02011R0543 — MT — 15.11.2021 — 029.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 543/2011

tas-7 ta' Ġunju 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat

(ĠU L 157 15.6.2011, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 726/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011

  L 194

25

26.7.2011

 M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 898/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011

  L 231

11

8.9.2011

 M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 996/2011 tas-7 ta’ Ottubru 2011

  L 264

25

8.10.2011

 M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1020/2011 tal-14 ta’ Ottubru 2011

  L 270

14

15.10.2011

 M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1095/2011 tat-28 ta’ Ottubru 2011

  L 283

32

29.10.2011

 M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1325/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011

  L 335

66

17.12.2011

 M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 72/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012

  L 26

26

28.1.2012

►M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 302/2012 tal-4 ta’ April 2012

  L 99

21

5.4.2012

 M9

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 366/2012 tas-27 ta’ April 2012

  L 116

10

28.4.2012

 M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 450/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012

  L 140

53

30.5.2012

 M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 701/2012 tat-30 ta’ Lulju 2012

  L 203

60

31.7.2012

 M12

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 755/2012 tas-16 ta’ Awwissu 2012

  L 223

6

21.8.2012

 M13

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 781/2012 tat-28 ta’ Awwissu 2012

  L 232

5

29.8.2012

 M14

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 988/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012

  L 297

9

26.10.2012

 M15

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 353/2013 tat-18 ta’ April 2013

  L 109

1

19.4.2013

 M16

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

 M17

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 565/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013

  L 167

26

19.6.2013

►M18

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 594/2013 tal-21 ta’ Ġunju 2013

  L 170

43

22.6.2013

 M19

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 956/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013

  L 263

9

5.10.2013

 M20

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 979/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013

  L 272

35

12.10.2013

 M21

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 443/2014 tat-30 ta' April 2014

  L 130

41

1.5.2014

 M22

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 499/2014 tal-11 ta' Marzu 2014

  L 145

5

16.5.2014

 M23

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1139/2014 tas-27 ta' Ottubru 2014

  L 307

34

28.10.2014

 M24

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/678 tad-29 ta' April 2015

  L 111

24

30.4.2015

 M25

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2000 tad-9 ta' Novembru 2015

  L 292

4

10.11.2015

 M26

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2244 tat-3 ta' Diċembru 2015

  L 318

23

4.12.2015

 M27

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/674 tad-29 ta' April 2016

  L 116

23

30.4.2016

 M28

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2097 tat-30 ta' Novembru 2016

  L 326

9

1.12.2016

►M29

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/891 tat-13 ta' Marzu 2017

  L 138

4

25.5.2017

 M30

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017

  L 171

113

4.7.2017

►M31

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/428 tat-12 ta' Lulju 2018

  L 75

1

19.3.2019

 M32

IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2102 tal-15 ta’ Diċembru 2020

  L 425

84

16.12.2020

►M33

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1890 tat-2 ta’ Awwissu 2021

  L 384

23

29.10.2021

►M34

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1926 tal-5 ta’ Novembru 2021

  L 393

9

8.11.2021


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 162, 27.6.2015, p.  103 (499/2014)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 543/2011

tas-7 ta' Ġunju 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET TAL-BIDU

Artikolu 1

Ambitu u użu tat-termini

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat.

Madankollu, it-Titoli II u III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 1(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għat-tali prodotti maħsubin għall-ipproċessar biss.

2.  
It-termini użati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkollhom l-istess tifsira meta jintużaw f’dan ir-Regolament, sakemm dan ir-Regolament ma jispeċifikax mod ieħor.

▼M29 —————

▼B



TITOLU II

KLASSIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI



KAPITOLU I

Regoli ġenerali

Artikolu 3

Standards tal-kummerċjalizzazzjoni; min ikollu f’idejh il-prodotti

1.  
Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom iservu bħala l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. Id-dettalji tal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni huma mogħtija fil-Parti A tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

Il-frott u l-ħaxix li mhux kopert minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jikkonforma mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, f’każijiet fejn min ikollu f’idejh il-prodotti jkun f’qagħda li juri li dawn huma konformi mal-istandards applikabbli adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE), dawn il-prodotti għandhom jitqiesu li huma konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.  

L-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma mogħtija fil-Parti B tal-Anness I għal dan ir-Regolament għall-prodotti li ġejjin:

(a) 

it-tuffieħ,

(b) 

il-frott taċ-ċitru,

(c) 

il-frott tal-kiwi,

(d) 

il-ħass u l-indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’,

(e) 

il-ħawħ u n-nuċiprisk,

(f) 

il-lanġas,

(g) 

il-frawli,

(h) 

il-bżar ħelu,

(i) 

l-għeneb tal-mejda,

(j) 

it-tadam.

3.  
Għall-għanijiet tal-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,“min ikollu f’idejh il-prodotti” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha fil-pussess tagħha, fiżikament, il-prodotti kkonċernati.

Artikolu 4

Eċċezzjonijiet u eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

1.  

B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, dawn li ġejjin m’għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni:

(a) 

dejjem jekk ikunu immarkati b’mod ċar bil-kliem “maħsubin għall-ipproċessar” jew “għall-għalf tal-annimali” jew bi kwalunkwe frażi ekwivalenti oħra, il-prodotti:

(i) 

maħsubin għall-ipproċessar industrijali, jew

(ii) 

maħsubin għall-għalf tal-annimali jew għal użu ieħor iżda mhux għall-ikel;

(b) 

il-prodotti ttrasferiti mill-produttur fl-azjenda tiegħu lill-konsumaturi għall-użu personali tagħhom;

▼M18

(c) 

il-prodotti rrikonoxxuti, f’deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda fuq talba ta’ Stat Membru skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bħala prodotti ta’ reġjun partikolari li jinbiegħu minn negozju bl-imnut ta’ dak ir-reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati b’mod xieraq, ta' dak l-Istat Membru, f’każ ta’ konsum lokali tradizzjonali stabbilit sew;

▼B

(d) 

prodotti li jkunu ġew mirquma jew inqatgħu biex ikunu “lesti għall-ikel” jew “lesti għall-kċina”;

(e) 

prodotti kkummerċjalizzati bħala rimjiet li jittieklu, wara li tinbet iż-żerriegħa tal-pjanti kklassifikati bħala frott u ħaxix skont l-Artikolu 1(1)(i) u l-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.  

B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prodotti li ġejjin m’għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni f’żona partikulari tal-produzzjoni:

(a) 

prodotti mibjugħa jew ikkonsenjati minn min ikabbarhom lil stazzjonijiet tal-preparazzjoni jew tal-imballaġġ jew lil faċilitajiet tal-ħżin, jew ittrasportati mill-azjenda tiegħu lejn dawn l-istazzjonijiet; u

(b) 

prodotti ttrasportati mill-faċilitajiet tal-ħżin lejn l-istazzjonijiet tal-preparazzjoni u tal-imballaġġ.

3.  
B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni prodotti ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumaturi għall-użu personali tagħhom u ttikkettati bħala “prodotti maħsubin għall-ipproċessar” jew bi kwalunkwe frażi ekwivalenti oħra u maħsubin għall-ipproċessar, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1(a)(i) ta’ dan l-Artikolu.
4.  
B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni prodotti mibjugħin direttament mill-produttur lill-konsumatur aħħari għall-użu personali, fi swieq irriżervati biss għall-produtturi f’żona speċifika tal-produzzjoni ddefinita mill-Istati Membri.
5.  
B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni, fl-istadji ta’ wara l-bgħit, il-frott u l-ħaxix, minbarra dak tal-Klassi “Extra”, jista’ juri tnaqqis żgħir fil-freskezza u fid-dehra u kemm kemm taħsir minħabba l-iżvilupp tiegħu u minħabba t-tendenza tiegħu li jeħżien.
6.  

B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prodotti li ġejjin m’għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni:

(a) 

il-faqqiegħ mhux ikkultivat tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0709 59 ,

(b) 

il-kappar tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0709 90 40 ,

(c) 

il-lewż morr tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 11 10 ,

(d) 

il-lewż imqaxxar tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 12 ,

(e) 

il-ġellewż imqaxxar tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 22 ,

(f) 

il-ġewż imqaxxar tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 32 ,

(g) 

il-ġewż tal-arżnu [taż-żnuber] tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 90 50 ,

(h) 

il-pistaċċi tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 50 00 ,

(i) 

il-ġewż tal-Macadamia tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 60 00 ,

(j) 

il-ġewż Amerikan tal-kodiċi tan-NM bin-numru ex 0802 90 20 ,

(k) 

ġewż ieħor tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 90 85 ,

(l) 

il-pjantaġġini mnixxfin tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0803 00 90 ,

(m) 

il-frott taċ-ċitru mnixxef tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0805 ,

(n) 

it-taħlit ta’ ġewż tropikali tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0813 50 31 ,

(o) 

it-taħlit ta’ ġewż ieħor tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0813 50 39 ,

(p) 

iż-żagћfran tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0910 20 .

7.  
Lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandhom jingħatawlha provi li l-prodotti koperti mill-paragrafi 1(a) u 2 jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti, b’mod partikulari f’dak li jirrigwarda l-użu maħsub għalihom.

Artikolu 5

Dettalji tat-tagħrif

1.  
Id-dettalji tat-tagħrif meħtieġa skont dan il-Kapitolu għandhom jidhru b’mod li jkunu jistgħu jinqraw u f’pożizzjoni ovvja fuq il-ġenb tal-imballaġġ, u għandhom jew ikunu stampati b’mod li ma jitħassarx direttament fuq il-pakkett jew fuq tikketta li tkun parti integrali minnu jew li tkun imwaħħla sewwa miegħu.
2.  
Għal oġġetti ttrasportati fi kwantitajiet kbar u mgħobbija direttament fuq mezz tat-trasport, id-dettalji tat-tagħrif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw f’dokument li jakkompanja l-oġġetti jew jintwerew fuq nota mpoġġija f’pożizzjoni ovvja ġewwa l-mezz tat-trasport.
3.  
Fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandha teħtieġ li d-dettalji tat-tagħrif ikunu disponibbli qabel ma jiġi konkluż ix-xiri.
4.  
Il-fatturi u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, minbarra l-irċevuti għall-konsumaturi, għandhom jindikaw l-isem u l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti u, fejn ikun xieraq, il-klassi, il-varjetà jew it-tip kummerċjali tal-prodotti f’każ li dan ikun meħtieġ minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, jew il-fatt li dawn il-prodotti jkunu maħsubin għall-ipproċessar.

Artikolu 6

Dettalji tat-tagħrif fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

1.  
Fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, id-dettalji tat-tagħrif meħtieġa minn dan il-Kapitolu għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment u jkunu jidhru sew. Il-prodotti jistgħu jiġu ppreżentati għall-bejgħ sakemm il-bejjiegħ bl-imnut juri, bi prominenza, ħdejn il-prodotti u b’mod li jkun jista’ jinqara, id-dettalji tat-tagħrif dwar il-pajjiż tal-oriġini kif ukoll, fejn xieraq, il-klassi u l-varjetà jew it-tip kummerċjali tal-prodotti b’tali mod li ma jqarraqx bil-konsumaturi.
2.  
Għall-prodotti ppakkjati minn qabel skont it-tifsira tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), il-piż nett għandu jkun indikat flimkien mat-tagħrif kollu li dwaru hemm dispożizzjoni fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ prodotti mibjugħin skont l-għadd, m’għandux japplika r-rekwiżit li jkun indikat il-piż nett jekk l-għadd tal-ogġetti jista’ jidher b’mod ċar u dawn ikunu jistgħu jingħaddu faċilment minn barra, jew jekk l-għadd ikun indikat fuq it-tikketta.

▼M31

Artikolu 7

Taħlitiet

1.  

Għandha titħalla ssir il-kummerċjalizzazzjoni ta' pakketti b'piż nett ta' 5 kg jew anqas li jkun fihom taħlitiet ta' speċi differenti ta' frott, ħaxix, jew frott u ħaxix, dejjem jekk:

(a) 

il-prodotti jkunu tal-istess kwalità u kull prodott ikkonċernat ikun jikkonforma mal-istandard speċifiku rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni jew mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni, jekk ma jkunx hemm standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għal prodott partikolari;

(b) 

il-pakkett ikun ittikkettat kif suppost, skont dan il-Kapitolu, u

(c) 

it-taħlita ma tkunx waħda li tqarraq bil-konsumatur.

2.  
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1(a) ma għandhomx japplikaw għall-prodotti inklużi f'taħlita li ma jkunux prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
3.  

Jekk il-prodotti f'taħlita jkunu ġejjin minn aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, l-ismijiet sħaħ tal-pajjiżi tal-oriġini jistgħu jiġu sostitwiti b'waħda mill-frażijiet li ġejjin, skont kif ikun xieraq:

(a) 

“taħlita ta' frott mill-UE”, “taħlita ta' ħaxix mill-UE” jew “taħlita ta' frott u ħaxix mill-UE”;

(b) 

“taħlita ta' frott mhux mill-UE”, “taħlita ta' ħaxix mhux mill-UE” jew “taħlita ta' frott u ħaxix mhux mill-UE”;

(c) 

“taħlita ta' frott mill-UE u mhux mill-UE”, “taħlita ta' ħaxix mill-UE u mhux mill-UE” jew “taħlita ta' frott u ħaxix mill-UE u mhux mill-UE”.

▼B



KAPITOLU II

Verifiki dwar il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 8

Ambitu

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli dwar il-verifiki tal-konformità, li għandhom ifissru l-verifiki li jitwettqu fuq il-frott u l-ħaxix fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex jiġi vverifikat li dan jikkonforma mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Titolu u tal-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 9

Awtoritajiet ta’ koordinazzjoni u entitajiet ta’ spezzjoni

1.  

Kull Stat Membru għandu jaħtar:

(a) 

awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni u l-kuntatti fiż-żoni koperti minn dan il-Kapitolu, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-awtorità ta’ koordinazzjoni”; u

(b) 

entità jew entitajiet ta’ spezzjoni responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, minn hawn ’il quddiem imsejħin “l-entitajiet ta’ spezzjoni”.

L-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni u l-entitajiet ta’ spezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu pubbliċi jew privati. Madankollu, fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għalihom.

2.  

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a) 

l-isem u l-indirizz postali u dak elettroniku tal-awtorità ta’ koordinazzjoni li jkunu ħatru skont il-paragrafu 1(a);

(b) 

l-isem u l-indirizz postali u dak elettroniku tal-entitajiet ta’ spezzjoni li jkunu ħatru skont il-paragrafu 1(b); u

(c) 

id-deskrizzjoni eżatta tal-isferi rispettivi ta’ attività tal-entitajiet ta’ spezzjoni li jkunu ħatru.

3.  
L-awtorità ta’ koordinazzjoni tista’ tkun l-entità ta’ spezzjoni jew waħda mill-entitajiet ta’ spezzjoni jew kwalunkwe entità oħra maħtura skond il-paragrafu 1.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni maħtura mill-Istati Membri bil-mod li tqis li huwa xieraq.

Artikolu 10

Bażi tad-dejta dwar in-negozjanti

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-dejta dwar in-negozjanti tal-frott u l-ħaxix, li għandha telenka, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, in-negozjanti involuti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-frott u l-ħaxix li għalih ġew stabbiliti standards skont l-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe bażi tad-dejta jew bażijiet tad-dejta oħrajn li kienu diġà stabbiliti għal għanijiet oħrajn.

2.  

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament,“negozjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika:

(a) 

li jkollha frott u ħaxix suġġett għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni bil-ħsieb:

(i) 

li turih jew toffrih għall-bejgħ,

(ii) 

li tbigħu, jew

(iii) 

li tikkummerċjalizzah bi kwalunkwe mod ieħor, jew

(b) 

li twettaq realment kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) għall-frott u l-ħaxix suġġett għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu:

(a) 

il-bejgħ mill-bogħod kemm jekk isir bl-internet kif ukoll jekk isir xort’oħra,

(b) 

it-tali attivitajiet imwettqa minn persuna fiżika jew ġuridika għaliha nnifisha jew f’isem parti terza, u

(c) 

it-tali attivitajiet imwettqa fl-Unjoni u/jew permezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u/jew permezz tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi.

3.  

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom in-negozjanti li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-bażi tad-dejta jew le:

(a) 

negozjanti li l-attivitajiet tagħhom huma eżentati mill-obbligu li jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 4; u

(b) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-attivitajiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħaxix huma limitati jew għat-trasport tal-oġġetti, jew għall-bejgħ fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

4.  
Fejn il-bażi tad-dejta dwar in-negozjanti tkun magħmula minn diversi elementi separati, l-awtorità ta koordinazzjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-dejta, l-elementi tagħha u l-aġġornament tagħhom huma uniformi. L-aġġornament tal-bażi tad-dejta għandu jsir b’mod partikulari billi jintuża t-tagħrif miġbur matul il-verifiki tal-konformità.
5.  

Għal kull negozjant, il-bażi tad-dejta għandha tinkludi:

(a) 

in-numru ta’ reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz;

(b) 

it-tagħrif meħtieġ għall-klassifikazzjoni tan-negozjant f’waħda mill-kategoriji tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11(2), b’mod partikulari l-pożizzjoni fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni u tagħrif dwar kemm hi importanti l-kumpanija;

(c) 

tagħrif dwar is-sejbiet minn verifiki li jkunu saru qabel fuq kull negozjant;

(d) 

kwalunkwe tagħrif ieħor meqjus bħala tagħrif meħtieġ għall-verifiki bħat-tagħrif dwar l-eżistenza ta’ sistema għall-iżgurar tal-kwalità jew ta’ sistema ta’ verifika tan-negozjant fuqu nnifsu dwar il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-aġġornament tal-bażi tad-dejta għandu jitwettaq b’mod partikulari billi jintuża t-tagħrif miġbur matul il-verifiki tal-konformità.

