02011R0692 — MT — 01.01.2020 — 002.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 692/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Lulju 2011

dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 192 22.7.2011, p. 17)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013

  L 79

5

21.3.2013

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1681 tal-1 ta’ Awwissu 2019

  L 258

1

9.10.2019

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1569 tat-23 ta’ Lulju 2020

  L 359

1

29.10.2020




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 692/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Lulju 2011

dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid sistematiċi tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiġbru, jikkumpilaw, jipproċessaw u jittrażmettu statistika armonizzata dwar il-forniment u d-domanda tat-turiżmu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) 

“perjodu ta’ referenza” tfisser perjodu li tirreferi għalih id-data;

(b) 

“sena ta’ referenza” tfisser perjodu ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda;

(c) 

“NACE Rev. 2” tfisser il-klassifika statistika komuni ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(d) 

“NUTS” tfisser il-klassifika komuni ta’ unitajiet territorjali għall-produzzjoni ta’ statistika reġjonali fl-Unjoni, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(e) 

“ambjent tas-soltu” tfisser iż-żona ġeografika, għalkemm mhux neċessarjament waħda kontigwa, li fiha l-individwu jgħix il-ħajja tiegħu b’rutini regolari u għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ dawn il-kriterji: il-qsim ta’ fruntieri amministrattivi jew id-distanza mill-post ta’ residenza tas-soltu, id-dewmien taż-żjara, il-frekwenza taż-żjara, l-għan taż-żjara;

(f) 

“it-turiżmu” tfisser l-attività tal-viżitaturi li jagħmlu vjaġġ għal destinazzjoni ewlenija barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom, għal inqas minn sena, għal kwalunkwe għan ewlieni inkluż in-negozju, il-ħin liberu, jew għan ieħor personali, għajr għal impjieg minn entità residenti fil-post li fih issir iż-żjara;

(g) 

“turiżmu domestiku” tfisser żjarat fi Stat Membru minn viżitaturi li huma residenti ta’ dak l-Istat Membru;

(h) 

“turiżmu ’l ġewwa” tfisser żjarat fi Stat Membru minn viżitaturi li mhumiex residenti ta’ dak l-Istat Membru;

(i) 

“turizmu ’l barra” tfisser żjarat minn residenti ta Stat Membru barra minn dak l-Istat Membru;

(j) 

“turiżmu nazzjonali” tfisser it-turiżmu domestiku u t-turiżmu ’l barra;

(k) 

“turiżmu intern” tfisser it-turiżmu t-turiżmu domestiku u t-turiżmu ’l ġewwa;

(l) 

“stabbiliment għall-akkomodazzjoni turistika” tfisser unità lokali tat-tip tal-attività, kif iddefinita fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità ( 3 ), li jipprovdi bħala servizz imħallas - għalkemm il-prezz jista’ jkun parzjalment jew kompletament issussidjat - servizzi ta’ akkomodazzjoni għal waqfiet qosra kif deskritt fil-gruppi 55.1 (lukandi u akkomodazzjoni simili), 55.2 (akkomodazzjoni għal btajjel u għal waqfiet qosra oħra) u 55.3 (postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet) ta’ NACE Rev. 2;

(m) 

“akkomodazzjoni mhix mikrija” tfisser, inter alia, akkomodazzjoni mingħajr ħlas ipprovduta minn familja jew ħbieb u akkomodazzjoni fi djar ta’ vaganza okkupati mis-sid, inklużi proprjetà time share;

(n) 

“żjarat fl-istess jum” tfisser iż-żjarat mingħajr waqfa għal-lejl li jsiru minn residenti barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom u li orġinaw mill-post ta’ residenza tas-soltu tagħhom.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 11 fir-rigward ta’ emendi għad-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex tallinja dawn id-definizzjonijiet ma’ bidliet fid-definizzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 3

Suġġetti koperti u karatteristiki tad-data meħtieġa

1.  

