI għandu jkun fih, mill-inqas:

(1) 

25 siegħa ta’ tagħlim mogħti u riċevut;

(2) 

10 sigħat ta’ taħriġ tekniku, inklużi r-reviżjoni tal-għarfien tekniku, it-tħejjija tal-pjanijiet tal-lezzjonijiet u l-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tagħlim fil-klassi/f'simulatur;

(3) 

5 sigħat ta’ tagħlim prattiku fit-titjir taħt is-sorveljanza ta’ FTI kkwalifikat skont l-FCL.905.FTI (b). Dawn is-sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jinkludu l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-applikant, kif deskritt fl-FCL.920.

(b)

L-ikkreditar

(1) 

L-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ għalliem għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżit ta’ (a)(1).

(2) 

Barra minn hekk, l-applikanti li għandhom jew kellhom ċertifikat ta’ FI jew ta’ TRI fil-kategorija tal-inġenji tal-ajru rilevanti għandhom ikunu kkreditati b'mod sħiħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ (a)(2).

FCL.940.FTI    FTI – Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid

(a)

Validazzjoni mill-ġdid. Għall-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ FTI, l-applikant għandu, matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ FTI, jissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(1) 

jikkompleta mill-inqas:

(i) 

50 siegħa ta’ testijiet tat-titjira, li minnhom mill-inqas 15-il siegħa għandhom ikunu fl-aħħar 12-il xahar ta’ qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FTI;

(ii) 

5 sigħat ta’ tagħlim dwar it-testijiet tat-titjira fl-aħħar 12-il xahar ta’ qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ FTI; jew

(2) 

jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala FTI f'ATO. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jkun ibbażat fuq l-element ta’ tagħlim prattiku fit-titjir tal-kors ta’ taħriġ ta’ FTI, skont l-FCL.930.FTI (a)(3), u jinkludi mill-inqas siegħa ta’ titjira ta’ tagħlim taħt is-sorveljanza ta’ FTI kkwalifikat skont l-FCL.905.FTI (b).

(b)

Tiġdid. Jekk iċ-ċertifikat ta’ FTI ikun skada, l-applikant għandu jingħata taħriġ ta’ aġġornament bħala FTI f'ATO. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti tal-FCL.930.FTI (a)(3).

SUBPARTI K

EŻAMINATURI

TAQSIMA 1

Rekwiżiti komuni

▼M11

FCL.1000    Ċertifikati tal-eżaminaturi

(a) Ġenerali

Id-detenturi ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur għandu:

(1) 

ikollhom, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dan l-Anness, liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza u l-privileġġ li jgħallmu għalihom;

(2) 

ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza jekk jitwettqu fuq l-inġenju tal-ajru.

(b) Kundizzjonijiet speċjali:

(1) 

L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ ċertifikat speċifiku li jagħti privileġġi għat-twettiq tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-konformità jekk il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti ma tkunx possibbli minħabba li jiġi introdott kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

inġenju tal-ajru ġdid fl-Istati Membri jew fil-flotta ta’ operatur;

(ii) 

korsijiet ta’ taħriġ ġodda f’dan l-Anness.

Tali ċertifikat għandu jkun limitat għat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta’ inġenju tal-ajru jew il-kors ta’ taħriġ ġdid u l-validità tiegħu m’għandhiex, fi kwalunkwe każ, taqbeż sena.

(2) 

Id-detenturi ta’ ċertifikat li jinħareġ f’konformità mal-punt (b)(1) li jkunu jixtiequ japplikaw għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom jikkonformaw mal-prerekwiżiti u r-rekwiżiti tal-validazzjoni mill-ġdid għal dik il-kategorija taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur.

(3) 

Meta l-ebda eżaminatur ikkwalifikat ma jkun disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jawtorizzaw spetturi jew eżaminaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni tal-għalliem, tat-tip jew tal-klassi rilevanti, kif speċifikat f’(a), biex iwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza.

(c) Eżami pprovdut barra mit-territorju tal-Istati Membri:

(1) 

Permezz ta’ deroga mill-punt (a), fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza li jiġu pprovduti barra mit-territorju li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ eżaminatur lill-applikanti li għandhom liċenzja ta’ bdot li hija konformi mal-Anness 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, dment li dawk l-applikanti:

(i) 

ikollhom mill-inqas liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat ekwivalenti għal dawk li għalihom huma awtorizzati jwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza, u fi kwalunkwe każ, mill-inqas CPL;

(ii) 

ikunu kkwalifikati li jaġixxu bħala PIC fuq l-inġenji tal-ajru matul test tal-ħiliet jew kontroll li jitwettaq fuq l-inġenju tal-ajru;

(iii) 

jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ eżaminatur rilevanti; u

(iv) 

juru lill-awtorità kompetenti li għandhom livell adegwat ta’ għarfien tar-regoli tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi tal-eżaminatur f’konformità ma’ dan l-Anness.

(2) 

Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (1) għandu jkun limitat għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza:

(i) 

barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; u

(ii) 

fir-rigward ta’ bdoti li jkollhom biżżejjed għarfien tal-lingwa li biha jsir it-test/il-kontroll.

FCL.1005    Limitazzjoni tal-privileġġi fil-każ ta’ interessi partikolari

L-eżaminaturi m’għandhomx iwettqu:

(a) 

testijiet tal-ħiliet jew valutazzjonijiet tal-kompetenza tal-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat li lilhom ikunu pprovdew aktar minn 25 % tat-tagħlim fit-titjir rikjest għal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom ikunu qed isiru t-test tal-ħiliet jew il-valutazzjoni tal-kompetenza; u

(b) 

testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza kull meta jħossu li l-oġġettività tagħhom tista’ tiġi affettwata.

▼B

FCL.1010    Prerekwiżiti għall-eżaminaturi

L-applikanti għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom juru:

(a) 

l-għarfien, it-taħriġ u l-esperjenza xierqa rilevanti relatati mal-privileġġi ta’ eżaminatur;

(b) 

li ma ġew soġġetti għal ebda sanzjonijiet, inklużi s-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ kwalunkwe waħda/wieħed mil-liċenzji, klassifikazzjonijiet jew ċertifikat tagħhom maħruġa skont din il-Parti, minħabba nuqqas ta’ konformità mar-Regolament Bażiku u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu matul l-aħħar 3 snin.

FCL.1015    Standardizzazzjoni tal-eżaminaturi

▼M14

(a)

Applikant għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jwettaq kors ta’ standardizzazzjoni li huwa pprovdut mill-awtorità kompetenti jew li huwa pprovdut minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti.

▼B

(b)

Il-kors ta’ standardizzazzjoni għandu jikkonsisti minn tagħlim teoriku u prattiku u għandu jinkludi, mill-inqas:

(1) 

it-twettiq ta’ 2 testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza għal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati li għalihom l-applikant jixtieq il-privileġġ li jwettaq testijiet u kontrolli;

(2) 

tagħlim fuq ir-rekwiżiti applikabbli f'din il-parti u r-rekwiżiti applikabbli tal-operazzjonijiet tal-ajru, it-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza, u d-dokumentazzjoni u r-rappurtaġġ tagħhom;

(3) 

briefing dwar il-proċeduri amministrattivi nazzjonali, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dejta personali, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni għall-inċidenti u t-tariffi;

▼M3

(4) 

briefing dwar il-ħtieġa ta’ reviżjoni u l-applikazzjoni tal-elementi fil-punt (3) filwaqt li jitwettqu t-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-eżaminatur; u

(5) 

struzzjoni dwar kif wieħed għandu jaċċessa dawn il-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali ta’ awtoritajiet kompetenti oħra meta meħtieġa.

▼M3

(c)

id-detenturi ta’ ċertifikat ta' eżaminaturi m’għandhomx iwettqu testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur, sakemm huma jkunu rrevedew l-aħħar informazzjoni disponibbli li jkun fiha l-proċeduri nazzjonali rilevanti tal-awtorità kompetenti tal-applikant.

▼B

FCL.1020    Valutazzjoni tal-kompetenza tal-eżaminaturi

L-applikanti għal ċertifikat ta’ eżaminatur għandhom juru l-kompetenza tagħhom lil spettur mill-awtorità kompetenti jew eżaminatur aktar esperjenzat awtorizzat speċifikament biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat tal-eżaminatur permezz tat-twettiq ta’ test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza fir-rwol ta’ eżaminatur li għalih jintalbu l-privileġġi, inklużi l-briefing, it-twettiq ta’ test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza, u valutazzjoni tal-persuna li lilha jsirilha t-test, il-kontroll jew il-valutazzjoni, id-debriefing u r-reġistrazzjoni tad-dokumentazzjoni.

▼M11

FCL.1025    Validità, validazzjoni mill-ġdid u tiġdid taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur

(a) Validità

Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jkun validu għal 3 snin.

(b) Validazzjoni mill-ġdid

Biex jivvalidaw mill-ġdid ċertifikat ta’ eżaminatur, id-detenturi għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M14

(1) 

qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu wettqu mill-inqas sitt testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza, valutazzjonijiet tal-kompetenza, jew fażijiet tal-evalwazzjoni tal-EBT matul modulu tal-EBT imsemmi fil-punt ORO.FC.231 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(2) 

fil-perjodu ta’ 12-il xahar immedjatament qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat, ikunu temmew kors ta’ aġġornament tal-eżaminatur li huwa pprovdut mill-awtorità kompetenti jew li huwa pprovdut minn ATO u approvat mill-awtorità kompetenti;

(3) 

wieħed mit-testijiet tal-ħiliet, mill-kontrolli tal-profiċjenza, mill-valutazzjonijiet tal-kompetenza jew mill-fażijiet tal-evalwazzjoni tal-EBT imwettqa skont il-punt (1) għandu jsir fil-perjodu ta’ 12-il xahar immedjatament qabel id-data ta’ iskadenza taċ-ċertifikat tal-eżaminatur u għandu:

▼M11

(i) 

ikun ġie vvalutat minn spettur mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminatur aktar esperjenzat awtorizzat speċifikament biex jagħmel dan mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat ta’ eżaminatur; jew

(ii) 

jikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt FCL.1020.

Jekk l-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid ikollhom privileġġi għal aktar minn kategorija waħda ta’ eżaminatur, il-privileġġi kollha ta’ eżaminatur jistgħu jiġu vvalidati mill-ġdid jekk l-applikanti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti FCL.1020(b)(1) u (2) għal waħda mill-kategoriji taċ-ċertifikati ta’ eżaminatur li jkollhom, bi ftehim mal-awtorità kompetenti.

(c) Tiġdid

Jekk iċ-ċertifikat ikun skada, qabel ma jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi, l-applikanti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt (b)(2) u l-punt FCL.1020 fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jiġu immedjatament qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(d) Ċertifikat ta’ eżaminatur għandu jiġi vvalidat mill-ġdid jew imġedded biss jekk l-applikant juri konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti fl-FCL.1010 u FCL.1030.

▼B

FCL.1030    Twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza u valutazzjonijiet tal-kompetenza

(a)

Meta jitwettqu t-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza, l-eżaminaturi għandhom:

(1) 

jiżguraw li tista' tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-applikant mingħajr ostakoli lingwistiċi;

(2) 

jivverifikaw li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifika, taħriġ u esperjenza f'din il-Parti għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat li għalihom isiru t-test tal-ħiliet, il-kontroll tal-profiċjenza jew il-valutazzjoni tal-kompetenza;

(3) 

jgħarrfu lill-applikant bil-konsegwenzi li jkun hemm jekk jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, mhux preċiża jew falza relatata mat-taħriġ u l-esperjenza tiegħu fit-titjir.

(b)

Wara l-ikkompletar tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza, l-eżaminatur għandu:

(1) 

jinforma lill-applikant bir-riżultat tat-test. Fil-każ li jgħaddi b'mod parzjali jew jeħel, l-eżaminatur għandu jinforma lill-applikant li huwa ma jistax jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjoni qabel ma jkun għadda totalment. L-eżaminatur għandu jagħtih id-dettalji rigward kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ addizzjonali u jispjega d-dritt ta’ appell tal-applikant;

(2) 

fil-każ li jgħaddi minn kontroll tal-profiċjenza jew valutazzjoni tal-kompetenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid, japprova l-liċenzja jew iċ-ċertifikat tal-applikant bid-data ta’ skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni jew iċ-ċertifikat, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant;

(3) 

jipprovdi lill-applikant rapport iffirmat dwar it-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza u jissottometti kopji tar-rapport mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, u lill-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur. Ir-rapport għandu jinkludi:

(i) 

dikjarazzjoni li l-eżaminatur irċieva informazzjoni mingħand l-applikant rigward l-esperjenza u t-tagħlim tiegħu, u sab l-esperjenza u t-tagħlim konformi mar-rekwiżiti applikabbli f'din il-Parti;

(ii) 

konferma li l-manuvri u l-eżerċizzji kollha meħtieġa ġew ikkompletati, kif ukoll informazzjoni dwar l-eżami verbali tal-għarfien teoriku, fejn applikabbli. Jekk ikun weħel minn xi komponent, l-eżaminatur għandu jniżżel ir-raġunijiet għal din il-valutazzjoni;

(iii) 

ir-riżultat tat-test, tal-kontroll jew tal-valutazzjoni tal-kompetenza;

▼M3

(iv) 

dikjarazzjoni li l-eżaminatur ikun irreveda u applika l-proċeduri u r-rekwiżiti nazzjonali tal-awtorità kompetenti tal-applikant jekk l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur;

(v) 

kopja taċ-ċertifikat tal-eżaminatur li jindika l-ambitu tal-privileġġi tiegħu bħala eżaminatur fil-każ ta’ testijiet tal-ħiliet, kontrolli tal-profiċjenza jew valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur.

▼B

(c)

L-eżaminaturi għandhom iżommu r-rekords għal 5 snin bid-dettalji tat-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza u l-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha mwettqa u r-riżultati tagħhom.

(d)

Fuq talba mill-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikat ta’ eżaminatur, jew l-awtorità kompetenti responsabbli għal-liċenzja tal-applikant, l-eżaminaturi għandhom jissottomettu r-rekords u r-rapporti kollha, u kwalunkwe informazzjoni oħra, kif meħtieġ għall-attivitajiet ta’ sorveljanza.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminaturi tat-titjir - FE

FCL.1005.FE    FE – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

FE(A). Il-privileġġi ta’ FE għall-ajruplani huma li jwettaq:

(1) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(A) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet assoċjati tal-klassi u tat-tip bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(2) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tas-CPL(A) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet assoċjati tal-klassi u tat-tip bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(3) 

testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-LAPL(A), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(4) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ajruplani jew TMGs, inklużi mill-inqas 500 telgħa u nżul l-art ta’ tagħlim fit-titjir għall-klassifikazzjoni tat-titjir fil-muntanji;

▼M3

(5) 

kontroll tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-EIRs, sakemm l-FE ikun lesta mill-anqas 1 500 siegħa bħala bdot fuq ajruplani u jikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafu FCL.1010.IRE(a)(2).

▼B

(b)

FE(H). Il-privileġġi ta’ FE għall-ħelikopters huma li jwettaq:

(1) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(H) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed imdaħħla f'PPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 1 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(2) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tas-CPL(H) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed imdaħħla f'CPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir;

(3) 

testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed imdaħħla f'PPL(H) jew CPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun issodisfa r-rekwiżiti f'(1) jew (2), kif applikabbli, u jkollu CPL(H) jew ATPL(H) u, fejn applikabbli, IR(H);

(4) 

testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għal-LAPL(H), sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq ħelikopters, inklużi mill-inqas 150 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir.

(c)

FE(As). Il-privileġġi ta’ FE għall-airships huma li jwettqu testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-PPL(As) u s-CPL(As) u testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ airships assoċjati, sakemm l-eżaminatur ikun ikkompleta 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq airships, inklużi 100 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir.

▼M12 —————

▼B

FCL.1010.FE    FE – Prerekwiżiti

Applikant għal ċertifikat ta’ FE għandu jkollu:

ċertifikat ta’ FI fil-kategorija adegwata tal-inġenju tal-ajru.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminaturi tal-klassifikazzjoni tat-tip - TRE

FCL.1005.TRE    TRE – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

TRE(A) u TRE(PL). Il-privileġġi ta’ TRE għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift huma li jwettaq:

(1) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ inizjali tal-klassifikazzjonijiet tat-tip għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;

▼M3

(2) 

kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kwalifiki tat-tip, tal-EIR u tal-IR;

▼B

(3) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(A);

(4) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ MPL, sakemm l-eżaminatur ikun konformi mar-rekwiżiti fl-FCL.925;

▼M11

(5) 

valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ TRI jew SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru applikabbli, dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala TRE u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).

▼B

(b)

TRE(H). Il-privileġġi ta’ TRE(H) huma li jwettaq:

(1) 

testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-profiċjenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-ħelikopters;

(2) 

kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ IRs, jew għall-estensjoni tal-IR(H) minn ħelikopters b'magna waħda għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda, sakemm it-TRE(H) ikollu IR(H) valida;

(3) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(H);

▼M11

(4) 

valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ TRI(H) jew SFI(H), dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala TRE u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).

▼B

FCL.1010.TRE    TRE – Prerekwiżiti

(a)

TRE(A) u TRE(PL). L-applikanti għal ċertifikat ta’ TRE għall-ajruplani u għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift għandhom:

(1) 

fil-każ ta’ ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift b'aktar minn bdot wieħed, ikunu kkompletaw 1 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti ta’ ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift b'aktar minn bdot wieħed, jekk applikabbli, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

(2) 

fil-każ tal-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed, ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti ta’ ajruplani bi bdot wieħed, li minnhom mill-inqas 200 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

(3) 

ikollhom CPL jew ATPL u ċertifikat ta’ TRI għat-tip applikabbli;

(4) 

għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ TRE, ikunu kkompletaw mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala TRI, FI jew SFI fit-tip applikabbli jew f'FSTD li jirrappreżenta dak it-tip.

(b)

TRE(H). L-applikanti għal ċertifikat ta’ TRE(H) għall-ħelikopters għandu:

(1) 

ikollhom ċertifikat ta’ TRI(H) jew, fil-każ ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed, ċertifikat ta’ FI(H) validu, għat-tip applikabbli;

(2) 

għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ TRE, ikunu kkompletaw 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala TRI, FI jew SFI fit-tip applikabbli jew f'FSTD li jirrappreżenta dak it-tip;

(3) 

fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, ikollhom CPL(H) jew ATPL(H) u jkunu kkompletaw 1 500 siegħa bħala bdoti ta’ ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

(4) 

fil-każ ta’ ħelikopters b'aktar minn magna waħda bi bdot wieħed:

(i) 

ikunu kkompletaw 1 000 siegħa ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

(ii) 

ikollhom CPL(H) jew ATPL(H) u, fejn applikabbli, IR(H) valida;

(5) 

fil-każ ta’ ħelikopters b'magna waħda bi bdot wieħed:

(i) 

ikunu kkompletaw 750 siegħa ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters, li minnhom mill-inqas 500 siegħa għandhom ikunu bħala PIC;

▼M3

(ii) 

ikollhom CPL (H) jew ATPL (H).

▼B

(6) 

Qabel ma l-privileġġi ta’ TRE(H) jiġu estiżi minn privileġġi ta’ aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed għal privileġġi ta’ aktar minn magna waħda u b'aktar minn bdot wieħed fuq l-istess tip ta’ ħelikopter, id-detentur għandu mill-inqas ikollu 100 siegħa f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot fuq dan it-tip.

(7) 

Fil-każ ta’ applikanti għall-ewwel ċertifikat ta’ TRE b'aktar minn magna waħda u b'aktar minn bdot wieħed, l-1 500 siegħa ta’ esperjenza fit-titjir fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed rikjesti f'(b)(3) jistgħu jitqiesu li ġew issodisfati jekk ikunu ġew ikkompletati l-500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala PIC fuq ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed tal-istess tip.

TAQSIMA 4

Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur tal-Klassifikazzjoni tal-Klassi - CRE

FCL.1005.CRE    CRE – Privileġġi

Il-privileġġi ta’ CRE huma li jwettaq, għall-ajruplani bi bdot wieħed, minbarra għall-ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:

(a) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip;

▼M11

(b) 

kontrolli tal-profiċjenza għal:

(1) 

il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip;

(2) 

il-validazzjoni mill-ġdid tal-IRs, dment li jkunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa bħala bdoti tal-ajruplani u jkunu wettqu mill-inqas 450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR;

(3) 

it-tiġdid tal-IRs, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.1010.IRE(a); u

(4) 

il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ EIRs, dment li jkunu wettqu mill-inqas 1 500 siegħa bħala bdoti fuq ajruplani u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.1010.IRE(a)(2).

▼M4

(c) 

testijiet tal-ħiliet għal estensjoni tal-privileġġi LAPL(A) għal klassi jew varjant ieħor ta' ajruplan.

▼B

FCL.1010.CRE    CRE – Prerekwiżiti

Applikanti għal ċertifikat ta’ CRE għandu:

(a) 

ikollhom jew ikun kellhom CPL(A), MPL(A) jew ATPL(A) bi privileġġi ta’ bdot wieħed u jkollhom PPL(A);

▼M11

(b) 

ikollhom ċertifikat ta’ CRI jew ta’ FI bil-privileġġi li jipprovdu tagħlim għall-klassi jew it-tip applikabbli;

▼B

(c) 

ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot fuq l-ajruplani.

TAQSIMA 5

Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur tal-Klassifikazzjoni tat-Titjir bl-Istrumenti - IRE

▼M3

FCL.1005.IRE    IRE – Privileġġi

Il-privileġġi tad-detentur ta' ċertifikat tal-IRE huma li jwettaq testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ, u l-kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-EIR jew l-IR.

▼M11

FCL.1010.IRE    IRE – Prerekwiżiti

(a) IRE(A)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ajruplani għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(A) jew ta’ FI(A) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(A) u għandhom ikunu wettqu:

(1) 

2000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ajruplani; u

(2) 

450 siegħa ta’ ħin ta’ titjir skont l-IFR, li minnhom 250 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

(b) IRE(H)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-ħelikopters għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(H) jew FI(H) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(H) u jkunu wettqu:

(1) 

2000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti tal-ħelikopters; u

(2) 

300 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq il-ħelikopters, li minnhom 200 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

(c) IRE(As)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ IRE għall-iġfna tal-ajru għandu jkollhom ċertifikat ta’ IRI(As) jew FI(As) bil-privileġġ li jipprovdu tagħlim għall-IR(As) u għandhom ikunu wettqu:

(1) 

500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-iġfna tal-ajru; u

(2) 

100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-iġfna tal-ajru, li minnhom 50 siegħa għandhom ikunu bħala għalliema.

▼B

TAQSIMA 6

Rekwiżiti speċifiċi għal Eżaminatur ta’ Titjir Sintetiku - SFE

▼M11

FCL.1005.SFE    SFE – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a) SFE għall-ajruplani (SFE(A)) u SFE għall-inġenju tal-ajru bil-powered-lift (SFE(PL))

Il-privileġġi tal-SFEs għall-ajruplani jew għall-inġenji tal-ajru bil-powered-lift huma li jwettqu f’FFS, jew għall-valutazzjonijiet fil-punt (5) fuq l-FSTD applikabbli:

(1) 

testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjonijiet tat-tip għal ajruplani jew inġenji tal-ajru bil-powered-lift, kif ikun applikabbli;

(2) 

kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ IRs jekk ikunu kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dment li jkunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għat-tip tal-inġenju tal-ajru inkluża l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fl-aħħar sena;

(3) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(A);

(4) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ MPL, dment li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt FCL.925; u

(5) 

valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ SFI fil-kategorija tal-inġenju tal-ajru rilevanti, dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala SFE(A) u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).

(b) SFE għall-ħelikopters (SFE(H))

Il-privileġġi ta’ SFEs(H) huma li jwettqu f’FFS jew għall-valutazzjonijiet fil-punt (4) fuq l-FSTD applikabbli:

(1) 

testijiet tal-ħiliet u kontrolli tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip;

(2) 

kontrolli tal-profiċjenza għall-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid ta’ IRs jekk dawk il-kontrolli jkunu kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni tat-tip, dment li l-SFEs ikunu għaddew minn kontroll tal-profiċjenza għat-tip tal-inġenju tal-ajru inkluża l-klassifikazzjoni tat-titjir bl-istrumenti fl-aħħar sena ta’ qabel il-kontroll tal-profiċjenza;

(3) 

testijiet tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ ATPL(H); u

(4) 

valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ SFI(H), dment li jkunu wettqu mill-inqas 3 snin bħala SFE(H) u jkunu wettqu taħriġ speċifiku għall-valutazzjoni tal-kompetenza f’konformità mal-punt FCL.1015 (b).

FCL.1010.SFE    SFE – Prerekwiżiti

▼M12

(a) SFE(A)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(A) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

fil-każ ta’ ajruplani b’aktar minn bdot wieħed:

(i) 

ikollhom jew kellhom ATPL(A) u kwalifika tat-tip;

▼M14

(ii) 

ikollhom ċertifikat ta’ SFI(A) għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; kif ukoll

▼M12

(iii) 

ikunu wettqu mill-inqas 1500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani b’aktar minn bdot wieħed;

(2) 

fil-każ ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed:

(i) 

ikollhom jew kellhom CPL(A) jew ATPL(A) u kwalifika tat-tip;

▼M14

(ii) 

ikollhom ċertifikat ta’ SFI(A) għall-klassi jew għat-tip ta’ ajruplan applikabbli; kif ukoll

▼M12

(iii) 

ikunu wettqu mill-inqas 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ajruplani bi bdot wieħed;

▼M11

(3) 

għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala TRI(A) jew SFI(A) fuq it-tip applikabbli.

(b) SFE(H)

L-applikanti għal ċertifikat ta’ SFE(H) għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

ikollhom jew kellhom ATPL(H) u klassifikazzjoni tat-tip għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;

(2) 

ikollhom ċertifikat ta’ SFI(H) għat-tip ta’ ħelikopter applikabbli;

(3) 

ikunu wettqu mill-inqas 1000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed;

(4) 

għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat ta’ SFE, ikunu wettqu mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir sintetiku bħala TRI(H) jew SFI(H) fuq it-tip applikabbli.

▼B

TAQSIMA 7

Rekwiżiti speċifiċi għal eżaminatur ta’ għalliema tat-titjir - FIE

FCL.1005.FIE    FIE – Privileġġi u kundizzjonijiet

(a)

FIE(A). Il-privileġġi ta’ FIE fuq l-ajruplani huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikati għal FI(A), CRI(A), IRI(A) u TRI(A) fuq ajruplani bi bdot wieħed, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti.

(b)

FIE(H). Il-privileġġi ta’ FIE fuq il-ħelikopters huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ ċertifikat għal ta’ FI(H), IRI(H) u TRI(H) fuq ħelikopters bi bdot wieħed, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti.

▼M12

(c)

FIE(As). Il-privileġġi ta’ FIE fuq l-airships huma li jwettaq valutazzjonijiet tal-kompetenza għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ għalliema tal-airships, sakemm ikollu ċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti.

▼B

FCL.1010.FIE    FIE – Prerekwiżiti

(a)

FIE(A). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-ajruplani għandhom

fil-każ ta’ applikanti li jkunu jixtiequ jwettqu valutazzjonijiet tal-kompetenza:

(1) 

ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti, kif ikun applikabbli;

(2) 

ikunu kkompletaw 2 000 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bħala bdoti fuq ajruplani jew TMGs;

(3) 

ikollhom mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem.

(b)

FIE(H). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-ħelikopters għandhom:

(1) 

ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliem rilevanti, kif ikun applikabbli;

(2) 

ikunu kkompletaw 2 000 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq il-ħelikopters;

(3) 

ikollhom mill-inqas 100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ għalliem.

(c)

FIE(As). L-applikanti għal ċertifikat ta’ FIE għall-airships għandhom:

(1) 

ikunu kkompletaw 500 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdoti fuq l-airships;

(2) 

ikollhom mill-inqas 20 siegħa ta’ ħin ta’ titjir li fihom għallmu applikanti għal ċertifikat ta’ FI(AS);

(3) 

ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliema rilevanti.

▼M12 —————

▼B




Appendiċi 1

Ikkreditar tal-għarfien teoriku

▼M4

A.   L-AKKREDITAR TAL-GĦARFIEN TEORIKU GĦALL-ĦRUĠ TA' LIĊENZJA TA' BDOT — STRUZZJONI PONT U REKWIŻITI TAL-EŻAMINAZZJONIJIET

▼M12

1.    LAPL u PPL

1.1. Għall-ħruġ ta’ LAPL, id-detentur ta’ LAPL f’kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ lejn ir-rekwiżiti ta’ għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.120(a).

1.2. Għall-ħruġ ta’ LAPL jew ta’ PPL, id-detenturi ta’ PPL, CPL jew ATPL f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiġu kkreditati lejn ir-rekwiżiti tal-għarfien teoriku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti fil-punt FCL.215(a). Dan il-kreditu għandu japplika wkoll għal applikanti għal LAPL jew PPL li jkollhom BPL maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew SPL maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, ħlief li s-suġġett “navigazzjoni” ma għandux jiġi kkreditat.

▼M12 —————

▼M12

1.3. Għall-ħruġ ta’ PPL, id-detentur ta’ LAPL fl-istess kategorija ta’ inġenji tal-ajru għandu jkun ikkreditat b’mod sħiħ lejn rekwiżiti tal-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoriku.

1.4. B’deroga mill-paragrafu 1.2, għall-ħruġ ta’ LAPL(A), id-detentur ta’ SPL maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1976 bil-privileġġi li jtajjar TMGs għandu juri livell adegwat ta’ għarfien teoriku għall-klassi tal-ajruplani fuq l-art b’magna waħda bil-pistuni tal-art skont il-punt FCL.135.A(a)(2).

▼B

2.    CPL

2.1. Applikant għal CPL li jkollu CPL f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ingħata tagħlim dwar l-ibriġġjar tal-għarfien teoriku f'kors approvat skont id-differenzi identifikati bejn is-sillabi tas-CPL għal kategoriji ta’ inġenji tal-ajru differenti.

2.2. L-applikant għandu jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku kif iddefinit f'din il-Parti għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija ta’ inġenju tal-ajru adattata:

021 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: Il-Qafas tal-Inġenju tal-Ajru u s-Sistemi, l-Impjant Elettriku, l-Impjant tal-enerġija, l-Apparat ta’ emerġenza,
022 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: L-Istrumentazzjoni,
032/034 — Il-Prestazzjoni fuq l-Ajruplani jew il-Ħelikopters, kif ikun applikabbli,
070 — Il-Proċeduri Operattivi, u
080 — Il-Prinċipji tat-Titjir.

2.3. Applikant għal CPL li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal IR fl-istess kategorija ta’ inġenju tal-ajru jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tal-għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-Prestazzjoni Umana,
— 
Il-Meteoroloġija.

3.    ATPL

3.1. Applikant għal ATPL li jkollu ATPL f'kategorija oħra ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ingħata tagħlim dwar l-ibbriġġjar tal-għarfien teoriku f'ATO skont id-differenzi identifikati bejn is-sillabi ta’ ATPL għal kategoriji ta’ inġenji tal-ajru differenti.

▼M3

3.2. L-applikant għandu jgħaddi mill-eżamijiet tal-għarfien teoriku kif iddefinit f’din il-Parti għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija ta’ inġenju tal-ajru adattata:

021 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: Il-Qafas tal-Inġenju tal-Ajru u s-Sistemi, l-Impjant Elettriku, l-Impjant tal-enerġija, l-Apparat ta’ emerġenza,

022 — Għarfien Ġenerali dwar l-Inġenji tal-ajru: L-Istrumentazzjoni,

032/034 — Il-Prestazzjoni fuq l-Ajruplani jew il-Ħelikopters, kif ikun applikabbli,

070 — Il-Proċeduri Operattivi, u

080 — Il-Prinċipji tat-Titjir.

▼B

3.3. Applikant għal ATPL(A) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(A) jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tal-għarfien teoriku fis-suġġett tal-Komunikazzjonijiet VFR.

3.4. Applikant għal ATPL(H) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(H) jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżti tal-għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-Liġi tal-Ajru,
— 
Il-Prinċipji tat-Titjir (Ħelikopters),
— 
Il-Komunikazzjonijiet VFR.

3.5. Applikant għal ATPL(A) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal IR(A) jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tal-għarfien teoriku fis-suġġett tal-Komunikazzjonijiet IFR.

3.6. Applikant għal ATPL(H) b'IR(H) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(H) jiġi kkreditat bl-għan li jissodisfa r-rekwiżiti tal-għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-Prinċipji tat-Titjir (Ħelikopters),
— 
Il-Komunikazzjonijiet VFR.

4.    IR

▼M3

4.1. Applikant għal IR jew EIR li jkun għadda mill-eżamijiet teoriċi għal CPL fl-istess kategorija ta' inġenji tal-ajru huwa kkreditat għar-rekwiżiti ta' għarfien teoriku fis-suġġetti li ġejjin:

— 
Il-Prestazzjoni Umana,
— 
Il-Meteoroloġija.

▼B

4.2. Applikant għal IR(H) li jkun għadda mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal ATPL(H) VFR huwa meħtieġ li jgħaddi mis-suġġetti tal-eżami li ġejjin:

— 
Il-Liġi tal-Ajru,
— 
L-Ippjanar tat-Titjira u l-Monitoraġġ tat-Titjira,
— 
In-Navigazzjoni bir-Radju,
— 
Il-Komunikazzjonijiet tal-IFR.




Appendiċi 2



Skala tal-Klassifikazzjoni tal-Kompetenza fil-Lingwa – Livell ta’ espert, avvanzat u operattiv

Livell

Pronunzja

Struttura

Vokabularju

Kapaċità Fit-Taħdit

Fehim

Interazzjonijiet

Espert

(Livell 6)

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm possibbilment influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, kważi qatt ma jfixklu l-faċilità tal-fehim.

Ħakma konsistentement tajba tal-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi, kemm dawk bażiċi kif ukoll dawk kumplessi.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabularju huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar medda wiesgħa ta’ suġġetti familjari u mhux. Il-vokabularju huwa idjomatiku, varjat u adattat skont ir-reġistru.

Kapaċità ta’ konverżazzjoni fit-tul b'mod naturali u mingħajr tbatija. Kapaċità fil-varjazzjoni tad-diskors sabiex jinkiseb effett stilistiku, eż. sabiex jiġi enfasizzat punt.

Kapaċità ta’ użu spontanju ta’ markaturi u konnetturi tad-diskors.

Il-fehim huwa konsistentement preċiż fi kważi l-kuntesti kollha u jinkludi l-fehim ta’ dettalji żgħar lingwistiċi u kulturali.

Kapaċità ta’ interazzjoni mingħajr tbatija kważi fis-sitwazzjonijiet kollha. Kapaċità tal-persuna li tinduna bi spunti verbali u sinjali mhux verbali, u li tirreaġixxi b'mod adattat għalihom.

Avvanzat

(Livell 5)

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, rari jfixklu l-faċilità tal-fehim.

Ħakma konsistentement tajba tal-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi bażiċi. Isiru tentattivi ta’ formazzjoni ta’ strutturi kumplessi, iżda bi żbalji li kultant ifixklu s-sens intiż.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabluarju huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol. Isir użu konsistenti u tajjeb ta’ parafrażijiet. Il-vokabularju kultanti huwa idjomatiku.

Kapaċità ta’ konverżazzjoni fit-tul mingħajr ħafna tbatija dwar suġġetti familjari, iżda nuqqas ta’ kapaċità fil-varjazzjoni tad-diskors għal effett stilistiku. Kapaċità ta’ użu adattat ta’ markaturi jew konnetturi tad-diskors.

Il-fehim huwa preċiż fir-rigward ta’ suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol u ġeneralment preċiż meta l-kelliem jiffaċċja problema lingwistika jew sitwazzjoni kkumplikata jew tibdil mhux mistenni tas-sitwazzjoni.

Kapaċità ta’ fehim ta’ firxa ta’ varjetajiet ta’ diskors (djalett u/jew aċċent) jew reġistri.

It-tweġibiet huma immedjati, adattati u informattivi. Kapaċità effettiva ta’ ġestjoni tar-relazzjoni bejn il-kelliem u s-semmiegħ.

Operattiv

(Livell 4)

Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, iżda kultant biss ifixklu l-faċilità tal-fehim.

L-istrutturi grammatikali u l-binja tas-sentenzi bażiċi jintużaw b'mod kreattiv u ġeneralment ikun hemm ħakma tajba tagħhom. Jistgħu jsiru żbalji, b'mod partikolari f'ċirkostanzi mhux tas-soltu jew mhux mistennija, iżda rari jfixklu s-sens intiż.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabluarju normalment huma suffiċjenti għal komunikazzjoni effettiva dwar suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol.

Ħafna drabi jkun hemm il-kapaċità ta’ użu ta’ parafrażijiet fin-nuqqas ta’ vokabularju, speċjalment f'ċirkostanzi mhux tas-soltu jew mhux mistennija.

Kapaċità ta’ espressjoni b'ritmu xieraq.

Xi kultant il-konverżazzjoni tista' tkun inqas mexxejja meta ma jibqgħux jintużaw formoli fissi u diskors li l-kelliem ikun tgħallem bl-amment u minflok ikun hemm interazzjoni spontanja, iżda dan ma jfixkilx l-effikaċja tal-komunikjazzjoni. Kapaċità ta’ użu limitat ta’ markaturi u konnetturi tad-diskors. L-espressjonijiet konnettivi fl-intervalli tad-diskors ma jtellfux l-attenzjoni.

Il-fehim huwa fil-biċċa l-kbira preċiż fir-rigward ta’ suġġetti komuni, konkreti u relatati max-xogħol meta l-aċċent jew il-varjetajiet użati jkunu tali li jkunu jistgħu jinftiehmu minn komunità internazzjonali ta’ utenti.

Meta l-kelliem jiffaċċja problema lingwistika jew sitwazzjoni kkumplikata jew avvenimenti mhux mistennija, il-fehim jista' jkun inqas rapidu jew ikun hemm bżonn strateġiji ta’ kjarifika.

It-tweġibiet normalment ikunu immedjati, adattati u informattivi.

Il-kelliem jaf jibda u jkompli konverżazzjoni anki meta jseħħu avvenimenti mhux mistennija. Kapaċità ta’ ġestjoni adegwata f'każijiet eventwali ta’ nuqqas ta’ fehim permezz ta’ verifika, konferma jew kjarifika.

Nota: It-test inizjali tal-Appendiċi 2 ġie ttrasferit għal AMC, ara wkoll in-Nota Spjegattiva.




Appendiċi 3

Korsijiet ta’ taħriġ għall-ħruġ ta’ CPL u ATPL

1. Din l-appendiċi tiddeskrivi r-rekwiżiti għat-tipi differenti ta’ korsijiet ta’ taħriġ għall-ħruġ ta’ CPL u ATPL, b’IR u mingħajrha.

2. Applikant li jixtieq jittrasferixxi għal ATO oħra matul kors ta’ taħriġ għandu japplika għand l-awtorità kompetenti għal valutazzjoni formali tas-sigħat ta’ taħriġ addizzjonali meħtieġa.

A.    Kors integrat ta’ ATP - Ajruplani

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat ATP(A) huwa li jħarreġ lil bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu bħala kopiloti ta’ ajruplani b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu s-CPL(A)/IR.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(A) għandu jikkompleta l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.

▼M8

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoretiku sal-livell ta' għarfien tal-ATPL(A);

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti;

(c) 

taħriġ fl-MCC għat-tħaddim ta' ajruplani b'aktar minn pilota wieħed; kif ukoll

(d) 

UPRT skont FCL.745.A sakemm l-applikanti ma jkunux diġà lestew dan il-kors ta' taħriġ qabel ikunu bdew il-kors integrat tal-ATP.

5. Applikanti li ma jirnexxilhomx jew li ma jkunux kapaċi jlestu l-kors tal-ATP(A) kollu jistgħu japplikaw għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoretiku u għat-test tal-aptitudni għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jiġu ssodisfati.

▼B

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ATP(A) għandu jinkludi mill-inqas 750 siegħa ta’ tagħlim.

►M8  7.1. ◄  Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 25 siegħa ta’ tagħlim u eżerċizzji ta’ għarfien teoriku.

▼M8

7.2. It-tagħlim tal-għarfien teoretiku fil-UPRT għandu jsir f'konformità ma' FCL.745.A.

▼B

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

8. Applikant għandu juri l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ ATPL(A).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

▼M8

9. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta' mill-inqas 195 siegħa, inklużi t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 55 sigħa tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta' titjir bl-istrumenti f'simulatur. Fi ħdan it-total ta' 195 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 

95 siegħa ta' tagħlim ma' pilota ieħor, li minnhom sa 55 sigħa jistgħu jkunu ħin ta' titjir bl-istrumenti f'simulatur;

▼M11

(b) 

70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;

▼M8

(c) 

50 siegħa ta' titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR waħda ta' mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir illandjar ta' waqfien sħiħ f'żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq; kif ukoll

(d) 

5 sigħat ta' ħin ta' titjir billejl, inklużi mill-inqas 3 sigħat ta' tagħlim ma' għalliem, li għandhom jinkludu mill-inqas:

(1) 

siegħa (1) ta' titjir cross-country;

(2) 

ħames manuvri ta' qtugħ mill-art b'pilota wieħed; kif ukoll

(3) 

ħames manuvri ta' llandjar ta' waqfien sħiħ b'pilota wieħed;

(e) 

tagħlim fit-titjir UPRT f'konformità ma' FCL.745.A;

(f) 

115 siegħa ta' ħin ta' titjir bl-istrumenti li jinkludu, mill-inqas:

(1) 

20 siegħa bħala SPIC;

(2) 

l5-il siegħa ta' MCC, li għalihom jista' jintuża FFS jew FNPT II;

(3) 

50 siegħa ta' tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa:

(i) 

25 siegħa jistgħu jkunu ħin ta' titjir bl-istrumenti f'simulatur f'FNPT I; jew

(ii) 

40 siegħa jistgħu jkunu ħin ta' titjir bl-istrumenti f'simulatur f'FNPT II, FTD 2 jew FFS, li minnhom sa 10 sigħat jistgħu jitwettqu f'FNPT I.

Applikanti li jkunu kisbu ċertifikat ta' tlestija tal-kors għall-Modulu Bażiku ta' Titjir bl-Istrumenti għandhom jiġu kkreditati b'sa massimu ta' 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta' tagħlim ta' titjir bl-istrumenti. Is-sigħat imwettqa f'BITD m'għandhomx jiġu kkreditati; kif ukoll

(g) 

5 sigħat f'ajruplan li:

(1) 

huwa ċertifikat għall-ġarr ta' mill-inqas 4 persuni; kif ukoll

(2) 

għandu skrun b'angolu tal-qala' varjabbli u attrezzatura għall-illandjar li tidħol u toħroġ.

▼B

TEST TAL-ĦILIET

10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) jew fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda, kif ukoll it-test tal-ħiliet tal-IR fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda.

B.    Kors modulari ta’ ATP – Ajruplani

1. L-applikanti għal ATPL(A) li jlestu t-tagħlim fl-għarfien teoriku f’kors modulari:

(a) 

għandu jkollhom mill-inqas PPL(A) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO;

għandhom iwettqu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku li ġejjin:

(1) 

għall-applikanti li għandhom PPL(A): 650 siegħa;

(2) 

għall-applikanti li għandhom CPL(A): 400 siegħa;

(3) 

għall-applikanti li għandhom IR(A): 500 siegħa;

(4) 

għall-applikanti li għandhom CPL(A) u IR(A): 250 siegħa.

It-tagħlim fl-għarfien teoriku għandu jitlesta qabel jittieħed it-test tal-ħiliet għall-ATPL(A).

C.    Kors integrat CPL/IR - Ajruplani

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(A) u IR(A) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddmu ajruplani b’magna waħda u bi bdot wieħed, jew b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u biex jiksbu CPL(A)/IR.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A) u IR;

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(A) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfatti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A)/IR għandu jinkludi mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A) u IR.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 180 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 40 sigħat tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 180 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 

80 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 40 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

▼M11

(b) 

70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC. Il-ħin ta’ titjir bl-istrumenti bħala SPIC għandu jingħadd bħala ħin ta’ titjir PIC sa massimu ta’ 20 siegħa;

▼B

(c) 

50 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, u li matulhom għandhom isiru 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu;

(e) 

100 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti li jinkludu, mill-inqas:

(1) 

20 siegħa bħala SPIC;

(2) 

50 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti, li minnhom sa:

(i) 

25 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I, jew

(ii) 

40 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT II, FTD 2 jew FFS, li minnhom sa 10 sigħat jistgħu jitwettqu f’FNPT I.

Applikant li għandu ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti. Is-sigħat imwettqa f’BITD m’għandhomx ikunu kkreditati.

(f) 

5 sigħat għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.

TESTIJIET TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) u t-test tal-ħiliet tal-IR jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda jew fuq ajruplan b’magna waħda.

D.    Kors integrat ta’ CPL - Ajruplani

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(A) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ għall-ħruġ ta’ CPL(A).

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(A) jew PPL(H), 50 % tas-sigħat fit-titjir qabel il-kors għandhom ikunu kkreditati, sa massimu ta’ 40 siegħa esperjenza ta’ titjir, jew 45 siegħa jekk tkun inkisbet il-klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan, li minnhom sa 20 siegħa jistgħu jgħoddu fir-rigward tar-rekwiżit ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A);

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(A) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfatti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A)/IR għandu jinkludi mill-inqas 350 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir, minbarra t-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 150 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat tal-kors kollu jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 150 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 

80 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

▼M11

(b) 

70 siegħa bħala PIC, li minnhom 55 siegħa jistgħu jkunu bħala SPIC;

▼B

(c) 

20 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, u li matulhom għandhom isiru 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu;

(e) 

10 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I, FTD 2, FNPT II jew FFS. Applikant li għandu ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti. Is-sigħat imwettqa f’BITD m’għandhomx ikunu kkreditati;

(f) 

5 sigħat għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda.

E.    Kors modulari ta’ CPL - Ajruplani

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors modulari CPL(A) huwa li jħarreġ lid-detenturi ta’ PPL(A) sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ għall-ħruġ ta’ CPL(A).

2. Qabel ma jibdew kors modulari ta’ CPL(A), l-applikanti għandhom ikunu detenturi ta’ PPL(A) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO.

3. Qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir, kull applikant għandu:

▼M12

(a) 

ikun wettaq 150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir; inklużi 50 siegħa bħala PIC f’ajruplani li minnhom 10 sigħat għandhom ikunu cross-country.

Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC fl-ajruplani, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-150 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq l-ajruplani fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1) 

20 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom PPL(H);

(2) 

50 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikanti jkollhom CPL(H);

(3) 

10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(4) 

20 siegħa f’airship, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);

(5) 

50 siegħa f’airship, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As).

▼B

(b) 

ikun ikkonforma mal-prerekwiżiti għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal ajruplani b’aktar minn magna waħda skont is-Subparti H, jekk se jintuża ajruplan b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.

4. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(A) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jsir f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(A);

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(A) approvat għandu jinkludi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(A).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-inqas 25 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir ma’ bdot ieħor, li jinkludu 10 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’BITD, FNPT I jew II, FTD 2 jew FFS.

9. L-applikanti li għandhom IR(A) valida għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li għandhom IR(H) valida għandhom ikunu kkreditati sa 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor, u f’dan il-każ mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor għandhom jingħataw f’ajruplan. Applikant li għandu Ċertifikat ta’ Tlestija ta’ Kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti.

10.

 
(a) 

L-applikanti li għandhom IR valida għandhom jingħataw mill-inqas 15-il siegħa ta’ tagħlim fit-titjir viżiv ma’ bdot ieħor.

(b) 

L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ajruplan għandhom jingħataw mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u li għandhom jinkludu 5 telgħat bi bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ u bil-bdot waħdu.

11. Mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir għandhom jitwettqu f’ajruplan iċċertifikat għall-ġarr ta’ mill-inqas 4 persuni u li għandu skrun varjabbli bis-snien tal-ingranaġġ u attrezzatura għall-inżul li tidħol u toħroġ.

ESPERJENZA

12. L-applikant għal CPL(A) għandu jkun lesta mill-inqas 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi mill-inqas:

(a) 

100 siegħa bħala PIC, li minnhom 20 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, li għandhom jinkludu titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 540 km (300 NM), u li matulha għandu jsir inżul b’waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(b) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country, kif ukoll 5 telgħat bil-bdot waħdu u 5 niżliet l-art b’waqfien sħiħ bil-bdot waħdu;

(c) 

10 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f’FNPT I jew FNPT II jew FFS. Applikant li għandu ċertifikat ta’ tlestija ta’ kors għall-Modulu Bażiku ta’ Titjir bl-Istrumenti għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’ 10 sigħat fir-rigward tal-ħin mitlub ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti. Is-sigħat imwettqa f’BITD m’għandhomx ikunu kkreditati;

▼M3

(d) 

6 sigħat ta’ ħin ta’ titjir għandhom jitwettqu fuq ajruplan b’iktar minn magna waħda, jekk jintuża ajruplan b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.

▼B

(e) 

Is-sigħat bħala PIC ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-200 siegħa ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:

(i) 

30 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikant ikollu PPL(H);

(ii) 

100 siegħa f’ħelikopters, jekk l-applikant ikollu CPL(H);

(iii) 

30 sigħat f’TMGs jew gliders;

(iv) 

30 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu PPL(As);

(v) 

60 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu CPL(As).

TEST TAL-ĦILIET

13. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir u r-rekwiżiti tal-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(A) jew fuq ajruplan b’magna waħda jew fuq ajruplan b’aktar minn magna waħda.

F.    Kors integrat ATP/IR — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat ATP(H)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jagħtihom il-kapaċità li jaħdmu bħala kopiloti fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu CPL(H)/IR.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(H)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:

(a) 

40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 

50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(H) u IR;

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti;

(c) 

taħriġ f’MCC għat-tħaddim ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-ATP(H)/IR kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ ATP(H)/IR għandu jinkludi mill-inqas 750 siegħa ta’ tagħlim.

7. Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 25 siegħa ta’ eżerċizzji ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

8. L-applikanti għandhom juru l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ ATPL(H) u IR.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

9. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 195 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 195 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 

140 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(1) 

75 siegħa ta’ tagħlim viżiv li jistgħu jinkludu:

(i) 

30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew

(ii) 

25 siegħa f’FTD 2,3, jew

(iii) 

20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(iv) 

20 siegħa f’ajruplan jew TMG;

(2) 

50 siegħa ta’ tagħlim tal-istrumenti li jistgħu jinkludu:

(i) 

sa 20 siegħa f’FFS jew FTD 2,3 jew FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(ii) 

10 sigħat mill-inqas f’FNPT 1 ta’ ħelikopter jew ajruplan;

(3) 

15-il siegħa MCC, li għalihom jista’ jintuża FFS ta’ ħelikopter jew FTD 2,3(MCC) ta’ ħelikopter jew FNPT II/III(MCC).

Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir huwa ta’ tip differenti mill-FFS tal-ħelikopter użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III tal-ħelikopters.

(b) 

55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Mill-inqas għandhom jitwettqu 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl. (c)

(c) 

50 siegħa ta’ titjir cross-country, inklużi mill-inqas 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala SPIC, fosthom titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(e) 

50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:

(i) 

10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u

(ii) 

40 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-inqas 10 sigħat f’ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

TESTIJIET TAL-ĦILIET

10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda u t-test tal-ħiliet tal-IR fuq ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għal taħriġ MCC.

G.    Kors integrat ATP — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat ATP(H) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex jagħtihom il-kapaċità li jaħdmu bħala kopiloti fuq ħelikopters b’aktar minn magna waħda u b’aktar minn bdot wieħed limitati għal privileġġi VFR fit-trasport kummerċjali bl-ajru u biex jiksbu CPL(H).

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ ATP(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:

(a) 

40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 

50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(H);

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti bażiċi;

(c) 

taħriġ f’MCC għat-tħaddim ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ ATP(H) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ ATP(H) għandu jinkludi mill-inqas 650 siegħa ta’ tagħlim.

7. Il-kors MCC għandu jinkludi mill-inqas 20 siegħa ta’ eżerċizzji ta’ tagħlim fl-għarfien teoriku.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

8. L-applikanti għandhom juru l-livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ ATPL (H).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

9. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-inqas 150 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 150 siegħa, l-applikanti għandhom iwettqu mill-inqas:

(a) 

95 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(i) 

75 siegħa ta’ tagħlim viżiv li jistgħu jinkludu:

(1) 

30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew

(2) 

25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew

(3) 

20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(4) 

20 siegħa f’ajruplan jew TMG;

(ii) 

10 sigħat ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan;

(iii) 

10 sigħat MCC, li għalihom jintuża ħelikopter: jista’ jintuża FFS tal-ħelikopters jew FTD 2,3(MCC) jew FNPT II/III(MCC).

Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir huwa ta’ tip differenti mill-FFS tal-ħelikopter użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III tal-ħelikopters.

(b) 

55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;

(c) 

50 siegħa ta’ titjir cross-country, inklużi mill-inqas 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala SPIC, li minnhom titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha l-ħelikopter għandu jinżel f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(d) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.

TESTIJIET TAL-ĦILIET

10. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda, u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti MCC.

H.    Kors modulari ATP — Ħelikopters

1. L-applikanti għal ATPL(H) li jkunu lestew it-tagħlim tal-għarfien teoriku tagħhom f’kors modulari għandu jkollhom mill-inqas PPL(H) u jwettqu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim li ġejjin f’perjodu ta’ 18-il xahar:

(a) 

għall-applikanti li għandhom PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO: 550 siegħa;

(b) 

għall-applikanti li għandhom CPL(H): 300 siegħa.

2. L-applikanti għal ATPL(H)/IR li jkunu lestew it-tagħlim tal-għarfien teoriku tagħhom f’kors modulari għandu jkollhom mill-inqas PPL(H) u jlestu mill-inqas is-sigħat ta’ tagħlim li ġejjin:

(a) 

għall-applikanti li għandhom PPL(H): 650 siegħa;

(b) 

għall-applikanti li għandhom CPL(H): 400 siegħa;

(c) 

għall-applikanti li għandhom IR(H): 500 siegħa;

(d) 

għall-applikanti li għandhom CPL(H) u IR(H): 250 siegħa.

I.    Kors integrat CPL/IR — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(H)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex iħaddmu ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed u biex jiksbu CPL(H)/IR ta’ ħelikopter b’aktar minn magna waħda.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(H)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:

(a) 

40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 

50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim ta’ għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H) u IR, u l-klassifikazzjoni tat-tip inizjali ta’ ħelikopter b’aktar minn magna waħda;

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tas-CPL(H)/IR kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H)/IR għandu jinkludi mill-inqas 500 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(H) u IR.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 180 siegħa li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 180 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:

(a) 

125 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(i) 

75 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu:

(1) 

30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew

(2) 

25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew

(3) 

20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(4) 

20 siegħa f’ajruplan jew TMG;

(ii) 

50 siegħa ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti li jistgħu jinkludu:

(1) 

sa 20 siegħa f’FFS jew FTD 2,3 jew FNPT II,III tal-ħelikopters, jew

(2) 

10 sigħat f’FNPT 1 mill-inqas ta’ ħelikopter jew ajruplan.

Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III.

(b) 

55 siegħa bħala PIC, li minnhom 40 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;

(c) 

10 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;

(d) 

10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(e) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li mill-inqas waħda minnhom ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(f) 

50 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:

(i) 

10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u

(ii) 

40 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-inqas 10 sigħat f’ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H) jew fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda jew ħelikopter b’magna waħda u t-test tal-ħiliet tal-IR fuq ħelikopter iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

J.    Kors integrat CPL — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(H) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ kompetenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(H).

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(H), 50 % tal-esperjenza rilevanti għandha tkun ikkreditata, sa massimu ta’:

(a) 

40 sigħat, li minnhom sa 20 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 

50 siegħa, li minnhom sa 25 siegħa jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor jekk tkun inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H);

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL(H) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H) approvat għandu jinkludi mill-inqas 350 siegħa ta’ tagħlim jew 200 siegħa jekk l-applikant ikun detentur ta’ PPL.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(H).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 135 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 135 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:

(a) 

85 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(i) 

sa 75 siegħa ta’ tagħlim viżiv, u jistgħu jinkludu:

(1) 

30 siegħa f’FFS, livell C/D tal-ħelikopters, jew

(2) 

25 siegħa f’FTD 2,3 tal-ħelikopters, jew

(3) 

20 siegħa f’FNPT II/III tal-ħelikopters, jew

(4) 

20 siegħa f’ajruplan jew TMG.

(ii) 

sa 10 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, u jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan.

Jekk il-ħelikopter użat għat-taħriġ fit-titjir ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal dak allokat għall-FNPT II/III.

(b) 

50 siegħa bħala PIC, li minnhom 35 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;

(c) 

10 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;

(d) 

10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq;

(e) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’ħelikopters għandhom jitwettqu billejl, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(f) 

10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor, inklużi mill-inqas 5 sigħat f’ħelikopter.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir irrelatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H).

K.    Kors modulari CPL — Ħelikopters

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors modulari CPL(H) huwa li jħarreġ lid-detenturi ta’ PPL(H) sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(H).

2. Qabel ma jibdew kors modulari ta’ CPL(H), l-applikanti għandhom ikunu detenturi ta’ PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO.

3. Qabel ma jibda t-taħriġ fit-titjir, kull applikant għandu:

▼M11

(a) 

ikun wettaq mill-inqas 155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi 50 siegħa bħala PIC f’ħelikopters li minnhom 10 sigħat għandhom ikunu cross-country.

Għajr għar-rekwiżit ta’ 50 siegħa bħala PIC f’ħelikopters, is-sigħat bħala PIC f’kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jammontaw għall-155 siegħa ta’ ħin ta’ titjir fuq il-ħelikopters fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(1) 

20 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikanti jkollhom PPL(A);

(2) 

50 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikanti jkollhom CPL(A);

(3) 

10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(4) 

20 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom PPL(As);

(5) 

50 siegħa f’iġfna tal-ajru, jekk l-applikanti jkollhom CPL(As);

▼B

(b) 

ikun ikkonforma ma’ FCL.725 u FCL.720.H jekk se jintuża ħelikopter b’aktar minn magna waħda fit-test tal-ħiliet.

4. Applikant li jixtieq jagħmel kors modulari ta’ CPL(H) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim fit-titjir kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jingħata f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(H);

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(H) approvat għandu jinkludi mill-inqas 250 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. L-applikanti għandhom juru livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detenturi ta’ CPL(H).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-anqas 30 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom:

(a) 

20 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’FFS tal-ħelikopters jew FTD 2,3 jew FNPT II,III;

(b) 

10 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-inqas FTD 1 jew FNPT I tal-ħelikopters jew ajruplan.

9. L-applikanti li għandhom IR(H) valida għandhom ikunu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li għandhom IR(A) valida għandhom iwettqu mill-inqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor f’ħelikopter.

10. L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ ħelikopter għandhom jingħataw mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim ta’ titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li minnhom mill-inqas waħda ta’ navigazzjoni cross-country, u 5 ċirkwiti billejl bi bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.

ESPERJENZA

11. L-applikant għal CPL(H) għandu jkun wettaq mill-inqas 185 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, inklużi 50 siegħa bħala PIC, li minnhom 10 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-inqas 185 km (100 NM) u li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ f’żewġ ajrudromi differenti mill-ajrudrom tat-tluq.

Is-sigħat bħala bdot kmandant ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-185 siegħa ta’ ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

20 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikant ikollu PPL(A);

(b) 

50 siegħa f’ajruplani, jekk l-applikant ikollu CPL(A); jew

(c) 

10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(d) 

20 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu PPL(As);

(e) 

50 siegħa f’airships, jekk l-applikant ikollu CPL(As).

TEST TAL-ĦILIET

12. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat u l-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(H).

L.    Kors integrat CPL/IR — Airships

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(As)/IR huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa biex iħaddmu l-airships u biex jiksbu CPL(As)/IR.

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(As)/IR għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(As), PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(As), PPL(A) jew PPL(H), huwa għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’:

(a) 

10 sigħat, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 

15-il siegħa, li minnhom sa 7 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor, jekk inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim ta’ għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As) u IR, u l-klassifikazzjoni tat-tip inizjali ta’ airship;

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL/IR(As) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As)/IR għandu jinkludi mill-anqas 500 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As) u IR.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 80 siegħa li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha. Fi ħdan it-total ta’ 80 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:

(a) 

60 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom:

(i) 

30 siegħa ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu:

(1) 

12-il siegħa f’FFS ta’ airship, jew

(2) 

10 sigħat f’FTD ta’ airship, jew

(3) 

8 sigħat f’FNPT II/III ta’ airship, jew

(4) 

8 sigħat f’ajruplan, ħelikopter jew TMG;

(ii) 

30 siegħa ta’ tagħlim ta’ titjir bl-istrumenti li jistgħu jinkludu:

(1) 

sa 12-il siegħa f’FFS jew FTD jew FNPT II,III ta’ airship, jew

(2) 

6 sigħat f’mill-anqas FTD 1 jew FNPT I ta’ airship jew ajruplan.

Jekk l-airship użat għat-taħriġ fit-titjir huwa tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ viżiv, il-kreditu massimu għandu jkun limitat għal 8 sigħat.

(b) 

20 siegħa bħala PIC, li minnhom 5 sigħat jistgħu jkunu bħala SPIC. Għandu jkun hemm mill-anqas 14-il siegħa ta’ bdot waħdu binhar u siegħa ta’ bdot waħdu billejl;

(c) 

5 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM) li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(d) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’airships għandhom jitlestew billejl inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(e) 

30 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor li jinkludu:

(i) 

10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim bażiku ta’ titjir bl-istrumenti, u

(ii) 

20 siegħa ta’ Taħriġ IR, li għandhom jinkludu mill-anqas 10 sigħat f’airship iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(As) jew fuq airship b’aktar minn magna waħda jew fuq airship b’magna waħda u għandu jagħmel it-test tal-ħiliet tal-IR fuq airship iċċertifikat b’IFR b’aktar minn magna waħda.

M.    Kors integrat CPL — Airships

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(As) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(As).

2. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ CPL(As) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO.

3. Applikant jista’ jkun ammess għat-taħriġ jew bħala wieħed li daħal ab initio, jew bħala detentur ta’ PPL(As), PPL(A) jew PPL(H) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO. Fil-każ ta’ wieħed li jidħol b’PPL(As), PPL(A) jew PPL(H), huwa għandu jkun ikkreditat sa massimu ta’:

(a) 

10 sigħat, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu tagħlim ma’ bdot ieħor;

(b) 

15-il siegħa, li minnhom sa 7 sigħat jistgħu jkunu tagħli mma’ bdot ieħor jekk inkisbet klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As);

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

5. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors ta’ CPL(As) kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As) approvat għandu jinkludi mill-anqas 350 siegħa ta’ tagħlim jew 200 siegħa jekk l-applikant huwa detentur ta’ PPL.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

7. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta’ mill-anqas 50 siegħa, li jinkludu t-testijiet tal-progress kollha, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art. Fi ħdan it-total ta’ 50 siegħa, l-applikanti għandhom ilestu mill-anqas:

(a) 

30 siegħa ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, li minnhom sa 5 sigħat jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art;

(b) 

20 siegħa bħala PIC;

(c) 

5 sigħat ta’ titjir cross-country ma’ bdot ieħor;

(d) 

5 sigħat ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM) li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni;

(e) 

5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir f’airships għandhom jitlestew billejl inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bil-bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul;

(f) 

10 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor, inklużi mill-anqas 5 sigħat f’airship.

TEST TAL-ĦILIET

9. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet CPL(As).

N.    Kors modulari CPL — Airships

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat CPL(As) huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa għall-ħruġ ta’ CPL(As).

2. Qabel jibda kors modulari ta’ CPL(As) applikant għandu:

(a) 

ikollu PPL(As) maħruġa skont l-Anness 1 tal-ICAO;

(b) 

ikun lesta 200 siegħa ta’ ħin ta’ titjir bħala bdot f’airships, inklużi 100 siegħa bħala PIC, li minnhom 50 siegħa għandhom ikunu cross-country.