6.  
In-negozjanti għandhom jipprovdu t-tagħrif li l-Istati Membri jqisu li huwa meħtieġ biex tiġi stabbilita u aġġornata l-bażi tad-dejta. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom in-negozjanti li mhumiex stabbiliti fit-territorju tagħhom imma li jagħmlu negozju fih għandhom jitniżżlu fil-bażi tad-dejta tagħhom.



Taqsima 2

Verifiki tal-konformità mwettqin mill-Istati Membri

Artikolu 11

Verifiki tal-konformità

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki tal-konformità jitwettqu b’mod selettiv, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, u bi frekwenza xierqa, sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Titolu u tal-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju għandhom jinkludu l-eżistenza taċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14 maħruġ minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li l-verifiki tal-konformità tiegħu ġew approvati skont l-Artikolu 15. L-eżistenza tat-tali ċertifikat għandha titqies bħala fattur li jnaqqas ir-riskju tan-nuqqas ta’ konformità.

Il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju jistgħu jinkludu wkoll:

(a) 

in-natura tal-prodott, il-perjodu tal-produzzjoni, il-prezz tal-prodott, it-temp, il-ħidmiet tal-ippakkjar u tal-immaniġġar, il-kundizzjonijiet tal-ħżin, il-pajjiż tal-oriġini, il-mezz tat-trasport jew il-volum tal-lott;

(b) 

id-daqs tan-negozjanti, il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni, il-volum jew il-valur tal-prodotti li jikkummerċjalizzaw, il-firxa tal-prodotti tagħhom, iż-żona tal-kunsinna jew it-tip ta’ negozju mwettaq bħall-ħżin, l-għażla, l-ippakkjar jew il-bejgħ;

(c) 

is-sejbiet minn verifiki li jkunu saru qabel, inklużi l-għadd u t-tip ta’ difetti misjuba, il-kwalità li normalment ikollhom il-prodotti kkummerċjalizzati u l-livell ta’ tagħmir tekniku użat;

(d) 

l-affidabbiltà tas-sistemi għall-iżgurar tal-kwalità jew tas-sistema ta’ verifika tan-negozjant fuqu nnifsu li n-negozjanti għandhom b’rabta mal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni;

(e) 

il-post fejn titwettaq il-verifika, b’mod partikulari jekk dan ikun il-punt tal-ewwel dħul tal-prodotti fl-Unjoni, jew jekk ikun il-post fejn il-prodotti jkunu qed jiġu ppakkjati jew ikunu qed jitgħabbew;

(f) 

kwalunkwe tagħrif ieħor li jista’ jindika riskju ta’ nuqqas ta’ konformità.

2.  
L-analiżi tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq it-tagħrif inkluż fil-bażi tad-dejta dwar in-negozjanti msemmija fl-Artikolu 10 u għandha tikklassifika n-negozjanti f’kategoriji tar-riskju.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel:

(a) 

il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju tan-nuqqas ta’ konformità tal-lottijiet;

(b) 

abbażi ta’ analiżi tar-riskju għal kull kategorija tar-riskju, il-proporzjonijiet minimi tan-negozjanti jew tal-lottijiet u/jew tal-kwantitajiet li se jkunu suġġetti għal verifika tal-konformità.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jwettqux verifiki selettivi fuq il-prodotti li ma jkunux suġġetti għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni, abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

3.  
F’każijiet fejn il-verifiki juru irregolaritajiet sinifikanti, l-Istati Membri għandhom iżidu l-frekwenza tal-verifiki marbutin man-negozjanti, il-prodotti, l-oriġini, jew il-parametri l-oħrajn ikkonċernati.
4.  
In-negozjanti għandhom jipprovdu lill-entitajiet tal-ispezzjoni t-tagħrif kollu li dawk l-entitajiet iqisu li huwa meħtieġ sabiex jiġu organizzati u jitwettqu l-verifiki tal-konformità.

Artikolu 12

Negozjanti approvati

1.  
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lin-negozjanti kklassifikati fil-kategorija tal-inqas riskju u li jipprovdu garanziji speċjali dwar il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex jużaw ix-xempju mogħti fl-Anness II fit-tikketta ta’ kull pakkett fl-istadju tal-bgħit u/jew biex jiffirmaw iċ-ċertifikat tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 14.
2.  
L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal perjodu ta’ tal-inqas sena.
3.  

In-negozjanti li jibbenefikaw minn din il-possibbiltà:

(a) 

għandu jkollhom persunal tal-ispezzjoni li jkun irċieva taħriġ approvat mill-Istati Membri;

(b) 

għandu jkollhom tagħmir xieraq għall-preparazzjoni u l-ippakkjar tal-prodotti;

(c) 

għandhom jintrabtu li jwettqu verifika tal-konformità fuq l-oġġetti kollha li jibagħtu u għandhom iżommu reġistru tal-verifiki kollha mwettqin.

4.  
Meta negozjant awtorizzat ma jibqax jikkonforma aktar mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru għandu jirtira l-awtorizzazzjoni.
5.  
Minkejja l-paragrafu 1, in-negozjanti awtorizzati jistgħu jkomplu jużaw xempji li fit- ►M18  21 ta’ Ġunju 2011 ◄ kienu jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

L-awtorizzazzjonijiet mogħtija lin-negozjanti qabel ►M18  it-22 ta’ Ġunju 2011 ◄ għandhom jibqgħu japplikaw għall-perjodu li għalih kienu ngħataw.

Artikolu 13

Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mid-dwana

1.  

Id-dwana tista’ taċċetta biss dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni u/jew dikarazzjonijiet għall-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti suġġetti għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni jekk:

(a) 

l-oġġetti jkollhom magħhom ċertifikat tal-konformità, jew

(b) 

l-entità kompetenti ta’ spezzjoni tkun għarrfet lill-awtorità doganali li l-lottijiet ikkonċernati jkun inħarġilhom ċertifikat tal-konformità, jew

(c) 

l-entità kompetenti ta’ spezzjoni tkun għarrfet lill-awtoritajiet doganali li hija ma ħarġitx ċertifikat tal-konformità għal-lottijiet ikkonċernati għaliex dawn ma kellhomx bżonn jiġu vverifikati fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11(1).

Dan għandu jsir mingħajr ħsara għal kwalunkwe verifiki tal-konformità li l-Istat Membru jista’ jwettaq skont l-Artikolu 11.

2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-prodotti li huma suġġetti għall-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni mogħti fil-Parti A tal-Anness I u għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) jekk l-Istat Membru kkonċernat iqis li dan huwa meħtieġ fid-dawl tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11(1).

Artikolu 14

Ċertifikat tal-konformità

1.  
Iċ-ċertifikati tal-konformità jistgħu jinħarġu minn awtorità kompetenti sabiex jikkonfermaw li l-prodotti kkonċernati jikkonformaw mal-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħin “iċ-ċertifikat”). Iċ-ċertifikat li għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni huwa mogħti fl-Anness III.

Minflok iċ-ċertifikati maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni, il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 15(4) jistgħu jużaw iċ-ċertifikati tagħhom, dejjem jekk dawn ikun fihom tagħrif li jkun tal-inqas ekwivalenti għal dak mogħti fiċ-ċertifikat tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, bil-mezzi li tqis li huma xierqa, kampjuni tat-tali ċertifikati ta’ pajjiżi terzi.

2.  
Dawn iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu kemm f’format fuq il-karta b’firma oriġinali kif ukoll f’format elettroniku vverifikat b’firma elettronika.
3.  
Kull ċertifikat għandu jkun ittimbrat mill-awtorità kompetenti u ffirmat mill-persuna jew mill-persuni li jkollhom is-setgħa jagħmlu dan.
4.  
Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu tal-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
5.  
Kull ċertifikat għandu jkollu numru tas-serje li permezz tiegħu jkun jista’ jiġi identifikat. L-awtorità kompetenti għandha żżomm kopja ta’ kull ċertifikat li toħroġ.
6.  
Minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw ċertifikati li fit-30 ta’ Ġunju 2009 kienu jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.



Taqsima 3

Verifiki tal-konformità mwettqin minn pajjiżi terzi

Artikolu 15

Approvazzjoni ta’ verifiki tal-konformità mwettqin minn pajjiżi terzi qabel l-importazzjoni fl-Unjoni

▼M18

1.  
Fuq talba ta’ pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tapprova, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, verifiki tal-konformità mal-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni mwettqin minn dak il-pajjiż terz qabel l-importazzjoni fl-Unjoni.

▼B

2.  
L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata lill-pajjiżi terzi fil-każijiet fejn jintlaħqu l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni, jew tal-inqas standards ekwivalenti, għall-prodotti esportati lejn l-Unjoni.

L-approvazzjoni għandha tispeċifika l-awtorità uffiċjali fil-pajjiż terz li taħt ir-responsabbiltà tagħha jitwettqu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1. Dik l-awtorità għandha tkun responsabbli għall-kuntatti mal-Unjoni. L-approvazzjoni għandha tispeċifika wkoll l-entitajiet ta’ spezzjoni tal-pajjiż terz li jwettqu l-verifiki x-xierqa.

L-approvazzjoni għandha tapplika biss għall-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż terz ikkonċernat u tista’ tkun limitata għal ċerti prodotti.

3.  
L-entitajiet ta’ spezzjoni tal-pajjiż terz għandhom ikunu entitajiet uffiċjali jew irrikonoxxuti uffiċjalment mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 2 li jipprovdu garanziji sodisfaċenti u li għandhom il-persunal, it-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa biex iwettqu l-verifiki skont il-metodi msemmija fl-Artikolu 17(1) jew b’metodi ekwivalenti.
4.  
Il-pajjiżi terzi li l-verifiki tal-konformità tagħhom ġew approvati skont dan l-Artikolu, u l-prodotti kkonċernati, għandhom jingħataw fl-Anness IV.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, bil-mezzi li tqis li huma xierqa, id-dettalji tal-awtoritajiet uffiċjali u tal-entitajiet ta’ spezzjoni kkonċernati.

Artikolu 16

Sospensjoni tal-approvazzjoni tal-verifiki tal-konformità

Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-approvazzjoni tal-verifiki tal-konformità jekk jinstab li, f’għadd sinifikanti ta’ lottijiet u/jew ta’ kwantitajiet, l-oġġetti ma jikkorrispondux mat-tagħrif mogħti fiċ-ċertifikati tal-konformità maħruġin mill-entitajiet ta’ spezzjoni ta’ pajjiż terz.



Taqsima 4

Metodi ta’ spezzjoni

Artikolu 17

Metodi ta’ spezzjoni

1.  
Il-verifiki tal-konformità li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan il-Kapitolu, ħlief għal dawk fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari, għandhom jitwettqu skont il-metodi ta’ spezzjoni stabbiliti fl-Anness V, ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi għall-verifika tal-konformità fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari.

2.  
Meta l-ispetturi jsibu li l-oġġetti huma konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, l-entità ta’ spezzjoni tista’ toħroġ ċertifikat tal-konformità kif ipprovdut fl-Anness III.
3.  
Meta l-oġġetti ma jikkonformawx mal-istandards, l-entità ta’ spezzjoni għandha toħroġ riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità lin-negozjanti jew lir-rappreżentanti tagħhom. L-oġġetti li għalihom ikun inħareġ riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità ma jistgħux jiġu mċaqalqin mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-entità ta’ spezzjoni li tkun ħarġet dak ir-riżultat. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun suġġetta għat-tħaris tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-entità ta’ spezzjoni.

In-negozjanti jistgħu jiddeċiedu li jġibu konformi l-oġġetti kollha jew uħud minnhom. L-oġġetti miġjuba konformi ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati qabel ma l-entità ta’ spezzjoni kompetenti tkun żgurat, bil-mezzi x-xierqa kollha, li l-oġġetti jkunu fil-fatt inġabu konformi. L-entità ta’ spezzjoni kompetenti għandha toħroġ, fejn applikabbli, ċertifikat tal-konformità kif ipprovdut fl-Anness III għal-lott jew għall-parti minnu biss ladarba l-oġġetti jkunu nġabu konformi.

Jekk entità ta’ spezzjoni taċċetta x-xewqa ta’ negozjant li jġib l-oġġetti konformi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun saret il-verifika li wasslet għar-riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità, in-negozjant għandu jgħarraf lill-entità ta’ spezzjoni kompetenti tal-Istat Membru destinatarju dwar il-lott li mhux konformi. L-Istat Membru li joħroġ ir-riżultat tan-nuqqas ta’ konformità għandu jibgħat kopja ta’ dan ir-riżultat lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, inkluż lill-Istat Membru destinatarju tal-lott li mhux konformi.

Meta l-oġġetti la jkunu jistgħu jinġabu konformi u lanqas ma jkunu jistgħu jintbagħtu bħala għalf għall-annimali, għall-ipproċessar industrijali jew għal kwalunkwe użu ieħor iżda mhux għall-ikel, l-entità ta’ spezzjoni tista’, jekk ikun hemm bżonn, titlob lin-negozjanti jieħdu l-miżuri x-xierqa sabiex jiżguraw li l-prodotti kkonċernati ma jiġux ikkummerċjalizzati.

In-negozjanti għandhom jipprovdu t-tagħrif kollu li l-Istati Membri jqisu li huwa meħtieġ sabiex jiġi applikat dan il-paragrafu.



Taqsima 5

Notifiki

Artikolu 18

Notifiki

1.  
Stat Membru li fih tinstab kunsinna minn Stat Membru ieħor li ma tikkonformax mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni minħabba difetti jew deterjorament li setgħu nkixfu fil-ħin tal-imballaġġ għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li x’aktarx ikunu kkonċernati.
2.  
Stat Membru li fih lott ta’ oġġetti minn pajjiż terz jiġi rrifjutat milli jinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li x’aktarx ikunu kkonċernati u lill-pajjiż terz ikkonċernat u mniżżel fl-Anness IV.
3.  
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tagħhom tas-sistemi tal-ispezzjoni u tal-analiżi tar-riskju. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull emenda sussegwenti għal dawk is-sistemi.
4.  
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati fil-qosor tal-ispezzjonijiet fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni f’sena partikulari sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.
5.  
In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom isiru bil-mezzi speċifikati mill-Kummissjoni.



TITOLU III

ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI



KAPITOLU I

Rekwiżiti u rikonoxximent

▼M29 —————

▼B



Taqsima 4

Gruppi tal-produtturi

Artikolu 36

Tressiq tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

1.  
Entità legali jew parti ddefinita b’mod ċar ta’ entità legali għandha tressaq il-pjan ta’ rikonoxximent imsemmi fl-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-entità għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha.
2.  

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

(a) 

il-kriterji minimi li l-entità legali jew li l-parti ddefinita b’mod ċar tal-entità legali għandha tilħaq sabiex tkun tista’ tressaq pjan ta’ rikonoxximent;

(b) 

ir-regoli għall-abbozzar, il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent;

(c) 

il-perjodu li matulu xi ħadd li qabel kien membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandu jkun ipprojbit milli jidħol fi grupp tal-produtturi wara li jkun telaq mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tal-prodotti li għalihom l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun ġiet irrikonoxxuta; u

(d) 

il-proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni, il-monitoraġġ u t-twettiq tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent; u

▼M8

(e) 

ir-regoli biex ikun evitat li produttur jibbenefika mill-assistenza tal-Unjoni għall-gruppi ta’ produtturi għal perjodu itwal minn 5 snin.

▼B

Artikolu 37

Kontenut tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

Abbozz ta’ pjan ta’ rikonoxximent għandu jkopri tal-inqas dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, b’mod partikulari fir-rigward tal-għadd ta’ membri produtturi, li tagħti d-dettalji kollha tal-membri, il-produzzjoni, inkluż il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, il-kummerċjalizzazzjoni u l-infrastruttura li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-grupp tal-produtturi, inkluża l-infrastruttura li għandhom il-membri individwali tal-grupp tal-produtturi;

(b) 

id-data proposta għall-bidu tal-implimentazzjoni tal-pjan u t-tul tiegħu, li m’għandux ikun ta’ iktar minn ħames snin; u

(c) 

l-attivitajiet u l-investimenti li għandhom ikunu implimentati sabiex jinkiseb ir-rikonoxximent.

▼M8

L-investimenti msemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu ma għandhomx jinkludu l-investimenti elenkati fl-Anness Va.

▼B

Artikolu 38

Approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

▼M8

1.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tieħu waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ pjan ta’ rikonoxximent flimkien mal-provi dokumentati kollha. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal limitu iqsar taż-żmien.

▼B

2.  
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tal-ħidmiet u tal-infiq li jsiru fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent, inklużi regoli dwar l-eliġibbiltà tal-investimenti, sabiex il-gruppi tal-produtturi jkunu konformi mal-kriterji tar-rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 125b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

▼M8

3.  

Wara l-verifiki tal-konformità msemmija fl-Artikolu 111, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha, skont kif xieraq:

(a) 

taċċetta b’mod provviżorju l-pjan u tagħti rikonoxximent preliminari;

(b) 

titlob tibdiliet għall-pjan, inklużi tibdiliet b’relazzjoni mat-tul ta’ żmien tagħhom. B’mod partikolari, l-Istat Membru għandu jivvaluta jekk il-fażijiet proposti humiex twal mingħajr raġuni u għandu jitlob modifiki meta grupp ta’ produtturi jista’ jissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(c) 

tiċħad il-pjan, speċjalment fil-każ meta l-entitajiet legali jew partijiet definiti b’mod ċar ta’ dawn l-entitajiet li japplikaw għal rikonoxximent preliminari bħala gruppi ta’ produtturi diġà jissodisfaw il-kriterji għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta’ produtturi.