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data li għandha tiġi trażmessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 għandha tirrelata ma’:

(a) 

it-turiżmu intern, fir-rigward tal-kapaċità u l-okkupanza tal-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, għall-elementi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Anness I;

(b) 

it-turiżmu intern, fir-rigward tal-iljieli turistiċi mqattgħin fl-akkomodazzjoni mhux mikrija għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness I;

(c) 

it-turiżmu nazzjonali, fir-rigward tad-domanda tat-turiżmu, li tikkonċerna l-parteċipazzjoni fit-turiżmu, il-karatteristiki tal-vjaġġi turistiċi u tal-viżitaturi, għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II;

(d) 

it-turiżmu nazzjonali, fir-rigward tad-domanda tat-turiżmu, li jikkonċerna l-karatteristiki ta’ żjarat fl-istess jum għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness II.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, fejn meħtieġ, li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 11, rigward l-adattazzjoni tal-Annessi, għajr għax-xorta fakultattiva tad-data meħtieġa u l-limitazzjoni tal-ambitu kif definiti fl-Annessi, sabiex jitqiesu żviluppi ekonomiċi, soċjali jew tekniċi. Meta tkun qed teżerċita s-setgħa tagħha skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe att iddelegat adottat ma jimponix piżijiet amministrattivi addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.

Artikolu 4

L-ambitu ta’ osservazzjoni

L-ambitu ta’ osservazzjoni għar-rekwiżiti stabbiliti:

(a) 

fl-Artikolu 3(1)(a) għandu jkun l-stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turististika kollha kemm huma, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(l), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I;

(b) 

fl-Artikolu 3(1)(b) għandu jkun l-iljieli turistiċi kollha mqattgħin minn residenti u dawk mhux residenti f’akkomodazzjoni mhux mikrija;

(c) 

fl-Artikolu 3(1)(c), fir-rigward tad-data dwar il-parteċipazzjoni fit-turiżmu, għandu jkun l-individwi kollha li joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 1 tal-Anness II;

(d) 

fl-Artikolu 3(1)(c), fir-rigward tad-data dwar karatteristiki ta’ vjaġġi turistiċi u tal-viżitaturi, għandu jkun il-vjaġġi turistiċi kollha b’mill-inqas żjara ta’ lejl wieħed barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti u li ntemmu waqt il-perjodu ta’ referenza, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 2 tal-Anness II;

(e) 

fl-Artikolu 3(1)(d), fir-rigward tal-karatteristiki ta’ żjarat fl-istess jum, għandu jkun iż-żjarat kollha fl-istess jum kif definiti fl-Artikolu 2(1)(n), sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 3 tal-Anness II.

Artikolu 5

Studji pilota

1.  
Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għall-istudji pilota li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja sabiex jitħejjew l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ tabelli armonizzati għall-kontijiet satelliti tat-turiżmu u sabiex jiġu vvalutati l-benefiċċji fir-rigward tal-ispiża għall-kumpilazzjoni.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tfassal ukoll programm għall-istudji pilota li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja sabiex tiġi żviluppata sistema għall-ġbir ta’ data li turi l-effetti tat-turiżmu fuq l-ambjent.

Artikolu 6

Kriterji tal-kwalità u rapporti

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data trażmessa.
2.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità kif stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw.
3.  
Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapport dwar il-kwalità tad-data li għandha x’taqsam mal-perjodi ta’ referenza fis-sena ta’ referenza, u dwar kwalunkwe tibdil metodoloġiku li jkun sar. Ir-rapport għandu jiġi pprovdut fi żmien disa’ xhur wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza.
4.  
Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 2 għad-data koperta minn dan ir-Regolament, l-arranġamenti u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità għandhom ikunu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 7

Rapport ta’ evalwazzjoni

Sat-12 ta’ Awwissu 2016 u, wara, kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-istatistika miġbura abbażi ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari, dwar ir-rilevanza tagħha u l-piż fuq is-settur tan-negozju.

Artikolu 8

Sorsi ta’ data

Fir-rigward tal-bażi li fuqha tinġabar id-data, l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri li dawn iqisu bħala xierqa biex iżommu l-kwalità tar-riżultati. L-Istati Membri jistgħu jipproduċu d-data statistika neċessarja billi jużaw kombinazzjoni tas-sorsi differenti li ġejjin:

(a) 

stħarriġ, fejn unitajiet ta’ rappurtaġġ jintalbu jagħtu data f’waqtha, eżatta u kompluta;

(b) 

sorsi oħra xierqa, inkluża data amministrattiva jekk din tkun attwali u rilevanti;

(c) 

proċeduri xierqa għall-istima statistika.

Artikolu 9

It-trażmissjoni tad-data

1.  
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data, inkluża data kunfidenzjali, lill-Kummissjoni (Eurostat), skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
2.  
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data mniżżla fl-Anness I u fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness II f’forma ta’ tabelli aggregati, skont standard ta’ interskambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtellgħa b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat). L-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni tad-data għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).
3.  
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data mniżżla fit-Taqsima 2 tal-Anness II fil-forma ta’ fajls ta’ mikrodata - b’kull vjaġġ osservat imniżżel bħala rekord individwali fil-ġabra ta’ data trażmessa - li għandhom ikunu kompletament iċċekkjati, editjati u, fejn meħtieġ, imdaħħla skont l-istandard ta’ interskambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtellgħa’ b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat). L-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni tad-data għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

▼M2

4.  