3. Applikant li jixtieq jagħmel kors modulari ta’ CPL(As) għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim fit-titjir kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu kif organizzat minn ATO. It-tagħlim fl-għarfien teoriku jista’ jingħata f’ATO li tipprovdi tagħlim ta’ għarfien teoriku biss.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien ta’ CPL(As);

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

5. Kors ta’ għarfien teoriku ta’ CPL(As) approvat għandu jinkludi mill-anqas 250 siegħa ta’ tagħlim.

EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORIKU

6. Applikant għandu juri livell ta’ għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija lid-detentur ta’ CPL(As).

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

7. L-applikanti mingħajr IR għandhom jingħataw mill-anqas 20 siegħa ta’ tagħlim fit-titjir, li minnhom:

10 sigħat ta’ tagħlim viżiv, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’FFS tal-airships jew FTD 2,3 jew FNPT II,III;
10 sigħat ta’ tagħlim fit-tijir bl-istrumenti, li jistgħu jinkludu 5 sigħat f’mill-anqas FTD 1 jew FNPT I tal-airships jew ajruplan.

8. L-pplikanti li għandhom IR(As) valida għandhom jiġu kkreditati b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħin ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor. L-applikanti li għandhom IR valida f’kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru għandhom jagħmlu mill-anqas 5 sigħat ta’ ħin ta’ tagħlim fit-tijir bl-istrumenti ma’ bdot ieħor f’airship.

9. L-applikanti mingħajr klassifikazzjoni ta’ billejl ta’ airship għandhom jingħataw mill-anqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir billejl addizzjonali, inklużi 3 sigħat ta’ tagħlim ma’ bdot ieħor li jinkludu mill-inqas siegħa ta’ navigazzjoni cross-country u 5 ċirkwiti billejl bi bdot waħdu. Kull ċirkwit għandu jinkludi tlugħ u nżul.

ESPERJENZA

10. L-applikant għal CPL(As) għandu jkun lesta mill-anqas 250 siegħa ta’ ħin ta’ titjir f’airships, inklużi 125 siegħa bħala PIC, li minnhom 50 siegħa ta’ titjir cross-country bħala PIC, inkluża titjira cross-country VFR ta’ mill-anqas 90 km (50 NM), li matulha għandu jsir inżul ta’ waqfien sħiħ fl-ajrudrom tad-destinazzjoni.

Is-sigħat bħala PIC ta’ kategoriji oħra ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jgħoddu fir-rigward tal-185 siegħa ħin ta’ titjir, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

30 siegħa f’ajruplani jew ħelikopters, jekk l-applikant ikollu PPL(A) jew PPL(H) rispettivament;

(b) 

60 siegħa f’ajruplani jew ħelikopters, jekk l-applikant ikollu CPL(A) jew CPL(H) rispettivament; jew

(c) 

10 sigħat f’TMGs jew gliders;

(d) 

10 sigħat fi blalen tal-arja.

TEST TAL-ĦILIET

11. Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir relatat u l-esperjenza rilevanti, l-applikant għandu jagħmel it-test tal-ħiliet ta’ CPL(As).




Appendiċi 4

Test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL

A.    Ġenerali

1. Applikant għal test tal-ħiliet għal CPL għandu jkun ngħata tagħlim dwar l-istess klassi jew tip ta’ inġenju tal-ajru li se jintuża fit-test.

2. Applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet. Jekk ma jgħaddix minn xi punt fit-taqsima, allura ma jgħaddix mit-taqsima kollha. Jekk jeħel minn aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu kemm hu. Applikant li jeħel minn taqsima waħda biss għandu jirrepeti t-taqsima biss li jkun weħel minnha. Jekk jeħel minn xi taqsima meta jerġa’ jagħmel it-test, inklużi dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom fit-test preċedenti, l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test kollu. It-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. Jekk ma jirnexxilux jikseb il-punti minimi meħtieġa fit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test f’żewġ tentattivi, l-applikant ikollu jingħata aktar taħriġ.

3. Jista’ jkun meħtieġ aktar taħriġ wara kwalunkwe test tal-ħiliet li l-applikant jeħel minnu. Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ testijiet tal-ħiliet li jistgħu jsiru.

TWETTIQ TAT-TEST

4. Jekk l-applikant jagħżel li jwaqqaf it-test tal-ħiliet għal raġunijiet li jitqiesu bħala inadegwati mill-Eżaminatur tat-Titjir (FE), l-applikant ikollu jerġa’ jagħmel it-test tal-ħiliet kollu kemm hu. Jekk it-test jitwaqqaf għal raġunijiet li jitqiesu bħala adegwati mill-FE, it-taqsimiet li ma jkunux tlestew biss għandhom jiġu ttestjati f’titjira oħra.

5. Għad-diskrezzjoni tal-FE, kwalunkwe manuvra jew proċedura tat-test tista’ tkun irripetuta darba mill-applikant. Il-FE jista’ jwaqqaf it-test fi kwalunkwe stadju jekk jitqies li l-wirja tal-applikant tal-ħiliet tat-titjir teħtieġ test komplet mill-ġdid.

6. Applikant għandu jkun meħtieġ li jtajjar l-inġenju tal-ajru minn pożizzjoni fejn jistgħu jitwettqu l-funzjonijiet ta’ PIC u li jwettaq it-test bħallikieku m’hemm l-ebda membru ieħor tal-ekwipaġġ preżenti. Ir-responsabbiltà għat-titjira għandha tiġi allokata skont ir-regolamenti nazzjonali.

7. Applikant għandu jindika lill-FE l-kontrolli u d-dmirijiet imwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom jitlestew skont il-lista ta’ kontroll għall-inġenju tal-ajru li fuqu se jsir it-test. Matul it-tħejjija ta’ qabel it-titjira għat-test, l-applikant huwa meħtieġ jiddetermina l-issettjar tal-qawwa u l-veloċitajiet. Id-dejta tal-prestazzjoni għat-tlugħ, l-avviċinament u l-nżul għandha tiġi kkalkolata mill-applikant skont il-manwal tal-operazzjonijiet jew skont il-manwal tat-titjira għall-inġenju tal-ajru użat.

8. L-FE m’għandux jieħu sehem fit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru għajr meta l-intervent ikun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà jew biex jiġi evitat dewmien inaċċettabbli fir-rigward ta’ traffiku ieħor.

B.    Kontenut tat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL — Ajruplani

1. L-ajruplan użat għat-test tal-ħiliet għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-ajruplani tat-taħriġ, u għandu jkun iċċertifikat għat-trasport ta’ mill-anqas erba’ persuni, u jkollu skrun bis-snien tal-ingranaġġ varjabbli u attrezzatura għall-inżul li tista’ tiġi miġbuda lura.

2. Ir-rotta tat-titjira għandha tintgħażel mill-FE u d-destinazzjoni għandha tkun ajrudrom ikkontrollat. L-applikant għandu jkun responsabbli għall-ippjanar tat-titjira u għandu jiżgura li t-tagħmir u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tat-titjira jinsabu abbord. It-tul tal-ħin tat-titjira għandu jkun mill-anqas 90 minuta.

3. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) 

iħaddem l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu,

(b) 

iwettaq il-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni,

(ċ) 

jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) 

japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) 

iżomm kontroll tal-ajruplan f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament.

TOLLERANZI MATUL IT-TEST TAT-TITJIR

4. Dawn il-limiti għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti biex jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ta’ turbulenza u l-kwalitajiet ta’ mmaniġġjar u eżekuzzjoni tal-ajruplan użat.

Għoli

titjira normali

± 3,048.00 cm

bi ħsara simulata fil-magna

± 4,572.00 cm

Intraċċar fuq għajnuniet tar-radju

± 5°

Heading

titjira normali

± 10°

bi ħsara simulata fil-magna

± 15°

Veloċità

it-tlugħ mill-art u l-avviċinament

± 5 knots

is-sistemi tat-titjir l-oħra kollha

± 10 knots

KONTENUT TAT-TEST

5. Is-suġġetti fit-Taqsima 2(c) u (e)(iv), u t-Taqsimiet 5 u 6 kollha jistgħu jitwettqu f’FNPT II jew f’FFS.

L-użu ta’ listi ta’ kontroll tal-ajruplani, il-ħila fit-titjir, il-kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, il-proċeduri ta’ kontra s-silġ u tat-tneħħija tas-silġ, u l-prinċipji tal-ġestjoni ta’ theddid u żbalji japplikaw fit-taqsimiet kollha.



TAQSIMA 1 —  OPERAZZJONIJIET TA’ QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

a

Qabel it-titjira, inklużi:

L-Ippjanar tat-titjira, id-Dokumentazzjoni, id-Determinazzjoni tal-massa u l-bilanċ, l-Briefing dwar it-temp, NOTAMS

b

Spezzjoni u manutenzjoni tal-ajruplan

c

Taxi u tlugħ mill-art

d

Kunsiderazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni u ttrimmjar

e

Operazzjonijiet tal-ajrudrom u x-xejriet tat-traffiku

f

Il-proċedura tat-tluq, l-issettjar tal-altimetru, l-evitar tal-kolliżjonijiet (għassa)

g

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 —  OPERAZZJONIJIET FL-AJRU ĠENERALI

a

Kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, inklużi dritt u livell, tlugħ fl-ajru, tbaxxija, għassa

b

It-titjira b’airspeeds (veloċità fl-ajru mqabbel mal-arja) baxxi b’mod kritiku inklużi r-rikonoxximent ta’ u l-irkupru minn bidu ta’ waqfien tal-magni jew waqfien sħiħ

c

Dawriet, inklużi dawriet f’konfigurazzjoni ta’ nżul. Dawriet weqfin ta’ 45°

d

It-titjir b’airspeeds għoljin b’mod kritiku, inklużi r-rikonoxximent ta’ u l-irkupru minn għadsiet spirali

e

Titjir b’referenza għall-istrumenti biss, inklużi:

(i)  titjir wati, il-konfigurazzjoni tat-tajran, il-kontroll tal-heading, l-altitudni u l-airspeed

(ii)  dawriet ta’ 10°–30° fit-tlugħ fl-ajru u t-tbaxxija

(iii)  irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu

(iv)  strumenti tal-panew limitati

f

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3 —  PROĊEDURI WAQT IR-ROTTA

a

Kontroll tal-ajruplan b’referenza viżiva esterna, inkluża l-konfigurazzjoni tat-tajran

b

L-orjentazzjoni, il-qari tal-mapep

c

L-altitudni, il-veloċità, il-kontroll tal-heading, l-għassa

d

L-issettjar tal-altimetru. Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

e

Il-monitoraġġ tal-progress tat-titjira, il-ġurnal ta’ abbord, il-konsum tal-karburant, il-valutazzjoni tal-iżbalji tal-intraċċar u l-istabbiliment mill-ġdid tal-intraċċar korrett

f

L-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-temp, il-valutazzjoni tax-xejriet, l-ippjanar għal devjazzjoni

g

L-intraċċar, l-istazzjonar (NDB jew VOR), l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet (titjir bl-istrumenti). L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ devjazzjoni għal ajrudrom alternattiv (titjir viżiv)

TAQSIMA 4 —  PROĊEDURI TAL-AVVIĊINAMENT U TAL-INŻUL

a

Proċeduri tal-wasla, l-issettjar tal-altimetru, il-kontrolli, l-għassa

b

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

c

Azzjoni ta’ tidwir fil-baxx

d

Inżul normali, inżul bir-riħ mill-ġenb (jekk il-kundizzjonijiet ikunu adattati)

e

Inżul f’distanza qasira

f

Avviċinament u nżul bil-magna wieqfa (b’magna waħda biss)

g

Inżul mingħajr użu tal-flaps

h

Azzjonijiet ta’ wara t-titjira

TAQSIMA 5 —  PROĊEDURI ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 4

a

Ħsara fil-magna ssimulata wara t-tlugħ (f’altitudni sikura), it-taħriġ kontra n-nirien

b

Funzjonament ħażin tat-tagħmir

inkluża ħsara fl-estensjoni tal-attrezzatura għall-inżul alternattiv, fl-elettriku u l-brejkijiet

c

Inżul ta’ emerġenza (issimulat)

d

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

e

Mistoqsijiet orali

TAQSIMA 6 —  TITJIR ASIMMETRIKU SSIMULAT U ELEMENTI TAL-KLASSI JEW TAT-TIP RELEVANTI

Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 5

a

Ħsara fil-magna ssimulata matul it-tlugħ (f’altitudni sikura sakemm ma jitwettaqx f’FFS)

b

Avviċinament asimmetriku u avviċinament b’tidwira

c

Avviċinament asimmetriku u nżul sħiħ

d

It-tifi u l-istartjar mill-ġdid tal-magna

e

Kollegament ma’ ATC – konformità, il-proċeduri ta’ R/T, il-Ħila fit-titjir

f

Kif iddeterminat mill-FE — kwalunkwe element rilevanti tat-test tal-ħiliet tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jinkludi, jekk applikabbli:

(i)  is-sistemi tal-ajruplan inkluż il-ġestjoni tal-bdot awtomatiku

(ii)  it-tħaddim tas-sistema ta’ pressjoni qawwija

(iii)  l-użu tas-sistema tat-tneħħija tas-silġ u ta’ kontra s-silġ

g

Mistoqsijiet orali

C.    Kontenut tat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL — Ħelikopters

1. Il-ħelikopter użat għat-test tal-ħiliet għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-ħelikopters tat-taħriġ.

2. Iż-żona u r-rotta tat-titjira għandhom jintgħażlu mill-FE u l-operazzjonijiet ta’ titjir f’livell baxx u titjir wieqaf għandu jkun f’ajrudrom jew sit approvat. Ir-rotot użati għat-Taqsima 3 jistgħu jintemmu fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom ieħor u waħda mid-destinazzjonijiet għandha tkun ajrudrom ikkontrollat. It-test tal-ħiliet jista’ jitwettaq f’2 titjiriet. It-tul tal-ħin totali ta’ titjira/titjiriet għandu jkun mill-anqas 90 minuta.

3. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) 

jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;

(b) 

jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(ċ) 

jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) 

japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) 

iżomm kontroll tal-airship f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament.

TOLLERANZI TAT-TEST TAT-TITJIR

4. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-eżekuzzjoni tal-ħelikopter użat.

Għoli

titjira normali

± 3,048.00 cm

emerġenza maġġuri ssimulata

± 4,572.00 cm

Intraċċar fuq għajnuniet tar-radju

± 10°

Heading

titjira normali

± 10°

emerġenza maġġuri ssimulata

± 15°

Veloċità

it-tlugħ u l-avviċinament b’aktar minn magna waħda

± 5 knots

is-sistemi tat-titjir l-oħra kollha

± 10 knots

Ground drift

Tlugħ wieqaf relattivament għall-art (I.G.E.)

± 91.44 cm

inżul l-ebda moviment lejn il-ġenb jew lura

KONTENUT TAT-TEST

5. L-affarijiet f’Taqsima 4 jistgħu jitwettqu f’ħelikopter FNPT jew f’ħelikopter FFS. L-użu tal-listi ta’ kontroll tal-ħelikopter, il-ħila fit-titjir, il-kontroll tal-ħelikopter permezz ta’ referenza viżiva esterna, il-proċeduri tat-tneħħija tas-silġ, u l-prinċipji ta’ ġestjoni ta’ theddid u żbalji japplikaw fit-taqsimiet kollha.



TAQSIMA 1 —  VERIFIKI U PROĊEDURI TA’ QABEL/WARA T-TITJIRA

a

L-għarfien dwar il-ħelikopters (eż. log tekniku, karburant, massa u bilanċ, eżekuzzjoni), l-ippjanar tat-titjir, id-dokumentazzjoni, NOTAMS, it-temp

b

L-ispezzjoni/azzjoni ta’ qabel it-titjira, il-post tal-partijiet u l-għan

c

L-ispezzjoni tal-kokpit, il-proċedura tal-istartjar

d

Il-kontrolli tat-tagħmir tal-komunikazzjoni u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar ta’ frekwenzi

e

Il-proċedura ta’ qabel it-tlugħ mill-art, proċedura R/T, kollegament ma’ ATC - konformità

f

L-ipparkjar, it-tifi tal-magna u l-proċedura ta’ wara t-titjira

TAQSIMA 2 —  MANUVRI TITJIR WIEQAF, IT-TRATTAMENT AVVANZAT U ŻONI RISTRETTI

a

Tlugħ u nżul l-art (irfigħ u llandjar)

b

Taxi, taxi tat-titjir wieqaf

c

Titjir wieqaf b’riħ minn quddiem/mill-ġenb/minn wara

d

Dawriet f’titjir wieqaf, 360° lejn ix-xellug u l-lemin (dawriet fil-post)

e

Il-manuvri ta’ titjir wieqaf ‘il quddiem, la ġenba u lura

f

Ħsara fil-magna ssimulata mit-titjir wieqaf

g

Waqfiet rapidi fir-riħ u favur ir-riħ

h

Inżul u tlugħ mill-art, f’art inklinata/siti mhux imħejjija

i

Tlugħ (diversi profili)

j

Tlugħ bir-riħ mill-ġenb, favur ir-riħ (jekk ikun prattikabbli)

k

Tlugħ mill-art bil-massa tat-tlugħ massimu (attwali jew issimulat)

l

Avviċinamenti (profili differenti)

m

Tlugħ u nżul b’enerġija limitata

n

Awtorotazzjonijiet (l-FE jagħżel żewġ elementi minn — Dawriet bażiċi, fuq medda, b’veloċità baxxa u dawk ta’ 360°)

o

Inżul awtorotattiv

p

Prattika ta’ nżul ta’ emerġenza bl-irkupru tal-enerġija

q

Kontrolli tal-enerġija, it-teknika tal-istħarriġ, it-teknika tal-avviċinament u t-tluq

TAQSIMA 3 —  IN-NAVIGAZZJONI — PROĊEDURI WAQT IR-ROTTA

a

In-navigazzjoni u l-orjentazzjoni f’diversi altitudnijiet/livelli ta’ għoli, qari tal-mapep

b

Altitudni/għoli, veloċità, kontroll tal-heading, osservazzjoni tal-ispazju tal-ajru, l-issettjar tal-altimetru

c

Il-monitoraġġ tal-progress tat-titjira, il-ġurnal ta’ abbord, il-konsum tal-karburant, il-medda tal-kapaċità, l-ETA, il-valutazzjoni tal-iżbalji tal-intraċċar u l-istabbiliment mill-ġdid tal-intraċċar korrett, il-kontroll tal-istrumenti

d

L-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-temp, l-ippjanar rigward id-devjazzjonijiet

e

L-intraċċar, l-istazzjonar (NDB u/jew VOR), l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

f

Kollegament ma’ ATC u l-konformità mar-regolamenti, eċċ.

TAQSIMA 4 —  PROĊEDURI TAT-TITJIR U MANUVRI B’REFERENZA UNIKA GĦALL-ISTRUMENTI

a

Titjir wati, il-kontroll tal-heading, l-altitudni/għoli u l-veloċità

b

Dawriet fil-wita ta’ rata 1 għal direzzjonijiet speċifikati, 180° għal 360° xellug u lemin

c

Tlugħ fl-ajru u tbaxxija, inklużi dawriet ta’ rata 1 għal headings speċifikati

d

Irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu

e

Dawriet bi bbankjar ta’ 30°, dawra sa 90° fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin

TAQSIMA 5 —  PROĊEDURI ANORMALI U TA’ EMERĠENZA (ISSIMULATI META JKUN ADATTAT)

Nota (1):  Meta test jitwettaq fuq ħelikopter b’aktar minn magna waħda, taħriġ ta’ ħsara fil-magna ssimulat, inklużi avviċinament u nżul b’magna waħda, se jiġi inkluż fit-test

Nota (2):  Il-FE għandu jagħżel 4 affarijiet minn dawn li ġejjin:

a

Funzjonament ħażin tal-magna, inkluż waqfien ġenerali, silġ fil-karburatur/magna, is-sistema taż-żejt, kif ikun adattat

b

Funzjonament ħażin tas-sistema tal-karburant

c

Funzjonament ħażin tas-sistema tal-elettriku

d

Funzjonament ħażin tas-sistema idrawlika, inklużi avviċinament u nżul mingħajr sistema idrawlika, kif ikun applikabbli

e

Funzjonament ħażin tas-sistema tar-rotor ewlenija u/jew anti-torque (FFS jew diskussjoni biss)

f

Taħriġ kontra n-nirien, inkluż kontroll u tneħħija tad-duħħan, kif ikun applikabbli

g

Proċeduri oħra anormali u ta’ emerġenza kif deskritti fil-manwal tat-titjir adattat, inklużi għal ħelikopters b’aktar minn magna waħda:

Ħsara fil-magna ssimulata fit-tlugħ:

tlugħ mill-art mhux aċċettat waqt jew qabel it-TDP jew inżul ta’ emerġenza sikur waqt jew qabel id-DPATO, ftit wara t-TDP jew id-DPATO.

Inżul bi ħsara fil-magna ssimulata:

inżul jew tidwir wara ħsara fil-magna qabel l-LDP jew id-DPBL,

b’segwitu għal ħsara fil-magna wara l-LDP jew inżul ta’ emerġenza sikur wara id-DPBL.

D.    Kontenut tat-test tal-ħiliet għall-ħruġ ta’ CPL — Airships

1. L-airship użat għat-test tal-ħiliet għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-airships tat-taħriġ.

2. Iż-żona u r-rotta tat-titjira għandhom jintgħażlu mill-FE. Ir-rotot użati għat-Taqsima 3 jistgħu jintemmu fl-ajrudrom tat-tluq jew f’ajrudrom ieħor u waħda mid-destinazzjonijiet għandha tkun ajrudrom ikkontrollat. It-test tal-ħiliet jista’ jitwettaq f’2 titjiriet. It-tul tal-ħin totali ta’ titjira/titjiriet għandu jkun mill-anqas 60 minuta.

3. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

(a) 

jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;

(b) 

jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(ċ) 

jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) 

japplika għarfien ajrunawtiku;

(e) 

iżomm kontroll tal-airship f’kull ħin b’mod li l-eżitu b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jkun iddubitat serjament.

TOLLERANZI TAT-TEST TAT-TITJIR

4. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, u dawn ġew ikkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-eżekuzzjoni tal-airship użat.

Għoli

titjira normali

± 3,048.00 cm

emerġenza maġġuri ssimulata

± 4,572.00 cm

Intraċċar fuq għajnuniet tar-radju

± 10°

Heading

titjira normali

± 10°

emerġenza maġġuri ssimulata

± 15°

KONTENUT TAT-TEST

5. L-affarijiet f’Taqsimiet 5 u 6 jistgħu jitwettqu f’Airship FNPT jew f’FFS ta’ airship. L-użu tal-listi ta’ kontroll tal-airships, il-ħila fit-titjir, il-kontroll tal-airship b’referenza viżiva esterna, il-proċeduri tat-tneħħija tas-silġ, u l-prinċipji ta’ ġestjoni ta’ theddid u żbalji japplikaw fit-taqsimiet kollha.



TAQSIMA 1 —  OPERAZZJONIJIET TA’ QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

a

Qabel it-titjira, inklużi:

L-Ippjanar tat-titjira, id-Dokumentazzjoni, id-Determinazzjoni tal-massa u l-bilanċ, l-Briefing dwar it-temp, NOTAMS

b

Spezzjoni u manutenzjoni ta’ airship

c

Proċedura lil hinn mill-arblu, immanuvrar fuq l-art u t-tlugħ mill-art

d

Kunsiderazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni u ttrimmjar

e

Operazzjonijiet tal-ajrudrom u x-xejriet tat-traffiku

f

Il-proċedura tat-tluq, l-issettjar tal-altimetru, l-evitar tal-kolliżjonijiet (għassa)

g

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 —  OPERAZZJONIJIET FL-AJRU ĠENERALI

a

Kontroll tal-airship b’referenza viżiva esterna, inklużi dritt u livell, tlugħ fl-ajru, tbaxxija, għassa

b

Titjir f’għoli tal-pressjoni

c

Tidwir

d

Tbaxxija u tlugħ fl-ajru b’angolu wieqaf ħafna

e

Titjir b’referenza għall-istrumenti biss, inklużi:

(i)  titjir wati, il-kontroll tal-heading, l-altitudni u l-veloċità fl-arja

(ii)  tidwir ta’ tlugħ fl-arju u tbaxxija

(iii)  irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu

(iv)  strumenti tal-panew limitati

f

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3 —  PROĊEDURI WAQT IR-ROTTA

a

Kontroll tal-airship b’referenza viżiva esterna,

Kunsiderazzjonijiet tal-Medda tat-titjir/Kapaċità

b

L-orjentazzjoni, il-qari tal-mapep

c

L-altitudni, il-veloċità, il-kontroll tal-heading, l-għassa

d

L-issettjar tal-altimetru, il-Kollegament ma’ ATC – konformità, il-proċeduri ta’ R/T

e

Il-monitoraġġ tal-progress tat-titjira, il-ġurnal ta’ abbord, il-konsum tal-karburant, il-valutazzjoni tal-iżbalji tal-intraċċar u l-istabbiliment mill-ġdid tal-intraċċar korrett

f

L-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-temp, il-valutazzjoni tax-xejriet, l-ippjanar għal devjazzjoni

g

L-intraċċar, l-istazzjonar (NDB jew VOR), l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet (titjir bl-istrumenti). L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ devjazzjoni għal ajrudrom alternattiv (titjir viżiv)

TAQSIMA 4 —  PROĊEDURI TAL-AVVIĊINAMENT U TAL-INŻUL

a

Proċeduri tal-wasla, l-issettjar tal-altimetru, il-kontrolli, l-għassa

b

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

c

Azzjoni ta’ tidwir fil-baxx

d

Inżul normali

e

Inżul f’distanza qasira

f

Avviċinament u nżul bil-magna wieqfa (b’magna waħda biss)

g

Inżul mingħajr użu tal-flaps

h

Azzjonijiet ta’ wara t-titjira

TAQSIMA 5 —  PROĊEDURI ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 4

a

Ħsara fil-magna ssimulata wara t-tlugħ (f’altitudni sikura), it-taħriġ kontra n-nirien

b

Funzjonament ħażin tat-tagħmir

c

Inżul ta’ emerġenza (issimulat)

d

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

e

Mistoqsijiet orali

TAQSIMA 6 —  AFFARIJIET TAL-KLASSI JEW TAT-TIP RILEVANTI

Din it-Taqsima tista’ tkun ikkombinata mat-Taqsimiet 1 sa 5

a

Ħsara fil-magna ssimulata matul it-tlugħ (f’altitudni sikura sakemm ma jitwettaqx f’FFS)

b

L-avviċinament u t-tidwir b’magna(i) wieqfa(weqfin)

c

L-avviċinament u l-inżul b’waqfa sħiħa b’magna(i) wieqfa(weqfin)

d

Funzjonament ħażin tas-sistema tal-pressjoni tal-envelopp

e

Kollegament ma’ ATC – konformità, il-proċeduri ta’ R/T, il-Ħila fit-titjir

f

Kif iddeterminat mill-FE — kwalunkwe element rilevanti tat-test tal-ħiliet tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandu jinkludi, jekk applikabbli:

(i)  is-sistemi tal-airships

(ii)  it-tħaddim tas-sistema tal-pressjoni tal-envelopp

g

Mistoqsijiet orali




Appendiċi 5

Kors ta’ taħriġ integrat ta’ MPL

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors integrat ta’ MPL huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu bħala kobdoti ta’ ajruplani tat-trasport bl-ajru b’aktar minn magna waħda bit-turbini u b’ħafna bdoti taħt VFR u IFR u biex jiksbu MPL.

▼M5

2. Approvazzjoni għal kors ta' taħriġ MPL għandha tingħata lil ATO li tkun parti minn operatur tat-trasport bl-ajru kummerċjali ċċertifikata f'konformità mal-Parti-ORO jew li jkollha qbil speċifiku ma' operatur ta' dak it-tip.

▼B

3. Applikant li jixtieq jagħmel kors integrat ta’ MPL għandu jlesti l-istadji ta’ tagħlim kollha f’kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu f’ATO. It-taħriġ għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenza u mwettaq f’ambjent operattiv ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed.

4. Applikanti ab initio biss għandhom jiddaħħlu fil-kors.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku sal-livell ta’ għarfien tal-ATPL(A)

(b) 

taħriġ fit-titjir viżiv u bl-istrumenti;

(c) 

taħriġ f’MCC għat-tħaddim ta’ ajruplani b’ħafna bdoti;

(d) 

taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip.

6. Applikant li ma jirnexxilux jew mhuwiex kapaċi jlesti l-kors tal-MPL kollu jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti għall-eżami tal-għarfien teoriku u t-test tal-ħiliet għal liċenzja bi privileġġi aktar baxxi u għal IR, jekk ir-rekwiżiti applikabbli jiġu ssodisfati.

GĦARFIEN TEORIKU

▼M8

7. Kors ta' għarfien teoretiku ta' MPL approvat għandu jinkludi mill-inqas 750 siegħa ta' tagħlim sal-livell ta' għarfien tal-ATPL(A), kif ukoll is-sigħat meħtieġa:

(a) 

għat-tagħlim tal-għarfien teoretiku għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti, skont is-Subparti H; kif ukoll

(b) 

għat-tagħlim tal-għarfien teoretiku dwar il-UPRT f'konformità ma' FCL.745.A.

▼B

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

▼M8

8. It-taħriġ fit-titjir għandu jinkludi total ta' mill-inqas 240 siegħa, magħmula minn sigħat bħala PF u PM, f'titjir reali u simulat, u għandu jkopri l-erba' fażijiet ta' taħriġ li ġejjin:

(a)   Fażi 1 — Il-ħiliet ewlenin tat-titjir

It-taħriġ bażiku speċifiku għal pilota wieħed f'ajruplan

(b)   Fażi 2 — Taħriġ Bażiku

Introduzzjoni għall-operazzjonijiet ta' ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed u titjir bl-istrumenti.

(c)   Fażi 3 — Taħriġ Intermedju

Applikazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed għal ajruplan b'aktar minn magna waħda bit-turbini ċertifikat bħala ajruplan ta' prestazzjoni għolja skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(d)   Fażi 4 — Taħriġ Avvanzat

Taħriġ fil-klassifikazzjoni tat-tip f'ambjent orjentat lejn linja tal-ajru.

Ir-rekwiżiti MCC għandhom ikunu inkorporati fil-fażijiet rilevanti ta' hawn fuq.

It-taħriġ fit-titjir asimmetriku għandu jingħata f'ajruplan jew f'FFS.

▼M8

8a. Esperjenza fit-titjir waqt titjir proprju għandha tinkludi:

(a) 

ir-rekwiżiti kollha relatati mal-esperjenza tas-Subparti H;

(b) 

tagħlim fit-titjir UPRT f'konformità ma' FCL.745.A;

(c) 

eżerċizzji UPRT tal-ajruplan relatati mal-ispeċifiċitajiet tat-tip rilevanti skont FCL.725.A(c);

(d) 

titjir billejl;

(e) 

titjir unikament b'referenza għall-istrumenti; kif ukoll

(f) 

l-esperjenza meħtieġa għall-ksib tal-ħila rilevanti fit-titjir.

▼B

9. Kull fażi tat-taħriġ fis-sillabu tat-tagħlim fit-titjir għandha tkun magħmula minn tagħlim dwar l-għarfien bażiku kif ukoll minn partijiet ta’ taħriġ prattiku.

10. Il-kors ta’ taħriġ għandu jinkludi proċess ta’ evalwazzjoni kontinwa tas-sillabu tat-taħriġ u valutazzjoni kontinwa tal-istudenti li jsegwu s-sillabu. L-evalwazzjoni għandha tiżgura li:

(a) 

il-kompetenzi u l-valutazzjoni relatata huma rilevanti għall-kompiti ta’ kopilota ta’ ajruplan b’aktar minn bdot wieħed;

(b) 

l-istudenti jiksbu l-kompetenzi meħtieġa b’mod progressiv u sodisfaċenti.

▼M6

11. Il-kors tat-taħriġ għandu jinkludi mill-inqas 12-il telgħa u nżul l-art biex tkun żgurata l-kompetenza. Dan l-ammont ta' tlugħ u nżul jista' jitnaqqas għal mill-inqas sitta, dejjem jekk, qabel ma jingħata t-taħriġ, l-organizzazzjoni tat-taħriġ approvata u l-operatur jiżguraw:

(a) 

li jkun hemm proċedura fis-seħħ biex jiġi vvalutat il-livell ta' kompetenza meħtieġ tal-bdot student; u

(b) 

li jkun hemm proċess fis-seħħ biex ikun żgurat li tittieħed azzjoni korrettiva jekk l-evalwazzjoni waqt it-taħriġ tindika li hemm bżonn isir dan.

Dan it-tlugħ u dan l-inżul għandu jitwettaq taħt is-sorveljanza ta' għalliem f'ajruplan li għalih għandha tinħareġ il-klassifikazzjoni tat-tip.

▼B

LIVELL TA’ VALUTAZZJONI

12. L-applikant għall-MPL għandu jkun wera prestazzjoni fid-9 unitajiet tal-kompetenza kollha speċifikati fil-paragrafu 13 ta’ hawn taħt, fil-livell ta’ kompetenza avvanzat meħtieġ għall-operat u l-interazzjoni bħala kopilota f’ajruplan b’magni bit-turbini b’aktar minn bdot wieħed, taħt kundizzjonijiet viżivi u bl-istrumenti. Il-valutazzjoni għandha tikkonferma li jinżamm il-kontroll tal-ajruplan jew tas-sitwazzjoni l-ħin kollu, biex ikun żgurat ir-riżultat b’suċċess ta’ proċedura jew manuvra. L-applikant għandu konsistentement juri l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa għat-tħaddim sikur tat-tip ta’ ajruplan applikabbli, skont il-kriterji tal-eżekuzzjoni tal-MPL.

UNITAJIET TAL-KOMPETENZA

13. L-applikant għandu juri kompetenza fid-9 unitajiet tal-kompetenza li ġejjin:

(1) 

japplika l-prinċipji tal-prestazzjoni umana, inklużi l-prinċipji tal-ġestjoni tat-theddid u l-iżbalji;

(2) 

iwettaq l-operazzjonijiet tal-ajruplan fuq l-art;

(3) 

iwettaq qtugħ mill-art;

(4) 

iwettaq tlugħ fl-ajru;

(5) 

iwettaq tajran;

(6) 

iwettaq tbaxxija;

(7) 

iwettaq avviċinament;

(8) 

iwettaq inżul l-art;

(9) 

iwettaq operazzjonijiet ta’ wara l-inżul u tal-ajruplan wara t-titjira.

TITJIR ISSIMULAT

14. Rekwiżiti minimi għal FSTDs:

(a) 

Fażi 1— Il-ħiliet ewlenin tat-titjir

Taħriġ elettroniku u apparat ta’ part tasking approvat mill-awtorità kompetenti li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— 
jinvolvu aċċessorji lil hinn minn dawk normalment assoċjati mal-kompjuters tat-tip desktop, bħal repliki funzjonali ta’ kwadrat tat-throttle, kontrollur tat-tip side-stick, jew keypad ta’ FMS;
— 
jinvolvu attività psikomotorja bl-applikazzjoni adattata tal-forza u l-ħin tar-rispons.
(b) 

Fażi 2 — Taħriġ Bażiku

FNPT II MCC li jirrappreżenta ajruplan ġeneriku b’aktar minn magna waħda bit-turbini.

(c) 

Fażi 3 — Taħriġ Intermedju

FSTD li jirrappreżenta ajruplan b’aktar minn magna waħda bit-turbini meħtieġ biex jitħaddem minn kopilota u kkwalifikat sa standard ekwivalenti għal-livell B, li addizzjonalment jinkludi:

— 
sistema viżiva ta’ matul il-jum/għabex/lejl b’panorama viżiva kkollimata kontinwa mill-anqas daqs il-wisa’ tal-kokpit li tipprovdi lil kull bdot panorama viżiva 180° orizzontalment u 40° vertikalment, u
— 
simulazzjoni ambjentali ta’ ATC.
(d) 

Fażi 4 — Taħriġ Avvanzat

FFS li huwa ekwivalenti b’mod sħiħ għal-livell D jew il-livell C b’sistema viżiva ta’ matul il-jum, inkluża simulazzjoni ambjentali ta’ ATC.




Appendiċi 6

Korsijiet ta’ taħriġ modulari għall-IR

A.    IR(A) — Kors modulari ta’ taħriġ għat-titjir

ĠENERALI

1. L-għan tal-kors modulari ta’ taħriġ fit-titjir IR(A) huwa li jħarreġ lill-bdoti għal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex joperaw l-ajruplani skont l-IFR u f'IMC. Il-kors jikkonsisti f'żewġ moduli, li jistgħu jsiru separatament jew flimkien:

(a) 

Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi

Dan huwa magħmul minn 10 sigħat tagħlim bl-istrumenti, li sa 5 sigħat minnhom jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'BITD, FNPT I jew II, jew FFS. Malli jitlesta l-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi, il-kandidat jinħariġlu Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors.

(b) 

Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali

Dan jinkludi l-bqija tas-sillabu tat-taħriġ għall-IR(A), 40 siegħa b'magna waħda jew 45 siegħa ta’ tagħlim b'aktar minn magna waħda bl-istrumenti, u l-kors ta’ għarfien teoriku għall-IR(A).

▼M3

2. Applikant għal IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandu jkun id-detentur ta' PPL(A) jew CPL(A). Applikant għal Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, li m’għandux CPL(A), għandu jkun detentur ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi.

L-ATO għandha tiżgura li l-applikant għal kors tal-IR(A) b’aktar minn magna waħda li m’għandux kwalifika tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplan b’aktar minn magna waħda, ikun ingħata t-taħriġ fuq aktar minn magna waħda speċifikat fis-Subparti H qabel jibda t-taħriġ fit-titjir għall-kors tal-IR(A).

▼B

3. Applikant li jixtieq jagħmel il-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali ta’ kors modulari tal-IR(A) gandu jkun meħtieġ li jlesti l-istadji tat-tagħlim kollha f'kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu u approvat. Qabel jibda l-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, l-ATO għandha tiżgura l-kompetenza tal-applikant fil-ħiliet fl-istrumenti bażiċi waqt it-titjir. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jingħata kif meħtieġ.

4. Il-kors tat-tagħlim teoriku għandu jiġi kkompletat fi żmien 18-il xahar. Il-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali u t-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien il-perjodu ta’ validità tal-punti minimi meħtieġa fl-eżamijiet teoretiċi.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku għal-livell ta’ għarfien tal-IR;

(b) 

tagħlim tat-titjir bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors modulari tal-IR(A) approvat għandu jinkludi mill-inqas 150 siegħa tagħlim ta’ għarfien teoriku.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

7. Kors tal-IR(A) b'magna waħda għandu jinkludi mill-inqas 50 siegħa tagħlim bl-istrumenti li sa 20 siegħa minnhom jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I, jew sa 35 siegħa f'FFS jew FNPT II. Jista' jsir massimu ta’ 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT II jew FFS f'FNPT I.

8. Kors tal-IR(A) b'aktar minn magna waħda għandu jinkludi mill-inqas 55 siegħa tagħlim bl-istrumenti, li minnhom, sa 25 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I, jew sa 40 siegħa f'FFS jew FNPT II. Massimu ta’ 10 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT II jew f'FFS jista' jsir f'FNPT I. Il-bqija tat-tagħlim bl-istrumenti tat-titjir għandha tinkludi mill-inqas 15-il siegħa f'ajruplani b'aktar minn magna waħda.

9. Id-detentur ta’ IR(A) b'magna waħda li għandu wkoll klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi b'aktar minn magna waħda li jixtieq jikseb IR(A) b'aktar minn magna waħda għall-ewwel darba għandu jlesti kors f'ATO li jinkludi mill-inqas 5 sigħat ta’ tagħlim fit-titjir bl-istrumenti f'ajruplani b'aktar minn magna waħda, li 3 sigħat minnhom jistgħu jkunu f'FFS jew f'FNPT II.

10.1. Id-detentur ta’ CPL(A) jew ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi jista' jkollu l-ammont totali ta’ taħriġ meħtieġ fil-paragrafi 7 jew 8 ta’ hawn fuq imnaqqas b'10 sigħat.

▼M3

10.2. Id-detentur ta’ IR(H) jista’ jkollu l-ammont totali ta’ taħriġ meħtieġ fil-paragrafi 7 jew 8 ta’ hawn fuq imnaqqas b’10 sigħat.

▼B

10.3. It-tagħlim totali fit-titjir bl-istrumenti f'ajruplan għandu jkun konformi mal-paragrafi 7 jew 8, kif xieraq.

11. L-eżerċizzji tat-titjir sat-test tal-ħiliet tal-IR(A) għandhom jinkludu:

(a) 

Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi: Proċedura u manuvra għal titjira bl-istrumenti bażiċi li jkopru mill-inqas:

titjira bl-istrumenti bażiċi mingħajr għajnuniet viżivi esterni:
— 
titjira orizzontali,
— 
tlugħ fl-ajru,
— 
tbaxxija,
— 
dawriet f'titjira fuq livell wieħed, tlugħ fl-ajru u tbaxxija;
skema tal-istrumenti;
dawra f'daqqa;
radjunavigazzjoni;
irkupru minn attitudnijiet mhux normali;
panew limitat;
rikonoxximent u rkupru mill-bidu ta’ waqfiet għal waqfiet għalkollox;
(b) 

Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali:

(i) 

proċeduri ta’ qabel titjira għal titjiriet tal-IFR, inkluż l-użu tal-manwal tat-titjir u d-dokumenti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa fit-tħejjija ta’ pjan ta’ titjira tal-IFR;

(ii) 

proċeduri u manuvri għal operazzjoni tal-IFR taħt kundizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza li jkopru mill-inqas:

— 
it-tranżizzjoni minn titjira b'viżiv għal titjira bl-istrumenti mat-tlugħ,
— 
tluq u wasla bl-istrumenti standard,
— 
proċeduri IFR waqt ir-rotta,
— 
proċeduri ta’ stennija fir-rotta,
— 
avviċinamenti bl-istrumenti għal-livelli minimi speċifikati,
— 
proċeduri ta’ telf ta’ avviċinament,
— 
inżul minn avviċinamenti bl-istrumenti, inkluż tidwir forma ta’ ċirku;
(iii) 

manuvri ta’ waqt it-titjira u karatteristiċi partikolari tat-titjira;

(iv) 

jekk meħtieġ, operazzjoni ta’ ajruplan b'aktar minn magna waħda fl-eżerċizzji ta’ hawn fuq, inkluża operazzjoni tal-ajruplan biss b'referenza għall-istrumenti b'magna waħda simulata bħala mhux operattiva u tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (l-eżerċizzju tal-aħħar għandu jsir f'altitudni bla periklu sakemm ma jsirx f'FFS jew f'FNPT II).

▼M3

A.2.    IR(A) — Kors ta' taħriġ fit-tajran modulari bbażat fuq il-kompetenza

ĠENERALI

▼M4

1. L-għan tal-kors ta' taħriġ modulari fit-tajran ibbażat fuq il-kompetenzi huwa li jħarreġ id-detenturi ta' PPL jew ta' CPL għall-kwalifika tal-istrumenti, filwaqt li jqis l-istruzzjoni jew l-esperjenza fit-titjir bl-istrumenti preċedenti. Huwa mfassal biex jipprovdi l-livell ta' profiċjenza meħtieġa biex jitħaddmu l-ajruplani taħt IFR u f'IMC. Il-kors għandu jittieħed f'ATO jew ikun jikkonsisti minn kombinazzjoni ta' struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) li jkollhom il-privileġġ li jagħtu taħriġ għall-IR u struzzjoni fit-titjir fi ħdan ATO.

▼M3

2. Applikant għal tali IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandu jkun id-detentur ta' PPL(A) jew CPL(A).

3. Il-kors ta' struzzjoni teoriku għandu jiġi kkompletat fi żmien 18-il xahar. L-istruzzjoni tat-titjir bl-istrumenti u t-test tal-ħiliet għandhom jitlestew fil-perjodu ta' validità li jkun hemm miktub fuq il-karta tar-riżultati tal-eżami li tgħid li l-kandidat ikun kiseb il-punti minimi meħtieġa fl-eżami tal-għarfien teoriku.

4. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

struzzjoni fl-għarfien teoriku għal-livell ta' għarfien tal-IR(A);

(b) 

struzzjoni tat-titjir bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

5. Kors tal-IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandu jinkludi mill-anqas 80 siegħa ta' struzzjoni fl-għarfien teoriku. Il-kors ta' għarfien teoriku jista' jinkludi taħriġ ibbażat fuq il-kompjuters u elementi ta' taħriġ elettroniku. Għandu jingħata ammont minimu ta' tagħlim fil-klassi kif meħtieġ minn ORA.ATO.305.

TAĦRIĠ FIT-TAJRAN

6. Il-metodu tal-kisba ta' IR(A) meta wieħed isegwi dan il-kors modulari huwa bbażat fuq il-kompetenzi. Madankollu, l-applikant għandu jlesti r-rekwiżiti minimi ta' hawn taħt. Jaf ikun meħtieġ taħriġ addizzjonali biex jintlaħqu l-kompetenzi meħtieġa.

(a) 

Kors IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi dwar inġenji tal-ajru b'magna waħda għandu jinkludi mill-anqas 40 siegħa ta' ħin ta' tagħlim bl-istrumenti, li 10 sigħat minnhom jistgħu jkunu ħin fuq l-art ta' tagħlim bl-istrumenti f'FNPT I, jew sa 25 siegħa f'FFS jew FNPT II. Massimu ta' ħames sigħat ta' ħin fuq l-art bl-istrumenti FFS jew FNPT II jistgħu jitwettqu f'FNPT I.

(i) 

Meta l-applikant:

(A) 

ikun temm struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) li jkollu l-privileġġi biex jipprovdi taħriġ għall-IR; jew

▼M4

(B) 

esperjenza preċedenti ta' ħin ta' titjira bi strument bħala PIC fuq l-ajruplani, skont klassifika li tipprovdi l-privileġġi li jtir taħt l-IFR u fl-IMC.

▼M3

dawn is-sigħat jistgħu jkunu kkreditati mal-40 siegħa imsemmija hawn fuq għal massimu ta' 30 siegħa,

(ii) 

Meta l-applikant ikollu ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti preċedenti, ħlief dak speċifikat f'(a)(i), dawn is-sigħat jistgħu jiġu kkreditati mal-40 siegħa meħtieġa sa massimu ta' 15-il siegħa.

(iii) 

Fi kwalunkwe każ, it-taħriġ fit-tajran għandu jinkludi mill-anqas 10 sigħat ta' ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti f'ajruplan f'ATO.

(iv) 

L-ammont totali ta' struzzjoni bi strumenti doppji ma għandhux ikun anqas minn 25 siegħa.

(b) 

Kors IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi f'ajruplani b'iktar minn magna waħda għandu jinkludi mill-anqas 45 siegħa ta' ħin ta' tagħlim bl-istrumenti, li 10 sigħat minnhom jistgħu jkunu ħin fuq l-art bl-istrumenti f'FNPT I, jew sa 30 siegħa f'FFS jew FNPT II. Massimu ta' ħames sigħat ta' ħin fuq l-art bl-istrumenti FFS jew FNPT II jistgħu jitwettqu f'FNPT I.

(i) 

Meta l-applikant ikollu:

(A) 

ikun temm struzzjoni fit-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) li jkollu l-privileġġi biex jipprovdi taħriġ għall-IR; jew

▼M4

(B) 

esperjenza preċedenti ta' ħin ta' titjira bi strument bħala PIC fuq l-ajruplani, skont klassifika li tipprovdi l-privileġġi li jtir taħt l-IFR u fl-IMC.

▼M3

dawn is-sigħat jistgħu jkunu kkreditati mal-45 siegħa imsemmija hawn fuq għal massimu ta' 35 siegħa.

(ii) 

Meta l-applikant ikollu ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti, ħlief dak speċifikat f'(a)(i) hawn fuq, dawn is-sigħat jistgħu jiġu kkreditati mal-45 siegħa meħtieġa sa massimu ta' 15-il siegħa

(iii) 

Fi kwalunkwe każ, it-taħriġ fit-tajran għandu jinkludi mill-anqas 10 sigħat ta' ħin ta' titjir ta' tagħlim bl-istrumenti f'ajruplan b'iktar minn magna waħda f'ATO.

(iv) 

L-ammont totali ta' struzzjoni bl-istrumenti doppji ma għandux ikun anqas minn 25 siegħa, li mill-anqas 15-il siegħa għandhom jitwettqu f'ajruplan b'iktar minn magna waħda.

(c) 

Biex jiġi stabbilit l-ammont ta' sigħat ikkreditati u biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet ta' taħriġ, l-applikant għandu jwettaq valutazzjoni ta' qabel id-dħul f'ATO.

(d) 

It-tlestija tal-istruzzjoni għat-titjir bl-istrumenti mogħtija minn IRI(A) jew FI(A) skont (a)(i) jew (b)(i) għandha tiġi ddokumentata f'rekord ta' taħriġ speċifiku u ffirmata mill-istruttur.

7. L-istruzzjoni fit-titjir għall-IR(A) modulari bbażat fuq il-kompetenzi għandha tinkludi:

(a) 

il-proċeduri u l-manuvri għal titjir bażiku bl-istrumenti li mill-anqas ikopru:

(i) 

titjir bażiku bl-istrumenti mingħajr għajnuniet viżwali esterni;

(ii) 

titjira orizzonatli;

(iii) 

tlugħ;

(iv) 

nżul;

(v) 

dawriet fit-titjir f'livell, tlugħ u nżul;

(vi) 

skema tal-istrumenti;

(vii) 

dawriet f'daqqa;

(viii) 

navigazzjoni tar-radju;

(ix) 

irkupru minn attitudnijiet mhux normali;

(x) 

panell limitat; u

(xi) 

għarfien u rkupru minn waqfien inċipjenti u sħiħ;

(b) 

proċeduri ta' qabel it-titjir għal titjiriet IFR, inkluż l-użu ta' manwal tat-titjir u dokumenti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa għat-tħejjija ta' pjan ta' titjir IFR;

(c) 

proċeduri u manuvri għal operazzjoni tal-IFR taħt kundizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza li jkopru mill-inqas:

(i) 

tranżizzjoni minn titjira viżwali għal waħda bl-istrumenti matul it-tlugħ;

(ii) 

tluq u wasliet bl-istrumenti standard;

(iii) 

proċeduri IFR waqt ir-rotta;

(iv) 

proċeduri ta' stennija;

(v) 

avviċinament bl-istrumenti sa valur minimu speċifikat;

(vi) 

proċeduri ta' approċċ mitlufa; u

(vii) 

inżul minn avviċinamenti bl-istrumenti, inkluż tidwir forma ta’ ċirku;

(d) 

manuvri ta’ waqt it-titjira u karatteristiċi partikolari tat-titjira;

(e) 

jekk ikun meħtieġ, tħaddim ta' ajruplan b'iktar minn magna waħda fl-eżerċizzji ta' hawn fuq, inkluż:

(i) 

tħaddim tal-ajruplan unikament b'referenza għal strumenti b'magna waħda simulata bħala inoperattiva;

(ii) 

tifi tal-magna u startjar mill-ġdid (li għandu jitwettaq f'altitudni sikura sakemm ma jintwettaq f'FFS jew FNPT II).

8. L-applikanti għall-IR(A) modulari bbażata fuq il-kompetenzi, li jkollhom PPL jew CPL tal-Parti-FCL u IR(A) valida maħruġa skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago minn pajjiż terz, jistgħu jiġu kkreditati b'mod sħiħ mar-rekwiżiti tal-kors ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu (4). Sabiex tinħareġ l-IR(A), l-applikant għandu:

(a) 

itemm it-test tat-taħriġ għall-IR(A) skont l-Appendiċi 7;

(b) 

juri lill-eżaminatur matul it-test tal-ħila li huwa/hija kiseb il-livell adegwat ta' għarfien teoretiku tal-liġi tal-ajru, il-meteoroloġija u l-ippjanar u l-prestazzjoni tat-titjir (IR);u

(c) 

ikollu esperjenza minima ta' mill-anqas 50 sena ta' ħin ta' titjir taħt IFR bħala PIC fuq l-ajruplani.

VALUTAZZJONI TA' QABEL ID-DĦUL

9. Il-kontenut u d-dewmien tal-valutazzjoni ta' qabel id-dħul għandhom jiġu stabbiliti mill-ATO abbażi tal-esperjenza bl-istrumenti preċedenti tal-applikant.

INĠENJI TAL-AJRU B'IKTAR MINN MAGNA WAĦDA

10. Id-detentur ta' IR(A) ta' magna waħda li jkollu wkoll kwalifika tat-tip u tal-klassi b'iktar minn magna waħda li jkun jixtieq jikseb IR(A) b'iktar minn magna waħda għall-ewwel darba għandu jtemm kors f'ATO li jinkludi mill-anqas ħames sigħat ta' ħin ta' tagħlim bl-istrumenti f'ajruplani b'iktar minn magna waħda, li tliet sigħat minnhom jistgħu jkunu f'FFS jew FNPT II u għandu jgħaddi minn test tal-ħiliet.

▼B

B.    IR(H) — Kors modulari ta’ taħriġ fit-titjir

1. L-għan tal-kors modulari ta’ IR(H) ta’ taħriġ għat-titjir huwa li jħarreġ lill-bdoti sal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex joperaw il-ħelikopters taħt IFR u f'IMC.

▼M3

2. Applikant għal kors modulari tal-IR(H) għandu jkun id-detentur ta’ PPL(H) jew CPL(H) jew ATPL(H). Qabel jibda l-fażi ta’ struzzjoni tal-inġenju tal-ajru tal-kors tal-IR(H), l-applikant għandu jkun id-detentur tal-kwalifika tat-tip ta’ ħelikopter użat għat-test tal-ħiliet tal-IR(H), jew lesta t-taħriġ ta’ kwalifika tat-tip approvat fuq dak it-tip. L-applikant għandu jkollu ċertifikat ta’ tlestija sodisfaċenti tal-MCC jekk it-test tal-ħiliet għandu jsir f’kundizzjonijiet b’Aktar minn Bdot Wieħed.

▼B

3. Applikant li jixtieq jagħmel kors modulari tal-IR(H) għandu jkun meħtieġ jikkompleta l-istadji ta’ tagħlim kollha f'kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu u approvat.

4. Il-kors tat-tagħlim teoriku għandu jiġi kkompletat fi żmien 18-il xahar. It-tagħlim fittitjira u t-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien il-perjodu ta’ validità tas-suffiċjenza fl-eżamijiet teoretiċi.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku għal-livell ta’ għarfien tal-IR;

(b) 

tagħlim tat-titjir bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors modulari tal-IR(H) approvat għandu jinkludi mill-inqas 150 siegħa ta’ tagħlim.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

7. Kors tal-IR(H) b'magna waħda għandu jinkludi mill-inqas 50 siegħa ta’ tagħlim bl-istrumenti, li minnhom:

(a) 

sa 20 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I (H) jew (A). Dawn l-20 siegħa ta’ tagħlim f'FNPT I (H) jew (A) jistgħu jiġu ssostitwiti minn tagħlim ta’ 20 siegħa għal IR(H) f'ajruplan, approvat għal dan il-kors, jew

(b) 

sa 35 siegħa jistgħu jkuun ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'ħelikopter FTD 2/3, FNPT II/III jew FFS.

It-tagħlim fit-titjir bl-istrumenti għandu jinkludi mill-inqas 10 sigħat f'ħelikopter iċċertifikat għall-IFR.

8. Kors ta’ IR(H) b'aktar minn magna waħda għandu jinkludi mill-inqas 55 siegħa tagħlim bl-istrumenti li minnhom;

(a) 

sa 20 siegħa jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I (H) jew (A). Dawn l-20 siegħa ta’ tagħlim f'FNPT I (H) jew (A) jistgħu jiġu ssostitwiti minn tagħlim ta’ 20 siegħa għal IR(H) f'ajruplan, approvat għal dan il-kors, jew

(b) 

sa 40 siegħa jistgħu jkuun ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'ħelikopter FTD 2/3, FNPT II/III jew FFS.

It-tagħlim fit-titjir bl-istrumenti għandu jinkludi mill-inqas 10 sigħat f'ħelikopter b'aktar minn magna waħda ċċertifikat IFR.

9.1. Id-detenturi ta’ ATPL(H) għandu jkollhom is-sigħat ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku mnaqqsa b'50 siegħa.

▼M3

9.2. Id-detentur ta’ IR(A) jista’ jkollu l-ammont ta’ taħriġ meħtieġ imnaqqas b’10 sigħat.

▼M3

9.3. Id-detentur ta’ PPL (H) bi kwalifika ta’ billejl b'ħelikopter jew ta' CPL (H) jista’ jkollu l-ammont totali tal-ħin ta' tagħlim bl-istrumenti meħtieġa imnaqqas b’ħames sigħat.

▼B

10. L-eżerċizzji tat-titjir sat-test tal-ħiliet tal-IR(H) għandhom jinkludu:

(a) 

proċeduri ta’ qabel titjira għal titjiriet tal-IFR, inkluż l-użu tal-manwal tat-titjir u d-dokumenti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa fit-tħejjija ta’ pjan ta’ titjira tal-IFR;

(b) 

proċeduri u manuvri għal operazzjoni tal-IFR taħt kundizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza li jkopru mill-inqas:

it-tranżizzjoni minn titjira viżiva għal titjira bl-istrumenti mat-tlugħ,
tluq u wasla bl-istrumenti standard,
proċeduri IFR waqt ir-rotta,
proċeduri ta’ stennija fir-rotta,
avviċinamenti bl-istrumenti għal-livelli minimi speċifikati,
proċeduri ta’ telf ta’ avviċinament,
inżul minn avviċinamenti bl-istrumenti, inkluż tidwir forma ta’ ċirku;
(c) 

manuvri ta’ waqt it-titjira u karatteristiċi partikolari tat-titjira;

(d) 

jekk meħtieġ, operazzjoni ta’ ajruplan b'aktar minn magna waħda fl-eżerċizzji ta’ hawn fuq, inkluża operazzjoni tal-ajruplan biss b'referenza għall-istrumenti b'magna waħda simulata bħala mhux operattiva u tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (l-eżerċizzju tal-aħħar għandu jsir f'FFS jew FNPT II jew FTD 2/3).

C.    IR(As) — Kors modulari ta’ taħriġ fit-titjir

ĠENERALI

1. L-għan ta’ dan il-kors modulari ta’ taħriġ fit-titjir tal-IR(As) huwa li jħarreġ lill-bdoti għal-livell ta’ profiċjenza meħtieġ biex joperaw l-airships taħt IFR u f'IMC. Il-kors jikkonsisti f'żewġ moduli, li jistgħu jsiru separatament jew flimkien:

(a) 

Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi

Dan huwa magħmul minn 10 sigħat tagħlim bl-istrumenti, li sa 5 sigħat minnhom jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'BITD, FNPT I jew II, jew FFS. Malli jitlesta l-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi, il-kandidat jinħariġlu Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors.

(b) 

Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali

Dan jinkludi l-bqija tas-sillabu tat-taħriġ għall-IR(As), 25 siegħa ta’ tagħlim bl-istrumenti, u l-kors ta’ għarfien teoriku għall-IR(As).

2. Applikant għal kors modulari tal-IR(As) għandu jkun id-detentur ta’ PPL(As) inklużi l-privileġġi li jtir billejl jew CPL(As). Applikant għal Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, li m'għandux CPL(As), għandu jkun detentur ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi.

3. Applikant li jixtieq jagħmel il-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali ta’ kors modulari tal-IR(As) hu meħtieġ li jlesti l-istadji tat-tagħlim kollha f'kors ta’ taħriġ wieħed kontinwu u approvat. Qabel jibda l-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali, l-ATO għandha tiżgura l-kompetenza tal-applikant fil-ħiliet fl-istrumenti bażiċi waqt it-titjir. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jingħata kif meħtieġ.

4. Il-kors tat-tagħlim teoriku għandu jiġi kkompletat fi żmien 18-il xahar. Il-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali u t-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien il-perjodu ta’ validità tal-punti minimi meħtieġa fl-eżamijiet teoretiċi.

5. Il-kors għandu jinkludi:

(a) 

tagħlim fl-għarfien teoriku għal-livell ta’ għarfien tal-IR;

(b) 

tagħlim tat-titjir bl-istrumenti.

GĦARFIEN TEORIKU

6. Kors modulari tal-IR(As) approvat għandu jinkludi mill-inqas 150 siegħa ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku.

TAĦRIĠ FIT-TITJIR

7. Kors tal-IR(As) għandu jinkludi mill-inqas 35 siegħa ta’ tagħlim bl-istrumenti li sa 15-il siegħa minnhom jistgħu jkunu ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art f'FNPT I, jew sa 20 siegħa f'FFS jew f'FNPT II. Jista' jsir massimu ta’ 5 sigħat ta’ ħin ta’ titjir bl-istrumenti fuq l-art ta’ FNPT I.

8. Id-detentur ta’ CPL(As) jew ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tal-Kors għall-Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi jista' jkollu l-ammont totali ta’ taħriġ meħtieġ fil-paragrafu 7 imnaqqas b'10 sigħat. It-taħriġ totali fit-titjir bl-istrumenti fl-airship għandu jaqbel mal-paragrafu 7.

9. Jekk l-applikant huwa detentur ta’ IR ta’ kategorija oħra ta’ inġenji tal-ajru, il-ħin totali meħtieġ ta’ taħriġ fit-titjir jista' jitnaqqas sa 10 sigħat fuq airships.

10. L-eżerċizzji tat-titjir sat-test tal-ħiliet tal-IR(As) għandhom jinkludu:

(a) 

Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Bażiċi:

Proċedura u manuvra għal titjira bl-istrumenti bażiċi li jkopru mill-inqas:

titjira bl-istrumenti bażiċi mingħajr għajnuniet viżivi esterni:
— 
titjira orizzontali,
— 
tlugħ fl-ajru,
— 
tbaxxija,
— 
dawriet f'titjira fuq livell wieħed, tlugħ fl-ajru u tbaxxija;
skema tal-istrumenti;
radjunavigazzjoni;
irkupru minn attitudnijiet mhux normali;
panew limitat;
(b) 

Modulu tat-Titjir bl-Istrumenti Proċedurali:

(i) 

proċeduri ta’ qabel titjira għal titjiriet tal-IFR, inkluż l-użu tal-manwal tat-titjir u d-dokumenti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru xierqa fit-tħejjija ta’ pjan ta’ titjira tal-IFR;

(ii) 

proċeduri u manuvri għal operazzjoni tal-IFR taħt kundizzjonijiet normali, anormali u ta’ emerġenza li jkopru mill-inqas:

— 
it-tranżizzjoni minn titjira b'viżiv għal titjira bl-istrumenti mat-tlugħ,
— 
tluq u wasla bl-istrumenti standard,
— 
proċeduri IFR waqt ir-rotta,
— 
proċeduri ta’ stennija fir-rotta,
— 
avviċinamenti bl-istrumenti għal-livelli minimi speċifikati,
— 
proċeduri ta’ telf ta’ avviċinament,
— 
inżul minn avviċinamenti bl-istrumenti, inkluż tidwir forma ta’ ċirku;
(iii) 

manuvri ta’ waqt it-titjira u karatteristiċi partikolari tat-titjira;

(iv) 

operazzjoni ta’ airship fl-eżerċizzji ta’ hawn fuq, inkluża operazzjoni tal-airship biss b'referenza għall-istrumenti b'magna waħda simulata bħala mhux operattiva u tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (l-eżerċizzju tal-aħħar għandu jsir f'altitudni bla periklu sakemm ma jsirx f'FFS jew f'FNPT II).




Appendiċi 7

Test tal-ħiliet tal-IR

▼M5

1. Applikant għal IR għandu jkun ingħata tagħlim dwar l-istess klassi jew tip ta' inġenju tal-ajru li jintuża fit-test li għandu jkun mgħammar kif jixraq għall-għanijiet tat-taħriġ u tal-ittestjar.