L-aċċettazzjoni provviżorja tista’, fejn ikun meħtieġ, tingħata biss jekk il-bidliet mitluba skont il-punt (b) ikunu ġew inkorporati fil-pjan.

▼M8

4.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Lulju ta’ kwalunkwe sena partikolari, dwar id-deċiżjonijiet li provviżorjament jaċċettaw il-pjanijjjiet ta’ rikonoxximent u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ dawk il-pjanijiet, bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Anness Vb.
5.  
Ladarba jkunu stipulati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(4), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tipprovdi lill-grupi ta’ produtturi kkonċernati b’opportunità li jemendaw jew jirtiraw il-pjanijiet ta’ rikonoxximent tagħhom Meta grupp ta’ produtturi ma jirtirax il-pjan tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta dan il-pjan b’mod definit suġġett għal tali emendi li l-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra neċessarji.
6.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tgħarraf lill-entità legali jew lill-parti ta’ -entità legali ddefinita b’mod ċar bid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 5.

▼B

Artikolu 39

Implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

1.  
Il-pjan ta’ rikonoxximent għandu jiġi implimentat f’partijiet annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-gruppi tal-produtturi jaqsmu dawn il-partijiet annwali f’partijiet semestrali.

Għall-ewwel sena tal-implimentazzjoni skont id-data proposta msemmija fl-Artikolu 37(b), il-pjan ta’ rikonoxximent għandu jibda:

(a) 

fl-1 ta’ Jannar ta’ wara d-data tal-aċċettazzjoni tiegħu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru; jew

(b) 

fl-ewwel jum kalendarju wara d-data tal-aċċettazzjoni tiegħu.

L-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent għandha fi kwalunkwe każ tintemm fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena.

▼M8

2.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom il-gruppi ta’ produtturi jistgħu jitolbu li jsiru bidliet fil-pjanijiet matul l-implimentazzjoni tagħhom. Dawn it-talbiet għandu jkollhom magħhom il-provi dokumentati kollha meħtieġa.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-pjanijiet ta’ rikonoxximenti jistgħu jkunu emendati matul taqsima annwali jew taqsima semestrali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dawn il-bidliet għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna biss jekk il-grupp tal-produtturi jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bihom minnufih.

Il-gruppi ta’ produtturi jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, matul sena partikolari u fir-rigward ta’ dik is-sena, li jżidu l-ammont totali tan-nefqa stabbilita fil-pjan ta’ rikonoxximent b’massimu ta’ 5 % tal-ammont totali approvat inizjalment jew li jnaqqsuh b’perċentwali massimu li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri, fiż-żewġ każijiet, sakemm l-objettivi kumplessivi tal-pjan ta’ rikonoxximent jinżammu u sakemm in-nefqa kumplessiva tal-Unjoni fil-livell tal-Istat Membru kkonċernat ma taqbiżx l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokata għal dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 47(4).

Fil-każ ta’ amalgamazzjonijiet ta’ gruppi ta’ produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 48, il-limitu ta’ 5 % għandu japplika għall-ammont totali tan-nefqa stabbilit fil-pjanijiet ta’ rikonoxximent tal-gruppi ta’ produtturi amalgamati.

▼B

3.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddeċiedi dwar il-bidliet fil-pjanijiet fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba għall-bidla, wara li tqis il-provi li jkunu ntbagħtu. Meta ma tittieħed ebda deċiżjoni dwar it-talba għall-bidla f’dak il-perjodu, it-talba għandha titqies li kienet miċħuda. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal limitu iqsar taż-żmien.

Artikolu 40

Applikazzjonijiet għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi

1.  
Il-gruppi tal-produtturi li jimplimentaw pjan ta’ rikonoxximent jistgħu, fi kwalunkwe ħin, iressqu applikazzjoni għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 125b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. It-tali applikazzjonijiet għandhom, fi kwalunkwe każ, jitressqu qabel tmiem il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2.  
Mid-data li fiha ssir it-tali applikazzjoni, il-grupp ikkonċernat jista’ jressaq abbozz ta’ programm operattiv skont l-Artikolu 63.

Artikolu 41

Attivitajiet ewlenin tal-gruppi tal-produtturi

1.  
L-attività ewlenija ta’ grupp tal-produtturi għandha tirrigwarda l-konċentrazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tiegħu li għalihom ikun irrikonoxxut b’mod preliminari.
2.  
Grupp tal-produtturi jista’ jbigħ prodotti ta’ produtturi li ma jkunux membri ta’ grupp tal-produtturi, f’każ li jkun irrikonoxxut għal dawk il-prodotti u dejjem jekk il-valur ekonomiku ta’ dik l-attività jkun inqas mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-membri tal-grupp tal-produtturi stess u tal-membri tal-gruppi tal-produtturi l-oħrajn.

Artikolu 42

Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

1.  
L-Artikolu 50(1) sa (4) u (7) u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-gruppi tal-produtturi.
2.  
F’każ li jkun seħħ tnaqqis ta’ tal-inqas 35 % fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata minħabba raġunijiet, iġġustifikati kif xieraq lill-Istat Membru, li jaqgħu barra mir-responsabbiltà u l-kontroll tal-grupp tal-produtturi, il-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jitqies li jirrappreżenta 65 % tal-valur totali ddikjarat fl-applikazzjoni jew fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna ta’ qabel li jkopru l-iktar parti annwali riċenti, kif ivverifikat mill-Istat Membru, u fin-nuqqas ta’ dan, tal-valur iddikjarat inizjalment fil-pjan ta’ rikonoxximent approvat.
3.  
Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni li tapplika għall-perjodu li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna.

Artikolu 43

Finanzjament tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

1.  
Ir-rati ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jitnaqqsu bin-nofs għall-produzzjoni kkummerċjalizzata li tkun ta’ iktar minn EUR 1 000 000 .
2.  
L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tkun suġġetta għal limitu massimu annwali ta’ EUR 100 000 għal kull grupp tal-produtturi.
3.  

L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha titħallas:

(a) 

fi ħlasijiet akkont annwali jew semestrali fl-aħħar ta’ kull perjodu annwali jew semestrali għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent; jew

(b) 

fi ħlasijiet akkont li jkopru parti mill-perjodu annwali jekk il-pjan jibda matul il-perjodu annwali jew jekk ir-rikonoxximent iseħħ skont l-Artikolu 125b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel it-tmiem ta’ perjodu annwali. F’dak il-każ, il-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat.

Sabiex jiġu kkalkulati l-ħlasijiet akkont, l-Istati Membri jistgħu jużaw bħala bażi l-produzzjoni kkummerċjalizzata li tikkorrispondi ma’ perjodu li ma jkunx dak li għalih qed jitħallas il-ħlas akkont, meta l-verifiki jkunu jeħtieġu dan. Id-differenza bejn il-perjodi għandha tkun inqas minn dak il-perjodu kkonċernat.

4.  
Ir-rata tal-kambju applikabbli għall-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun l-iktar rata riċenti ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel ġurnata tal-perjodu li għalih tkun qed tingħata l-għajnuna kkonċernata.

Artikolu 44

Għajnuna għall-investimenti meħtieġa għar-rikonoxximent

L-investimenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent imsemmija fl-Artikolu 37(c) ta’ dan ir-Regolament, li għalihom tingħata għajnuna skont l-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffinanzjati skont kemm jintużaw għall-prodotti tal-membri ta’ grupp tal-produtturi li jkun ġie rrikonoxxut b’mod preliminari.

L-investimenti li x’aktarx ifixklu l-kompetizzjoni fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi oħrajn tal-grupp tal-produturi għandhom jiġu esklużi mill-għajnuna tal-Unjoni.

▼M8

L-investimenti jistgħu jkunu implimentati fuq azjendi individwali u/jew binjiet ta’ membri produtturi tal-grupp ta’ produtturi, sakemm dawn jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-pjan ta’ rikonoxximent. Jekk il-membru jitlaq mill-grupp ta’ produtturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment u l-valur residwu tiegħu, meta l-perjodu ta’ ammortizzazzjoni għadu ma skadix, jiġi rkuprat.

▼B

Artikolu 45

Applikazzjoni għall-għajnuna

1.  
Grupp ta’ produtturi għandu jressaq applikazzjoni waħda għall-għajnuna msemmija fl-Artikoli 103a(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta’ kull perjodu annwali jew semestrali kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-perjodu li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna.
2.  

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jkopru perjodi semestrali jistgħu jitressqu biss jekk il-pjan ta’ rikonoxximent ikun maqsum f’perjodi semestrali kif imsemmi fl-Artikolu 39(1). L-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna għandu jkollhom magħhom dikjarazzjoni bil-miktub mill-grupp tal-produtturi li tikkonferma li dan tal-aħħar:

(a) 

jimxi u se jimxi skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u skont dan ir-Regolament; u

(b) 

ma jkunx ibbenefika, mhux qed jibbenefika u mhux se jibbenefika, la direttament u lanqas indirettament, minn finanzjament doppju tal-Unjoni jew nazzjonali għal azzjonijiet implimentati skont il-pjan ta’ rikonoxximent tiegħu li għalih ikun qed jingħata finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-data ta’ skadenza għall-ħlas tal-għajnuna li, fi kwalunkwe każ, m’għandhiex tkun iktar minn sitt xhur wara li jirċievu l-applikazzjoni.

Artikolu 46

Eliġibbiltà

L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-eliġibbiltà tal-gruppi tal-produtturi għall-għajnuna skont dan ir-Regolament sabiex jistabbilixxu li l-għajnuna tkun iġġustifikata kif xieraq, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet u d-data li fiha tkun ingħatat kull għajnuna pubblika preċedenti lill-organizzazzjonijiet jew lill-gruppi tal-produtturi li minnhom joriġinaw il-membri tal-grupp tal-produtturi kkonċernat u għal kull ċaqliq ta’ membri bejn organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi tal-produtturi.

▼M8

Artikolu 47

Kontribuzzjoni tal-Unjoni

1.  

Suġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-għajnuna kif imsemmija fl-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jammonta għal:

(a) 

75 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; kif ukoll

(b) 

50 % f’reġjunijiet oħra.

L-Istat Membru jista’ jħallas l-għajnuna nazzjonali tiegħu bħala ħlas b’rata fissa. Mhux se tkun meħtieġa fl-applikazzjoni l-inklużjoni ta’ provi dwar l-użu tal-għajnuna.

2.  

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-għajnuna kif imsemmija fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, mogħti f’termini ta’ għotja kapitali jew ta’ ekwivalenti ta’ għotja kapitali, m’għandux ikun ta’ iktar minn, bħala perċentwali tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment:

(a) 

50 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; kif ukoll

(b) 

30 % fir-reġjuni l-oħra.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jintrabtu li jikkontribwixxu tal-inqas 5 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-ispejjeż eliġibbli tal-investiment għandhom iħallsu tal-inqas:

(a) 

25 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; kif ukoll

(b) 

45 % fir-reġjuni l-oħra.

3.  

Suġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-għajnuna msemmi fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun determinat għal kull grupp ta’ produtturi abbażi tal-valur tiegħu ta’ produzzjoni kkumerċjalizzata u għandu jkun suġġett għar-regoli li ġejjin:

(a) 

fir-rigward ta’ gruppi ta’ produtturi fi Stati Membri li saru Membri tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, ma għandu japplika l-ebda limitu fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent tagħhom, u għandu japplika limitu ta’ 70 %, 50 % u 20 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent tagħhom rispettivament;

(b) 

fir-rigward ta’ gruppi ta’ produtturi fir-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew fil-Gżejjer Minuri tal-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 ( 4 ), il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun limitata għal 25 %, 20 %, 15 %, 10 % u 5 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames sena tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent tagħhom rispettivament.

4.  
In-nefqa totali għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhiex taqbeż l-EUR 10 000 000 għal kull sena kalendarja.

Abbażi tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 38(4), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi koeffiċjenti ta’ allokazzjoni u tistabbilixxi t-total disponibbli tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull Stat Membru kull sena abbażi ta’ dawk il-koeffiċjenti. Jekk għal kwalunkwe sena, l-ammont totali li jirriżulta min-notifiki msemmija fl-Artikolu 38(4), ma jaqbiżx l-ammont masimu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għandu jkun stabbilit fil-livell ta’ 100 %

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tingħata skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu. Ma għandha tingħata l-ebda kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta’ pjanijiet ta’ rikonoxximent li ma kinux innotifikati skont l-Artikolu 38(4).

Ir-rata tal-kambju applikabbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull Stat Membru għandha tkun l-iktar rata riċenti ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel id-data prevista fl-Artikolu 38(4).

▼B

Artikolu 48

Fużjoni

1.  
L-għajnuna kif prevista fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tista’ tingħata, jew tista’ tkompli tingħata, lil gruppi ta’ produtturi li jkunu ngħataw rikonoxximent preliminari u li jirriżultaw mill-fużjoni ta’ żewġ gruppi tal-produtturi jew aktar li jkunu ngħataw rikonoxximent preliminari.
2.  
Għall-għanijiet tal-kalkolu tal-għajnuna li għandha titħallas skont il-paragrafu 1, il-grupp tal-produtturi li jirriżulta mill-fużjoni għandu jieħu post il-gruppi li jkunu qed jingħaqdu flimkien.
3.  
Meta jingħaqdu flimkien żewġ gruppi tal-produtturi jew aktar, l-entità l-ġdida għandha tieħu f’idejha d-drittijiet u l-obbligi tal-grupp tal-produtturi li jkun ingħata r-rikonoxximent preliminari l-ewwel.
4.  
Meta grupp ta’ produtturi li jkun ingħata rikonoxximent preliminari jingħaqad ma’ organizzazzjoni rrikonoxxuta tal-produtturi, l-entità li tirriżulta ma tibqax eliġibbli għar-rikonoxximent preliminari bħala grupp ta’ produtturi u lanqas ma tibqa’ eliġibbli għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-entità li tirriżulta għandha tkompli tkun ittrattata bħala organizzazzjoni rrikonoxxuta tal-produtturi, dejjem jekk hija tħares ir-rekwiżiti applikabbli. Jekk ikun meħtieġ, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha titlob bidla fil-programm operattiv tagħha, u għal dan il-għan għandu japplika l-Artikolu 29 mutatis mutandis.

Madankollu, l-azzjonijiet imwettqa mill-gruppi tal-produtturi qabel din il-fużjoni għandhom ikomplu jkunu eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rikonoxximent.

Artikolu 49

Konsegwenzi tar-rikonoxximent

1.  
L-għajnuna kif prevista fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tintemm ladarba jingħata r-rikonoxximent.
2.  
Meta jitressaq programm operattiv skont dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li ma jkunx hemm finanzjament doppju tal-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rikonoxximent.
3.  
L-investimenti li jikkwalifikaw għall-għajnuna jew l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistgħu jiġu ttrasferiti lejn il-programmi operattivi dejjem jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
4.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu, li jibda wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent, li fih il-grupp tal-produtturi għandu jkun obbligat li jkun irrikonoxxut bħala organizzazzjoni tal-produtturi. Dan il-perjodu m’għandux ikun ta’ iktar minn erba’ xhur.

▼M29 —————

▼B



TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻIZZJONALI U FINALI

▼M29 —————

▼B

Artikolu 149

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jitħassar.

Madankollu, l-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jibqa’ japplika sal-31 ta’ Awwissu 2011.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw, fejn ikun xieraq, skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XIX.

Artikolu 150

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  
Il-programmi operattivi li jibbenefikaw mill-Artikolu 203a(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistgħu jkomplu għaddejjin sa ma jintemmu, dejjem jekk dawn ikunu konformi mar-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta’ Jannar 2008.
2.  
Għall-għanijiet tal-Artikolu 203a(6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-regoli dwar il-karatteristiċi minimi tal-materja prima pprovduta għall-ipproċessar u r-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-prodotti lesti li għandhom jibqgħu japplikaw għall-materja prima li jinħasdu fit-territorju tal-Istati Membri li jużaw l-arranġament tranżizzjonali msemmi f’dak il-paragrafu għandhom ikunu, minbarra kwalunkwe standards rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fit-Titolu II ta’ dan ir-Regolament, dawk inklużi fir-Regolamenti tal-Kummissjoni mniżżlin fl-Anness XX.
3.  
Il-pjanijiet ta’ rikonoxximent aċċettati skont ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għadhom qed jibbenefikaw mill-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 203a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-gruppi tal-produtturi li mhumiex fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, u li mhumiex fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew fil-Gżejjer minuri tal-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 ( 5 ) għandhom jiġu ffinanzjati bir-rati stabbiliti fl-Artikolu 103a(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Il-pjanijiet ta’ rikonoxximent aċċettati skont ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 li bbenefikaw mill-Artikolu 14(7) ta’ dak ir-Regolament u li għadhom qed jibbenefikaw mill-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 203a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu ffinanzjati bir-rati stabbiliti fl-Artikolu 103a(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

4.  

L-Istati Membri għandhom jemendaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2011, jekk ikun hemm bżonn, sabiex:

(a) 

jiġġustifikaw kif xieraq id-distanza li se titqies bħala waħda sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 50(7)(b);

(b) 

jistabbilixxu l-perċentwal massimu tal-infiq annwali li jsir fil-kuntest ta’ programm operattiv li għandu jintuża għal azzjonijiet marbutin mal-ġestjoni ambjentali tal-imballaġġ kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(4).

5.  
Il-programmi operattivi li kienu approvati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu għaddejjin sa ma jintemmu mingħajr ma jissodisfaw il-perċentwal massimu li dwaru hemm dispożizzjoni fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(4).