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu:

(a) 

id-data validata annwali mniżżla fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I fi żmien sitt (6) xhur wara tmiem il-perjodu ta’ referenza, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I;

(b) 

id-data validata ta’ kull xahar elenkata fit-Taqsima 2 tal-Anness I fi żmien tmien (8) ġimgħat wara tmiem il-perjodi ta’ referenza għas-snin ta’ referenza 2020 u 2021, u fi żmien sitt (6) ġimgħat wara tmiem il-perjodu ta’ referenza mis-sena ta’ referenza 2022;

(c) 

id-data validata mniżżla fit-Taqsima 4 tal-Anness I fi żmien disa’ (9) xhur wara tmiem il-perjodu ta’ referenza, jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħżel li jittrażmettiha;

(d) 

id-data validata mniżżla fl-Anness II fi żmien sitt (6) xhur wara tmiem il-perjodu ta’ referenza.

▼B

5.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn meħtieġ, atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 11, fir-rigward ta’ emendi għall-iskadenzi tat-trażmissjoni stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitqiesu żviluppi ekonomiċi, soċjali jew tekniċi. Kull emenda ta’ dan it-tip għandha tqis il-prattika eżistenti tal-ġbir tad-data fl-Istati Membri.
6.  
Għad-data kollha meħtieġa minn dan ir-Regolament, l-ewwel perjodu ta’ referenza, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 10

Manwal Metodoloġiku

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tħejji u taġġorna b’mod regolari manwal metodoloġiku li għandu jkun fih linji gwida dwar l-istatistika prodotta skont dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet li se jiġu applikati għall-karatteristiki tat-tagħrif meħtieġ u l-istandards komuni mfassla biex jiżguraw il-kwalità tad-data.

Artikolu 11

Eżerċitar tad-delega

1.  
Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-11 ta’ Awwissu 2011 u l-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni sabiex tirrevoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.
4.  
Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
5.  
Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

Artikolu 12

Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 13

Revoka

Id-Direttiva 95/57/KE hija b’dan imħassra.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżultati skont id-Direttiva 95/57/KE għall-perjodi ta’ referenza kollha għall-2011.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

TURIŻMU INTERN

Taqsima 1

KAPAĊITÀ TA’ STABBILIMENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA

A.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi



1.  Fil-livell 2 reġjonali NUTS u fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ stabbilimenti

In-numru ta’ sodod

In-numru ta’ kmamar tas-sodda

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

NACE 55.2

In-numru ta’ stabbilimenti

In-numru ta’ sodod

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

NACE 55.3

In-numru ta’ stabbilimenti

In-numru ta’ sodod

Tip ta’ lokalità (a) u (b)



2.  [fakultattiv] Fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ stabbilimenti

In-numru ta’ sodod

In-numru ta’ kmamar tas-sodda

Klassi tad-daqsijiet



3.  Fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data trijennali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ stabbilimenti li jkollhom kamra tas-sodda waħda jew iżjed aċċessibbli għal persuni b’mobilità mnaqqsa, inklużi dawk li jużaw siġġu tar-roti

 

B.   Limitazzjoni tal-ambitu

1. Għal “lukandi u akkomodazzjoni simili” u għal “akkomodazzjoni għal btajjel u għal waqfiet qosra oħra”, l-ambitu tal-osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 10 sodod jew aktar.

2. Għal “postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet”, l-ambitu ta’ osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom spazju ta’ 10 jew aktar.

3. L-Istati Membri li jkopru inqas minn 1 % tan-numru totali annwali tal-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika fl-Unjoni Ewropea jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni, biex jinkludu għall-inqas l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 20 sodda jew aktar (spazju ta’ 20 jew aktar).

C.   Perjodiċità

L-ewwel sena ta’ referenza għall-fattur varjabbli trijennali elenkat taħt it-titolu A(3) għandha tkun l-2015.