▼B

2. Applikant għandu jgħaddi mit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet. Jekk ma jgħaddix minn xi punt fit-taqsima, allura ma jgħaddix mit-taqsima kollha. Jekk jeħel minn aktar minn taqsima waħda, l-applikant ikollu jerġa' jagħmel it-test kollu kemm hu. Applikant li jeħel minn taqsima waħda biss għandu jerġa' jagħmel dik it-taqsima biss. Jekk jeħel minn xi taqsima meta jerġa' jagħmel it-test, inklużi dawk it-taqsimiet li jkun għadda minnhom fit-test preċedenti, l-applikant ikollu jerġa' jagħmel it-test kollu. It-taqsimiet rilevanti kollha tat-test tal-ħiliet għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. Jekk ma jirnexxilux jikseb il-punti minimi meħtieġa fit-taqsimiet rilevanti kollha tat-test f'żewġ tentattivi, l-applikant ikollu jingħata aktar taħriġ.

3. Jista' jkun meħtieġ aktar taħriġ meta applikant jeħel mit-test tal-ħiliet. Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ testijiet tal-ħiliet li jistgħu jsiru.

TWETTIQ TAT-TEST

4. It-test huwa maħsub biex jissimula titjira fil-prattika. Ir-rotta li għandha tiġi segwita fl-ajru għandha tintgħażel mill-eżaminatur. Element essenzjali huwa l-kapaċità tal-applikant li jippjana u jwettaq it-titjira minn materjal ta’ briefing ta’ rutina. L-applikant għandu jippjana t-titjira u għandu jiżgura li t-tagħmir u d-dokumentazzjoni kollha għat-twettiq tat-titjira jkunu abbord. It-titjira għandha ddum mill-inqas siegħa.

5. Jekk l-applikant jagħżel li jtemm test tal-ħiliet għal raġunijiet meqjusin inadegwati mill-eżaminatur, l-applikant għandu jerġa' jwettaq it-test tal-ħiliet kollu. Jekk it-test jintemm għal raġunijiet meqjusin adegwati mill-eżaminatur, dawk it-taqsimiet biss li ma jkunux intemmu għandhom jiġu ttestjati f'titjira oħra.

6. Għad-diskrezzjoni tal-eżaminatur, kull manuvra jew proċedura tat-test tista' tiġi ripetuta darba mill-applikant. L-eżaminatur jista' jwaqqaf it-test fi kwalunkwe stadju jekk iqis li l-wirja tal-applikant tal-ħiliet tat-titjir teħtieġ test sħiħ mill-ġdid.

7. Applikant għandu jtajjar inġenju tal-ajru minn pożizzjoni fejn il-funzjonijiet ta’ PIC jistgħu jitwettqu u għandu jagħmel it-test daqslikieku m'hemmx membru tal-ekwipaġġ ieħor. L-eżaminatur m'għandux jipparteċipa fit-tħaddim tal-inġenju tal-ajru, għajr meta jkun meħtieġ intervent fl-interess tas-sigurtà jew biex jiġi evitat dewmien mhux aċċettabbli għal traffiku ieħor. Ir-responsabbiltà għat-titjira għandha tiġi allokata skont ir-regolamenti nazzjonali.

8. L-altitudnijiet deċiżjonali, għoli/altitudni ta’ tbaxxija minimi u dwar avviċinamenti mingħajr suċċess għandhom jiġu stabbiliti mill-applikant bi qbil mill-eżaminatur.

9. Applikant għal IR għandu jindika lill-eżaminatur il-kontrolli u d-dmirijiet imwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom isiru f'konformità mal-lista ta’ kontroll awtorizzata għall-inġenju tal-ajru li fih qed isir it-test. Matul it-tħejjija ta’ qabel it-titjira għat-test, l-applikant huwa meħtieġ li jistabbilixxi l-issettjar tal-qawwa u l-veloċitajiet. Id-dejta tal-prestazzjoni għat-tlugħ, l-avviċinament u l-nżul għandha tiġi kkalkolata mill-applikant skont il-manwal tal-operazzjonijiet jew skont il-manwal tat-titjira għall-inġenju tal-ajru użat.

TOLLERANZI MATUL IT-TEST TAT-TITJIR

10. L-applikant għandu juri l-kapaċità li:

jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;
jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;
jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;
japplika għarfien ajrunawtiku;
jżomm kontroll tal-inġenju tal-ajru f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta’ proċedura jew manuvra qatt ma jiġi ddubitat serjament.

▼M5

11. Għandhom japplikaw il-limiti li ġejjin u dawn ġew ikkoreġuti biex jagħmlu tajjeb għal kundizzjonijiet turbulenti u għall-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru użat:



Għoli

Ġeneralment

± 100 pied

Bidu ta’ tidwira f’altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 piedi

Għoli/MAP/altitudni minima ta’ tbaxxija

+ 50 pied/– 0 piedi

Traċċar

Għajnuniet bir-radju

± 5°

Għal devjazzjonijiet angolari

diflessjoni ta’ nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS).

Devjazzjonijiet laterali “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV)

Id-devjazzjoni/l-iżball/perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

image

il-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta’ 1 darba l-valur RNP huma permissibbli.

Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu baroVNAV)

mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied ‘il fuq mill-profil vertikali f’1 000 pied ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

Heading

il-magni kollha joperaw

± 5°

bi ħsara simulata fil-magna

± 10°

Veloċità

il-magni kollha joperaw

± 5 mili nawtiċi

bi ħsara simulata fil-magna

10 mili nawtiċi/5 mili nawtiċi

KONTENUT TAT-TEST

▼M11



Ajruplani

TAQSIMA 1 — OPERAZZJONIJIET TA’ QABEL IT-TITJIRA U TLUQ

Użu tal-lista ta’ kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta’ kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

a

Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru, massa u bilanċ

b

Użu ta’ dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

c

Tħejjija ta’ pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

d

Identifikazzjoni ta’ sistemi ta’ navigazzjoni meħtieġa għat-tluq, għall-wasla u għall-proċeduri tal-avviċinament

e

Spezzjoni ta’ qabel it-titjira

f

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

g

Taxiing

h

Tluq PBN (jekk applikabbli):

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tat-tluq.

i

Tgħarrif ta’ qabel it-tlugħ mill-art, Tlugħ mill-art

()

Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

()

Proċeduri ta’ tluq bl-istrumenti, inkluż t-tluq PBN, u l-issettjar tal-altimetru

()

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 — IMMANIĠĠJAR ĠENERALI ()

a

Kontroll tal-ajruplan b’referenza biss għall-istrumenti, inkluż il-livell tat-titjira f’diversi veloċitajiet, trim

b

Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b’dawra sostnuta ta’ Rata 1

c

Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta’ 45° u dawriet f’daqqa waqt it-tbaxxija

(*1)

Irkupru minn avviċinament għal waqfien tal-magna f’titjira fi pjan, dawriet ta’ tlugħ fl-ajru/tbaxxija u f’konfigurazzjoni ta’ nżul

e

Panew limitat: tlugħ fl-ajru jew tbaxxija stabbilizzati, dawriet f’livell b’Rata 1 fuq headings partikolari, irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu

TAQSIMA 3 — PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA ()

a

Traċċar, inkluża l-interċettazzjoni, eż. NDB, VOR, traċċar bejn waypoints

b

Użu ta’ sistema tan-navigazzjoni u għajnuniet bir-radju

c

Titjira fi pjan, kontroll ta’ heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa, teknika ta’ trim

d

Issettjar tal-altimetru

e

Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs (żamma waqt ir-rotta, jekk meħtieġ)

f

Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

g

Proċeduri ta’ protezzjoni mis-silġ, simulati jekk meħtieġ

h

Kollegament mal-ATC - konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3a — PROĊEDURI TAL-WASLA

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni u identifikazzjoni tal-faċilitajiet, jekk applikabbli

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Altitudni u limitazzjonijiet tal-veloċità, jekk applikabbli

d

Wasla PBN (jekk applikabbli):

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u— Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-wasla.

TAQSIMA 4 () — Operazzjonijiet 3D ()

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Ikkontrolla l-angolu tat-Trajettorja Vertikali

Għall-RNP APCH:

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

()

Proċedura ta’ żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat)

()

Azzjoni ta’ tidwir

()

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

i

Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 5 () — OPERAZZJONIJIET 2D ()

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Għall-RNP APCH:

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; u — Wettaq kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta’ tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

()

Proċedura ta’ żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni/Distanza sal-MAPT, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat), Step Down Fixes (SDF(s)), jekk applikabbli

()

Azzjoni ta’ tidwir

()

Proċedura ta’ avviċinament bla suċċess/inżul

i

Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 6 — TITJIRA B’MAGNA WAĦDA MA TAĦDIMX (ajruplani b’aktar minn magna waħda biss) ()

a

Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew fit-tidwir

b

Avviċinament, tidwir u avviċinament bla suċċess proċedurali b’magna waħda ma taħdimx

c

Avviċinament u nżul b’magna waħda ma taħdimx

d

Kollegament mal-ATC – konformità, proċeduri R/T

(1)   

Għandha titwettaq b’referenza għall-istrumenti biss.

(*1)   

Tista’ titwettaq f’FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.

(2)   

Tista’ titwettaq fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5.

►M12  (3)   

Biex jiġu stabbiliti l-privileġġi ta’ PBN, avviċinament wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

 ◄

▼M5



Ħelikopters

TAQSIMA 1 — TLUQ

Użu tal-lista ta' kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta' kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

a

Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru; massa u bilanċ

b

Użu ta' dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

c

Tħejjija ta' pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

d

Identifikazzjoni ta' sistemi ta' navigazzjoni meħtieġa għat-tluq, għall-wasla u għall-proċeduri tal-avviċinament

e

Spezzjoni ta' qabel it-titjira

f

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

g

Taxiing/Taxi fl-ajru f'konformità mal-ATC jew struzzjonijiet tal-għalliem

h

Tluq PBN (jekk applikabbli):

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

— Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tat-tluq.

i

Tgħarrif, proċeduri u kontrolli ta' qabel it-tlugħ mill-art

j

Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

k

Proċeduri ta' tluq bl-istrumenti, inklużi proċeduri tal-PBN

TAQSIMA 2 — IMMANIĠĠJAR ĠENERALI

a

Kontroll tal-ħelikopter b'referenza biss għall-istrumenti, inkluż:

b

Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b'dawra sostnuta ta' Rata 1

c

Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta' 30° u dawriet f'daqqa waqt it-tbaxxija

TAQSIMA 3 — PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA

a

Traċċar, inkluża l-interċettazzjoni, pereżempju NDB, VOR, RNAV

b

Użu ta' għajnuniet bir-radju

c

Titjira fi pjan, kontroll ta' heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa

d

Issettjar tal-altimetru

e

Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs

f

Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

g

Proċeduri ta' protezzjoni mis-silġ, simulati jekk ikun meħtieġ u applikabbli

h

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3a — PROĊEDURI TAL-WASLA

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, jekk applikabbli

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Altitudni u limitazzjonijiet tal-veloċità, jekk applikabbli

d

Wasla PBN (jekk applikabbli)

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

— Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-wasla.

TAQSIMA 4 — OPERAZZJONIJIET 3D ()

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Iċċekkja l-angolu tat-Trajettorja Veritkali għal RNP APCH:

(a)  Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

(b)  Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul

(*1)

Proċedura ta' żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni, veloċità, kontroll tar-rotta (approċċ stabilizzat)

(*1)

Azzjoni ta' tidwir

(*1)

Proċedura ta' avviċinament bla suċċess/inżul

i

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 5 — OPERAZZJONIJIET 2D ()

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Għall-RNP APCH:

— Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

— Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul u l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

(*1)

Proċedura ta' żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni, veloċità, kontroll tar-rotta (approċċ stabilizzat)

(*1)

Azzjoni ta' tidwir

(*1)

Proċedura ta' approċċ bla suċċess (*1)/inżul

i

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 6 — PROĊEDURI ANORMALI U TA' EMERĠENZA

Din it-taqsima tista' tiġi kkombinata mat-taqsimiet 1 sa 5. It-test għandu jqis il-kontroll tal-ħelikopter, l-identifikazzjoni tal-magna bil-ħsara, azzjonijiet immedjati (touch drills), azzjonijiet ta' segwitu u kontrolli u preċiżjoni tat-titjira fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

a

Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew mal-avviċinament/waqt l-avviċinament (*2) (f'altitudni sikura sakemm ma ssirx f'FFS jew f'FNPT II/III, FTD 2,3)

b

Ħsara fl-apparat ta' żieda fl-istabbiltà/sistema idrawlika (jekk applikabbli)

c

Panew limitat

d

Awtorotazzjoni u rkupru għal altitudni stabbilita minn qabel

e

Operazzjonijiet 3D manwali mingħajr direttur tat-titjira (*3)

Operazzjonijiet 3D b'direttur tat-titjira (*3)

►M12  (1)   

Biex jiġu stabbiliti l-privileġġi ta’ PBN, avviċinament wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

 ◄
(*1)   

Għandhom jitwettqu fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5.

(*2)   

Ħelikopter b'aktar minn magna waħda biss.

(*3)   

Jiġi ttestjat punt wieħed biss.

▼M11




Appedniċi 8

Ikkreditar trasversali tal-parti IR ta’ klassi jew kontroll tal-profiċjenza tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip

A.   Ajruplani

Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detentur ikunu qed jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu l-privileġġi tal-IR għal ajruplani b’magna waħda u għal ajruplani bi bdot wieħed u b’aktar minn magna waħda, kif xieraq.



Jekk isir test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza inkluża IR, u d-detenturi jkollhom klassifikazzjoni valida minn dawn li ġejjin:

Il-kreditu huwa validu fir-rigward tal-parti IR fil-kontroll tal-profiċjenza għal:

Klassifikazzjoni tat-tip MP;

Klassifikazzjoni tat-tip ta’ ajruplan kumpless ta’ prestazzjoni għolja bi bdot wieħed

Klassifikazzjoni tal-klassi SE (*1), u

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*1), u

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, krediti biss għat-Taqsima 3B tal-kontroll tal-profiċjenza fl-Appendiċi 9(B.5)

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip tal-ajruplani SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, imħaddma bħala bdot wieħed

Klassifikazzjoni tal-klassi SE, u

Klassifikazzjoni tat-tip SE, u

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplani SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja, ristretti għal operazzjonijiet MP

Klassifikazzjoni tal-klassi SE (*1), u

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*1), u

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip SP ME għajr għal klassifikazzjonijiet tat-tip ta’ ajruplani kumplessi ta’ prestazzjoni għolja (*1).

Klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip ta’ ajruplani SP SE

Klassifikazzjoni tal-klassi SE, u

Klassifikazzjoni tat-tip SE

(*1)   

Dment li matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikanti jkunu taru mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bil-privileġġi PBN, fosthom mill-inqas avviċinament wieħed RNP APCH fuq ajruplan ta’ klassi jew tip SP f’operazzjonijiet ta’ bdot wieħed, jew, għal ajruplani b’aktar minn magna waħda, għajr ajruplani kumplessi HP, l-applikanti jkunu għaddew mit-Taqsima 6 tat-test tal-ħiliet għal ajruplani SP, għajr dawk kumplessi HP li jittajru biss b’referenza għall-istrumenti f’operazzjoni ta’ bdot wieħed.

B.   Ħelikopters

Il-krediti għandhom jingħataw biss jekk id-detenturi jkunu qed jivvalidaw il-privileġġi tal-IR mill-ġdid għal ħelikopters b’magna waħda u ħelikopters b’aktar minn magna waħda u bi bdot wieħed, kif xieraq.



Jekk isir test tal-ħiliet jew kontroll tal-kompetenza, inkluża IR u d-detenturi jkollhom klassifikazzjoni

valida minn dawn li ġejjin:

Il-kreditu huwa validu fir-rigward tal-parti IR

f’kontroll tal-profiċjenza għal:

Klassifikazzjoni tat-tip ta’ ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed (MPH)

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*1); u

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*1)

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME, imħaddma bħala bdot waħdieni

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*1); u

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*1).

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME, ristretti għal tħaddim b’aktar minn bdot wieħed

Klassifikazzjoni tat-tip SE (*1); u

Klassifikazzjoni tat-tip SP ME (*1)

Klassifikazzjoni tat-tip SE, imħaddma bħala bdot waħdieni

Klassifikazzjoni tat-tip SP SE, imħaddma bħala bdot waħdieni

(*1)   

Dment li matul it-12-il xahar preċedenti, ikunu twettqu mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bl-eżerċizzju tal-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH (jista’ jkun avviċinament Point in Space (PinS)) fuq ħelikopter tat-tip SP f’operazzjoni SP.

▼M8




Appendiċi 9

Taħriġ, test tal-aptitudni u kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi MPL, ATPL, u kontroll tal-profiċjenza għal IRs

A.    Elementi ġenerali

1.

L-applikanti għal test tal-aptitudni għandhom ikunu ngħataw tagħlim fuq l-istess klassi jew tip ta' inġenju tal-ajru li għandu jintuża fit-test.

It-taħriġ għal klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi MPA u PL għandu jsir f'FFS, jew f'kombinament ta' FSTD(s) u FFS. It-test tal-aptitudni jew il-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet tat-tip MPA u PL u għall-ħruġ ta' ATPL u MPL għandu jsir f'FFS, jekk ikun disponibbli.

It-taħriġ, it-test tal-aptitudni jew il-kontroll tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip għal SPA u ħelikopters għandhom jitwettqu:

(a) 

f'FFS disponibbli u aċċessibbli, jew

(b) 

f'kombinament ta' FSTD(s) u l-inġenju tal-ajru, jekk ma jkunx hemm FFS disponibbli jew aċċessibbli; jew

(c) 

fl-inġenju tal-ajru, jekk ma jkunx hemm FFS disponibbli jew aċċessibbli.

Jekk jintużaw FSTDs waqt it-taħriġ, l-ittestjar jew il-kontrolli, l-adegwatezza tal-FSTDs użati għandha tiġi verifikata billi tiġi mqabbla mat-“Tabella tal-funzjonijiet u tat-testijiet suġġettivi” applikabbli u mat-“Tabella tat-testijiet ta' validazzjoni tal-FSTD” li tinsab fid-dokument ta' referenza primarja applikabbli għall-apparat użat. Għandhom jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha indikati fuq iċ-ċertifikat ta' kwalifika tal-apparat.

2.

Fil-każ li l-applikant ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha tat-test f'żewġ tentattivi, dan ikollu jieħu taħriġ ulterjuri.

3.

Ma hemm l-ebda limitu fuq in-numru ta' testijiet tal-aptitudni li jistgħu jsiru.

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

4.

Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (OSD), is-sillabu tat-tagħlim fit-titjir, it-test tal-aptitudni u l-kontroll tal-profiċjenza għandhom ikunu konformi ma' din l-Appendiċi. Is-sillabu, it-test tal-aptitudni u l-kontroll tal-profiċjenza jistgħu jitnaqqsu biex jingħata kkreditar għal esperjenza preċedenti fuq tipi simili ta' inġenji tal-ajru, kif determinat fl-OSD.

5.

Għajr fil-każ ta' testijiet tal-aptitudni għall-ħruġ ta' ATPL, meta jkun definit b'dan il-mod fl-OSD għall-inġenju tal-ajru speċifiku, jista' jingħata kreditu għal punti tat-test tal-aptitudni li huma komuni għal tipi oħrajn jew għal varjanti oħrajn meta l-pilota jkun kwalifikat.

TWETTIQ TAT-TEST/TAL-KONTROLL

6.

L-eżaminatur jista' jagħżel bejn xenarji differenti ta' testijiet tal-aptitudni jew ta' kontrolli tal-profiċjenza li jinkludu operazzjonijiet rilevanti simulati. Għandhom jintużaw simulaturi ta' titjira sħiħa u apparat ieħor tat-taħriġ, kif stabbilit f'dan l-Anness (il-Parti-FCL).

7.

Matul il-kontroll tal-profiċjenza, l-eżaminatur għandu jivverifika li d-detenturi tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip iżommu livell adgewat ta' għarfien teoretiku.

8.

Jekk l-applikanti jagħżlu li jtemmu test tal-aptitudni għal raġunijiet meqjusin bħala mhux xierqa mill-eżaminatur, l-applikanti għandhom jerġgħu jagħmlu t-test tal-aptitudni kollu. Jekk it-test jiġi terminat għal raġunijiet meqjusin xierqa mill-eżaminatur, dawk it-taqsimiet li ma jkunux ġew terminati biss għandhom jiġu ttestjati f'titjira oħra.

9.

Għad-diskrezzjoni tal-eżaminatur, kull manuvra jew proċedura tat-test tista' tiġi ripetuta darba mill-applikanti. L-eżaminatur jista' jwaqqaf it-test fi kwalunkwe stadju jekk iqis li l-ħiliet tat-titjir tal-applikant jeħtieġu li jsir test sħiħ mill-ġdid.

10.

L-applikanti għandhom ikunu meħtieġa jtajru l-inġenju tal-ajru minn pożizzjoni fejn jistgħu jitwettqu l-funzjonijiet tal-PIC jew tal-kopilota, kif rilevanti. Taħt kundizzjonijiet ta' pilota wieħed, it-test għandu jitwettaq bħallikieku ma kien hemm l-ebda membru ieħor tal-ekwipaġġ preżenti.

11.

Matul it-tħejjija ta' qabel it-titjira għat-test, l-applikanti huma meħtieġa jistabbilixxu l-parametri tal-potenza u l-veloċitajiet. L-applikanti għandhom jindikaw lill-eżaminatur il-kontrolli u l-kompiti mwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom jiġu kkompletati skont il-lista ta' kontroll awtorizzata għall-inġenju tal-ajru li fih ikun qed isir it-test u, jekk applikabbli, skont il-kunċett tal-MCC. Id-data tal-prestazzjoni għall-qtugħ mill-art, l-avviċinament u l-illandjar għandha tiġi kkalkulata mill-applikanti skont il-manwal tal-operazzjonijiet jew skont il-manwal tat-titjira għall-inġenju tal-ajru użat. L-għoli/altitudnijiet deċiżjonali, l-għoli/altitudnijiet ta' nżul minimi u l-punt ta' avviċinamenti mingħajr suċċess għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-eżaminatur.

12.

L-eżaminatur m'għandux jieħu sehem fit-tħaddim tal-ajruplan, għajr meta jkun meħtieġ intervent fl-interess tas-sigurtà jew sabiex jiġi evitat dewmien mhux aċċettabbli għal traffiku ieħor.

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TEST TAL-APTITUDNI/GĦALL-KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA GĦAL KLASSIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' INĠENJU TAL-AJRU B'AKTAR MINN PILOTA WIEĦED, GĦAL KLASSIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' INĠENJU TAL-AJRU B'PILOTA WIEĦED, META MĦADDMA F'OPERAZZJONIJIET B'AKTAR MINN PILOTA WIEĦED, GĦAL MPL U ATPL

13.

It-test tal-aptitudni għal inġenju tal-ajru b'aktar minn pilota wieħed jew għal inġenju tal-ajru b'pilota wieħed meta mħaddem f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed għandu jsir f'ambjent b'ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed. Applikant ieħor jew pilota ikkwalifikat bi klassifikazzjoni tat-tip oħra jista' joqgħod bħala t-tieni pilota. Jekk jintuża inġenju tal-ajru, it-tieni pilota għandu jkun l-eżaminatur jew għalliem.

14.

L-applikanti għandhom jaġixxu bħala PF matul it-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni, għajr għal proċeduri anormali u ta' emerġenza, li jistgħu jsiru bħala PF jew PM skont l-MCC. L-applikanti għall-ħruġ inizjali ta' klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenju tal-ajru b'aktar minn pilota wieħed jew ATPL għandhom juru wkoll il-kapaċità li jaġixxu bħala PM. L-applikanti jistgħu jagħżlu jew il-post fuq in-naħa tal-lemin jew dak fuq in-naħa tax-xellug għat-test tal-aptitudni jekk il-punti kollha jkunu jistgħu jitwettqu mill-post magħżul.

15.

Il-kwistjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu kkontrollati speċifikament mill-eżaminatur għall-applikanti għall-ATPL jew għal klassifikazzjoni tat-tip għal inġenju tal-ajru b'aktar minn pilota wieħed jew għal operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed f'ajruplan b'pilota wieħed li jestendu għad-dmirijiet ta' PIC, irrispettivament minn jekk l-applikanti jaġixxux bħala PF jew PM:

(a) 

il-ġestjoni tal-kooperazzjoni tal-ekwipaġġ;

(b) 

iż-żamma ta' stħarriġ ġenerali tal-operat tal-inġenju tal-ajru permezz ta' superviżjoni xierqa; kif ukoll

(c) 

l-istabbiliment ta' prijoritajiet u t-teħid ta' deċiżjonijiet skont l-aspetti tas-sigurtà u regoli u regolamenti rilevanti xierqa għas-sitwazzjoni operattiva, inklużi emerġenzi.

16.

It-test jew il-kontroll għandu jsir taħt IFR, jekk il-klassifikazzjoni tal-IR tkun inkluża, u kemm jista' jkun għandu jitwettaq f'ambjent tat-trasport tal-ajru kummerċjali simulat. Element essenzjali li għandu jiġi kkontrollat huwa l-kapaċità li wieħed jippjana u jwettaq it-titjira minn materjal ta' briefing ta' rutina.

17.

Meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun inkluda inqas minn sagħtejn ta' taħriġ fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru, it-test tal-aptitudni jista' jsir f'FFS u jista' jitlesta qabel it-taħriġ fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru.

It-taħriġ fit-titjir approvat għandu jitwettaq minn għalliem kwalifikat taħt ir-responsabbiltà ta':

(a) 

ATO; jew

(b) 

organizzazzjoni li jkollha AOC maħruġ skont l-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u approvat b'mod speċifiku għal dak it-taħriġ; jew

(c) 

l-għalliem, f'każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda taħriġ approvat fit-titjir għal ajruplani SP f'detentur ta' ATO jew AOC, u t-taħriġ fit-titjir tal-inġenju tal-ajru jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti tal-applikanti.

Ċertifikat ta' tlestija tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-taħriġ tat-titjir fuq l-inġenju tal-ajru, għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti qabel il-klassifikazzjoni tat-tip ġdida tiddaħħal fil-liċenzja tal-applikanti.

18.

Għat-taħriġ għall-irkuprar tal-pożizzjonament tal-ajruplan waqt instabbiltà, “avveniment ta' waqfien” tfisser jew avviċinament għal waqfien, jew waqfien. L-ATO tista' tuża FFS biex tħarreġ fl-irkupru minn waqfien, jew biex jintwerew il-karatteristiċi speċifiċi għat-tip ta' waqfien, jew it-tnejn li huma, sakemm:

(a) 

l-FFS ikun ġie kwalifikat skont ir-rekwiżiti speċjali ta' evalwazzjoni f'CS-FSTD(A); kif ukoll

(b) 

l-ATO tkun uriet b'suċċess lill-awtorità kompetenti li kull trasferiment negattiv ta' taħriġ huwa mitigat.

B.    Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplan

MARKI MINIMI MEĦTIEĠA

1.

Fil-każ ta' ajruplani b'pilota wieħed, bl-eċċezzjoni ta' ajruplani ta' prestazzjoni għolja ta' pilota wieħed, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. Jekk l-applikanti ma jiksbux il-marki minimi meħtieġa fi kwalunkwe punt fit-taqsima, dan ifisser li jeħlu mit-taqsima kollha. Jekk jeħlu biss minn taqsima waħda, għandhom jirrepetu dik it-taqsima biss. Applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn taqsima waħda jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. Jekk jeħlu minn kwalunkwe taqsima fil-każ ta' ttestjar mill-ġdid jew kontroll mill-ġdid, inklużi dawk it-taqsimiet li jkunu għaddew minnhom fit-test preċedenti, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. Għal ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed, l-applikant għandu jgħaddi mit-Taqsima 6 tat-test jew tal-kontroll rilevanti, li tindirizza t-titjir asimmetriku.

2.

Fil-każ ta' ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'aktar minn pilota wieħed u dawk b'pilota wieħed, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. Applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn ħames punti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. Applikanti li ma jgħaddux minn 5 punti jew inqas għandhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk jeħlu minn kwalunkwe punt fil-każ ta' ttestjar mill-ġdid jew kontroll mill-ġdid, inklużi dawk il-punti li jkunu għaddew minnhom fit-test preċedenti, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. It-Taqsima 6 mhijiex parti mit-test tal-aptitudni tal-ATPL jew MPL. Jekk l-applikanti ma jgħaddux mit-Taqsima 6 biss, jew ma jagħmluhiex, il-klassifikazzjoni tat-tip tinħareġ mingħajr privileġġi ta' CAT II jew CAT III. Biex il-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-tip jiġu estiżi għal CAT II jew CAT III, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsima 6 fuq it-tip ta' inġenju tal-ajru xieraq.

TOLLERANZA WAQT IT-TEST TAT-TITJIRA

3.

L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li:

(a) 

joperaw l-ajruplan fi ħdan il-limiti tiegħu;

(b) 

jeżegwixxu l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(c) 

jeżerċitaw ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) 

japplikaw għarfien ajrunawtiku;

(e) 

iżommu kontroll tal-ajruplan f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta' proċedura jew manuvra qatt ma jiġi ddubitat;

(f) 

jifhmu u japplikaw il-proċeduri ta' koordinazzjoni u ta' inabilitazzjoni tal-ekwipaġġ, jekk applikabbli; kif ukoll

(g) 

jikkomunikaw b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ, skont il-każ.

4.

Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, hekk kif inhuma kkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-prestazzjoni tal-ajruplan użat:

Għoli



Ġeneralment

± 100 pied

Bidu ta' go-around f'għoli/altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 pied

Għoli/MAPt/altitudni minimu/a ta' nżul

+ 50 pied/– 0 pied

Traċċar



B'għajnuniet bir-radju

± 5°

Għal devjazzjonijiet “angolari”

Diflessjoni ta' nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS)

Devjazzjonijiet laterali “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV)

id-devjazzjoni/l-iżball perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

image

tal-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta' darba tal-valur RNP huma permissibbli.

Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu ta' BaroVNAV):

mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied 'il fuq mill-profil vertikali f'1 000 pied 'il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

Direzzjoni tal-pruwa



il-magni kollha joperaw

± 5°

bi ħsara simulata fil-magna

± 10°

Veloċità



il-magni kollha joperaw

± 5 mili nawtiċi

bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

5.

Ajruplani b'pilota wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja

(a) 

Is-simboli li ġejjin ifissru:



P =

Imħarreġ bħala PIC jew kopilota u bħala PF u PM

OTD =

Għal dan l-eżerċizzju jistgħu jintużaw mezzi oħra ta' taħriġ

X =

Għal dan l-eżerċizzju għandu jintuża FSS (simulatur ta' titjira sħiħa); inkella għandu jintuża ajruplan, jekk ikun xieraq għall-manuvra jew il-proċedura

P# =

It-taħriġ għandu jkun ikkumplimentat bi spezzjoni ta' ajruplan taħt sorveljanza

(b) 

It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell tal-apparat tat-taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir fi kwalunkwe livell ogħla ta' apparat muri bil-vleġġa (---->).

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jiġi indikat it-tagħmir ta' taħriġ użat:



A =

ajruplan

FFS =

simulatur ta' titjira sħiħa

FSTD =

apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir

(c) 

Il-punti bi stilla (*) ħdejhom tat-Taqsima 3B u, għall-inġenji tal-ajru b'aktar minn magna waħda, it-Taqsima 6, għandhom jittajru biss b'referenza għall-istrumenti jekk il-validazzjoni mill-ġdid/it-tiġdid ta' IR ikun inkluż fit-test tal-aptitudni jew fil-kontroll tal-profiċjenza. Jekk il-punti bi stilla (*) ħdejhom ma jittajrux biss b'referenza għall-istrumenti matul it-test tal-aptitudni jew il-kontroll tal-profiċjenza, u meta ma jkun hemm l-ebda kkreditar ta' privileġġi IR, il-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip tkun ristretta għal VFR biss.

(d) 

It-taqsima 3 A għandha titlesta sabiex tiġi vvalidata mill-ġdid il-klassifikazzjoni tat-tip jew ta' klassi b'aktar minn magna waħda, VFR biss, fejn l-esperjenza meħtieġa ta' 10 setturi tar-rotot fi ħdan 12-il xahar preċedenti ma tkunx inkisbet. It-Taqsima 3 A mhijex meħtieġa jekk it-Taqsima 3B tkun tlestiet.

(e) 

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza, dan ikun jindika eżerċizzju obbligatorju jew għażla fejn jidher aktar minn eżerċizzju wieħed.

(f) 

FSTD għandu jintuża għal taħriġ prattiku għal klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi b'aktar minn magna waħda jekk huma parti minn kors approvat ta' klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tal-kors:

(i) 

il-kwalifika tal-FSTD kif stabbilit fir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness VI (il-Parti-ARA) u l-Anness VII (il-Parti-ORA);

(ii) 

il-kwalifiki tal-istrutturi;

(iii) 

l-ammont ta' taħriġ FSTD ipprovdut matul il-kors; kif ukoll

(iv) 

il-kwalifiki u l-esperjenza preċedenti fuq tipi simili tal-piloti li jkunu qed jitħarrġu.

(g) 

Jekk ikunu jixtiequ jiksbu privileġġi għal operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed għall-ewwel darba, il-piloti li jkollhom privileġġi għal operazzjonijiet b'pilota wieħed għandhom:

(1) 

ilestu kors ta' integrazzjoni li jinkludi manuvri u proċeduri, inkluż MCC kif ukoll l-eżerċizzji tat-Taqsima 7 bl-użu tal-ġestjoni tat-theddid u l-iżbalji (TEM), CRM u fatturi umani f'ATO; kif ukoll

(2) 

jgħaddu minn kontroll tal-profiċjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed.

(h) 

Jekk ikunu jixtiequ jiksbu privileġġi għal operazzjonijiet b'pilota wieħed għall-ewwel darba, il-piloti li jkollhom privileġġi għal operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed għandhom jiġu mħarrġa f'ATO u jiġu kkontrollati għall-manuvri u l-proċeduri addizzjonali li ġejjin f'operazzjonijiet b'pilota wieħed:

(1) 

għal ajruplani SE, 1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B; u

(2) 

għal ajruplani ME, 1.6, it-Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B.

(i) 

Piloti li jkollhom privileġġi kemm għal operazzjonijiet b'pilota wieħed kif ukoll għal operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed skont il-punti (g) u (h) jistgħu jivvalidaw mill-ġdid il-privileġġi għaż-żewġ tipi ta' operazzjonijiet billi jlestu kontroll tal-profiċjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed u jagħmlu l-eżerċizzji msemmija fil-punti (h)(1) jew (h)(2), kif applikabbli, f'operazzjonijiet b'pilota wieħed.

(j) 

Jekk jitlesta test tal-aptitudni jew kontroll tal-profiċjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed biss, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tkun ristretta għal operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa meta l-piloti jkunu konformi mal-punt (h).

(k) 

It-taħriġ, l-ittestjar u l-kontrolli għandhom isegwu t-tabella msemmija hawn taħt.

(1) 

Rekwiżiti għat-taħriġ f'ATO, għall-ittestjar u l-verifika għal privileġġi ta' pilota wieħed

(2) 

Rekwiżiti għat-taħriġ f'ATO, għall-ittestjar u l-verifika għal privileġġi ta' aktar minn pilota wieħed

(3) 

Rekwiżiti għat-taħriġ f'ATO, għall-ittestjar u l-verifika għal piloti li jkollhom privileġġi ta' pilota wieħed u li jkunu qed ifittxu li jiksbu privileġġi ta' aktar minn pilota wieħed għall-ewwel darba (kors ta' integrazzjoni)

(4) 

Rekwiżiti għat-taħriġ f'ATO, għall-ittestjar u l-verifika għal piloti li jkollhom privileġġi ta' aktar minn pilota wieħed u li jkunu qed ifittxu li jiksbu privileġġi ta' pilota wieħed għall-ewwel darba (kors ta' integrazzjoni)

(5) 

Rekwiżiti għat-taħriġ f'ATO u għall-kontroll għall-validazzjoni mill-ġdid u għat-tiġdid kombinati ta' privileġġi ta' pilota wieħed u ta' aktar minn pilota wieħed

▼M14



 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

 

Tip ta’ operazzjoni

Tip ta’ inġenju tal-ajru

SP

MP

SP → MP (inizjali)

MP → SP (inizjali)

SP + MP

 

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ

Ittestjar/kontroll

Taħriġ, ittestjar u kontroll (ajruplani SE)

Taħriġ, ittestjar u kontroll (ajruplani ME)

Ajruplani SE

Ajruplani ME

L-ewwel ħruġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kollha (ħlief SP kumpless)

Taqsimiet 1-6

Taqsimiet 1-6

MCC

CRM

Fatturi umani

TEM

Taqsimiet 1-7

Taqsimiet 1-6

MCC

CRM

Fatturi umani

TEM

Taqsima 7

Taqsimiet 1-6

1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

1.6, Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

 

 

SP kumpless

1-7

1-6

Validazzjoni mill-ġdid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kollha

mhux applikabbli

Taqsimiet 1-6

mhux applikabbli

Taqsimiet 1-6

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

MPO:

Taqsimiet 1-7 (taħriġ)

Taqsimiet 1-6 (kontroll)

SPO:

1.6, 4.5, 4.6, 5.2 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

MPO:

Taqsimiet 1-7 (taħriġ)

Taqsimiet 1- 6 (kontroll)

SPO:

1.6, Taqsima 6 u, jekk applikabbli, avviċinament wieħed mit-Taqsima 3.B

Tiġdid

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kollha

FCL.740

Taqsimiet 1-6

FCL.740

Taqsimiet 1-6

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Taħriġ: FCL.740

Kontroll: fir-rigward tal-validazzjoni mill-ġdid

Taħriġ: FCL.740

Kontroll: fir-rigward tal-validazzjoni mill-ġdid

(l) 

▼M12

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN, avviċinament wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

B’deroga mis-subparagrafu ta’ hawn fuq, f’każijiet fejn kontroll tal-profiċjenza għal rivalidazzjoni tal-privileġġi ta’ PBN ma jinkludix eżerċizzju ta’ RNP APCH, il-privileġġi ta’ PBN tal-pilota ma għandhomx jinkludu RNP APCH. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa jekk il-bdot ikun lesta kontroll tal-profiċjenza li jinkludi eżerċizzju ta’ RNP APCH.

▼M8



TMGs U AJRUPLANI B'PILOTA WIEĦED, GĦAJR GĦAL AJRUPLANI KUMPLESSI TA' PRESTAZZJONI GĦOLJA

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-APTITUDNI TA' KLASSIFIKAZZJONI TAL-KLASSI JEW TAT-TIP JEW KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

FSTD

A

Inizjali tal-għalliem meta jitlesta t-taħriġ

Ittestjat jew iċċekkjat f'FSTD jew A

Inizjali tal-eżaminatur meta jitlesta t-test jew l-iċċekkjar

TAQSIMA 1

1

1.1

Tluq

Operazzjonijiet ta' qabel it-titjira, inkluż:

— id-dokumentazzjoni;

— massa u bilanċ;

— rapport dwar it-temp; kif ukoll

— NOTAM.

OTD

 

 

 

 

1.2

Kontrolli ta' qabel l-istartjar

 

 

 

 

 

1.2.1

Estern

OTD

P#

P

 

M

 

1.2.2

Intern

OTD

P#

P

 

M

 

1.3

Startjar tal-magna:

ħsarat normali.

P---->

---->

 

M

 

1.4

Taxiing

P---->

---->

 

M

 

1.5

Kontrolli ta' qabel it-tluq:

run-up tal-magna (jekk applikabbli)

P---->

---->

 

M

 

1.6

Proċedura ta' qtugħ mill-art:

— normali bl-impostazzjonijiet tal-flapps skont il-manwal tat-titjir; kif ukoll

— riħ trasversali (jekk il-kundizzjonijiet ikunu disponibbli).

P---->

---->

 

M

 

1.7

Tlugħ:

— Vx/Vy;

— tidwiriet fuq pruwi; kif ukoll

— livellar.

P---->

---->

 

M

 

1.8

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

P---->

 

 

M

 

TAQSIMA 2

2

2.1

Kundizzjonijiet tat-titjir (kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC))

Titjira dritta u livellata b'veloċitajiet fl-ajru differenti, inkluża titjira b'veloċità fl-ajru baxxa ħafna bil-flapps u mingħajrhom (inkluż avviċinament lejn V Vmca meta applikabbli)

P---->

---->

 

 

 

2.2

Dawriet stretti (360° xellug u lemin b'xaqliba trasversali ta' 45°)

P---->

---->

 

M

 

2.3

Waqfien u rkupru:

(i)  waqfien mingħajr periklu;

(ii)  avviċinament għal waqfien b'qawwa f'dawra ta' nżul b'xaqliba trasversali b'konfigurazzjoni ta' avviċinament;

(iii)  avviċinament għal waqfien b'qawwa b'konfigurazzjoni ta' llandjar; kif ukoll

(iv)  avviċinament għal waqfien, dawra ta' tlugħ bil-flapp ta' qtugħ mill-art u b'qawwa ta' tlugħ (ajruplani b'magna waħda biss)

P---->

---->

 

M

 

2.4

Immaniġġjar bl-użu tal-pilota awtomatiku u d-direttur tat-titjira (jista' jsir fit-Taqsima 3) jekk applikabbli

P---->

---->

 

M

 

2.5

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

P---->

---->

 

M

 

TAQSIMA 3 A

3 A

3 A.1

Proċeduri VFR waqt ir-rotta

(ara B.5 (c) u (d))

Pjan tat-titjira, navigazzjoni stmata u qari ta' mapep

P---->

---->

 

 

 

3 A.2

Żamma tal-altitudni, tad-direzzjoni tal-pruwa u tal-veloċità

P---->

---->

 

 

 

3 A.3

Orjentazzjoni, kronometraġġ u reviżjoni tal-ETAs

P---->

---->

 

 

 

3 A.4

Użu ta' għajnuniet ta' radjunavigazzjoni (jekk applikabbli)

P---->

---->

 

 

 

3 A.5

Immaniġġjar tat-titjira (ġurnal ta' abbord, kontrolli ta' rutina inklużi fjuwil, sistemi u formazzjoni ta' silġ)

P---->

---->

 

 

 

3 A.6

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

P---->

---->

 

 

 

TAQSIMA 3B

3B

3B.1*

Titjira bl-istrumenti

IFR ta' tluq

P---->

---->

 

M

 

3B.2*

IFR waqt rotta

P---->

---->

 

M

 

3B.3*

Proċeduri ta' stennija fir-rotta

P---->

---->

 

M

 

3B.4*

Operazzjonijiet 3D sa għoli/altitudni deċiżjonali (DH/A) ta' 200 pied (60 m) jew sa valuri minimi ogħla jekk meħtieġa fil-proċedura tal-avviċinament (jista' jintuża l-pilota awtomatiku għall-intersezzjoni vertikali fis-segment tal-avviċinament finali)

P---->

---->

 

M

 

3B.5*

Operazzjonijiet 2D sa għoli/altitudni minimi ta' nżul (MDH/A)

P---->

---->

 

M

 

3B.6*

Eżerċizzji f'titjir inkluża ħsara simulata tal-kumpass u tal-indikatur tal-attitudni:

— dawriet tar-rata 1; kif ukoll

— irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu.

P---->

---->

 

M

 

3B.7*

Ħsara tal-lokalizzatur jew fl-indikatur tat-trajettorja ta' nżul

P---->

---->

 

 

 

3B.8*

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

P---->

---->

 

M

 

 

Imħalli vojt intenzjonalment

 

 

 

 

 

TAQSIMA 4

4

4.1

Wasla u llandjar

Proċedura ta' wasla f'ajrudrom

P---->

---->

 

M

 

4.2

Inllandjar normali

P---->

---->

 

M

 

4.3

Illandjar mingħajr flapps

P---->

---->

 

M

 

4.4

Illandjar f'riħ trasversali (jekk il-kundizzjonijiet ikunu xierqa)

P---->

---->

 

 

 

4.5

Avviċinament u llandjar b'magna mixgħula iżda mhux ingranata (idle power) sa 2 000 pied 'il fuq mir-runway (ajruplan b'magna waħda biss)

P---->

---->

 

 

 

4.6

Avviċinament b'go-around minn għoli minimu

P---->

---->

 

M

 

4.7

Go-around mal-madwar u llandjar billejl (jekk applikabbli)

P---->

---->

 

 

 

4.8

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

P---->

---->

 

M

 

TAQSIMA 5

5

Proċeduri anormali u ta' emerġenza (Din it-taqsima tista' tingħaqad mat-Taqsimiet 1 sa 4.)

 

 

 

 

 

5.1

Qtugħ mill-art b'veloċità raġonevoli

P---->

---->

 

M

 

5.2

Ħsara simulata ta' magna wara l-qtugħ mill-art (ajruplani b'magna waħda biss)

 

P

 

M

 

5.3

Illandjar furzat simulat mingħajr qawwa (ajruplani b'magna waħda biss)

 

P

 

M

 

5.4

Emerġenzi simulati:

(i)  nar jew duħħan waqt titjira; kif ukoll

(ii)  ħsarat fis-sistemi skont il-każ

P---->

---->

 

 

 

5.5

Taħriġ għal ajruplani ME u għal TMG biss: tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (f'altitudni mingħajr periklu jekk isir f'inġenji tal-ajru)

P---->

---->

 

 

 

5.6

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

 

 

 

 

 

TAQSIMA 6

6

6.1*

Titjira asimmetrika simulata

(Din it-taqsima tista' tingħaqad mat-Taqsimiet 1 sa 5.)

Ħsara simulata ta' magna waqt il-qtugħ mill-art (f'altitudni sikura, sakemm ma ssirx f'FFS jew f'FNPT II)

P---->

---> X

 

M

 

6.2*

Avviċinament asimmetriku u avviċinament b'go-around

P---->

---->

 

M

 

6.3*

Avviċinament asimmetriku u llandjar sħiħ

P---->

---->

 

M

 

6.4

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

P---->

---->

 

M

 

TAQSIMA 7

7

UPRT

 

 

 

 

 

7.1

Manuvri u proċeduri ta' titjira

 

 

 

 

 

7.1.1

Titjira manwali bi u mingħajr diretturi tat-titjira

(l-ebda pilota awtomatiku, l-ebda autothrust/autothrottle, u skont liġijiet ta' kontroll differenti, fejn applikabbli)

P----->

---->

 

 

 

7.1.1.1

B'veloċitajiet (inkluż titjir bil-mod) u altitudnijiet differenti fi ħdan il-pakkett ta' taħriġ FSTD.

P----->

---->

 

 

 

7.1.1.2

Dawriet stretti b'xaqliba trasversali ta' 45°, 180° sa 360° xellug u lemin

P----->

---->

 

 

 

7.1.1.3

Dawriet bi spoilers jew mingħajrhom

P----->

---->

 

 

 

7.1.1.4

Titjir u manuvri strumentali proċedurali, inklużi t-tluq u l-wasla bl-istrumenti, u l-avviċinament viżwali

P----->

---->

 

 

 

7.2

7.2.1

Taħriġ għall-irkuprar tal-pożizzjonament waqt instabbiltà

Irkupru minn avveniment ta' waqfien waqt:

— konfigurazzjoni tal-qtugħ mill-art;

— konfigurazzjoni mingħajr periklu f'altitudni baxxa;

— konfigurazzjoni mingħajr periklu qrib l-altitudni operattiva massima; kif ukoll

— konfigurazzjoni ta' llandjar

P----->

---->

 

 

 

▼M14

7.2.2

L-eżerċizzji li ġejjin b’rabta mal-instabbiltà:

— l-irkupru minn “nose-high” f’diversi angoli ta’ inklinazzjoni laterali; kif ukoll

— l-irkupru minn “nose-low” f’diversi angoli ta’ inklinazzjoni laterali.

P

X

Għal dan l-eżerċizzju ma għandux jintuża ajruplan

 

 

 

▼M8

7.3

Go-around bil-magni kollha jaħdmu* minn diversi stadji matul avviċinament bl-istrumenti

P--->

----->

 

 

 

7.4

Illandjar rifjutat bil-magni kollha jaħdmu:

— minn għoli differenti taħt id-DH/MDH 15 m (50 pied) 'il fuq mir-runway

— wara li tintmess l-art (illandjar abortit)

— F'ajruplani li ma jkunux ċertifikati bħala ajruplani tal-kategorija tat-trasport (JAR/FAR 25) jew bħala ajruplani tal-kategorija tal-vjaġġaturi transfruntiera (SFAR 23), l-illandjar rifjutat bil-magni kollha jaħdmu għandu jinbeda taħt l-MDH/A jew wara li tintmess l-art.

P----->

----->

 

 

 

6.

Ajruplani b'aktar minn pilota wieħed u ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed

(a) 

Is-simboli li ġejjin ifissru:



P =

Imħarreġ bħala PIC jew kopilota u bħala PF u PM għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip skont kif applikabbli.

OTD =

Għal dan l-eżerċizzju jistgħu jintużaw mezzi oħra ta' taħriġ

X =

Għal dan l-eżerċizzju għandu jintuża FSS (simulatur ta' titjira sħiħa); inkella għandu jintuża ajruplan, jekk ikun xieraq għall-manuvra jew il-proċedura

P# =

It-taħriġ għandu jkun ikkumplimentat bi spezzjoni ta' ajruplan taħt sorveljanza

(b) 

It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell ta' tagħmir ta' taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ogħla ta' tagħmir muri bil-vleġġa (----->).

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jiġi indikat it-tagħmir ta' taħriġ użat:



A =

ajruplan

FFS =

simulatur ta' titjira sħiħa

FSTD =

apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir

(c) 

Il-punti bi stilla (*) ħdejhom għandhom jittajru biss b'referenza għall-istrumenti.

▼M12

(d) 

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-ħiliet jew tal-kontroll tal-profiċjenza, din tkun tindika eżerċizzju obbligatorju jew għażla fejn jidher aktar minn eżerċizzju wieħed.

▼M8

(e) 

FFS għandu jintuża għal taħriġ prattiku u għal ittestjar jekk l-FFS jagħmel parti minn kors approvat ta' klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tal-kors:

(i) 

il-kwalifiki tal-istrutturi;

(ii) 

il-kwalifika u l-ammont ta' taħriġ mogħtija fil-kors f'FSTD; kif ukoll

(iii) 

il-kwalifiki u l-esperjenza preċedenti fuq tipi simili tal-piloti li jkunu qed jitħarrġu.

(f) 

Il-manuvri u l-proċeduri għandhom jinkludu MCC għal ajruplan b'aktar minn pilota wieħed u għal ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed.

(g) 

Il-manuvri u l-proċeduri għandhom isiru fi rwol ta' pilota wieħed għal ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed f'operazzjonijiet b'pilota wieħed.

(h) 

Fil-każ ta' ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed, meta jsir test tal-ħila jew ta' kontroll tal-profiċjenza f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tkun ristretta għal operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed. Għall-ksib ta' privileġġi ta' pilota wieħed, apparti l-manuvri/proċeduri mniżżla fi 2.5, 3.8.3.4, 4.4 u 5.5, għandha titlesta wkoll mill-inqas manuvra/proċedura waħda mit-Taqsima 3.4 bħala pilota wieħed.

(i) 

Fil-każ ta' klassifikazzjoni tat-tip ristretta maħruġa f'konformità ma' ►M14  FCL.720.A(c) ◄ , l-applikanti għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti li jridu jissodisfaw applikanti oħra għall-klassifikazzjoni tat-tip għajr għall-eżerċizzji prattiċi relatati mal-fażijiet tal-qtugħ mill-art u tal-illandjar.

(j) 

▼M12

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN, avviċinament wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

B’deroga mis-subparagrafu ta’ hawn fuq, f’każijiet fejn kontroll tal-profiċjenza għal rivalidazzjoni tal-privileġġi ta’ PBN ma jinkludix eżerċizzju ta’ RNP APCH, il-privileġġi ta’ PBN tal-bdot ma għandhomx jinkludu RNP APCH. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa jekk il-bdot ikun lesta kontroll tal-profiċjenza inkluż eżerċizzju ta’ RNP APCH.

▼M8



AJRUPLANI B'AKTAR MINN PILOTA WIEĦED U AJRUPLANI KUMPLESSI TA' PRESTAZZJONI GĦOLJA B'PILOTA WIEĦED

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-APTITUDNI ATPL/MPL/KLASSIFIKAZZJONI TAT-TIP JEW KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

FSTD

A

Inizjali tal-għalliem meta jitlesta t-taħriġ

Ittestjat jew iċċekkjat f'FSTD jew A

Inizjali tal-eżaminatur meta jitlesta t-test jew l-iċċekkjar

TAQSIMA 1

1  Preparazzjoni għat-titjira

1.1.  Kalkolu tal-prestazzjoni

OTD

P

 

 

 

 

1.2.  Spezzjoni viżiva esterna tal-ajruplan; is-sit fejn ikun jinsab kull oġġett u l-għan tal-ispezzjoni

OTD P#

P

 

 

 

1.3.  Spezzjoni tal-kabina tal-pilota

P----->

----->

 

 

 

1.4.  L-użu tal-lista ta' kontroll qabel ma jinxtgħelu l-magni, proċeduri tal-istartjar, kontroll tat-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar tal-frekwenzi ta' navigazzjoni u komunikazzjoni

P----->

----->

 

M

 

1.5.  Taxiing f'konformità mal-istruzzjonijiet ta' ATC jew mal-istruzzjonijiet tal-għalliem

P----->

----->

 

 

 

1.6.  Kontrolli qabel il-qtugħ mill-art

P----->

----->

 

M

 

TAQSIMA 2

2  Qtugħ mill-art

2.1.  Qtugħ mill-art normali bil-flapps issettjati b'mod differenti, inkluż qtugħ mill-art ta' malajr

P----->

----->

 

 

 

2.2*  Qtugħ mill-art bl-istrumenti; tkun meħtieġa tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti matul rotazzjoni jew minnufih wara t-tlugħ fl-ajru

P----->

----->

 

 

 

2.3.  Qtugħ mill-art f'riħ trasversali

P----->

----->

 

 

 

2.4.  Qtugħ mill-art f'massa massima ta' tluq (massa massima reali jew simulata ta' tluq)

P----->

----->

 

 

 

2.5.  Qtugħ mill-art bi ħsara simulata fil-magna:

2.5.1*  ftit wara li tintlaħaq V2

P----->

----->

 

 

 

(F'ajruplani li ma jkunux iċċertifikati bħala kategorija ta' ajruplani ta' trasport jew ta' kategorija ta' vvjaġġar minn post għall-ieħor, il-ħsara fil-magna m'għandhiex tkun simulata qabel ma jintlaħaq għoli massimu ta' 500 pied 'il fuq mit-tarf tar-runway. Għal ajruplani li jkollhom l-istess prestazzjoni ta' ajruplan ta' trasport fir-rigward tal-massa tal-qtugħ mill-art u ta' altitudni ta' densità, l-għalliem jista' jissimula l-ħsara ta' magna ftit wara li tintlaħaq il-V2)

 

 

 

 

 

2.5.2*  bejn V1 u V2

P

X

 

M FFS biss

 

2.6.  Qtugħ mill-art rifjutat f'veloċità raġonevoli qabel ma tintlaħaq il-V1

P----->

---->X

 

M

 

TAQSIMA 3

3  Manuvri u proċeduri ta' titjira

3.1.  Titjira manwali bi u mingħajr diretturi tat-titjira

(l-ebda pilota awtomatiku, l-ebda autothrust/autothrottle, u skont liġijiet ta' kontroll differenti, fejn applikabbli)

P----->

---->

 

 

 

3.1.1.  B'veloċitajiet (inkluż titjir bil-mod) u altitudnijiet differenti fi ħdan il-pakkett ta' taħriġ FSTD

P----->

---->

 

 

 

3.1.2.  Dawriet stretti b'xaqliba trasversali ta' 45°, 180° sa 360° xellug u lemin

P----->

---->

 

 

 

3.1.3.  Dawriet bi spoilers jew mingħajrhom

P----->

---->

 

 

 

3.1.4.  Titjir u manuvri strumentali proċedurali, inklużi t-tluq u l-wasla bl-istrumenti u l-avviċinament viżwali

P----->

---->

 

 

 

3.2.  Tuck under u Mach buffets (jekk applikabbli), u karatteristiċi speċifiċi oħrajn tat-titjir tal-ajruplan (eż. Dutch Roll)

P----->

---->X

Ma għandux jintuża ajruplan għal dan l-eżerċizzju

 

FFS biss

 

3.3.  Operat normali tas-sistemi u kontroll tal-panew tal-inġinier (jekk applikabbli)

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.  Operat normali u anormali tas-sistemi li ġejjin:

 

 

 

M

Għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta' 3 punti anormali minn 3.4.0 sa 3.4.14.

3.4.0.  Magna (jekk ikun meħtieġ l-iskrun)

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.1.  Pressurizzazzjoni u kundizzjonament tal-arja

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.2.  Sistema pitot/statika

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.3.  Sistema tal-fjuwil

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.4.  Sistema elettrika

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.5.  Sistema idrawlika

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.6.  Kontroll ta' titjira u s-sistema ta' trim

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.7.  Sistema kontra s-silġ/sistema tat-tneħħija tas-silġ, tisħin għall-protezzjoni kontra t-tleħħija

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.8.  Pilota awtomatiku/direttur tat-titjira

OTD

P----->

----->

 

M

(pilota waħdu biss)

 

3.4.9.  Apparat ta' twissija ta' waqfien jew apparat biex jiġi evitat il-waqfien u apparat biex tiżdied l-istabbiltà

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.10.  Qrubija lejn l-Art sistema ta' twissija, radar tat-temp, altimetru tar-radar, transponder

P----->

----->

 

 

 

3.4.11.  Radji, tagħmir tan-navigazzjoni, strumenti, FMS

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.12.  Attrezzatura għall-illandjar u l-ibbrejkjar

OTD

P----->

----->

 

 

 

3.4.13.  Sistema ta' paletti u flapps

OTD

----->

 

 

 

3.4.14.  Unità ta' potenza awżiljarja (APU)

OTD

P----->

----->

 

 

 

Imħalli vojt intenzjonalment

 

 

 

 

 

3.6.  Proċeduri anormali u ta' emerġenza:

 

 

 

M

Għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta' 3 punti minn 3.6.1 sa 3.6.9

3.6.1.  Taħriġ fit-tifi tan-nar, eż. magna, APU, kabina, kompartiment tat-tagħbija, kokpit, nirien fil-ġwienaħ u fis-sistema tal-elettriku, inkluża l-evakwazzjoni

P----->

----->

 

 

 

3.6.2.  Kontroll u tneħħija tad-duħħan

P----->

----->

 

 

 

3.6.3.  Ħsarat, waqfien u startjar mill-ġdid tal-magni f'għoli mingħajr periklu

P----->

----->

 

 

 

3.6.4.  Rimi ta' fjuwil (simulat)

P----->

----->

 

 

 

3.6.5.  Gradjent tar-riħ (wind shear) waqt il-qtugħ mill-art/l-illandjar

P

X

 

FFS biss

 

3.6.6.  Ħsara simulata fil-pressurizzazzjoni tal-kabina/inżul ta' emerġenza simulat

P----->

----->

 

 

 

3.6.7.  Inabilitazzjoni ta' membru tal-ekwipaġġ tat-titjira

P----->

----->

 

 

 

3.6.8.  Proċeduri oħrajn ta' emerġenza kif deskritti fil-manwal xieraq tat-titjira tal-inġenju tal-ajru (AFM)

P----->

----->

 

 

 

3.6.9.  Avveniment TCAS

OTD

P----->

M'għandux jintuża ajruplan

 

FFS biss

 

3.7.  Taħriġ għall-irkuprar tal-pożizzjonament waqt instabbiltà

3.7.1.  Irkupru minn avvenimenti ta' waqfien waqt:

— konfigurazzjoni tal-qtugħ mill-art;

— konfigurazzjoni mingħajr periklu f'altitudni baxxa;

— konfigurazzjoni mingħajr periklu qrib l-altitudni operattiva massima; kif ukoll

— konfigurazzjoni ta' llandjar.

P

FFS ikkwalifikat għall-kompitu ta' taħriġ biss

X

Ma għandux jintuża ajruplan għal dan l-eżerċizzju

 

 

 

3.7.2.  L-eżerċizzji li ġejjin b'rabta mal-instabbiltà:

— l-irkupru minn “nose-high” f'diversi angoli ta' inklinazzjoni laterali; kif ukoll

— l-irkupru minn “nose-low” f'diversi angoli ta' inklinazzjoni laterali

P

FFS ikkwalifikat għall-kompitu ta' taħriġ biss

X

Ma għandux jintuża ajruplan għal dan l-eżerċizzju

 

FFS biss

 

3.8.  Proċeduri ta' titjir bl-istrumenti

 

 

 

 

 

3.8.1.*  Il-konformità mar-rotot tat-tluq u tal-wasla u mal-istruzzjonijiet ATC

P----->

----->

 

M

 

3.8.2*  Proċeduri ta' stennija fir-rotta

P----->

----->

 

 

 

3.8.3*  Operazzjonijiet 3D għal DH/A f'200 pied (60 m) jew għal valuri minimi ogħla jekk mitluba fil-proċedura tal-avviċinament

 

 

 

 

 

Nota: Skont l-AFM, il-proċeduri AFM, RNP APCH jistgħu jeħtieġu l-użu ta' pilota awtomatiku jew ta' direttur tat-titjira. Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru manwalment għandha tintgħażel filwaqt li jitqiesu dawn il-limitazzjonijiet (pereżempju agħżel ILS għal 3.8.3.1 fil-każ ta' limitazzjoni AFM ta' dan it-tip).

3.8.3.1*  Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

P----->

----->

 

M

(test tal-aptitudni biss)

 

3.8.3.2.*  Manwalment, b'direttur tat-titjira

P----->

----->

 

 

 

3.8.3.3.*  Bil-pilota awtomatiku

P----->

----->

 

 

 

▼M12

3.8.3.4.*  B’mod manwali, b’magna waħda simulata li ma taħdimx waqt l-avviċinament finali, jew sakemm tintmess l-art jew permezz tal-proċedura sħiħa ta’ avviċinament bla suċċess (kif applikabbli), u b’bidu minn:

(i)  qabel ma jinqabżu l-1 000 pied ’il fuq mil-livell tal-ajrudrom; u

(ii)  wara li jinqabżu l-1 000 pied ’il fuq mil-livell tal-ajrudrom.

F’ajruplani li ma jkunux iċċertifikati bħala kategorija ta’ ajruplani ta’ trasport (JAR/FAR 25) jew bħala kategorija ta’ ajruplani ta’ vvjaġġar minn post għall-ieħor (SFAR 23), l-avviċinament bi ħsara simulata tal-magna u l-avviċinament b’tidwir li jirriżulta għandhom jinbdew flimkien mal-avviċinament 2D b’mod konformi ma’ 3.8.4. It-tidwir għandu jinbeda meta jintlaħaq l-għoli/tintlaħaq l-altitudni ppubblikata ta’ spazju ħieles mingħajr ostaklu (OCH/A); madankollu, mhux aktar tard minn meta jintlaħaq MDH/A ta’ 500 pied ’il fuq mill-elevazzjoni minima tar-runway. Għal ajruplani li jkollhom l-istess prestazzjoni ta’ ajruplan tal-kategorija tat-trasport fir-rigward tal-massa waqt it-tlugħ u l-altitudni ta’ densità, l-għalliem jista’ jissimula l-ħsara fil-magna skont l-eżerċizzju 3.8.3.4.

P --->

--->

 

M

 

▼M12 —————

▼M8

3.8.4*  Operazzjonijiet 2D sal-MDH/A

P*--->

----->

 

M

 

3.8.5.  Avviċinament b'tidwir forma ta' ċirku bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)*  avviċinament għall-altitudni minima awtorizzata ta' avviċinament b'tidwir forma ta' ċirku fl-ajrudrom inkwistjoni skont il-faċilitajiet lokali ta' avviċinament bl-istrumenti f'kundizzjonijiet ta' titjir simulat bl-istrumenti;

segwit minn:

(b)  avviċinament b'tidwir forma ta' ċirku għal runway oħra mill-inqas 90° lil hinn mil-linja taċ-ċentru mill-avviċinament finali użat fil-punt (a), fl-altitudni minima awtorizzata ta' avviċinament b'tidwir forma ta' ċirku.

Rimarka: Jekk (a) u (b) ma jkunux possibbli minħabba raġunijiet tal-ATC, tista' ssir proċedura simulata b'viżibbiltà baxxa.