Artikolu 151

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M33




ANNESS I

STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

PARTI A

Standard Ġenerali tal-Kummerċjalizzazzjoni

L-għan ta’ dan l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità tal-frott u l-ħaxix, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.

1.    Rekwiżiti minimi

Bla preġudizzju għat-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

— 
intatti,
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux adattati għall-konsum huma esklużi,
— 
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:

— 
jifilħu għat-trasport u l-ġarr,
— 
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

2.    Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-prodotti jridu ikunu żviluppati biżżejjed iżda mhux iżżejjed, u l-frott irid ikun jidher li sar b'mod sodisfaċenti u ma għandux ikun misjur iżżejjed.

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-prodotti jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.

3.    Tolleranza

F’kull lot għandha tiġi permessa tolleranza ta’ 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità. F’din it-tolleranza ma għandux ikun hemm iktar minn 2% mit-total li jkun jikkonsisti fi prodott li beda jitħassar.

4.    Marka

Kull pakkett ( 6 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz fiżiku ta’ min jippakkja u/jew l-ispeditur (pereżempju: triq/belt/reġjun/kodiċi postali u, jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Oriġini

L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini ( 7 ). Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI B

L-Istandards Speċifiċi tal-Kummerċjalizzazzjoni

PARTI 1: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TUFFIEĦ

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għat-tuffieħ ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tuffieħ għandu jkun:

— 
intatt,
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
— 
ħieles minn taħsir fuq ġewwa (watercore), ħlief għall-varjetajiet immarkati b’“V” elenkati fl-appendiċi ta’ dan l-istandard,
— 
ħieles minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ għandhom ikunu tali li jippermettulu:

— 
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Rekwiżiti tal-maturità

It-tuffieħ irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b'mod sodisfaċenti.

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tuffieħ iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti minimi ta' maturità, jistgħu jitqiesu għadd ta' parametri (pereżempju l-aspett morfoloġiku, it-togħma, kemm hu sod il-prodott u l-indiċi refrattometriku tiegħu).

C.    Klassifikazzjoni

It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definiti hawn taħt.

(i)    Klassi "Extra"

It-tuffieħ f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà ( 8 ) u z-zokk irid ikun intatt.

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

— 
3/4 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,
— 
1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,
— 
1/3 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,
— 
l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difetti żgħar ħafna fil-qoxra,
— 
b'qoxra li hija kemxejn ħoxna u ħamra samranija (russeting) ( 9 ) bħal pereżempju:
— 
partijiet li huma kannella li jistgħu ma jkunux 'il barra mill-ħofra taz-zokk u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew
— 
traċċi ħfief u iżolati ta' qoxra ħoxna u ħamra samranija (russeting).

(ii)    Klassi I

It-tuffieħ f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari ( 10 ).

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

— 
1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,
— 
1/3 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,
— 
1/10 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,
— 
l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma,
— 
difett żgħir fl-iżvilupp,
— 
difett żgħir fil-kulur,
— 
dbabar ħfief li mhumiex ikbar minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-kulur,
— 
difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
— 
2 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
— 
1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 0.25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
— 
b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija ( 11 ) bħal pereżempju:
— 
partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu kemxejn 'il barra mill-ħofra taz-zokk jew tal-pistill u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew
— 
qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew
— 
qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/20 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt
— 
li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta' 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

Iz-zokk jista' jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra ta' maġenbha ma tkunx imħassra.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm it-tuffieħ iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

— 
difetti fil-forma,
— 
difetti fl-iżvilupp,
— 
difetti fil-kulur,
— 
dbabar ħfief li ma jaqbżux il-1.5 cm2 tal-erja tal-wiċċ li tista' tkun tilfet kemxejn il-kulur,
— 
difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:
— 
4 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
— 
2,5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ;
— 
b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija ( 12 ) bħal pereżempju
— 
partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu 'il barra mill-ħofor taz-zokk jew tal-pistili u li jistgħu jkunu kemxejn raffi u/jew
— 
qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew
— 
qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt
— 
li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta' 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit jew skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun ta' 60 mm, jekk jitkejjel skont id-dijametru jew 90 g jekk jiġi mkejjel skont il-piż. Frott ta' daqs iżgħar jista' jiġi aċċettat, jekk il-livell Brix ( 13 ) tal-prodott ikun ta' 10.5° Brix jew akbar u d-daqs ma jkunx iżgħar minn 50 mm jew 70 g.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a) 

għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

— 
5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley's Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tilħaq sa 10 mm, u
— 
10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Nebbiet ta' Bramley (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tkun sa 20 mm.
(b) 

għall-frott imkejjel skont il-piż:

— 
Għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef:



Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

70-90

15 g

91-135

20 g

136-200

30 g

201-300

40 g

> 300

50 g

— 
Għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:



Firxa (gm)

Uniformità (gm)

70-135

35

136-300

70

> 300

100

M’hemmx rekwiżit dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

Varjetajiet ta’ tuffieħ ċkejken, immarkati b’“M” fl-appendiċi għal dan l-istandard, huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar id-daqs. Dawk il-varjetajiet ċkejknin għandu jkollhom livell Brix ( 14 ) minimu ta’ 12°.

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skonFVt l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta':

— 
5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,
— 
10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk jiġi mkejjel) u l-istess grad ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. B'mod partikolari, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta' aktar minn 3 kg għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, partikolarment karti jew bolol li fihom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess, sakemm l-istampar jew it-tabellar ikun sar b' inka jew kolla mhux tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 15 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
"Tuffieħ" jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.
— 
L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali ( 16 ) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.
— 
Fil-każ ta’ mutazzjonijiet bi protezzjoni varjetali, l-isem tal-varjetà bażika jista’ jinbidel b’dan l-isem tal-varjetà. Fil-każ ta’ mutazzjonjiet mingħajr protezzjoni varjetali, dan l-isem tal-mutazzjoni jista’ jiġi indikat biss flimkien mal-isem tal-varjetà bażika.
— 
“Varjetà ċkejkna”, fejn xieraq.

C.    L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini ( 17 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi
— 
Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a) 

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b) 

b’mod fakultattiv, għall-prodotti mhux suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi "u iktar" jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, segwiti bid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.    Marka tal-kontroll uffiċjali (opzjonali)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.




Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet tat-tuffieħ

Frott ta' varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista jridu jkunu kklassifikati skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tagħhom.

Uħud mill-varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tal-marka kummerċjali f’pajjiż wieħed jew aktar. L-ewwel tliet kolonni tat-tabella t'hawn taħt ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Referenzi għal marki kummerċjali magħrufa ġew inklużi fir-raba’ kolonna għal skopijiet ta’ tagħrif biss.

Didaskalija:

M

=

varjetà ċkejkna

R

=

varjetà b’qoxra ħoxna u ħamra samranija

V

=

soluzzjoni ta' ilma u zokkor (watercore)

*

=

mutazzjoni mingħajr protezzjoni varjetali iżda li hi marbuta ma’ marka kummerċjali reġistrata/protetta; mutazzjonijiet mhux immarkati bl-asterisk huma varjetajiet protetti



Varjetajiet

Mutazzjoni

Sinonimi

Il-Marki kummerċjali

Grupp ta’ kulur

Speċifikazzjonijiet addizzjonali

African Red

 

 

African Carmine ™

B

 

Akane

 

Tohoku 3, Primerouge

 

B

 

Alkmene

 

Early Windsor

 

C

 

Alwa

 

 

 

B

 

Amasya

 

 

 

B

 

Ambrosia

 

 

Ambrosia ®

B

 

Annurca

 

 

 

B

 

Ariane

 

 

Les Naturianes ®

B

 

Arlet

 

Swiss Gourmet

 

B

R

AW 106

 

 

Sapora ®

C

 

Belgica

 

 

 

B

 

Belle de Boskoop

 

Schone van Boskoop, Goudreinette

 

D

R

 

Boskoop rouge

Red Boskoop, Roter Boskoop, Rode Boskoop

 

B

R

 

Boskoop Valastrid

 

 

B

R

Berlepsch

 

Freiherr von Berlepsch

 

C

 

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

 

B

 

Bonita

 

 

 

A

 

Braeburn

 

 

 

B

 

 

Hidala

 

Hillwell ®

A

 

 

Joburn

 

Aurora ™,

Red Braeburn ™,

Southern Rose ™

A

 

 

Lochbuie Red Braeburn

 

 

A

 

 

Mahana Red Braeburn

 

Redfield ®

A

 

 

Mariri Red

 

Eve ™, Aporo ®

A

 

 

Royal Braeburn

 

 

A

 

Bramley's Seedling

 

Bramley, Triomphe de Kiel

 

D

 

Cardinal

 

 

 

B

 

Caudle

 

 

Cameo ®, Camela®

B

 

 

Cauflight

 

Cameo ®, Camela®

A

 

CIV323

 

 

Isaaq ®

B

 

CIVG198

 

 

Modi ®

A

 

Civni

 

 

Rubens ®

B

 

Collina

 

 

 

C

 

Coop 38

 

 

Goldrush ®, Delisdor ®

D

R

Coop 39

 

 

Crimson Crisp ®

A

 

Coop 43

 

 

Juliet ®

B

 

Coromandel Red

 

Corodel

 

A

 

Cortland

 

 

 

B

 

Cox's Orange Pippin

 

Cox orange, Cox's O.P.

 

C

R

Cripps Pink

 

 

Pink Lady ®, Flavor Rose ®

C

 

 

Lady in Red

 

Pink Lady ®

B

 

 

Rosy Glow

 

Pink Lady ®

B

 

 

Ruby Pink

 

 

B

 

Cripps Red

 

 

Sundowner ™, Joya ®

B

 

Dalinbel

 

 

Antares ®

B

R

Dalitron

 

 

Altess ®

D

 

Delblush

 

 

Tentation ®

D

 

Delcorf

 

 

Delbarestivale ®

C

 

 

Celeste

 

 

B

 

 

Bruggers Festivale

 

Sissired ®

A

 

 

Dalili

 

Ambassy ®

A

 

 

Wonik*

 

Appache ®

A

 

Delcoros

 

 

Autento ®

A

 

Delgollune

 

 

Delbard Jubilé ®

B

 

Delicious ordinaire

 

Ordinary Delicious

 

B

 

Discovery

 

 

 

C

 

Dykmanns Zoet

 

 

 

C

 

Egremont Russet

 

 

 

D

R

Elise

 

De Roblos, Red Delight

 

A

 

Elstar

 

 

 

C

 

 

Bel-El

 

Red Elswout ®

C

 

 

Daliest

 

Elista ®

C

 

 

Daliter

 

Elton ™

C

 

 

Elshof

 

 

C

 

 

Elstar Boerekamp

 

Excellent Star ®

C

 

 

Elstar Palm

 

Elstar PCP ®

C

 

 

Goedhof

 

Elnica ®

C

 

 

Red Elstar

 

 

C

 

 

RNA9842

 

Red Flame ®

C

 

 

Valstar

 

 

C

 

 

Vermuel

 

Elrosa ®

C

 

Empire

 

 

 

A

 

Fengapi

 

 

Tessa ®

B

 

Fiesta

 

Red Pippin

 

C

 

Fresco

 

 

Wellant ®

B

R

Fuji

 

 

 

B

V

 

Aztec

 

Fuji Zhen ®

A

V

 

Brak

 

Fuji Kiku ® 8

B

V

 

FUCIV51

 

SAN-CIV ®

A

V

 

Fuji Fubrax

 

Fuji Kiku ® Fubrax

B

V

 

Fuji Supreme

 

 

A

V

 

Fuji VW

 

King Fuji ®

A

V

 

Heisei Fuji

 

Beni Shogun ®

A

V

 

Raku-Raku

 

 

B

V

Gala

 

 

 

C

 

 

Alvina

 

 

A

 

 

ANABP 01

 

Bravo ™

A

 

 

Baigent

 

Brookfield ®

A

 

 

Bigigalaprim

 

Early Red Gala ®

A

 

 

Devil Gala

 

 

A

 

 

Fengal

 

Gala Venus

A

 

 

Gala Schnico

 

Schniga ®

A

 

 

Gala Schnico Red

 

Schniga ®

A

 

 

Galafresh

 

Breeze ®

A

 

 

Galaval

 

 

A

 

 

Galaxy

 

Selekta ®

B

 

 

Gilmac

 

Neon ®

A

 

 

Imperial Gala

 

 

B

 

 

Jugala

 

 

B

 

 

Mitchgla

 

Mondial Gala ®

B

 

 

Natali Gala

 

 

B

 

 

Regal Prince

 

Gala Must ®

B

 

 

Royal Beaut

 

 

A

 

 

Simmons

 

Buckeye ® Gala

A

 

 

Tenroy

 

Royal Gala ®

B

 

 

ZoukG1

 

Gala One®

A

 

Galmac

 

 

Camelot ®

B

 

Gloster

 

 

 

B

 

Golden 972

 

 

 

D

 

Golden Delicious

 

Golden

 

D

 

 

CG10 Yellow Delicious

 

Smothee ®

D

 

 

Golden Delicious Reinders

 

Reinders ®

D

 

 

Golden Parsi

 

Da Rosa ®

D

 

 

Leratess

 

Pink Gold ®

D

 

 

Quemoni

 

Rosagold ®

D

 

Goldstar

 

 

Rezista Gold Granny ®

D

 

Gradigold

 

 

Golden Supreme ™, Golden Extreme ™

D

 

Gradiyel

 

 

Goldkiss ®

D

 

Granny Smith

 

 

 

D

 

 

Dalivair

 

Challenger ®

D

 

Gravensteiner

 

Gravenstein

 

D

 

GS 66

 

 

Fräulein ®

B

 

HC2-1

 

 

Easy pep’s! Zingy ®

A

 

Hokuto

 

 

 

C

 

Holsteiner Cox

 

Holstein

 

C

R

Honeycrisp

 

 

Honeycrunch ®

C

 

Horneburger

 

 

 

D

 

Idared

 

 

 

B

 

 

Idaredest

 

 

B

 

 

Najdared

 

 

B

 

Ingrid Marie

 

 

 

B

R

Inored

 

 

Story ®, LoliPop ®

A

 

James Grieve

 

 

 

D

 

Jonagold

 

 

 

C

 

 

Early Jonagold

 

Milenga ®

C

 

 

Dalyrian

 

 

C

 

 

Decosta

 

 

C

 

 

Jonagold Boerekamp

 

Early Queen ®

C

 

 

Jonagold Novajo

Veulemanns

 

C

 

 

Jonagored

 

Morren’s Jonagored ®

C

 

 

Jonagored Supra

 

Morren’s Jonagored ® Supra ®

C

 

 

Red Jonaprince

 

Wilton’s ®, Red Prince ®

C

 

 

Rubinstar

 

 

C

 

 

Schneica

Jonica

 

C

 

 

Vivista

 

 

C

 

Jonathan

 

 

 

B

 

Karmijn de Sonnaville

 

 

 

C

R

Kizuri

 

 

Morgana ®

B

 

Ladina

 

 

 

B

 

La Flamboyante

 

 

Mairac ®

B

 

Laxton's Superb

 

 

 

C

R

Ligol

 

 

 

B

 

Lobo

 

 

 

B

 

Lurefresh

 

 

Redlove ® Era ®

A

 

Lureprec

 

 

Redlove ® Circe ®

A

 

Luregust

 

 

Redlove ® Calypso ®

A

 

Luresweet

 

 

Redlove ® Odysso ®

A

 

Maigold

 

 

 

B

 

Maribelle

 

 

Lola ®

B

 

MC38

 

 

Crimson Snow ®

A

 

McIntosh

 

 

 

B

 

Melrose

 

 

 

C

 

Milwa

 

 

Diwa ®, Junami ®

B

 

Minneiska

 

 

SweeTango ®

B

 

Moonglo

 

 

 

C

 

Morgenduft

 

Imperatore

 

B

 

Mountain Cove

 

 

Ginger Gold ™

D

 

Mored

 

 

Joly Red ®

A

 

Mutsu

 

Crispin

 

D

 

Newton

 

 

 

C

 

Nicogreen

 

 

Greenstar ®

D

 

Nicoter

 

 

Kanzi ®

B

 

Northern Spy

 

 

 

C

 

Ohrin

 

Orin

 

D

 

Paula Red

 

 

 

B

 

Pinova

 

 

Corail ®

C

 

 

RoHo 3615

 

Evelina ®

B

 

Piros

 

 

 

C

 

Plumac

 

 

Koru ®

B

 

Prem A153

 

 

Lemonade ®, Honeymoon ®

C

 

Prem A17

 

 

Smitten ®

C

 

Prem A280

 

 

Sweetie™

B

 

Prem A96

 

 

Rockit ™

B

M

R201

 

 

Kissabel ® Rouge

A

 

Rafzubin

 

 

Rubinette ®

C

 

 

Frubaur

 

Rubinette ® Rossina

A

 

 

Rafzubex

 

Rubinette ® Rosso

A

 

Rajka

 

 

Rezista Romelike ®

B

 

Regalyou

 

 

Candine ®

A

 

Red Delicious

 

Rouge américaine

 

A

 

 

Campsur

 

Red Chief ®

A

 

 

Erovan

 

Early Red One ®

A

 

 

Evasni

 

Scarlet Spur ®

A

 

 

Stark Delicious

 

 

A

 

 

Starking

 

 

C

 

 

Starkrimson

 

 

A

 

 

Starkspur

 

 

A

 

 

Topred

 

 

A

 

 

Trumdor

 

Oregon Spur Delicious ®

A

 

Reine des Reinettes

 

Gold Parmoné, Goldparmäne

 

C

V

Reinette grise du Canada

 

Graue Kanadarenette, Renetta Canada

 

D

R

RM1

 

 

Red Moon ®

A

 