Taqsima 2

OKKUPAZZJONI TA’ STABBILIMENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA (DOMESTIKA U ’L ĠEWWA)

A.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali



1.  Fil-livell 2 reġjonali NUTS u fil-livell nazzjonali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

▼M2

Total (kull tip ta’ stabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika)

In-numru tal-iljieli mqattgħin minn residenti fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika

In-numru tal-iljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

Reġjuni tal-livell NUTS 3

Xhur tas-sena ta’ referenza [fakultattivi jekk il-livell NUTS 2 ikun ikopri l-Istat Membru kollu]

▼B

NACE 55.1

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod

 

NACE 55.2

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

NACE 55.3

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 



2.  Fil-livell nazzjonali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

▼M2

Total (kull tip ta’ stabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika)

In-numru tal-iljieli mqattgħin minn residenti fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika

In-numru tal-iljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) flimkien ma’ Tip ta’ lokalità (b)

Bliet

▼B

NACE 55.1

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

[fakultattiva] Klassi tad-daqsijiet

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod

[fakultattiva] Klassi tad-daqsijiet

NACE 55.2

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

NACE 55.3

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

B.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data ta’ kull xahar fil-livell nazzjonali



Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod

 

NACE 55.2

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

NACE 55.3

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

C.   Limitazzjoni tal-ambitu

1. Għal “lukandi u akkomodazzjoni simili” u għal “akkomodazzjoni għal btajjel u waqfiet qosra oħra”, l-ambitu tal-osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 10 sodod jew aktar.

2. Għal “postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet”, l-ambitu ta’ osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom spazju ta’ 10 jew aktar.

3. L-Istati Membri li jkopru inqas minn 1 % tan-numru totali annwali tal-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika fl-Unjoni Ewropea jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni, biex għall-inqas jinkludu l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 20 sodda jew aktar (spazju ta’ 20 jew aktar).

4. Meta tiġi applikata limitazzjoni għall-ambitu kif deskritt skont (1), (2) jew (3), għandha tiġi trażmessa kull sena stima tan-numru totali ta’ ljieli mqattgħin waqt is-sena ta’ referenza minn residenti u dawk mhux residenti fl-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika esklużi mill-ambitu ta’ osservazzjoni.

5. Għall-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hi mitluba d-data b’dan ir-Regolament, l-istima kif deskritt taħt (4) għandha tiġi trażmessa fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.

6. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni għar-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodda fil-lukandi u akkomodazzjoni simili, biex jinkludu mill-inqas l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 25 kamra tas-sodda jew aktar.

▼M2 —————

▼B

Taqsima 3

KLASSIFIKAZZJONIJIET LI JIĠU APPLIKATI GĦAT-TAQSIMA 1 U T-TAQSIMA 2

A.   Tip ta’ akkomodazzjoni

It-tliet kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ akkomodazzjoni, li jirreferu għall-gruppi NACE 55.1, 55.2 u 55.3, huma:

— 
lukandi u akkomodazzjoni simili,
— 
akkomodazzjoni għal vaganza u għal waqfiet qosra oħra,
— 
postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet.

B.   Tip ta’ lokalità (a)

It-tliet kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ lokalità (a), li jirreferu għall-grad ta’ urbanizzazzjoni tal-muniċipalità (jew unità amministrattiva lokali ekwivalenti) fejn jinsabu l-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:

— 
żona ppopolata b’mod dens,
— 
żona intermedja,
— 
żona ppopolata b’mod skars.

C.   Tip ta’ lokalità (b)

Iż-żewġ kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ lokalità (b), li jirreferu għall-post qrib il-baħar tal-muniċipalità (jew unità amministrattiva lokali ekwivalenti) fejn jinsabu l-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:

— 
kostali,
— 
mhux kostali.

D.   Klassi tad-daqsijiet

It-tliet kategoriji li jintużaw għall-klassi tad-daqsijiet, li jirreferu għan-numru ta’ kmamar tas-sodda fl-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:

— 
l-istabbilimenti żgħar: inqas minn 25 kamra tas-sodda,
— 
l-istabbilimenti ta’ daqs medju: bejn 25 u 99 kamra tas-sodda,
— 
l-istabbilimenti kbar: 100 kamra tas-sodda jew aktar; li jiġu rrappurtati b’mod separat fuq bażi fakultattiva: “bejn 100 u 249 kamra tas-sodda” u “250 kamra tas-sodda jew aktar”.