P*--->

----->

 

 

 

3.8.6.  Avviċinamenti viżwali

P---->

----->

 

 

 

TAQSIMA 4

4  Proċeduri ta' avviċinament bla suċċess

 

 

 

 

 

4.1.  Go-around bil-magni kollha jaħdmu* waqt operazzjoni 3D meta tintlaħaq l-altitudni deċiżjonali

P*--->

----->

 

 

 

4.2.  Go-around bil-magni kollha jaħdmu* minn diversi stadji matul avviċinament bl-istrumenti

P*--->

----->

 

 

 

4.3.  Proċeduri oħra ta' avviċinament bla suċċess

P*--->

----->

 

 

 

4.4*  Go-around manwali bil-magna kritika ma taħdimx b'mod simulat wara avviċinament bl-istrumenti meta jintlaħaq DH, MDH jew MAPt

P*----->

----->

 

M

 

4.5.  Illandjar rifjutat bil-magni kollha jaħdmu:

— minn għoli differenti taħt id-DH/l-MDH;

— wara li tintmess l-art (illandjar abortit)

F'ajruplani li ma jkunux ċertifikati bħala ajruplani tal-kategorija tat-trasport (JAR/FAR 25) jew bħala ajruplani tal-kategorija tal-vjaġġaturi transfruntiera (SFAR 23), l-illandjar rifjutat bil-magni kollha jaħdmu għandu jinbeda taħt l-MDH/A jew wara li tintmess l-art.

P----->

----->

 

 

 

TAQSIMA 5

5  Illandjar

5.1.  Illandjar normali* b'referenza viżiva stabbilita meta jintlaħaq DA/H wara operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti.

P

 

 

 

 

5.2.  Illandjar bi stabilizzatur simulat iġġammjat b'mod orizzontali f'kull pożizzjoni mingħajr bilanċ

P----->

Ma għandux jintuża ajruplan għal dan l-eżerċizzju

 

FFS biss

 

5.3.  Illandjar f'riħ trasversali (inġenju tal-ajru, jekk fattibbli)

P----->

----->

 

 

 

5.4.  Skema tat-traffiku u llandjar mingħajr flapps jew paletti estiżi jew bi flapps jew b'paletti estiżi parzjalment

P----->

----->

 

 

 

5.5.  Illandjar bil-magna kritika simulata ma taħdimx

P----->

----->

 

M

 

5.6.  Illandjar b'żewġ magni ma jaħdmux:

— ajruplani bi tliet magni: il-magna ċentrali u magna waħda fuq barra sa fejn ikun fattibbli skont data tal-AFM; kif ukoll

— ajruplani b'erba' magni: żewġ magni fuq ġenb wieħed

P

X

 

M

FFS biss

(test tal-aptitudni biss)

 

Rimarki ġenerali:

Rekwiżiti speċjali għall-estensjoni ta' klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta' inqas minn 200 pied (60 m), jiġifieri operazzjonijiet CAT II/III.

TAQSIMA 6

Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta' inqas minn 60 m (200 pied) (CAT II/III)

Il-manuvri u l-proċeduri li ġejjin huma r-rekwiżiti minimi ta' taħriġ li jippermettu avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta' inqas minn 60 m (200 pied). Waqt il-proċeduri li ġejjin ta' avviċinamenti bl-istrumenti u ta' avviċinament bla suċċess għandu jintuża t-tagħmir kollu tal-ajruplan meħtieġ għal ċertifikazzjoni tat-tip ta' avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta' inqas minn 60 m (200 pied).

 

 

 

 

 

6.1*  Qtugħ mill-art rifjutat f'medda viżwali minima awtorizzata tar-runway (RVR)

P*----->

---->X

Ma għandux jintuża ajruplan għal dan l-eżerċizzju

 

M*

 

6.2*  Avviċinamenti CAT II/III:

f'kundizzjonijiet ta' titjir simulat bl-istrumenti sa DH applikabbli, bl-użu tas-sistema ta' gwida tat-titjir. Il-proċeduri standard ta' koordinazzjoni tal-ekwipaġġ (il-kondiviżjoni tax-xogħol, il-proċeduri ta' call out, sorveljanza reċiproka, skambju ta' informazzjoni u għajnuna) għandhom jiġu osservati.

P----->

----->

 

M

 

6.3*  Go-around:

wara avviċinamenti kif indikat fil-punt 6.2 meta jintlaħaq id-DH.

It-taħriġ għandu jinkludi wkoll go-around minħabba RVR (simulata) insuffiċjenti, gradjent tar-riħ, devjazzjoni tal-ajruplan li taqbeż il-limiti ta' avviċinamenti għal avviċinament li jirnexxi, ħsara fit-tagħmir tal-art/ajru qabel ma jintlaħaq id-DH, u go-around bi ħsara simulata fit-tagħmir tal-ajru.

P----->

----->

 

M*

 

6.4*  Illandjar:

b'referenza viżwali stabbilita fid-DH wara avviċinament bl-istrumenti. Jiddependi mis-sistema speċifika ta' gwida tat-titjir jekk isirx illandjar awtomatiku.

P----->

----->

 

M

 

NOTA: Operazzjonijiet CAT II/III għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti applikabbli ta' operazzjonijiet tal-ajru.

7.

Klassifikazzjoni tal-klassi — baħar

It-Taqsima 6 għandha tiġi kompluta għall-validazzjoni mill-ġdid ta' ajruplani b'iktar minn magna waħda bi klassifikazzjoni tal-klassi tal-baħar, VFR biss, fejn l-esperjenza meħtieġa ta' 10 setturi tar-rotot fit-12-il xahar preċedenti ma tkunx tlestiet.



KLASSIFIKAZZJONI TAL-KLASSI - BAĦAR

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-APTITUDNI TA' KLASSIFIKAZZJONI TAL-KLASS JEW KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

Inizjali tal-għalliem meta jitlesta t-taħriġ

Iniżjali tal-eżaminatur meta jitlesta t-test

TAQSIMA 1

1  Tluq

1.1.  Operazzjonijiet ta' qabel it-titjira, inkluż:

— id-dokumentazzjoni;

— massa u bilanċ;

— rapport dwar it-temp; kif ukoll

— NOTAM.

 

 

1.2.  Kontrolli ta' qabel l-istartjar

Esterni/interni

 

 

1.3.  Xegħil u tifi tal-magna

Ħsarat normali

 

 

1.4.  Taxiing

 

 

1.5.  Taxiing gradwali

 

 

1.6.  Irbit tal-inġenju tal-ajru:

Xtajta

Moll

Baga

 

 

1.7.  Titjir bil-magna mitfija

 

 

1.8.  Kontrolli ta' qabel it-tluq:

Run-up tal-magna (jekk applikabbli)

 

 

1.9.  Proċedura ta' qtugħ mill-art:

— normali bl-impostazzjonijiet tal-flapps skont il-manwal tat-titjir; kif ukoll

— riħ trasversali (jekk il-kundizzjonijiet ikunu disponibbli).

 

 

1.10.  Tlugħ:

— tidwiriet fuq pruwi

— livellar

 

 

1.11.  Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

 

 

TAQSIMA 2

2  Kondizzjonijiet tat-titjir (VFR)

2.1.  Titjira dritta u livellata b'veloċitajiet fl-ajru differenti, inkluża titjira b'veloċità fl-ajru baxxa ħafna bil-flapps u mingħajrhom (inkluż avviċinament lejn VMCA meta applikabbli)

 

 

2.2.  Dawriet stretti (360° xellug u lemin b'xaqliba trasversali ta' 45°)

 

 

2.3.  Waqfien u rkupru:

(i)  waqfien mingħajr periklu;

(ii)  avviċinament għal waqfien b'qawwa f'dawra ta' nżul b'xaqliba trasversali b'konfigurazzjoni ta' avviċinament;

(iii)  avviċinament għal waqfien b'qawwa b'konfigurazzjoni ta' llandjar; kif ukoll

(iv)  avviċinament għal waqfien, dawra ta' tlugħ bil-flapp ta' qtugħ mill-art u b'qawwa ta' tlugħ (ajruplani b'magna waħda biss).

 

 

2.4.  Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

 

 

TAQSIMA 3

3  Proċeduri VFR waqt ir-rotta

3.1.  Pjan tat-titjira, navigazzjoni stmata u qari ta' mapep

 

 

3.2.  Żamma tal-altitudni, tad-direzzjoni tal-pruwa u tal-veloċità

 

 

3.3.  Orjentazzjoni, kronometraġġ u reviżjoni tal-ETAs

 

 

3.4.  Użu ta' għajnuniet ta' radjunavigazzjoni (jekk applikabbli)

 

 

3.5.  Immaniġġjar tat-titjira (ġurnal ta' abbord, kontrolli ta' rutina inklużi fjuwil, sistemi u formazzjoni ta' silġ)

 

 

3.6.  Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

 

 

TAQSIMA 4

4  Wasliet u llandjar

4.1.  Proċedura ta' wasla f'ajrudrom (inġenji tal-ajru anfibji biss)

 

 

4.2.  Inllandjar normali

 

 

4.3.  Illandjar mingħajr flapps

 

 

4.4.  Illandjar f'riħ trasversali (jekk il-kundizzjonijiet ikunu xierqa)

 

 

4.5.  Avviċinament u llandjar b'magna mixgħula mhux ingranata sa 2 000 ′ 'il fuq mill-ilma (ajruplani b'magna waħda biss)

 

 

4.6.  Go-around minn għoli minimu

 

 

4.7.  Illandjar fuq ilma kalm

Illandjar fuq ilma mqalleb

 

 

4.8.  Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

 

 

TAQSIMA 5

5  Proċeduri anormali u ta' emerġenza

(Din it-taqsima tista' tingħaqad mat-Taqsimiet 1 sa 4.)

5.1.  Qtugħ mill-art b'veloċità raġonevoli

 

 

5.2.  Ħsara simulata ta' magna wara l-qtugħ mill-art (ajruplani b'magna waħda biss)

 

 

5.3.  Illandjar furzat simulat mingħajr qawwa (ajruplani b'magna waħda biss)

 

 

5.4.  Emerġenzi simulati:

(i)  nar jew duħħan waqt titjira; kif ukoll

(ii)  ħsarat fis-sistemi skont il-każ.

 

 

5.5.  Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

 

 

TAQSIMA 6

6  Titjira asimmetrika simulata

(Din it-taqsima tista' tingħaqad mat-Taqsimiet 1 sa 5.)

6.1.  Ħsara simulata ta' magna waqt il-qtugħ mill-art (f'altitudni sikura, sakemm ma ssirx f'FFS u f'FNPT II)

 

 

6.2.  Tifi u startjar mill-ġdid tal-magna (test tal-aptitudni ta' ME biss)

 

 

6.3.  Avviċinament asimmetriku u go-around

 

 

6.4.  Avviċinament asimmetriku u llandjar sħiħ

 

 

6.5.  Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

 

 

C.    Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ħelikopters

1.

Fil-każ ta' test tal-aptitudni jew ta' kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip u għall-ATPL, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 4 u 6 (skont il-każ) tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn ħames punti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. L-applikanti li ma jgħaddux minn ħames punti jew inqas ikollhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk applikant ma jgħaddix minn punt wieħed meta jerġa' jagħmel it-test jew meta jsir kontroll mill-ġdid f'punti oħra li jkun diġà għadda minnhom, l-applikant ikollu jerġa' jagħmel it-test jew il-kontroll kollu. It-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur.

2.

Fil-każ ta' kontroll tal-profiċjenza għal IR, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsima 5 tal-kontroll tal-profiċjenza. Jekk l-applikanti ma jgħaddux minn aktar minn 3 punti, ikollhom jerġgħu jagħmlu t-Taqsima 5 kollha. L-applikanti li ma jgħaddux minn 3 punti jew inqas ikollhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk l-applikanti ma jgħaddux minn punt wieħed meta jerġa' jsir il-kontroll mill-ġdid, jew jekk ma jgħaddux minn kwalunkwe punti oħra tat-Taqsima 5 li jkunu diġà għaddew minnhom, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu.

TOLLERANZA WAQT IT-TEST TAT-TITJIRA

3.

L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li:

(a) 

joperaw l-inġenju tal-ajru fi ħdan il-limiti tiegħu;

(b) 

jeżegwixxu l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(c) 

jeżerċitaw ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) 

japplikaw għarfien ajrunawtiku;

(e) 

iżomm kontroll tal-ħelikopter f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta' proċedura jew manuvra qatt ma jiġi ddubitat;

(f) 

jifhmu u japplikaw il-proċeduri ta' koordinazzjoni u ta' inabilitazzjoni tal-ekwipaġġ, jekk applikabbli; kif ukoll

(g) 

jikkomunikaw b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ, skont il-każ.

4.

Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, hekk kif inhuma kkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-prestazzjoni tal-ħelikopter użat.

(a) 

Limiti ta' titjiriet IFR

Għoli



Ġeneralment

± 100 pied

Bidu ta' go-around f'għoli/altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 pied

Għoli/MAPt/altitudni minimu/a ta' nżul

+ 50 pied/– 0 pied

Traċċar



B'għajnuniet bir-radju

± 5°

Għal devjazzjonijiet “angolari”

Diflessjoni ta' nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS)

Devjazzjonijiet laterali “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV)

id-devjazzjoni/l-iżball perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

image

tal-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta' darba tal-valur RNP huma permissibbli.

Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu ta' BaroVNAV):

mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied 'il fuq mill-profil vertikali f'1 000 pied 'il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

Direzzjoni tal-pruwa



il-magni kollha joperaw

± 5°

bi ħsara simulata fil-magna

± 10°

Veloċità



il-magni kollha joperaw

± 5 mili nawtiċi

bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi

(b) 

Limiti ta' titjiriet VFR



Għoli

 

Ġeneralment

± 100 pied

Direzzjoni tal-pruwa

 

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

± 10 °

Veloċità

 

Ġeneralment

± 10 mili nawtiċi

Bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi

Spostament meta mqabbel mal-art

 

Qtugħ mill-art stazzjonarju b'In Ground Effect (IGE)

± 3 piedi

Illandjar

± 2 piedi (b'titjir b'lura jew titjir laterali ta' 0 piedi)

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

ĠENERALI

5.

Is-simboli li ġejjin ifissru:

P

=

Imħarreġ bħala PIC għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b'pilota wieħed (SPH) jew imħarreġ bħala PIC jew kopilota u bħala PF u PM għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b'aktar minn pilota wieħed (MPH).

6.

It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell ta' tagħmir ta' taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta' tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (---->).

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jiġi indikat it-tagħmir ta' taħriġ użat:



FFS =

simulatur ta' titjira sħiħa

FTD =

apparat għat-taħriġ fit-titjir

H =

ħelikopter

7.

Il-punti li għandhom stilla (*) magħhom għandhom jittajru f'IMC proprja jew simulat, minn applikanti li jixtiequ jġeddu jew jerġgħu jivvalidaw IR(H), jew jestendu l-privileġġi ta' dik il-klassifikazzjoni għal tip ieħor biss.

8.

Il-proċeduri ta' titjir bl-istrumenti (Taqsima 5) għandhom jitwettqu minn biss applikanti li jixtiequ jġeddu jew jerġgħu jivvalidaw IR(H) jew jestendu l-privileġġi ta' dik il-klassifikazzjoni għal tip ieħor. Għal dan l-għan jistgħu jintużaw FFS jew FTD 2/3.

▼M12

8a.

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN, avviċinament wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhijiex prattikabbli, din għandha titwettaq f’FSTD mgħammar b’mod xieraq.

B’deroga mis-subparagrafu ta’ hawn fuq, f’każijiet fejn kontroll tal-profiċjenza għal rivalidazzjoni tal-privileġġi PBN ma jinkludix eżerċizzju ta’ RNP APCH, il-privileġġi ta’ PBN tal-bdot ma għandhomx jinkludu RNP APCH. Ir-restrizzjoni għandha titneħħa jekk il-bdot ikun lesta kontroll tal-profiċjenza inkluż eżerċizzju ta’ RNP APCH.

▼M8

9.

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza, din tindika eżerċizzju obbligatorju.

10.

Għandu jintuża FSTD għal taħriġ prattiku u ttestjar jekk l-FSTD jagħmel parti minn kors ta' klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kors:

(a) 

il-kwalifika tal-FSTD kif stabbilit fir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness VI (il-Parti-ARA) u l-Anness VII (il-Parti-ORA);

(b) 

il-kwalifiki tal-għalliem u tal-eżaminatur;

(c) 

l-ammont ta' taħriġ FSTD ipprovdut matul il-kors;

(d) 

il-kwalifiki u l-esperjenza preċedenti fuq tipi simili tal-piloti li jkunu qed jitħarrġu; kif ukoll

(e) 

l-ammont ta' esperjenza fit-titjir b'sorveljanza pprovdut wara l-ħruġ tal-klassifikazzjoni l-ġdida tat-tip.

ĦELIKOPTERS B'AKTAR MINN pilota WIEĦED

11.

L-applikanti għat-test tal-aptitudni għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip ta' ħelikopter b'aktar minn pilota wieħed u ATPL(H) għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 4 biss u, jekk applikabbli, mit-Taqsima 6.

12.

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta' ħelikopter b'aktar minn pilota wieħed għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 4 biss u, jekk applikabbli, mit-Taqsima 6.



ĦELIKOPTERS b'pilota WIEĦED/B'AKTAR MINN pilota WIEĦED

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-APTITUDNI JEW KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

FSTD

H

Inizjali tal-għalliem meta jitlesta t-taħriġ

Kontroll imwettaq fil-FSTD jew H

Inizjali tal-eżaminatur meta jitlesta t-test

TAQSIMA 1 — Tħejjijiet u kontrolli ta' qabel it-titjira

1.1

Spezzjoni viżiva esterna tal-ħelikopter; is-sit fejn ikun jinsab kull oġġett u l-għan tal-ispezzjoni

 

P

 

M (jekk isir fil-ħelikopter)

 

1.2

Spezzjoni tal-kabina tal-pilota

P

---->

 

M

 

1.3

Proċeduri tal-istartjar, kontroll tat-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar tal-frekwenzi ta' navigazzjoni u komunikazzjoni

P

---->

 

M

 

1.4

Taxiing/taxiing fl-ajru f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-ATC jew mal-istruzzjonijiet tal-għalliem

P

---->

 

M

 

1.5

Proċeduri u kontrolli ta' qabel il-qtugħ mill-art

P

---->

 

M

 

TAQSIMA 2 — Manuvri u proċeduri tat-titjira

2.1

Qtugħ mill-art (diversi profili)

P

---->

 

M

 

2.2

Art inklinata jew qtugħ mill-art u llandjar f'riħ trasversali

P

---->

 

 

 

2.3

Qtugħ mill-art f'massa massima ta' tluq (massa massima reali jew simulata ta' tluq)

P

---->

 

 

 

2.4

Qtugħ mill-art bi ħsara simulata fil-magna ftit qabel ma jintlaħaq TDP jew DPATO

P

---->

 

M

 

2.4.1

Qtugħ mill-art bi ħsara simulata fil-magna ftit wara li jintlaħaq TDP jew DPATO

P

---->

 

M

 

2.5

Dawriet ta' tlugħ u nżul lejn pruwi speċifiċi

P

---->

 

M

 

2.5.1

Dawriet b'xaqliba trasversali ta' 30°, 180° għal 360° xellug u lemin, b'referenza biss għall-istrumenti

P

---->

 

M

 

2.6

Inżul awtorotattiv

P

---->

 

M

 

2.6.1

Illandjar awtorotattiv għal ħelikopters b'magna waħda (SEH) jew irkupru tal-potenza għal ħelikopters b'aktar minn magna waħda (MEH)

P

---->

 

M

 

2.7

Illandjar, diversi profili

P

---->

 

M

 

2.7.1

Go-around jew illandjar wara ħsara simulata ta' magna qabel LDP jew DPBL

P

---->

 

M

 

2.7.2

Illandjar wara ħsara simulata ta' magna wara LDP jew DPBL

P

---->

 

M

 

TAQSIMA 3 — Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin

3

Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin:

 

 

 

M

Minn din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta' 3 punti

3.1

Il-magna

P

---->

 

 

 

3.2

Kundizzjonament tal-arja (tisħin, ventilazzjoni)

P

---->

 

 

 

3.3

Sistema pitot/statika

P

---->

 

 

 

3.4

Sistema tal-fjuwil

P

---->

 

 

 

3.5

Sistema elettrika

P

---->

 

 

 

3.6

Sistema idrawlika

P

---->

 

 

 

3.7

Kontroll ta' titjira u s-sistema ta' trim

P

---->

 

 

 

3.8

Sistema ta' kontra s-silġ u sistema tat-tneħħija tas-silġ

P

---->

 

 

 

3.9

Pilota awtomatiku/direttur tat-titjira

P

--->

 

 

 

3.10

Apparat biex tiżdied l-istabbiltà

P

---->

 

 

 

3.11

Radar tat-temp, altimetru tar-radar, transponder

P

---->

 

 

 

3.12

Sistema ta' navigazzjoni tal-erja

P

---->

 

 

 

3.13

Sistema tal-attrezzatura għall-illandjar

P

----->

 

 

 

3.14

APU

P

---->

 

 

 

3.15

Radju, tagħmir tan-navigazzjoni, strumenti, sistema ta' mmaniġġjar tat-titjira (FMS)

P

---->

 

 

 

TAQSIMA 4 — Proċeduri anormali u ta' emerġenza

4

Proċeduri anormali u ta' emerġenza

 

 

 

M

Minn din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta' 3 punti

4.1

Taħriġ fit-tifi tan-nar (inkluża l-evakwazzjoni jekk applikabbli)

P

---->

 

 

 

4.2

Kontroll u tneħħija tad-duħħan

P

---->

 

 

 

4.3

Ħsarat, waqfien u startjar mill-ġdid tal-magni f'għoli mingħajr periklu

P

---->

 

 

 

4.4

Rimi ta' fjuwil (simulat)

P

---->

 

 

 

4.5

Ħsara fil-kontroll tar-rotor tad-denb (jekk applikabbli)

P

---->

 

 

 

4.5.1

Telf tar-rotor tad-denb (jekk applikabbli)

P

Ma għandux jintuża ħelikopter għal dan l-eżerċizzju

 

 

 

4.6

Inabilitazzjoni ta' membru tal-ekwipaġġ — MPH biss

P

---->

 

 

 

4.7

Ħsarat fit-trażmissjoni

P

---->

 

 

 

4.8

Proċeduri oħra ta' emerġenza kif imfissra fil-qosor fil-manwal tat-titjir xieraq

P

---->

 

 

 

TAQSIMA 5 — Proċeduri tat-titjira bl-istrumenti (li għandhom isiru f'IMC jew f'IMC simulati)

5.1

Qtugħ mill-art bl-istrumenti: tkun meħtieġa tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti malajr kemm jista' jkun wara li jkun sar il-qtugħ mill-art

P*

---->*

 

 

 

5.1.1

Ħsara simulata fil-magna waqt it-tluq

P*

---->*

 

M*

 

5.2

Il-konformità mar-rotot tat-tluq u tal-wasla u mal-istruzzjonijiet ATC

P*

---->*

 

M*

 

5.3

Proċeduri ta' stennija fir-rotta

P*

---->*

 

 

 

5.4

Operazzjonijiet 3D għal DH/A f'200 pied (60 m) jew għal valuri minimi ogħla jekk mitluba fil-proċedura tal-avviċinament

P*

---->*

 

 

 

5.4.1

Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira.

Nota: Skont l-AFM, il-proċeduri AFM, RNP APCH jistgħu jeħtieġu l-użu ta' pilota awtomatiku jew ta' direttur tat-titjira. Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru manwalment għandha tintgħażel filwaqt li jitqiesu dawn il-limitazzjonijiet (pereżempju agħżel ILS għal 5.4.1 f'każ ta' limitazzjoni AFM ta' dan it-tip).

P*

---->*

 

M*

 

5.4.2

Manwalment, b'direttur tat-titjira

P*

---->*

 

M*

 

5.4.3

B'pilota awtomatiku akkoppjat

P*

---->*

 

 

 

5.4.4

Manwalment, b'simulazzjoni b'magna waħda ma taħdimx; il-ħsara fil-magna għandha tkun simulata matul l-avviċinament finali qabel ma jinqabżu 1 000 pied 'il fuq mil-livell tal-ajrudrom sakemm tintmess l-art, jew sakemm titlesta l-proċedura ta' avviċinament bla suċċess

P*

---->*

 

M*

 

5.5

Operazzjonijiet 2D sal-MDA/H

P*

---->*

 

M*

 

5.6

Go-around bil-magni kollha jaħdmu meta jintlaħqu DA/H jew MDA/MDH

P*

---->*

 

 

 

5.6.1

Proċeduri oħra ta' avviċinament bla suċċess

P*

---->*

 

 

 

5.6.2

Go-around b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat meta jintlaħqu DA/H jew MDA/MDH

P*

---->*

 

M*

 

5.7

Awtorotazzjoni ta' IMC bi rkupru tal-potenza

P*

---->*

 

M*

 

5.8

Irkupru minn pożizzjonamenti mhux tas-soltu

P*

---->*

 

M*

 

TAQSIMA 6 — Użu ta' tagħmir fakultattiv

6

Użu ta' tagħmir fakultattiv

P

---->

 

 

 

D.    Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta' inġenji tal-ajru bil-powered-lift

1.

Fil-każ ta' testijiet tal-aptitudni jew kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenji tal-ajru bil-powered-lift, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 5 u 6 (jekk applikabbli) tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn ħames punti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. L-applikanti li ma jgħaddux minn ħames punti jew inqas ikollhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk l-applikanti ma jgħaddux minn punt wieħed fil-każ ta' ttestjar mill-ġdid jew meta jerġa' jsir il-kontroll mill-ġdid, jew jekk ma jgħaddux minn kwalunkwe punti oħra li jkunu diġà għaddew minnhom, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. It-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur.

TOLLERANZA WAQT IT-TEST TAT-TITJIRA

2.

L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li:

(a) 

joperaw l-inġenju tal-ajru bil-powered-lift fi ħdan il-limiti tiegħu;

(b) 

jeżegwixxu l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(c) 

jeżerċitaw ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) 

japplikaw għarfien ajrunawtiku;

(e) 

iżommu kontroll tal-inġenju tal-ajru bil-powered-lift f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta' proċedura jew manuvra qatt ma jiġi ddubitat;

(f) 

jifhmu u japplikaw il-proċeduri ta' koordinazzjoni u ta' inabilitazzjoni tal-ekwipaġġ; kif ukoll

(g) 

jikkomunikaw b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ.

3.

Dawn il-limiti għandhom japplikaw, hekk kif inhuma kkoreġuti biex jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ta' turbulenza u l-kwalitajiet ta' mmaniġġjar u prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru bil-powered-lift użat.

(a) 

Limiti ta' titjiriet IFR



Għoli

 

Ġeneralment

± 100 pied

Bidu ta' go-around f'għoli/altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 pied

Għoli/altitudni minimi ta' nżul

+ 50 pied/– 0 pied

Traċċar

 

B'għajnuniet bir-radju

± 5°

Avviċinament bi preċiżjoni

diflezzjoni ta' nofs skala, azimuth u l-passaġġ tal-inżul



Direzzjoni tal-pruwa

 

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

± 10 °

Veloċità

 

Ġeneralment

± 10 mili nawtiċi

Bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi

(b) 

Limiti ta' titjiriet VFR:



Għoli

 

Ġeneralment

± 100 pied

Direzzjoni tal-pruwa

 

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

± 10 °

Veloċità

 

Ġeneralment

± 10 mili nawtiċi

Bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi

Spostament meta mqabbel mal-art

 

Qtugħ mill-art stazzjonarju b'In Ground Effect (IGE)

± 3 piedi

Illandjar

± 2 piedi (b'titjir b'lura jew titjir laterali ta' 0 piedi)

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

4.

Is-simboli li ġejjin ifissru:

P

=

Imħarreġ bħala PIC jew kopilota u bħala PF u PM għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip skont kif applikabbli.

5.

It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell ta' tagħmir ta' taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta' tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (---->).

6.

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jiġi indikat it-tagħmir ta' taħriġ użat:



FFS =

simulatur ta' titjira sħiħa

FTD =

apparat għat-taħriġ fit-titjir

OTD =

apparat ieħor ta' taħriġ

PL =

inġenju tal-ajru bil-powered-lift

(a) 

L-applikanti għat-test tal-aptitudni għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenji tal-ajru bil-powered-lift għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 5 u, jekk applikabbli, mit-Taqsima 6.

(b) 

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenji tal-ajru bil-powered-lift għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 5 u, jekk applikabbli, mit-Taqsima 6 u/jew mit-Taqsima 7.

(c) 

Il-punti bi stilla (*) ħdejhom għandhom jittajru biss b'referenza għall-istrumenti. Jekk din il-kondizzjoni ma tiġix issodisfata matul it-test tal-aptitudni jew il-kontroll tal-profiċjenza, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tiġi ristretta għal VFR biss.

7.

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza, din tindika eżerċizzju obbligatorju.

8.

FSTDs għandhom jintużaw għal taħriġ u għal ittestjar prattiku jekk jagħmlu parti minn kors approvat ta' klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tal-kors:

(a) 

il-kwalifika tal-FSTDs kif stabbilit fir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness VI (il-Parti-ARA) u l-Anness VII (il-Parti-ORA); kif ukoll

(b) 

il-kwalifiki tal-għalliem.



KATEGORIJA TA' INĠENJU TAL-AJRU BIL-POWERED-LIFT

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-APTITUDNI JEW KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

 

 

 

 

Inizjali tal-għalliem meta jitlesta t-taħriġ

Iċċekkjat fl-FFS PL

Iniżjali tal-eżaminatur meta jitlesta t-test

OTD

FTD

FFS

PL

TAQSIMA 1 — Tħejjijiet u kontrolli ta' qabel it-titjira

1.1

Spezzjoni viżiva minn barra ta' inġenju tal-ajru bil-powered-lift;

is-sit fejn ikun jinsab kull oġġett u l-għan tal-ispezzjoni

 

 

 

P

 

 

 

1.2

Spezzjoni tal-kabina tal-pilota

P

---->

---->

---->

 

 

 

1.3

Proċeduri tal-istartjar, kontroll tat-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar tal-frekwenzi ta' navigazzjoni u komunikazzjoni

P

---->

---->

---->

 

M

 

1.4

Taxiing f'konformità mal-istruzzjonijiet ta' ATC jew mal-istruzzjonijiet tal-għalliem

 

P

---->

---->

 

 

 

1.5

Proċeduri u kontrolli qabel il-qtugħ mill-art, inkluż il-kontroll tal-potenza

P

---->

---->

---->

 

M

 

TAQSIMA 2 — Manuvri u proċeduri tat-titjira

2.1

Profili ta' qtugħ mill-art VFR normali:

Operazzjonijiet tar-runway (qtugħ mill-art u llandjar qosra (STOL) u qtugħ mill-art u llandjar vertikali (VTOL)) inkluż f'riħ trasversali.

Eliporti elevati

Eliporti fil-livell tal-art

 

P

---->

---->

 

M

 

2.2

Qtugħ mill-art f'massa massima ta' tluq (massa massima reali jew simulata ta' tluq)

 

P

---->

 

 

 

 

2.3.1

Qtugħ mill-art rifjutat:

— matul operazzjonijiet tar-runway;

— matul operazzjonijiet ta' ħeliports elevati; kif ukoll

— matul operazzjonijiet fil-livell tal-art.

 

P

---->

 

 

M

 

2.3.2

Qtugħ mill-art bi ħsara simulata tal-magna wara li jkun inqabeż il-punt deċiżjonali:

matul operazzjonijiet tar-runway;

matul operazzjonijiet ta' ħeliports elevati; kif ukoll

matul operazzjonijiet fil-livell tal-art.

 

P

---->

 

 

M

 

2.4

Inżul awtorotattiv sal-art bil-modalità ta' ħelikopter (ma għandux jintuża inġenju tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P

---->

---->

 

 

M

FFS

biss

 

2.4.1

Inżul b'awtorotazzjoni bil-modalità ta' ajruplan (ma għandux jintuża inġenju tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

 

P

---->

 

 

M

FFS

biss

 

2.5

Profili ta' llandjar VFR normali:

operazzjonijiet tar-runway (STOL u VTOL)

eliporti elevati

eliporti fil-livell tal-art

 

P

---->

---->

 

M

 

2.5.1

Illandjar bi ħsara simulata tal-magna wara li jkun intlaħaq il-punt deċiżjonali:

— matul operazzjonijiet tar-runway;

— matul operazzjonijiet ta' ħeliports elevati; kif ukoll

— matul operazzjonijiet fil-livell tal-art.

 

 

 

 

 

 

 

2.6

Go-around jew illandjar wara ħsara simulata ta' magna qabel il-punt deċiżjonali

 

P

---->

 

 

M

 

TAQSIMA 3 — Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin:

3

Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin (jistgħu jsiru f'FSTD jekk ikun jikkwalifika għall-eżerċizzju):

 

 

 

 

 

M

Minn din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta' 3 punti

3.1

Il-magna

P

---->

---->

 

 

 

 

3.2

Pressurizzazzjoni u kundizzjonament tal-arja (tisħin, ventilazzjoni)

P

---->

---->

 

 

 

 

3.3

Sistema pitot/statika

P

---->

---->

 

 

 

 

3.4

Sistema tal-fjuwil

P

---->

---->

 

 

 

 

3.5

Sistema elettrika

P

---->

---->

 

 

 

 

3.6

Sistema idrawlika

P

---->

---->

 

 

 

 

3.7

Kontroll ta' titjira u s-sistema ta' trim

P

---->

---->

 

 

 

 

3.8

Sistema kontra s-silġ u sistema tat-tneħħija tas-silġ, tisħin għall-protezzjoni kontra t-tleħħija (jekk installata)

P

---->

---->

 

 

 

 

3.9

Pilota awtomatiku/direttur tat-titjira

P

--->

--->

 

 

 

 

3.10

Apparat ta' twissija ta' waqfien jew apparat biex jiġi evitat il-waqfien u apparat biex tiżdied l-istabbiltà

P

---->

---->

 

 

 

 

3.11

Radar tat-temp, altimetru tar-radar, transponder, sistema ta' twissija ta' qrubija lejn l-art (jekk installata)

P

---->

---->

 

 

 

 

3.12

Sistema tal-attrezzatura għall-illandjar

P

---->

---->

 

 

 

 

3.13

APU

P

---->

---->

 

 

 

 

3.14

Radju, tagħmir tan-navigazzjoni, strumenti, sistema ta' mmaniġġjar tat-titjira (FMS)

P

---->

---->

 

 

 

 

3.15

Sistema ta' flapps

P

---->

---->

 

 

 

 

TAQSIMA 4 — Proċeduri anormali u ta' emerġenza

4

Proċeduri anormali u ta' emerġenza

(jistgħu jsiru f'FSTD jekk jikkwalifika għall-eżerċizzju)

 

 

 

 

 

M

Minn din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta' 3 punti

4.1

Taħriġ ta' kontra n-nirien, nirien fil-magna, l-APU, il-kompartiment tat-tagħbija, il-kokpit u fis-sistema tal-elettriku, inkluża l-evakwazzjoni jekk applikabbli

P

---->

---->

 

 

 

 

4.2

Kontroll u tneħħija tad-duħħan

P

---->

---->

 

 

 

 

4.3

Ħsarat, tifi u startjar mill-ġdid tal-magni

(ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju) inkluża l-konverżjoni ta' magna waħda ma taħdimx minn impostazzjoni ta' ħelikopter għal ta' ajruplan u viċi versa

P

---->

---->

 

 

FFS

biss

 

4.4

Rimi ta' fjuwil (simulat, jekk installat)

P

---->

---->

 

 

 

 

4.5

Gradjent tar-riħ waqt il-qtugħ mill-art u l-illandjar (ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

 

 

P

 

 

FFS

biss

 

4.6

Ħsara simulata tal-pressjoni tal-kabina/inżul ta' emerġenza (ma għandux jintuża inġenju tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P

---->

---->

 

 

FFS

biss

 

4.7

Avveniment ACAS

(ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P

---->

---->

 

 

FFS

biss

 

4.8

Inabilitazzjoni ta' membru tal-ekwipaġġ

P

---->

---->

 

 

 

 

4.9

Ħsarat fit-trażmissjoni

P

---->

---->

 

 

FFS

biss

 

4.10

Irkupru minn waqfien sħiħ (magna mitfija u mixgħula) jew wara li jkun attivat apparat ta' twissija ta' waqfien waqt konfigurazzjonijiet ta' tlugħ, tajran u avviċinament (ma għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P

---->

---->

 

 

FFS

biss

 

4.11

Proċeduri oħra ta' emerġenza kif imfissra fil-manwal tat-titjir xieraq

P

---->

---->

 

 

 

 

TAQSIMA 5 — Proċeduri tat-titjira bl-istrumenti (li għandhom isiru f'IMC jew f'IMC simulati)

5.1

Qtugħ mill-art bl-istrumenti: tkun meħtieġa tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti malajr kemm jista' jkun wara li jkun sar il-qtugħ mill-art

P*

---->*

---->*

 

 

 

 

5.1.1

Ħsara simulata ta' magna waqt it-tluq wara l-punt deċiżjonali

P*

---->*

---->*

 

 

M*

 

5.2

Il-konformità mar-rotot tat-tluq u tal-wasla u mal-istruzzjonijiet ATC

P*

---->*

---->*

 

 

M*

 

5.3

Proċeduri ta' stennija fir-rotta

P*

---->*

---->*

 

 

 

 

5.4

Avviċinament bi preċiżjoni sa altitudni deċiżjonali ta' mhux inqas minn 60 m (200 pied)

P*

---->*

---->*

 

 

 

 

5.4.1

Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

P*

---->*

---->*

 

 

M* (test tal-aptitudni biss)

 

5.4.2

Manwalment, b'direttur tat-titjira

P*

---->*

---->*

 

 

 

 

5.4.3

Bl-użu ta' pilota awtomatiku

P*

---->*

---->*

 

 

 

 

5.4.4

Manwalment, b'simulazzjoni b'magna waħda ma taħdimx; il-ħsara fil-magna għandha tkun simulata matul l-avviċinament finali qabel ma tinqabeż il-marka ta' barra (OM) u għandha tkompli sakemm tintmess l-art jew sakemm titlesta l-proċedura ta' avviċinament bla suċċess

P*

---->*

---->*

 

 

M*

 

5.5

Avviċinament mingħajr preċiżjoni sal-MDA/H

P*

---->*

---->*

 

 

M*

 

5.6

Go-around bil-magni kollha jaħdmu meta jintlaħqu DA/H jew MDA/MDH

P*

---->*

---->*

 

 

 

 

5.6.1

Proċeduri oħra ta' avviċinament bla suċċess

P*

---->*

---->*

 

 

 

 

5.6.2

Go-around b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat meta jintlaħqu DA/H jew MDA/MDH

P*

 

 

 

 

M*

 

5.7

Awtorotazzjoni tal-IMC bi rkupru tal-potenza għal illandjar fuq ir-runway bil-modalità ta' ħelikopter biss (m'għandhomx jintużaw inġenji tal-ajru għal dan l-eżerċizzju)

P*

---->*

---->*

 

 

M*

FFS biss

 

5.8

Irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu (dan jiddependi mill-kwalità tal-FFS)

P*

---->*

---->*

 

 

M*

 

TAQSIMA 6 — Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta' inqas minn 60 m (200 pied) (CAT II/III)

6

Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta' inqas minn 60 m (CAT II/III).

Il-manuvri u l-proċeduri li ġejjin huma r-rekwiżiti minimi ta' taħriġ li jippermettu avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta' inqas minn 60 m (200 pied). Waqt il-proċeduri li ġejjin ta' avviċinamenti bl-istrumenti u ta' avviċinament bla suċċess għandu jintuża t-tagħmir powered-lift kollu tal-inġenju tal-ajru meħtieġ għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta' avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta' inqas minn 60 m (200 pied).

 

 

 

 

 

 

 

6.1

Qtugħ mill-art rifjutat f'RVR minimu awtorizzat

 

P

---->

 

 

M*

 

6.2

Avviċinamenti bl-ILS:

f'kundizzjonijiet ta' titjir simulat bl-istrumenti sa DH applikabbli, bl-użu tas-sistema ta' gwida tat-titjir. Għandhom jiġu osservati l-proċeduri operattivi standard (SOPs) ta' koordinazzjoni tal-ekwipaġġ.

 

P

---->

---->

 

M*

 

6.3

Go-around:

wara avviċinamenti kif indikat fil-punt 6.2 meta jintlaħaq id-DH. It-taħriġ għandu jinkludi wkoll go-around minħabba RVR (simulata) insuffiċjenti, gradjent tar-riħ, devjazzjoni tal-inġenju tal-ajru li taqbeż il-limiti ta' avviċinamenti għal avviċinament li jirnexxi, ħsara fit-tagħmir tal-art/ajru qabel ma jintlaħaq id-DH, u go-around bi ħsara simulata fit-tagħmir tal-ajru.

 

P

---->

---->

 

M*

 

6.4

Illandjar:

b'referenza viżwali stabbilita fid-DH wara avviċinament bl-istrumenti. Jiddependi mis-sistema speċifika ta' gwida tat-titjir jekk isirx illandjar awtomatiku.

 

P

---->

 

 

M*

 

TAQSIMA 7 — Tagħmir fakultattiv

7

Użu ta' tagħmir fakultattiv

 

P

---->

---->

 

 

 

E.    Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta' ġifen tal-ajru

1.

Fil-każ ta' testijiet ta' ħila jew kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta' ġifen tal-ajru, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 5 u 6 (jekk applikabbli) tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn ħames punti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. L-applikanti li ma jgħaddux minn ħames punti jew inqas ikollhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk l-applikanti ma jgħaddux minn punt wieħed fil-każ ta' ttestjar mill-ġdid jew meta jerġa' jsir il-kontroll mill-ġdid, jew jekk ma jgħaddux minn kwalunkwe punti oħra li jkunu diġà għaddew minnhom, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. It-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur.

TOLLERANZA WAQT IT-TEST TAT-TITJIRA

2.

L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li:

(a) 

joperaw l-inġenju tal-ajru fi ħdan il-limiti tiegħu;

(b) 

jeżegwixxu l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;

(c) 

jeżerċitaw ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;

(d) 

japplikaw għarfien ajrunawtiku;

(e) 

iżommu kontroll tal-ġifen tal-ajru f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta' proċedura jew manuvra qatt ma jiġi ddubitat;

(f) 

jifhmu u japplikaw il-proċeduri ta' koordinazzjoni u ta' inabilitazzjoni tal-ekwipaġġ; kif ukoll

(g) 

jikkomunikaw b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ.

3.

Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, hekk kif inhuma kkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-prestazzjoni tal-ġifen tal-ajru użat.

(a) 

Limiti ta' titjiriet IFR:



Għoli

 

Ġeneralment

± 100 pied

Bidu ta' go-around f'għoli/altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 pied

Għoli/altitudni minimi ta' nżul

+ 50 pied/– 0 pied

Traċċar

 

B'għajnuniet bir-radju

± 5°

Avviċinament bi preċiżjoni

diflezzjoni ta' nofs skala, azimuth u l-passaġġ tal-inżul

Direzzjoni tal-pruwa

 

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

± 10 °

(b) 

Limiti ta' titjiriet VFR:



Għoli

 

Ġeneralment

± 100 pied

Direzzjoni tal-pruwa

 

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

± 10 °

KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

4.

Is-simboli li ġejjin ifissru:

P

=

Imħarreġ bħala PIC jew kopilota u bħala PF u PM għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip skont kif applikabbli.

5.

It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell ta' tagħmir ta' taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta' tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (---->).

6.

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jiġi indikat it-tagħmir ta' taħriġ użat:



FFS =

simulatur ta' titjira sħiħa

FTD =

apparat għat-taħriġ fit-titjir

OTD =

apparat ieħor ta' taħriġ

As =

ġifen tal-ajru

(a) 

L-applikanti għat-test tal-aptitudni għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni tat-tip ta' ġifen tal-ajru għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 5 u, jekk applikabbli, mit-Taqsima 6.

(b) 

L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta' ġifen tal-ajru għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 5 u, jekk applikabbli, mit-Taqsima 6.

(c) 

Il-punti bi stilla (*) ħdejhom għandhom jittajru biss b'referenza għall-istrumenti. Jekk din il-kondizzjoni ma tiġix issodisfata matul it-test tal-aptitudni jew il-kontroll tal-profiċjenza, il-klassifikazzjoni tat-tip għandha tiġi ristretta għal VFR biss.

7.

Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza, din tindika eżerċizzju obbligatorju.

8.

FSTDs għandhom jintużaw għal taħriġ u għal ittestjar prattiku jekk jagħmlu parti minn kors ta' klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kors:

(a) 

il-kwalifika tal-FSTDs kif stabbilit fir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness VI (il-Parti-ARA) u l-Anness VII (il-Parti-ORA); kif ukoll

(b) 

il-kwalifiki tal-għalliem.



KATEGORIJA TA' ĠIFEN TAL-AJRU

TAĦRIĠ PRATTIKU

TEST TAL-APTITUDNI JEW KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA

Manuvri/Proċeduri

 

 

 

 

Inizjali tal-għalliem meta jitlesta t-taħriġ

Kontroll imwettaq fil-

Iniżjali tal-eżaminatur meta jitlesta t-test

OTD

FTD

FFS

As

FFS As

TAQSIMA 1 — Tħejjijiet u kontrolli ta' qabel it-titjira

1.1

Spezzjoni ta' qabel it-titjira

 

 

 

P

 

 

 

1.2

Spezzjoni tal-kabina tal-pilota

P

---->

---->

---->

 

 

 

1.3

Proċeduri tal-istartjar, kontroll tat-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni, l-għażla u l-issettjar tal-frekwenzi ta' navigazzjoni u komunikazzjoni

 

P

---->

---->

 

M

 

1.4

Proċedura off-mast u manuvrar fuq l-art

 

 

P

---->

 

M

 

1.5

Proċeduri u kontrolli ta' qabel il-qtugħ mill-art

P

---->

---->

---->

 

M

 

TAQSIMA 2 — Manuvri u proċeduri tat-titjira

2.1

Profil ta' qtugħ mill-art VFR normali

 

 

P

---->

 

M

 

2.2

Qtugħ mill-art bi ħsara simulata tal-magna

 

 

P

---->

 

M

 

2.3

Qtugħ mill-art b'toqol > 0 (T/O tqil)

 

 

P

---->

 

 

 

2.4

Qtugħ mill-art b'toqol < 0 (T/O ħafif)

 

 

P

---->

 

 

 

2.5

Proċedura tat-tlugħ normali

 

 

P

---->

 

 

 

2.6

Tlugħ għal għoli ta' pressjoni

 

 

P

---->

 

 

 

2.7

Għarfien tal-għoli ta' pressjoni

 

 

P

---->

 

 

 

2.8

Titjira f'għoli ta' pressjoni jew qrib tiegħu

 

 

P

---->

 

M

 

2.9

Inżul u avviċinament normali

 

 

P

---->

 

 

 

2.10

Profil tal-illandjar VFR normali

 

 

P

---->

 

M

 

2.11

Illandjar b'toqol > 0 (Ldg. tqil)

 

 

P

---->

 

M

 

2.12

Illandjar b'toqol < 0 (Ldg. ħafif)

 

 

P

---->

 

M

 

 

Imħalli vojt intenzjonalment

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA 3 — Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin

3

Operazzjonijiet normali u anormali tas-sistemi u l-proċeduri li ġejjin (jistgħu jsiru f'FSTD jekk ikun jikkwalifika għall-eżerċizzju):

 

 

 

 

 

M

Minn din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta' 3 punti

3.1

Il-magna

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.2

Pressurizzazzjoni tal-envelopp

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.3

Sistema pitot/statika

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.4

Sistema tal-fjuwil

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.5

Sistema elettrika

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.6

Sistema idrawlika

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.7

Kontroll ta' titjira u s-sistema ta' trim

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.8

Sistema Ballonet

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.9

Pilota awtomatiku/direttur tat-titjira

P

--->

--->

---->

 

 

 

3.10

Apparat biex tiżdied l-istabbiltà

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.11

Radar tat-temp, altimetru tar-radar, transponder, sistema ta' twissija ta' qrubija lejn l-art (jekk installata)

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.12

Sistema tal-attrezzatura għall-illandjar

P

----->

----->

---->

 

 

 

3.13

APU

P

---->

---->

---->

 

 

 

3.14

Radju, tagħmir tan-navigazzjoni, strumenti, sistema ta' mmaniġġjar tat-titjira (FMS)

P

---->

---->

---->

 

 

 

 

Imħalli vojt intenzjonalment

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA 4 — Proċeduri anormali u ta' emerġenza

4

Proċeduri anormali u ta' emerġenza

(jistgħu jsiru f'FSTD jekk jikkwalifika għall-eżerċizzju)

 

 

 

 

 

M

Minn din it-taqsima għandu jintgħażel minimu obbligatorju ta' tliet punti

4.1

Taħriġ ta' kontra n-nirien, nirien fil-magna, l-APU, il-kompartiment tat-tagħbija, il-kokpit u fis-sistema tal-elettriku, inkluża l-evakwazzjoni jekk applikabbli

P

---->

---->

---->

 

 

 

4.2

Kontroll u tneħħija tad-duħħan

P

---->

---->

---->

 

 

 

4.3

Ħsarat, tifi u startjar mill-ġdid tal-magni:

b'mod partikolari l-fażijiet ta' titjira, inkluża ħsara multipla fil-magna

P

---->

---->

---->

 

 

 

4.4

Inabilitazzjoni ta' membru tal-ekwipaġġ

P

---->

---->

---->

 

 

 

4.5

Ħsara fit-trażmissjoni/fil-gerboks

P

---->

---->

---->

 

FFS biss

 

4.6

Proċeduri oħra ta' emerġenza kif imfissra fil-qosor fil-manwal tat-titjir xieraq

P

---->

---->

---->

 

 

 

TAQSIMA 5 — Proċeduri tat-Titjira bl-Istrumenti (li għandhom isiru f'IMC jew f'IMC simulati)

5.1

Qtugħ mill-art bl-istrumenti: tkun meħtieġa tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti malajr kemm jista' jkun wara li jkun sar il-qtugħ mill-art

P*

---->*

---->*

---->*

 

 

 

5.1.1

Ħsara simulata fil-magna waqt it-tluq

P*

---->*

---->*

---->*

 

M*

 

5.2

Il-konformità mar-rotot tat-tluq u tal-wasla u mal-istruzzjonijiet ATC

P*

---->*

---->*

---->*

 

M*

 

5.3

Proċeduri ta' stennija fir-rotta

P*

---->*

---->*

---->*

 

 

 

5.4

Avviċinament bi preċiżjoni sa altitudni deċiżjonali ta' mhux inqas minn 60 m (200 pied)

P*

---->*

---->*

---->*

 

 

 

5.4.1

Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

P*

---->*

---->*

---->*

 

M*

(test tal-aptitudni biss)

 

5.4.2

Manwalment, b'direttur tat-titjira

P*

---->*

---->*

---->*

 

 

 

5.4.3

Bl-użu ta' pilota awtomatiku

P*

---->*

---->*

---->*

 

 

 

5.4.4

Manwalment, b'simulazzjoni b'magna waħda ma taħdimx; il-ħsara fil-magna għandha tkun simulata matul l-avviċinament finali qabel ma tinqabeż il-marka ta' barra (OM) u għandha tkompli sakemm tintmess l-art jew sakemm titlesta l-proċedura ta' avviċinament bla suċċess

P*

---->*

---->*

---->*

 

M*

 

5.5

Avviċinament mingħajr preċiżjoni sal-MDA/H

P*

---->*

---->*

---->*

 

M*

 

5.6

Go-around bil-magni kollha jaħdmu meta jintlaħqu DA/H jew MDA/MDH

P*

---->*

---->*

---->*

 

 

 

5.6.1

Proċeduri oħra ta' avviċinament bla suċċess

P*

---->*

---->*

---->*

 

 

 

5.6.2

Go-around b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat meta jintlaħqu DA/H jew MDA/MDH

P*

 

 

 

 

M*

 

5.7

Irkupru minn pożizzjonamenti mhux tas-soltu

(dan jiddependi mill-kwalità tal-FFS)

P*

---->*

---->*

---->*

 

M*

 

TAQSIMA 6 — Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta' inqas minn 60 m (200 pied) (CAT II/III)

6

Awtorizzazzjoni addizzjonali għal klassifikazzjoni tat-tip għal avviċinamenti bl-istrumenti sa altitudni deċiżjonali ta' inqas minn 60 m (200 pied) (CAT II/III).

Il-manuvri u l-proċeduri li ġejjin huma r-rekwiżiti minimi ta' taħriġ li jippermettu avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta' inqas minn 60 m (200 pied). Waqt il-proċeduri li ġejjin ta' avviċinamenti bl-istrumenti u ta' avviċinament bla suċċess għandu jintuża t-tagħmir kollu tal-ġifen tal-ajru meħtieġ għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta' avviċinamenti bl-istrumenti sa DH ta' inqas minn 60 m (200 pied).

 

 

 

 

 

 

 

6.1

Qtugħ mill-art rifjutat f'RVR minimu awtorizzat

 

P

---->

 

 

M*

 

6.2

Avviċinamenti bl-ILS:

f'kundizzjonijiet ta' titjir simulat bl-istrumenti sa DH applikabbli, bl-użu tas-sistema ta' gwida tat-titjir. Għandhom jiġu osservati l-proċeduri operattivi standard (SOPs) ta' koordinazzjoni tal-ekwipaġġ.

 

P

---->

 

 

M*

 

6.3

Go-around

Wara avviċinamenti kif indikat fil-punt 6.2 meta jintlaħaq DH.

It-taħriġ għandu jinkludi wkoll go-around minħabba RVR (simulata) insuffiċjenti, gradjent tar-riħ, devjazzjoni tal-inġenju tal-ajru li taqbeż il-limiti ta' avviċinamenti għal avviċinament li jirnexxi, ħsara fit-tagħmir tal-art/ajru qabel ma jintlaħaq id-DH, u go-around bi ħsara simulata fit-tagħmir tal-ajru.

 

P

---->

 

 

M*

 

6.4

Illandjar:

b'referenza viżwali stabbilita fid-DH wara avviċinament bl-istrumenti. Jiddependi mis-sistema speċifika ta' gwida tat-titjir jekk isirx illandjar awtomatiku.

 

P

---->

 

 

M*

 

TAQSIMA 7 — Tagħmir fakultattiv

7

Użu ta' tagħmir fakultattiv

 

P

---->

 

 

 

 

▼M14




Appendiċi 10

— Validazzjoni mill-ġdid u tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip, u validazzjoni mill-ġdid u tiġdid tal-IRs meta kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew mat-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip — valutazzjoni prattika tal-EBT

A    — Ġenerali

1. Il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip kif ukoll il-validazzjoni mill-ġdid u t-tiġdid tal-IRs meta kkombinati mal-validazzjoni mill-ġdid jew mat-tiġdid tal-klassifikazzjonijiet tat-tip skont dan l-Appendiċi għandhom jimtlew biss għand operaturi tal-EBT li jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(a) 

ikunu stabbilixxew programm tal-EBT rilevanti għall-klassifikazzjoni tat-tip applikabbli jew għall-IR skont il-punt ORO.FC.231 tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(b) 

ikollhom esperjenza ta’ mill-inqas 3 snin fit-twettiq ta’ programm imħallat tal-EBT;

(c) 

għal kull klassifikazzjoni tat-tip fi ħdan il-programm tal-EBT, l-organizzazzjoni tkun ħatret maniġer tal-EBT. Il-maniġers tal-EBT għandhom jikkonformaw ma’ dawn kollha li ġejjin:

(i) 

għandu jkollhom privileġġi ta’ eżaminatur għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(ii) 

għandu jkollhom esperjenza estensiva fit-taħriġ bħala għalliem għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti;

(iii) 

għandhom ikunu jew il-persuna nnominata skont il-punt ORO.AOC.135(a)(2) tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jew deputat ta’ dik il-persuna.

2. Il-maniġer tal-EBT responsabbli għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti għandu jiżgura li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalifika, taħriġ u esperjenza ta’ dan l-Anness għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-klassifikazzjoni rilevanti.

3. L-applikanti li jixtiequ jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu klassifikazzjoni skont dan l-Appendiċi għandhom jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(a) 

għandhom ikunu rreġistrati fil-programm tal-EBT tal-operatur;

(b) 

fil-każ ta’ validazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni, huma għandhom itemmu l-programm tal-EBT tal-operatur fil-perjodu ta’ validità tal-klassifikazzjoni rilevanti;

(c) 

fil-każ ta’ tiġdid ta’ klassifikazzjoni, huma għandhom jikkonformaw mal-proċeduri żviluppati mill-operatur tal-EBT skont il-punt ORO.FC.231(a)(5) tal-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

4. Il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta’ klassifikazzjoni skont dan l-Appendiċi għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a) 

valutazzjoni prattika kontinwa tal-EBT fi ħdan programm tal-EBT;

(b) 

turija ta’ livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni fil-kompetenzi kollha;

(c) 

l-azzjoni amministrattiva tal-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-liċenzja li għaliha l-maniġer tal-EBT responsabbli għall-klassifikazzjoni tat-tip rilevanti għandu jagħmel dan kollu li ġej:

(1) 

tiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-punt FCL.1030;

(2) 

meta taġixxi skont il-punt FCL.1030(b)(2), tapprova l-liċenzja tal-applikant bid-data ta’ skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni. Dik l-approvazzjoni tista’ timtela minn persuna oħra f’isem il-maniġer tal-EBT, jekk dik il-persuna tkun irċeviet delegazzjoni mill-maniġer tal-EBT biex tagħmel dan skont il-proċeduri stabbiliti fil-programm tal-EBT.

B    — Twettiq tal-valutazzjoni prattika tal-ebt

Il-valutazzjoni prattika tal-EBT għandha titwettaq skont il-programm tal-EBT tal-operatur.

▼B




ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-KONVERŻJONI TA' LIĊENZJI NAZZJONALI EŻISTENTI U KLASSIFIKAZZJONIJIET GĦAL AJRUPLANI U ĦELIKOPTERS

A.   AJRUPLANI

1.    Liċenzji tal-bdoti

Liċenzja ta’ bdot maħruġa minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandha tkun ikkonvertita f'liċenzja tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għal ATPL(A) u CPL(A), iwettaq bħala kontroll tal-profiċjenza r-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid tal-Parti FCL għal klassifikazzjoni tat-tip/tal-klassi u ta’ strumenti, rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tiegħu;

▼M3

(b) 

juri għarfien tal-partijiet rilevanti tar-rekwiżiti operattivi u l-Parti-FCL;

▼B

(c) 

juri profiċjenza fil-lingwa skont FCL.055;

▼M4

(d) 

jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:



Liċenzja nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza f'sigħat totali ta' titjir

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Sostituzzjoni ta' liċenzja tal-Parti FCL u kondizzjonijiet (fejn japplika)

Tneħħija ta' kondizzjonijiet

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

 

ATPL(A)

> 1 500 siegħa bħala PIC fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

ATPL(A)

Mhux applikabbli

(a)

ATPL(A)

> 1 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

bħal f'(c)(4)

bħal f'(c)(5)

(b)

ATPL(A)

> 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed

Juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.515

ATPL(A), bi klassifikazzjonitat-tip ristretta għall-kopilota.

Juri l-kapaċità li jaġixxi bħala PIC kif mitlub mill-Appendiċi 9 tal-Parti FCL

(c)

CPL/IR(A) u għadda minn test tat-teorija fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja

 

(i)  juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.310 u FCL.615(b);

(ii)  jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal ta' FCL.720.A(c)

CPL/IR(A) bi krediti fit-teorija ATPL

Mhux applikabbli

(d)

CPL/IR(A)

> 500 fuq ajruplani b'aktar minn bdot wieħed, jew f'operazzjonijiet b'aktar minn bdot wieħed fuq ajruplani ta' kategorija CS-23 ta' vvjaġġar minn post għall-ieħor bi bdot wieħed jew ekwivalenti skont ir-rekwiżiti tal-Parti CAT jew il-Parti-ORO għal trasport kummerċjali bl-ajru

(i)  jgħaddi minn eżami tal-għarfien dwar ATPL(A) fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja (*1);

(ii)  jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal ta' FCL.720.A(c)

CPL/IR(A) bi krediti fit-teorija ATPL

Mhux applikabbli

(e)

CPL/IR(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Xejn

CPL/IR(A) bi klassifikazzjonijiet tl-klassi u t-tip ristretti għal ajruplani bi bdot wieħed

Jikseb klassifikazzjoni tat-tip b'aktar minn bdot wieħed skont il-Parti FCL

(f)

CPL/IR(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Juri għarfien dwar ippjanar u prestazzjoni ta' titjir għal-livell CPL/IR

Bħal (4)(f)

Bħal (5)(f)

(g)

CPL(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

Klassifikazzjoni għal billejl, jekk tapplika

CPL(A), bi klassifikazzjonijiet tat-tip/klassi ristretti għal ajruplani bi bdot wieħed

 

(h)

CPL(A)

< 500 bħala PIC fuq ajruplani bi bdot wieħed

(i)  Klassifikazzjoni għal billejl, jekk tapplika;

(ii)  juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.310

bħal (4)(h)

 

(i)

PPL/IR(A)

≥ 75 skont IFR

 

PPL/IR(A) (IR hija ristretta għal PPL)

Juri għarfien dwar ippjanar ta' titjir u prestazzjoni kif mitlub minn FCL.615(b)

(j)

PPL(A)

≥ 70 fuq ajruplani

Juri l-użu ta' għajnuniet tan-navigazzjoni bir-radju

PPL(A)

 

(k)

(*1)   

Id-detenturi ta' CPL li diġà jkollhom klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b'aktar minn bdot wieħed ma jkunx jeħtiġilhom li jkunu għaddew minn eżami ta' għarfien teoriku fuq ATPL(A) waqt li jkomplu jħaddmu dak l-istess tip ta' ajruplan, iżda ma jingħatawx krediti fit-teorija ATPL(A) għal liċenzja tal-Parti FCL. Jekk ikunu jeħtieġu klassifikazzjoni oħra tat-tip għal ajruplan differenti b'aktar minn bdot wieħed, għandhom jikkonformaw mal-kolonna (3), linja (e)(i) tat-tabella ta' hawn fuq.

▼B

2.    Ċertifikati tal-għalliema

Ċertifikat ta’ għalliem maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandu jkun ikkonvertit f’ċertifikat tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:



Ċertifikat nazzjonali jew privileġġi fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni tal-Parti FCL

(1)

(2)

(3)

(4)

FI(A)/IRI(A)/TRI(A)/CRI(A)

kif mitlub skont il-Parti FCL għaċ-ċertifikat rilevanti

N/A

FI(A)/IRI(A)/TRI(A)/CRI(A)

3.    Ċertifikat ta’ SFI

Ċertifikat ta’ SFI maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandu jkun ikkonvertit f'ċertifikat tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:



Ċertifikat nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni tal-Parti FCL

(1)

(2)

(3)

(4)

SFI(A)

> 1 500 siegħa bħala bdot ta’ MPA

(i)  għandu jew kellu CPL, MPL jew ATPL għal ajruplani maħruġa minn Stat Membru;

(ii)  ikun ikkompleta l-kontenut ta’ simulatur tat-titjir tal-kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip applikabbli, inkluż MCC.