Rome Beauty

 

Belle de Rome, Rome, Rome Sport

 

B

 

RS1

 

 

Red Moon ®

A

 

Rubelit

 

 

 

A

 

Rubin

 

 

 

C

 

Rubinola

 

 

 

B

 

Šampion

 

Shampion, Champion, Szampion

 

B

 

 

Reno 2

 

 

A

 

 

Šampion Arno

Szampion Arno

 

A

 

Santana

 

 

 

B

 

Sciearly

 

 

Pacific Beauty ™, NZ Beauty

A

 

Scifresh

 

 

Jazz ™

B

 

Sciglo

 

 

Southern Snap ™

A

 

Scilate

 

 

Envy ®

B

 

Sciray

 

GS48

 

A

 

Scired

 

 

NZ Queen

A

R

Sciros

 

 

Pacific Rose ™,NZ Rose

A

 

Senshu

 

 

 

C

 

Shinano Gold

 

 

Yello ®

D

 

Spartan

 

 

 

A

 

SQ 159

 

 

Natyra ®, Magic Star ®

A

 

Stayman

 

 

 

B

 

Summerred

 

 

 

B

 

Sunrise

 

 

 

A

 

Sunset

 

 

 

D

R

Suntan

 

 

 

D

R

Sweet Caroline

 

 

 

C

 

TCL3

 

 

Posy ®

A

 

Topaz

 

 

 

B

 

Tydeman's Early Worcester

 

Tydeman's Early

 

B

 

Tsugaru

 

 

 

C

 

UEB32642

 

 

Opal ®

D

 

WA 2

 

 

Sunrise Magic ™

A

 

WA 38

 

 

Cosmic Crisp ™

A

 

Worcester Pearmain

 

 

 

B

 

Xeleven

 

 

Swing ® natural more

A

 

York

 

 

 

B

 

Zari

 

 

 

B

 

Zouk 16

 

 

Flanders Pink ®, Mariposa ®

B

 

Zouk 31

 

 

Rubisgold ®

D

 

Zouk 32

 

 

Coryphée ®

A

 

PARTI 2: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott taċ-ċitru tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-ispeċi li ġejjin, li għandu jkun fornit frisk lill-konsumatur, u eskluż il-frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali:

— 
lumi mkabbar mill-ispeċi tas-Citrus limon (L.) Burm. f. u ibridi tagħha,
— 
mandolin imkabbar mill-ispeċi Citrus reticulata Blanco, li jinkludi l-varjetajiet magħrufa bħala satsumas (Citrus unshiu Marcow), klementini (Citrus clementina hort. ex Tanaka), mandolin komuni (Citrus deliciosa Ten.) u varjetà oħra ta' mandolin (Citrus tangerina Tanaka) li jitkabbru minn dawn l-ispeċijiet u l-ibridi tagħhom,
— 
larinġ imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck u ibridi tagħha.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra "Extra", minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott taċ-ċitru jrid ikun:

— 
intatti,
— 
ħieles mid-dbabar u/jew qtugħ imfejjaq b'mod estensiv,
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
— 
ħieles minn sinjali ta' tikmix jew deidrazzjoni,
— 
ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott taċ-ċitru jridu jkunu tali li jippermettulu:

— 
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun laħaq grad xieraq ta' żvilupp u ta' sajran, b'kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.

Il-maturità taċ-ċitru hija ddefinita mill-parametri li ġejjin speċifikati għal kull speċi hawn taħt:

— 
kontenut minimu ta' meraq,
— 
proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità ( 18 ),
— 
kulur.

Il-grad tal-kulur għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-kulur tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.



 

Kontenut minimu tal-meraq (perċentwal)

Proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità

Tilwin

Lumi

20

 

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott ta' kulur aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq

Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

Satsumas

33

6,5 :1

Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta

Klementini

40

7,0 :1

Varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

33

7,5 :1  (1)

Larinġ

Larinġ tad-demm

30

6,5 :1

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Madankollu, frott ta' kulur aħdar ċar li ma jkunx jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Larinġ imkabbar f'żoni b'temperaturi għoljin u b'kundizzjonijiet ta' umdità relattivament għolja matul il-perjodu tal-iżvilupp, b'kulur aħdar li jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ, huwa permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Grupp taż-żokra

33

6,5 :1

Varjetajiet oħrajn

35

6,5 :1

Mosambi, Sathgudi u Pacitan b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta' kulur aħdar

33

 

Varjetajiet oħrajn b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta’ kulur aħdar

45

 

(1)   

Għall-varjetajiet Mandora u Minneola li proporzjon minimu taz-zokkor/l-aċidità huwa 6.0:1 sa tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta' Jannar 2023.

Il-frott taċ-ċitru li jissodisfa r-rekwiżiti tal-maturità jista' jieħu l-kulur karatteristiku tal-frott misjur (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi naturali u organolettiċi l-oħrajn ma jkunux tbiddlu.

C.    Klassifikazzjoni

Il-frott taċ-ċitru huwa kkassifikat fi tlett klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)    Klassi "Extra"

Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)    Klassi I

Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma,
— 
difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq ħafif tax-xemx,
— 
difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,
— 
difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess l-iffurmar tal-frott, bħalma huma qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija jew ħsara mill-pesti,
— 
difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor jew ħsara mill-immaniġġar,
— 
qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra tal-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fl-ogħla klassijiet, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm il-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

— 
difetti fil-forma,
— 
difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq tax-xemx,
— 
difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,
— 
difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess tal-iffurmar tal-frott, bħal qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija, jew ħsara mill-pesti,
— 
difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott jew ħsara mill-immaniġġar,
— 
alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu fiequ,
— 
qoxra raffa,
— 
qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra għal-larinġ u qlugħ parzjali tal-qoxra għall-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta jew skont l-għadd.

A.    Daqs minimu

Il-daqsijiet minimi li ġejjin japplikaw:



Frott

Dijametru (mm)

Lumi

45

Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

45

Klementini

35

Larinġ

53

B.    Uniformità

Il-frott taċ-ċitru jista' jitkejjel skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:

(a) 

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

— 
10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun iżgħar minn 60 mm
— 
15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 60 mm jew akbar iżda iżgħar minn 80 mm
— 
20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 80 mm jew akbar iżda iżgħar minn 110 mm
— 
m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott b’dijametru ta’ 110 mm jew akbar.
(b) 

Meta jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, iridu jiġu rrispettati il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabelli li ġejjin:



 

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

Lumi

 

0

79 - 90

 

1

72 - 83

 

2

68 - 78

 

3

63 - 72

 

4

58 - 67

 

5

53 - 62

 

6

48 - 57

 

7

45 - 52

Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

 

1 - XXX

ta' 78 jew iktar

 

1 - XX

67 - 78

 

1 jew 1 - X

63 - 74

 

2

58 - 69

 

3

54 - 64

 

4

50 - 60

 

5

46 - 56

 

(1)

43 - 52

 

7

41 - 48

 

8

39 - 46

 

9

37 - 44

 

10

35 - 42

Larinġ

 

0

92 – 110

 

1

87 – 100

 

2

84 – 96

 

3

81 – 92

 

4

77 – 88

 

5

73 – 84

 

6

70 – 80

 

7

67 – 76

 

8

64 – 73

 

9

62 – 70

 

10

60 – 68

 

11

58 – 66

 

12

56 – 63

 

13

53 – 60

(1)   

Daqsijiet taħt il-45 mm jirreferu biss għall-klementini.

L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta' daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:

Għall-frott fi bramel kbar u frott f'pakketti għall-bejgħ b'piż nett massimu ta' 5 kg, id-differenza massima ma tridx taqbeż il-firxa miksuba permezz tal-ġbir fi tliet daqsijiet konsekuttivi fl-iskala tad-daqsijiet.

(c) 

Għall-frott imkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a).

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru ta' daqs eżatt taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta' tliet daqsijiet) imsemmija fuq il-pakketti.

F'kull każ, it-tolleranza ta' 10 % tapplika biss għall-frott mhux iżgħar mill-valuri minimi li ġejjin:



Frott

Dijametru (mm)

Lumi

43

Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

43

Klementini

34

Larinġ

50

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih frott taċ-ċitru biss tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u konsiderevolment tal-istess grad ta' sajran u żvilupp.

Barra minn hekk, għall-Klassi “Extra”, l-uniformità fil-lewn hija meħtieġa.

Madankollu, taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fil-varjetà jew tip kummerċjali u fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Jekk il-frott ikun imkebbeb, trid tintuża karta rqiqa, niexfa, ġdida u mingħajr riħa ( 19 ).

L-użu ta' kwalunkwe sustanza li għandha t-tendenza li timmodifika l-karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu ( 20 ), huwa pprojbit.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor. Madankollu, il-preżentazzjoni ta' fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 21 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
“Lumi”, “Mandolin” jew “Larinġ” jekk il-prodott ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
“Taħlita ta' frott taċ-ċitru” jew denominazzjoni ekwivalenti u ismijiet komuni tal-ispeċijiet differenti, fil-każ ta' taħlita ta' frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti.
— 
Għal-larinġ, isem il-varjetà, u/jew il-grupp rispettiv tal-varjetà fil-każ ta’“Navels” u “Valencias”.
— 
Għal “Satsumas” u “Klementini”, l-isem komuni tal-ispeċi huwa meħtieġ u l-isem tal-varjetà mhuwiex obbligatorju.
— 
Għal varjetajiet oħrajn ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom, isem il-varjetà huwa meħtieġ.
— 
Għal-lumi: isem il-varjetà mhux obbligatorju.
— 
“Biż-żerriegħa” fil-każ ta’ klementini b’aktar minn 10 żrieragħ.
— 
“Bla żerriegħa” (fakultattiva, frott taċ-ċitru ta' bla żerriegħa jista' xi drabi jkollu ż-żerriegħa)

C.    L-oriġini tal-prodott

— 
Il-pajjiż tal-oriġini ( 22 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
— 
Fil-każ ta' taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi.
— 
Id-daqs espress bħala:
— 
Daqsijiet minimi u massimi (f'mm) jew
— 
Kodiċi/jiet tad-daqs segwiti, b'mod fakultattiv, bid-daqs minimu jew massimu jew
— 
L-għadd.
— 
Meta jintużaw, għandhom jissemmew l-aġent ta’ preservazzjoni jew sustanzi kimiċi oħra wara l-istadju tal-ħsad.

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 3: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAL-KIWI

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi (magħruf ukoll bħala Actinidia jew kiwi) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Actinidia chinensis Planch. u Actinidia deliciosa (A. Chev.), C.F. Liang u A.R. Ferguson, li għandhom jiġu fornuti friski lill-konsumatur, bil-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali jkun eskluż.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalitá tal-frott tal-kiwi, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:

— 
intatt (iżda mingħajr pedunkulu),
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
— 
adegwatament sod; mhux artab, imkemmex jew imxarrab,
— 
iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jridu jkunu tali li jippermettulu:

— 
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u jkun misjur b'mod sodisfaċenti.

Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, meta jiġi ppakkjat, il-frott irid ikun laħaq grad ta' sajran ta' mill-inqas 6.2° Brix ( 23 ) jew medja ta' kontenut ta' materja xotta ta' 15%, li għandha twassal għal 9.5° Brix21 meta jidħol fil-katina tad-distribuzzjoni.

C.    Klassifikazzjoni

Il-frott tal-kiwi huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt.

(i)    Klassi "Extra"

Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.
Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0.8 jew akbar.

(ii)    Klassi I

Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew deformazzjonijiet),
— 
difetti żgħar fil-lewn,
— 
difetti żgħar fil-qoxra, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx 1 cm2,
— 
"Hayward mark" żgħira qisha linja lonġitudinali u mhux imqabbża ’l barra.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,7 jew akbar.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-frott għandu jkun raġjonevolment sod u l-laħam ma għandux juri difetti serji.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

— 
difetti fil-forma,
— 
difetti fil-kulur,
— 
difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir imfejjaq jew tessut mibrux/immarkat, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx iż-2 cm2,
— 
għadd ta’“Hayward marks” li jidhru ħafna iktar u kemxejn imqabbżin ’il barra,
— 
dbabar ħfief.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skont il-piż tal-frott.

Il-piż minimu għall-Klassi “Extra” huwa ta' 90 g, għall-Klassi I huwa ta' 70 g u għall-Klassi II huwa ta' 65 g.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

— 
10 gm għall-frott b'piż sa 85 gm,
— 
15 gm għall-frott b'piż bejn 85 gm u 120 gm,
— 
20 gm għall-frott b'piż bejn 120 gm u 150 gm,
— 
40 g għall-frott li jiżen 150 g jew aktar.

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

Madankollu, il-frott tal-kiwi ma jridx ikun ta' piż inqas minn 85 gm għall-Klassi "Extra", 67 gm għall-Klassi I u 62 gm għall-Klassi II.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 24 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
'Frott tal-kiwi' u/jew 'Actinidia', fejn il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
Isem il-varjetà (fakultattiv).
— 
Kulur tal-laħam jew indikazzjoni ekwivalenti, jekk mhux aħdar.

C.    L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini ( 25 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi.
— 
Daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott.
— 
Għadd ta' frottiet (fakultattiv).

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta ikun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 4: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦASS, INDIVJA BIL-WERAQ MIBRUM U INDIVJA BIL-WERAQ WIESA' (BATAVIAN)

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal

— 
ħass ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn:
— 
Lactuca sativa var. capitata L. (ħass ikkaboċċjat inkluż ħass tat-tipi “crisphead” u “Iceberg”),
— 
Lactuca sativa var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),
— 
Lactuca sativa var. crispa L. (ħass tal-weraq),
— 
taħlit ta’ dawn il-varjetajiet u
— 
indivja bil-weraq mibrum ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. crispum Lam. u
— 
indivja (escaroles) bil-weraq wiesa' (Batavian) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. latifolium Lam.

li għandhom jiġu pprovduti friski lill-konsumatur.

Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati bħala weraq, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tagħhom.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

— 
intatti,
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nodfa u mirquma, jiġifieri prattikament mingħajr ebda ħamrija jew kwalunkwe element ieħor li jikbru fih kif ukoll prattikament mingħajr l-ebda materja barranija oħra viżibbli,
— 
jidhru friski,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,
— 
weqfin friski,
— 
mhux fi stat li jkun qed jagħmel iż-żerriegħa,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta’ lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b’mod serju d-dehra tal-prodott.

L-għeruq għandhom jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.

Il-prodotti għandhom ikunu ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

— 
jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Klassifikazzjoni

Il-prodotti huma kklassifikati f’żewġ klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)    Klassi I

Prodotti f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Il-prodotti għandhom ikunu wkoll:

— 
iffurmati tajjeb,
— 
sodi, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-koltivazzjoni u t-tip ta’ prodott,
— 
ħielsa minn ħsara jew taħsir li ma jħalluhx tajjeb għall-ikel,
— 
minn ħsara mill-ġlata.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba waħda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass ikkaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, il-qalba tista’ tkun żgħira.

Il-ħass Cos għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira.

Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) trid tkun ta' kulur isfar.

(ii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.

Il-prodotti għandhom ikunu:

— 
raġonevolment iffurmati sew,
— 
ħielsa minn ħsara u deterjorament li jistgħu jfixklu serjament l-edibilità tiegħu.

Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

— 
telf ħafif mill-kulur,
— 
ħsara ħafifa kkważata mill-pesti.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, huwa permess li l-qalba tkun nieqsa.

Il-ħass Cos jista’ ma jurix qalba.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż ta' unità waħda.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)   Ħass

— 
40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità,
— 
100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità,
— 
150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità,
— 
300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità.

(b)   Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’ (Batavian)

— 
300g.

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(ii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.

Madankollu, taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fit-tip kummerċjali u/jew fil-kulur, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

Il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati b’mod li jitħarsu sew. Għandhom ikunu ppakkjati b’mod raġjonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 26 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
"Ħass", "ħass butterhead", "batavia", "ħass crisphead (Iceberg)", "ħass Cos", "ħass tal-weraq" (jew, pereżempju u jekk xieraq,"Oak Leaf", "Lollo bionda", "Lollo rossa"),"indivja bil-weraq mibrum" jew "indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)" jew denominazzjoni ekwivalenti jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
"Imkabbar taħt għata" jew denominazzjoni ekwivalenti fejn xieraq.
— 
Isem il-varjetà (fakultattiv).
— 
"Taħlita ta' ħass/indivja", jew denominazzjoni ekwivalenti fil-każ ta' taħlita ta' ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-varjetjajiet, it-tipi kummerċjali u/jew il kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.    L-oriġini tal-prodott

— 
Il-pajjiż tal-oriġini ( 27 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
— 
Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi
— 
Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta’ unitajiet

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 5: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-ĦAWĦ U N-NUĊIPRISK

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-ħawħ u n-nuċiprisk ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Prunus persica Sieb. u Zucc., li jkunu se jiġu pprovduti friski lill-konsumatur; il-ħawħ u n-nuċiprisk għall-ipproċessar industrijali huma esklużi.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta' kwalità għal ħawħ u nuċiprisk wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-kategoriji kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċiprisk għandhom ikunu:

— 
intatti,
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
— 
ma jkunux maqsumin fil-ħofra ta' maz-zokk,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċiprisk jridu jkunu tali li jippermettulhom:

— 
jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-indiċi refrattometriku minimu tal-laħam għandu jkun ta' 8° Brix ( 28 ). jew aktar.