E.   Pajjiżi u żoni ġeografiċi

Il-kategoriji li jintużaw għall-pajjiż jew iż-żona ġeografika tar-residenza tal-ospiti li qed joqogħdu fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika huma:

— 
l-Unjoni Ewropea (l-Unjoni); għandha tiġi rrappurtata separatament: kull Stat Membru,
— 
l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA); għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein),

▼M3

— 
pajjiżi Ewropej oħrajn (minbarra l-UE jew l-EFTA; mhux inklużi r-Renju Unit, ir-Russja, it-Turkija, l-Ukrajna),

▼M3

— 
ir-Renju Unit,

▼B

— 
ir-Russja,
— 
it-Turkija,
— 
l-Ukrajna,
— 
l-Afrika; għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Afrika t’Isfel,
— 
l-Amerika ta’ Fuq; għandhom jiġu rrappurtati separatament: l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada,
— 
l-Amerika t’Isfel u l-Amerika Ċentrali; għandu jiġi rrappurtat separatament: il-Brażil,
— 
l-Asja; għandhom jiġu rrappurtati separatament: ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea,
— 
l-Awstralja. l-Oċeanja u territorji oħrajn; għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Awstralja.

▼M2

F.   Bliet

Il-bliet li għalihom għandha tiġi trasmessa d-data għandhom ikunu skont l-Artikolu 4b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 u għandhom jinkludu mill-inqas:

— 
lil dawk il-bliet li, flimkien, jammontaw għal 90 % tal-iljieli mqattgħin kull sena f’akkomodazzjoni turistika fil-bliet tal-pajjiż;
— 
il-belt kapitali;
— 
il-bliet kollha b’200 000 abitant jew aktar.

Għal dan il-għan, il-bliet huma l-unità amministrattiva lokali (LAU) fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċentri urbani; ċentru urban huwa raggruppament ta’ ċelloli kontigwi tal-grilja ta’ 1 km2 b’densità ta’ mill-inqas 1 500 abitant għal kull km2 u lkoll flimkien jilħqu popolazzjoni ta’ mill-inqas 50 000 abitant. Il-Kummissjoni (Eurostat) flimkien mal-Istati Membri għandha taġġorna l-lista tal-bliet b’mod regolari. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data għall-aktar lista riċenti tal-ibliet disponibbli fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ referenza.

▼B

Taqsima 4

IT-TURIŻMU INTERN F’AKKOMODAZZJONI MHUX MIKRIJA

A.   Fatturi varjabbli li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali

[fakultattiv] In-numru ta’ ljieli turistiċi mqattgħin f’akkomodazzjoni mhux mikrija matul is-sena ta’ referenza.

B.   Analiżi

[fakultattivi] Il-fatturi varjabbli mniżżla taħt it-Titolu A għandhom jiġu analizzati skont il-pajjiż ta’ residenza tal-viżitaturi safejn ikunu kkonċernati r-residenti tal-Unjoni, filwaqt li viżitaturi li joqogħdu barra l-Unjoni għandhom jinġabru f’kategorija addizzjonali waħda.




ANNESS II

IT-TURIŻMU NAZZJONALI

Taqsima 1

PARTEĊIPAZZJONI FIT-TURIŻMU GĦAL GĦANIJIET PERSONALI

A.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali



Fatturi varjabbli

Analiżijiet skont id-dewmien u d-destinazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi għal għanijiet personali

Analiżijiet soċjodemografiċi

1.  In-numru ta’ residenti, ta’ 15-il sena jew aktar, li jipparteċipaw fit-turiżmu b’għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza

2.  In-numru ta’ residenti, ta’ 15-il sena jew aktar, li ma jipparteċipawx fit-turiżmu b’għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza

(a)  Kwalunkwe vjaġġ (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed)

(b)  Vjaġġi domestiċi biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed, iżda mhux vjaġġi ’l barra)

(c)  Vjaġġi ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ ’il barra wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed, iżda mhux vjaġġi domestiċi)

(d)  Vjaġġi domestiċi u ’l barra (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed u mill-inqas vjaġġ ta’ lejl wieħed ’il barra ta’ mill-inqas lejl wieħed)

(e)  Vjaġġi qosra (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ lejl wieħed sa tlitt iljieli)

(f)  Vjaġġi twal (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar)

(g)  Vjaġġi twal, vjaġġi domestiċi biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar, iżda l-ebda vjaġġ ’il barra ta’ erbat iljieli jew aktar)

(h)  Vjaġġi twal, vjaġġi ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ ’il barra wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar, iżda l-ebda vjaġġ domestiku ta’ erbat iljieli jew aktar)

(i)  Vjaġġi twal, vjaġġi domestiċi u ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar u mill-inqas vjaġġ ’il barra ta’ erbat iljieli jew aktar)

1.  Sess
2.  Grupp ta’ età
3.  [fakultattiv] Livell edukattiv li għandu jintlaħaq  ◄
4.  [fakultattiv] Sitwazzjoni ta’ impjieg
5.  [fakultattiv] Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar

L-analiżijiet skont id-dewmien u d-destinazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi għal għanijiet personali għandhom jingħaqdu mal-analiżijiet soċjodemografiċi.