SFI(A)

SFI(A)

3 snin ta’ esperjenza reċenti bħala SFI

Ikun ikkompleta l-kontenut ta’ simulatur tat-titjir tal-kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip applikabbli, inkluż MCC

SFI(A)

Il-konverżjoni għandha tkun valida għal perjodu massimu ta’ 3 snin. Il-validazzjoni mill-ġdid għandha tkun soġġetta għat-twettiq tar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

4.    Ċertifikat ta’ STI

Ċertifikat ta’ STI maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ dak l-Istat jista’ jkun ikkonvertit f’ċertifikat FCL bil-kondizzjoni li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella hawn taħt:



Ċertifikat nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

STI(A)

> 500 siegħa bħala bdot fuq SPA

(i)  għandu jew kellu liċenzja ta’ bdot maħruġa minn Stat Membru;

(ii)  ikun wettaq kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL f'FSTD li jkun xieraq għat-tagħlim maħsub

STI(A)

STI(A)

3 snin ta’ esperjenza reċenti bħala STI

ikun wettaq kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL f'FSTD li jkun xieraq għat-tagħlim maħsub

STI(A)

Il-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkunu twettqu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

B.   ĦELIKOPTERS

1.    Liċenzji tal-bdoti

Liċenzja ta’ bdot maħruġa minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandha tkun ikkonvertita f'liċenzja tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

iwettaq bħala kontroll tal-profiċjenza r-rekwiżiti ta’ validazzjoni mill-ġdid tal-Parti FCL għal klassifikazzjoni tat-tip u tal-istrumenti, rilevanti għall-privileġġi tal-liċenzja fil-pussess tiegħu;

▼M3

(b) 

juri għarfien tal-partijiet rilevanti tar-rekwiżiti operattivi u l-Parti-FCL;

▼B

(c) 

juri profiċjenza fil-lingwa skont FCL.055;

▼M3

(d) 

jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:



Liċenzja nazzjonali miżmuma

Esperjenza ta' sigħat ta' tajran totali

Kwalunkwe rekwiżit ieħor

Liċenzja u kundizzjonijiet tal-Parti-FCL ta' sostituzzjoni (fejn ikun applikabbli)

Tneħħija tal-kundizzjonijiet

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

 

ATPL(H) IR(H) valida

> 1 000 bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

xejn

ATPL(H) u IR

Mhux applikabbli

(a)

ATPL(H) ebda privileġġi IR(H)

> 1 000 bħala PIC fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

xejn

ATPL(H)

 

(b)

ATPL(H) IR(H) valida

> 1 000 fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

ATPL(H), u IR bi kwalifika tat-tip ristretta għall-kobdot

Juri l-kapaċità li jaġixxi bħala PIC kif mitlub mill-Appendiċi 9 tal-Parti FCL

(c)

ATPL(H) ebda privileġġi IR(H)

> 1 000 fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Xejn

Kwalifika tat-tip ATPL(H) ristretta għall-kopilota

Juri l-kapaċità li jaġixxi bħala PIC kif mitlub mill-Appendiċi 9 tal-Parti FCL

(d)

ATPL(H) IR(H) valida

> 500 fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafi FCL.515 u FCL.615(b)

Bħal (4)(c)

Bħal (5)(c)

(e)

ATPL(H) ebda privileġġi IR(H)

> 500 fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed

Bħal (3)(e)

Bħal (4)(d)

Bħal (5)(d)

(f)

CPL/IR(H) u għadda minn test tat-teorija tal-ICAO ATPL(H) fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja

 

(i)  juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni tat-tijir kif mitlub mill-paragrafi FCL.310 u FCL.615(b);

(ii)  jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal tal-paragrafu FCL.720.H(b)

CPL/IR(H) CPL/IR(H) bi krediti fit-teorija ATPL(H), bil-kondizzjoni li t-test fit-teorija tal-ICAO ATPL(H) jiġi vvalutat bħala li huwa f'livell ta’ ATPL tal-Parti FCL

Mhux applikabbli

(g)

CPL/IR(H)

> 500 fuq ħelikopters b’aktar minn bdot wieħed

(i)  jgħaddi minn eżami ta’ għarfien teoriku għal ATPL(H) tal-Parti FCL fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzja (*1)

(ii)  jissodisfa r-rekwiżiti li jifdal ta’ FCL.720.H(b)

CPL/IR(H) bi krediti fit-teorija ATPL(H) tal-Parti FCL

Mhux applikabbli

(h)

CPL/IR(H)

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

Xejn

CPL/IR(H) bi kwalifika tat-tip ristretta għal ħelikopters bi bdot wieħed

jikseb kwalifika tat-tip b'aktar minn bdot wieħed kif mitlub mill-Parti FCL

(i)

CPL/IR(H)

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafi FCL.310 u FCL.615(b)

Bħal (4)(i)

(j)

CPL (H)

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

Kwalifika ta’ billejl

CPL(H), bi kwalifika tat-tip ristretta għal ħelikopters bi bdot wieħed

(k)

CPL (H)

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafu FCL.310

Bħal (4) (k)

(l)

CPL (H) mingħajr kwalifika ta’ billejl

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

 

Bħal (4)(k) u ristretta għal operazzjonijiet VFR ta’ binhar

Jikseb kwalifika tat-tip b'aktar minn bdot wieħed kif mitlub mill-Parti FCL u kwalifika ta’ billejl

(m)

CPL (H) mingħajr kwalifika ta’ billejl

< 500 bħala PIC fuq ħelikopters bi bdot wieħed

juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafi FCL.310

Bħal (4)(k) u ristretta għal operazzjonijiet VFR ta’ binhar

(n)

PPL/IR(H)

≥75 skont IFR

 

PPL/IR(H) (IR hija ristretta għal PPL)

Juri għarfien dwar ippjanar ta’ titjir u prestazzjoni kif mitlub mill-paragrafu FCL.615(b)

(o)

PPL (H)

≥ 75 fuq ħelikopters

Juri l-użu ta’ għajnuniet tan-navigazzjoni bir-radju

PPL (H)

 

(p)

(*1)   

Id-detenturi ta’ CPL li diġà jkollhom kwalifika tat-tip għal ħelikopter b'aktar minn bdot wieħed ma jkunx jeħtiġilhom li jkunu għaddew minn eżami ta’ għarfien teoriku ATPL(H) waqt li jkomplu jħaddmu dak l-istess tip ta’ ħelikopter, iżda ma jingħatawx krediti fit-teorija ATPL(H) għal liċenzja tal-Parti FCL. Jekk ikunu jeħtieġu kwalifika oħra ta’ tip għal ħelikopter differenti b'aktar minn bdot wieħed, għandhom jikkonformaw mal-kolonna (3), linja (h)(i) tat-tabella.

▼B

2.    Ċertifikati tal-għalliema

Ċertifikat ta’ għalliem maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandu jkun ikkonvertit f'ċertifikat tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:



Ċertifikat nazzjonali jew privileġġi fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

FI(H)/IRI(H)/TRI(H)

kif mitlub skont il-Parti FCL għaċ-ċertifikat rilevanti

 

FI(H)/IRI(H)/TRI(H)*

Il-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkunu twettqu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

3.    Ċertifikat ta’ SFI

Ċertifikat ta’ SFI maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali għandu jkun ikkonvertit f'ċertifikat tal-Parti FCL bil-kondizzjoni li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:



Ċertifikat nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

SFI(H)

> 1 000 siegħa bħala bdot ta’ MPH

(i)  għandu jew kellu CPL, MPL jew ATPL maħruġin minn Stat Membru;

(ii)  ikun temm il-kontenut ta’ simulatur tat-titjir tal-kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip applikabbli, inkluż MCC

SFI(H)

SFI(H)

3 snin esperjenza reċenti bħala SFI

ikun ikkompleta l-kontenut ta’ simulatur tal-kors ta’ klassifikazzjoni tat-tip applikabbli, inkluż MCC

SFI(H)

Il-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkunu twettqu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

4.    Ċertifikat ta’ STI

Ċertifikat ta’ STI maħruġ minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ dak l-Istat jista’ jkun ikkonvertit f'ċertifikat FCL bil-kondizzjoni li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella hawn taħt:



Ċertifikat nazzjonali fil-pussess tad-detentur

Esperjenza

Rekwiżiti addizzjonali oħra

Ċertifikat ta’ sostituzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

STI(H)

> 500 siegħa bħala bdot fuq SPH

(i)  għandu jew kellu liċenzja ta’ bdot maħruġa minn Stat Membru;

(ii)  ikun wettaq kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL f'FSTD li jkun xieraq għat-tagħlim maħsub

STI(H)

STI(H)

3 snin esperjenza reċenti bħala STI

ikun wettaq kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Parti FCL f'FSTD li jkun xieraq għat-tagħlim maħsub

STI(H)

Il-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li jkunu twettqu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Parti FCL.

▼M13 —————

▼B




ANNESS IV

[PARTI MED]

▼M9

SOTTOPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

TAQSIMA 1

Ġenerali

MED.A.001    Awtorità kompetenti

Għall-fini ta' dan l-Anness (il-Parti-MED), l-awtorità kompetenti għandha tkun:

(a) 

għaċ-ċentri ajrumediċi (AeMC - Aero-Medical Centres):

(1) 

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-AeMC ikollu l-post prinċipali tal-attività tiegħu;

(2) 

l-Aġenzija, meta l-AeMC ikun jinsab f'pajjiż terz;

(b) 

għall-eżaminaturi ajrumediċi (AMEs - Aero-Medical Examiners):

(1) 

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-AME ikollu l-post prinċipali tal-attività tiegħu;

(2) 

jekk il-post prinċipali tal-attività ta' AME jkun jinsab f'pajjiż terz, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni mill-AME għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' AME;

(c) 

għall-professjonisti mediċi ġenerali (GMP - General Medical Practitioners), l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li lilha l-GMPs jiddikjaraw l-attività tagħhom;

(d) 

għall-prattikanti mediċi tas-saħħa okkupazzjonali (OHMPs - Occupational Health Medical Practitioners) li jeżaminaw l-idoneità medika tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li lilha l-OHMPs jiddikjaraw l-attività tagħhom.

MED.A.005    Ambitu

Dan l-Anness (Parti-MED) jistabbilixxi r-rekwiżiti:

(a) 

għall-ħruġ, għall-validità, għar-rivalidazzjoni u għat-tiġdid taċ-ċertifikat mediku meħtieġ għall-eżerċitar tal-privileġġi ta' liċenzja ta' bdot jew ta' bdot student;

(b) 

għall-idoneità medika tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(c) 

għaċ-ċertifikazzjoni tal-AMEs;

(d) 

għall-kwalifikazzjoni ta' GMPs u ta' OHMPs.

MED.A.010    Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan l-Anness (Parti-MED), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

— 
“limitazzjoni” tfisser kundizzjoni mniżżla fiċ-ċertifikat mediku jew fir-rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina li għandha tiġi mħarsa waqt li jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja jew l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina;
— 
“eżami ajrumediku” tfisser l-ispezzjoni, il-palpazzjoni, il-perkussjoni, l-askultazzjoni jew kwalunkwe mezz ieħor ta' investigazzjoni għad-determinazzjoni tal-idoneità medika biex jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja, jew biex jitwettqu d-dmirijiet relatati mas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-kabina;
— 
“valutazzjoni ajrumedika” tfisser il-konklużjoni dwar l-idoneità medika tal-applikant abbażi tal-evalwazzjoni tal-applikant kif meħtieġ f'dan l-Anness (Parti-MED) u eżamijiet u testijiet mediċi ulterjuri kif indikati minn klinika;
— 
“sinifikanti” tfisser grad ta' kundizzjoni medika, li l-effett tiegħu jipprevjeni l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja jew tad-dmirijiet relatati mas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-kabina;
— 
“applikant” tfisser persuna li tapplika għal ċertifikat mediku, jew li hi d-detentur tiegħu, u li ssirilha valutazzjoni ajrumedika tal-idoneità biex teżerċita l-privileġġi tal-liċenzja, jew biex twettaq id-dmirijiet relatati mas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-kabina;
— 
“storja medika” tfisser deskrizzjoni jew rekord ta' mardiet, ta' korrimenti, ta' trattamenti jew ta' fatti mediċi oħra fl-imgħoddi, inklużi valutazzjoni(jiet) ta' nuqqas ta' idoneità jew limitazzjoni ta' ċertifikat mediku, li huma jew li jistgħu jkunu rilevanti għall-istat attwali tas-saħħa u tal-idoneità ajrumedika ta' applikant;
— 
“awtorità tal-liċenzji” tfisser l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet il-liċenzja, jew li persuna tapplika għandha għall-ħruġ ta' liċenzja, jew, meta persuna tkun għadha ma applikatx għal liċenzja, l-awtorità kompetenti kif iddeterminata skont din l-FCL.001 tal-Anness I (Parti-FCL);
— 
“sigur fir-rikonoxximent tal-kuluri” tfisser il-kapaċità tal-applikant li jiddistingwi faċilment il-kuluri użati fin-navigazzjoni bl-ajru u li jidentifika b'mod korrett id-dwal ikkuluriti użati fl-avjazzjoni;
— 
“investigazzjoni” tfisser il-valutazzjoni ta' kundizzjoni patoloġika suspettata ta' applikant permezz ta' eżamijiet u ta' testijiet biex tiġi vverifikata l-preżenza jew l-assenza ta' kundizzjoni medika;
— 
“konklużjoni medika akkreditata” tfisser il-konklużjoni milħuqa minn espert mediku wieħed jew iktar li tkun aċċettabbli għall-awtorità tal-liċenzji, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, għall-finijiet tal-każ ikkonċernat, b'konsultazzjoni mal-esperti fl-operazzjonijiet tat-titjir jew esperti oħra kif meħtieġ, li għalihom jista' jkun xieraq li ssir valutazzjoni tar-riskju operazzjonali;
— 
“użu ħażin ta' sustanzi” tfisser l-użu ta' sustanza psikoattiva, waħda jew iktar, minn membru tal-ekwipaġġ tal-ajru, b'tali mod li:
(a) 

jikkostitwixxi periklu dirett għall-utent jew jipperikola l-ħajja, is-saħħa jew il-benesseri ta' oħrajn;

(b) 

jikkawża jew jaggrava problema jew disturb okkupazzjonali, soċjali, mentali jew fiżiku;

— 
“sustanzi psikoattivi” tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, bl-eċċezzjoni tal-kafeina u t-tabakk;
— 
“difett rifrattiv” tfisser id-devjazzjoni minn emmetropja mkejla b'dijopteri fil-meridjan l-iktar ametropiku, imkejla b'metodi standard.

MED.A.015    Kunfidenzjalità medika

Il-persuni kollha involuti fl-eżamijiet, fil-valutazzjonijiet u fiċ-ċertifikazzjonijiet ajrumediċi għandhom jiżguraw li l-kunfidenzjalità medika tiġi rispettata f'kull ħin.

MED.A.020    Tnaqqis fl-idoneità medika

(a) 

Id-detenturi ta' liċenzja qatt ma għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom u tal-klassifikazzjonijiet jew taċ-ċertifikati relatati, u l-bdoti studenti qatt ma għandhom itiru waħedhom, jekk:

(1) 

ikunu jafu b'xi tnaqqis fl-idoneità medika tagħhom li jista' ma jippermettilhomx jeżerċitaw dawk il-privileġġi b'mod sikur;

(2) 

ikunu qed jieħdu jew jużaw xi mediċina bir-riċetta jew mhux bir-riċetta li aktarx li xxekkel l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja applikabbli;

(3) 

jirċievu xi trattament mediku, kirurġiku jew trattament ieħor li aktarx li jxekkel l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja applikabbli.

(b) 

Barra minn hekk, id-detenturi ta' ċertifikat mediku għandhom,kemm jista' jkun malajr u qabel ma jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom, ifittxu parir ajrumediku mingħand l-AeMC, l-AME jew il-GMP, kif ikun applikabbli, meta:

(1) 

tkun saritilhom operazzjoni kirurġika jew proċedura invażiva;

(2) 

ikunu bdew jieħdu xi mediċina b'mod regolari;

(3) 

ikunu sofrew xi korriment personali sinifikanti li jwassal għal nuqqas ta' kapaċità li jaħdmu bħala membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(4) 

ikunu qed isofru minn xi marda sinifikanti li twassal għal nuqqas ta' kapaċità li jaħdmu bħala membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(5) 

ikunu fi stat ta' tqala;

(6) 

ikunu ġew rikoverati fi sptar jew fi klinika;

(7) 

ikunu jeħtieġu lentijiet ta' korrezzjoni għall-ewwel darba.

(c) 

Fil-każijiet msemmija fil-punt (b):

(1) 

id-detenturi ta' ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u tal-klassi 2 għandhom jitolbu l-parir ajrumediku ta' AeMC jew ta' AME. F'dak il-każ, l-AeMC jew l-AME għandu jivvaluta l-idoneità medika ta' dawn u jiddeċiedi jekk humiex idonei biex jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom;

(2) 

id-detenturi ta' ċertifikati mediċi tal-liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief għandhom jitolbu l-parir ajrumediku ta' AeMC, ta' AME jew tal-GMP li jkun iffirma ċ-ċertifikat mediku. F'dak il-każ, l-AeMC, l-AME jew il-GMP għandu jivvaluta l-idoneità medika ta' dawn u jiddeċiedi jekk humiex idonei biex jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom.

(d) 

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina ma għandhomx iwettqu kompiti fuq inġenji tal-ajru u, fejn applikabbli, ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom meta jkunu jafu b'xi tnaqqis fl-idoneità medika tagħhom, meta din il-kundizzjoni medika tkun tista' ma tħallihomx iwettqu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom relatati mas-sikurezza.

(e) 

Barra minn hekk, jekk tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punti (1) sa (5) tal-punt (b), il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom, kemm jista' jkun malajr, jitolbu l-parir ta' AME, ta' AeMC, jew ta' OHMP skont kif ikun applikabbli. F'dak il-każ, l-AME, l-AeMC jew l-OHMP għandu jeżamina l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u jiddeċiedi jekk humiex idonei biex ikomplu jwettqu d-dmirijiet tagħhom relatati mas-sikurezza.

MED.A.025    Obbligi tal-AeMC, tal-AME, tal-GMP u tal-OHMP

(a) 

Meta jitwettqu eżamijiet ajrumediċi u valutazzjonijiet ajrumediċi kif meħtieġ f'dan l-Anness (Parti-MED), l-AeMC, l-AME, il-GMP u l-OHMP għandhom:

(1) 

jiżguraw li tista' tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-applikant mingħajr ostakli lingwistiċi;

(2) 

jgħarrfu lill-applikant bil-konsegwenzi li jiffaċċja f'każ li hu jipprovdi dikjarazzjonijiet mhux kompleti, mhux eżatti jew foloz dwar l-istorja medika tiegħu;

(3) 

jinnotifikaw lill-awtorità tal-liċenzji, jew, fil-każ ta' detenturi ta' attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti, jekk l-applikant jipprovdi dikjarazzjonijiet mhux kompleti, mhux eżatti jew foloz dwar l-istorja medika tiegħu;

(4) 

jinnotifkaw lill-awtorità tal-liċenzji jekk applikant jirtira l-applikazzjoni għal ċertifikat mediku fi kwalunkwe stadju tal-proċess.

(b) 

Wara li jitlestew l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet ajrumediċi, l-AeMC, l-AME, il-GMP u l-OHMP għandhom:

(1) 

jinformaw lill-applikant jekk huwiex idoneu jew le, jew inkella jirreferuh lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, lill-AeMC jew lill-AME, skont kif ikun applikabbli;

(2) 

jinformaw lill-applikant b'kull limitazzjoni li tista' tirrestrinġi t-taħriġ tat-titjir jew il-privileġġi tal-liċenzja tiegħu jew l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina, kif applikabbli;

(3) 

jekk l-applikant ġie vvalutat bħala mhux idoneu, jinformawh dwar id-dritt tiegħu li d-deċiżjoni tiġi riveduta skont il-proċeduri tal-awtorità kompetenti;

(4) 

fil-każ ta' applikanti għal ċertifikat mediku, jissottomettu mingħajr dewmien lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji rapport iffirmat, jew awtentifikat b'mod elettroniku, li jkun fih ir-riżultati dettaljati tal-eżamijiet u tal-valutazzjonijiet ajrumediċi kif meħtieġ għall-klassi taċ-ċertifikat mediku u kopja tal-formola ta' applikazzjoni, il-formola tal-eżami, u ċ-ċertifikat mediku;

(5) 

jinformaw lill-applikant dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu fil-każ ta' tnaqqis fl-idoneità medika, kif speċifikat fil-punt MED.A.020.

(c) 

Meta tkun meħtieġa l-konsultazzjoni tal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji skont dan l-Anness (Parti-MED), l-AeMC u l-AME għandhom isegwu l-proċedura stabbilita mill-awtorità kompetenti.

(d) 

L-AeMCs, l-AMEs, il-GMPs u l-OHMPs għandhom iżommu rekords bid-dettalji tal-eżami u tal-valutazzjonijiet ajrumediċi mwettqa skont dan l-Anness (Parti-MED) u r-riżultati tagħhom għal minimu ta' 10 snin, jew għal perjodu itwal jekk ikun iddeterminat hekk mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(e) 

L-AeMC, l-AMEs, il-GMPs u l-OHMPs għandhom jissottomettu lill-valutatur mediku tal-awtorità kompetenti, fuq talba, ir-rekords u r-rapporti ajrumediċi kollha, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra meta din tkun meħtieġa għal:

(1) 

ċertifikazzjoni medika;

(2) 

funzjonijiet ta' sorveljanza.

(f) 

L-AeMCs u l-AMEs għandhom idaħħlu jew jaġġornaw id-data inkluża fir-Repożitorju Ajrumediku Ewropew f'konformità mal-punt (d) tal-punt ARA.MED.160.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti għaċ-ċertifikati mediċi

MED.A.030    Ċertifikati mediċi

(a) 

Bdot student ma għandux itir waħdu sakemm dak il-bdot student ma jkollux ċertifikat mediku, kif meħtieġ għal-liċenzja rilevanti.

(b) 

Applikant għal liċenzja, skont l-Anness I (Parti-FCL), għandu jkollu ċertifikat mediku maħruġ f'konformità ma' dan l-Anness (Parti-MED) u li jkun xieraq għall-privileġġi tal-liċenzja li japplika għalihom.

▼M12

(c) 

Meta jeżerċita l-privileġġi ta’:

(1) 

liċenzja ta’ bdot għal inġenji tal-ajru ħfief (LAPL), liċenzja ta’ bdot għall-blalen tal-arja (BPL) maħruġa skont l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395, jew liċenzja ta’ bdot għall-gliders (SPL) maħruġa skont l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, il-bdot għandu jkollu tal-inqas ċertifikat mediku validu tal-LAPL;

(2) 

liċenzja ta’ bdot privat (PPL), il-bdot għandu jkollu mill-inqas ċertifikat mediku validu tal-klassi 2;

(3) 

BPL għall-iskop ta’:

(i) 

ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-blalen tal-arja, il-bdot għandu jkollu mill-inqas ċertifikat mediku validu tal-klassi 2;

(ii) 

operazzjoni kummerċjali għajr ġarr kummerċjali ta’ passiġġieri bil-blalen tal-arja, b’aktar minn 4 persuni abbord l-inġenju tal-ajru, il-bdot għandu jkollu mill-inqas ċertifikat mediku validu tal-klassi 2;

(4) 

SPL għall-iskop ta’ operazzjonijiet kummerċjali ta’ glider minbarra dawk speċifikati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, il-bdot għandu jkollu tal-anqas ċertifikat mediku validu tal-klassi 2;

(5) 

liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), liċenzja ta’ bdot ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed (MPL) jew liċenzja ta’ bdot tat-trasport ta’ linja tal-ajru (ATPL), il-bdot għandu jkollu ċertifikat mediku validu tal-klassi 1.

▼M9

(d) 

Jekk tiżdied il-klassifikazzjoni għal ħidma billejl f'PPL jew f'LAPL, id-detentur ta' liċenzja għandu jkun sigur fir-rikonoxximent tal-kuluri.

(e) 

Jekk tiżdied kwalifika ta' titjir bl-istrumenti jew kwalifika ta' titjir bl-istrumenti fir-rotta f'PPL, id-detentur ta' liċenzja għandu jagħmel l-eżamijiet awdjometriċi tat-tonalità pura skont il-perjodiċità u l-istandard rikjesti għad-detenturi ta' ċertifikat mediku tal-klassi 1.

(f) 

Detentur ta' liċenzja qatt ma għandu jkollu iktar minn ċertifikat mediku wieħed maħruġ skont dan l-Anness (Parti-MED).

MED.A.035    Applikazzjoni għal ċertifikat mediku

(a) 

Applikazzjonijiet għal ċertifikat mediku għandhom isiru f'forma u b'manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

(b) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku għandhom jipprovdu lill-AeMC, lill-AME jew lill-GMP kif applikabbli:

(1) 

prova tal-identità tagħhom;

(2) 

dikjarazzjoni ffirmata:

(i) 

tal-fatti mediċi li jikkonċernaw l-istorja medika tagħhom;

(ii) 

dwar jekk applikawx preċedentement għal ċertifikat mediku jew għaddewx minn eżami ajrumediku għal ċertifikat mediku u, jekk iva, minn min u b'liema riżultat;

(iii) 

dwar jekk qatt ġewx ivvalutati li mhumiex idonei jew ġiex sospiż jew revokat ċertifikat mediku tagħhom.

(c) 

Meta japplikaw għal rivalidazzjoni jew għat-tiġdid taċ-ċertifikat mediku, l-applikanti għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat mediku l-iktar riċenti lill-AeMC, lill-AME jew lill-GMP, skont kif ikun applikabbli, qabel l-eżamijiet ajrumediċi rilevanti.

MED.A.040    Ħruġ, rivalidazzjoni u tiġdid ta' ċertifikati mediċi

(a) 

Ċertifikat mediku għandu jinħareġ, jiġi rivalidat jew imġedded biss meta jkunu saru l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet ajromediċi meħtieġa, kif applikabbli, u l-applikant ikun ġie vvalutat bħala idoneu.

(b) 

Ħruġ inizjali

(1) 

Ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għandhom jinħarġu minn AeMC.

(2) 

Ċertifikati mediċi tal-klassi 2 għandhom jinħarġu minn AeMC jew minn AME.

(3) 

Ċertifikati mediċi tal-LAPL għandhom jinħarġu minn AeMC jew minn AME. Jistgħu jinħarġu wkoll minn GMP jekk dan ikun permess mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità tal-liċenzji li lilha tkun saret l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat mediku.

(c) 

Rivalidazzjoni u tiġdid

(1) 

Ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u tal-klassi 2 għandhom jiġu rivalidati u mġedda minn AeMC jew minn AME.

(2) 

Ċertifikati mediċi tal-LAPL għandhom jiġu rivalidati u mġedda minn AeMC jew minn AME. Jistgħu jiġu rivalidati jew imġedda wkoll minn GMP jekk dan ikun permess mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità tal-liċenzji li lilha tkun saret l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat mediku.

(d) 

L-AeMC, l-AME jew il-GMP għandu joħroġ, jirrivalida jew iġedded ċertifikat mediku biss jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

l-applikant ipprovda storja medika sħiħa u, jekk meħtieġa mill-AeMC, mill-AME jew mill-GMP, ir-riżultati tal-eżamijiet u t-testijiet mediċi mwettqa mit-tabib tal-applikant jew minn kwalunkwe speċjalist mediku;

(2) 

l-AeMC, l-AME jew il-GMP ikun wettaq valutazzjoni ajrumedika fuq il-bażi tal-eżamijiet u tat-testijiet mediċi kif meħtieġ għaċ-ċertifikat mediku rilevanti biex jiġi vverifikat li l-applikant huwa konformi mar-rekwiżiti kollha rilevanti ta' dan l-Anness (Parti-MED).

(e) 

L-AME, l-AeMC jew, fil-każ ta' riferiment, il-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji jista' jitlob lill-applikant jagħmel eżamijiet u investigazzjonijiet mediċi addizzjonali, meta jkun hemm indikazzjoni klinika jew epidemjoloġika, qabel ma jinħareġ, jiġi rivalidat jew imġedded iċ-ċertifikat mediku.

(f) 

Il-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji jista' joħroġ jew jerġa' joħroġ ċertifikat mediku.

MED.A.045    Validità, rivalidazzjoni u tiġdid ta' ċertifikati mediċi

(a) 

Validità

(1) 

Iċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għandhom ikunu validi għal perjodu ta' 12-il xahar.

(2) 

B'deroga mill-punt (1), il-perjodu ta' validità ta' ċertifikati mediċi tal-klassi 1 għandu jkun ta' 6 xhur għad-detenturi ta' liċenzji:

(i) 

involuti f'operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru fil-ġarr ta' passiġġieri bi bdot wieħed u li jkunu għalqu l-40 sena;

(ii) 

li jkunu għalqu s-60 sena.

(3) 

Iċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 2 għandhom ikunu validi għal perjodu ta':

(i) 

60 xahar, sakemm id-detentur ta' liċenzja jagħlaq l-40 sena. Ċertifikat mediku maħruġ qabel ma d-detentur ta' liċenzja jkun laħaq l-età ta' 40 sena ma jibqax validu wara li d-detentur ta' liċenzja jagħlaq it-42 sena;

(ii) 

24 xahar, għad-detenturi ta' liċenzja ta' bejn 40 u 50 sena. Ċertifikat mediku maħruġ qabel ma d-detentur ta' liċenzja jkun laħaq l-età ta' 50 sena ma jibqax validu wara li d-detentur ta' liċenzja jagħlaq il-51 sena;

(iii) 

12-il xahar, għad-detenturi ta' liċenzja ta' iktar minn 50 sena.

(4) 

Iċ-ċertifikati mediċi tal-LAPL għandhom ikunu validi għal perjodu ta':

(i) 

60 xahar sakemm id-detentur ta' liċenzja jagħlaq l-40 sena. Ċertifikat mediku maħruġ qabel ma d-detentur ta' liċenzja jkun laħaq l-età ta' 40 sena ma jibqax validu wara li d-detentur ta' liċenzja jagħlaq it-42 sena;

(ii) 

24-il xahar, għad-detenturi ta' liċenzja li għandhom iktar minn 40 sena.

(5) 

Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat mediku, inklużi kwalunkwe eżami jew investigazzjoni speċjali assoċjati, għandu jiġi kkalkolat mid-data tal-eżami ajromediku fil-każ tal-ewwel ħruġ u ta' tiġdid, u mid-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat mediku preċedenti fil-każ ta' rivalidazzjoni.

(b) 

Rivalidazzjoni

L-eżamijiet u l-valutazzjonijiet ajromediċi, skont kif ikun applikabbli, għar-rivalidazzjoni ta' ċertifikat mediku jistgħu jsiru sa 45 jum qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat mediku.

(c) 

Tiġdid

(1) 

Jekk id-detentur ta' ċertifikat mediku ma jikkonformax mal-punt (b), ikunu meħtieġa eżami u valutazzjoni għat-tiġdid, skont kif ikun applikabbli.

(2) 

Fil-każ ta' ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u tal-klassi 2:

(i) 

jekk iċ-ċertifikat mediku jkun ilu li skada inqas minn sentejn (2), għandu jsir eżami ajrumediku ta' rivalidazzjoni ta' rutina;

(ii) 

jekk iċ-ċertifikat mediku jkun ilu li skada iktar minn sentejn (2) iżda inqas minn 5 snin, l-AeMC jew l-AME għandu jwettaq biss l-eżami ajrumediku tat-tiġdid wara valutazzjoni tar-rekords ajrumediċi tal-applikant;

(iii) 

jekk iċ-ċertifikat mediku jkun skada b'iktar minn 5 snin, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-eżami ajrumediku għall-ewwel ħruġ u l-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti tar-rivalidazzjoni.

(3) 

Fil-każ ta' ċertifikati mediċi tal-LAPL, l-AeMC, l-AME jew il-GMP għandu jivvaluta l-istorja medika tal-applikant u għandu jwettaq l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet ajrumediċi, skont kif ikun applikabbli, f'konformità mal-punti MED.B.005 u MED.B.095.

MED.A.046    Sospensjoni jew revoka ta' ċertifikati mediċi

(a) 

Ċertifikat mediku jista' jiġi sospiż jew irrevokat mill-awtorità tal-liċenzja.

(b) 

Mas-sospensjoni taċ-ċertifikat mediku, id-detentur għandu jirritorna ċ-ċertifikat mediku lill-awtorità tal-liċenzji fuq talba ta' dik l-awtorità.

(c) 

Mar-revoka taċ-ċertifikat mediku, id-detentur għandu jirritorna ċ-ċertifikat mediku lill-awtorità tal-liċenzji.

MED.A.050    Riferiment

(a) 

Jekk applikant għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 jew tal-klassi 2 jiġi riferit lill-valutatur mediku tal-awtorità kompetenti skont il-punt MED.B.001, l-AeMC jew l-AME għandu jittrasferixxi d-dokumentazzjoni medika rilevanti lill-awtorità tal-liċenzji.

(b) 

Jekk applikant għal ċertifikat mediku tal-LAPL jiġi riferit lil AME jew AeMC skont il-punt MED.B.001, il-GMP għandu jibgħat id-dokumentazzjoni medika rilevanti lill-AeMC jew lill-AME.

SOTTOPARTI B

REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI MEDIĊI TAL-BDOTI

TAQSIMA 1

Ġenerali

MED.B.001    Limitazzjonijiet għaċ-ċertifikati mediċi

(a) 

Limitazzjonijiet għaċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u tal-klassi 2

(1) 

Jekk l-applikant ma jkunx jikkonforma b'mod sħiħ mar-rekwiżiti għall-klassi rilevanti taċ-ċertifikat mediku iżda huwa kkunsidrat li x'aktarx mhux se jipperikola l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja applikabbli, l-AeMC jew l-AME għandu:

(i) 

fil-każ ta' applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, jirreferi d-deċiżjoni dwar l-istat mediku tal-applikant lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji kif indikat f'din is-Sottoparti;

(ii) 

f'każijiet fejn ma jkunx indikat riferiment lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji f'din is-Sottoparti, jevalwa jekk l-applikant ikunx kapaċi jwettaq id-doveri tiegħu b'mod sikur filwaqt li jikkonforma mal-limitazzjoni jew mal-limitazzjonijiet dokumentati fiċ-ċertifikat mediku, u joħroġ iċ-ċertifikat mediku bil-limitazzjoni(jiet) kif meħtieġ;

(iii) 

fil-każ ta' applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2, jevalwa f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji kif indikata f'din is-Sottoparti, jekk l-applikant huwiex kapaċi jwettaq id-doveri tiegħu b'mod sikur filwaqt li jikkonforma mal-limitazzjoni jew mal-limitazzjonijiet dokumentati fiċ-ċertifikat mediku, u joħroġ iċ-ċertifikat mediku bil-limitazzjoni(jiet) kif meħtieġ.

(2) 

L-AeMC jew l-AME jista' jirrivalida jew iġedded ċertifikat mediku bl-istess limitazzjoni(jiet) mingħajr ma jirreferi jew jikkonsulta lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(b) 

Limitazzjonijiet taċ-ċertifikati mediċi tal-LAPL

(1) 

Jekk GMP, wara li jkun ikkunsidra l-istorja medika tal-applikant, jikkonkludi li l-applikant għal ċertifikat mediku tal-LAPL ma jissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti tal-idoneità medika, il-GMP għandu jirreferi l-applikant lil AeMC jew lil AME, ħlief meta l-applikant ikun jeħtieġ biss limitazzjoni(jiet) relatata/i mal-użu ta' lentijiet korrettivi jew mal-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat mediku.

(2) 

Jekk applikant jiġi riferit għal ċertifikat mediku tal-LAPL f'konformità mal-punt (1), l-AeMC jew l-AME għandu jagħti kunsiderazzjoni xierqa lil-punti MED.B.005 u MED.B.095, jevalwa jekk l-applikant ikunx jista' jwettaq dmirijietu b'mod sigur filwaqt li jikkonforma mal-limitazzjoni jew mal-limitazzjonijiet dokumentati fiċ-ċertifikat mediku u joħroġ iċ-ċertifikat mediku bil-limitazzjoni(jiet) kif meħtieġ. L-AeMC jew l-AME għandu dejjem iqis il-ħtieġa li jirrestrinġi lill-applikant milli jġorr passiġġieri (limitazzjoni operattiva ta' passiġġieri, OPL - Operational Passenger Limitation).

(3) 

Il-GMP jista' jirrivalida jew iġedded ċertifikat mediku tal-LAPL bl-istess limitazzjoni mingħajr ma jirreferi l-applikant lil AeMC jew lil AME.

(c) 

Fil-valutazzjoni ta' jekk limitazzjoni hijiex meħtieġa, għandu jiġi kkunsidrat b'mod partikolari:

(1) 

jekk konklużjoni medika akkreditata tindikax li f'ċirkostanzi speċjali n-nuqqas tal-applikant li jissodisfa xi rekwiżit, sew jekk kwantitattiv u sew jekk mod ieħor, huwiex tali li l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja li jkun applika għaliha jistax jipperikola s-sigurtà tat-titjira;

(2) 

jekk l-applikant għandux l-abbiltà, il-ħila u l-esperjenza rilevanti għall-operazzjoni li tkun trid titwettaq.

(d) 

Kodiċijiet ta' limitazzjonijiet operattivi

(1) 

Limitazzjoni operattiva għal diversi bdoti (OML - Operational Multi-Pilot Limitation – klassi 1 biss)

(i) 

Meta d-detentur ta' CPL, ta' ATPL jew ta' MPL ma jissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti ta' ċertifikat mediku tal-klassi 1 u jkun ġie riferit lil valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, dak il-valutatur mediku għandu jivvaluta jekk iċ-ċertifikat mediku jistax jinħareġ b'OML “valida biss bħala kopilota jew ma' kopilota kkwalifikat”.

(ii) 

Id-detentur ta' ċertifikat mediku b'OML għandu jħaddem inġenji tal-ajru biss f'operazzjonijiet bi bdoti multipli meta l-bdot l-ieħor ikun kompletament ikkwalifikat għall-klassi u għat-tip rilevanti ta' inġenju tal-ajru, ma jkunx soġġett għal OML u ma jkunx għalaq is-60 sena.

(iii) 

L-OML għal ċertifikati mediċi tal-klassi 1 inizjalment għandha tiġi imposta jew titneħħa biss mill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(2) 

Limitazzjoni operattiva tal-bdoti għas-sikurezza (OSL - Operational Safety Pilot Limitation – klassi 2 u privileġġi tal-LAPL)

(i) 

Id-detentur ta' ċertifikat mediku b'OSL għandu jħaddem inġenji tal-ajru biss jekk ikun hemm abbord bdot ieħor kompletament ikkwalifikat biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand fil-klassi u fit-tip ta' inġenju tal-ajru rilevanti, jekk l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar b'kontrolli doppji u l-bdot l-ieħor ikun bilqiegħda mal-kontrolli.

(ii) 

L-OSL għal ċertifikati mediċi tal-klassi 2 tista' tiġi imposta u titneħħa mill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, jew inkella minn AeMC jew minn AME f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(iii) 

L-OSL għaċ-ċertifikati mediċi tal-LAPL tista' tiġi imposta u titneħħa mill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, minn AeMC jew minn AME.

(3) 

Limitazzjoni operattiva ta' passiġġieri (OPL - Operational Passenger Limitation - klassi 2 u privileġġi tal-LAPL)

(i) 

Id-detentur ta' ċertifikat mediku b'OPL għandu jħaddem biss inġenji tal-ajru mingħajr passiġġieri abbord.

(ii) 

L-OPL għal ċertifikati mediċi tal-klassi 2 tista' tiġi imposta u titneħħa mill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, jew inkella mnn AeMC jew minn AME f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-ħruġ ta' liċenzji.

(iii) 

L-OPL għaċ-ċertifikati mediċi tal-LAPL tista' tiġi imposta u titneħħa mill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, minn AeMC jew minn AME.

(4) 

Limitazzjoni operattiva ta' restrizzjoni tal-bdoti (ORL - Operational Pilot Restriction Limitation – klassi 2 u privileġġi tal-LAPL)

(i) 

Id-detentur ta' ċertifikat mediku b'ORL jista' jopera inġenji tal-ajru biss jekk tkun ġiet issodisfata waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:

(A) 

bdot ieħor kompletament ikkwalifikat biex jaġixxi bħala bdot fil-kmand fil-klassi jew fit-tip ta' inġenju tal-ajru rilevanti jkun abbord l-inġenju tal-ajru, jekk l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar b'kontrolli doppji u l-bdot l-ieħor ikun bilqiegħda mal-kontrolli;

(B) 

ma hemm ebda passiġġier abbord l-inġenju tal-ajru.

(ii) 

L-ORL għal ċertifikati mediċi tal-klassi 2 tista' tiġi imposta u titneħħa mill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, jew inkella minn AeMC jew minn AME f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-ħruġ ta' liċenzji.

(iii) 

L-ORL għaċ-ċertifikati mediċi tal-LAPL tista' tiġi imposta u titneħħa mill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, minn AeMC jew minn AME.

(5) 

Restrizzjoni speċjali kif speċifikat (SSL)

L-SSL fuq ċertifikat mediku għandha tkun segwita minn deskrizzjoni tal-limitazzjoni.

(e) 

Il-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, l-AeMC, l-AME jew il-GMP jista' jimponi kwalunkwe limitazzjoni oħra fuq id-detentur ta' ċertifikat mediku, jekk ikun meħtieġ jagħmel dan biex jiżgura s-sigurtà tat-titjira.

(f) 

Kwalunkwe limitazzjoni imposta fuq id-detentur ta' ċertifikat mediku għandha tiġi speċifikata fih.

MED.B.005    Rekwiżiti mediċi ġenerali

L-applikanti għal ċertifikat mediku għandhom jiġu vvalutati f'konformità mar-rekwiżiti mediċi dettaljati stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3.

Barra minn hekk, għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei meta jkollhom xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin li tinvolvi grad ta' inkapaċità funzjonali li x'aktarx li xxekkel l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja li japplikaw għaliha jew li tista' twassal biex x'aktarx l-applikant f'daqqa waħda ma jkunx jista' jeżerċita dawk il-privileġġi:

(a) 

anormalità, jew konġenitali jew akkwiżita;

(b) 

mard jew diżabbiltà ta' natura attiva, latenti, akuta jew kronika;

(c) 

ferita, ġerħa jew sintomi morbużi b'konsegwenza ta' operazzjoni;

(d) 

effett jew effett sekondarju ta' xi mediċina terapewtika, djanjostika jew preventiva meħuda bir-riċetta jew mingħajr.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti mediċi għaċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u tal-klassi 2

MED.B.010    Sistema Kardjovaskulari

(a) 

Eżami

(1) 

Għandhom isiru elettrokardjogramma (ECG - Electrocardiogram) standard bi 12-il lid f'qagħda rpużata kif ukoll rapport dwar din meta dawn ikunu klinikament indikati u fil-mumenti li ġejjin:

(i) 

għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, fl-eżami inizjali, imbagħad kull 5 snin sal-età ta' 30 sena, kull sentejn (2) sal-età ta' 40 sena, darba fis-sena sal-età ta' 50 sena, u f'kull eżami ta' rivalidazzjoni jew ta' tiġdid li jiġi wara;

(ii) 

għal ċertifikat mediku tal-klassi 2, fl-eżami inizjali, fl-ewwel eżami wara l-40 sena u mbagħad fl-ewwel eżami wara l-50 sena, u mbagħad kull sentejn (2).

(2) 

Għandha ssir valutazzjoni kardjovaskulari estiża meta din tkun indikata klinikament.

(3) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, għandha ssir valutazzjoni kardjovaskulari estiża fl-ewwel eżami ta' rivalidazzjoni jew ta' tiġdid wara l-età ta' 65 sena u kull 4 snin wara dan.

(4) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, għandha tkun meħtieġa stima tal-lipidi fis-serum, inkluż il-kolesterol, fl-eżami inizjali, u fl-ewwel eżami wara li tkun intlaħqet l-età ta' 40 sena.

(b) 

Sistema Kardjovaskulari – Ġenerali

(1) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 li jkollhom xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

(i) 

anewriżma tal-aorta addominali toraċika jew suprarenali, qabel il-kirurġija;

(ii) 

anormalità funzjonali jew sintomatika sinifikanti ta' xi wieħed mill-valvijiet tal-qalb;

(iii) 

trapjant tal-qalb jew tal-qalb/pulmun;

(iv) 

kardjomijopatija ipertrofika sintomatika.

(2) 

Qabel ma tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi storja medika dokumentata jew dijanjożi ta' xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji:

(i) 

marda arterjali periferali qabel jew wara kirurġija;

(ii) 

anewriżma tal-aorta toraċika jew tal-addome suprarenali wara kirurġija;

(iii) 

anewriżma tal-aorta tal-addome infrarenali qabel jew wara kirurġija;

(iv) 

anormalitajiet valvulari kardijaċi funzjonalment insinifikanti;

(v) 

wara kirurġija tal-valvoli kardijaċi;

(vi) 

anormalità tal-perikardju, tal-mijokardju jew tal-endokardju;

(vii) 

anormalità konġenitali tal-qalb, qabel jew wara kirurġija korrettiva;

(viii) 

sinkope vasovagali b'kawża inċerta;

(ix) 

trombożi arterjali jew tal-vini;

(x) 

emboliżma pulmonari;

(xi) 

kundizzjoni kardjovaskulari li teħtieġ terapija antikoagulanti sistemika.

(3) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 li jiġu dijanjostikati b' waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (1) u (2) għandhom jiġu evalwati minn kardjologu, f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji, qabel ma jkunu jistgħu jiġu vvalutati li huma idonei.

(4) 

L-applikanti b'disturbi kardijaċi li mhumiex speċifikati fil-punti (1) u (2) jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti.

(c) 

Pressjoni tad-Demm

(1) 

Il-pressjoni tad-demm tal-applikanti għandha titkejjel f'kull eżami.

(2) 

L-applikanti li l-pressjoni tad-demm tagħhom mhijiex fi ħdan limiti normali għandha tkompli tiġi vvalutata fir-rigward tal-kundizzjoni kardjovaskulari u tal-mediċina tagħhom bl-għan li jiġi stabbilit jekk għandhomx jiġu vvalutati li mhumiex idonei f'konformità mal-punti (3) u (4).

(3) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 li jkollhom xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

(i) 

ipotensjoni sintomatika;

(ii) 

pressjoni tad-demm fl-eżami li taqbeż b'mod konsistenti l-160 mmHg sistoliku jew il-95 mmHg djastoliku, b'kura jew mingħajr.

(4) 

L-applikanti li bdew jużaw mediċina għall-kontroll tal-pressjoni tad-demm għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei sakemm tkun ġiet stabbilita l-assenza ta' effetti sekondarji sinifikanti.

(d) 

Mard tal-Arterji Koronarji

(1) 

Qabel ma tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-applikazzjoni, l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji u ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika biex tiġi eskluża iskemija mijokardjali:

(i) 

suspett ta' iskemija mijokardjali;

(ii) 

marda minuri tal-arterji koronarji mingħajr sintomi li ma teħtieġ ebda kura antianġinali.

(2) 

Qabel ma tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi estabbiliti fil-punt (1) għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti.

(3) 

L-applikanti b'xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei:

(i) 

iskemija mijokardjali;

(ii) 

mard sintomatiku tal-arterji koronarji;

(iii) 

sintomi ta' marda tal-arterji koronarji kkontrollati b'mediċina.

(4) 

L-applikanti għall-ħruġ inizjali ta' ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi storja medika jew b'dijanjosi ta' xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei:

(i) 

iskemija mijokardjali;

(ii) 

attakk tal-qalb;

(iii) 

rivaskularizzazzjoni jew stenting għal mard tal-arterji koronarji.

(5) 

Qabel ma tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 li jkunu asintomatiċi wara infart mijokardjali jew kirurġija minħabba mard tal-arterji koronarji għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti, f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji. Dawn l-applikanti għar-rivalidazzjoni ta' ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(e) 

Disturbi fir-Ritmu/fil-Konduttività

(1) 

L-applikanti b'xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei:

(i) 

mard sinoatrijali sintomatiku;

(ii) 

imblukkar atrijoventrikulari totali;

(iii) 

prolungament sintomatiku tal-QT;

(iv) 

sistema ta' defibrillazzjoni impjantabbli awtomatika;

(v) 

pacemaker antitakikardiku ventrikolari.

(2) 

Qabel ma tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi kwalunkwe disturb sinifikanti tal-konduzzjoni jew tar-ritmu kardijaċi, inkluż kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji:

(i) 

disturb fir-ritmu supraventrikulari, inkluża disfunzjoni sinoatrijali intermittenti jew stabbilita, fibrillazzjoni atrijali u/jew aġitazzjoni u pawżi asintomatiċi sinużali;

(ii) 

imblukkar sħiħ fil-kumpartament tan-nervituri tax-xellug;

(iii) 

imblukkar atrijoventrikulari tat-tip Mobitz 2;

(iv) 

takikardija kumplessa wiesgħa u/jew dejqa;

(v) 

preeċitament ventrikolari;

(vi) 

prolungament asintomatiku tal-QT;

(vii) 

kardjogramma tat-tip Brugada mill-elettrokardjografija.

(3) 

Qabel ma tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punt (2) għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti, f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(4) 

L-applikanti bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti u fin-nuqqas ta' kwalunkwe anormalità oħra:

(i) 

imblukkar mhux komplut fil-kumpartamenti tan-nervituri;

(ii) 

imblukkar sħiħ fil-kumpartament tan-nervituri tal-lemin;

(iii) 

devjazzjoni stabbli tal-assi tax-xellug;

(iv) 

bradikardija sinużali asintomatika;

(v) 

takikardija sinużali asintomatika;

(vi) 

kumplessi ektopiċi supraventrikulari jew ventrikulari uniformi iżolati asintomatiċi;

(vii) 

imblukkar atrijoventrikulari tal-ewwel grad;

(viii) 

imblukkar atrijoventrikulari tat-tip Mobitz 1.

(5) 

L-applikanti bi storja medika ta' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjovaskulari sodisfaċenti qabel ma jkunu jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei:

(i) 

terapija ta' ablatazzjoni;

(ii) 

impjant ta' pacemaker.

Dawn l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji. Dawn l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 għandhom jiġu vvalutati f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.015    Apparat Respiratorju

(a) 

L-applikanti b'indeboliment sinifikanti tal-funzjoni pulmonari għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei. Madankollu, dawn jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei ladarba l-funzjoni pulmonari tirkupra u tkun sodisfaċenti.

(b) 

Applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom iwettqu testijiet morfoloġiċi u funzjonali tal-pulmun fl-eżami inizjali u meta jkunu indikati klinikament.

(c) 

Applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 għandhom iwettqu testijiet morfoloġiċi u funzjonali tal-pulmun meta jkunu indikati klinikament.

(d) 

L-applikanti bi storja medika jew b'dijanjożi ta' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandha ssirilhom evalwazzjoni respiratorja b'riżultat sodisfaċenti qabel ma jkunu jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei:

(1) 

ażma li tkun teħtieġ mediċina;

(2) 

mard infjammatorju attiv tas-sistema respiratorja;

(3) 

sarkoidożi attiva;

(4) 

pnewmotoraċi;

(5) 

sindrome ta' apnea waqt l-irqad;

(6) 

kirurġija toraċika maġġuri;

(7) 

pnewmonektomija;

(8) 

marda pulmonari ostruttiva kronika.

Qabel ma tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti b'dijanjożi stabbilita ta' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punti (3) u (5) għandha ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti.

(e) 

Valutazzjoni ajrumedika

(1) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punt (d) għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(2) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punt (d) għandhom jiġu vvalutati f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(f) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 li jkunu għamlu pnewmonektomija għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

MED.B.020    Sistema Diġestiva

(a) 

L-applikanti li jkunu qed isofru b'xi tip ta' konsegwenza minħabba mard jew intervent kirurġiku f'xi parti tas-sistema diġestiva jew fl-adnessa tagħha li tista' tikkawża inkapaċità waqt titjiriet, b'mod partikolari kull ostruzzjoni minħabba kontrazzjoni jew kompressjoni, għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

(b) 

L-applikanti li għandhom ernja li tista' twassal għal sintomi li joħolqu inkapaċità għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

(c) 

L-applikanti bi kwalunkwe wieħed mid-disturbi li ġejjin tas-sistema gastrointestinali jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġett għal evalwazzjoni gastrointestinali wara kura b'suċċess jew irkupru sħiħ wara kirurġija:

(1) 

disturb dispeptiku rikorrenti li jeħtieġ mediċina;

(2) 

pankreatite;

(3) 

ġebla sintomatika;

(4) 

dijanjożi klinika jew storja medika dokumentata ta' infjammazzjoni kronika tal-imsaren;

(5) 

wara operazzjoni kirurġika fis-sistema diġestiva jew fl-adnessa tagħha, inkluża l-kirurġija li tkun involviet it-tneħħija totali jew parzjali jew devjazzjoni ta' xi wieħed minn dawn l-organi.

(d) 

Valutazzjoni ajrumedika

(1) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 bid-dijanjożi ta' xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punti (2), (4) u (5) tal-punt (c) għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(2) 

L-idoneità tal-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 bid-dijanjożi tal-kundizzjoni medika speċifikata fil-punt (2) tal-punt (c) għandha tiġi vvalutata f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.025    Sistemi Metaboliċi u Endokrinali

(a) 

L-applikanti b'disfunzjoni metabolika, nutrittiva jew endokrinali jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei dment li juru stabbiltà fil-kundizzjoni medika u ssirilhom evalwazzjoni ajrumedika li tirriżulta sodisfaċenti.

(b) 

Dijabete mellitus

(1) 

L-applikanti bid-dijabete mellitus li jeħtieġu l-insulina għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

(2) 

L-applikanti bid-dijabete mellitus li ma jeħtiġux l-insulina għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei sakemm ma jintweriex li jkun inkiseb kontroll taz-zokkor fid-demm u li dan hu stabbli.

(c) 

Valutazzjoni ajrumedika

(1) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 li jkunu jeħtieġu mediċina oħra minbarra l-insulina għall-kontroll taz-zokkor fid-demm għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(2) 

L-idoneità tal-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 li jkunu jeħtieġu mediċina oħra minbarra l-insulina għall-kontroll taz-zokkor fid-demm għandha tiġi vvalutata f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.030    Ematoloġija

(a) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom ikunu soġġetti għal test tal-emoglobina f'kull eżami ajrumediku.

(b) 

L-applikanti b'kundizzjoni ematoloġika jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal evalwazzjoni ajrumedika sodisfaċenti.

(c) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet ematoloġiċi li ġejjin għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji:

(1) 

emoglobina anormali, inklużi l-anemija, l-eritroċitożi jew l-emoglobinopatija; iżda mhux limitata għal dawn;

(2) 

tkabbir limfatiku sinifikanti;

(3) 

tkabbir tal-milsa;

(4) 

disturbi ta' koagulazzjoni, emorraġiċi jew trombotiċi;

(5) 

lewkimja.

(d) 

L-idoneità tal-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet ematoloġiċi speċifikati fil-punti (4) u (5) tal-punt (c) għandha tiġi vvalutata f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.035    Sistema Ġenitourinarja

(a) 

L-analiżi tal-awrina għandha tifforma parti minn kull eżami ajrumediku. L-applikanti għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei meta l-awrina tagħhom ikun fiha elementi anormali meqjusa li huma ta' sinifikanza patoloġika li jistgħu jinvolvu grad ta' inkapaċità funzjonali li x'aktarx ixekkel l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja jew li jista' twassal biex x'aktarx l-applikant f'daqqa waħda ma jkunx jista' jeżerċita dawk il-privileġġi.

(b) 

L-applikanti b'xi sintomu morbuż ta' marda jew ta' proċeduri kirurġiċi fis-sistema ġenitourinarja jew fl-adnessa tagħha li aktarx li jikkaġuna inkapaċità, b'mod partikolari kwalunkwe ostruzzjoni minħabba tidjiq jew għeluq, għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

(c) 

L-applikanti b'dijanjożi jew bi storja medika ta' dawn li ġejjin jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal evalwazzjoni ġenitourinarja sodisfaċenti, skont kif ikun applikabbli:

(1) 

marda renali;

(2) 

kalkolu wieħed jew aktar tal-awrina, jew storja medika ta' kolika renali.

(d) 

L-applikanti li saritilhom operazzjoni kirurġika ewlenija fis-sistema ġenitourinarja jew fl-adnessa tagħha li tinvolvi qtugħ totali jew parzjali jew xi devjazzjoni tal-organi tagħhom għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei. Madankollu, wara li jirkupraw bis-sħiħ, jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei.

(e) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 imsemmija fil-punti (c) u (d) għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.040    Mard Infettiv

(a) 

L-applikanti għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei meta jkollhom dijanjożi klinika jew storja medika ta' xi marda infettiva li aktarx li xxekkel l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

(b) 

L-applikanti li jkunu pożittivi għall-HIV jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġett għal evalwazzjoni ajrumedika sodisfaċenti. Dawn l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.045    Ostetriċja u ġinekoloġija

(a) 

L-applikanti li jkunu għamlu operazzjoni ġinekoloġika maġġuri għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei. Madankollu, jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei wara li jirkupraw bis-sħiħ.

(b) 

Tqala

(1) 

Fil-każ ta' tqala, applikanta tista' tkompli teżerċita l-privileġġi tagħha sa tmiem is-26 ġimgħa tat-tqala biss jekk l-AeMC jew l-AME jqis li hi idonea biex tagħmel dan.

(2) 

Għal detenturi ta' ċertifikat mediku tal-klassi 1 li huma tqal, għandha tkun tapplika OML. Minkejja l-punt MED.B.001, f'dak il-każ, l-OML tista' tiġi imposta u titneħħa mill-AeMC jew mill-AME.

(3) 

Applikanta tista' tkompli teżerċita l-privileġġi tagħha malli tirkupra wara li tintemm it-tqala.

MED.B.050    Sistema Muskoloskeletali

(a) 

L-applikanti li ma għandhomx tul suffiċjenti meta jkunu bilqiegħda, tul suffiċjenti tad-dirgħajn u tar-riġlejn u saħħa muskolari suffiċjenti biex jeżerċitaw b'mod sikur il-privileġġi tal-liċenzja għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei. Madankollu, f'każ li t-tul meta jkun bilqiegħda, it-tul tad-dirgħajn u tar-riġlejn u s-saħħa muskolari tiegħu jkunu suffiċjenti biex jeżerċita b'mod sikur il-privileġġi fir-rigward ta' ċertu tip ta' inġenji tal-ajru, li jistgħu jintwerew, fejn ikun hemm bżonn, permezz ta' titjira medika jew permezz ta' test ta' titjira f'simulazzjoni, l-applikant jista' jiġi vvalutat bħala idoneu u l-privileġġi tiegħu għandhom jiġu limitati kif xieraq.

(b) 

L-applikanti li ma għandhomx użu funzjonali sodisfaċenti tas-sistemi muskoloskeletali biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja b'mod sikur għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei. Madankollu, f'każ li l-użu funzjonali tiegħu tas-sistema muskoloskeletali jkun suffiċjenti biex jeżerċita b'mod sikur il-privileġġi fir-rigward ta' ċertu tip ta' inġenji tal-ajru, li jista' jintwera, fejn ikun hemm bżonn, permezz ta' titjira medika jew permezz ta' test ta' titjira f'simulazzjoni, l-applikant jista' jiġi vvalutat bħala idoneu u l-privileġġi tiegħu għandhom jiġu limitati kif xieraq.

(c) 

F'każ li jqum dubju fil-kuntest tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-ħruġ ta' liċenzji u l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 għandhom jiġu vvalutati f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.055    Saħħa Mentali

(a) 

Valutazzjoni komprensiva tas-saħħa mentali għandha tkun tagħmel parti mill-eżami ajrumediku inizjali tal-klassi 1.

(b) 

Skrinjar għad-drogi u għall-alkoħol għandu jkun jagħmel parti mill-eżami ajrumediku inizjali tal-klassi 1.

(c) 

L-applikanti b'disturb mentali jew b'disturb fl-imġiba minħabba użu jew użu ħażin ta' alkoħol jew ta' sustanzi psikoattivi oħra għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei sa ma jirkupraw u jsiru indipendenti mill-użu jew mill-użu ħażin ta' sustanzi psikoattivi, u jkunu soġġetti għal evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti wara kura b'suċċess.

(d) 

L-applikanti b'dijanjożi klinika jew bi storja medika dokumentata ta' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet psikjatriċi li ġejjin għandha ssirilhom evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti qabel ma jkunu jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei:

(1) 

disturb fil-burdata;

(2) 

disturb newrotiku;

(3) 

disturb fil-personalità;

(4) 

disturb mentali jew fl-imġiba;

(5) 

użu ħażin ta' sustanza psikoattiva.

(e) 

L-applikanti bi storja medika dokumentata li jkunu wettqu deliberatament att wieħed jew aktar ta' ħsara fuqhom infushom għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei. Madankollu, jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei wara evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti.

(f) 

Valutazzjoni ajrumedika

(1) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c), (d) jew (e) għandhom jiġu riferuti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(2) 

L-idoneità tal-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c), (d) jew (e) għandha tiġi vvalutata f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(g) 

L-applikanti bi storja medika dokumentata jew b'dijanjożi klinika ta' skiżofrenja, ta' disturbi skiżotipali jew delużjonali għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

MED.B.065    Newroloġija

(a) 

L-applikanti b'dijanjożi klinika jew bi storja medika dokumentata ta' xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

(1) 

epilessija, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-punti (1) u (2) tal-punt (b);

(2) 

episodji rikorrenti ta' disturbi tal-kuxjenza b'kawża inċerta.

(b) 

L-applikanti b'dijanjożi klinika jew bi storja medika dokumentata ta' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandha ssirilhom evalwazzjoni ulterjuri qabel ma jkunu jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei:

(1) 

epilessija mingħajr rikorrenza wara l-età ta' 5 snin;

(2) 

epilessija mingħajr rikorrenza, u li jkunu ilhom iktar minn 10 snin li waqqfu kull tip ta' kura;

(3) 

anormalitajiet fl-EEG epilettiformi u mewġ fokali rallentat;

(4) 

mard progressiv jew mhux progressiv tas-sistema nervuża;

(5) 

mard infjammatorju tas-sistema nervuża ċentrali jew periferika;

(6) 

emigranja;

(7) 

episodju wieħed ta' disturbi tal-kuxjenza b'kawża inċerta;

(8) 

telfien mis-sensi wara korriment fir-ras;

(9) 

korriment penetranti tal-moħħ;

(10) 

korriment spinali jew tan-nervituri periferali;

(11) 

disturbi fis-sistema nervuża minħabba nuqqasijiet vaskulari inkluż avvenimenti emorraġiċi u iskemiċi.

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferuti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji. L-idoneità tal-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 għandha tiġi vvalutata b'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.070    Sistema Viżwali

(a) 

Eżami

(1) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1:

(i) 

eżami komprensiv tal-għajnejn għandu jkun jagħmel parti mill-eżami tal-bidu u għandu jsir meta jkun indikat klinikament u b'mod perjodiku, skont ir-rifrazzjoni u l-prestazzjoni funzjonali tal-għajn.

(ii) 

eżami ta' rutina tal-għajnejn għandha tifforma parti mill-eżami kollu ta' rivalidazzjoni u tiġdid.

(2) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 2:

(i) 

eżami ta' rutina tal-għajnejn għandu jkun jifforma parti mill-eżamijiet inizjali u ta' rivalidazzjoni u ta' tiġdid kollha.

(ii) 

eżami komprensiv tal-għajnejn għandu jsir meta jkun indikat klinikament.

(b) 

L-akutezza viżiva

(1) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1:

(i) 

L-akutezza viżiva mill-bogħod, b'korrezzjoni jew mingħajr, għandha tkun 6/9 (0,7) jew aħjar f'kull għajn separatament, u l-akutezza viżiva biż-żewġ għajnejn għandha tkun 6/6 (1,0) jew aħjar.

(ii) 

Fl-eżami inizjali, l-applikanti b'viżjoni substandard miksuba f'għajn waħda għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

(iii) 

Fl-eżamijiet ta' rivalidazzjoni u ta' tiġdid, minkejja l-punt (b)(1)(i), l-applikanti b'viżjoni substandard akkwiżita f'għajn waħda jew b'monokularità akkwiżita għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji u jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal evalwazzjoni oftalmoloġika sodisfaċenti.

(2) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 2:

(i) 

L-akutezza viżiva mill-bogħod, b'korrezzjoni jew mingħajr, għandha tkun 6/12 (0,5) jew aħjar f'kull għajn separatament, u l-akutezza viżiva biż-żewġ għajnejn għandha tkun 6/9 (0,7) jew aħjar.

(ii) 

Minkejja l-punt (b)(2)(i), l-applikanti b'viżjoni substandard f'għajn waħda jew b'monokularità jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei, f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji u soġġetti għal evalwazzjoni oftalmoloġika sodisfaċenti.

(3) 

L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jaqraw ċart N5 jew l-ekwivalenti minn distanza ta' 30-50 cm u ċart N14 jew l-ekwivalenti minn 100 cm, jekk ikun hemm bżonn bil-korrezzjoni.