C.    Klassifikazzjoni

Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)    Klassi "Extra"

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)    Klassi I

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma,
— 
difett żgħir fl-iżvilupp,
— 
difetti żgħar fil-lewn,
— 
marki ħfief ikkawżati minn pressjoni li ma jaqbżux 1cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
— 
difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
— 
1.5 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
— 
1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċiprisk li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-ħawħ u n-nuċiprisk iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

— 
difetti fil-forma,
— 
difetti fl-iżvilupp, li jinkludu għadam maqsum, sakemm il-frott ikun magħluq u l-laħam ikun f'kundizzjoni tajba,
— 
difetti fil-kulur,
— 
dbabar li jistgħu ikunu tilfu kemxejn il-kulur u li ma jaqbżux 2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
— 
difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn
— 
2.5 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
— 
2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-daqs minimu għandu jkun:

— 
56 mm jew 85 g fil-Klassi “Extra”,
— 
51 mm jew 65 g fil-Klassijiet I u II.

Madankollu, frott li huwa iżgħar minn 56 mm jew 85 g ma jiġix ikkummerċjalizzat fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru (emisferu tat-Tramuntana) u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April (emisferu ta' Nofsinhar).

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma fakultattivi għall-Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a) 

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

— 
5 mm għall-frott ta' inqas minn 70 mm,
— 
10 mm għall-frott ta' 70 mm u iktar.
(b) 

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

— 
30 gm għall-frott ta' inqas minn 180 gm,
— 
80 gm għall-frott ta' 180 gm u iktar.
(c) 

Għall-frott li jitkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a) jew (b).

Jekk jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jiġu rrispettati dawn tat-tabella ta' hawn taħt.



 

 

Dijametru

jew

piż

 

il-kodiċi

mis-

Sa

mis-

sa

 

 

(mm)

(mm)

(g)

(g)

 

 

 

 

 

1

D

51

56

65

85

2

C

56

61

85

105

3

B

61

67

105

135

4

A

67

73

135

180

5

AA

73

80

180

220

6

AAA

80

90

220

300

7

AAAA

> 90

> 300

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta' sajran u daqs (jekk imkejjel), u għall-Klassi “Extra”, il-kontenut irid ikun uniformi fil-kulur.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikun ppakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 29 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
“Ħawħ” jew “Nuċiprisk”, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
Kulur tal-laħam.
— 
Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.    L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini ( 30 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi.
— 
Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi (f’mm), jew f'piż massimu u minimu (fi g) jew bħala kodiċi tad-daqs.
— 
Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv).

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 6: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZZJONI TAL-LANĠAS

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal-lanġas tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra mill-Pyrus communis L. li jitfornow friski lill-konsumatur, lanġas għall-ipproċessar industrijali eskluż.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għal-lanġas, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra "Extra", minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandu jkun:

— 
intatt,
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
prattikament ħieles mill-pesti,
— 
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li jippermettulu:

— 
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-lanġas iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

C.    Klassifikazzjoni

Il-lanġas huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)    Klassi "Extra"

Il-lanġas f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari ( 31 ).

Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.

Għandu jkun ħieles minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Iz-zokk irid ikun intatt.

Il-lanġas ma għandux ikun imrammel.

(ii)    Klassi I

Il-lanġas ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. ( 32 )

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma,
— 
difett żgħir fl-iżvilupp,
— 
difetti żgħar fil-lewn,
— 
b'qoxra kemxejn raffa, ħoxna u ħamra samranija,
— 
difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
— 
2 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
— 
1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 0.25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ.
— 
dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 1 cm2.

Iz-zokk jista’ jkollu ħsara żgħira.

Il-lanġas ma għandhux ikun mrammel.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi lanġas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-lanġas iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni.

— 
difetti fil-forma,
— 
difetti fl-iżvilupp,
— 
difetti fil-kulur,
— 
ftit ħmura samranija raffa,
— 
difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:
— 
4 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
— 
2.5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
— 
dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 2 cm2.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun:

(a) 

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:



 

“Extra”

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta’ frott kbir

60 mm

55 mm

55 mm

Varjetajiet oħrajn

55 mm

50 mm

45 mm

(b) 

Għall-frott imkejjel skont il-piż:



 

“Extra”

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta’ frott kbir

130 g

110 g

110 g

Varjetajiet oħrajn

110 g

100 g

75 g

Il-lanġas tas-sajf inkluż fl-appendiċi għal dan l-istandard ma għandux jissodisfa d-daqs minimu.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a) 

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

— 
5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef
— 
10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.
(b) 

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

— 
Għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef:



Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

75 - 100

15

100 – 200

35

200 -250

50

> 250

80

— 
għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:



Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

100 – 200

50

> 200

100

Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta':

— 
5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu
— 
10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontentut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess livell ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

Il-lanġas għandu jkun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla non-tossika.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 33 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
“Lanġas” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali ( 34 ) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

C.    L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini ( 35 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi.
— 
Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a) 

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu,

(b) 

b’mod fakultattiv, għal prodotti li mhumiex soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi "u aktar" jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.




Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas ta’ frotta kbira u tas-sajf

Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fit-tabella jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritt fit-Taqsima III tal-istandard.

Xi varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati taħt ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet il-protezzjoni tal-marka kummerċjali f'wieħed mill-pajjiżi jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonni tat-tabella ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Ir-referenzi għal marki kummerċjali magħrufa li ġew inklużi fit-tielet kolonna huma għal skop ta' informazzjoni biss.

Didaskalija:

L

=

Varjetà ta' frott kbir

LS

=

Lanġas tas-sajf, li għalih ma huwa meħtieġ ebda daqs minimu.



Varjetà

Sinonimi

Trademarks/Ismijiet kummerċjali

Daqs

Abbé Fétel

Abate Fetel

 

L

Abugo o Siete en Boca

 

 

LS

Akςa

 

 

LS

Alka

 

 

L

Alsa

 

 

L

Alexandrine Douillard

 

 

L

Amfora

 

 

L

Angelys

 

Angys ®

L

Bambinella

 

 

LS

Bay 6474

 

Alessia ®

L

Bergamotten

 

 

LS

Beurré Alexandre Lucas

Lucas

 

L

Beurré Bosc

Bosc, Beurré d’Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander

 

L

Beurré Clairgeau

 

 

L

Beurré d'Arenberg

Hardenpont

 

L

Beurré Giffard

 

 

LS

Beurré précoce Morettini

Morettini

 

LS

Blanca de Aranjuez

Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla

 

LS

Bon Rouge

 

Victoria Blush

L

Cape Rose

 

Cheeky ®

L

Carusella

 

 

LS

Castell

Castell de Verano

 

LS

Celina

 

QTee ®

L

Cepuna

 

Migo ®

L

CH201

 

Fred ®

L

Colorée de Juillet

Bunte Juli

 

LS

Comice rouge

 

 

L

Concorde

 

 

L

Condoula

 

 

LS

Coscia

Ercolini

 

LS

Curé

Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana

 

L

D'Anjou

 

 

L

Deveci

 

 

L

Dita

 

 

L

D. Joaquina

Doyenné de Juillet

 

LS

Doyenné d'hiver

Winterdechant

 

L

Doyenné du Comice

Comice, Vereinsdechant

 

L

Dpp1

 

Flare ™, Cape Fire ®

L

Erika

 

 

L

Etrusca

 

 

LS

Falstaff

 

 

L

Flamingo

 

 

L

Forelle

 

Vermont Beauty

L

Général Leclerc

 

Amber Grace ™

L

Gentile

 

 

LS

Golden Russet Bosc

 

 

L

Gräfin Gepa

 

Saxonia ®, Early Desire ®

L

Grand Champion

 

 

L

H2-169

 

Ambrosia ®

L

Harovin Sundown

 

Cold Snap ®

L

Harrow Delight

 

 

L

Jeanne d'Arc

 

 

L

Joséphine

 

 

L

Kieffer

 

 

L

Klapa Mīlule

 

 

L

Leonardeta

Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon

 

LS

Lombacad

 

Cascade ®

L

Moscatella

 

 

LS

Mramornaja

 

 

L

Mustafabey

 

 

LS

Nojabrskaja

Novemberbirne

Xenia ®, Novembra ®

L

Packham's Triumph

Williams d'Automne

 

L

Passe Crassane

Passa Crassana

 

L

PE2UNIBO

 

Early Giulia ®

L

PE3UNIBO

 

Debby Green ®

L

Perita de San Juan

 

 

LS

Pérola

 

 

LS

Pitmaston

Williams Duchesse

 

L

Précoce de Trévoux

Trévoux

 

LS

Président Drouard

 

 

L

Rode Doyenne van Doorn

 

Sweet Sensation ®,

Sweet Dored ®

L

Rosemarie

 

Sempre

L

Santa Maria

Santa Maria Morettini

 

L

Spadoncina

Agua de Verano, Agua de Agosto

 

LS

Suvenirs

 

 

L

Taylors Gold

 

 

L

Thimo

 

Saxonia ®,

Queens Forelle ™

L

Triomphe de Vienne

 

 

L

Uta

 

Dazzling Gold ®

L

Vasarine Sviestine

 

 

L

Williams Bon Chrétien

Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett

 

L

PARTI 7: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-FRAWLI

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frawli ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mill-ġenus Fragaria L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; il-frawli għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frawli, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra "Extra", minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:

— 
intatt, bla ħsara,
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
frisk fid-dehra, iżda mhux maħsul,
— 
prattikament ħieles mill-pesti,
— 
prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,
— 
bil-berkun (ħlief fil-każ ta' frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) iridu jkunu friski u ħodor,
— 
ħieles minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħieles minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Il-frawli jrid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jridu jkunu tali li jippermettulu:

— 
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Klassifikazzjoni

Il-frawli huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefinit hawn taħt:

(i)    Klassi "Extra"

Il-frawli f’din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Irid ikun ukoll:

— 
ileqq fl-apparenza, u jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà,
— 
ħieles mill-ħamrija.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)    Klassi I

Il-frawli f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma,
— 
preżenza ta' roqgħa bajda żgħira, li ma taqbiżx parti waħda minn għaxra tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,
— 
marki ħfief ta' pressjoni fuq il-wiċċ.

Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

— 
difetti fil-forma,
— 
roqgħa bajda li ma taqbiżx parti waħda minn ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,
— 
dbabar ħfief u xotti li x’aktarx ma jinfirxux,
— 
traċċi żgħar ta' ħamrija.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Id-daqs minimu għandu jkun:

— 
25 mm fil-Klassi "Extra",
— 
18 mm fil-Klassijiet I u II.

Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 2 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs minimu.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Fil-każ tal-Klassi 'Extra', il-frawli, bl-eċċezzjoni tal-frawli selvaġġ, irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, kulur u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jista' jkun anqas uniformi fid-daqs.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

Il-frawli jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 36 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
“Frawli” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.    L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini ( 37 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi.

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 8: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BŻAR ĦELU

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-bżar ħelu ta’ varjetajiet ( 38 ) (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Capsicum annuum L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, bżar ħelu għall-ipproċessar industrijali eskluż.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-bżar ħelu, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra "Extra", minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:

— 
intatt,
— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
jidhru friski,
— 
sodi,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
— 
ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,
— 
bil-pedunkuli mwaħħla; il-pedunkulu jrid ikun maqtugħ pulit u bil-berkun intatt,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jridu jkunu tali li jippermettulu:

— 
jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Klassifikazzjoni

Il-bżar ħelu huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)    Klassi “Extra”

Il-bżar ħelu f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)    Klassi I

Il-bżar ħelu f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma,
— 
tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
— 
difetti żgħar fil-qoxra, bħal:
— 
ħofor, brix, ħruq tax-xemx, marki ta' pressjoni li b'kollox ma jkoprux aktar minn 2 cm għal diffetti ta' forma tawwalija, u 1 cm2 għal difetti oħra; jew
— 
qsim xott superfiċjali fil-wiċċ li b’kollox ma jkoprix aktar minn 1/8 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
— 
pedunkulu kemxejn imħassar.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi bżar ħelu li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-bżar ħelu jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

— 
difetti fil-forma,
— 
tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 2/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
— 
difetti fil-qoxra, bħal:
— 
ħofor, brix, ħruq tax-xemx, dbabar u ħsarat li fiequ li b'kollox ma jkoprux aktar minn 4 cm għal diffetti ta' forma tawwalija, u 2.5 cm2 tat-total tal-erja għal difetti oħra; jew
— 
qsim xott fil-wiċċ li b'kollox ma jkoprix iktar minn 1/4 tat-total tal-erja tal-wiċċ
— 
deterjorament tat-tarf taż-żahra li ma jaqbiżx 1 cm2,
— 
tikmix li ma jaqbiżx 1/3 tal-wiċċ,
— 
pedunkulu u berkun imħassrin, sakemm il-laħam tal-madwar jibqa' intatt.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż. Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a) 

Għall-bżar ħelu mkejjel skont id-dijametru:

— 
20 mm.
(b) 

Għall-bżar ħelu mkejjel skont il-piż:

— 
30 g fil-każ li l-itqal wieħed ikun jiżen 180 g jew anqas,
— 
80 g fil-każ li l-eħfef wieħed ikun jiżen bejn 180 g u 260,
— 
Ebda limitu fejn l-eħfef biċċa tkun tiżen 260 g jew aktar.

Bżar ħelu li huwa tawwali għandu jkun uniformi biżżejjed fit-tul.

L-uniformità fid-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi II.

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss bżar ħelu tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk jiġi mkejjel) u, fil-każ tal-Klassi “Extra” u l-Klassi I, b'mod apprezzabbli tal-istess grad ta' sajran u kulur.

Madankollu, taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip kummerċjali u/jew kulur ikkonċernat, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 39 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:" jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
‘Bżar ħelu’ jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
"Taħlita ta' bżar ħelu", jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' bżar ħelu distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, it-tipi kummerċjali u/jew il-kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.    L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini ( 40 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti u ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernat.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi.
— 
Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi, jew f'piżijiet massimu u minimu.
— 
Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv).
— 
"(L-isem tat-tip jew tal-varjetà) jista’ jkollu togħma kemxejn taħraq" jew denominazzjoni ekwivalenti, fejn xieraq.

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 9: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-GĦENEB TAL-MEJDA

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Vitis vinifera L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, l-għeneb tal-mejda għall-ipproċessar eskluż.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-għeneb tal-mejda, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra "Extra", minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet iridu jkunu:

— 
f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
— 
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Barra minn hekk, l-għenbiet iridu jkunu:

— 
intatti,
— 
iffurmati tajjeb,
— 
żviluppati b'mod normali.

It-tilwin minħabba x-xemx mhux difett.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:

— 
jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Rekwiżiti tal-maturità

Il-meraq tal-frott għandu jkollu indiċi refrattometriku ( 41 ) tal-anqas:

— 
12 ° Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria,
— 
13 ° Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa,
— 
14 ° Brix għall-varjetajiet kollha li ma għandhomx żerriegħa.

Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta' proporzjon sodisfaċenti ta' zokkor/aċidità.

C.    Klassifikazzjoni

L-għeneb tal-mejda jiġi kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:

(i)    Klassi “Extra”

L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.

L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħlin sew, imqassma b'mod ugwali maz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikament intatti.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)    Klassi I

L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.

L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom in-nwar tagħhom prattikament intatt. Madankollu, jistgħu jkunu inqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi 'Extra'.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma,
— 
difetti żgħar fil-lewn,
— 
skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra,
— 
difetti żgħar fil-qoxra.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

L-għenieqed jista' jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur, sakemm dawn ma jaffettwawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, b’kunsiderazzjoni tad-distrett li fih ikunu tkabbru.

L-għenbiet iridu jkunu sodi biżżejjed u mwaħħlin b'mod ferm, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bl-għabra fuqhom. Jista' jkun li l-uniformità fit-taqsim tal-ispazji matul iz-zokk tkun inqas minn dik tal-Klassi I.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

— 
difetti fil-forma,
— 
difetti fil-kulur,
— 
skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra,
— 
tbenġil żgħir,
— 
difetti fil-qoxra.

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud.

Il-piż minimu tal-għanqud għandu jkun ta’ 75 g għall-Klassi “Extra” u l-Klassi I. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-pakketti maħsuba għal porzjonijiet singoli fil-klassijiet kollha.

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

i)    Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.

iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta’ għenieqed, li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, tal-għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. F'kull pakkett għall-bejgħ (ħlief għal porzjonijiet singoli), għanqud wieħed li jiżen anqas minn 75 g huwa permess biex jaġġusta l-piż, sakemm l-għanqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u l-istess grad ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-għenieqed iridu jkunu bejn wieħed u ieħor tal-istess daqs u kulur.

Madankollu, taħlita ta’ għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 cm jista' jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta' preżentazzjoni speċjali.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 42 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
“Għeneb tal-mejda” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali ( 43 ) tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

C.    L-oriġini tal-prodott

— 
Il-pajjiż tal-oriġini ( 44 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
— 
Fil-każ ta’ taħlita ta’ għeneb tal-mejda minn varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi.
— 
“Għenieqed ta' inqas minn 75 g intiżi għall-porzjon wieħed” jew denominazzjoijiet ekwivalenti, jekk ikun il-każ.

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 10: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAT-TADAM

I.    DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal tadam ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mis-Solanum lycopersicum L. li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; tadam għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.

It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:

— 
“tond”,
— 
“ċatt (imfellel)”,
— 
“żenguli” jew “tawwali”,
— 
“tadam miż-żgħir” (“cherry/cocktail”) ta’ kull forma.

II.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

— 
ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
— 
jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.    Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam għandu jkun:

— 
intatti,
— 
f'kundizzjoni tajba, il-prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,
— 
nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
— 
jidhru friski,
— 
prattikament ħielsa mill-pesti,
— 
ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
— 
ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
— 
ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ ta’ tadam fl-għenieqed, iz-zkuk iridu jkunu friski, b'saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollu u minn kull materjal barrani viżibbli.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam għandhom ikunu tali li jippermettulu:

— 
jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
— 
jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.    Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tadam jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.