B.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi bħala data trijennali



Fatturi varjabbli

Analiżijiet skont ir-raġunijiet ewlenin għal min ma jipparteċipax fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza (b’possibbiltajiet ta’ tweġibiet diversi għal dawk li jwieġbu)

Analiżijiet soċjodemografiċi

1.  In-numru ta’ residenti, ta’15-il sena jew aktar, li jipparteċipaw fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza (jiġifieri li ma jkunux vjaġġaw b’waqfa ta’ mill-inqas lejl wieħed għal għanijiet personali matul is-sena ta’ referenza)

(a)  Raġunijiet finanzjarji (l-ebda flus disponibbli għal vjaġġi ta’ vaganza, ma jistgħux jippermettu li jmorru għal vaganza)

(b)  Nuqqas ta’ ħin liberu minħabba impenji tal-familja

(c)  Nuqqas ta’ ħin liberu minħabba impenji tax-xogħol jew studju

(d)  Raġunijiet tas-saħħa jew mobilità mnaqqsa

(e)  Min jippreferi joqgħod id-dar, mingħajr motivazzjoni li jivvjaġġa

(f)  Sikurezza

(g)  Raġunijiet oħra

1.  Sess:
2.  Grupp ta’ età ►M1  
3.  [fakultattiv] Livell edukattiv li għandu jintlaħaq  ◄
4.  [fakultattiv] Sitwazzjoni ta’ impjieg
5.  [fakultattiv] Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar

L-analiżijiet skont ir-raġunijiet ewlenin tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza għandhom jingħaqdu mal-analiżijiet soċjodemografiċi.

L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali għandha tkun l-2013.

C.   Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi

1.

Sess : maskili, femminili.

2.

Grupp ta’ età : inqas minn 15 [fakultattiva], 15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64, 65 jew aktar, b’subtotali għal 25-44 u 45-64.

3.

Livell edukattiv li għandu jintlaħaq : mhux aktar minn sekondarju baxx, sekondarju ogħla u post-sekondarju (mhux terzjarju), terzjarju.

4.

Sitwazzjoni ta’ impjieg : impjegat (impjegat jew jaħdem għal rasu), qiegħed, student (jew tifel/tifla tal-iskola), oħrajn mhux fil-forza tax-xogħol.

5.

Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar: : fi kwartili.

Taqsima 2

VJAĠĠI TURISTIĊI U VIŻITATURI LI JAGĦMLU L-VJAĠĠI

A.   Fatturi varjabbli li għandhom jiġu trażmessi



 

Fatturi varjabbli

Kategoriji li għandhom jiġu trażmessi

Perjodiċità

1.

Xahar tat-tluq

 

Annwali

2.

Dewmien tal-vjaġġ f’numru ta’ ljieli

 

Annwali

3.

[Għal vjaġġi ‘l barra biss] Dewmien tal-vjaġġ: numru ta’ ljieli mqattgħin fit-territorju domestiku

 

Trijennali

4.

Pajjiż ewlieni tad-destinazzjoni

skont il-lista tal-pajjiżi fil-manwal metodoloġiku mfassal skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament

Annwali

5.

L-għan ewlieni tal-vjaġġ

(a)  Personali: divertiment, rikreazzjoni u vaganzi

(b)  Personali: żjarat lil qraba u ħbieb

(c)  Personali: oħrajn (eż. pellegrinaġġ, trattament tas-saħħa)

(d)  Professjonali/kummerċjali

Annwali

6.

[Għal vjaġġi b’għanijiet personali biss] Tip ta’ destinazzjoni b’diversi possibbiltajiet ta’ tweġibiet

(a)  Belt

(b)  Ħdejn il-baħar

(c)  Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.)

(d)  Bastiment tal-kruċieri

(e)  Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.)

(f)  Oħrajn

Trijennali

7.

[Għal vjaġġi b’għanijiet personali biss] Parteċipazzjoni tat-tfal fil-grupp tal-vjaġġ:

(a)  Iva

(b)  Le

Trijennali

▼M2

8.