(c) 

Difett rifrattiv u anisometropija

(1) 

L-applikanti bi żbalji refrattivi jew b'anisometropija jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal evalwazzjoni oftalmika sodisfaċenti.

(2) 

Minkejja l-punt (c)(1), l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji u jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal evalwazzjoni oftalmoloġika sodisfaċenti:

(i) 

mijopija li taqbeż – 6,0 dioptri;

(ii) 

astigmatiżmu li jaqbeż it-2,0 dioptri;

(iii) 

anisometropija li taqbeż it-2,0 dioptri.

(3) 

Minkejja l-punt (c)(1), l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'ipermetropija li taqbeż il-+ 5,0 diptri għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji u jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal evalwazzjoni oftalmoloġika sodisfaċenti, dment li jkun hemm riżervi fużjonali adegwati, pressjonijiet intraokulari u angoli anterjuri normali u jintwera li m'hemm ebda patoloġija sinifikanti. Minkejja l-punt (b)(1)(i), l-akutezza viżwali kkoreġuta f'kull għajn għandha tkun 6/6 jew aħjar.

(4) 

L-applikanti b'dijanjożi klinika ta' keratokonus jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġetti għal eżami sodisfaċenti minn oftalmologu. Dawn l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(d) 

Funzjoni binokulari

(1) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei, meta ma jkollhomx funzjoni binokulari normali u dik il-kundizzjoni medika aktarx li xxekkel l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe miżura korrettiva xierqa fejn rilevanti.

(2) 

L-applikanti bid-diplopja għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

(e) 

Kampi viżivi

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei, meta ma jkollhomx kampi viżivi normali u dik il-kundizzjoni medika aktarx li xxekkel l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe miżura korrettiva xierqa fejn rilevanti.

(f) 

Kirurġija tal-għajnejn

L-applikanti li jkunu għamlu kirurġija tal-għajnejn għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei. Madankollu, dawn jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei wara li jirkupraw il-funzjoni viżiva tagħhom bis-sħiħ u soġġetti għal evalwazzjoni oftalmoloġika sodisfaċenti.

(g) 

Nuċċalijiet u lentijiet tal-kuntatt

(1) 

Jekk funzjoni viżwali sodisfaċenti tintlaħaq biss permezz ta' korrezzjoni, in-nuċċali jew il-lentijiet tal-kuntatt għandhom jipprovdu funzjoni viżwali ottimali, ikunu ttollerati sew u xierqa għall-finijiet tal-avjazzjoni.

(2) 

M'għandux jintuża aktar minn nuċċali wieħed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti viżivi meta jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(3) 

Għal vista fil-bogħod, għandu jintlibes nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt waqt l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(4) 

Għal vista fil-viċin, għandu jinżamm nuċċali disponibbli waqt l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(5) 

Nuċċali ta' korrezzjoni ieħor bħal dan, għall-viżjoni fil-bogħod jew fil-viċin, għandu jkun faċilment disponibbli għal użu immedjat waqt l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli.

(6) 

Jekk jintlibsu lentijiet tal-kuntatt waqt l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli, dawn għandhom ikunu għall-viżjoni fil-bogħod, monofokali, mhux skurati u ttollerati sew.

(7) 

L-applikanti b'difett rifrattiv kbir għandhom jużaw lentijiet tal-kuntatt jew lentijiet tan-nuċċali ta' indiċi għoli.

(8) 

M'għandhomx jintużaw lentijiet ortokeratoloġiċi.

MED.B.075    Vżjoni tal-kulur

(a) 

L-applikanti għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei, meta ma jkunux kapaċi juru l-ħila tagħhom li jipperċepixxu minnufih il-kuluri li huma neċessarji għall-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

(b) 

Eżami u valutazzjoni

(1) 

L-applikanti għandhom ikunu soġġetti għat-test Ishihara għall-ħruġ inizjali ta' ċertifikat mediku. L-applikanti li jgħaddu minn dak it-test jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei.

(2) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1:

(i) 

L-applikanti li ma jgħaddux mit-test Ishihara għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji u għandu jsirilhom iktar ittestjar tal-perċezzjoni tal-kuluri biex jiġi stabbilit jekk humiex siguri fir-rikonoxximent tal-kuluri.

(ii) 

L-applikanti għandhom ikunu trikromati normali jew ikunu siguri fir-rikonoxximent tal-kuluri.

(iii) 

L-applikanti li jeħlu fit-testijiet ulterjuri tal-perċezzjoni tal-kuluri għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

(3) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 2:

(i) 

L-applikanti li ma jgħaddux mit-test Ishihara għandhom jagħmlu testijiet ulterjuri tal-perċezzjoni tal-kuluri biex jiġi stabbilit jekk humiex siguri fir-rikonoxximent tal-kuluri.

(ii) 

L-applikanti li m'għandhomx perċezzjoni sodisfaċenti tal-kuluri għandhom ikunu limitati għall-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja applikabbli binhar biss.

MED.B.080    Otorinolaringoloġija (ENT)

(a) 

Eżami

(1) 

Is-smigħ tal-applikanti għandu jiġi ttestjat fl-eżamijiet kollha.

(i) 

Għal ċertifikat mediku tal-klassi 1, u għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 meta trid tiżdied kwalifika ta' titjir bl-istrumenti jew kwalifika ta' titjir bl-istrumenti en route fil-liċenzja, is-smigħ għandu jiġi ttestjat b'awdjometrija b'ton pur fl-eżami inizjali, u mbagħad kull 5 snin sakemm id-detentur ta' liċenzja jilħaq l-età ta' 40 sena u mbagħad kull sentejn (2) wara din.

(ii) 

Meta jiġu ttestjati b'awdjometru b'tonalità pura, l-applikanti inizjali ma għandux ikollhom telf ta' smigħ ta' aktar minn 35 dB f'xi waħda mill-frekwenzi ta' 500, ta' 1 000 jew ta' 2 000 Hz, jew ta' iktar minn 50 dB fi 3 000 Hz, f'kull widna separatament. L-applikanti għal rivalidazzjoni jew għal tiġdid b'telf ta' smigħ ta' livell ogħla għandhom juru fakultà ta' smigħ funzjonali sodisfaċenti.

(2) 

Għandu jsir eżami komprensiv tal-widnejn, tal-imnieħer u tal-gerżuma għall-ħruġ inizjali ta' ċertifikat mediku tal-klassi 1 u sussegwentement għandu jerġa' jsir perjodikament meta jkun indikat klinikament.

(b) 

L-applikanti bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi li ġejjin għandu jsirilhom eżami ulterjuri biex jiġi stabbilit li l-kundizzjoni medika ma xxekkilx l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja/i applikabbli:

(1) 

ipoakużi;

(2) 

proċess patoloġiku attiv tal-widna interna jew tan-nofs;

(3) 

perforazzjoni mhux imfejqa jew disfunzjoni tal-membrana/i timpanika/ċi;

(4) 

disfunzjoni tat-tubu/i ta' Ewstaċju;

(5) 

disturb tal-funzjoni vestibolari;

(6) 

restrizzjoni sinifikanti tal-passaġġi tal-imnieħer;

(7) 

disfunzjoni sinużali;

(8) 

malformazzjoni sinifikanti jew infezzjoni sinifikanti tal-kavità orali jew tan-naħa ta' fuq tas-sistema respiratorja;

(9) 

disturb sinifikanti fit-taħdit jew fil-vuċi;

(10) 

kwalunkwe sintomu morbuż tal-kirurġija tal-widna interna jew tan-nofs.

(c) 

Valutazzjoni ajrumedika

(1) 

L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 b'xi waħda mill-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punti (1), (4) u (5) tal-punt (b) għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(2) 

L-idoneità tal-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 bi kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet mediċi speċifikati fil-punti (4) u (5) tal-punt (b) għandha tiġi vvalutata f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(3) 

L-idoneità tal-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 għal kwalifika ta' titjir bl-istrumenti jew għal kwalifika ta' titjir bl-istrumenti en route li trid tiddaħħal fil-liċenzja bil-kundizzjoni medika speċifikata fil-punt (1) tal-punt (b) għandha tiġi vvalutata f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

MED.B.085    Dermatoloġija

L-applikanti għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei meta jkollhom kundizzjoni dermatoloġika stabbilita li aktarx li xxekkel l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

MED.B.090    Onkoloġija

(a) 

Qabel ma tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri lill-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti b'marda malinna primarja jew sekondarja għandha ssirilhom evalwazzjoni onkoloġika sodisfaċenti. Dawn l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 għandhom jiġu riferiti lill-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji. Dawn l-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 2 għandhom jiġu vvalutati f'konsultazzjoni mal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji.

(b) 

L-applikanti bi storja medika dokumentata jew b'dijanjożi klinika ta' tumur malinn intraċerebrali għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti speċifiċi għal ċertifikati mediċi tal-LAPL

MED.B.095    Eżami u valutazzjoni mediċi ta' applikanti għal ċertifikati mediċi tal-LAPL

(a) 

Applikant għal ċertifikat mediku tal-LAPL għandu jiġi vvalutat abbażi tal-aqwa prassi ajrumedika.

(b) 

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-istorja medika kollha tal-applikant.

(c) 

Il-valutazzjoni inizjali, ir-rivalutazzjonijiet sussegwenti kollha wara li d-detentur ta' liċenzja jagħlaq il-50 sena u kwalunkwe valutazzjoni f'każijiet fejn l-istorja medika tal-applikant ma tkunx disponibbli għall-eżaminatur għandhom jinkludu tal-anqas dawn kollha li ġejjin:

(1) 

eżami kliniku;

(2) 

pressjoni tad-demm;

(3) 

test tal-awrina;

(4) 

viżjoni;

(5) 

fakultà tas-smigħ.

(d) 

Wara l-valutazzjoni inizjali, ir-rivalutazzjonijiet sussegwenti sakemm id-detentur ta' liċenzja jagħlaq il-50 sena għandhom jinkludu tal-inqas dawn it-tnejn li ġejjin:

(1) 

valutazzjoni tal-istorja medika tad-detentur tal-LAPL;

(2) 

l-affarijiet speċifikati fil-punt (c) kif jidhirlu li jkun meħtieġ l-AeMC, l-AME jew il-GMP skont l-aqwa prassi ajrumedika.

▼B

SOTTOPARTI C

REKWIŻITI TAL-ISTAT MEDIKU TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

TAQSIMA 1

Rekwiżiti ġenerali

MED.C.001    Ġenerali

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom iwettqu biss id-doveri u r-responsabbiltajiet rikjesti mir-regoli tas-sigurtà tal-avjazzjoni fuq inġenji tal-ajru jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din il-Parti.

MED.C.005    Valutazzjonijiet aeromediċi

(a)

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom isirulhom valutazzjonijiet aeromediċi biex jiġi vverifikat li m'għandhomx mard fiżiku jew mentali li jista' jwassal għall-inkapaċità jew l-inabbiltà li jwettqu d-doveri u r-responsabbiltajiet assenjati lilhom għas-sigurtà.

(b)

Kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha ssirlu valutazzjoni aeromedika qabel l-ewwel assenjazzjoni ta’ kompiti fuq inġenju tal-ajru, u wara dan, għandha ssir tali valutazzjoni f'intervalli ta’ massimu ta’ 60 xahar.

(c)

Il-valutazzjonijiet aeromediċi għandhom isiru minn AME, AeMC, jew minn OHMP jekk jiġu sodisfati r-rekwiżiti ta’ MED.D.040.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti għal valutazzjoni aeromedika tal-ekwipaġġ tal-kabina

MED.C.020    Ġenerali

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina m'għandu jkollhom ebda:

(a) 

anormalitajiet konġenitali jew akkwiżiti;

(b) 

mard jew diżabbiltajiet ta’ natura attiva, latenti, akuta jew kronika;

(c) 

feriti, danni jew konsegwenzi minħabba xi operazzjoni kirurġika; u

(d) 

effetti jew effetti kollaterali minħabba t-teħid ta’ kwalunkwe medikazzjoni terapewtika, dijanjostika jew preventiva preskritta jew mhux preskritta li jistgħu jinvolvu livell ta’ inkapaċità funzjonali li tista' twassalhom għall-inkapaċità jew l-inabbiltà li jwettqu d-dmirijiet u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom għas-sigurtà.

MED.C.025    Kontenut tal-valutazzjonijiet aeromediċi

(a)

Il-valutazzjoni aeromedika tal-bidu għandha tal-anqas tinkludi:

(1) 

valutazzjoni tal-istorja medika tal-applikant membru tal-ekwipaġġ tal-kabina; u

(2) 

eżami kliniku ta’ dawn li ġejjin:

(i) 

sistema kardjovaskulari;

(ii) 

sistema respiratorja;

(iii) 

sistema muskoloskeletali;

(iv) 

otorinolarinġoloġija;

(v) 

sistema tal-vista; u

(vi) 

vista tal-kuluri.

(b)

Kull waħda mir-rivalutazzjonijiet aeromediċi sussegwenti għandha tinkludi:

(1) 

valutazzjoni tal-istorja medika tal-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, u

(2) 

eżami kliniku jekk jitqies meħtieġ skont l-aqwa prassi aeromedika.

(c)

Għall-iskop ta’ (a) u (b), f'każ ta’ xi dubju jew jekk ikun indikat klinikament, valutazzjoni aeromedika ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinkludi wkoll kwalunkwe eżami, test jew investigazzjoni medika addizzjonali meqjusa neċessarji mill-AME, l-AeMC jew l-OHMP.

TAQSIMA 3

Rekwiżiti addizzjonali għall-applikanti għal, jew detenturi ta', attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

MED.C.030    Rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

Wara kull valutazzjoni aeromedika li tkun saret, l-applikanti għal, u d-detenturi ta', attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina:

(1) 

għandhom jiġu pprovduti b'rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina mill-AME, l-AeMC jew l-OHMP; u

(2) 

għandhom jipprovdu l-informazzjoni relatata, jew kopja tar-rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom lill-operatur(i) li juża/jużaw is-servizzi tagħhom.

(b)

Rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina

Ir-rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina għandu jindika d-data tal-valutazzjoni aeromedika, kemm jekk il-membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jkun ġie ċċertifikat fi stat mediku tajjeb u kemm jekk le, id-data tal-valutazzjoni aeromedika rikjesta li jkun imiss u, jekk applikabbli, limitazzjoni(jiet). Kull element ieħor għandu jkun soġġett għall-kunfidenzjalità medika skont MED.A.015.

MED.C.035    Limitazzjonijiet

(a)

Jekk id-detenturi ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina ma jikkonformawx għalkollox mar-rekwiżiti mediċi speċifikati fit-Taqsima 2, l-AME, l-AeMC jew l-OHMP għandu jikkunsidra jekk ikunux jistgħu jaqdu l-kompiti tal-ekwipaġġ tal-kabina b'mod sigur filwaqt li jikkonformaw ma’ limitazzjoni waħda jew aktar.

(b)

Kull limitazzjoni fl-eżerċitar tal-privileġġi mogħtija mill-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tkun speċifikata fir-rapport mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina u għandha titneħħa biss minn AME, AeMC jew minn OHMP b'konsultazzjoni ma’ AME.

▼M9

SOTTOPARTI D

EŻAMINATURI AJRUMEDIĊI, PROFESSJONISTI MEDIĊI ĠENERALI, PRATTIKANTI MEDIĊI TAS-SAĦĦA OKKUPAZZJONALI

TAQSIMA 1

Eżaminaturi Ajrumediċi

MED.D.001    Privileġġi

(a) 

Il-privileġġi ta' detenturi ta' ċertifikat ta' eżaminatur ajrumediku (AME - Aero-Medical Examiner) huma li joħroġ, jirrivalida u jġedded ċertifikati mediċi tal-klassi 2 u ċertifikati mediċi tal-LAPL (Light Aircraft Pilot Licence) u li jagħmel l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet mediċi rilevanti.

(b) 

Id-detenturi ta' ċertifikat ta' AME jistgħu japplikaw għal estensjoni tal-privileġġi tagħhom biex jinkludu eżamijiet mediċi għar-rivalidazzjoni u għat-tiġdid ta' ċertifikati mediċi tal-klassi 1, jekk dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt MED.D.015.

(c) 

Il-privileġġi ta' detentur ta' ċertifikat ta' AME msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jinkludu l-privileġġi biex iwettaq eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u biex jipprovdi r-rapporti mediċi tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina relatati, f'konformità ma' dan l-Anness (Parti-MED).

(d) 

L-ambitu tal-privileġġi tad-detentur ta' ċertifikat ta' AME u kull kundizzjoni relatata miegħu għandhom ikunu speċifikati f'dak iċ-ċertifikat.

(e) 

Detentur ta' ċertifikat ta' AME m'għandu f'ebda ħin ikollu aktar minn ċertifikat ta' AME wieħed maħruġ skont dan ir-Regolament.

(f) 

Id-detenturi ta' ċertifikat ta' AME m'għandhomx jagħmlu eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi fi Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta' AME tagħhom, sakemm ma jkunux wettqu l-passi kollha li ġejjin:

(1) 

ikunu ngħataw aċċess mill-Istat Membru kkonċernat l-ieħor biex jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom bħala tabib speċjalizzat;

(2) 

ikunu għarrfu lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor bl-intenzjoni tagħhom li jagħmlu eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi u joħorġu ċertifikati mediċi fi ħdan l-ambitu tal-privileġġi tagħhom bħala AME;

(3) 

ikunu irċevew struzzjonijiet mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

MED.D.005    Applikazzjoni

(a) 

Applikazzjoni għal ċertifikat ta' AME jew għal estensjoni tal-privileġġi ta' ċertifikat ta' AME għandha ssir fil-forma u bil-manjiera speċifikati mill-awtorità kompetenti.

(b) 

L-applikanti għal ċertifikat ta' AME għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti:

(1) 

id-dettalji personali u l-indirizz professjonali tagħhom;

(2) 

id-dokumentazzjoni li turi li huma konformi mar-rekwiżiti tal-punt MED.D.010, inkluża evidenza li jkunu lestew b'suċċess kors ta' taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni li jikkorrispondi għall-privileġġi li japplikaw għalihom;

(3) 

dikjarazzjoni bil-miktub li, ladarba jinħareġ iċ-ċertifikat ta' AME, l-AME joħroġ ċertifikati mediċi abbażi tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

(c) 

Meta l-AMEs jagħmlu eżamijiet ajrumediċi f'iktar minn post wieħed, dawn għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni rilevanti rigward dawn il-postijiet u l-faċilitajiet kollha tal-prattika.

MED.D.010    Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' AME

L-applikanti għandu jinħarġilhom ċertifikat ta' AME, meta jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikunu kompletament ikkwalifikati u liċenzjati biex jipprattikaw il-mediċina u jkollhom evidenza ta' tlestija ta' taħriġ mediku speċjalizzat;

(b) 

lestew b'suċċess kors ta' taħriġ bażiku fil-mediċina tal-avjazzjoni, inkluż taħriġ prattiku fil-metodi ta' eżami u fil-valutazzjonijiet ajrumediċi;

(c) 

urew lill-awtorità kompetenti li huma:

(1) 

għandhom faċilitajiet, proċeduri, dokumentazzjoni u tagħmir funzjonanti adegwati xierqa għall-eżamijiet ajrumediċi;

(2) 

għandhom il-proċeduri u l-kundizzjonijiet neċessarji stabbiliti biex jiżguraw il-kunfidenzjalità medika.

MED.D.011    Privileġġi ta' detentur ta' ċertifikat ta' AME

Permezz tal-ħruġ ta' ċertifikat ta' AME, id-detentur għandu jingħata l-privileġġi biex inizjalment joħroġ, jirrivalida u jġedded dawn kollha li ġejjin:

(a) 

iċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 2;

(b) 

iċ-ċertifikati mediċi tal-LAPL;

(c) 

ir-rapporti medċi tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina.

MED.D.015    Rekwiżiti għall-estensjoni tal-privileġġi

L-applikanti għandu jinħarġilhom ċertifikat ta' AME bil-privileġġi estiżi għar-rivalidazzjoni u għat-tiġdid ta' ċertifikati mediċi tal-klassi 1 meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikollhom ċertifikat validu ta' AME;

(b) 

ikunu għamlu tal-anqas 30 eżami għall-ħruġ, għar-rivalidazzjoni jew għat-tiġdid ta' ċertifikati mediċi tal-klassi 2 jew ekwivalenti fuq perjodu ta' mhux iktar minn 3 snin qabel l-applikazzjoni;

(c) 

ikunu lestew b'suċċess kors ta' taħriġ avvanzat fil-mediċina tal-avjazzjoni, inkluż taħriġ prattiku fil-metodi ta' eżami u fil-valutazzjonijiet ajrumediċi;

(d) 

ikunu lestew b'suċċess taħriġ prattiku b'durata minima ta' jumejn (2), jew f'AeMC jew taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

MED.D.020    Korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni

(a) 

Il-korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni msemmija f'MED.D.010(b) u f'MED.D.015 (c) għandhom jiġu pprovduti biss wara l-approvazzjoni minn qabel tal-kors mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha l-post prinċipali ta' negozju tagħha. Biex tikseb approvazzjoni bħal din, l-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha turi li s-sillabu tal-kors jinkludi objettivi ta' tagħlim biex jinkisbu l-kompetenzi meħtieġa u l-persuni li jieħdu ħsieb it-taħriġ għandhom għarfien u esperjenza xierqa.

(b) 

Barra fil-każ ta' taħriġ ta' tiġdid, il-korsijiet għandhom jispiċċaw b'eżami bil-miktub fuq is-suġġetti inklużi fil-kontenut tal-kors.

(c) 

L-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha toħroġ ċertifikat ta' tlestija b'suċċess lill-parteċipanti meta jkunu għaddew mill-eżami.

MED.D.025    Tibdiliet fiċ-ċertifikat ta' AME

(a) 

Id-detenturi ta' ċertifikat ta' AME għandhom jinnotifikaw, kemm jista' jkun malajr, lill-awtorità kompetenti biċ-ċirkostanzi li ġejjin li jistgħu jaffettwaw iċ-ċertifikat ta' AME tagħhom:

(1) 

l-AME jkun soġġett għal proċeduri dixxiplinarji jew investigazzjoni minn bord mediku regolatorju;

(2) 

ikun hemm tibdiliet fil-kundizzjonijiet li fihom ikun ingħata ċ-ċertifikat, inkluż il-kontenut tal-istqarrijiet ipprovduti mal-applikazzjoni;

(3) 

ir-rekwiżiti għall-ħruġ taċ-ċeritifikat ta' AME ma jibqgħux jiġu ssodisfati;

(4) 

ikun hemm bidla fil-post(ijiet) tal-attività jew fl-indirizz tal-korrispondenza tal-eżaminatur ajrumediku.

(b) 

Nuqqas ta' notifika lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-punt (a) għandu jirriżulta fis-sospensjoni jew fir-revoka taċ-ċertifikat ta' AME skont il-punt ARA.MED.250 tal-Anness II (Parti-ARA).

MED.D.030    Validità taċ-ċertifikati ta' AME

Ċertifikat ta' AME għandu jkun validu għal perjodu ta' tliet (3) snin, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tnaqqas dak il-perjodu għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq relatati mal-każ individwali.

Mal-applikazzjoni mid-detentur, iċ-ċertifikat għandu:

(a) 

jiġi rivalidat, dment li d-detentur:

(1) 

ikompli jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali rikjesti għall-prattika medika u jżomm il-liċenzja tiegħu biex jipprattika l-mediċina;

(2) 

ikun ħa taħriġ ta' tiġdid fil-mediċina tal-avjazzjoni fl-aħħar 3 snin;

(3) 

ikun għamel tal-anqas 10 eżamijiet ajrumediċi jew ekwivalenti kull sena;

(4) 

jibqa' konformi mal-patti taċ-ċertifikat;

(5) 

jeżerċita l-privileġġi skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness (Parti-MED);

(6) 

ikun wera li hu jżomm il-kompetenza ajrumedika tiegħu f'konformità mal-proċedura stabbilita mill-awtorità kompetenti.

(b) 

jiġġedded, dment li d-detentur jikkonforma mar-rekwiżiti għar-rivalidazzjoni stipulati fil-punt (a) jew mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1) 

ikompli jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali rikjesti għall-prattika medika u jżomm il-liċenzja tiegħu biex jipprattika l-mediċina;

(2) 

ikun ħa taħriġ ta' tiġdid fil-mediċina tal-avjazzjoni fl-aħħar sena;

(3) 

ikun lesta b'suċċess taħriġ prattiku tul l-aħħar sentejn, jew f'AeMC jew taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(4) 

jibqa' konformi mar-rekwiżiti tal-punt MED.D.010;

(5) 

ikun wera li hu jżomm il-kompetenza ajrumedika tiegħu f'konformità mal-proċedura stabbilita mill-awtorità kompetenti.

TAQSIMA 2

Professjonisti Mediċi Ġenerali

MED.D.035    Rekwiżiti tal-professjonisti mediċi ġenerali

Il-professjonisti mediċi ġenerali (GMPs) jistgħu jaġixxu bħala AMEs għall-ħruġ ta' ċertifikati mediċi tal-LAPL, meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huma jeżerċitaw l-attività tagħhom fi Stat Membru fejn il-GMPs ikollhom aċċess għar-rekords mediċi kollha tal-applikanti;

(b) 

huma jeżerċitaw l-attività tagħhom f'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti tagħhom;

(c) 

huma kkwalifikati u lliċenzjati bis-sħiħ biex jipprattikaw il-mediċina f'konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti tagħhom;

(d) 

huma jkunu nnotifikaw lill-awtorità kompetenti qabel ma jibdew it-tali attività.

TAQSIMA 3

Prattikanti Mediċi tas-Saħħa Okkupazzjonali

MED.D.040    Rekwiżiti għall-prattikanti mediċi tas-saħħa okkupazzjonali

Fi Stati Membri fejn l-awtorità kompetenti tkun issodisfata li r-rekwiżiti tas-sistema nazzjonali tas-saħħa applikabbli għall-prattikanti mediċi tas-saħħa okkupazzjonali (OHMPs - Occupational Health Medical Practitioners) huma tali li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness (Parti-MED) applikabbli għall-OHMPs, l-OHMPs jistgħu jwettqu valutazzjonijiet ajrumediċi tal-ekwipaġġ tal-kabina, dment li:

(a) 

ikunu kkwalifikati bis-sħiħ u lliċenzjati fil-prattika tal-mediċina u kkwalifikati fil-mediċina okkupazzjonali;

(b) 

l-ambjent tax-xogħol u d-dmirijiet relatati mas-sikurezza tul it-titjira tal-ekwipaġġ tal-kabina kienu inklużi fis-sillabu tal-kwalifika fil-mediċina okkupazzjonali jew f'taħriġ ieħor jew f'esperjenza operazzjonali oħra tagħhom;

(c) 

ikunu nnotifikaw lill-awtorità kompetenti qabel ma jibdew it-tali attività.

▼M1




ANNESS V

IL-KWALIFIKI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA INVOLUT F’OPERAZZJONIJIET TAT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL-AJRU

[PARTI-CC]

SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

CC.GEN.001 Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn persuna tapplika sabiex tinħarġilha attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.

CC.GEN.005 Kamp ta’ applikazzjoni

Din il-Parti tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-validità u l-użu tagħhom mid-detenturi tagħhom.

CC.GEN.015 Applikazzjoni għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

L-applikazzjoni għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

CC.GEN.020 Età minima

L-applikant għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina jrid ikollu tal-inqas 18-il sena.

CC.GEN.025 Privileġġi u kundizzjonijiet

(a) Il-privileġġi tad-detenturi ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina huma li dawn jaġixxu bħala membri tal-ekwipaġġ tal-kabina f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bl-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b) Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jistgħu jeżerċitaw il-privileġġi speċifikati f’(a) biss jekk:

(1) 

ikollhom attestazzjoni valida tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat f’CC.CCA.105; u

(2) 

ikunu konformi ma’ CC.GEN.030, CC.TRA.225 u mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-MED.

CC.GEN.030 Dokumenti u żamma tar-rekords

Biex juri l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kif speċifikat f’CC.GEN.025(b), kull detentur għandu jżomm, u jipprovdi meta jkun mitlub, l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-lista u r-rekords tat-taħriġ u tal-ivverifikar għat-tip ta’ inġenju tal-ajru tiegħu/tagħha jew kwalifika/i simili, sakemm l-operatur li jħaddem is-servizzi tiegħu/tagħha ma jżommx tali rekords u jkun jista’ jagħmilhom disponibbli mill-ewwel meta ssir talba għalihom minn awtorità kompetenti jew mid-detentur.

SUBPARTI CCA

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

CC.CCA.100 Ħruġ tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a) L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu biss lill-applikanti li jkunu għaddew mill-eżami wara li jkunu temmew il-kors ta’ taħriġ tal-bidu skont din il-Parti.

(b) L-attestazzjonijiet ta’ ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu:

(1) 

mill-awtorità kompetenti; u/jew

(2) 

minn organizzazzjoni approvata biex tagħmel dan mill-awtorità kompetenti.

CC.CCA.105 Validità tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinħareġ għal perjodu mhux limitat, u għandha tibqa’ valida, sakemm:

(a) 

ma tiġix sospiża jew revokata mill-awtorità kompetenti; jew

(b) 

id-detentur tagħha jkun eżerċita l-privileġġi assoċjati matul is-60 xahar ta’ qabel fuq tal-inqas tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru.

CC.CCA.110 Sospensjoni u revoka tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a) Jekk id-detenturi ma jkunux konformi ma’ din il-Parti, l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom tista’ tiġi sospiża jew revokata mill-awtorità kompetenti.

(b) F’każ ta’ sospensjoni jew revoka tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom mill-awtorità kompetenti, id-detenturi:

(1) 

għandhom jiġu infurmati bil-miktub dwar din id-deċiżjoni, u dwar id-dritt tagħhom għall-appell skont il-liġi nazzjonali;

(2) 

m’għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi mogħtija lilhom permezz tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina;

(3) 

għandhom jinfurmaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-operatur(i) li jkun(u) qed iħaddem/iħaddmu s-servizzi tagħhom; u

(4) 

għandhom iroddu lura l-attestazzjoni tagħhom skont il-proċedura applikabbli stabbilita mill-awtorità kompetenti.

SUBPARTI TRA

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ GĦALL-APPLIKANTI U D-DETENTURI TAL-ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

CC.TRA.215 Provvediment ta’ taħriġ

It-taħriġ meħtieġ f’din il-Parti għandu:

(a) 

jiġi pprovdut mill-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ jew mill-operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jkunu approvati biex jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti;

(b) 

isir minn persunal ikkwalifikat u bl-esperjenza xierqa għall-elementi tat-taħriġ li jridu jkunu koperti; and

(ċ) 

jitmexxa skont programm ta’ taħriġ u sillabu dokumentat bl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni.

CC.TRA.220 Il-kors ta’ taħriġ tal-bidu u l-eżamijiet

(a) L-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom itemmu kors ta’ taħriġ tal-bidu biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ambjent tal-avjazzjoni u biex jiksbu l-għarfien ġenerali biżżejjed kif ukoll il-profiċjenza bażika meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom relatati mas-sikurezza tal-passiġġieri u t-titjira matul operazzjonijiet ta’ titjir normali, abnormali u ta’ emerġenza.

(b) Il-programm tal-kors ta’ taħriġ tal-bidu għandu jkopri tal-inqas l-elementi speċifikati fl-Appendiċi 1 għal din il-Parti. Għandu jinkludi taħriġ teoriku u prattiku.

(ċ) L-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu jagħmlu eżami li jkopri l-elementi kollha tal-programm ta’ taħriġ speċifikat f’(b), ħlief it-taħriġ CRM, sabiex juru li jkunu kisbu l-livell ta’ għarfien u l-profiċjenza meħtieġa f’(a).

CC.TRA.225 Kwalifika/i għat-tip ta’ inġenju tal-ajru jew kwalifiki simili

(a) Id-detenturi ta’ attestazzjoni valida tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jaħdmu fuq inġenju tal-ajru biss jekk huma jkunu kkwalifikati skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORO.

(b) Biex ikun ikkwalifikat għal tip ta’ inġenju tal-ajru jew simili, id-detentur:

(1) 

għandu jkun konformi mat-taħriġ, l-ivverifikar u r-rekwiżiti tal-validità applikabbli, li jkunu rilevanti għall-inġenju tal-ajru li jrid jiġi operat:

(i) 

taħriġ speċifiku għat-tip ta’ inġenju tal-ajru, taħriġ ta’ konverżjoni tal-operatur u familjarizzazzjoni;

(ii) 

taħriġ fid-differenzi;

(iii) 

taħriġ rikorrenti; u

(2) 

għandu jkun ħadem matul is-sitt xhur ta’ qabel abbord it-tip ta’ inġenju tal-ajru, jew ikun temm it-taħriġ ta’ aġġornament u l-ivverifikar rilevanti qabel ma jerġa’ jibda jaħdem fuq dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru.




Appendiċi 1 għall-Parti-CC

Il-kors ta’ taħriġ tal-bidu u l-eżamijiet

PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ

Il-programm ta’ taħriġ tal-kors tal-bidu għandu jinkludi tal-inqas dawn li ġejjin:

1.    Għarfien teoriku ġenerali tal-avjazzjoni u tar-regolamenti dwar l-avjazzjoni li jkopru l-elementi kollha rilevanti għad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet meħtieġa mill-ekwipaġġ tal-kabina:

1.1. it-terminoloġija tal-avjazzjoni, it-teorija tat-titjir, id-distribuzzjoni tal-passiġġieri, iż-żoni ta’ titjir, il-metereoloġija u l-effetti tal-kontaminazzjoni superfiċjali tal-inġenju tal-ajru;

1.2. ir-regolamenti tal-avjazzjoni rilevanti għall-ekwipaġġ tal-kabina u r-rwol tal-awtorità kompetenti;

1.3. id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ tal-kabina matul l-operat, u l-ħtieġa li dawn jirreaġixxu fil-pront u b’mod effettiv għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

1.4. kompetenza u saħħa kontinwa biex wieħed jaħdem bħala membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, inkluż fir-rigward tal-limiti tal-ħin tat-titjira u tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-mistrieħ;

1.5. l-importanza li jiġi żgurat li d-dokumenti u l-manwali rilevanti jinżammu aġġornati, bl-emendi jiġu fornuti mill-operatur skont kif applikabbli;

1.6. l-importanza li l-ekwipaġġ tal-kabina jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont il-manwal tal-operat tal-operatur;

1.7. l-importanza tal-informazzjoni minn qabel it-titjira lill-ekwipaġġ tal-kabina, u l-għoti ta’ informazzjoni ta’ sikurezza meħtieġa fir-rigward tad-dmirijiet speċifiċi tagħhom; u

1.8. l-importanza li jiġi identifikat meta l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jkollhom l-awtorità u r-responsabbiltà li jibdew evakwazzjoni u proċeduri oħra ta’ emerġenza.

2.    Komunikazzjoni:

Matul it-taħriġ, għandha tingħata enfasi lill-importanza ta’ komunikazzjoni effettiva bejn l-ekwipaġġ tal-kabina u l-ekwipaġġ tat-titjira, inklużi t-tekniki ta’ komunikazzjoni, u l-lingwa u t-terminoloġija komuni.

3.    Kors introduttorju dwar il-fatturi umani (HF) fl-avjazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ekwipaġġ (CRM)

Dan il-kors għandu jsir minn tal-inqas għalliem CRM wieħed tal-ekwipaġġ tal-kabina. L-elementi tat-taħriġ għandhom jiġu koperti fid-dettall u għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

3.1. 

Ġenerali: fatturi umani fl-avjazzjoni, struzzjonijiet ġenerali dwar il-prinċipji u l-għanijiet tas-CRM, prestazzjoni umana u limitazzjonijiet;

3.2. 

Rilevanti għall-membru individwali tal-ekwipaġġ tal-kabina: kuxjenza u għarfien dwar il-personalità, l-iżbalji umani u l-affidabbiltà, l-attitudnijiet u l-imġiba, l-awtovalutazzjoni; l-istress u l-ġestjoni tal-istress; l-għeja u l-viġilanza; l-assertività; kuxjenza tas-sitwazzjoni, il-ksib u l-ipproċessar ta’ informazzjoni.

4.    It-trattament tal-passiġġieri u s-sorveljanza tal-kabina:

4.1. l-importanza tal-allokazzjoni korretta tas-siġġijiet b’referenza għall-massa u l-bilanċ tal-ajruplan, kategoriji speċjali ta’ passiġġieri, u l-ħtieġa li l-passiġġieri mingħajr diżabbiltà jitpoġġew ħdejn il-bibien tal-ħruġ li ma jkunux sorveljati;

4.2. ir-regoli li jkopru l-istivar bla periklu tal-bagalji tal-kabina u l-oġġetti ta’ servizz tal-kabina, u r-riskju li dawn isiru perikolużi għall-okkupanti tal-kompartiment tal-passiġġieri jew inkella jingumbraw jew jagħmlu ħsara lit-tagħmir jew lill-ħruġ tal-emerġenza;

4.3. pariri dwar l-għarfien u l-ġestjoni tal-passiġġieri li jkunu fis-sakra jew li jiskru abbord, jew li jkunu taħt l-influwenza tad-drogi, jew li jkunu aggressivi;

4.4. il-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu meta jinġarru annimali ħajjin fil-kompartiment tal-passiġġieri;

4.5. il-kompiti li għandhom jitwettqu f’każ ta’ turbulenza, inkluż li tiġi garantita s-sikurezza tal-kompartiment tal-passiġġieri; u

4.6. il-metodi użati għall-motivazzjoni tal-passiġġieri u l-kontroll tal-folla, meħtieġa biex titħaffef evakwazzjoni ta’ emerġenza.

5.    Aspetti ajrumediċi u tal-ewwel għajnuna:

5.1. struzzjoni ġenerali dwar aspetti ajrumediċi u s-sopravivenza;

5.2. l-effetti fiżjoloġiċi tat-titjir, b’enfażi partikulari fuq l-ipossija, ir-rekwiżiti tal-ossiġnu, il-funzjonament tat-tromba ta’ Ewstakju u l-barotrawmi;

5.3. l-ewwel għajnuna bażika, inkluża l-kura ta’:

(a) 

id-dardir;

(b) 

it-taqlib gastrointestinali;

(c) 

l-iperventilazzjoni;

(d) 

il-ħruq;

(e) 

ġrieħi;

(f) 

meta wieħed jintilef minn sensih; u

(g) 

ksur u ġrieħi f’tessuti rotob;

5.4. emerġenzi mediċi matul it-titjira u l-ewwel għajnuna assoċjata, li jkopru tal-inqas:

(a) 

l-ażma;

(b) 

l-istress u r-reazzjonijiet ta’ allerġija;

(c) 

ix-xokk;

(d) 

id-dijabete;

(e) 

il-fgar;

(f) 

l-epilessija;

(g) 

it-twelid;

(h) 

il-puplesija; u

(i) 

l-attakk tal-qalb;

5.5. l-użu ta’ tagħmir xieraq, inkluż l-ossiġnu tal-ewwel għajnuna, il-kitts tal-ewwel għajnuna u l-kitts mediċi ta’ emerġenza, u l-kontenuti tagħhom;

5.6. taħriġ prattiku fir-risuxxitazzjoni kardjopulmonari minn kull membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, bl-użu ta’ pupu ddiżinjat apposta, u b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ambjent tal-inġenju tal-ajru; u

5.7. is-saħħa u l-iġjene fl-ivvjaġġar, inklużi:

(a) 

l-iġjene abbord;

(b) 

ir-riskju ta’ kuntatt ma’ mard infettiv u l-mezzi biex jitnaqqsu tali riskji;

(c) 

it-trattament tal-iskart kliniku;

(d) 

id-diżinfettar tal-inġenju tal-ajru;

(e) 

it-trattament ta’ mewt abbord; u

(f) 

il-ġestjoni tal-viġilanza, l-effetti fiżjoloġiċi tal-għeja, il-fiżjoloġija tal-irqad, ir-ritmu ċirkadjan u t-tibdil taż-żona tal-ħin.

6.    Il-merkanzjia perikoluża skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi applikabbli tal-ICAO.

7.    Aspetti ta’ sikurezza ġenerali fl-avjazzjoni, inkluż l-għarfien tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 300/2008.

8.    Taħriġ kontra n-nirien u d-duħħan:

8.1. enfażi fuq ir-responsabbiltà tal-ekwipaġġ tal-kabina li jindirizza fil-pront emerġenzi li jinvolvu nirien u duħħan u, b’mod partikulari, enfażi fuq l-importanza li jiġi identifikat is-sors reali tan-nar;

8.2. l-importanza li l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi infurmat mill-ewwel, kif ukoll l-azzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall-koordinazzjoni u l-għajnuna, meta jinstab li hemm nar jew duħħan;

8.3. il-ħtieġa ta’ kontrolli frekwenti f’żoni li għandhom potenzjal ta’ riskju tan-nar, inklużi t-tojlits, u d-detetturi tad-duħħan assoċjati;

8.4. il-klassifikazzjoni tan-nirien u tat-tip xieraq ta’ aġenti għat-tifi tan-nar, u l-proċeduri għal sitwazzjonijiet partikulari ta’ nar;

8.5. it-tekniċi ta’ applikazzjoni tal-aġenti għat-tifi tan-nar, il-konsegwenza tal-użu żbaljat tagħhom, u l-użu tagħhom fi spazju magħluq, inkluż it-taħriġ prattiku fit-tifi tan-nar, fl-ilbies u fl-użu tat-tagħmir użat fl-avjazzjoni għall-protezzjoni kontra d-duħħan; and

8.6. il-proċeduri ġenerali tas-servizzi ta’ emerġenza fuq l-art, fl-ajrudromi.

9.    Taħriġ tas-sopravivenza:

9.1. il-prinċipji tas-sopravivenza f’ambjenti ostili (eż. polari, fid-deżert, fil-ġungla, fil-baħar); u

9.2. taħriġ tas-sopravivenza fl-ilma, li għandu jinkludi kif jintlibes u jintuża t-tagħmir biex persuna tibqa’ f’wiċċ l-ilma, kif ukoll l-użu ta’ żurżieqa tas-salvataġġ jew tagħmir simili, kif ukoll il-prassi effettiva fl-ilma.




ANNESS VI

REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ GĦALL-EKWIPAĠĠ TAL-AJRU

[PARTI-ARA]

SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

TAQSIMA I

ĠENERALI

▼M7 —————

▼M1

ARA.GEN.115    Dokumentazzjoni tas-superviżjoni

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti kollha relatati lill-persunal rilevanti sabiex tippermettilhom jaqdu l-kompiti tagħhom u biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.

ARA.GEN.120    Mezzi ta’ konformità

(a) 

L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Meta jkun hemm konformità mal-AMC, ir-rekwiżiti meħtieġa tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkunu ġew sodisfati.

(b) 

Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tkun stabbilita l-konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b’mod konsistenti li l-mezzi alternattivi ta’ konformità kollha użati minnha jew minn organizzazzjonijiet jew persuni taħt is-superviżjoni tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(d) 

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-mezzi alternattivi ta’ konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont OR.GEN.120, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi ta’ konformità alternattivi huma skont ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni, għandha tagħmel li ġej, mingħajr dewmien żejjed:

(1) 

tinnotifika lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta’ konformità jistgħu jiġu implimentati u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ; u

(2) 

tinnotifika lill-Aġenzija dwar il-kontenut tagħhom, inklużi kopji tad-dokumentazzjoni kollha rilevanti;

(3) 

tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar il-mezzi alternattivi ta’ konformità li ġew aċċettati.

(e) 

Meta l-awtorità kompetenti stess tuża mezzi ta’ konformità alternattivi biex tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, għandha tagħmel li ġej:

(1) 

tagħmilhom disponibbli għall-organizzazzjonijiet u l-persuni kollha li jkunu taħt is-superviżjoni tagħha; u

(2) 

tavża lill-Aġenzija mingħajr dewmien żejjed.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta’ konformità, inkluża kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li r-Regoli ta’ Implimentazzjoni ġew sodisfati.

▼M14

ARA.GEN.125    Informazzjoni lill-Aġenzija

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu fi żmien 30 jum minn meta l-awtorità ssir taf bil-problemi.

(b) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti dwar l-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali, mill-aktar fis possibbli.

▼M1

ARA.GEN.135    Reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza

▼M14

(a) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred kif xieraq l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

(b) 

L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza kif xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tirċievi u mingħajr dewmien żejjed tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, meħtieġa biex jirreaġixxu b’mod f’waqtu għal problema ta’ sikurezza li tinvolvi prodotti, parts, tagħmir mhux installat, persuni jew organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

▼M1

(c) 

Kif tirċievi l-informazzjoni msemmija f’(a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza l-problema ta’ sikurezza.

▼M14

(d) 

Il-miżuri meħuda skont il-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġu jikkonformaw magħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

▼M1

TAQSIMA II

Ġestjoni

ARA.GEN.200    Sistema ta’ ġestjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, inkluż bħala minimu:

▼M14

(1) 

politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni, il-mezzi u l-metodi tagħha biex tinkiseb konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti ta’ ħidma bażiċi fi ħdan dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;

▼M1

(2) 

għadd suffiċjenti ta’ impjegati biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Dawn l-impjegati għandhom ikunu kkwalifikati biex iwettqu l-kompiti allokati lilhom u jkollhom ukoll l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ tal-bidu u dak ta’ aġġornament, biex jiżguraw kompetenza kontinwa. Għandu jkun hemm fis-seħħ sistema biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-impjegati, sabiex ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-kompiti kollha;

(3) 

faċilitajiet adegwati u alloġġ għall-uffiċċju biex jitwettqu l-kompiti allokati;

(4) 

funzjoni biex tiġi ssorveljata l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti meħtieġa u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifikar intern, kif ukoll proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ reazzjoni ta’ sejbiet ta’ verifika lill-maniġment għoli tal-awtorità kompetenti biex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ; u

(5) 

persuna jew grupp ta’ persuni, li fl-aħħar mill-aħħar tkun/ikunu responsabbli għall-maniġment għoli tal-awtorità kompetenti għall-kompitu ta’ monitoraġġ tal-konformità.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività li tinkludi sistema ta’ ġestjoni, persuna jew persuni li jkollha/hom ir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu/i rilevanti.

▼M14

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, kemm jekk minn ġewwa l-Istat Membru jew fi Stati Membri oħra, inkluża l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

dwar is-sejbiet kollha li jkunu saru, l-azzjonijiet korrettivi ta’ segwitu meħuda skont dawn is-sejbiet u l-miżuri ta’ infurzar meħuda b’riżultat tas-sorveljanza ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru iżda li jkunu ċċertifikati minn jew li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija;

(2) 

li tirriżulta minn rappurtar obbligatorju u volontarju tal-okkorrenzi kif meħtieġ mill-punt ORA.GEN.160 tal-Anness VII.

▼M1

(d) 

Kopja tal-proċeduri relatati mas-sistema tal-ġestjoni u l-emendi tagħhom għandha tkun disponibbli għall-Aġenzija għall-finijiet ta’ standardizzazzjoni.

ARA.GEN.205    Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

(a) 

Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-superviżjoni kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:

(1) 

li jkollha sistema implimentata biex tivverifika, fil-bidu u b’mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata hija konformi mal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;

(2) 

li tkun stabbiliet ftehim iddokumentat mal-entità kkwalifikata, approvat miż-żewġ partijiet fil-livell ta’ maniġment xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:

(i) 

il-kompiti li jridu jsiru;

(ii) 

id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li jridu jiġu pprovduti;

(iii) 

il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jiġu sodisfati fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;

(iv) 

il-kopertura tar-responsabbiltà relatata; u

(v) 

il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba fit-twettiq ta’ tali kompiti.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta’ verifika interna, u l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza, meħtieġ skont AR.GEN.200 (a)(4), ikopru l-kompiti kollha ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ superviżjoni kontinwa li jsiru f’isimha.

▼M14

ARA.GEN.210    Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti għandu jkollha fis-seħħ sistema biex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti tagħha u twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Dik is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni kif xieraq biex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu b’mod f’waqtu, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija bil-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

▼M1

ARA.GEN.220    Żamma tar-rekords

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tipprovdi għall-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà, u t-traċċabbiltà kredibbli ta’:

(1) 

il-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;

(2) 

it-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-impjegati tagħha;

(3) 

l-allokazzjoni tal-kompiti, li jkopru l-elementi meħtieġa skont ARA.GEN.205 kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

▼M7

(4) 

proċessi ta' ċertifikazzjoni u ta' dikjarazzjoni kif ukoll sorveljanza ta' organizzazzjonijiet iċċertifikati u ddikjarati;

▼M1

(5) 

il-proċessi għall-ħruġ tal-liċenzji tal-impjegati, il-klassifikazzjonijiet, iċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet, u għas-superviżjoni kontinwa tad-detenturi ta’ dawk il-liċenzji, klassifikazzjonijiet, ċertifikati u attestazzjonijiet;

(6) 

il-proċessi għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-kwalifika ta’ FSTD u għas-superviżjoni kontinwa tal-FSTD u tal-organizzazzjoni li toperah;

(7) 

is-superviżjoni ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru, iżda li jkunu sorveljati jew iċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, kif miftiehem bejn dawn l-awtoritajiet;

(8) 

l-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità proposti minn organizzazzjonijiet, u l-valutazzjoni tal-mezzi alternattivi ta’ konformità użati mill-awtorità kompetenti nfisha;

(9) 

sejbiet, azzjonijiet korrettivi u d-data tal-għeluq tal-azzjoni;

(10) 

il-miżuri ta’ infurzar meħuda;

▼M11

(11) 

informazzjoni dwar is-sikurezza u miżuri ta’ segwitu;

(12) 

l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139; u

▼M11

(13) 

Il-proċess ta’ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni tal-inġenju tal-ajru stabbilit fil-punti ORA.ATO.135 (a) u DTO.GEN.240 (a).

▼M12

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata lista taċ-ċertifikati kollha tal-organizzazzjonijiet, taċ-ċertifikati tal-kwalifika ta’ FSTD u tal-liċenzji tal-persunal, taċ-ċertifikati u l-attestazzjonijiet li tkun ħarġet, dikjarazzjonijiet ta’ DTO li tkun irċeviet, u l-programmi ta’ taħriġ tad-DTO li hija vverifikat jew approvat għall-konformità mal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395, jew l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

▼M1

(c) 

Ir-rekords kollha għandhom jinżammu għall-perjodu minimu speċifikat f’dan ir-Regolament. Fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni, ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin, soġġett għal-liġi applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta personali.

TAQSIMA III

Superviżjoni, ċertifikazzjoni u infurzar

ARA.GEN.300    Superviżjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:

(1) 

il-konformità mar-rekwiżiti li japplikaw għal organizzazzjonijiet jew persuni qabel il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ organizzazzjoni, approvazzjoni, ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD jew liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni, jew attestazzjoni għall-impjegati, skont kif japplika;

▼M7

(2) 

konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli għall-persuni li jkollhom liċenzji, klassifikazzjonijiet u ċertifikati, l-organizzazzjonijiet li tkun iċċertifikat, id-detenturi ta' kwalifika FSTD u l-organizzazzjonijiet li rċeviet dikjarazzjoni mingħandhom;

▼M1

(3) 

l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sikurezza xierqa stabbiliti mill-awtorità kompetenti, kif iddefinit f’AR.GEN.135(c) u (d).

(b) 

Din il-verifika għandha:

(1) 

tkun appoġġata b’dokumentazzjoni li tkun intiża speċifikament biex tipprovdi persunal responsabbli għas-superviżjoni tas-sikurezza bi gwida dwar kif għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

(2) 

tipprovdi lill-persuni u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-superviżjoni tas-sikurezza;

(3) 

tkun ibbażata fuq verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u oħrajn li ma jkunux avżati minn qabel; u

(4) 

tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti f’AR.GEN.350 u AR.GEN.355.

(c) 

Il-firxa tas-superviżjoni ddefinita f’(a) u (b) għandha tqis ir-riżultati ta’ attivitajiet ta’ superviżjoni mgħoddija, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza.

(d) 

Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri u għall-obbligi tagħhom kif stabbilit f’AR.RAMP, l-ambitu tas-superviżjoni tal-attivitajiet eżerċitati fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuni jew organizzazzjonijiet stabbiliti jew li jinstabu fi Stat Membru ieħor għandu jiġi stabbilit abbażi tal-prijoritajiet tas-sikurezza identifikati fil-pjan tas-sikurezza, kif ukoll tal-attivitajiet ta’ superviżjoni fil-passat.

(e) 

Fejn attività ta’ persuna jew organzzazzjoni tinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed jew l-Aġenzija, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni skont (a) tista’ taqbel li l-kompiti ta’ superviżjoni jsiru mill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn l-attività tkun qed isseħħ, jew mill-Aġenzija. Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni soġġetta għal tali ftehim għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-ambitu tagħha.

(f) 

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-superviżjoni, inkluż għal spezzjonijiet tar-rampa u oħrajn li ma jkunux avżati minn qabel.

ARA.GEN.305    Programm ta’ superviżjoni

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta’ superviżjoni meħtieġa skont ARA.GEN.300 u ARA.RAMP.

(b) 

Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti u d-detenturi ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, il-programm ta’ superviżjoni għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew superviżjoni fil-passat, u għandu jissejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. Għandu jinkludi f’kull ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni:

(1) 

verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u spezzjonijiet mhux avżati minn qabel, kif ikun meħtieġ; u

(2) 

laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li t-tnejn jibqgħu infurmati dwar kwistjonijiet sinifikanti.

(c) 

Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti u d-detenturi ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, għandu jiġi applikat ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni li ma jaqbiżx l-24 xahar.

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jitnaqqas jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni jew tad-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FTSD tkun naqset.

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li, matul l-24 xahar ta’ qabel:

(1) 

l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskji assoċjati;

(2) 

l-organizzazzjoni tkun uriet b’mod kontinwu, skont ORA.GEN.130, li għandha l-kontroll sħiħ fuq it-tibdiliet kollha;

(3) 

ma jkunu ġew stabbiliti l-ebda sejbiet tal-livell 1; u

(4) 

l-azzjonijiet korrettivi kollha jkunu ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, kif iddefinit minn ARA.GEN.350 (d)(2).

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar għas-superviżjoni jista’ jerġa’ jiġi estiż sa massimu ta’ 48 xahar jekk, flimkien ma’ ta’ hawn fuq, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva ta’ rappurtar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha.

▼M4

(ca) 

Minkejja (c), fil-każ ta' organizzazzjonijiet li jipprovdu biss taħriġ lejn LAPL, PPL, SPL jew BPL u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati, għandu jiġi applikat ċiklu ta' ppjanar għas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-48 xahar. Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza għandu jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tad-detentur tal-organizzazzjoni tkun naqset.

Iċ-ċiklu ta' ppjanar għas-sorveljanza jista' jiġi estiż sa massimu ta' 72 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li, matul l-48 xahar ta' qabel:

(1) 

l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskji assoċjati, kif juru r-riżultati tar-reviżjoni annwali skont ORA.GEN.200(c);

(2) 

l-organizzazzjoni tkun dejjem żammet kontroll fuq il-bidliet kollha skont ORA.GEN.130, kif juru r-riżultati tar-reviżjoni annwali skont ORA.GEN.200(c);

(3) 

ma jkunu ġew stabbiliti l-ebda sejbiet tal-livell 1; u

(4) 

l-azzjonijiet korrettivi kollha jkunu ġew implimentati fil-perjodu ta' żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, kif iddefinit minn ARA.GEN.350 (d)(2).

▼M1

(d) 

Għal persuni li jkollhom liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni, jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ superviżjoni għandu jinkludi spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux avżati minn qabel, kif ikun xieraq.

(e) 

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi r-rekords tad-dati ta’ meta jkunu se jsiru l-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u ta’ meta tali verifiki, spezzjonijiet u laqgħat ikunu saru.

▼M7

(f) 

Minkejja l-punti (b), (c) u (ca), il-programm ta' sorveljanza tad-DTOs għandu jiġi żviluppat filwaqt li jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tal-imgħoddi u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati mat-tip ta' taħriġ ipprovdut. L-attivitajiet ta' sorveljanza għandhom jinkludu l-ispezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet għal għarrieda, u jistgħu jinkludu awditi, skont kif tqis li jkun meħtieġ mill-awtorità kompetenti.

▼M1

AR.GEN.310    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali – organizzazzjonijiet

(a) 

Kif tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat għal organizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli.

(b) 

Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat(i), kif stabbilit fl-Appendiċi III u l-Appendiċi V għal din il-Parti. Iċ-ċertifikat(i) għandu jinħareġ/għandhom jinħarġu għal perjodu mhux limitat. Il-privileġġi u l-ambitu tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat(i).

(c) 

Biex organizzazzjoni tkun tista’ timplimenta bidliet mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti skont ORA.GEN.130, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura mressqa mill-organizzazzjoni, li tiddefinixxi l-ambitu ta’ tali bidliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu ġestiti u nnotifikati.

ARA.GEN.315    Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet, ċertifikati jew attestazzjonijiet - persuni

(a) 

Kif tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ liċenzja personali, klassifikazzjoni, ċertifikat jew attestazzjoni u kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli.

(b) 

Meta tkun sodisfatta li l-applikant ikun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tivvalida mill-ġdid, iġġedded jew tbiddel il-liċenzja, iċ-ċertifikat, il-klassifikazzjoni, jew l-attestazzjoni.

ARA.GEN.330    Bidliet – organizzazzjonijiet

(a) 

Kif tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet skont liema organizzazzjoni tista’ tiffunzjona matul il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tistabbilixxix li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż.

Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla.

(b) 

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta’ infurzar, meta l-organizzazzjoni timplimenta bidliet li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti kif definit f’(a), l-awtorità kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

(c) 

Għal bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifikazzjoni mibgħuta mill-organizzazzjoni skont ORA.GEN.130, biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F’każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha:

(1) 

tinnotifika lill-organizzazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità u titlob li jsiru aktar bidliet; u

(2) 

f’każ ta’ sejbiet tal-livell 1 jew 2, taġixxi skont ARA.GEN.350.

▼M7

(d) 

Minkejja l-punti (a), (b) u (c), fil-każ ta' tibdil fl-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjonijiet li jaslulha minn DTO jew fil-programm ta' taħriġ li jintuża mid-DTO, innotifikati lilha skont il-punt DTO.GEN.116 tal-Anness VIII (il-Part-DTO), l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont ir-rekwiżiti tal-punti ARA.DTO.105 u ARA.DTO.110, kif applikabbli.

▼M1

ARA.GEN.350    Sejbiet u azzjonijiet korrettivi - organizzazzjonijiet

(a) 

L-awtorità kompetenti għas-superviżjoni skont ARA.GEN.300 (a) għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet għas-sinifikat tagħhom għas-sikurezza.

(b) 

Sejba tal-livell 1 għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew ċertifikat li jbaxxu s-sikurezza jew li jipperikolaw b’mod serju s-sikurezza tat-titjira.

Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu:

(1) 

in-nuqqas ta’ għoti ta’ aċċess, mill-awtorità kompetenti, għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif iddefinit skont OR.GEN.140, matul il-ħinijiet normali tal-operat u wara żewġ talbiet bil-miktub;

(2) 

il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti mressqa bħala evidenza;

(3) 

evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni; u

(4) 

in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli.

(c) 

Sejba tal-livell 2 għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew ċertifikat li jbaxxu s-sikurezza jew inkella li jipperikolaw b’mod serju s-sikurezza tat-titjira.

(d) 

Meta tiġi stabbilita sejba matul is-superviżjoni jew b’mezzi oħra, l-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, għandha tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni bil-miktub u titlob għal azzjoni korrettiva biex ikun indirizzat n-nuqqas ta’ konformità identifikat. Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istat li fih ikun reġistrat l-inġejnu tal-ajru.

(1) 

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-awtorita kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet, u jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat jew l-approvazzjoni speċifika jew biex tillimitah jew tissospendih kompletament jew parzjalment, skont il-livell tas-sejba tal-livell 1, sakemm tittieħed azzjoni korrettiva b’suċċess mill-organizzazzjoni.

(2) 

Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i) 

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba li, fi kwalunkwe każ, fil-bidu m’għandux ikun iżjed minn 3 xhur. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur soġġett għal pjan ta’ azzjoni korrettiva sodisfaċenti miftiehem mal-awtorità kompetenti; u

(ii) 

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn huma biżżejjed biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ konformità, din għandha taċċettahom.

(3) 

Meta organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva aċċettabbli, jew li twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien stabbilit jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha titla’ għal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni kif stabbilit f’(d)(1) aktar ‘il fuq.

(4) 

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet jew li jkunu ġew ikkomunikati lilha u, fejn ikun japplika, il-miżuri ta’ infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.

(da) 

▼M12

B’deroga mill-paragrafi (a) sa (d), fil-każ ta’ DTOs, jekk matul is-sorveljanza jew bi kwalunkwe mezz ieħor l-awtorità kompetenti ssib evidenza li tindika n-nuqqas ta’ konformità ta’ DTO mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) u tal-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, jew mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, l-awtorità kompetenti għandha:

▼M7

(1) 

tagħmel sejba, iżżomm rekord tagħha, tikkomunikaha bil-miktub lir-rappreżentant tad-DTO u tistabbilixxi perjodu raġonevoli ta' żmien li fih id-DTO trid tieħu l-passi speċifikati fil-punt DTO.GEN.150 tal-Anness VIII (il-Parti-DTO);

(2) 

tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex tillimita jew tipprojbixxi l-attivitajiet tat-taħriġ affettwati min-nuqqas ta' konformità sakemm id-DTO tkun ħadet l-azzjoni korrettiva msemmija fil-punt (1), meta sseħħ kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i) 

tkun ġiet identifikata problema ta' sikurezza;

(ii) 

id-DTO ma tiħux azzjoni korrettiva skont il-punt DTO.GEN.150;

(3) 

fir-rigward tal-programmi ta' taħriġ imsemmija fil-punt DTO.GEN.230(c) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO), tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-approvazzjoni tal-programm ta' taħriġ;

(4) 

tieħu kwalunkwe miżura ta' infurzar ulterjuri li tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat li jintemm in-nuqqas ta' konformità u, meta jkun rilevanti, ikun hemm rimedju għall-konsegwenzi ta' dak in-nuqqas.

▼M12

(e) 

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar addizzjonali, jekk l-awtorità ta’ Stat Membru li taġixxi skont il-punt ARA.GEN.300(d) tidentifika kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness VII (Parti-ORA) u l-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, jew mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 minn organizzazzjoni ċċertifikata minn, jew li tkun ressqet dikjarazzjoni lil, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija, hija għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti b’dak in-nuqqas ta’ konformità.

▼M1

ARA.GEN.355    Sejbiet u miżuri ta’ infurzar - persuni

(a) 

Jekk, waqt superviżjoni jew b’mezzi oħra, tinstab evidenza mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni skont ARA.GEN.300(a) li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi s-sejba, tirreġistraha u tinnotifikaha bil-miktub lid-detentur tal-liċenzja, taċ-ċertifikat, tal-klassifikazzjoni jew tal-attestazzjoni.

(b) 

Meta tinqala’ tali sejba, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni. Jekk is-sejba tiġi kkonfermata, għandha:

(1) 

tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja, iċ-ċertifikat, il-klassifikazzjoni jew l-attestazzjoni skont kif applikabbli, meta tiġi stabbilita kwistjoni ta’ sikurezza; u

(2) 

tieħu kwalunkwe miżuri ta’ infurzar oħra meħtieġa biex tkun evitata t-tkomplija tan-nuqqas ta’ konformità.

(c) 

Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-persuna jew lill-organizzazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat mediku jew l-attestazzjoni.

(d) 

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżuri ta’ infurzar oħrajn, meta l-awtorità ta’ Stat Membru li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta’ AR.GEN.300(d) issib evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti.

(e) 

Jekk, waqt superviżjoni jew mezzi oħra, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha u ma jkollhiex liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont dak ir-Regolament u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti li tkun stabbiliet in-nuqqas ta’ konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta’ infurzar meħtieġa biex tkun evitata t-tkomplija ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.