C.    Klassifikazzjoni

It-tadam huwa kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:

(i)    Klassi “Extra”

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun sod u karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Għandu jkun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħrajn, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)    Klassi I

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun sod u karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Għandu jkun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

— 
difett żgħir fil-forma u fl-iżvilupp,
— 
difetti żgħar fil-lewn,
— 
difetti żgħar fil-qoxra,
— 
brix ħafif ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam "ċatt (imfellel)" jista’ jkollu:

— 
xquq li fiequ u mhux itwal minn 1 cm,
— 
mingħajr protuberanzi eċċessivi,
— 
żokra żgħira iżda mingħajr tapp (niexef bħal sufra),
— 
it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 1 cm2,
— 
barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn tnejn minn tlieta tal-akbar dijametru tal-frotta.

(iii)    Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Irid jkun raġjonevolment sod (iżda jista’ jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma għandux juri xquq li ma fiqux.

Jistgħu jitħallew id-difetti segwenti, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

— 
difetti fil-forma u fl-iżvilupp,
— 
difetti fil-kulur,
— 
difetti jew brix fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat b'mod serju,
— 
xquq niexfa ta’ mhux aktar minn 3 cm tul għat-tadam tond, ċatt jew żenguli.

Barra minn hekk, it-tadam "ċatt (imfellel)" jista’ jkollu:

— 
protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitilfu l-forma tagħhom,
— 
żokra,
— 
tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 2 cm2,
— 
barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi ddeterminat skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed, u huma fakultattivi għal:

— 
“tadam miż-żgħir” (“cherry” u “cocktail”) b’dijametru anqas minn 40 mm;
— 
tadam ċatt (imfellel) ta’ forma irregolari; u
— 
Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a) 

Għat-tadam imkejjel skont id-dijametru:

— 
10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun inqas minn 50 mm,
— 
15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta' 50 mm u aktar iżda inqas minn 70 mm,
— 
20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta' 70 mm u aktar iżda inqas minn 100 mm,
— 
m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott ta’ 100 mm jew aktar.

Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:



Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

0

≤ 20

1

> 20 ≤ 25

2

> 25 ≤ 30

3

> 30 ≤ 35

4

> 35 ≤ 40

5

> 40 ≤ 47

6

> 47 ≤ 57

7

> 57 ≤ 67

8

> 67 ≤ 82

9

> 82 ≤ 102

10

> 102

(b) 

Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ kif indikat fil-punt (a).

IV.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.    Tolleranzi għall-kwalità

(i)    Klassi "Extra"

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)    Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw r-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii)    Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.

B.    Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs.

V.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.    Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun tkejjel).

Is-sajran u l-kulur tat-tadam tal-Klassi “Extra” u tal-Klassi I iridu jkunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam żenguli jrid ikun uniformi biżżejjed.

Madankollu, taħlita ta' tadam ta' kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull kulur, varjetà u/jew tip kummerċjali kkonċernati, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.    Imballaġġ

It-tadam irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett ( 45 ) irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.    Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

— 
għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
— 
Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.

B.    Natura tal-prodott

— 
“Tadam” jew “għenieqed tat-tadam” u t-tip kummerċjali, jew tadam miż-żgħir (“cherry/cocktail”) jew “għenieqed ta' tadam miż-żgħir” jew denominazzjoni ekwivalenti għal varjetajiet żgħar oħra jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
— 
“Taħlita ta' tadam”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' taħlita ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet u t-tipi kummerċjali u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.
— 
Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.    L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini ( 46 ) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.    Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

— 
Klassi.
— 
Daqs (jekk mogħti) espress bħala
— 
dijametri minimi u massimi; jew
— 
piż minimu u massimu; jew
— 
kodiċi tad-daqs kif speċifikat f’Taqsima III; jew
— 
l-għadd segwit mid-daqsijiet minimi u massimi.

E.    Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.”

▼B




ANNESS II

XEMPJU MSEMMI FL-ARTIKOLU 12(1)

image




ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÀ MAL-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA GĦAL FROTT U ĦAXIX FRISK MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 12, 13 U 14

image

▼M34




ANNESS IV

Pajjiżi Terzi fejn il-verifiki tal-konformità ġew approvati skont l-Artikolu 15 u l-prodotti kkonċernati



Pajjiż

Prodotti

l-Iżvizzera

Frott u ħaxix frisk

il-Marokk

Frott u ħaxix frisk

l-Afrika t’Isfel

Frott u ħaxix frisk

Iżrael (1)

Frott u ħaxix frisk

l-Indja

Frott u ħaxix frisk

New Zealand

Tuffieħ, lanġas u frott tal-kiwi

is-Senegal

Frott u ħaxix frisk

il-Kenja

Frott u ħaxix frisk

it-Turkija

Frott u ħaxix frisk

ir-Renju Unit:

— il-Gran Brittanja

— l-Irlanda ta’ Fuq (2)

Frott u ħaxix frisk

(1)   

L-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tingħata għall-frott u l-ħaxix li joriġinaw fl-Istat ta’ Iżrael, minbarra t-territorji taħt l-Amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju 1967, jiġifieri tal-Artijiet Għoljin tal-Golan, tal-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(2)   

F’konformità mal-Artikoli 6(3) u 7(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u l-Artikoli 5(4) u 13(1) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għal dak il-Ftehim flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 7(3) ta’ dan il-Protokoll, fir-rigward tar-rikonoxximent fi Stat Membru wieħed ta’ regolamenti tekniċi, valutazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet maħruġa jew imwettqa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor, jew minn korp stabbilit fi Stat Membru ieħor, ir-referenzi għall-Istati Membri f’dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dak il-Protokoll jagħmel applikabbli ma għandhomx jinftiehmu bħala li jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fejn jirrigwarda regolamenti tekniċi, valutazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, ċertifikati, approvazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet maħruġa jew imwettqa mill-awtoritajiet tar-Renju Unit jew minn korpi stabbiliti fir-Renju Unit.

▼B




ANNESS V

METODI TA' SPEZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 17(1)

Il-metodi ta’ spezzjoni li ġejjin huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ta’ gwida għall-implimentazzjoni tal-kontroll ta’ kwalità ta’ frott u ħaxix frisk adottati mill-Iskema tal-OECD għall-Applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-Frott u l-Ħaxix.

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1.    Pakkett

Parti ippakkjata individwalment minn lott, inkluż il-kontenut. L-imballaġġ huwa maħsub sabiex jiffaċilita l-immaniġġar u trasport ta’ għadd ta’ pakketti għall-bejgħ jew ta’ prodotti separati jew irranġati, sabiex tiġi evitata ħsara mill-immaniġġar fiżiku u mit-trasport. Il-pakkett jista' jkun pakkett għall-bejgħ. Il-kontejners għat-trasport tat-triq, tal-ferrovija, tal-vapuri u tal-ajru mhumiex meqjusa bħala pakketti.

1.2.    Pakketti għall-bejgħ

Parti ippakkjata individwalment minn lott, inkluż il-kontenut. L-imballaġġ ta’ pakketti għall-bejgħ huwa kkonċeput sabiex jikkostitwixxi unità ta’ bejgħ għall-utent finali jew il-konsumatur finali fil-punt tax-xiri.

1.3.    Ippakkjar li jsir minn qabel

Pakketti ppakkjati minn qabel huma pakketti għall-bejgħ fejn l-imballaġġ ikun fih, kompletament jew parzjalment, l-oġġetti tal-ikel, iżda b'tali mod li l-kontenut ma jkunx jista' jitbiddel mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel l-imballaġġ. Il-film protettiv li jiksi prodotti singoli mhux meqjus bħala ppakkjar minn qabel.

1.4.    Kunsinna

Il-kwantità ta’ prodotti li għandha tinbiegħ minn negozjant partikolari li tinstab fil-mument tal-ispezzjoni u li hi ddefinita minn dokument. Kunsinna tista' tikkonsisti f'tip jew diversi tipi ta’ prodotti; tista' tinkludi lott wieħed jew aktar ta’ frott u ħaxix frisk, niexef jew imnixxef.

1.5.    Lott

Kwantità ta’ prodotti li, fil-mument tal-ispezzjoni f'post wieħed, għandha karatteristiċi simili fir-rigward ta':

— 
min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit,
— 
pajjiż tal-oriġini,
— 
natura tal-prodott,
— 
klassi tal-prodott,
— 
daqs (jekk il-prodott huwa ggradat skont id-daqs),
— 
varjetà jew tip kummerċjali (skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-istandard),
— 
tip tal-imballaġġ u l-preżentazzjoni.

Madankollu, jekk matul il-verifika tal-konformità tal-kunsinni kif iddefinit fil-punt 1.4, ikun diffiċli li ssir distinzjoni bejn il-lottijiet differenti u/jew il-preżentazzjoni ta’ lottijiet individwali ma tkunx possibbli, il-lottijiet kollha ta’ kunsinna speċifika jistgħu jkunu trattati bħala lott wieħed jekk ikunu simili fir-rigward tat-tip tal-prodott, min qed jibgħathom, il-pajjiż tal-oriġini, il-klassi u l-varjetà jew it-tip kummerċjali, jekk dan ikun previst fl-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni.

1.6.    Teħid ta’ kampjuni

Kampjuni kollettivi huma meħuda temporanjament minn lott waqt il-verifika tal-konformità.

1.7.    Kampjun primarju

Pakkett meħud mil-lott b'mod aleatorju, fil-każ ta’ prodotti ppakkjati jew, fil-każ ta’ prodotti fi kwantitajiet kbar (tagħbija diretta f'vettura tat-trasport jew kompartiment tagħha), kwantità meħuda b'mod aleatorju minn punt fil-lott.

1.8.    Kampjun ta’ kwantità kbira

Bosta kampjuni primarji li suppost jirrappreżentaw il-lott sabiex il-kwantità totali tkun biżżejjed biex tippermetti l-valutazzjoni tal-lott fir-rigward tal-kriterji kollha.

1.9.    Kampjun sekondarju

Kwantità ndaqs ta’ prodotti meħuda b'mod aleatorju mill-kampjun primarju.

Fil-każ tal-ġewż ippakkjat, il-kampjun sekondarju għandu jiżen bejn it-300 gm u l-1 kg. Jekk il-kampjun primarju jkun magħmul minn pakketti li fihom pakketti għall-bejgħ, il-kampjun sekondarju għandu jkunu pakkett għall-bejgħ wieħed jew aktar li flimkien jilħqu tal-inqas it-300 gm.

Fil-każ tal-prodotti l-oħra ppakkjati, il-kampjun sekondarju għandu jkun fih 30 unità, fil-każ li l-piż nett tal-pakkett ikun 25 kg jew anqas u l-pakkett ma jkun fih l-ebda pakkett għall-bejgħ. F'ċerti każijiet dan ifisser li l-kontenut kollu tal-pakkett irid jiġi vverifikat, jekk il-kampjun primarju jkun fih aktar minn 30 unità.

1.10.    Kampjun imħallat (prodotti niexfa u mnixxfa biss)

Kampjun imħallat huwa taħlita, li tiżen tal-inqas 3 kg, tal-kampjuni sekondarji kollha meħuda mill-kampjun ta’ kwantità kbira. Il-prodotti f'kampjun imħallat għandhom ikunu mħallta b'mod indaqs.

1.11.    Kampjun imnaqqas

Kwantità ta’ prodotti meħuda b'mod aleatorju mill-kampjun ta’ kwantità kbira jew dak imħallat li d-daqs tiegħu jkun ristrett għall-kwantità minima meħtieġa iżda biżżejjed biex jippermetti l-valutazzjoni ta’ ċertu kriterji individwali.

Jekk il-metodu ta’ spezzjoni jeqred il-prodott, id-daqs tal-kampjun imnaqqas ma għandux jaqbeż l-10 % tal-kampjun ta’ kwantità l-kbira jew, fil-każ tal-ġewż bil-qoxra, 100 ġewża meħuda minn kampjun imħallat. Fil-każ ta’ prodotti żgħar niexfa jew imnixxfa (jiġifieri 100 gm jinkludu aktar minn 100 unità) il-kampjun imnaqqas m'għandux jaqbeż it-300 gm.

Għall-valutazzjoni ta’ kriterji tal-grad tal-iżvilupp u/jew tas-sajran, il-kampjunar għandu jiġi kkostitwit skont il-metodi oġġettivi deskritti fil-Gwida għat-Testijiet Oġġettivi għad-Determinazzjoni tal-Kwalità tal-Frott u l-Ħaxix u l-Prodotti Nexfin u Mnixxfa (Guidance on Objective Tests to Determine Quality of Fruit and Vegetables and Dry and Dried Produce).

Bosta kampjuni mnaqqsa jistgħu jittieħdu minn kampjun ta’ kwantità kbira jew imħallat sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-lott ma’ kriterji differenti.

2.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-VERIFIKI TAL-KONFORMITÀ

2.1.    Kumment ġenerali

Verifika tal-konformità għandha ssir permezz ta’ valutazzjoni tal-kampjuni aleotorji meħuda minn punti differenti fil-lott li jkun qed jiġi vverifikat. Huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ preżunzjoni li l-kwalità tal-kampjuni hija rappreżentattiva tal-kwalità tal-lott.

2.2.    Post tal-kontroll

Verifika tal-konformità tista' titwettaq matul l-operazzjoni tal-ippakkjar, fil-punt tal-ħruġ tal-kunsinna, matul it-trasport, fil-punt tal-wasla, fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa jew tal-bejgħ bl-imnut.

Fil-każijiet fejn l-entità ta’ spezzjoni ma twettaqx il-verifika tal-konformità fl-istabbilimenti tagħha stess, min ikollu f'idejh il-prodott għandu jipprovdi l-faċilitajiet li jippermettu t-twettiq ta’ verifika tal-konformità.

2.3.    Identifikazzjoni ta’ lottijiet u/jew formazzjoni ta’ idea ġenerali tal-kunsinna

L-identifikazzjoni ta’ lottijiet għandha titwettaq abbażi tal-immarkar tagħhom jew kriterji oħra, bħalma huma l-indikazzjonijiet stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE ( 47 ). Fil-każ ta’ kunsinni magħmula minn diversi lottijiet ikun meħtieġ li l-ispettur jieħu idea ġenerali tal-kunsinna bl-għajnuna tad-dokumenti jew dikjarazzjonijiet li jakkompanjawha u li jikkonċernaw il-kunsinni. Huwa mbagħad jiddetermina kemm il-lottijiet ippreżentati jikkonformaw mat-tagħrif f'dawn id-dokumenti.

Jekk il-prodotti jkunu jridu jitgħabbew jew tgħabbew diġà fuq mezz tat-trasport, in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ dan tal-aħħar għandu jkun użat għall-identifikazzjoni tal-kunsinna.

2.4.    Preżentazzjoni tal-prodott

L-ispettur għandu jiddeċiedi liema pakketti għandhom ikunu vverifikati. Il-preżentazzjoni għandha ssir mill-operatur u għandha tinkludi l-preżentazzjoni tal-kampjun ta’ kwantità kbira kif ukoll il-forniment tat-tagħrif kollu meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-kunsinna jew tal-lott.

Jekk ikunu meħtieġa kampjuni mnaqqsa jew sekondarji, dawn għandhom ikunu identifikati mill-ispettur innifsu mill-kampjun ta’ kwantità kbira.

2.5.    Verifika fiżika

— 
Valutazzjoni tal-imballaġġ u l-preżentazzjoni:
L-imballaġġ, inkluż il-materjal użat fil-pakkett, għandu jkun ittestjat għall-adegwatezza u l-indafa skont id-dispożizzjonijiet tal-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Dan għandu jsir abbażi tal-kampjuni primarji, fil-każ tal-prodotti ppakkjati u fil-każijiet l-oħra kollha abbażi tal-vettura tat-trasport. Jekk ċerti tipi ta’ imballaġġi biss ikunu permessi, l-ispettur għandu jivverifika jekk dawn humiex qed ikunu użati.
— 
Verifika tal-immarkar:
L-ispettur għandu jivverifika jekk il-prodotti humiex immarkati skont l-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Dan għandu jinkludi verifika tal-preċiżjoni tal-immarkar u/jew sakemm hija meħtieġa kwalunkwe emenda.
Fil-każ tal-prodotti ppakkjati, din il-verifika għandha titwettaq abbażi tal-kampjuni primarji, fil-każijiet l-oħra kollha abbażi tad-dokumenti mwaħħla fuq il-palit jew mal-vettura tat-trasport.
Frott u ħaxix imkebbeb individwalment fil-plastik ma għandux jitqies bħala ikel ippakkjat minn qabel skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13/KE u ma għandux neċessarjament ikun immarkat skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. F'dawn il-każijiet, it-tkebbib tal-plastik jista' jitqies bħala protezzjoni sempliċi ta’ prodotti fraġli.
— 
Verifika tal-konformità tal-prodotti:
L-ispettur għandu jiddetermina d-daqs tal-kampjun ta’ kwantità kbira b'tali mod li jippermetti valutazzjoni tal-lott. Huwa għandu jagħżel b'mod aleatorju l-pakketti li għandhom ikunu spezzjonati jew, fil-każ ta’ prodotti fi kwantitajiet kbar, il-punti tal-lott li minnhom għandhom jittieħdu kampjuni individwali.
Għandu jkun hemm l-attenzjoni sabiex jiġi żgurat li t-tneħħija ta’ kampjuni ma taffettwax ħażin il-kwalità tal-prodott.
Pakketti bil-ħsara m'għandhomx jintużaw bħala parti minn kampjun ta’ kwantità kbira. Għandhom jitwarrbu u jistgħu, fejn meħtieġ, ikunu suġġetti għal eżami u rapport separati.
Il-kampjun ta’ kwantità kbira għandu jinkludi l-kwantitajiet minimi li ġejjin kull meta lott ikun iddikjarat li mhux sodisfaċenti jew ir-riskju ta’ prodotti li ma jikkonformawx mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni jkun irid jiġi eżaminat:



Prodotti ppakkjati

Għadd ta’ pakketti fil-lott

Għadd ta’ pakketti li għandhom jittieħdu (kampjuni primarji)

Sa 100

5

Minn 101 sa 300

7

Minn 301 sa 500

9

Minn 501 sa 1 000

10

Iktar minn 1 000

15 (minimu)



Prodotti fi kwantitajiet kbar.