Mezz ewlieni tat-trasport

(a)  Bl-ajru (servizzi ta’ titjira, titjira skedata jew mikrija, jew servizzi tal-ajru oħrajn)

(b)  Bl-ilma (bħal linji tal-passiġġieri u laneċ, kruċjieri, dgħajjes tad-divertiment, bastimenti mikrijin)

(c)  Ferrovija

(d)  Xarabank, kowċ (regolari/skedati jew okkażjonali/mhux skedati)

(d1)  [fakultattiva] Xarabank jew kowċ regolari/skedata

(d2)  [fakultattiva] Xarabank jew kowċ okkażjonali/mhux skedata

(e)  Vettura motorizzata privata (proprjetà jew mikrija it-tul, inkluż il-karozza ta’ ħbieb/qraba)

(f)  Vettura motorizzata mikrija (inklużi pjattaformi ta’ ride-sharing jew car-sharing)

(g)  Oħrajn (pereżemju bir-rota)

Annwali

9.

Mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni

(a)  Akkommodazzjoni mikrija: lukandi jew akkomodazzjoni simili

(b)  Akkommodazzjoni mikrija: siti ta’ kampeġġ, karavan jew parkeġġi tat-trejlers (mhux residenzjali)

(c)  Akkommodazzjoni mikrija: bħal dar, villa, appartament; kamra jew kmamar mikrija f’residenza

(d)  Akkommodazzjoni mikrija: akkomodazzjoni oħra mikrija (bħal hostels taż-żgħażagħ, marinas, stabbilimenti tas-saħħa)

(e)  Akkomodazzjoni mhux mikrija: villeġġjatura privata

(f)  Akkomodazzjoni mhux mikrija: Akkommodazzjoni pprovduta mingħajr ħlas minn qraba jew ħbieb

(g)  Akkomodazzjoni mhux mikrija: Akkomodazzjoni mhux mikrija ta’ tip ieħor

Annwali

10.

L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar bl-Internet tal-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni

(a)  Iva

(b)  Le

Triennali

11.

L-ibbukkjar tal-vjaġġ: il-mod tal-ibbukkjar għall-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni

(a)  Direttament mal-fornitur tal-akkomodazzjoni

(b)  Permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal jew aġenzija tal-kiri tal-vaganzi jew ta’ proprjetajiet għal żmien qasir li telenka diversi fornituri tal-akkomodazzjoni

(c)  Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar

Triennali

11a.

[Għal vjaġġi biss b’akkomodazzjoni bbukkjata bl-Internet permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal jew aġenzija tal-kiri tal-vaganzi jew ta’ proprjetajiet għal żmien qasir; għal vjaġġi biss li l-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni tagħhom ikun “akkomodazzjoni mikrija: bħal dar, villa, appartament; kamra jew kmamar mikrijin f’residenza”]

L-ibbukkjar tal-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni permezz ta’ sit web jew applikazzjoni bħal Airbnb, Booking.com, Expedia, Homeaway

(a)  Iva

(b)  Le

Triennali

12.

L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar bl-Internet tal-mezz ewlieni tat-trasport

(a)  Iva

(b)  Le

Triennali

13.

L-ibbukkjar tal-vjaġġ: il-mod tal-ibbukkjar għall-mezz ewlieni tat-trasport

(a)  Direttament mal-fornitur tat-trasport

(b)  Permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal

(c)  Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar

Triennali

13a.

[Fakultattiv] [Għal vjaġġi biss li t-trasport tagħhom hu bbukkjat bl-Internet permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal]

L-ibbukkjar tal-mezz ewlieni tat-trasport permezz ta’ sit web jew applikazzjoni bħal BlaBlaCar

(a)  Iva

(b)  Le

Triennali

14.

L-ibbukkjar tal-vjaġġ: vjaġġ b’kollox inkluż

(a)  Iva

(b)  Le

Triennali

15.

L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar bl-Internet tal-pakkett

(a)  Iva

(b)  Le

Triennali

15a.

In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq il-pakketti

 

Annwali

▼B

16.

In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq it-trasport

 

Annwali

17.

In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq l-akkomodazzjoni

 

Annwali

18.

[fakultattiv] In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq ikel u xorb f’kafejiet u ristoranti

 

Annwali

19.

Infiq ieħor tat-turist individwali matul il-vjaġġ; (19a) għandhom ikunu rrappurtati separatament: oġġetti dejjiema u ta’ oġġetti ta’ valur

 

Annwali

20.

Il-profil tal-viżitatur: is-sess, bl-użu tal-kategoriji li ġejjin

(a)  Maskili

(b)  Femminili

Annwali

21.

Il-profil tal-viżitatur: l-età, fi snin magħluqa

 

Annwali

22.