▼M11

ARA.GEN.360    Bdil tal-awtorità kompetenti

▼M12

(a) Malli tirċievi talba mingħand detentur tal-liċenzja biex jibdel l-awtorità kompetenti kif speċifikat fil-punt FCL.015(e) tal-Anness I (Parti-FCL), il-punt BFCL.015(f) tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew il-punt SFCL.015(f) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, l-awtorità kompetenti riċeventi għandha, mingħajr dewmien żejjed, titlob lill-awtorità kompetenti tad-detentur tal-liċenzja tittrasferixxi, mingħajr dewmien żejjed, dawn kollha li ġejjin:

(1) 

verifika tal-liċenzja;

(2) 

kopji tar-rekords mediċi tad-detentur tal-liċenzja li jinżammu minn dik l-awtorità kompetenti skont il-punti ARA.GEN.220 u ARA.MED.150. Ir-rekords mediċi għandhom jiġu ttrasferiti skont il-punt MED.A.015 tal-Anness IV (Parti-MED) u għandhom jinkludu sommarju tal-istorja medika rilevanti tal-applikant, ivverifikata u ffirmata mill-valutatur mediku.

▼M11

(b) L-awtorità kompetenti li twettaq it-trasferiment għandha żżomm ir-rekords oriġinali ta’ liċenzjar u dawk mediċi tad-detentur tal-liċenzja skont il-punti ARA.GEN.220, ARA.FCL.120 u ARA.MED.150.

(c) L-awtorità kompetenti riċeventi għandha, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ mill-ġdid il-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku dment li tkun irċeviet u pproċessat id-dokumenti kollha speċifikati fil-punt (a). Mal-ħruġ mill-ġdid tal-liċenzja u taċ-ċertifikat mediku, l-awtorità kompetenti riċeventi għandha titlob immedjatament lid-detentur tal-liċenzja biex jipprovdilha l-liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel it-trasferiment u ċ-ċertifikat mediku assoċjat.

(d) L-awtorità kompetenti riċeventi għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti li tkun qed twettaq it-trasferiment ladarba tkun ħarġet mill-ġdid il-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku lid-detentur tal-liċenzja u d-detentur tal-liċenzja jkun ipprovda l-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku skont il-punt (c). Sakemm tasal tali notifika, l-awtorità kompetenti li twettaq it-trasferiment tibqa’ responsabbli għal-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku li jkunu nħarġu oriġinarjament lil dak id-detentur tal-liċenzja.

▼M1

SUBPARTI FCL

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-ĦRUĠ TA’ LIĊENZJI GĦALL-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA

TAQSIMA I

Ġenerali

ARA.FCL.120    Żamma tar-rekords

Apparti r-rekords meħtieġa skont ARA.GEN.220 (a), l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema tagħha taż-żamma tar-rekords id-dettalji tal-eżamijiet tal-għarfien teoriku u l-valutazzjonijiet tal-ħiliet tal-bdoti.

TAQSIMA II

Liċenzji, klassifikazzjoni u ċertifikati

ARA.FCL.200    Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat

▼M6

(a) 

Ħruġ ta' liċenzji u klassifikazzjonijiet. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-klassifikazzjonijiet assoċjati magħha billi tuża l-formola stabbilita fl-Appendiċi I ta' din il-Parti.

Jekk bdot ikun beħsiebu jsuq inġenju tal-ajru rreġistrat fi Stat Membru li ma jkunx dak li ħareġ il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira 'l barra mit-territorju tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti għandha:

(1) 

iżżid il-kumment li ġej fl-element XIII tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira: “Din il-liċenzja hija vvalidata awtomatikament skont id-dokument tal-ICAO mehmuż magħha”; u

(2) 

tqiegħed id-dokument mehmuż tal-ICAO għad-dispożizzjoni tal-bdot bħala dokument stampat jew f'format elettroniku.

▼M1

(b) 

Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ għalliem u eżaminatur. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ għalliem jew eżaminatur bħala:

(1) 

approvazzjoni tal-privileġġi rilevanti fil-liċenzja ta’ bdot kif stabbilit fl-Appendiċi I għal din il-Parti; jew

(2) 

dokument separat, fil-forma u l-manjiera speċifikati mill-awtorità kompetenti.

▼M14

(c) 

Approvazzjoni ta’ liċenzji minn eżaminaturi. Qabel ma tawtorizza b’mod speċifiku eżaminatur biex jivvalida mill-ġdid jew iġedded klassifikazzjonijiet jew ċertifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa.

▼M4

(d) 

Approvazzjoni tal-liċenzja mill-istrutturi. Qabel ma tawtorizza speċifikament lil ċerti strutturi biex jivvalidaw mill-ġdid il-klassifikazzjoni tal-klassi ta' magna waħda bil-pistin jew ta' TMG, l-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa.

▼M12

(e) 

Għalliema għaċ-ċertifikati ta’ FI(B) jew FI(S): L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri xierqa għat-twettiq tat-titjiriet ta’ taħriġ taħt superviżjoni speċifikata fi:

▼M14

(1) 

il-punti BFCL.315(a)(4)(ii) u BFCL.360(a)(2) tal-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament (UE) 2018/395; kif ukoll

▼M12

(2) 

il-punti SFCL.315(a)(7)(ii) u SFCL.360(a)(2) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

▼M1

ARA.FCL.205    Superviżjoni tal-eżaminaturi

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta’ superviżjoni biex tissorvelja l-imġiba u l-prestazzjoni tal-eżaminaturi, billi tikkunsidra:

(1) 

l-għadd ta’ eżaminaturi li tkun iċċertifikat; u

(2) 

l-għadd ta’ eżaminaturi ċċertifikati minn awtoritajiet kompetenti oħra li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju fejn l-awtorità kompetenti tkun qed teżerċita s-superviżjoni.

▼M3

(b) 

l-awtorità kompetenti għandha żżomm lista ta’ eżaminaturi li hija stess tkun iċċertifikat. Il-lista għandha tiddikjara l-privileġġi tal-eżaminaturi, u għandha tiġi ppubblikata u miżmuma aġġornata mill-awtorità kompetenti.

▼M1

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa proċeduri biex tassenja eżaminaturi għat-twettiq ta’ testijiet tal-ħiliet.

▼M3

ARA.FCL.210    Informazzjoni għall-eżaminaturi

(a) L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija dwar il-proċeduri amministrattivi nazzjonali, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dejta personali, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni għall-inċidenti u t-tariffi applikabbli fit-territorju tagħha, li għandhom jintużaw minn eżaminaturi meta jitwettqu t-testijiet tal-ħiliet, il-kontrolli tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza ta’ applikant li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ eżaminatur.

(b) Biex tiffaċilita t-tixrid u l-aċċess għall-informazzjoni li tirċievi minn awtoritajiet kompetenti taħt (a), l-Aġenzija għandha tippubblika din l-informazzjoni skont format preskritti minnha.

(c) L-awtorità kompetenti tista’ tipprovdi lill-eżaminaturi li hi tkun iċċertifikat, u lil dawk iċċertifikati minn awtoritajiet kompetenti oħra li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju tagħhom, bi kriterji ta’ sikurezza li jridu jiġu osservati meta jsiru t-testijiet tal-ħiliet u l-verifiki tal-profiċjenza abbord ajruplan.

▼M1

ARA.FCL.215    Perjodu tal-validità

(a) 

Meta toħroġ jew iġġedded klassifikazzjoni jew ċertifikat, l-awtorità kompetenti jew, fil-każ ta’ tiġdid, eżaminatur awtorizzat speċifikament mill-awtorità kompetenti, għandhom jestendu l-perjodu tal-validità sa tmiem ix-xahar rilevanti.

(b) 

Meta tivvalida mill-ġdid klassifikazzjoni, ċertifikat ta’ għalliem jew ta’ eżaminatur, l-awtorità kompetenti, jew eżaminatur awtorizzat speċifikament mill-awtorità kompetenti, għandhom jestendu l-perjodu tal-validità tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat sa tmiem ix-xahar rilevanti.

(c) 

L-awtorità kompetenti, jew eżaminatur awtorizzat speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti, għandhom iniżżlu d-data ta’ meta tiskadi l-liċenzja jew iċ-ċertifikat.

(d) 

L-awtorità kompetenti tista’ tiżviluppa proċeduri biex ikunu awtorizzati ċerti privileġġi li jridu jiġu eżerċitati mid-detentur tal-liċenzja jew ċertifikat għal perjodu massimu ta’ tmien ġimgħat wara t-twettiq b’suċċess tal-eżami(jiet) applikabbli, skont l-awtorizzazzjoni fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat.

ARA.FCL.220    Proċedura għall-ħruġ mill-ġdid ta’ liċenzja ta’ bdot

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ mill-ġdid liċenzja kull meta jkun meħtieġ għal raġunijiet amministrattivi u:

(1) 

wara l-ħruġ inizjali tal-klassifikazzjoni; jew

(2) 

meta l-paragrafu XII tal-liċenzja stabbilita fl-Appendiċi I għal din il-Parti jimtela u ma jibqax aktar spazju.

(b) 

Klassifikazzjonijiet u ċertifikati validi biss għandhom jiġu trasferiti lid-dokument tal-liċenzja l-ġdida.

ARA.FCL.250    Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u ċertifikati

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, skont kif ikun applikabbli, liċenzja ta’ bdot u l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati assoċjati skont ARA.GEN.315, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin (iżda mhux fihom biss):

(1) 

il-kisba ta’ liċenzja ta’ bdot, klassifikazzjoni jew ċertifikat bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti ppreżentati;

(2) 

il-falsifikazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord u tar-rekords tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati;

▼M12

(3) 

id-detentur tal-liċenzja ma għadux konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I (Parti-FCL), tal-Anness III (-Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976;

▼M1

(4) 

l-eżerċizzju tal-privileġġi ta’ liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat meta jkun fis-sakra jew taħt l-influwenza tad-drogi;

(5) 

in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-operat applikabbli;

(6) 

evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi taċ-ċertifikat; or

(7) 

prestazzjoni mhux aċċettabbli fi kwalunkwe fażi tad-dmirijiet jew responsabbiltajiet tal-eżaminatur tat-titjir.

(b) 

L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tillimita, tissospendi jew tirrevoka liċenzja, klassifikazzjoni jew ċertifikat fuq talba bil-miktub tad-detentur tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

(c) 

It-testijiet tal-ħila, il-verifiki tal-profiċjenza jew il-valutazzjonijiet tal-kompetenza kollha li jsiru waqt is-sospensjoni jew wara r-revoka ta’ ċertifikat ta’ eżaminatur ma jibqgħux validi.

TAQSIMA III

Eżamijiet tal-għarfien teoriku

ARA.FCL.300    Proċeduri tal-eżami

▼M12

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha ddaħħal fis-seħħ l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tippermetti lill-applikanti jagħmlu l-eżamijiet tal-għarfien teoriku skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I (Parti-FCL), tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 jew tal-Anness III (Parti-FCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

▼M1

(b) 

Fil-każ ta’ ATPL, MPL, liċenzja ta’ bdot kummerċjali (CPL), u l-klassifikazzjonijiet ta’ strument, dawk il-proċeduri għandhom ikunu konformi ma’ dawn kollha li ġejjin:

(1) 

L-eżamijiet iridu jsiru bil-kitba jew fuq il-kompjuter.

(2) 

Il-mistoqsijiet tal-eżami jintgħażlu mill-awtorità kompetenti, skont metodu komuni li jippermetti l-kopertura tas-sillabu kollu f’kull suġġett, mill-Bank Ċentrali Ewropew tal-Mistoqsijiet (ECQB). L-ECQB huwa bażi tad-dejta ta’ mistoqsijiet b’aktar minn għażla waħda (multiple choice) li jinżamm mill-Aġenzija.

(3) 

L-eżami fil-komunikazzjonijiet jista’ jsir separatament minn dawk tas-suġġetti l-oħra. Applikant li jkun diġà għadda minn wieħed jew miż-żewġ eżamijiet tal-komunikazzjoni skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) u r-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR) m’għandux jerġa’ jiġi eżaminat fit-taqsimiet rilevanti.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikanti dwar l-ilsna disponibbli għall-eżamijiet.

(d) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa biex tiżgura l-integrità tal-eżamijiet.

(e) 

Jekk l-awtorità kompetenti ssib li l-applikant ma jkunx konformi mal-proċeduri tal-eżamijiet waqt l-eżami, din għandha tiġi vvalutata bil-ħsieb li twaħħal lill-applikant, jew fl-eżami ta’ suġġett wieħed jew inkella fl-eżamijiet kollha.

(f) 

L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi lill-applikanti li jkunu nqabdu jqarrqu milli jagħmlu aktar eżamijiet għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar mid-data tal-eżami li fiha dawn inqabdu jqarrqu.

SUBPARTI CC

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

TAQSIMA I

Attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

ARA.CC.100    Proċeduri għall-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-ħruġ, għaż-żamma tar-rekords u għas-superviżjoni tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina skont ARA.GEN.315, ARA.GEN.220 u ARA.GEN.300, rispettivament.

(b) 

L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina għandhom jinħarġu billi jintuża l-format u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi II għal din il-Parti:

jew

(1) 

mill-awtorità kompetenti;

u/jew, jekk deċiż minn Stat Membru

(2) 

minn organizzazzjoni approvata biex tagħmel dan mill-awtorità kompetenti.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(1) 

liema korp(i) joħroġ/joħorġu attestazzjoniiet tal-ekwipaġġ tal-kabina fit-territorju tagħha; u

(2) 

jekk l-organizzazzjonijiet ikollhom l-approvazzjoni, il-lista ta’ tali organizzazzjonijiet.

ARA.CC.105    Sospensjoni jew revoka tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

L-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri skont ARA.GEN.355, inkluża s-sospensjoni jew ir-revoka ta’ attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina, tal-inqas fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

in-nuqqas ta’ konformità mal-Parti-CC jew mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORO u l-Parti-CAT, fejn tkun ġiet stabbilita problema ta’ sikurezza;

(b) 

il-kisba jew iż-żamma tal-validità tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti mressqa bħala evidenza;

(c) 

l-eżerċizzju tal-privileġġi tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina meta dan ikun ġie affettwat b’mod ħażin bl-alkoħol jew bid-drogi; and

(d) 

evidenza ta’ prattika ħażina jew ta’ użu qarrieqi tal-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.

TAQSIMA II

Organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina jew li joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

ARA.CC.200    Approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet biex jipprovdu taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina jew biex joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

(a) 

Qabel ma toħroġ approvazzjoni lil organizzazzjoni ta’ taħriġ jew lil operatur ta’ trasport kummerċjali bl-ajru biex jipprovdu taħriġ lill-ewkipaġġ tal-kabina, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li:

(1) 

l-imġiba, is-sillabi u l-programmi assoċjati tal-korsijiet tat-taħriġ ipprovduti mill-organizzazzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-CC;

(2) 

l-apparat tat-taħriġ użat mill-organizzazzjoni jkun jirrappreżenta b’mod realistiku l-ambjent tal-kompartiment tal-passiġġieri tat-tip(i) ta’ inġejnu/i tal-ajru kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tal-apparat li jrid jitħaddem mill-ekwipaġġ tal-kabina; u

(3) 

il-ħarrieġa u l-għalliema li jagħtu s-sessjonijiet ta’ taħriġ ikollhom l-esperjenza meħtieġa u jkunu kkwalifikati fis-suġġett tat-taħriġ li jiġi kopert.

(b) 

Jekk, fi Stat Membru, l-organizzazzjonijiet jista’ jkollhom l-approvazzjoni biex joħorġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-awtorità kompetenti għandha tagħti tali approvazzjonijiet biss lill-organizzazzjonijiet li jkunu konformi mar-rekwiżiti f’(a). Qabel ma tagħti tali approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:

(1) 

tivvaluta l-kapaċità u l-affidabbiltà tal-organizzazzjoni biex twettaq il-kompiti relatati;

(2) 

tiżgura li l-organizzazzjoni tkun stabbiliet proċeduri dokumentati għall-prestazzjoni tal-kompiti relatati, inkluż għall-eżamijiet li jiġu ppreparati minn impjegati kwalifikati għal dan il-għan u li jkunu liberi minn kull kunflitti ta’ interess, kif ukoll għall-ħruġ ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina skont AR.GEN.315 u ARA.CC. 100(b); u

(3) 

titlob lill-organizzazzjoni tipprovdi informazzjoni u dokumentazzjoni marbuta mal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina li toħroġ u d-detenturi tagħhom, skont kif ikun rilevanti għall-awtorità kompetenti biex twettaq il-kompiti taż-żamma tar-rekords, is-superviżjoni u l-infurzar tagħha.

SUBPARTI ATO

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI (ATOs)

TAQSIMA I

Ġenerali

ARA.ATO.105    Programm ta’ superviżjoni

Il-programm ta’ superviżjoni għall-ATOs għandu jinkludi s-sorveljanza tal-istandards tal-kors, inkluż it-teħid ta’ kampjuni fuq it-titjiriet ta’ taħriġ mal-istudenti, jekk ikun xieraq għall-inġeju tal-ajru użat.

▼M12

ARA.ATO.110    Approvazzjoni tal-listi tat-tagħmir minimu

Meta l-awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ lista ta’ tagħmir minimu skont il-punti ORO.MLR.105 tal-Anness III (Parti-ORO) u NCC.GEN.101 tal-Anness VI (Parti-NCC) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, hija għandha taġixxi skont il-punt ARO.OPS.205 tal-Anness II (Parti-ARO) ta’ dak ir-Regolament.

▼M1

ARA.ATO.120    Żamma tar-rekords

Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema tagħha ta’ żamma tar-rekords, dettalji dwar il-korsijiet ipprovduti mill-ATO, u jekk ikun japplika, ir-rekords li jirrigwardaw l-FSTDs użati għat-taħriġ.

SUBPARTI FSTD

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-KWALIFIKI TA’ APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR (FSTDs)

TAQSIMA I

Ġenerali

ARA.FSTD.100    Proċedura ta’ evalwazzjoni inizjali

(a) 

Meta tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat kwalifika ta’ FSTD, l-awtorità kompetenti għandha:

(1) 

tevalwa l-FSTD imressaq għall-evalwazzjoni inizjali jew biex jiġi aġġornat abbażi tal-kwalifika applikabbli;

(2) 

tivvaluta l-FSTD f’dawk l-oqsma li huma essenzjali sabiex jitlesta t-taħriġ ta’ membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, l-ittestjar u l-proċess ta’ verifika, skont kif applikabbli;

(3) 

twettaq testijiet oġġettivi, suġġettivi u tal-funzjonijiet abbażi tal-kwalifika, u tirrevedi r-riżultati ta’ dawk it-testijiet biex tistabbilixxi l-gwida għat-test tal-kwalifika (QTG); u

(4) 

tivverifika jekk l-organizzazzjoni li tħaddem il-FSTD tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli. Dan ma japplikax għall-evalwazzjoni inizjali tal-apparat ta’ taħriġ fl-istrumenti bażiċi (BITDs).

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha biss tapprova l-QTG wara li titlesta l-evalwazzjoni inizjali tal-FSTD u meta d-diskrepanzi kollha fil-QTG ikunu ġew indirizzati għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti. Il-QTG li tirriżulta mill-proċedura ta’ evalwazzjoni inizjali għandha tkun il-QTG prinċipali (MQTG), li għandha tkun il-bażi għall-kwalifika tal-FSTD u l-evalwazzjonijiet tal-FSTD rikorrenti li jsiru wara.

(c) 

Bażi tal-kwalifika u kundizzjonijiet speċjali.

(1) 

L-awtorità kompetenti tista’ tippreskrivi kundizzjonijiet speċjali għall-bażi tal-kwalifika ta’ FSTD meta r-rekwiżiti ta’ ORA.FSTD.210(a) jiġu sodisfati u meta jintwera li l-kundizzjonijiet speċjali jiżguraw livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni applikabbli.

(2) 

Meta l-awtorità kompetenti, jekk mhux l-Aġenzija, tkun stabbiliet kundizzjonijiet speċjali għall-bażi tal-kwalifika ta’ FSTD, għandha tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-Aġenzija dwar dan. In-notifikazzjoni għandha tkun akkumpanjata b’deskrizzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet speċjali preskritti, u b’valutazzjoni tas-sikurezza li turi li ntlaħaq livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni applikabbli.

ARA.FSTD.110    Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD

(a) 

Wara li tintemm evalwazzjoni tal-FSTD, u meta tkun sodisfatta li l-FSTD jilħaq il-bażi applikabbli ta’ kwalifika skont ORA.FSTD.210 u li l-organizzazzjoni li toperah tilħaq ir-rekwiżiti applikabbli biex iżżomm il-kwalifika tal-FSTD skont ORA.FSTD.100, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD b’dewmien mhux limitat, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Appendiċi IV għal din il-Parti.

ARA.FSTD.115    Kwalifika intermedja tal-FSTD

(a) 

Fil-każ tal-introduzzjoni ta’ programmi ta’ inġejni tal-ajru ġodda, meta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’din is-Subparti għall-kwalifika ta’ FSTD ma tkunx possibbli, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ livell ta’ kwalifika tal-FSTD intermedja.

(b) 

Għas-simulaturi ta’ titjira sħiħa (FFS), livell ta’ kwalifika intermedja għandu jingħata biss fil-livelli A, B jew C.

(c) 

Dan il-livell tal-kwalifika intermedja għandu jkun validu sakemm ikun jista’ jinħareġ livell ta’ kwalifika aħħari u, fi kwalunkwe każ, m’għandux jaqbeż it-tliet snin.

AR.FSTD.120    Tkomplija ta’ kwalifika tal-FSTD

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja kontinwament l-organizzazzjoni li topera l-FSTD, biex tivverifika li:

(1) 

is-sett sħiħ ta’ testijiet fl-MQTG jerġa’ jsir progressivament tul perjodu ta’ 12-il xahar;

(2) 

ir-riżultati ta’ valutazzjonijiet rikorrenti jibqgħu konformi mal-istandards tal-kwalifika u huma ddatati u miżmuma; u

(3) 

ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ kontroll tal-konfigurazzjoni sabiex tiżgura l-integrità kontinwa tal-ħardwer u s-softwer tal-FSTD ikkwalifikat.

(b) 

L-awtorità kompetenti għandha twettaq l-evalwazzjonijiet rikorrenti tal-FSTD skont il-proċeduri ddettaljati f’ARA.FSTD.100. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom isiru:

(1) 

kull sena, fil-każ ta’ simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), apparat ta’ taħriġ tat-titjir (FTD) jew ħarrieġ għall-proċeduri ta’ titjir u ta’ navigazzjoni (FNPT); il-bidu ta’ kull perjodu rikorrenti ta’ 12-il xahar ikun id-data tal-kwalifika inizjali. L-evalwazzjoni rikorrenti ta’ FSTD għandha ssir fi żmien 60 ġurnata qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ evalwazzjoni rikorrenti ta’ 12-il xahar;

(2) 

kull 3 snin, fil-każ ta’ BITD.

ARA.FSTD.130    Tibdiliet

(a) 

Kif tirċievi applikazzjoni għal kwalunkwe bidla għaċ-ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD, l-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-elementi applikabbli tar-rekwiżiti tal-proċedura tal-evalwazzjoni inizjali kif deskritt f’ARA.FSTD.100(a) u (b).

(b) 

L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni speċjali wara bidliet kbar, jew meta l-FSTD ikun jidher li ma jkunx qed jagħti prestazzjoni fil-livell ta’ kwalifika inizjali tiegħu.

(c) 

L-awtorità kompetenti għandha dejjem tagħmel evalwazzjoni speċjali qabel ma tagħti livell ogħla ta’ kwalifika lil FSTD.

ARA.FSTD.135    Sejbiet u azzjonijiet korrettivi – ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD

L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, skont kif ikun applikabbli, ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD skont ARA.GEN.350 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin (iżda mhux fihom biss):

(a) 

il-kisba ta’ ċertifikat ta’ FSTD bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti mressqa bħala evidenza;

(b) 

l-organizzazzjoni li topera l-FSTD ma tkunx tista’ turi aktar li l-FSTD huwa konformi mal-bażi tal-kwalifika tiegħu; or

(c) 

l-organizzazzjoni li topera l-FSTD ma tibqax konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-ORA.

ARA.FSTD.140    Żamma tar-rekords

Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna lista tal-FSTDs ikkwalifikati taħt is-superviżjoni tagħha, id-dati ta’ meta jridu jsiru l-valutazzjonijiet, u ta’ meta dawk il-valutazzjonijiet ikunu saru.

SUBPARTI AeMC

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAĊ-ĊENTRI AJRUMEDIĊI (AeMCs)

TAQSIMA I

Ġenerali

AR.AeMC.110    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għal AeMC għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’ARA.GEN.310.

AR.AeMC.150    Sejbiet u azzjonijiet korrettivi - AeMC

Mingħajr ħsara għal ARA.GEN.350, sejbiet tal-livell 1 jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) 

in-nuqqas li jinħatar kap tal-AeMC;

(b) 

in-nuqqas li tkun żgurata l-kunfidenzjalità medika tar-rekords ajrumediċi; u

(c) 

in-nuqqas li l-awtorità kompetenti tiġi pprovduta bid-dejta medika u statistika għall-finijiet tas-superviżjoni.

SUBPARTI MED

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI AJRUMEDIKA

TAQSIMA I

Ġenerali

ARA.MED.120    Assessuri mediċi

L-awtorità kompetenti għandha taħtar assessur mediku wieħed jew aktar biex iwettqu l-kompiti deskritti f’din it-Taqsima. L-assessur mediku għandu jkun liċenzjat u kkwalifikat fil-mediċina, u għandu jkollu:

(a) 

esperjenza ta’ xogħol postgradwat fil-mediċina ta’ mill-inqas 5 snin;

(b) 

għarfien speċifiku u esperjenza fil-mediċina tal-avjazzjoni; u

(c) 

taħriġ speċifiku fiċ-ċertifikazzjoni medika.

ARA.MED.125    Riferiment lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji

Meta AeMC, jew eżaminatur ajrumediku (AME), ikun irrefera d-deċiżjoni dwar l-adegwatezza medika ta’ applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji:

(a) 

l-assessur mediku jew il-persunal mediku maħturin mill-awtorità kompetenti għandhom jevalwaw id-dokumentazzjoni medika rilevanti, u jitolbu aktar dokumentazzjoni, eżamijiet u testijiet mediċi fejn ikun meħtieġ; u

(b) 

l-assessur mediku għandu jiddetermina l-adegwatezza medika tal-applikant għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku b’limitazzjoni waħda jew aktar, skont kif ikun meħtieġ.

▼M3

ARA.MED.130    Format taċ-ċertifikat mediku

Iċ-ċertifikat mediku għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Kontenut

(1) 

Stat fejn inħarġet il-liċenzja ta’ bdot jew saret l-applikazzjoni għaliha (I),

(2) 

Klassi taċ-ċertifikat mediku (II),

(3) 

Numru taċ-ċertifikat, li jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat fejn inħarġet il-liċenzja ta’ bdot jew saret applikazzjoni għaliha, segwit b’kodiċi ta’ numri Għarab u/jew ittri Latini (III),

(4) 

Isem id-detentur (IV),

(5) 

Nazzjonalità tad-detentur (VI),

(6) 

Data tat-twelid tad-detentur: (jj/xx/ssss) (XIV),

(7) 

Firma tad-detentur (VII),

(8) 

Limitazzjoni(jiet) (XIII),

(9) 

Data ta’ skadenza taċ-ċertifikat mediku (IX) għal:

(i) 

Operazzjonijiet kummerċjali li jġorru l-passiġġieri bi bdot wieħed tal-Klassi 1,

(ii) 

operazzjonijiet kummerċjali oħra tal-Klassi 1,

(iii) 

Klassi 2,

(iv) 

LAPL

(10) 

Data tal-eżami mediku

(11) 

Data tal-aħħar elettrokardjogramma

(12) 

Data tal-aħħar awdjogramma

(13) 

Data tal-ħruġ u firma tal-AME jew tal-assessur mediku li ħareġ iċ-ċertifikat. Jista’ jiżdied GMP f’dan l-ispazju jekk ikollu l-kompetenza li joħroġ ċertifikati mediċi skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun inħarġet il-liċenzja.

(14) 

Siġill jew timbru (XI)

(b) 

Materjal: Għajr f'każ ta’ LAPL maħruġ minn GMP, il-karta jew materjal ieħor użat għandhom jipprevjenu jew juru mill-ewwel kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola għandhom ikunu awtorizzatat biċ-ċar mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja.

(c) 

Lingwa: Iċ-ċertifikati għandhom jinkibtu bil-lingwa/i nazzjonali, bl-Ingliż, u b’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja.

(d) 

Id-dati kollha fuq iċ-ċertifikat mediku għandhom jinkitbu fil-format jj/xx/ssss.

▼M1

ARA.MED.135    Formoli ajrumediċi

L-awtorità kompetenti għandha tuża l-formoli li ġejjin:

(a) 

il-formola tal-applikazzjoni għal ċertifikat mediku;

(b) 

il-formola tar-rapport tal-eżami għall-applikanti tal-klassi 1 u l-klassi 2; u

(c) 

il-formola tar-rapport tal-eżami għall-applikanti ta’ liċenzja ta’ bdot ta’ inġejnu tal-ajru żgħir (LAPL).

ARA.MED.145    Notifika tal-GMP lill-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti, fejn applikabbli, għandha tistabbilixxi proċess ta’ notifikazzjoni għat-tobba mediċi ġenerali (GMPs) sabiex ikun żgurat li l-GMP ikun jaf ir-rekwiżiti mediċi stabbiliti f’MED.B.095.

ARA.MED.150    Żamma tar-rekords

(a) 

Apparti r-rekords meħtieġa f’ARA.GEN.220, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fis-sistema ta’ żamma tar-rekords tagħha dettalji tal-eżamijiet ajrumediċi u l-valutazzjonijiet imressqa mill-AMEs, l-AeMCs jew il-GMPs.

(b) 

Ir-rekords ajrumediċi kollha tad-detenturi ta’ liċenzja għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara li jkun skada l-aħħar ċertifikat mediku tagħhom.

(c) 

Għall-finijiet tal-assessjar ajrumediku u l-istandardizzazzjoni, ir-rekords ajrumediċi għandhom isiru disponibbli, bil-permess miktub tal-applikant/tad-detentur tal-liċenzja, għal:

(1) 

AeMC, AME jew GMP biex ikunu jistgħu jwettqu valutazzjoni ajrumedika;

(2) 

bord ta’ reviżjoni medika li jista’ jitwaqqaf mill-awtorità kompetenti għal reviżjoni sekondarja ta’ każijiet dubjużi;

(3) 

speċjalisti mediċi rilevanti biex ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni ajrumedika;

(4) 

l-assessur mediku tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għall-finijiet tas-superviżjoni kooperattiva;

(5) 

l-applikant/id-detentur ta’ liċenzja kkonċernat, fuq talba bil-miktub mingħandu; u

(6) 

wara d-disidentifikazzjoni tal-applikant/tad-detentur ta’ liċenzja lill-Aġenzija għall-finijiet ta’ standardizzazzjoni.

(d) 

L-awtorità kompetenti tista’ tqiegħed rekords ajrumediċi għad-dispożizzjoni għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija f’(c), skont id-Direttiva 95/46/KR, kif implimentata fil-liġi nazzjonali.

(e) 

L-awtorità kompetenti għandha żżomm listi:

(1) 

tal-AMEs kollha li għandhom ċertifikat validu maħruġ mill-istess awtorità; u

(2) 

fejn applikabbli, tal-GMPs kollha li jaġixxu ta’ AMEs fit-territorju tagħhom.

Dawn il-listi għandhom jiġu żvelati lil Stati Membri oħra u lill-Aġenzija, fuq talba.

▼M9

ARA.MED.160    Skambju ta' informazzjoni dwar iċ-ċertifikati mediċi permezz ta' repożitorju ċentrali.

(a) 

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tamministra repożitorju ċentrali, ir-Repożitorju Ajrumediku Ewropew (EAMR).

(b) 

Għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni medika u sorveljanza tal-applikanti għal ċertifikati mediċi tal-klassi 1 u d-detenturi tagħhom u għas-sorveljanza ta' AMEs u AeMCs, il-persuni msemmija fil-punt (c) għandhom jiskambjaw l-informazzjoni li ġejja permezz tal-EAMR:

(1) 

id-data bażika tal-applikant jew tad-detentur ta' ċertifikat mediku tal-klassi 1: l-awtorità tal-liċenzji; l-isem u l-kunjom; id-data tat-twelid; in-nazzjonalità; l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tad-dokument jew dokumenti ta' identifikazzjoni (il-karta tal-identità nazzjonali jew il-passaport) kif mogħti mill-applikant;

(2) 

id-data marbuta maċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 1: id-data tal-eżami mediku jew, f'każ li l-eżami mediku mhuwiex iffinalizzat, id-data ta' meta jkun inbeda l-eżami mediku; id-dati tal-ħruġ u tal-iskadenza taċ-ċertifikat mediku tal-klassi 1; il-post fejn sar l-eżami; l-istatus ta' limitazzjonijiet; l-istatus ta' dak iċ-ċertifikat (ġdid, maħruġ, sospiż jew revokat); in-numru ta' referenza uniku tal-valutatur mediku tal-awtorità tal-liċenzji; l-AME jew l-AeMC li toħroġ dak iċ-ċertifikat u tal-awtorità kompetenti tagħha.

(c) 

Għall-finijiet tal-punt (b), il-persuni li ġejjin għandu jkollhom aċċess għall-EAMR u għall-informazzjoni li tinsab fih:

(1) 

il-valutaturi mediċi tal-awtorità tal-liċenzji tal-applikant għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 jew tad-detentur ta' dan, kif ukoll kwalunkwe membru ieħor tal-persunal awtorizzat kif xieraq ta' dik l-awtorità li jkun inkarigat bil-ħolqien jew bl-immaniġġjar tar-rekord ta' dak l-applikant jew tad-detentur kif meħtieġ minn dan ir-Regolament;

(2) 

l-AMEs u kwalunkwe membru ieħor tal-persunal awtorizzat kif xieraq tal-AeMCs li lilhom l-applikant jew id-detentur ipprovda dikjarazzjoni f'konformità mal-punt MED.A.035(b)(2);

(3) 

kwalunkwe membru tal-persunal awtorizzat kif xieraq tal-awtorità kompetenti li hu responsabbli għas-sorveljanza tal-AMEs jew tal-AeMCs li jwettaq valutazzjonijiet ajrumediċi ta' dawk l-applikanti jew id-detenturi.

Barra minn hekk, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu aċċess għall-EAMR u għall-informazzjoni li tinsab fih lil persuni oħra, fejn ikun hemm bżonn għall-finijiet ta' żgurar tal-funzjonament xieraq tal-EAMR, b'mod partikolari għall-manutenzjoni teknika tiegħu. F'dak il-każ, l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha tiżgura li dawk il-persuni huma awtorizzati u kkwalifikati kif xieraq, li l-aċċess tagħhom għadu limitat għal dak li hu neċessarju għall-finijiet li għalihom ingħataw aċċess u li rċivew taħriġ minn qabel fuq il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u fuq is-salvagwardji relatati. Kull meta awtorità kompetenti tagħti aċċess bħal dan lil persuna, għandha tinforma lill-Aġenzija minn qabel.

(d) 

L-awtoritajiet tal-ħruġ ta' liċenzji, l-AMEs u l-AeMCs imsemmija fil-punt (c) għandhom, kull darba eżatt malli jkunu eżaminaw applikant għal ċertifikat mediku tal-klassi 1 jew detentur tiegħu, idaħħlu d-data msemmija fil-punt (b) fl-EAMR jew jaġġornaw dik id-data fejn ikun hemm bżonn.

(e) 

Meta d-data tikkostitwixxi data personali kif iddefinita fil-punt a tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ( 8 ), kull darba li jdaħħlu jew jaġġornaw dik id-data, dawn għandhom jinformaw ex ante dwar dan lill-applikant għaċ-ċertifikat tal-klassi 1 jew lid-detentur tiegħu.

(f) 

L-Aġenzija għandha tiżgura l-integrità u s-sigurtà tal-EAMR u l-informazzjoni li tinsab fih permezz ta' infrastruttura xierqa tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Għandha tistabbilixxi u tapplika, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-protokolli u l-miżuri teknoloġiċi neċessarji biex jiġi żgurat li kwalunkwe aċċess għall-EAMR u għall-informazzjoni li tinsab fih hu legali u sigur.

(g) 

L-Aġenzija għandha tiżgura li kwalunkwe informazzjoni li tinsab fl-EAMR titħassar wara perjodu ta' għaxar snin. Dak il-perjodu għandu jiġi kkalkolat mid-data ta' skadenza tal-aħħar ċertifikat tal-klassi 1 maħruġ fir-rigward tal-applikant jew tad-detentur ikkonċernat, jew mid-data tal-aħħar entrata jew aġġornament tad-data fir-rigward ta' dak l-applikant jew id-detentur, skont liema data tiġi l-aħħar.

(h) 

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-applikanti għal ċertifikati mediċi tal-klassi 1 jew id-detenturi tagħhom jistgħu jaċċessaw kwalunkwe informazzjoni relatata magħhom li tinsab fl-EAMR u li dawn jiġu informati li jistgħu jitolbu r-rettifika jew it-tħassir ta' dik l-informazzjoni. L-awtoritajiet tal-ħruġ ta' liċenzji għandhom jivvalutaw dawn it-talbiet u, meta jqisu li l-informazzjoni kkonċernata hi żbaljata jew mhijiex neċessarja għall-finijiet speċifikati fil-punt (b), għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi rettifikata jew titħassar.

▼M1

TAQSIMA II

Eżaminaturi ajrumediċi (AMEs)

ARA.MED.200    Proċedura għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid, għat-tiġdid jew għall-bdil ta’ ċeritifkat ta’ AME

(a) 

Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għal AME għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’ARA.GEN.315. Qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandu jkollha evidenza li l-prattika ta’ AME hija mgħammra kompletament biex twettaq l-eżamijiet ajrumediċi fl-ambitu taċ-ċertifikat ta’ AME li għalih tkun saret l-applikazzjoni.

▼M3

(b) 

Meta tkun sodisfatta li l-AME hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tivvalida mill-ġdid, iġġedded jew tibdel iċ-ċertifikat ta’ AME għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin, bil-formola stabbilita fl-Appendiċi VII għal din il-Parti.

▼M1

ARA.MED.240    Tobba mediċi ġenerali (GMPs) li jaġixxu ta’ AMEs

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra jekk l-eżamijiet ajrumediċi għall-LAPL ikunu jistgħu jsiru fit-territorju tagħha mill-GMPs.

ARA.MED.245    Sorveljanza kontinwa tal-AMEs u l-GMPs

Meta tiżviluppa l-programm ta’ sorveljanza kontinwa msemmi f’ARA.GEN.305, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-għadd ta’ AMEs u GMPs li jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom fit-territorju fejn l-awtorità kompetenti tkun qed teżerċita s-sorveljanza.

AR.MED.250    Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ ċertifikat tal-AME

(a) 

L-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-AME f’każijiet fejn:

(1) 

l-AME ma jkunx baqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli;

(2) 

ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni kontinwa;

(3) 

ikun hemm nuqqasijiet fiż-żamma tar-rekords ajrumediċi jew sottomissjoni ta’ dejta jew informazzjoni skorretta;

(4) 

ikun hemm falsifikazzjoni tar-rekords, ċertifikati jew dokumentazzjoni mediċi;

(5) 

isir ħabi ta’ fatti rigward applikazzjoni għal ċertifikat mediku, jew rigward id-detentur tiegħu, jew isiru dikjarazzjonijiet jew rappreżentazzjonijiet foloz jew qarrieqa lill-awtorità kompetenti;

(6) 

is-sejbiet minn verifika tal-prattika ta’ AME ma jitranġawx; u

(7) 

fuq talba mill-AME ċċertifikat.

(b) 

Iċ-ċertifikat ta’ AME għandu jiġi revokat b’mod awtomatiku f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(1) 

ir-revoka ta’ liċenzja medika għall-prattika; jew

(2) 

it-tħassir mir-Reġistru Mediku.

AR.MED.255    Miżuri ta’ infurzar

Jekk, matul is-superviżjoni jew b’mezzi oħra, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità minn AeMC, AME jew GMP, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandu jkollha proċess biex tirrevedi ċ-ċertifikati mediċi maħruġa minn dak l-AeMC, l-AME jew GMP, u tista’ tħassar il-validità tagħhom fejn ikun meħtieġ biex tiżgura s-sikurezza tat-titjir.

TAQSIMA III

Ċertifikazzjoni medika

ARA.MED.315    Reviżjoni tar-rapporti tal-eżamijiet

L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandu jkollha proċess implimentat biex:

(a) 

tirrevedi r-rapporti tal-eżami u tal-valutazzjoni li tkun irċeviet mill-AeMCs, l-AMEs u l-GMPs, u tinfurmahom dwar kwalunkwe inkonsistenza jew żball li jkunu saru waqt il-proċess tal-valutazzjoni; u

(b) 

tgħin lill-AMEs u l-AeMCs fuq talba rigward id-deċiżjoni tagħhom dwar l-adegwatezza ajrumedika f’każijiet kontroversjali.

AR.MED.325    Proċedura ta’ reviżjoni sekondarja

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura għar-reviżjoni ta’ każijiet dubjużi u kontroversjali bl-involviment ta’ konsulenti mediċi indipendenti, li jkollhom l-esperjenza fil-prattika tal-mediċina tal-avjazzjoni, sabiex iqisu u jagħtu parir dwar l-adegwatezza ta’ applikant għal ċertifikazzjoni medika.

▼M4

ARA.MED. 330    Ċirkostanzi mediċi speċjali

(a) 

Meta teknoloġija medika, mediċina jew proċeduri ġodda jkunu identifikati li jistgħu jiġġustifikaw valutazzjoni tal-istat ta' applikanti b'mod ieħor li mhux konformi mar-rekwiżiti, tista' ssir riċerka biex tinġabar evidenza dwar l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja.

(b) 

Sabiex tagħmel riċerka, awtorità kompetenti, b'kooperazzjoni ma' tal-anqas awtorità kompetenti oħra, tista' tiżviluppa u tevalwa protokoll ta' evalwazzjoni medika li abbażi tiegħu dawn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu numru definit ta' ċertifikati mediċi tal-bdoti bil-limitazzjonijiet adatti.

(c) 

L-AeMCs u l-AMEs jistgħu biss joħorġu ċertifikati mediċi abbażi ta' protokoll ta' riċerka jekk jingħataw struzzjonijiet biex jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti.

(d) 

Il-protokoll għandu jiġi miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati u għandu jinkludi bħala minimu:

(1) 

valutazzjoni tar-riskju;

(2) 

analiżi tal-letteratura u evalwazzjoni li jipprovdi evidenza li l-ħruġ ta' ċertifikat mediku skont il-protokoll ta' riċerka ma jipperikolax l-eżerċitar sigur tal-privileġġi tal-liċenzja;

(3) 

kriterji ta' għażla dettaljati għall-bdoti sabiex jiġu ammessi għall-protokoll;

(4) 

il-limitazzjonijiet li ser jiġu approvati fuq iċ-ċertifikat mediku;

(5) 

il-proċeduri ta' monitoraġġ li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(6) 

id-determinazzjoni ta' punti tat-tmiem għal tmiem il-protokoll.

(e) 

Il-Protokoll għandu jkun konformi ma' prinċipji etiċi rilevanti.

(f) 

L-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja minn detenturi ta' liċenzja b'ċertifikat mediku maħruġ fuq il-bażi tal-Protokoll għandhom ikunu ristretti għal titjiriet b'inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Istati Membri involuti fil-protokoll ta' riċerka. Din ir-restrizzjoni għandha tiġi indikata fuq iċ-ċertifikat mediku.

(g) 

L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw għandhom:

(1) 

jipprovdu lill-Aġenzija:

(i) 

il-protokoll tar-riċerka qabel l-implimentazzjoni;

(ii) 

id-dettalji u l-kwalifiki tal-punt fokali nominat ta' kull awtorità kompetenti parteċipanti;

(iii) 

rapporti dokumentati ta' evalwazzjonijiet regolari tal-effettività tiegħu;

(2) 

jipprovdu l-AeMCs u l-AMEs fil-ġurisdizzjoni tagħhom b'dettalji tal-protokoll qabel l-implimentazzjoni għall-informazzjoni tagħhom.

▼M7

SUBPARTI DTO

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTA MAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ IDDIKJARATI (DTOs)

ARA.DTO.100    Dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti

(a) 

Malli tirċievi dikjarazzjoni mingħand DTO, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fil-punt DTO.GEN.115 tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) u tikkonferma li rċeviet id-dikjarazzjoni, inkluż l-assenjazzjoni ta' numru ta' referenza individwali tad-DTO lir-rappreżentant tad-DTO.

▼M12

(b) 

Jekk id-dikjarazzjoni ma jkunx fiha l-informazzjoni meħtieġa jew tkun tinkludi informazzjoni li tindika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) u tal-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, jew mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-punt ARA.GEN.350(da).

▼M7

ARA.DTO.105    Tibdil fid-dikjarazzjonijiet

Malli tirċievi notifika dwar tibdil fl-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni ta' DTO, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-punt ARA.DTO.100.

ARA.DTO.110    Verifika tal-konformità tal-programm ta' taħriġ

▼M12

(a) 

Meta tirċievi l-programmi ta’ taħriġ ta’ DTO, u kwalunkwe tibdil li jsirilhom, li jkunu nnotifikati lilha skont il-punt DTO.GEN.115(c) tal-Anness VIII (Parti-DTO) jew l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ ta’ DTO ppreżentati lilha skont il-punt DTO.GEN.230(c) ta’ dak l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità ta’ dawk il-programmi ta’ taħriġ mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli.

▼M7

(b) 

Meta tkun issodisfata li l-programm ta' taħriġ ta' DTO, u kwalunkwe tibdil sussegwenti fih, huma konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, l-awtorità kompetenti għandha tinforma bil-miktub lir-rappreżentant tad-DTO b'dan jew, fil-każ imsemmi fil-punt DTO.GEN.230(c) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO), tapprova l-programm ta' taħriġ. Għal approvazzjoni bħal din għandha tuża l-formola li tinsab fl-Appendiċi VIII ta' dan l-Anness (il-Parti-ARA).

(c) 

F'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-punt ARA.GEN.350(da) jew, fil-każ imsemmi fil-punt DTO.GEN.230(c) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO), tirrifjuta l-applikazzjoni għal approvazzjoni tal-programm ta' taħriġ.

▼M4




Appendiċi I

Liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira

▼M12

Il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira maħruġa minn Stat Membru skont l-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

▼M4

(a) 

Il-kontenut. In-numru tal-element indikat għandu jkun dejjem stampat b'rabta mal-intestatura tal-element. L-elementi I sa XI huma “permanenti”, u l-elementi XII sa XIV huma elementi “varjabbli” li jistgħu jidhru fuq folja separata jew li tista' tinqala' minn mal-formola ewlenija. Kwalunkwe parti separata jew li tinqala' għandha tkun identifikata b'mod ċar bħala parti mil-liċenzja.

(1) 

Elementi permanenti:

(I) 

Stat li ħareġ il-liċenzja;

(II) 

titolu tal-liċenzja;

▼M12

(III) 

numru tas-serje tal-liċenzja, li jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat li ħareġ il-liċenzja, segwit mill-ittri “FCL”, “BFCL” jew “SFCL”, kif applikabbli, u kodiċi ta’ numri Għarbin u/jew ittri Latini;

▼M4

(IV) 

isem id-detentur (b'kitba Latina, anke jekk il-kitba tal-lingwa/i nazzjonali mhijiex Latina);

(IVa) 

id-data tat-twelid

(V) 

indirizz tad-detentur;

(VI) 

nazzjonalità tad-detentur;

(VII) 

firma tad-detentur;

(VIII) 

awtorità kompetenti u, fejn meħtieġ, il-kundizzjonijiet li skonthom inħarġet il-liċenzja;

(IX) 

ċertifikazzjoni tal-validità u awtorizzazzjoni għall-privileġġi mogħtija;

(X) 

firma tal-uffiċċjal li joħroġ il-liċenzja u d-data tal-ħruġ; u

(XI) 

siġill jew timbru tal-awtorità kompetenti.

(2) 

Elementi varjabbli

▼M12

(XII) 

kwalifiki, ċertifikati u, fil-każ ta’ blalen tal-arja u gliders, privileġġi: klassi, tip, ċertifikati ta’ għalliem, eċċ., bid-dati tal-iskadenza, kif applikabbli. Il-privileġġi tat-telefonija bir-radju (R/T) jistgħu jidhru fuq il-liċenzja jew fuq ċertifikat separat;

▼M6

(XIII) 

kummenti: jiġifieri approvazzjonijiet speċjali marbutin ma' restrizzjonijiet u approvazzjonijiet għall-privileġġi, inklużi approvazzjonijiet tal-profiċjenza fil-lingwa, kummenti dwar il-validazzjoni awtomatika tal-liċenzja, u klassifikazzjonijiet għall-inġenji tal-ajru tal-Anness II meta dawn jintużaw għat-trasport kummerċjali bl-arju; u

▼M4

(XIV) 

kwalunkwe dettalji oħra meħtieġa mill-awtorità kompetenti (eż., il-post tat-twelid/il-post tal-oriġini).

(b) 

Il-materjal. Il-karta jew materjal ieħor użat għandhom jipprevjenu jew juru mill-ewwel kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola għandu jkun awtorizzat b'mod ċar mill-awtorità kompetenti.

(c) 

Il-lingwa. Il-liċenzji għandhom ikunu miktubin bil-lingwa/i nazzjonali, bl-Ingliż, u b'lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

Qoxra

image

►(1) M12  

Paġna 2

image

►(1) M12  

Paġna 3

image

►(1)(2) M12  

►(3) M14  

Paġni addizzjonali — Rekwiżiti

Il-paġni 1, 2 u 3 tal-liċenzja għandhom ikunu konformi mal-format stabbilit fil-mudell f'dan il-punt. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi paġni supplementari personalizzati li jkun fihom tabelli li għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

— 
Klassifikazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u privileġġi,
— 
Id-dati tal-iskadenza tal-klassifikazzjonijiet, il-privileġġi ta' ċertifikat tal-istruttur u l-eżaminatur,
— 
Dati tal-eżami jew il-kontroll,
— 
Rimarki u restrizzjonijiet (limitazzjonijiet operattivi),
— 
Oqsma għan-numru taċ-ċertifikat u l-firma tal-eżaminatur u/jew l-istruttur, skont kif ikun applikabbli,
— 
Taqsiriet.

Dawn il-paġni huma intiżi biex jintużaw mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi jew strutturi li jkunu awtorizzati b'mod speċifiku.

Kwistjonijiet tal-bidu rigward il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati għandhom jiddaħħlu mill-awtorità kompetenti. Il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta' klassifikazzjonijiet jew ċertifikati jista' jiddaħħal mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi jew strutturi li jkunu awtorizzati b'mod speċifiku.

Ir-restrizzjonijiet operattivi għandhom jitniżżlu taħt “Rimarki u Restrizzjonijiet” skont il-privileġġ ristrett xieraq, eż. eżami tal-ħiliet fl-IR imwettaq ma' kopilota, privileġġi ta' tagħlim ristretti għat-tip ta' inġenju tal-ajru 1.

Klassifikazzjonijiet li ma jkunux ivvalidati jistgħu jitneħħew mil-liċenzja mill-awtorità kompetenti.

▼M1




Appendiċi II GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

Format standard tal-EASA għall-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina

L-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina maħruġa skont il-Parti-CC fi Stat Membru għandhom ikunu skont l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

image

Istruzzjonijiet:

▼M3

(a) 

L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinkludi l-punti kollha speċifikati fil-Formola 142 tal-EASA skont il-punti 1-12 kif elenkati u deskritti hawn taħt.

(b) 

Id-daqs għandu jkun jew 105mm × 74mm (1/8 A4) jew 85mm × 54mm, u l-materjal użat għandu jipprevjeni jew juri sew kwalunkwe modifiki jew tħassir.

▼M1

(c) 

Id-dokument għandu jkun stampat bl-Ingliż u f’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

(d) 

Id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni approvata biex toħroġ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina. Fil-każ tal-aħħar, għandha titniżżel ir-referenza għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

(e) 

L-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina hija rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha u mhux meħtieġ li d-dokument jiġi skambjat meta d-detentur ikun qed jaħdem fi Stat Membru ieħor.

Element 1

:

It-titolu “ATTESTAZZJONI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA” u r-referenza għall-Parti-CC

Element 2

:

In-numru ta’ referenza tal-attestazzjoni għandu jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat Membru segwit b’minn tal-inqas l-aħħar 2 ċifri tas-sena tal-ħruġ u referenza/numru individwali skont kodiċi stabbilit mill-awtorità kompetenti (eż., BE-08-xxxx).

Element 3

:

L-Istat Membru fejn tkun inħarġet l-attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.

Element 4

:

L-isem sħiħ (kunjom u isem) indikat fid-dokument tal-identità uffiċjali tad-detentur.

Elementi 5 u 6

:

Id-data u l-post tat-twelid kif ukoll in-nazzjonalità, kif indikati fid-dokument tal-identità uffiċjali tad-detentur.

Element 7

:

Il-firma tad-detentur.

▼M3

Element 8

:

Hawnhekk jitniżżlu d-dettalji tal-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun inħarġet l-attestazzjoni, u għandhom jiġu pprovduti l-isem sħiħ tal-awtorità kompetenti, l-indirizz postali, u s-siġill, it-timbru jew il- logo uffiċjali tagħha jekk applikabbli.

▼M4

Il-punt 9

:

Jekk l-awtorità kompetenti tkun l-entità li toħroġ l-attestazzjoni, għandhom jiddaħħlu t-terminu “awtorità kompetenti” u s-siġill, it-timbru jew il-logo uffiċjali. F'dan il-każ biss, l-awtorità kompetenti tista' tiddetermina jekk siġill uffiċjali, timbru jew logo uffiċjali għandux jiddaħħal ukoll taħt l-Intestatura 8.

▼M1

Element 10

:

Firma tal-uffiċċjal li jaġixxi f’isem l-entità li toħroġ l-attestazzjoni.

Element 11

:

Għandu jintuża format standard għad-data: jiġifieri jum/xahar/sena b’mod sħiħ (pereżempju, 22/02/2008).

Element 12

:

L-istess sentenza bl-Ingliż u t-traduzzjoni sħiħa u preċiża tagħha f’lingwi oħra meqjusa xierqa għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

▼M12




Appendiċi III GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

ĊERTIFIKAT GĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI (ATOs)

Unjoni Ewropea *

Awtorità Kompetenti

ĊERTIFIKAT TA’ ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ APPROVATA

[NUMRU/REFERENZA TAĊ-ĊERTIFIKAT]

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 [u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395/ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 (ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI)] u soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[Awtorità Kompetenti] b’dan tiċċertifika

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ]

[INDIRIZZ TAL-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ]

bħala organizzazzjoni ta’ taħriġ iċċertifikata skont il-Parti-ORA bil-privileġġ li tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-FCL, inkluż l-użu ta’ FSTDs, kif elenkat fl-approvazzjoni tal-kors ta’ taħriġ mehmuż/korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-BFCL/korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI].

KUNDIZZJONIJIET:

Dan iċ-ċertifikat huwa limitat għall-privileġġi u għall-ambitu tal-provvista tal-korsijiet ta’ taħriġ, inkluż l-użu ta’ FSTDs, kif elenkat fl-approvazzjoni mehmuża tal-kors ta’ taħriġ.

Dan iċ-ċertifikat huwa validu sakemm l-organizzazzjoni approvata tibqa’ konformi mal-Parti-ORA, il-Parti-FCL, il-Parti-BFCL, il-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI] u regolamenti oħra applikabbli.

Soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, dan iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu sakemm iċ-ċertifikat jiġi ċedut, sostitwit, ristrett, sospiż jew revokat.

Data tal-ħruġ:

Iffirmat:

[Awtorità Kompetenti]

* “L-Unjoni Ewropea” għandha titħassar għal Stati Membri li mhumiex membri tal-UE

FORMOLA 143 TAL-EASA Ħarġa 2 – Paġna 1/2

ĊERTIFIKAT TA’ ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ APPROVATA

APPROVAZZJONI TA’ KORS TA’ TAĦRIĠ

Hemża maċ-Ċertifikat ATO Nru:

[NUMRU/REFERENZA TAĊ-ĊERTIFIKAT]

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI TA’ TAĦRIĠ]

kiseb il-privileġġ li jipprovdi u jwettaq dawn il-korsijiet ta’ taħriġ tal-Parti-FCL/il-Parti-BFCL/il-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI] u li juża l-FSTDs li ġejjin:



Kors ta’ taħriġ

FSTD(s) użat(i), inkluż il-kodiċi b’ittri (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(1)   

kif indikat fuq iċ-ċertifikat tal-kwalifika

Din l-approvazzjoni tal-kors ta’ taħriġ hija valida sakemm:

(a) 

iċ-ċertifikat tal-ATO ma jkunx ġie ċedut, sostitwit, ristrett, sospiż jew revokat; u

(b) 

l-operazzjonijiet kollha jitwettqu skont il-Parti-ORA, il-Parti-FCL, il-Parti-BFCL, il-Parti-SFCL [ADATTA SKONT KIF APPLIKABBLI], regolamenti oħra applikabbli, u, fejn rilevanti, skont il-proċeduri fid-dokumentazzjoni tal-organizzazzjoni kif meħtieġa bil-Parti-ORA.

Data tal-ħruġ:

Iffirmat:[Awtorità Kompetenti]

Għall-Istat Membru/EASA

FORMOLA 143 TAL-EASA Ħarġa 2 — Paġna 2/2

▼M1




Appendiċi IV GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

ĊERTIFIKAT TAL-KWALIFIKA TA’ APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR

Introduzzjoni

Il-Formola 145 tal-EASA għandha tintuża għaċ-ċertifikat tal-kwalifika ta’ FSTD. Dan id-dokument għandu jkun fih l-Ispeċifikazzjoni tal-FSTD, inklużi kwalunkwe limitazzjoni(jiet) u awtorizzazzjoni(jiet) jew approvazzjoni(jiet) speċjali meqjusa xierqa għall-FSTD ikkonċernat. Iċ-ċertifikat tal-kwalifika għandu jkun stampat bl-Ingliż u fi kwalunkwe lingwa/i oħra stabbilita/i mill-awtorità kompetenti.

L-FSTDs konvertibbli għandu jkollhom ċertifikat tal-kwalifika separat għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru. Konfigurazzjonijiet differenti ta’ magni u tagħmir fuq FSTD wieħed ma jkunux jeħtieġu ċertifikati tal-kwalifika separati. Iċ-ċertifikati tal-kwalifika kollha għandu jkollhom numru tas-serje preċedut b’kodiċi ta’ ittri, li għandu jkun speċifiku għal dak l-FSTD. Il-kodiċi ta’ ittri għandu jkun speċifiku għall-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat.

image

image

▼M3




Appendiċi V GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

image

▼M1




Appendiċi VI GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

▼M3

(PAĠNA VOJTA)

▼M1




Appendiċi VII GĦALL-ANNESS VI PARTI-ARA

image

image

▼M12




Appendiċi VIII tal-Anness VI (il-Parti-ARA)

Approvazzjoni tal-programm ta’ taħriġ

għal organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO)

Unjoni Ewropea (*)

Awtorità kompetenti



L-awtorità tal-ħruġ:

Isem id-DTO:

Numru ta’ referenza tad-DTO:

 

Programm(i) ta’ taħriġ approvat(i):

Standardizzazzjoni tal-eżaminatur - FE(S), FE(B) (**)

Kors ta’ aġġornament għall-eżaminatur — FE(S), FE(B) (**)

Ir-referenza tad-dokument:

Rimarki:

Il-programm(i) ta’ taħriġ imsemmi(ja) hawn fuq ġie/ġew ivverifikat(i) mill-awtorità kompetenti msemmija hawn fuq u nstab li huwa/huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

Data tal-ħruġ:

Iffirmat: [awtorità kompetenti]

(*)  “Unjoni Ewropea” għandha titħassar għal Stati Membri mhux fl-UE.

(**)  Irid jiġi adattat kif ikun applikabbli.

►M14  Ħarġa Nru 2 tal-Formola 157 tal-EASA ◄ — Paġna 1/1

▼M1




ANNESS VII

REKWIŻITI TA’ ORGANIZZAZZJONI GĦALL-EKWIPAĠĠ TAL-AJRU

[PARTI-ORA]

SUBPARTI GEN

REKWIŻITI ĠENERALI

TAQSIMA I

Ġenerali

ORA.GEN.105    Awtorità kompetenti

(a) Għall-finijiet ta’ din il-Parti, l-awtorità kompetenti li teżerċita superviżjoni fuq:

(1) 

organizzazzjonijiet soġġetti għall-obbligu ta’ ċertifikazzjoni, għandha tkun:

(i) 

għal organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab fi Stat Membru, l-awtorità maħtura mill-istess Stat Membru;

(ii) 

għal organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab f’pajjiż terz, l-Aġenzija;

(2) 

l-FSTDs għandhom ikunu:

(i) 

l-Aġenzija, għal FSTDs:

— 
li jinsabu barra mit-territorju tal-Istati Membri, jew
— 
li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri u jiġu operati minn organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab f’pajjiż terz;
(ii) 

għal FSTDs li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri u li jiġu operati minn organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab fi Stat Membru, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni li toperah ikollha l-post ewlieni tan-negozju tagħha, jew l-Aġenzija, jekk ikun mitlub hekk mill-Istat Membru kkonċernat.

(b) Jekk l-FSTD li jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri jiġi operat minn organizzazzjoni ċċertifikata minn Stat Membru, l-Aġenzija għandha tikkwalifika dan l-FSTD b’koordinazzjoni mal-Istat Membru li jkun iċċertifika l-organizzazzjoni li topera l-istess FSTD.

ORA.GEN.115    Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni

(a) L-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni jew emenda għal ċertifikat eżistenti għandha ssir b’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b) L-applikanti għal ċertifikat inizjali għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bid-dokumenti li juru kif dawn se jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi proċedura li tiddeskrivi kif il-bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel sejrin jiġu ġġestiti u nnotifikati lill-awtorità kompetenti.

ORA.GEN.120    Mezzi ta’ konformità

(a) Mezzi ta’ konformità alternattivi għall-AMC adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex tistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

(b) Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma timplementah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tal-mezz alternattiv ta’ konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni fil-manwali jew fil-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi li jintlaħqu r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

L-organizzazzjoni tista’ timplimenta dawn il-mezzi alternattivi ta’ konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst f’ARA.GEN.120(d).

ORA.GEN.125    Termini tal-approvazzjoni u privileġġi ta’ organizzazzjoni

Organizzazzjoni ċċertifikata għandha tkun konformi mal-ambitu u l-privileġġi ddefiniti fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

ORA.GEN.130    Bidliet fl-organizzazzjoni

(a) Kwalunkwe bidla li tolqot:

(1) 

l-ambitu taċ-ċertifikat jew it-termini tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni; jew

(2) 

kwalunkwe mill-elementi tas-sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni kif meħtieġ f’ORA.GEN.200(a)(1) u (a)(2),

għandu jkollha l-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.

(b) Għal kwalunkwe bidla li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, u tiksibha. L-applikazzjoni għandha titressaq qabel ma ssir il-bidla, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, u sabiex temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni u t-termini tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu.

L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.

Il-bidla għandha tiġi implimentata biss meta l-organizzazzjoni tirċievi l-approvazzjoni formali mingħand l-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.330.

L-organizzazzjoni għandha topera skont il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti matul il-bidliet, skont kif ikun applikabbli.

(c) Il-bidliet kollha li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ttrattati u nnotifikati lill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.310(c).

ORA.GEN.135    It-tkomplija tal-validità

(a) Iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jibqa’ validu sakemm:

(1) 

l-organizzazzjoni tibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet relatati għat-trattament ta’ sejbiet kif speċifikat taħt ORA.GEN.150;

(2) 

l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kif definit f’ORA.GEN.140 sabiex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u

(3) 

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintradd lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

ORA.GEN.140    Aċċess

Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tagħti aċċess għal kwalunkwe faċilità, inġejnu tal-ajru, dokument, rekords, dejta, proċedura jew kwalunkwe materjal rilevanti ieħor għall-attività tagħha soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, kemm jekk b’kuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn:

(a) 

l-awtorità kompetenti ddefinita f’ORA.GEN.105; jew

(b) 

l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta’ ARA.GEN.300(d), ARA.GEN.300(e) jew ARO.RAMP.