(tagħbija diretta f'vettura tat-trasport jew f'kompartiment tagħha)

Kwantità tal-lott f'kg jew għadd ta’ munzelli fil-lott

Kwantità ta’ kampjuni primarji f'kg jew għadd ta’ munzelli

Sa 200

10

Minn 201 sa 500

20

Minn 501 sa 1 000

30

Minn 1 001 sa 5 000

60

Iktar minn 5 000

100 (minimu)

Fil-każ ta’ frott u ħaxix voluminuż (aktar minn 2 kg għal kull unità), il-kampjuni primarji għandhom ikunu magħmula minn tal-inqas ħames unitajiet. Fil-każ ta’ lottijiet li jinvolvu inqas minn 5 pakketti jew jiżnu inqas minn 10 kg, il-verifika għandha tkopri l-lott kollu.
Jekk l-ispettur jiskopri, wara spezzjoni, li ma tistax tintlaħaq deċiżjoni, għandha titwettaq verifika fiżika oħra u r-riżultat kumplessiv ikun irrappurtat bħala l-medja taż-żewġ verifiki.

2.6.    Kontroll tal-prodotti

Fil-każ tal-prodotti ppakkjati, il-kampjun primarju għandu jintuża biex tiġi vverifikata d-dehra tal-prodotti, il-preżentazzjoni, l-indafa tal-pakketti u t-tikkettar. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn il-verifiki għandhom jitwettqu abbażi tal-lott jew il-vettura tat-trasport.

Il-prodotti għandhom jitneħħew totalment mill-imballaġġ tagħhom għall-verifika tal-konformità. L-ispettur jista' jiddisponi minn dan biss meta l-kampjun ikun ibbażat fuq kampjuni mħallta.

L-ispezzjoni tal-uniformità, ir-rekwiżiti minimi, il-klassijiet ta’ kwalità u daqs għandha titwettaq abbażi ta’ kampjun ta’ kwantità kbira, jew abbażi ta’ kampjun imħallat fejn jitqiesu l-fuljetti ta’ spjegazzjoni ppubblikati mill-Iskema tal-OECD għall-Applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-Frott u l-Ħaxix.

Fejn jiġu osservati difetti, l-ispettur għandu jaċċerta l-perċentwal rispettiv tal-prodott mhux konformi mal-istandard skont l-għadd jew il-piż.

Id-difetti esterni għandhom jiġu vverifikati abbażi tal-kampjun ta’ kwanitità kbira jew tal-kampjun imħallat. Ċertu kriterji dwar il-grad tal-iżvilupp u/jew tas-sajran jew dwar il-preżenza jew l-assenza ta’ difetti interni jista' jkunu vverifikati abbażi ta’ kampjuni mnaqqsa. Il-verifika bbażata fuq il-kampjun imnaqqas tapplika partikolarment għal verifiki li jeqirdu l-valur kummerċjali tal-prodotti.

Il-kriterji tal-grad tal-iżvilupp u/jew tas-sajran, għandhom jiġu vverifikati bl-użu ta’ strumenti u metodi stipulati għal dan il-għan fl-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni jew skont il-Gwida għat-Testijiet Oġġettivi għad-Determinazzjoni tal-Kwalità tal-Frott u l-Ħaxix u l-Prodotti Nexfin u Mnixxfa.

2.7.    Rapport tar-riżultati tal-kontroll

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14 għandhom jinħarġu fejn xieraq.

Jekk jinstabu difetti li jwasslu għan-nuqqas ta’ konformità, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun infurmat bil-miktub dwar dawn id-difetti u l-perċentwal misjub kif ukoll bir-raġunijiet tan-nuqqas ta’ konformità. Jekk il-konformità tal-prodotti mal-istandard tkun possibbli permezz ta’ bidla fl-immarkar, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu infurmati.

Jekk jinstabu difetti fi prodott, għandu jkun indikat il-perċentwal misjub li ma jkunx konformi mal-istandard.

2.8.    Tnaqqis fil-valur permezz tal-verifika tal-konformità

Wara l-verifika tal-konformità, il-kampjun ta’ kwantità kbira jew il-kampjun imħallat jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu.

L-entità ta’ spezzjoni m'għandhiex tkun marbuta li tagħti lura l-elementi tal-kampjun ta’ kwantità kbira jew tal-kampjun imħallat meqrud matul il-verifika tal-konformità.

▼M8




ANNESS Va

INVESTIMENTI MHUX ELIĠIBBLI MSEMMIJA FIT-TIENI PARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 37

1. Investimenti f’mezzi ta’ trasport li se jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni jew id-distribuzzjoni mill-grupp ta’ produtturi, għajr għal:

(a) 

investimenti f’mezzi interni tat-trasport; fil-mument tax-xiri, il-grupp ta’ produtturi għandu jiġġustifika b’mod xieraq mal-Istat Membru kkonċernat li l-investimenti għandhom jintużaw biss għat-trasport intern.

(b) 

tagħmir addizzjonali ta’ fuq il-vetturi għall-ħżin imkessaħ jew mezzi tat-trasport f’atmosfera kkontrollata.

2. Xiri ta’ art li tiswa’ iktar minn 10 % tal-infiq kollu eliġibbli fuq l-operazzjoni kkonċernata u li mhijiex mibnija, għajr meta x-xiri jkun meħtieġ sabiex jitwettaq investiment inkluż fil-pjan ta’ rikonoxximent;

3. Tagħmir sekondaman li kien mixtri permezz ta’ assistenza mill-Unjoni jew dik nazzjonali matul is-seba’ snin preċedenti.

4. Kiri, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru taċċetta l-kiri bħala alternattiva għax-xiri ġġustifikata ekonomikament.

5. Xiri ta’ proprjetà ta’ beni immobbli li kienet mixtrija permezz ta’ assistenza mill-Unjoni jew nazzjonali matul l-10 snin preċedenti.

6. Investimenti f’ishma.

7. Investimenti jew tipi simili ta’ azzjonijiet barra l-ażjendi u/jew il-binjiet ta’ grupp ta’ produtturi jew tal-membri tiegħu.




ANNESS Vb

Mudelli għan-notifika għal kull grupp ta’ produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 38(4)

image image

▼M29 —————

▼B




ANNESS XIX



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 149

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2a

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Artikolu 12a

L-Artikolu 14

L-Artikolu 13

L-Artikolu 15

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20

L-Artikolu 17

L-Artikolu 20a

L-Artikolu 18

L-Artikolu 21

L-Artikolu 19

L-Artikolu 22

L-Artikolu 20

L-Artikolu 23

L-Artikolu 21

L-Artikolu 24

L-Artikolu 22

L-Artikolu 25

L-Artikolu 23

L-Artikolu 26

L-Artikolu 24

L-Artikolu 27

L-Artikolu 25

L-Artikolu 28

L-Artikolu 26

L-Artikolu 29

L-Artikolu 27

L-Artikolu 30

L-Artikolu 28

L-Artikolu 31

L-Artikolu 29

L-Artikolu 32

L-Artikolu 30

L-Artikolu 33

L-Artikolu 31

L-Artikolu 34

L-Artikolu 33

L-Artikolu 35

L-Artikolu 36

L-Artikolu 34

L-Artikolu 37

L-Artikolu 35

L-Artikolu 38

L-Artikolu 36

L-Artikolu 39

L-Artikolu 37

L-Artikolu 40

L-Artikolu 38

L-Artikolu 41

L-Artikolu 39

L-Artikolu 42

L-Artikolu 40

L-Artikolu 43

L-Artikolu 41

L-Artikolu 44

L-Artikolu 42

L-Artikolu 45

L-Artikolu 43

L-Artikolu 46

L-Artikolu 44

L-Artikolu 47

L-Artikolu 45

L-Artikolu 48

L-Artikolu 46

L-Artikolu 49

L-Artikolu 47

L-Artikolu 50

L-Artikolu 48

L-Artikolu 51

L-Artikolu 49

L-Artikolu 52

L-Artikolu 50

L-Artikolu 53

L-Artikolu 51

L-Artikolu 54

L-Artikolu 52

L-Artikolu 55

L-Artikolu 53

L-Artikolu 56

L-Artikolu 54

L-Artikolu 57

L-Artikolu 55

L-Artikolu 58

L-Artikolu 56

L-Artikolu 59

L-Artikolu 57

L-Artikolu 60

L-Artikolu 58

L-Artikolu 61

L-Artikoli 59-60

L-Artikolu 62

L-Artikolu 61

L-Artikolu 63

L-Artikolu 62

L-Artikolu 64

L-Artikolu 63

L-Artikolu 65

L-Artikolu 64

L-Artikolu 66

L-Artikolu 65

L-Artikolu 67

L-Artikolu 66

L-Artikolu 68

L-Artikolu 67

L-Artikolu 69

L-Artikolu 68

L-Artikolu 70

L-Artikolu 69

L-Artikolu 71

L-Artikolu 70

L-Artikolu 72

L-Artikolu 71

L-Artikolu 73

L-Artikolu 72

L-Artikolu 74

L-Artikolu 73

L-Artikolu 75

L-Artikolu 74

L-Artikolu 76

L-Artikolu 75

L-Artikolu 77

L-Artikolu 76

L-Artikolu 78

L-Artikolu 77

L-Artikolu 79

L-Artikolu 78

L-Artikolu 80

L-Artikolu 79

L-Artikolu 81

L-Artikolu 80

L-Artikolu 82

L-Artikolu 81

L-Artikolu 83

L-Artikolu 82

L-Artikolu 84

L-Artikolu 83

L-Artikolu 85

L-Artikolu 84

L-Artikolu 86

L-Artikolu 85

L-Artikolu 87

L-Artikolu 86

L-Artikolu 88

L-Artikolu 87

L-Artikolu 89

L-Artikolu 88

L-Artikolu 90

L-Artikolu 89

L-Artikolu 91

L-Artikolu 90

L-Artikolu 92

L-Artikolu 93

L-Artikolu 91

L-Artikolu 94

L-Artikolu 92

L-Artikolu 94a

L-Artikolu 93

L-Artikolu 95

L-Artikolu 94

L-Artikolu 96

L-Artikolu 95(4)

L-Artikolu 97

L-Artikolu 95

L-Artikolu 98

L-Artikolu 96

L-Artikolu 99

L-Artikolu 97

L-Artikolu 100

L-Artikolu 99

L-Artikolu 101

L-Artikolu 100

L-Artikolu 102

L-Artikolu 101

L-Artikolu 103

L-Artikolu 102

L-Artikolu 104

L-Artikolu 103

L-Artikolu 105

L-Artikolu 104

L-Artikolu 106

L-Artikolu 105(1)

L-Artikolu 107

L-Artikolu 105(2) u (3)

L-Artikolu 108

L-Artikolu 106

L-Artikolu 109

L-Artikolu 107

L-Artikolu 110

L-Artikolu 108

L-Artikolu 111

L-Artikolu 109

L-Artikolu 112

L-Artikolu 110

L-Artikolu 113

L-Artikolu 111

L-Artikolu 114

L-Artikolu 112

L-Artikolu 115

L-Artikolu 113

L-Artikolu 116

L-Artikolu 114

L-Artikolu 117

L-Artikolu 115

L-Artikolu 118

L-Artikolu 116

L-Artikolu 119

L-Artikolu 117

L-Artikolu 120

L-Artikolu 118

L-Artikolu 121

L-Artikolu 119

L-Artikolu 122

L-Artikolu 120

L-Artikolu 123

L-Artikolu 121

L-Artikolu 124

L-Artikolu 122

L-Artikolu 125

L-Artikolu 123

L-Artikolu 126

L-Artikolu 125

L-Artikolu 127

L-Artikolu 126

L-Artikolu 128

L-Artikolu 127

L-Artikolu 129

L-Artikolu 128

L-Artikolu 130

L-Artikolu 129

L-Artikolu 131

L-Artikolu 130

L-Artikolu 132

L-Artikolu 131

L-Artikolu 133

L-Artikolu 132

L-Artikolu 134

L-Artikolu 135

L-Artikolu 133

L-Artikolu 136

L-Artikolu 134

L-Artikolu 137

L-Artikolu 135

L-Artikolu 138

L-Artikolu 136

L-Artikolu 139

L-Artikolu 137

L-Artikolu 140

L-Artikolu 138

L-Artikolu 141

L-Artikolu 139

L-Artikolu 142

L-Artikolu 140

L-Artikolu 143

L-Artikolu 141

L-Artikolu 144

L-Artikolu 142

L-Artikolu 145

L-Artikolu 143

L-Artikolu 146

L-Artikolu 144

L-Artikolu 147

L-Artikolu 145

L-Artikolu 148

L-Artikolu 146

L-Artikolu 149

L-Artikolu 147

L-Artikolu 150

L-Artikolu 148

L-Artikolu 151

L-Artikolu 149

L-Artikolu 152

L-Artikolu 150

L-Artikolu 153

L-Artikolu 151

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness IV

L-Anness VI

L-Anness V

L-Anness VII

L-Anness VII

L-Anness VIII

L-Anness IX

L-Anness IX

L-Anness X

L-Anness X

L-Anness XI

L-Anness XI

L-Anness XII

L-Anness XII

L-Anness XIII

L-Anness XIII

L-Anness XIV

L-Anness XIV

L-Anness VIII

L-Anness XV

L-Anness XVI

L-Anness XVI

L-Anness XVII

L-Anness XVII

L-Anness XVIII

L-Anness XVIII

L-Anness XX




ANNESS XX

REGOLAMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 150(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1764/86 tas- 27 ta’ Mejju 1986 dwar rekwiżiti ta’ kwalità minimi għal prodotti li għandhom bażi ta’ tadam skont l-iskema tal-għajnuna għall-produzzjoni ( 48 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2320/89 tat- 28 ta’ Lulju 1989 għar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-ħawħ fil-ġulepp u l-ħawħ fis-sugu naturali tal-frott għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna produttiva ( 49 ).

L-Artikolu 2 u l-Partijiet A u B tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 464/1999 tat- 3 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ arranġamenti tal-għajnuna għall-pruna ( 50 )

L-Artikolu 1(1) u (2) u l-Annessi II u III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1573/1999 tad- 19 ta’ Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skont l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni ( 51 )

L-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 tat- 22 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-għajnuna għat-tkabbir tal-għeneb biex jipproduċi ċerti varjetajiet ta’ għeneb imqadded ( 52 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/1999 tat- 28 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward il-karatteristiċi minimi tal-marketing [kummerċjalizzazzjoni] għal ċerti varjetajiet ta’ għeneb imnixxef ( 53 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2001 tat- 23 ta’ Mejju 2001 dwar il-kundizzjonijiet minimi ta’ kwalità meħtieġa għall-frott imħallat taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ( 54 )

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2002 tal- 5 ta’ Frar 2002 li jiffissa l-kriterji ta’ eliġibilità għal materja prima skont l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2201/96 ( 55 )

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad- 29 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u ħxejjex tal-ikel ( 56 )

L-Artikolu 16 u l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 tal- 1 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta’ għajnuna Komunitarja għal produtturi ta’ ċerti frott taċ-ċitru ( 57 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1559/2006 tat- 18 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għal-lanġas Williams u Rocha fil-ġuleppi u/jew fil-meraq naturali tal-frott eliġibbli għall-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ( 58 )



( 1 ) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

( 2 ) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 33.

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.)

( 4 ) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

( 5 ) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

( 6 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 7 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 8 ) Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta' kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-

appendiċi għal dan l-istandard.

( 9 ) Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

( 10 ) Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta' kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-

appendiċi għal dan l-istandard.

( 11 ) Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

( 12 ) Varjetajiet immarkati bl-ittra "R" fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

( 13 ) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

( 14 ) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

( 15 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 16 ) Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

( 17 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 18 ) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

( 19 ) L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew ta' kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

( 20 ) L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew ta' kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

( 21 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 22 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 23 ) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

( 24 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 25 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 26 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 27 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 28 ) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

( 29 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 30 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 31 ) Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

( 32 ) Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

( 33 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 34 ) Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

( 35 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 36 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 37 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 38 ) Xi varjetajiet tal-bżar ħelu jista' jkollhom togħma taħraq. Eżempji ta’ varjetajiet kummerċjali ta’ bżar ħelu b’togħma kemxejn taħraq huma Sivri, Padron, u Somborka.

( 39 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 40 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 41 ) Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

( 42 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 43 ) Isem kummerċjali jista’ jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

( 44 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 45 ) Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati f’pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta’ pakketti ppreżentati separatament.

( 46 ) Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

( 47 ) ĠU L 186, 30.06.1989, p. 21.

( 48 ) ĠU L 153, 7.6.1986, p. 1.

( 49 ) ĠU L 220, 29.7.1989, p. 54.

( 50 ) ĠU L 56, 4.3.1999, p. 8.

( 51 ) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 27.

( 52 ) ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21.

( 53 ) ĠU L 197, 29.7.1999, p. 32.

( 54 ) ĠU L 140, 24.5.2001, p. 31.

( 55 ) ĠU L 35, 6.2.2002, p. 11.

( 56 ) ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14.

( 57 ) ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.

( 58 ) ĠU L 288, 19.10.2006, p. 22.