Il-profil tal-viżitatur: il-pajjiż ta’ residenza

 

Annwali

23.

►M1  [fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: livell edukattiv li għandu jintlaħaq ◄

►M1  
(a)  Mhux aktar minn sekondarju baxx
(b)  Sekondarju ogħla u post-sekondarju (mhux terzjarju)
(c)  Terzjarju  ◄

Annwali

24.

[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: sitwazzjoni ta’ impjieg

(a)  Impjegat, (impjegat jew jaħdem għal rasu)

(b)  Qiegħed

(c)  Student/a (jew tifel/tifla tal-iskola)

(d)  Oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol

Annwali

25.

[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: dħul ta’ dawk kollha li joqogħdu fl-istess dar, fi kwartili

 

Annwali

B.   Limitazzjoni tal-ambitu

L-ambitu ta’ osservazzjoni għandu jkun il-vjaġġi turistiċi kollha b’mill-inqas żjara ta’ lejl wieħed barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti ta’ 15-il sena jew aktar u li jkunu ntemmu matul il-perjodu ta’ referenza. Id-data dwar il-popolazzjoni ta’ taħt il-15-il sena tista’ tiġi trasmessa separatament fuq bażi fakultattiva.

C.   Perjodiċità

1. L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali u l-kategoriji mniżżla taħt it-titoli A(3), A(6), A(7) għandha tkun l-2013.

2. L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali u l-kategoriji mniżżla taħt it-titoli A(10) sa A(15) għandha tkun l-2014.

Taqsima 3

ŻJARAT TAL-ISTESS JUM

A.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi fuq bażi annwali (żjarat ’il barra tal-istess jum)



Fatturi varjabbli

[fakultattiv]

Analiżijiet

[fakultattiv]

Analiżijiet soċjodemografiċi

1.  In-numru ta’ żjarat ‘il barra tal-istess jum għal għanijiet personali

2.  In-numru ta’ żjarat ‘il barra tal-istess jum għal għanijiet personali

(a)  skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

1.  Sess:
2.  Grupp ta’ età
3.  Livell edukattiv li għandu jintlaħaq  ◄
4.  Sitwazzjoni ta’ impjieg
5.  Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar

3.  In-nefqa għaż-żjarat ‘il barra tal-istess jum għal raġunijiet privati

4.  In-nefqa għaż-żjarat ‘il barra tal-istess jum għal raġunijiet professjonali

(a)  skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

(b)  skont il-kategorija ta’ nefqa: trasport, xiri, ristoranti/kafejiet, oħra

B.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi fuq bażi trijennali (żjarat domestiċi tal-istess jum)



Fatturi varjabbli

[fakultattiv]

Analiżijiet

[fakultattiv]

Analiżijiet soċjodemografiċi

1.  In-numru ta’ żjarat domestiċi tal-istess jum għal għanijiet personali

2.  In-numru ta’ żjarat domestiċi tal-istess jum għal raġunijiet professjonali

 

1.  Sess
2.  Grupp ta’ età
3.  Livell edukattiv li għandu jintlaħaq  ◄
4.  Sitwazzjoni ta’ impjieg
5.  Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar

3.  In-nefqa għaż-żjarat domestiċi tal-istess jum għal għanijiet personali

4.  In-nefqa għaż-żjarat domestiċi tal-istess jum għal raġunijiet professjonali

(a)  skont il-kategorija ta’ nefqa: trasport, xiri, ristoranti/kafejiet, oħra

C.   Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi

Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi huma dawk imniżżla fit-Titolu C tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness.

D.   Limitazzjoni tal-ambitu

L-ambitu ta’ osservazzjoni għandu jkun iż-żjarat kollha tal-istess jum barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti ta’ 15-il sena jew aktar. Id-data dwar il-popolazzjoni taħt il-15-il sena tista’ tiġi trażmessa separatament jew fuq bażi fakultattiva.

E.   Perjodiċità u perjodi tal-ewwel referenza

1. Il-karatteristiki taż-żjarat tal-istess jum imniżżla taħt it-titolu A għandhom jiġu trażmessi kull sena, b’rappurtar separat tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2014.

2. Il-karatteristiki taż-żjarat tal-istess jum imniżżla taħt it-titolu B għandhom jiġu trażmessi kull tliet snin, b’rappurtar separat tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2015. Għall-ewwel perjodu ta’ referenza biss, it-trażmissjoni għandha tkun 693 fakultattiva.



( 1 ) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

( 2 ) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

( 3 ) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1.