ORA.GEN.150    Sejbiet

Wara li tkun irċeviet notifika ta’ sejbiet, l-organizzazzjoni għandha:

(a) 

tidentifika l-kawża oriġinali tan-nuqqas ta’ konformità;

(b) 

tfassal pjan ta’ azzjoni korrettiva; u

(c) 

turi l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f’perjodu miftiehem mal-awtorità kif definita f’ARA.GEN.350(d).

OR.GEN.155    Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

L-organizzazzjoni għandha timplimenta:

(a) 

kwalunkwe miżura ta’ sikurezza ordnata mill-awtorità kompetenti skont ARA.GEN.135(c); u

(b) 

kwalunkwe informazzjoni ta’ sikurezza obbligatorja maħruġa mill-Aġenzija, inklużi direttivi tal-ajrunavigabbiltà.

▼M14

ORA.GEN.160    Rappurtar ta’ okkorrenza

(a) 

Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi, inkluż rappurtar obbligatorju u volontarju. Għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, dik is-sistema għandha tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u tar-Regolament (UE) 2018/1139 kif ukoll tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dawk ir-Regolamenti.

(b) 

L-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti u, fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mhux irreġistrati fi Stat Membru, lill-Istat tar-Reġistrazzjoni, kwalunkwe avveniment jew kundizzjoni relatata mas-sikurezza li tipperikola jew, jekk ma tiġix ikkoreġuta jew indirizzata, tista’ tipperikola inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra, u b’mod partikolari kwalunkwe aċċident jew inċident serju.

(c) 

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b), l-organizzazzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti u lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tal-inġenju tal-ajru kwalunkwe inċident, funzjonament ħażin, difett tekniku, qbiż tal-limitazzjonijiet tekniċi, okkorrenza li tenfasizza informazzjoni mhux preċiża, mhux kompluta jew ambigwa, li tinsab fid-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew ċirkostanza irregolari oħra li pperikolat jew li setgħet ipperikolat inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra u li ma rriżultatx f’aċċident jew inċident serju.

(d) 

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ir-rapporti f’konformità mal-punt (c) għandhom:

(1) 

isiru hekk kif ikun prattikabbli, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-organizzazzjoni tkun identifikat l-avveniment jew il-kundizzjoni relatati mar-rapport, sakemm dan ma jiġix ipprevenut minn ċirkostanzi eċċezzjonali;

(2) 

isiru f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, kif definit fil-punt ORA.GEN.105;

(3) 

ikun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni.

(e) 

Għall-organizzazzjonijiet li ma jkollhomx il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru:

(1) 

ir-rapporti obbligatorji inizjali għandhom:

(i) 

jissalvagwardjaw b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-identità ta’ min jagħmel ir-rapport u tal-persuni msemmija fir-rapport;

(ii) 

isiru hekk kif ikun prattikabbli, iżda fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-organizzazzjoni tkun saret taf bl-okkorrenza, sakemm dan ma jiġix ipprevenut minn ċirkostanzi eċċezzjonali;

(iii) 

isiru f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija;

(iv) 

ikun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni;

(2) 

fejn rilevanti, għandu jsir rapport ta’ segwitu li jipprovdi dettalji tal-azzjonijiet li l-organizzazzjoni biħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-futur hekk kif dawk l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati; dawk ir-rapporti ta’ segwitu għandhom:

(i) 

jintbagħtu lill-entitajiet rilevanti inizjalment irrapportati skont il-punti (b) u (c);

(ii) 

isiru f’forma u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

▼M1

TAQSIMA II

Ġestjoni

ORA.GEN.200    Sistema ta’ ġestjoni

(a) L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni li tinkludi:

(1) 

linji ta’ responsabbiltà u kapaċità ta’ rendikont fl-organizzazzjoni definiti b’mod ċar, inkluż ir-rendikont dirett fir-rigward tas-sikurezza, min-naħa tal-maniġer responsabbli;

(2) 

deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-organizzazzjoni fir-rigward tas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika ta’ sikurezza;

(3) 

l-identifikazzjoni ta’ perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni li jistgħu jiġu kkawżati mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni, il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta’ azzjonijiet biex jittaffa r-riskju u biex tiġi vverifikata l-effiċjenza tagħhom;

(4) 

iż-żamma ta’ persunal imħarreġ u kompetenti biex jaqdi l-kompiti tiegħi;

(5) 

id-dokumentazzjoni tal-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluż proċess biex il-persunal ikun jaf ir-responsabbiltajiet tiegħu u l-proċedura biex jemenda din id-dokumentazzjoni;

(6) 

funzjoni biex tkun sorveljata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti. Is-sorveljanza tal-konformità għandha tinkludi sistema ta’ komunikazzjoni tas-sejbiet lill-maniġer responsabbli, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi skont kif ikun meħtieġ; u

▼M14

(7) 

kwalunkwe rekwiżit rilevanti addizzjonali preskritt fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 kif ukoll fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

▼M1

(b) Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b’kunsiderazzjoni għall-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawn l-attivitajiet.

▼M4

(c) Minkejja l-punt (a), f'organizzazzjoni li tipprovdi taħriġ għal LAPL, PPL, SPL jew BPL biss u l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati assoċjati, il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza u s-sorveljanza tal-konformità definita fil-punti (a)(3) u (a)(6) tista' ssir b'analiżi organizzattiva, li għandha ssir mill-inqas darba kull sena kalendarja. L-awtorità kompetenti għandha tiġi nnotifikata dwar ir-riżultati ta' din ir-reviżjoni mill-organizzazzjoni mingħajr dewmien żejjed.

▼M1

ORA.GEN.205    Attivitajiet kuntrattati

(a) L-attivitajiet kuntrattati jinkludu l-attivitajiet kollha fl-ambitu ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni li jsiru minn organizzazzjoni oħra, li jew din tkun iċċertifikata biex teżegwihom, jew, jekk ma tkunx, topera taħt l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni kontraenti. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tikkuntratta jew tixtri kwalunkwe parti tal-attività tagħha, is-servizz jew prodott kuntrattat jew mixtri jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(b) Fejn organizzazzjoni ċċertifikata tikkuntratta kwalunkwe parti mill-attività tagħha lil organizzazzjoni li ma tkunx iċċertifikata skont din il-Parti biex twettaq dik l-attività, l-organizzazzjoni kuntrattata għandha topera bl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni kontraenti. L-organizzazzjoni kontraenti għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kuntrattata, biex tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

ORA.GEN.210    Rekwiżiti dwar il-persunal

(a) L-organizzazzjoni għandha taħtar maniġer responsabbli, li jkollu l-awtorità biex jiżgura li l-attivitajiet kollha jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u eżegwiti skont ir-rekwiżiti applikabbli. Il-maniġer responsabbli għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ sistema ta’ ġestjoni effettiva.

(b) Persuna jew grupp ta’ persuni għandhom jinħatru mill-organizzazzjoni, bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-organizzazzjoni tibqa’ konformi mar-rekwiżiti applikabbli. Tali persuna/i għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar taqa’/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

(c) L-organizzazzjoni għandu jkollha biżżejjed persunal ikkwalifikat għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati li jridu jsiru skont ir-rekwiżiti applikabbli.

(d) L-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords xierqa dwar l-esperjenza, il-kwalifiki u t-taħriġ, biex juru konformità mal-paragrafu (c).

(e) L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal kollu jkun jaf ir-regoli u l-proċeduri rilevanti biex iwettaq dmirijietu.

ORA.GEN.215    Rekwiżiti dwar il-faċilitajiet

L-organizzazzjoni għandu jkollha faċilitajiet li jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-kompiti u l-attivitajiet kollha ppjanati skont ir-rekwiżiti applikabbli.

ORA.GEN.220    Żamma tar-rekords

(a) L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata u t-traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet żviluppati kollha, li tkun tkopri b’mod partikulari l-elementi kollha indikati f’ORA.GEN.200.

(b) Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-proċeduri tal-organizzazzjoni.

(c) Ir-rekords għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, l-alterazzjoni u s-serq.

SUBPARTI ATO

ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ TAĦRIĠ APPROVATI

TAQSIMA I

Ġenerali

ORA.ATO.100    Ambitu

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jintlaħqu mill-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ għal-liċenzji ta’ bdoti u klassifikazzjonijiet u ċertifikati relatati.

ORA.ATO.105    Applikazzjoni

(a) L-applikanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat bħala organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata (ATO) għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bi:

(1) 

l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni ta’ taħriġ;

(ii) 

id-data prevista għall-bidu tal-attività;

(iii) 

id-dettalji personali u l-kwalifiki tal-kap tat-taħriġ (HT), l-għalliem(a) tat-titjir, l-għalliema tat-taħriġ tas-simulazzjoni tat-titjir, u l-għalliem(a) tal-għarfien teoriku;

(iv) 

l-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-ajruport(i) u/jew tas-sit(i) tal-operat fejn se jsir it-taħriġ;

(v) 

lista tal-inġenji tal-ajru li ser jintużaw għat-taħriġ, inklużi l-grupp, il-klassi jew it-tip, ir-reġistrazzjoni, is-sidien u l-kategorija taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tagħhom, jekk applikabbli;

(vi) 

lista ta’ apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-tajran (FSTDs) li l-organizzazzjoni tat-taħriġ tkun beħsiebha tuża, jekk applikabbli;

(vii) 

it-tip ta’ taħriġ li l-organizzazzjoni tat-taħriġ tkun tixtieq tipprovdi u l-programm ta’ taħriġ korrispondenti; u

(2) 

il-manwali tal-operat u tat-taħriġ.

(b) Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ ta’ prova tat-titjir. Minkejja (a)(1)(iv) u (v), l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li jipprovdu taħriġ ta’ prova tat-titjir iridu jipprovdu biss:

(1) 

l-isem/l-ismijiet u l-indirizz(i) tal-ajruporti ewlenin u/jew is-sit(i) tal-operat fejn se jsir it-taħriġ; u

(2) 

lista tat-tipi jew tal-kategoriji tal-inġenji tal-ajru li se jintużaw għat-taħriġ ta’ prova ta’ titjir.

(c) Fil-każ ta’ bidla fiċ-ċertifikat, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bil-partijiet rilevanti tal-informazzjoni u tad-dokumentazzjoni msemmija f’(a).

ORA.ATO.110    Rekwiżiti dwar il-persunal

(a) Għandu jinħatar HT. L-HT għandu jkollu esperjenza wiesgħa bħala għalliem fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovdut mill-ATO, u għandu jkollu kapaċità maniġerjali soda.

(b) Ir-responsabbiltajiet tal-HT jinkludu:

▼M12

(1) 

li jiżgura li t-taħriġ ipprovdut ikun konformi mal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395, l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli, u, fil-każ ta’ taħriġ ta’ titjir bi prova, li r-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u l-programm ta’ taħriġ ikunu ġew stabbiliti;

▼M1

(2) 

li jiżgura l-integrazzjoni sodisfaċenti tat-taħriġ ta’ titjir f’inġenju tal-ajru jew b’apparat ta’ taħriġ bis-simulazzjoni tat-titjir (FSTD), kif ukoll tat-tagħlim tal-għarfien teoriku; u

(3) 

li jissorvelja l-progress tal-istudenti individwali.

(c) L-għalliema tal-għarfien teoriku għandu jkollhom:

(1) 

sfond prattiku fl-avjazzjoni, fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovut, u jkunu temmew kors ta’ taħriġ fit-teknika tat-tagħlim; jew

(2) 

esperjenza minn qabel biex jagħtu tagħlim fl-għarfien teoriku, u sfond teoriku xieraq fis-suġġett li fih ikunu se jipprovdu tagħlim fl-għarfien teoriku.

▼M12

(d) L-għalliema tat-titjir u l-għalliema tat-taħriġ tas-simulazzjoni tat-titjir għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa mill-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 għat-tip ta’ taħriġ li jipprovdu.

▼M1

ORA.ATO.120    Żamma tar-rekords

▼M7

Ir-rekords li ġejjin għandhom jinżammu matul il-kors u għal perjodu ta' tliet snin wara li jitlesta t-taħriġ:

▼M1

(a) 

dettalji tat-taħriġ fuq l-art, tat-titjir, u tat-titjir simulat mogħti lil studenti individwali;

(b) 

rapporti tal-progress iddettaljati u regolari mill-għalliema li jinkludu valutazzjonijiet, u rapporti tal-progress regolari dwar it-titjiriet bi prova u l-eżamijiet ta’ fuq l-art; u

(c) 

tagħrif dwar il-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati tal-istudenti, inklużi d-dati ta’ skadenza taċ-ċertifikati mediċi u tal-klassifikazzjonijiet.

ORA.ATO.125    Programm tat-taħriġ

(a) Għandu jiġi żviluppat programm tat-taħriġ għal kull tip ta’ kors offrut.

▼M12

(b) Il-programm ta’ taħriġ għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), L-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395, l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli, u, fil-każ ta’ taħriġ ta’ test ta’ titjir, ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.

▼M1

ORA.ATO.130    Manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat

(a) L-ATO għandha tistabbilixxi u żżomm manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat, li jinkludu fihom tagħrif u istruzzjonijiet li jippermettu lill-pesunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu u jkunu ta’ gwida lill-istudenti dwar kif għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kors.

(b) L-ATO għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persunal u, fejn ikun xieraq, għad-dispożizzjoni tal-istudenti, it-tagħrif inkluż fil-manwal tat-taħriġ, fil-manwal tal-operatt u fid-dokumentazzjoni ta’ approvazzjoni tal-ATO.

(c) Fil-każ ta’ ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, il-manwal tal-operat għandu jkun konformi mar-rekwiżiti għall-manwal tal-operat tat-titjir bi prova, kif stabbilit fil-Parti-21.

(d) Il-manwal tal-operat għandu jistabbilixxi skemi ta’ limitazzjoni tal-ħin tat-titjir għall-għalliema tat-titjir, inklużi s-sigħat massimi ta’ titjir, is-sigħat massimi ta’ xift għat-titjir, u l-ħin minimu ta’ mistrieħ bejn ix-xiftijiet tat-tagħlim, skont il-Parti-ORO.

ORA.ATO.135    Inġenji tal-ajru u FSTDs għat-taħriġ

▼M11

(a) L-ATO għandha tuża flotta adegwata ta’ inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu mgħammra kif jixraq għall-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti. Il-flotta tal-inġenji tal-ajru għandha tkun magħmula minn inġenji tal-ajru li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ddefiniti fir-Regolament (UE) 2018/1139. L-inġenji tal-ajru li jaqgħu taħt il-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1138, jistgħu jintużaw għat-taħriġ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

matul proċess ta’ evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti kkonfermat livell ta’ sigurtà li jista’ jitqabbel ma’ dak iddefinit mir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(2) 

l-awtorità kompetenti tat il-permess biex l-inġenju tal-ajru jintuża għat-taħriġ fl-ATO.

▼M1

(b) L-ATO għandha tipprovdi taħriġ fl-FSTDs biss wara li tkun uriet lill-awtorità kompetenti:

(1) 

l-adegwatezza tal-ispeċifikazzjonijiet tal-FSTD għall-programm ta’ taħriġ relatat;

(2) 

li l-FSTDs użati huma konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-FCL;

(3) 

fil-każ ta’ simulaturi tat-titjira sħiħa (FFSs), li l-FFS jirrappreżenta b’mod adegwat it-tip rilevanti ta’ inġenju tal-ajru; u

(4) 

li din ikollha fis-seħħ sistema biex tissorvelja b’mod adegwat il-bidliet fl-FSTD, u biex tiżgura li dawk il-bidliet ma jolqtux ħażin l-adegwatezza tal-programm ta’ taħriġ.

(c) Jekk inġenju tal-ajru użat għat-test tal-ħiliet ikun ta’ tip differenti mill-FFS użat għat-taħriġ tat-titjir viżiv, il-kreditu massimu għandu jiġi limitat għal dak allokat għall-ħarrieġ FNPT II għall-proċeduri ta’ titjir u navigazzjoni għall-ajruplani, u FNPT II/III għall-ħelikopters fil-programm ta’ taħriġ rilevanti tat-titjir.

(d) Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tat-titjir bi prova. L-inġenji tal-ajru użati għat-taħriġ tat-titjir bi prova għandhom ikunu mgħammra b’mod adegwat bl-istrumenti għat-titjir bi prova, skont l-għan tat-taħriġ.

ORA.ATO.140    Ajruporti u siti tal-operat

Meta tipprovdi taħriġ tat-titjir abbord inġenju tal-ajru, l-ATO għandha tuża ajruporti jew siti tal-operat li jkollhom il-faċilitajiet u l-karatteristiċi xierqa li jippermettu t-taħriġ tal-manuvri rilevanti, filwaqt li tikkunsidra t-taħriġ ipprovdut u l-kategorija u t-tip ta’ inġenju tal-ajru użat.

▼M2

ORA.ATO.145    Prerekwiżiti għat-taħriġ

(a) L-ATO għandha tiżgura li l-istudenti jissodisfaw il-prerekwiżiti kollha għat-taħriġ stabbiliti fil-Parti-Medika, fil-Parti-FCL, u, jekk ikun applikabbli, kif definit fil-parti mandatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b) Fil-każ tal-ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, l-istudenti għandhom jilħqu l-prerekwiżiti kollha għat-taħriġ stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.

▼M1

ORA.ATO.150    Taħriġ f’pajjiżi terzi

Fejn l-ATO tkun approvata biex tipprovdi taħriġ għall-klassifikazzjoni tal-istrument (IR) f’pajjiżi terzi:

(a) 

il-programm tat-taħriġ għandu jinkludi titjir ta’ klimatizzazzjoni f’wieħed mill-Istati Membri qabel ma jsir it-test tal-ħiliet IR; u

(b) 

it-test tal-ħiliet IR għandu jsir f’wieħed mill-Istati Membri.

TAQSIMA II

Rekwiżiti oħra għall-ATOs li jipprovdu taħriġ għal CPL, MPL u ATPL u l-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati assoċjati

ORA.ATO.210    Rekwiżiti dwar il-persunal

(a)  Kap tat-taħriġ (HT). Għajr fil-każ ta’ ATOs li jipprovdu taħriġ ta’ titjir bi prova, l-HT maħtur għandu jkollu esperjenza wiesgħa fit-taħriġ bħala għalliem għal liċenzji ta’ bdot professjonali u klassifikazzjonijiet jew ċertifikati assoċjati.

(b)  Għalliem ewlieni tat-titjir (CFI). L-ATO li tipprovdi tagħlim fit-titjir għandha taħtar CFI responsabbli għas-superviżjoni tal-għalliema tat-taħriġ tat-titjir u tas-simulazzjoni tat-titjir, kif ukoll għall-istandardizzazzjoni ta’ kull tagħlim fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir. Is-CFI għandu jkollu l-ogħla liċenzja ta’ bdot professjonali u klassifikazzjonijiet assoċjati marbutin mal-korsijiet ta’ taħriġ fit-titjir li jkunu saru, u għandu jkollu ċertifikat ta’ għalliem bil-privileġġ li jgħallem f’tal-anqas kors ta’ taħriġ wieħed minn dawk ipprovduti.

(c)  Għalliem ewlieni tal-għarfien teoriku (CTKI). L-ATO li tipprovdi tagħlim fl-għarfien teoriku għandha taħtar CTKI responsabbli għas-superviżjoni tal-għalliema kollha tal-għarfien teoriku, kif ukoll għall-istandardizzazzjoni ta’ kull tagħlim tal-għarfien teoriku. Is-CTKI għandu jkollu esperjenza wiesgħa bħala għalliem tal-għarfien teoriku fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovdut mill-ATO.

ORA.ATO.225    Programm tat-taħriġ

(a) Il-programm tat-taħriġ għandu jinkludi skeda tat-tagħlim prattiku u teoriku tat-titjir, imqassma skont il-ġimgħa jew il-fażi, kif ukoll lista ta’ eżerċizzji standard u sommarju tas-sillabu.

(b) Il-kontenut u s-sekwenza tal-programm tat-taħriġ għandhom jiġu speċifikati fil-manwal tat-taħriġ.

ORA.ATO.230    Manwal tat-taħriġ u manwal tal-operat

(a) Il-manwal tat-taħriġ għandu jsemmi l-istandards, l-għanijiet u l-miri tat-taħriġ għal kull fażi tat-taħriġ li l-istudenti għandhom ikunu konformi magħhom, u għandu jindirizza s-suġġetti li ġejjin:

— 
il-pjan tat-taħriġ,
— 
informazzjoni inizjali u eżerċizzji tal-ajru,
— 
it-taħriġ tat-titjir f’FSTD, jekk applikabbli,
— 
tagħlim teoriku.

(b) Il-manwal tal-operat għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti għal gruppi partikulari ta’ persunal, bħal għalliema tat-titjir, għalliema tat-taħriġ bis-simulazzjoni tat-titjir, għalliema tal-għarfien teoriku, persunal tal-operat u tal-manutenzjoni, u għandu jinkludi tagħrif dwar it-taħriġ ġenerali, tekniku, dwar ir-rotot u tal-persunal.

TAQSIMA III

Rekwiżiti oħra għall-ATOs li jipprovdu tipi speċifiċi ta’ taħriġ

Kapitolu 1

Kors tat-tagħlim mill-bogħod

ORA.ATO.300    Ġenerali

L-ATO tista’ tkun approvata biex torganizza programmi ta’ korsijiet modulari li jużaw it-tagħlim mill-bogħod fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

korsijiet modulari ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku;

(b) 

korsijiet ta’ tagħlim addizzjonali tal-għarfien teoriku għal klassifikazzjoni ta’ klassi jew tip; jew

(c) 

korsijiet ta’ tagħlim tal-għarfien teoriku ta’ qabel id-dħul li jkun approvat għall-ewwel klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopter b’iktar minn magna waħda.

ORA.ATO.305    Tagħlim fil-klassi

(a) Element ta’ tagħlim fil-klassi għandu jiġi inkluż fis-suġġetti kollha tal-korsijiet modulari b’tagħlim mill-bogħod.

(b) L-ammont ta’ ħin li wieħed iqatta’ fi klassi reali m’għandux ikun inqas minn 10 % tal-perjodu totali tal-kors.

(c) Għal dan il-għan, l-akkommodazzjoni fi klassi għandha tkun disponibbli jew fil-post prinċipali tan-negozju tal-ATO jew f’xi faċilità xierqa f’post ieħor.

ORA.ATO.310    Għalliema

L-għalliema kollha għandhom ikunu familjari sew mar-rekwiżiti tal-programm tal-kors ta’ tagħlim mill-bogħod.

Kapitolu 2

Taħriġ fil-ħin ta’ titjir żero

ORA.ATO.330    Ġenerali

(a) L-approvazzjoni għat-taħriġ fil-ħin ta’ titjir żero (ZFTT), kif speċifikat fil-Parti-FCL, għandu jingħata biss lil ATOs li jkollhom ukoll il-privileġġi li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, jew lil ATOs li jkollhom arranġamenti speċifiċi ma’ operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

(b) L-approvazzjoni għaż-ZFTT għandha tingħata biss jekk l-operatur ikollu mill-inqas 90 ġurnata esperjenza operattiva abbord it-tip ta’ ajruplan.

(c) Fil-każ ta’ ZFTT ipprovdut minn ATO li jkollha arranġament speċifiku ma’ operatur, ir-rekwiżit tad-90 ġurnata esperjenza operattiva ma japplikax jekk l-għalliem tal-klassifikazzjoni tat-tip (TRI(A)) involut fit-tlugħ u fl-inżul addizzjonali, kif meħtieġ fil-Parti-ORO, ikollu esperjenza operattiva abbord it-tip ta’ ajruplan.

ORA.ATO.335    Simulatur ta’ titjira sħiħa

(a) L-FFS approvat għaż-ZFTT għandu jiffunzjona skont il-kriterji tas-sistema ta’ ġestjoni tal-ATO.

(b) Is-sistema tal-mozzjoni u s-sistema viżiva tal-FFS għandhom ikunu jiffunzjonaw bis-sħiħ, skont l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-FSTD kif imsemmi f’ORA.FSTD.205.

Kapitolu 3

Korsijiet għal-liċenzja ta’ bdot b’iktar minn ekwipaġġ wieħed (MPL)

ORA.ATO.350    Ġenerali

Il-privileġġi li jitwettqu korsijiet integrati tal-MPL u korsijiet ta’ għalliem tal-MPL għandhom jingħataw biss lill-ATO jekk ikollha wkoll il-privileġġ li twettaq operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru jew ikollha arranġament speċifiku ma’ operatur tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

Kapitolu 4

Taħriġ ta’ titjir bi prova

ORA.ATO.355    Organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tat-titjir bi prova

(a) L-ATO li tkun approvata biex tipprovdi taħriġ ta’ titjiriet bi prova għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni 1 jew 2 tat-titjir bi prova skont il-Parti-FCL jista’ jkollha l-privileġġi tagħha estiżi biex tipprovdi taħriġ għal kategoriji oħra ta’ titjiriet bi prova u għal kategoriji oħra ta’ persunal ta’ titjiriet bi prova, sakemm:

(1) 

ir-rekwiżiti rilevanti tal-Parti-21 ikunu ġew sodisfati; u

(2) 

ikun hemm arranġament speċifiku bejn l-ATO u l-organizzazzjoni tal-Parti-21 li timpjega, jew li tkun beħsiebha timpjega, dan il-persunal.

(b) Ir-rekords tat-taħriġ għandhom jinkludu r-rapporti bil-miktub mill-istudent, kif meħtieġ mill-programm ta’ taħriġ, inklużi, fejn ikun xieraq, l-ipproċessar tad-dejta u l-analiżi tal-parametri rreġistrati li jkunu rilevanti għat-tip ta’ titjiriet bi prova.

SUBPARTI FSTD

REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET LI JOPERAW APPARAT TA’ TAĦRIĠ TA’ SIMULAZZJONI TAT-TITJIR (FSTDs) U GĦALL-KWALIFIKA TAL-FSTDs

TAQSIMA I

Rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet li joperaw FSTDs

ORA.FSTD.100    Ġenerali

(a) L-applikant għal ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu juri lill-awtorità kompetenti li jkun stabbilixxa sistema ta’ ġestjoni skont it-Taqsima II ta’ ORA.GEN. Dan l-għoti ta’ evidenza għandu jiżgura li l-applikant ikollu, direttament jew permezz ta’ kuntratt, il-kapaċità li jżomm il-prestazzjoni, il-funzjonijiet u karatteristiċi oħra speċifikati għal-livell tal-kwalifika tal-FSTD, kif ukoll il-kapaċità li jikkontrolla l-installazzjoni tal-FSTD.

(b) Jekk l-applikant ikun id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika maħruġ skont din il-Parti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-FSTD għandhom ikunu ddettaljati:

(1) 

fit-termini taċ-ċertifikat tal-ATO; jew

(2) 

fil-każ ta’ detentur ta’ AOC, fil-manwal tat-taħriġ.

ORA.FSTD.105    Żamma tal-kwalifika tal-FSTD

(a) Sabiex tinżamm il-kwalifika tal-FSTD, id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jwettaq, b’mod progressiv matul perjodu ta’ 12-il xahar, is-sett sħiħ ta’ testijiet inkluż fil-gwida ewlenija għat-test tal-kwalifika (MQTG), kif ukoll it-testijiet tal-funzjonijiet u dawk suġġettivi.

(b) Ir-riżultati għandhom ikunu ddatati, immarkati bħala analizzati u evalwati, u miżmuma skont ORA.FSTD.240, sabiex juru li l-istandards tal-FSTD qed jinżammu.

(c) Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll tal-konfigurazzjoni sabiex tiżgura l-integrità kontinwa tal-ħardwer u s-softwer tal-FSTD ikkwalifikat.

ORA.FSTD.110    Modifiki

(a) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jistabbilixxi u jżomm sistema biex jidentifika, jivvaluta u jinkorpora kwalunkwe modifikazzjoni importanti fl-FSTDs li jħaddem, b’mod partikulari:

(1) 

kwalunkwe modifika fl-inġenju tal-ajru li jkunu essenzjali għat-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar, ikunux infurzati jew le b’direttiva ta’ ajrunavigabbiltà; u

(2) 

kwalunkwe modifika ta’ FSTD, inkluż fis-sistema tal-mozzjoni u dik viżiva, meta tkun essenzjali għat-taħriġ, l-ittestjar u l-ivverifikar, bħal fil-każ ta’ reviżjonijiet ta’ dejta.

(b) Il-modifiki fil-ħardwer u s-softwer ta’ FSTD li jolqtu t-trattament, il-prestazzjoni u l-operat tas-sistemi, jew kwalunkwe modifika kbira fis-sistema tal-mozzjoni jew dik viżiva, għandhom jiġu vvalutati biex jiġi ddeterminat l-impatt fuq il-kriterji tal-kwalifika oriġinali. L-organizzazzjoni għandha tħejji l-emendi għal kull test ta’ validazzjoni affettwat. L-organizzazzjoni għandha tittestja l-FSTD skont il-kriterji l-ġodda.

(c) L-organizzazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bil-quddiem dwar kwalunkwe bidliet kbar biex tiddetermina jekk it-testijiet li saru humiex sodisfaċenti. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk valutazzjoni speċjali tal-FSTD hijiex meħtieġa qabel ma dan jerġa’ lura għat-taħriġ wara li tkun saret il-modifika.

ORA.FSTD.115    Installazzjonijiet

(a) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jiżgura li:

(1) 

l-FSTD ikun ibbażat f’ambjent xieraq li jiggarantixxi operat sikur u affidabbli;

(2) 

l-okkupanti kollha u l-persunal tal-manutenzjoni tal-FSTD jiġu infurmati dwar is-sikurezza tal-FSTD sabiex jiġi żgurat l-għarfien tagħhom tat-tagħmir u l-proċeduri kollha tas-sikurezza fl-FSTD f’każ ta’ emerġenza; u

(3) 

l-FSTD u l-installazzjonijiet tiegħu jkunu konformi mar-regolamenti lokali għas-saħħa u s-sikurezza.

(b) Il-karatteristiċi tas-sikurezza ta’ FSTD, bħall-waqfiet ta’ emerġenza u d-dwal tal-emerġenza, għandhom jiġu vverifikati u rreġistrati tal-anqas darba fis-sena.

ORA.FSTD.120    Tagħmir addizzjonali

Fejn tagħmir addizzjonali jkun ġie miżjud ma’ FSTD, anke jekk ma jkunx meħtieġ għall-kwalifika, għandu jiġi vvalutat mill-awtorità kompetenti biex jiġi żgurat li ma jolqotx ħażin il-kwalità tat-taħriġ.

TAQSIMA II

Rekwiżiti għall-kwalifika tal-FSTDs

ORA.FSTD.200    Applikazzjoni għal kwalifika ta’ FSTD

(a) L-applikazzjoni għal kwalifika ta’ FSTD għandha ssir b’mod u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti:

(1) 

fil-każ ta’ apparat ta’ taħriġ ta’ strument bażiku (BITDs), mill-manifattur tal-BITD;

(2) 

fil-każijiet l-oħra kollha, mill-organizzazzjoni li tkun beħsiebha topera l-FSTD.

(b) L-applikanti għal kwalifika inizjali għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’dokumentazzjoni li turi kif se jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi l-proċedura stabbilita biex tkun żgurata l-konformità ma’ ORA.GEN.130 u ORA.FSTD.230.

ORA.FSTD.205    Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-FSTDs

(a) L-Aġenzija għandha toħroġ, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni bħala mezz standard biex tintwera l-konformità tal-FSTDs mar-Rekwiżiti Essenzjali tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b) Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għandhom ikunu ddettaljati u speċifiċi biżżejjed biex jindikaw lill-applikanti l-kundizzjonijiet li skonthom se jinħarġu l-kwalifiki.

ORA.FSTD.210    Bażi tal-kwalifika

(a) Il-bażi tal-kwalifika għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandha tikkonsisti f’li ġej:

(1) 

l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni applikabbli, stabbiliti mill-Aġenzija, li jkunu fis-seħħ mid-data tal-applikazzjoni għall-kwalifika inizjali;

▼M2

(2) 

id-dejta dwar il-validazzjoni tal-inġenju tal-ajru, iddefinita minn parti mandatorja fid-dejta tal-adegwatezza operattiva skont kif approvata fir-Regolament (UE) Nru 748/2012, jekk applikabbli; u

▼M1

(3) 

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-awtorità kompetenti jekk l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni relatati ma jkollhomx standards adegwati jew xierqa għall-FSTD minħabba li l-FSTD ikollu karatteristiċi ġodda jew differenti minn dawk li fuqhom ikunu msejsal-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni applikabbli.

(b) Il-bażi tal-kwalifika għandha tapplika għal kwalifiki rikorrenti futuri tal-FSTD, sakemm ma tiġix ikkategorizzata mill-ġdid.

ORA.FSTD.225    Perjodu u validità kontinwa

(a) Il-kwalifika tas-simulatur ta’ titjira sħiħa (FFS), tal-apparat ta’ taħriġ fit-titjir (FTD), jew tal-ħarrieġ fil-proċeduri ta’ titjir u navigazzjoni (FNPT) għandhom jibqgħu validi, soġġett għal:

(1) 

l-FSTD u l-organizzazzjoni li toperah jibqgħu konformi mar-rekwiżiti applikabbli;

(2) 

l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni, kif inhu ddefinit f’ORA.GEN.140, sabiex tiddetermina l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u

(3) 

iċ-ċertifikat ta’ kwalifika ma jiġix ċedut jew revokat.

(b) Il-perjodu ta’ 12-il xahar stabbilit ARA.FSTD.120(b)(1) jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 36 xahar, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(1) 

l-FSTD kien soġġett għal evalwazzjoni inizjali u mill-inqas evalwazzjoni rikorrenti waħda, li tkun stabbiliet il-konformità tiegħu mal-bażi tal-kwalifika;

(2) 

id-detentur taċ-ċertifikat ta’ kwalifika tal-FSTD għandu rekord sodisfaċenti ta’ valutazzjonijiet regolatorji tal-FSTD b’suċċess matul l-aħħar 36 xhur;

(3) 

l-awtorità kompetenti twettaq verifika formali tas-sistema ta’ sorveljanza tal-konformità, definita f’ORA.GEN.200(a)(6), tal-organizzazzjoni kull 12-il xahar; u

(4) 

persuna maħtura mill-organizzazzjoni b’esperjenza xierqa tirrevedi l-ħarġiet mill-ġdid regolari tal-gwida għat-test tal-kwalifika (QTG), twettaq it-testijiet rilevanti tal-funzjonijiet u dawk suġġettivi kull 12-il xahar, u tibgħat rapport tar-riżultati lill-awtorità kompetenti.

(c) Kwalifika ta’ BITD għandha tibqa’ valida soġġett għall-valutazzjoni regolari tal-konformità tiegħu mal-bażi ta’ kwalifika applikabbli mill-awtorità kompetenti, skont ARA.FSTD.120.

(d) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat tal-kwalifika tal-FSTD għandu jintradd lura lill-awtorità kompetenti.

ORA.FSTD.230    Bidliet fl-FSTD ikkwalifikat

(a) Id-detentur ta’ ċertifikat ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidliet proposti fl-FSTD, bħal:

(1) 

modifiki kbar;

(2) 

ir-rilokazzjoni tal-FSTD; u

(3) 

kwalunkwe deattivazzjoni tal-FSTD.

(b) F’każ ta’ titjib fil-livell tal-kwalifika tal-FSTD, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal evalwazzjoni tat-titjib għand l-awtorità kompetenti. L-organizzazzjoni għandha twettaq it-testijiet ta’ validazzjoni kollha għal-livell ta’ kwalifika mitlub. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ta’ qabel m’għandhomx jintużaw għall-validazzjoni tal-prestazzjoni tal-FSTD għat-titjib kurrenti.

(c) Meta l-FSTD jittieħed f’post ġdid, l-organizzazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti qabel l-attività ppjanata flimkien ma’ skeda tal-avvenimenti relatati.

Qabel ma l-FSTD jerġa’ jitħaddem fil-post il-ġdid, l-organizzazzjoni għandha twettaq mill-inqas terz tat-testijiet ta’ validazzjoni, kif ukoll it-testijiet tal-funzjonijiet u dawk suġġettivi, biex tiżgura li l-prestazzjoni tal-FSTD tilħaq l-istandard tal-kwalifika oriġinali tagħha. Kopja tad-dokumentazzjoni tat-test għandha tinżamm flimkien mar-rekords tal-FSTD biex jiġu riveduti mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni tal-FSTD wara r-rilokazzjoni. L-evalwazzjoni għandha ssir abbażi tal-kwalifika oriġinali tal-FSTD.

(d) Jekk organizzazzjoni tippjana li tneħħi FSTD minn status attiv għal perjodi fit-tul, l-awtorità kompetenti għandha tiġi nnotifikata, u għandhom jiġu stabbiliti kontrolli xierqa għall-perjodu li matulu l-FSTD ma jkunx attiv.

L-organizzazzjoni għandha tiftiehem mal-awtorità kompetenti dwar pjan għad-diżattivazzjoni, kwalunkwe ħażna u attivazzjoni mill-ġdid, biex tiżgura li l-FSTD ikun jista’ jitreġġa’ għall-istatus attiv fil-livell ta’ kwalifika oriġinali tiegħu.

ORA.FSTD.235    Trasferabbiltà ta’ kwalifika ta’ FSTD

(a) Fejn ikun hemm bidla fl-organizzazzjoni li topera FSTD, l-organizzazzjoni l-ġdida għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bil-quddiem sabiex tiftiehem dwar pjan ta’ trasferiment tal-FSTD.

(b) L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel evalwazzjoni b’konformità mal-bażi ta’ kwalifika oriġinali tal-FSTD.

(c) Meta l-FSTD ma jibqax konformi mal-bażi ta’ kwalifika oriġinali tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal ċertifikat ġdid ta’ kwalifika ta’ FSTD.

ORA.FSTD.240    Żamma tar-rekords

Id-detentur ta’ kwalifika ta’ FSTD għandu jżomm ir-rekords ta’:

(a) 

id-dokumenti kollha li jiddeskrivu u li jagħtu prova tal-bażi ta’ kwalifika oriġinali u l-livell tal-FSTD għall-perjodu tal-ħajja tal-FSTD; u

(b) 

kwalunkwe dokument u rapport rikorrenti li jkunu relatati ma’ kull FSTD u mal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin.

SUBPARTI AeMC

ĊENTRI AJRUMEDIĊI

TAQSIMA I

Ġenerali

ORA.AeMC.105    Ambitu

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti addizzjonali li jridu jiġu sodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew għat-tkomplija ta’ approvazzjoni bħala ċentru ajrumediku (AeMC), biex joħroġ ċertifikati mediċi, inklużi ċ-ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 1.

ORA.AeMC.115    Applikazzjoni

L-applikanti għal ċertifikat tal-AeMC għandhom:

(a) 

ikunu konformi ma’ MED.D.005; u

(b) 

minbarra d-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni meħtieġa skont ORA.GEN.115, jipprovdu dettalji tad-dokumenti kliniki mehmuża, jew jikkollaboraw ma’ sptarijiet maħturin jew istituti mediċi, għall-finijiet ta’ eżamijiet mediċi speċjalisti.

ORA.AeMC.135    Tkomplija ta’ validità

Iċ-ċertifikat tal-AeMC għandu jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Dan jibqa’ validu sakemm id-detentur u l-eżaminaturi ajrumediċi tal-organizzazzjoni:

(a) 

ikunu konformi ma’ MED.D.030; u

(b) 

jiżguraw l-esperjenza kontinwa tagħhom billi jwettqu għadd xieraq ta’ testijiet mediċi tal-klassi 1 kull sena.

TAQSIMA II

Ġestjoni

ORA.AeMC.200    Sistema ta’ ġestjoni

L-AeMC għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ ġestjoni li tinkludi l-elementi kollha indirizzati f’ORA.GEN.200, flimkien ma’ proċessi:

(a) 

għaċ-ċertifikazzjoni medika skont il-Parti-MED; u

(b) 

biex dejjem tiġi żgurata l-kunfidenzjalità medika.

ORA.AeMC.210    Rekwiżiti dwar il-persunal

(a) L-AeMC għandu:

(1) 

ikollu eżaminatur ajrumediku (AME) maħtur bħala l-kap tal-AeMC, bil-privileġġi biex joħroġ/toħroġ ċertifikati mediċi tal-klassi 1, u b’esperjenza biżżejjed fil-mediċina tal-avjazzjoni biex jaqdi/taqdi d-dmirijiet tiegħu/tagħha; u

(2) 

ikollu fost il-persunal għadd xieraq ta’ AMEs ikkwalifikati kompletament, u persunal tekniku u esperti oħra.

(b) Il-kap tal-AeMC għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni tar-riżultati tal-eżamijiet, kif ukoll għall-iffirmar ta’ rapporti, ċertifikati, u ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 1.

ORA.AeMC.215    Rekwiżiti dwar il-faċilitajiet

L-AeMC għandu jkun mgħammar b’faċilitajiet medikotekniċi adegwati biex jitwettqu l-eżamijiet ajrumediċi meħtieġa għall-eżerċizzju tal-privileġġi inklużi fl-ambitu tal-approvazzjoni.

ORA.AeMC.220    Żamma tar-rekords

Flimkien mar-rekords meħtieġa skont ORA.GEN.220, l-AeMC għandu:

(a) 

iżomm rekords bid-dettalji tal-eżamijiet u l-valutazzjonijiet mediċi li jsiru għall-ħruġ, għall-validazzjoni mill-ġdid jew għat-tiġdid ta’ ċertifikati mediċi u r-riżultati tagħhom, għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara d-data tal-aħħar eżami; u

(b) 

iżomm ir-rekords mediċi kollha b’mod li jiżgura li l-kunfidenzjalità medika tiġi rispettata dejjem.

▼M7




ANNESS VIII

REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ IDDIKJARATI (DTOs)

[PARTI-DTO]

DTO.GEN.100    Ġenerali

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(1), dan l-Anness (il-Part-DTO) jistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti li jipprovdu t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110 abbażi ta' dikjarazzjoni li tkun saret skont il-punt DTO.GEN.115.

DTO.GEN.105    Awtorità kompetenti

Għall-għan ta' dan l-Anness (il-Part-DTO), l-awtorità kompetenti fir-rigward ta' DTO għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu d-DTO jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha.

DTO.GEN.110    Ambitu tat-taħriġ

(a) 

DTO għandha tkun intitolata tipprovdi t-taħriġ li ġej, diment li d-DTO tkun ippreżentat dikjarazzjoni skont il-punt DTO.GEN.115:

(1) 

għall-ajruplani:

(a) 

tagħlim tal-għarfien teoriku għal LAPL(A) u għal PPL(A);

(b) 

tagħlim fit-titjir għal LAPL(A) u għal PPL(A);

(c) 

taħriġ għal klassifikazzjoni tal-klassi ta' SEP(tal-art), ta' SEP(tal-baħar) u ta' TMG;

(d) 

taħriġ għal klassifikazzjonijiet addizzjonali: titjir ta' billejl, titjir ajrubatiku, titjir fil-muntanji, titjir ta' gliders u titjir bl-irmonk ta' strixxuni;

(2) 

għall-ħelikopters:

(a) 

tagħlim tal-għarfien teoriku għal LAPL(H) u għal PPL(H);

(b) 

tagħlim fit-titjir għal LAPL(H) u għal PPL(H);

(c) 

klassifikazzjoni tat-tip għal ħelikopters b'magna waħda b'konfigurazzjoni massima ċċertifikata tas-sits li ma taqbiżx il-ħames sits;

(d) 

taħriġ għal klassifikazzjoni tat-titjir ta' billejl;

▼M12

(3) 

għall-gliders, skont ir-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976:

(a) 

tagħlim ta’ għarfien teoriku għall-SPL;

(b) 

tagħlim fit-titjir għall-SPL;

(c) 

taħriġ għall-estensjoni tal-privileġġi għal gliders jew TMGs skont il-punt SFCL.150;

(d) 

taħriġ għal metodi ta’ llanċjar addizzjonali skont il-punt SFCL.155;

(e) 

taħriġ għal kwalifiki u privileġġi addizzjonali: privileġġi ajrubatiċi bażiċi u ajrubatiċi avvanzati, kwalifika tal-ġbid ta’ gliders u strixxuni, kwalifika ta’ billejl għal TMG, u privileġġi ta’ titjir tal-gliders fil-livell tas-sħab;

(f) 

taħriġ għal ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir għall-gliders (FI(S));

(g) 

kors ta’ aġġornament għal FI(S);

(4) 

għall-blalen tal-arja, skont ir-rekwiżiti tal-Anness III (il-Parti-BFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976:

(a) 

tagħlim ta’ għarfien teoriku għall-BPL;

(b) 

tagħlim fit-titjir għall-BPL;

(c) 

taħriġ għal estensjoni tal-klassi jew tal-grupp skont il-punt BFCL.150;

(d) 

taħriġ għal kwalifiki addizzjonali: titjira tal-ballun tal-arja sħuna marbut, billejl, u kwalifika ta’ operazzjoni kummerċjali;

(g) 

taħriġ għal ċertifikat ta’ għalliem tat-titjir għall-blalen tal-arja (FI(B));

(h) 

kors ta’ aġġornament FI(B).

(b) 

DTO għandha tkun intitolata li tipprovdi wkoll korsijiet tal-eżaminaturi msemmija fil-punti BFCL.430 u BFCL.460(b)(1) tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 għal FE(B); kif ukoll fil-punti SFCL.430 u SFCL.460(b)(1) tal-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 għall-FE(S); dment li d-DTO tkun ressqet dikjarazzjoni skont il-punt DTO.GEN.115 u l-awtorità kompetenti tkun approvat il-programm ta’ taħriġ skont il-punt DTO.GEN.230(c).

▼M7

DTO.GEN.115    Dikjarazzjoni

(a) 

Qabel ma tipprovdi kwalunkwe taħriġ speċifikat fil-punt DTO.GEN.110, organizzazzjoni li tkun beħsiebha tipprovdi taħriġ bħal dan għandha tippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti. Id-dikjarazzjoni għandu jkollha minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

isem id-DTO;

(2) 

id-dettalji ta' kuntatt tal-post prinċipali tan-negozju tad-DTO u, meta jkun applikabbli, id-dettalji ta' kuntatt tal-ajrudromi u tas-siti operattivi tad-DTO;

(3) 

l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni li ġejjin:

(i) 

ir-rappreżentant tad-DTO;

(ii) 

il-kap tat-taħriġ tad-DTO; u

(iii) 

l-viċi kapijiet kollha tat-taħriġ, jekk dan ikun meħtieġ skont il-punt DTO.GEN.250(b)(1);

(4) 

it-tip ta' taħriġ, kif speċifikat fil-punt DTO.GEN.110, li jiġi pprovdut f'kull ajrudrom u/jew f'kull sit operattiv;

(5) 

lista tal-inġenji tal-ajru u tal-FSTDs kollha li jridu jintużaw għat-taħriġ, jekk ikun applikabbli;

(6) 

id-data prevista għall-bidu tat-taħriġ;

(7) 

stqarrija li tikkonferma li d-DTO żviluppat politika ta' sikurezza u se tapplika dik il-politika matul l-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni, skont il-punt DTO.GEN.210(a)(1)(ii);

▼M12

(8) 

dikjarazzjoni li tikkonferma li d-DTO hija konformi u, matul l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ koperti mid-dikjarazzjoni, se tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti ta’l-Anness I (Parti-FCL) u l-Anness VIII (Parti-DTO) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

▼M7

(b) 

Id-dikjarazzjoni, u kwalunkwe tibdil sussegwenti fiha, għandhom isiru billi tintuża l-formola li tinsab fl-Appendiċi 1.

(c) 

Flimkien mad-dikjarazzjoni, DTO għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti l-programm jew il-programmi ta' taħriġ, li tuża jew li beħsiebha tuża biex tipprovdi t-taħriġ, kif ukoll l-applikazzjoni tagħha għal approvazzjoni tal-programm jew tal-programmi ta' taħriġ meta approvazzjoni bħal din tkun meħtieġa skont il-punt DTO.GEN.230(c).

(d) 

B'deroga mill-punt (c), organizzazzjoni li jkollha approvazzjoni maħruġa skont is-Subparti ATO tal-Anness VII (il-Parti-ORA) tista', flimkien mad-dikjarazzjoni, tippreżenta biss ir-referenza għall-manwal jew għall-manwali tat-taħriġ li diġà jkun(u) approvat(i).

DTO.GEN.116    Notifika ta' tibdil u ta' waqfien tal-attivitajiet tat-taħriġ

DTO għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn b'dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe tibdil fir-rigward tal-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni speċifikata fil-punt DTO.GEN.115(a) u fir-rigward tal-programm jew tal-programmi ta' taħriġ jew tal-manwal jew tal-manwali tat-taħriġ approvat(i) fil-punti DTO.GEN.115(c) u (d) rispettivament;

(b) 

il-waqfien ta' xi attivitajiet tat-taħriġ jew tal-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni.

DTO.GEN.135    Terminazzjoni tal-intitolament tal-provvista ta' taħriġ

DTO ma għandhiex tibqa' tkun intitolata tipprovdi xi taħriġ jew it-taħriġ kollu speċifikat fid-dikjarazzjoni tagħha abbażi ta' dik id-dikjarazzjoni, meta jseħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

id-DTO tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti bil-waqfien ta' xi attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni skont il-punt DTO.GEN.116(b);

(b) 

id-DTO ma tkunx ipprovdiet it-taħriġ għal iktar minn 36 xahar wara xulxin.

DTO.GEN.140    Aċċess

Bl-għan li jiġi stabbilit jekk DTO hijiex qed taġixxi f'konformità mad-dikjarazzjoni tagħha, id-DTO għandha tagħti aċċess fi kwalunkwe ħin lil kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekord, dejta, proċedura jew lil kwalunkwe materjal ieħor li jkun rilevanti għall-attivitajiet tat-taħriġ tagħha koperti bid-dikjarazzjoni, lil kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti.

DTO.GEN.150    Sejbiet

Wara li l-awtorità kompetenti tkun ikkomunikat sejba lil DTO skont il-punt ARA.GEN.350(da)(1), id-DTO għandha tieħu l-passi li ġejjin fil-perjodu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti:

(a) 

tidentifika l-kawża ewlenija tan-nuqqas ta' konformità;

(b) 

tieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex jintemm in-nuqqas ta' konformità u, meta jkun rilevanti, ikun hemm rimedju għall-konsegwenzi tiegħu;

(c) 

tinforma lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjoni korrettiva li tkun ħadet.

DTO.GEN.155    Reazzjoni għal problema ta' sikurezza

Bħala reazzjoni għal problema ta' sikurezza, DTO għandha timplimenta:

(a) 

il-miżuri ta' sikurezza li l-awtorità kompetenti awtorizzat skont il-punt ARA.GEN.135(c);

(b) 

l-informazzjoni obbligatorja rilevanti dwar is-sikurezza maħruġa mill-Aġenzija, inklużi d-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà.

DTO.GEN.210    Rekwiżiti tal-persunal

(a) 

DTO għandha taħtar:

(1) 

rappreżentant, li għandu jkun responsabbli u awtorizzat debitament biex minn tal-inqas jagħmel dan li ġej:

(i) 

jiżgura l-konformità tad-DTO u tal-attivitajiet tagħha mar-rekwiżiti applikabbli u mad-dikjarazzjoni tagħha;

(ii) 

jiżviluppa u jistabbilixxi politika ta' sikurezza li tiżgura li l-attivitajiet tad-DTO jitwettqu b'mod sikur, jiżgura li d-DTO jaderixxi ma' dik il-politika ta' sikurezza u jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi ta' dik il-politika ta' sikurezza;

(iii) 

jippromwovi s-sikurezza fid-DTO;

(iv) 

jiżgura d-disponibbiltà ta' biżżejjed riżorsi fid-DTO sabiex l-attivitajiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) ikunu jistgħu jitwettqu b'mod effettiv.

(2) 

kap tat-taħriġ, li għandu jkun responsabbli u kkwalifikat biex jiżgura minn tal-inqas dan li ġej:

▼M12

(i) 

li t-taħriġ ipprovdut jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 u mal-programm ta’ taħriġ tad-DTO;

▼M7

(ii) 

l-integrazzjoni sodisfaċenti tat-taħriġ fit-titjir f'inġenju tal-ajru jew b'apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD) u tat-tagħlim tal-għarfien teoriku;

(iii) 

is-superviżjoni tal-progress tal-istudenti;

(iv) 

fil-każ li hemm referenza għalih fil-punt DTO.GEN.250(b), is-superviżjoni tal-viċi kap jew tal-viċi kapijiet tat-taħriġ.

(b) 

DTO tista' taħtar persuna waħda bħala r-rappreżentant tagħha u l-kap tat-taħriġ tagħha.

(c) 

DTO ma għandhiex taħtar persuna bħala rappreżentant tagħha jew bħala l-kap tat-taħriġ tagħha jekk hemm indikazzjonijiet oġġettivi li din ma tistax tiġi fdata biex twettaq il-kompiti elenkati fil-punt (a) b'mod li jissalvagwardja u jmexxi 'l quddiem is-sikurezza tal-avjazzjoni. Il-fatt li persuna tkun ġiet soġġetta għal miżura ta' infurzar meħuda skont il-punt ARA.GEN.355 fl-aħħar tliet snin għandu jitqies li jikkostitwixxi indikazzjoni oġġettiva, sakemm dik il-persuna ma tkunx tista' turi li s-sejba li wasslet għal dik il-miżura, minħabba n-natura, l-iskala jew l-impatt tagħha fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni, ma tagħtix lok li tindika li ma tistax tiġi fdata biex twettaq dawk il-kompiti b'dak il-mod.

(d) 

DTO għandha tiżgura li l-għalliema tal-għarfien teoriku tagħha jkollhom waħda mill-kwalifiki li ġejjin:

(1) 

sfond prattiku fl-avjazzjoni, fl-oqsma rilevanti għat-taħriġ ipprovut, u jkunu attendew kors ta' taħriġ għat-tekniki tat-tagħlim;

(2) 

esperjenza preċedenti fl-għoti ta' tagħlim tal-għarfien teoriku u sfond teoriku xieraq fis-suġġett li fih ikunu se jipprovdu tagħlim tal-għarfien teoriku.

▼M12

(e) 

L-għalliema tat-titjir u l-għalliema tat-taħriġ tas-simulazzjoni tat-titjir għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa mill-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 għat-tip ta’ taħriġ li jipprovdu.

▼M7

DTO.GEN.215    Rekwiżiti tal-faċilitajiet

DTO għandha jkollha faċilitajiet fis-seħħ li jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-attivitajiet kollha tagħha skont ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness (il-Parti-DTO).

DTO.GEN.220    Żamma tar-rekords

(a) 

DTO għandha żżomm ir-rekords li ġejjin għal kull student individwali matul il-kors tat-taħriġ u għal tliet snin wara li titlesta l-aħħar sessjoni tat-taħriġ:

(1) 

id-dettalji dwar it-taħriġ fit-titjir fuq l-art, fl-ajru, u ssimulat;

(2) 

informazzjoni dwar il-progress individwali;

(3) 

informazzjoni dwar il-liċenzji u l-klassifikazzjonijiet assoċjati rilevanti għat-taħriġ ipprovdut, inklużi d-dati ta' skadenza tal-klassifikazzjonijiet u taċ-ċertifikati mediċi.

(b) 

DTO għandha żżomm ir-rapport dwar l-analiżi interna annwali u r-rapport annwali tal-attività msemmija fil-punti DTO.GEN.270(a) u (b) rispettivament għal tliet snin mid-data li fiha d-DTO stabbiliet dawk ir-rapporti.

(c) 

DTO għandha żżomm il-programm ta' taħriġ tagħha għal tliet snin mid-data li fiha pprovdiet l-aħħar kors tat-taħriġ skont dak il-programm.

(d) 

DTO għandha, f'konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, taħżen ir-rekords imsemmija fil-punt (a), b'mod li jiżgura l-protezzjoni b'għodod u bi protokolli xierqa, u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirrestrinġi l-aċċess għal dawk ir-rekords lil persuni li jkunu awtorizzati debitament biex ikollhom aċċess għalihom.

DTO.GEN.230    Programm ta' taħriġ ta' DTO

(a) 

DTO għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ għal kull taħriġ speċifikat fil-punt DTO.GEN.110 li tipprovdi d-DTO.

▼M12

(b) 

Il-programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli.

(c) 

DTO għandu jkun intitolat li jipprovdi t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110(b) biss meta l-programm ta’ taħriġ tiegħu għal dak it-taħriġ, u kull bidla fih, ikunu nħarġu mill-awtorità kompetenti, wara applikazzjoni mid-DTO, b’approvazzjoni skont il-punt ARA.DTO.110, li tikkonferma li l-programm ta’ taħriġ u kull bidla fih jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL), l-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976, kif applikabbli. DTO għandha tapplika għal tali approvazzjoni permezz tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tagħha f’konformità mal-punt DTO.GEN.115.

▼M7

(d) 

Il-punt (c) ma għandux japplika għal organizzazzjoni li jkollha wkoll approvazzjoni maħruġa f'konformità mas-Subparti ATO tal-Anness VII (il-Parti-ORA) li tinkludi privileġġi għal dak it-taħriġ.

DTO.GEN.240    Inġenji tal-ajru għat-taħriġ u FSTDs

▼M11

(a) 

DTO għandha tuża flotta adegwata ta’ inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu mgħammra kif jixraq għall-korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti. Il-flotta tal-inġenji tal-ajru għandha tkun magħmula minn inġenji tal-ajru li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ddefiniti fir-Regolament (UE) 2018/1139. L-inġenji tal-ajru li jaqgħu taħt il-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1138, jistgħu jintużaw għat-taħriġ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

matul proċess ta’ evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti kkonfermat livell ta’ sigurtà li jista’ jitqabbel ma’ dak iddefinit mir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(2) 

l-awtorità kompetenti tat il-permess biex l-inġenju tal-ajru jintuża għat-taħriġ fid-DTO.

▼M7

(b) 

DTO għandha tistabbilixxi lista tal-inġenji kollha tal-ajru, u żżommha aġġornata, inkluż tal-marki tar-reġistrazzjoni tagħhom, li jintużaw għat-taħriġ li tkun qed tipprovdi.

DTO.GEN.250    Ajrudromi u siti operattivi

(a) 

Meta tipprovdi taħriġ fit-titjir fuq inġenju tal-ajru, DTO għandha tuża biss ajrudromi jew siti operattivi li jkollhom il-faċilitajiet u l-karatteristiki xierqa li jippermettu t-taħriġ tal-manuvri rilevanti, filwaqt li tikkunsidra t-taħriġ ipprovdut u l-kategorija u t-tip ta' inġenji tal-ajru li jintużaw.

(b) 

Meta DTO tuża iktar minn ajrudrom wieħed biex tipprovdi kwalunkwe taħriġ speċifikat fil-punti DTO.GEN.110(a)(1) u (2), din għandha:

(1) 

għal kull ajrudrom addizzjonali, taħtar viċi kap tat-taħriġ, li għandu jkun responsabbli għall-kompiti msemmija fil-punti DTO.GEN.210(a)(2)(i) sa (iii) f'dak l-ajrudrom; u

(2) 

tiżgura d-disponibbiltà ta' biżżejjed riżorsi biex topera b'mod sikur fl-ajrudromi kollha, f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness (il-Parti-DTO).

DTO.GEN.260    Tagħlim tal-għarfien teoriku

(a) 

Meta tipprovdi tagħlim tal-għarfien teoriku, DTO tista' tuża tagħlim fil-post jew tagħlim mill-bogħod.

(b) 

DTO għandha twettaq monitoraġġ u żżomm rekord tal-progress ta' kull student li jattendi għal tagħlim tal-għarfien teoriku.

DTO.GEN.270    Analiżi interna annwali u rapport annwali tal-attività

DTO għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a) 

twettaq analiżi interna annwali dwar il-kompiti u r-responsabbiltajiet speċifikati fil-punt DTO.GEN.210 u tistabbilixxi rapport dwar dik l-analiżi;

(b) 

tistabbilixxi rapport annwali tal-attività;

(c) 

tippreżenta r-rapport dwar l-analiżi interna annwali u r-rapport annwali tal-attività lill-awtorità kompetenti sad-data stabbilita mill-awtorità kompetenti.




L-Appendiċi 1 tal-Anness VIII (il-Part-DTO)



DIKJARAZZJONI

skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011

□Id-dikjarazzjoni inizjali

□In-notifika ta' tibdil (1) — in-numru ta' referenza tad-DTO:

1.

L-organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO)

Isem:

2.

Il-post(ijiet) tan-negozju

Id-dettalji ta' kuntatt (l-indirizz, it-telefown, l-email) tal-post prinċipali tan-negozju tad-DTO:

3.

Il-persunal

L-isem u d-dettalji ta' kuntatt (l-indirizz, it-telefown, l-email) tar-rappreżentant tad-DTO:

L-isem u d-dettalji ta' kuntatt (l-indirizz, it-telefown, l-email) tal-kap tat-taħriġ tad-DTO u, jekk ikun applikabbli, tal-viċi kap(ijiet) tat-taħriġ:

4.

L-ambitu tat-taħriġ

Lista tat-taħriġ kollu pprovdut:

Lista tal-programmi kollha ta' taħriġ li ntużaw biex jiġi pprovdut it-taħriġ (id-dokumenti jridu jiġu mehmuża ma' din id-dikjarazzjoni) jew, fil-każ imsemmi fil-punt DTO.GEN.230(d) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, ir-referenza għall-manwali kollha tat-taħriġ li ġew approvati u li ntużaw biex jiġi pprovdut it-taħriġ:

5.

L-inġenji tal-ajru għat-taħriġ u l-FSTDs

Lista tal-inġenji tal-ajru li ntużaw għat-taħriġ:

Lista ta' FSTDs ikkwalifikati li ntużaw għat-taħriġ (jekk ikun applikabbli, inkluż il-kodiċi bl-ittri kif indikat fuq iċ-ċertifikat tal-kwalifika):

6.

L-ajrudrom(i) u s-sit(i) operattiv(i)

Id-dettalji ta' kuntatt (l-indirizz, it-telefown, l-email) tal-ajrudromi u tas-siti operattivi kollha li ntużaw mid-DTO biex jiġi pprovdut it-taħriġ:

7.

Id-data prevista għall-bidu tat-taħriġ:

8.

L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' korsijiet ta' standardizzazzjoni għall-eżaminaturi u ta' seminars ta' aġġornament (jekk ikun applikabbli)

□B'din l-applikazzjoni d-DTO tapplika għal approvazzjoni tal-programm(i) ta' taħriġ imsemmi(ja) hawn fuq għal korsijiet għall-eżaminaturi għal gliders jew għal blalen tal-arja skont il-punti DTO.GEN.110(b) u DTO.GEN.230(c) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

▼M12

9.

Stqarrija

Id-DTO żviluppat politika ta’ sikurezza skont l-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, u b’mod partikolari skont il-punt DTO.GEN.210(a)(1)(ii) tiegħu, u se tapplika dik il-politika waqt l-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni.

Id-DTO tikkonforma u, matul l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni, se tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1139, mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-FCL) u tal-Anness VIII (Parti-DTO) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, u mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-BFCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 u l-Anness III (Parti-SFCL) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976.

Nikkonfermaw li l-informazzjoni kollha li tinsab f’din id-dikjarazzjoni, inklużi l-annessi tagħha (jekk huwa applikabbli), hija kompluta u korretta.

L-isem, id-data u l-firma tar-rappreżentant tad-DTO.

L-isem, id-data u l-firma tal-kap tat-taħriġ tad-DTO.

(1)   

Fil-każ ta' tibdil, jeħtieġ li jimtlew biss il-punt 1 u dawk l-oqsma li fihom it-tibdil.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10).

( 2 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1065 tas-27 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 f'dak li għandu x'jaqsam mal-validazzjoni awtomatika tal-liċenzji tal-ekwipaġġ tat-titjira tal-Unjoni u mat-taħriġ dwar it-tlugħ u l-inżul (ĠU L 192, 30.7.2018, p. 31).

( 4 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2020 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 5 ) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

( 8 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).